17.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 409/1


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1958

tat-23 ta’ Ġunju 2021

li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/2144 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi regoli dettaljati dwar il-proċeduri ta’ ttestjar speċifiċi u r-rekwiżiti tekniċi għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tas-sistemi tagħhom ta’ assistenza intelliġenti tal-veloċità u għall-approvazzjoni tat-tip ta’ dawk is-sistemi bħala unitajiet tekniċi separati u li jemenda l-Anness II ta’ dak ir-Regolament

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/2144 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2019 dwar rekwiżiti tal-approvazzjoni tat-tip għall-vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, kif ukoll għas-sistemi, għall-komponenti u għall-unitajiet tekniċi separati maħsubin għat-tali vetturi, fir-rigward tas-sikurezza ġenerali tagħhom u tal-protezzjoni tal-okkupanti tal-vetturi u l-utenti vulnerabbli tat-triq, li jemenda r-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 78/2009, (KE) Nru 79/2009 u (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tar-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 631/2009, (UE) Nru 406/2010, (UE) Nru 672/2010, (UE) Nru 1003/2010, (UE) Nru 1005/2010, (UE) Nru 1008/2010, (UE) Nru 1009/2010, (UE) Nru 19/2011, (UE) Nru 109/2011, (UE) Nru 458/2011, (UE) Nru 65/2012, (UE) Nru 130/2012, (UE) Nru 347/2012, (UE) Nru 351/2012, (UE) Nru 1230/2012 u (UE) 2015/166 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(6) u l-Artikolu 6(6) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2019/2144 jirrikjedi li vetturi bil-mutur tal-kategoriji M u N jkunu mgħammra b’ċerti sistemi avvanzati tal-vetturi, inkluż sistemi ta’ assistenza intelliġenti tal-veloċità (“ISA”). L-Anness II tar-Regolament (UE) 2019/2144 jistabbilixxi r-rekwiżiti bażiċi għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tas-sistemi tal-ISA.

(2)

Huma meħtieġa regoli dettaljati dwar il-proċeduri ta’ ttestjar speċifiċi u r-rekwiżiti tekniċi għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tas-sistemi tal-ISA kif ukoll għall-approvazzjoni tat-tip ta’ dawk is-sistemi bħala unitajiet tekniċi separati.

(3)

Skont il-punt (3) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2019/2144, is-sistema tal-ISA hija sistema li tgħin lis-sewwieq iżomm il-veloċità xierqa għall-ambjent tat-triq billi tipprovdi feedback dedikat u xieraq. Bħalissa hemm diversi għażliet tekniċi b’rabta mal-metodoloġija tal-feedback li għandha tintuża bħala bażi għal sistema tal-ISA. Madankollu, minħabba l-karatteristiċi tekniċi tagħhom, dawk l-għażliet ma jistgħux jintużaw kollha f’kull vettura bil-mutur. Għalhekk, huwa meħtieġ li jiġu speċifikati metodoloġiji ta’ feedback li huma sikuri u effettivi b’mod komparabbli minkejja d-differenzi funzjonali tagħhom. Huwa xieraq li jiġu speċifikati diversi metodoloġiji ta’ feedback u li l-manifatturi jitħallew jagħżlu kwalunkwe waħda minn dawk il-metodoloġiji biex jibbażaw is-sistemi tagħhom tal-ISA fuqhom.

(4)

Is-sistema tal-ISA tista’ sserraħ fuq diversi metodi ta’ input, bħal osservazzjoni b’kamera, data kartografika u l-apprendiment awtomatiku, iżda l-preżenza effettiva ta’ sinjali numeriċi tal-limitu tal-veloċità espliċitu f’kundizzjonijiet reali tas-sewqan dejjem jenħtieġ li tieħu preċedenza fuq kwalunkwe informazzjoni oħra disponibbli abbord il-vettura.

(5)

Għall-ittestjar tal-kapaċitajiet tekniċi tas-sistemi tal-ISA, huwa meħtieġ li jiġi stabbilit katalogu tas-sinjali tat-traffiku użati f’kull Stat Membru. Is-sett ta’ data fil-katalogu għandu jservi għal skopijiet ta’ approvazzjoni tat-tip mingħajr preġudizzju għar-regoli nazzjonali applikabbli tat-traffiku.

(6)

Is-sistemi tal-ISA jistgħu jiġu ffaċċjati b’informazzjoni ambigwa relatata mal-veloċità minħabba sinjali neqsin, vandalizzati, manipulati jew li tkun saritilhom ħsara, it-tqegħid ta’ sinjali żbaljati, kundizzjonijiet ta’ maltemp jew restrizzjonijiet tal-veloċità mhux armonizzati, ikkumplikati u impliċiti. Għalhekk, il-prinċipju sottostanti jenħtieġ li jkun li s-sewwieq dejjem għandu r-responsabbiltà josserva r-regoli tat-traffiku rilevanti, u li s-sistema tal-ISA hija sistema ta’ assistenza tal-aħjar sforz għas-sewwieq li tavża lis-sewwieq kull meta jkun possibbli u xieraq.

(7)

Il-proċeduri ta’ ttestjar speċifiċi u r-rekwiżiti tekniċi għas-sistemi tal-ISA jenħtieġ li jkunu kemm jista’ jkun newtrali fir-rigward tat-teknoloġija, u bbażati fuq il-prestazzjoni biex jippermettu soluzzjonijiet innovattivi.

(8)

Il-proċeduri ta’ ttestjar speċifiċi u r-rekwiżiti tekniċi għas-sistemi tal-ISA jenħtieġ li jiżguraw ukoll li sistema ma taqbiżx il-kapaċità ta’ sewwieq uman medju li jinterpreta u jifhem l-informazzjoni pertinenti dwar il-limiti tal-veloċità. Jenħtieġ li s-sistemi tal-ISA ma jkollhomx livelli ta’ kapaċità ta’ sewqan awtonomu, u li jipprovdu biss assistenza lis-sewwieqa.

(9)

Il-valutazzjoni tal-effettività tal-metodoloġiji ta’ feedback u l-funzjonijiet ta’ kontroll differenti tas-sistemi tal-ISA f’kundizzjonijiet reali tas-sewqan se tkun possibbli biss ladarba jkun tqiegħed fis-suq għadd sinifikanti ta’ vetturi bil-mutur mgħammra b’sistemi bħal dawn. Min-naħa l-oħra, huwa essenzjali li titwettaq mingħajr dewmien valutazzjoni tal-prestazzjoni tas-sistemi tal-ISA abbażi ta’ metodoloġiji differenti ta’ feedback f’konformità ma’ dan ir-Regolament, mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2025, sabiex jinkisbu l-benefiċċji potenzjali kollha tas-sikurezza fit-toroq tas-sistemi tal-ISA. Huwa mistenni li t-teknoloġiji rilevanti u l-esperjenza f’kundizzjonijiet reali tas-sewqan se jkunu disponibbli sa Lulju tal-2024, u għalhekk ferm qabel id-data għar-rieżami ġenerali stabbilita fl-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2019/2144. Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tevalwa l-prestazzjoni tal-metodoloġiji ta’ feedback previsti b’dan ir-Regolament kmieni kemm jista’ jkun, huwa meħtieġ li l-manifatturi jintalbu jipprovdu l-informazzjoni rilevanti lill-awtorità tal-approvazzjoni li tkun ħarġet l-approvazzjoni tat-tip, u li l-awtoritajiet tal-approvazzjoni rispettivi jintalbu jaggregaw l-informazzjoni u jipprovduha lill-Kummissjoni.

(10)

L-informazzjoni dwar kundizzjonijiet reali tas-sewqan, li għandha tinġabar u tiġi pprovduta għall-valutazzjoni tal-prestazzjoni tas-sistemi tal-ISA, għandha tkun ġenerika u ma għandha tkun marbuta ma’ ebda vettura bil-mutur jew sewwieq individwali. Il-manifatturi jistgħu jużaw kwalunkwe mezz disponibbli għall-ġbir ta’ data bħal pereżempju l-ittestjar tal-flotta tal-vetturi jew arranġamenti volontarji direttament mal-utenti finali, wara li jagħtu l-kunsens espliċitu tagħhom skont il-liġijiet tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data (2). Il-Kummissjoni għandha tappoġġa dan il-proċess billi tipprovdi, meta meħtieġ, linji gwida dwar il-modalitajiet għall-ġbir tad-data, u dwar il-kontenut, l-istruttura u l-mezzi ta’ sottomissjoni tagħha.

(11)

Sabiex tiġi minimizzata d-distrazzjoni u biex is-sewwieqa ma jingħatawx ammont żejjed ta’ twissijiet foloz ikkawżati minn sistemi subottimali f’kundizzjonijiet reali tas-sewqan, huwa meħtieġ li jiġi żgurat li l-manifatturi tal-vetturi jużaw teknoloġiji xierqa fil-flotta tal-vetturi u li l-manifatturi jipprovdu, fejn xieraq u meħtieġ għal proporzjon raġonevoli tal-ħajja tal-vettura, aċċess mhux ristrett u faċli għall-aġġornamenti tas-sistema.

(12)

Is-sistemi tal-ISA jistgħu jużaw data kartografika biex tiġi żgurata prestazzjoni xierqa matul kundizzjonijiet reali tas-sewqan. Madankollu, ma għandu jkun hemm ebda obbligu li jintalab li d-data kartografika tkun tant iddettaljata u ta’ kwalità li tippermetti li biha jkun possibbli li ssir navigazzjoni pass pass (turn-by-turn), peress li jista’ jkun biżżejjed ukoll li jiġu inkorporati biss il-koordinati ta’ żoni urbani u mhux urbani, kif ukoll għat-toroq espress u għall-awtostradi.

(13)

L-Istati Membri huma mħeġġa jiffaċilitaw il-prestazzjoni aħjar tas-sistemi tal-ISA fis-sewqan fid-dinja reali billi jiżguraw it-tqegħid korrett ta’ sinjali numeriċi tal-limiti tal-veloċità espliċiti fit-toroq u permezz tal-identifikazzjoni ċara b’sinjali tal-bidu u tat-tmiem taż-żoni tal-veloċità, tat-toroq espress u tal-awtostradi. F’ċerti każijiet, intersezzjonijiet u toroq li jingħaqdu flimkien ma jingħarfux b’mod ċar mis-sewwieqa, u b’hekk tinħoloq diffikultà ta’ interpretazzjoni għat-teknoloġiji tal-ISA. Għalhekk, it-tqegħid ta’ sinjali numeriċi tal-limitu tal-veloċità espliċitu, sinjal numeriċi tal-limitu tal-veloċità impliċitu, jew sinjali mhux numeriċi tal-limitu tal-veloċità impliċitu f’tali postijiet huwa meħtieġ biex tiġi żgurata l-prestazzjoni konsistenti tas-sistemi tal-ISA installati f’vetturi bil-mutur li jiċċirkolaw fl-Unjoni.

(14)

Madankollu huwa ċar li s-sistemi li jużaw kombinament ta’ sistema ta’ kameras, Sistema Globali ta’ Navigazzjoni bis-Satellita (GNSS) u mapep diġitali aġġornati huma meqjusa bħala l-aktar sistemi avvanzati bl-aqwa prestazzjoni u affidabbiltà f’kundizzjonijiet reali.

(15)

It-tabella fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2019/2144 li fiha l-lista ta’ rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 4(5) u l-Artikolu 5(3) ta’ dak ir-Regolament ma fiha l-ebda referenza għall-atti regolatorji fir-rigward tas-sistemi ta’ assistenza intelliġenti tal-veloċità. Għalhekk huwa meħtieġ li tiżdied referenza għal dan ir-Regolament f’dak l-Anness.

(16)

Għaldaqstant jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2019/2144 jiġi emendat skont dan.

(17)

Peress li r-Regolament (UE) 2019/2144 għandu japplika mis-6 ta’ Lulju 2022, dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika mill-istess data.

(18)

Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament huma marbuta mill-qrib peress li jittrattaw ir-regoli li jikkonċernaw il-proċeduri speċifiċi ta’ ttestjar u r-rekwiżiti tekniċi għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tas-sistemi tagħhom ta’ assistenza intelliġenti tal-veloċità u għall-approvazzjoni tat-tip ta’ dawk is-sistemi bħala unitajiet tekniċi separati. Bħala riżultat tar-regoli stabbiliti f’dan ir-Regolament, huwa meħtieġ li tiżdied referenza għal dan ir-Regolament fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2019/2144. Għalhekk, huwa xieraq li dawn id-dispożizzjonijiet jiġu stabbiliti f’Regolament Delegat wieħed,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Proċeduri ta’ ttestjar u rekwiżiti tekniċi għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura fir-rigward tas-sistemi ta’ assistenza intelliġenti tal-veloċità

L-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura fir-rigward tas-sistemi ta’ assistenza intelliġenti tal-veloċità għandha tkun soġġetta għall-konformità tal-vettura mal-proċeduri ta’ ttestjar u mar-rekwiżiti tekniċi stabbiliti fl-Anness I.

Artikolu 2

Proċeduri ta’ ttestjar u rekwiżiti tekniċi għall-approvazzjoni tat-tip ta’ sistema ta’ assistenza intelliġenti tal-veloċità bħala unità teknika separata

L-approvazzjoni tat-tip ta’ sistema ta’ assistenza intelliġenti tal-veloċità bħala unità teknika separata għandha tkun soġġetta għas-sistema li tikkonforma mal-proċeduri ta’ ttestjar u mar-rekwiżiti tekniċi stabbiliti fl-Anness I.

Artikolu 3

Katalogu tas-sinjali tat-traffiku

Il-lista ta’ sinjali tal-limitu tal-veloċità użati f’kull Stat Membru, li abbażi tagħha l-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip u s-servizzi tekniċi għandhom jivvalutaw il-prestazzjoni tas-sistemi intelliġenti ta’ assistenza tal-veloċità skont dan ir-Regolament, hija stabbilita fl-Anness II.

Artikolu 4

Informazzjoni dwar l-użu ta’ sistemi ta’ assistenza intelliġenti tal-veloċità

1.   Il-manifatturi tal-vetturi għandhom jipprovdu l-informazzjoni li ġejja lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni li jagħtu approvazzjonijiet tat-tip skont dan ir-Regolament:

(a)

il-proporzjonijiet tal-ħin ta’ sewqan jew id-distanzi li jiġu vvjaġġati bis-sistemi ta’ assistenza intelliġenti tal-veloċità mixgħula u mitfija;

(b)

il-proporzjonijiet tal-ħin ta’ sewqan jew id-distanzi li jiġu vvjaġġati bil-limiti tal-veloċità perċepiti osservati u diżattivati, rispettivament;

(c)

il-ħin medju li jkun għadda bejn l-attivazzjoni u d-diżattivazzjoni tas-sistema ta’ assistenza intelliġenti tal-veloċità mis-sewwieq, meta applikabbli;

L-informazzjoni msemmija fis-subparagrafu (a) għandha tiġi pprovduta separatament għall-funzjoni ta’ twissija akustika kaskata, il-funzjoni ta’ twissija b’vibrazzjoni kaskata, il-funzjoni ta’ feedback tattili u l-funzjoni tal-kontroll tal-veloċità.

2.   L-awtoritajiet tal-approvazzjoni għandhom jaggregaw l-informazzjoni li jirċievu f’konformità mal-paragrafu 1 u jipprovduha lill-Kummissjoni fis-7 ta’ Lulju 2024 u tal-anqas kull 6 xhur minn hemm ’il quddiem għal perjodu ta’ sentejn.

Artikolu 5

Emenda għar-Regolament (UE) 2019/2144

L-Anness II tar-Regolament (UE) 2019/2144 huwa emendat f’konformità mal-Anness III ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 6

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mis-6 ta’ Lulju 2022.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Ġunju 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 325, 16.12.2019, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).


ANNESS I

Rekwiżiti tekniċi u proċeduri tat-testijiet

1.   Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

1.1.

“tip ta’ vettura fir-rigward tas-sistema ta’ assistenza intelliġenti tal-veloċità” tfisser vetturi li ma jvarjawx f’aspetti essenzjali bħall-karatteristiċi u l-funzjonalità tas-sistema ta’ determinazzjoni tal-limitu tal-veloċità u l-prestazzjoni tagħha meta titħaddem fi triq pubblika li tkun tinsab fit-territorju tal-Unjoni Ewropea kif ukoll is-sistema ta’ feedback li tintuża biex tgħin lis-sewwieq iżomm il-veloċità xierqa għall-ambjent tat-triq;

1.2.

“tip ta’ sistema ta’ assistenza intelliġenti tal-veloċità” tfisser kombinazzjoni ta’ hardware speċifiku u ta’ arkitettura ġenerali tas-software li ma tvarjax f’aspetti essenzjali bħall-karatteristiċi u l-funzjonalità tas-sistema ta’ determinazzjoni tal-limitu tal-veloċità u l-prestazzjoni tagħha meta titħaddem f’kundizzjoni aġġornata fi triq pubblika li tinsab fit-territorju tal-Unjoni Ewropea;

1.3.

funzjoni ta’ informazzjoni dwar il-limitu tal-veloċità tfisser funzjoni li hija magħmula mis-sistema ta’ determinazzjoni tal-limitu tal-veloċità li tiddetermina l-limitu tal-veloċità perċepit, u interfaċċa bniedem-magna li tikkomunika l-limitu tal-veloċità perċepit lis-sewwieq;

1.4.

“funzjoni ta’ twissija tal-limitu tal-veloċità” tfisser funzjoni li twissi lis-sewwieq li l-veloċità tal-ispeedometer tkun ogħla mil-limitu tal-veloċità perċepit;

1.5.

“funzjoni ta’ kontroll tal-veloċità” tfisser funzjoni li tipprova tillimita l-veloċità tal-ispeedometer għal veloċità stabbli fil-limitu tal-veloċità perċepit jew taħtu;

1.6.

“limitu tal-veloċità perċepit” tfisser il-limitu tal-veloċità applikabbli kif miksub mis-sistema ta’ determinazzjoni tal-limitu tal-veloċità;

1.7.

“veloċità tal-ispeedometer” tfisser il-veloċità tas-sewqan tal-vettura kif murija mill-ispeedometer abbord tagħha;

1.8.

“limitu tal-veloċità applikabbli” tfisser il-veloċità tas-sewqan legali massima permessa għat-triq ivvjaġġata, kif applikabbli għall-kategorija ta’ vettura li magħha tkun imwaħħla s-sistema ta’ assistenza intelliġenti tal-veloċità;

1.9.

“katalogu tas-sinjali tat-triq” tfisser il-lista ta’ varjanti nazzjonali u reġjonali tat-tipi ta’ sinjali tat-triq u tat-tipi ta’ sinjali tat-traffiku b’messaġġ varjabbli li abbażi tagħhom is-sistema ta’ assistenza intelliġenti tal-veloċità tikseb il-limitu tal-veloċità perċepit;

1.10.

“sinjal tat-triq applikabbli” tfisser sinjal li jinsab fil-katalogu tas-sinjali tat-triq għall-kategorija ta’ vettura li għandha tiġi approvata u li huwa applikabbli għal tal-inqas korsija waħda tal-karreġġata tal-vettura, inkluż kemm sinjali mhux elettroniċi, konvenzjonali kif ukoll sinjali tat-traffiku b’messaġġ varjabbli, iżda l-marki ta’ limitu tal-veloċità fuq l-uċuħ tat-toroq mhumiex inklużi;

1.11.

“sinjal numeriku tal-limitu tal-veloċità espliċitu” tfisser sinjal tat-triq applikabbli li juri valur numeriku temporanju jew permanenti;

1.12.

“sistema ta’ determinazzjoni tal-limitu tal-veloċità” tfisser il-hardware speċifiku meħtieġ biex jinkiseb il-limitu tal-veloċità permezz tal-osservazzjoni tas-sinjali tat-triq, abbażi ta’ sinjali tal-infrastruttura jew data kartografika elettronika, jew it-tnejn li huma;

1.13.

“sinjal tal-limitu tal-veloċità impliċitu” tfisser sinjal tat-triq applikabbli li ma jurix valur numeriku (sinjal mhux numeriku tal-limitu tal-veloċità impliċitu) jew li juri valur numeriku maqtugħ (sinjal numeriku tal-limitu tal-veloċità impliċitu);

1.14.

“limitu nazzjonali tal-veloċità” tfisser il-veloċità tas-sewqan legali massima permessa prestabbilita għat-tip ta’ triq ivvjaġġata fi Stat Membru partikolari, sakemm ma jkunx indikat mod ieħor, kif applikabbli għall-kategorija ta’ vettura li magħha tkun imwaħħla s-sistema ta’ assistenza intelliġenti tal-veloċità.

2.   Rekwiżiti tekniċi ġenerali

2.1.

Sistema ta’ assistenza intelliġenti tal-veloċità (ISA) għandha tinkludi funzjoni ta’ informazzjoni dwar il-limitu tal-veloċità (SLIF) u jew funzjoni ta’ twissija tal-limitu tal-veloċità (SLWF) jew funzjoni ta’ kontroll tal-veloċità (SCF).

2.1.1.

Is-sistema tal-ISA ta’ vettura għandha tikkonforma ma’:

(a)

ir-rekwiżiti tas-sistema tal-ISA stabbiliti fil-punti 3.1., 3.2. u 3.3.;

(b)

ir-rekwiżiti tal-SLIF stabbiliti fil-punt 3.4.; u

(c)

kwalunkwe wieħed mir-rekwiżiti li ġejjin:

(i)

ir-rekwiżiti tal-SLWF stabbiliti fil-punt 3.5.; jew

(ii)

ir-rekwiżiti tal-SCF stabbiliti fil-punt 3.6.

2.1.2.

Meta l-vettura bil-mutur tkun mgħammra b’sistema tal-ISA li jkollha approvazzjoni tat-tip bħala unità teknika separata (STU), il-vettura u s-sistema tagħha għandhom jikkonformaw ma’:

(a)

ir-rekwiżiti tas-sistema tal-ISA stabbiliti fil-punti 3.1., 3.2. u 3.3.;

(b)

ir-rekwiżiti tal-SLIF stabbiliti fil-punt 3.4.1. u fil-punti 3.4.2.1.1. sa 3.4.2.1.4.; u

(c)

kwalunkwe wieħed mir-rekwiżiti li ġejjin:

(i)

ir-rekwiżiti tal-SLWF stabbiliti fil-punt 3.5.; jew

(ii)

ir-rekwiżiti tal-SCF stabbiliti fil-punt 3.6.

2.1.3.

L-approvazzjoni tat-tip ta’ sistema tal-ISA bħala STU għandha tkun soġġetta għall-STU li tikkonforma mar-rekwiżiti tal-SLIF stabbiliti fil-punt 3.4.2.

2.2.

Soġġett għall-punt 2.3., is-sistema tal-ISA għandha tkun iddisinjata biex tevita jew timminimizza r-rata ta’ errur f’kundizzjonijiet reali tas-sewqan.

2.3.

Is-sistemi tal-ISA għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti meta l-vettura titħaddem fi triq pubblika jew triq li tinsab fit-territorju tal-Unjoni Ewropea, kif definit fil-ħin tal-approvazzjoni tat-tip.

2.4.

Il-privatezza u l-protezzjoni tad-data.

2.4.1.

Is-sistema tal-ISA għandha tikkonforma mar-rekwiżiti fil-modalità ta’ tħaddim normali mingħajr l-użu ta’ informazzjoni bijometrika, inkluż ir-rikonoxximent tal-wiċċ, ta’ kwalunkwe okkupant ta’ vettura.

2.4.2.

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 4 ta’ dan ir-Regolament, is-sistema tal-ISA ma għandhiex tirreġistra kontinwament u lanqas iżżomm jew tittrażmetti kwalunkwe data relatata ma’ inċidenti speċifiċi li jaqbżu l-limitu tal-veloċità għajr dak li huwa meħtieġ għat-twettiq tal-funzjonalità tal-ISA meħtieġa jew għall-konformità ma’ atti oħra tal-Unjoni dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura (eż. reġistratur tad-data f’każ ta’ avveniment).

2.5.

Meta s-sistema tal-ISA tiġi attivata b’kapaċitajiet ta’ pożizzjonament, din għandha tkun kompatibbli tal-inqas mas-servizzi ta’ pożizzjonament ipprovduti mis-sistemi Galileo u EGNOS. Barra minn hekk, is-sistema tal-ISA tista’ tkun kompatibbli wkoll ma’ sistemi oħra ta’ navigazzjoni bis-satellita.

3.   Rekwiżiti tekniċi speċifiċi.

3.1.

Twissija ta’ falliment fl-ISA.

3.1.1.

Għandu jingħata sinjal ottiku kostanti meta jkun hemm falliment fis-sistema tal-ISA li tipprevjeni milli jiġu ssodisfati r-rekwiżiti ta’ prestazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

3.1.1.1.

Ma għandux ikun hemm intervall ta’ ħin twil wisq bejn kull awtokontroll mill-ISA, u sussegwentement, ma għandux ikun hemm dewmien biex jinxtegħel is-sinjal ta’ twissija, fil-każ ta’ falliment li jista’ tiġi rilevat b’mezz elettriku.

3.1.1.2.

Mad-detezzjoni ta’ kwalunkwe kundizzjoni ta’ falliment mhux elettriku (eż. oskurazzjoni tas-sensur li teskludi l-oskurazzjoni temporanja bħal-leħħa tax-xemx) għandu jiġi attivat sinjal ta’ twissija ta’ falliment imsemmi fil-punt 3.1.1.

3.1.1.3.

L-istatus ta’ falliment li jrid jattiva s-sinjal ta’ twissija msemmi fil-punt 3.1.1, iżda li ma jiġix rilevat f’kundizzjonijiet statiċi, għandu jinżamm malli jiġi rilevat falliment bħal dan u għandu jkompli jintwera wara kull attivazzjoni tal-iswiċċ ta’ kontroll prinċipali tal-vettura, sakemm il-falliment jew id-difett jippersisti.

3.2.

Kontroll tal-ISA

3.2.1.

Għandu jkun possibbli għas-sewwieq li jiddiżattiva manwalment is-sistema tal-ISA, jew bis-sħiħ (jiġifieri l-SLIF u l-SLWF, jew l-SLIF u l-SCF), jew parzjalment (jiġifieri l-SLWF jew l-SCF).

Il-manifattur jista’ jipprovdi l-possibbiltà li s-sewwieq jiddiżattiva manwalment u parzjalment l-SLWF biex jagħmel waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

jipprovdi funzjoni ta’ twissija viżiva attiva, iżda mingħajr twissija li tinstema’ jew tattili; jew

(b)

itemm istanza waħda tat-twissija li tinstema’ jew tattili tal-SLWF (eż. buttuna mute).

Il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti 3.2.1.1., 3.2.1.2. u 3.2.1.3. għandhom japplikaw kif xieraq.

3.2.1.1.

Is-sistema tal-ISA għandha terġa’ tiddaħħal awtomatikament fil-modalità ta’ tħaddim normali ma’ kull attivazzjoni tal-iswiċċ ta’ kontroll prinċipali tal-vettura. Ir-riattivazzjoni awtomatika tas-sistema tal-ISA tista’ tiddependi mill-ftuħ tal-bieba tas-sewwieq.

3.2.1.2.

Sinjal ottiku kostanti għandu jinforma lis-sewwieq li s-sistema tal-ISA tkun ġiet diżattivata kompletament. Sinjal ottiku li jdum mill-inqas 10 sekondi jew sakemm jiġi kkanċellat manwalment għandu jinforma lis-sewwieq li s-sistema tal-ISA ġiet diżattivata parzjalment. Is-sinjal ta’ twissija ta’ falliment speċifikat fil-punt 3.1.1 jista’ jintuża għal dan l-għan.

3.2.1.3.

Wara d-diżattivazzjoni manwali tas-sistema tal-ISA, għandu jkun possibbli għas-sewwieq li jattiva mill-ġdid is-sistema b’mhux aktar min-numru ta’ azzjonijiet meħtieġa għad-diżattivazzjoni tagħha.

3.2.2.

Id-diżattivazzjoni awtomatika tas-sistema tal-ISA hija permessa f’sitwazzjonijiet meta s-sistemi awtomatizzati jikkontrollaw il-veloċità tal-vettura, jiġifieri, dawk is-sistemi li jwettqu s-subkompitu tas-sewqan dinamiku tad-detezzjoni ta’ oġġett u ta’ avveniment u tar-rispons għalihom (eż. sistema ta’ żamma awtomatizzata tal-korsija (ALKS)). Tali diżattivazzjoni ma għandhiex għalfejn tiġi kkomunikata lis-sewwieq.

3.2.3.

Il-manifattur tal-vettura jista’ jipprovdi funzjoni ta’ kalibrazzjoni awtomatika jew manwali tal-ispeedometer tal-vettura sabiex tiġi mminimizzata d-diskrepanza bejn il-veloċità tal-ispeedometer u l-veloċità reali tal-vettura pereżempju wara li jinbidel it-tajer, sakemm jiġi żgurat li r-rekwiżiti tar-Regolament tan-NU Nru 39 (1) dejjem jiġu rrispettati. Barra minn hekk, il-manifattur tal-vettura jista’ jqis tolleranza sa 3,0 % fir-rigward tal-limiti tal-veloċità perċepiti użati biex tiġi attivata l-informazzjoni u t-twissijiet.

3.2.4.

Il-veloċità tal-ispeedometer titqies ugwali għal-limitu tal-veloċità perċepit jekk l-indikazzjoni tal-veloċità tal-ispeedometer tkun fi ħdan 1,0 km/h fuq il-limitu tal-veloċità perċepit.

3.2.5.

Fil-każ fejn it-tolleranzi tal-mekkaniżmu ta’ kejl tal-ispeedometer jkunu minimi, id-dispożizzjonijiet fil-punti 3.2.3. u 3.2.4. ifissru li l-informazzjoni msemmija fil-punt 3.4.1.2. u t-twissija msemmija fil-punt 3.5.1. jistgħu jiġu skattati b’veloċità tal-ispeedometer indikata u b’veloċità reali tal-vettura li tkun ftit ogħla mil-limitu tal-veloċità perċepit.

3.3.

Proċedura tat-test perjodiku tal-affidabbiltà stradali

3.3.1.

Għall-fini ta’ testijiet perjodiċi tal-affidabbiltà stradali, għandu jkun possibbli li jiġu vverifikati l-karatteristiċi li ġejjin tas-sistema tal-ISA:

(a)

L-istatus operattiv korrett tagħha, permezz ta’ osservazzjoni viżibbli tal-istatus tas-sinjal ta’ twissija ta’ falliment wara l-attivazzjoni tal-iswiċċ ta’ kontroll prinċipali tal-vettura u kwalunkwe kontroll tal-bozza. Meta s-sinjal ta’ twissija ta’ falliment jintwera fi spazju komuni (iż-żona li fuqha jistgħu jintwerew żewġ funzjonijiet/simboli ta’ informazzjoni jew aktar, iżda mhux fl-istess ħin), l-ewwel irid jiġi vverifikat li l-ispazju komuni huwa funzjonali qabel il-verifika tal-istatus tas-sinjal ta’ twissija ta’ falliment;

(b)

Il-funzjonalità korretta tagħha u l-integrità tas-software, bl-użu ta’ interfaċċa elettronika tal-vettura, bħal dik stabbilita fil-punt I.(14) tal-Anness III tad-Direttiva 2014/45/UE (2), fejn il-karatteristiċi tekniċi tal-vettura jippermettu dan u d-data meħtieġa tkun disponibbli. Il-manifatturi għandhom jiżguraw li jagħmlu disponibbli l-informazzjoni teknika għall-użu tal-interfaċċa elettronika tal-vettura f’konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2019/621 (3).

3.3.2.

Fil-ħin tal-approvazzjoni tat-tip, il-mezz ta’ protezzjoni kontra modifika sempliċi mhux awtorizzata tat-tħaddim tas-sistema tal-ISA u tas-sinjal ta’ twissija ta’ falliment magħżul mill-manifattur għandu jiġi deskritt b’mod kunfidenzjali u din l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta lis-servizz tekniku. Alternattivament, dan ir-rekwiżit ta’ protezzjoni jiġi ssodisfat meta jkun disponibbli mezz sekondarju għall-kontroll tal-istatus operattiv korrett tas-sistema tal-ISA.

3.3.3.

Jekk data elettronika (eż. data kartografika) b’rilevanza għall-prestazzjoni tagħha tintuża mis-sistema tal-ISA, għandu jkun possibbli l-verżjoni tad-data tiġi vverifikata faċilment.

3.4.

Rekwiżiti tekniċi tal-SLIF

3.4.1.

Skrin tal-SLIF

3.4.1.1.

L-iskrin tal-SLIF għandu jkun ippożizzjonat fil-kamp viżiv dirett tas-sewwieq u għandu jkun jista’ jiġi identifikat u jinqara b’mod ċar kemm binhar kif ukoll billejl. Huma permessi skrins addizzjonali ta’ informazzjoni simili f’postijiet oħrajn fil-vettura (eż. fuq skrin tan-navigazzjoni, bħala informazzjoni proġettata, eċċ.) u dawn ma għandhomx ikunu soġġetti għar-rekwiżiti f’dan il-punt.

3.4.1.2.

Fin-nuqqas ta’ kundizzjonijiet li jwasslu għad-diżattivazzjoni tas-sistema f’konformità mal-punti 3.2.1. u 3.2.2., l-iskrin tal-SLIF għandu juri l-limitu tal-veloċità perċepit lis-sewwieq tal-inqas meta l-veloċità tal-ispeedometer tkun aktar mil-limitu tal-veloċità perċepit, għal veloċitajiet minn 5 km/h jew inqas.

3.4.1.2.1.

Il-limitu tal-veloċità perċepit għandu jintwera bi kwalunkwe wieħed mill-modi li ġejjin:

(a)

fuq l-ispeedometer b’mod li jkun jidher b’mod ċar u distint u li ma jnaqqasx il-leġibbiltà tal-ispeedometer (eż. marka ottika);

(b)

bħala valur numeriku, bl-użu ta’ simbolu li jixbah mudell ta’ sinjal tat-triq b’limitu ta’ veloċità msemmi fil-Konvenzjoni dwar is-Sinjali tat-Toroq, tat-8 ta’ Novembru 1968; jew

(c)

test li jikkonsisti mill-valur u mill-unità tal-kejl.

Il-wiri ta’ informazzjoni addizzjonali tas-subsinjal huwa permess fil-każijiet kollha.

3.4.1.3.

Meta ma jkun hemm disponibbli l-ebda limitu tal-veloċità perċepit għas-sistema tal-ISA, minħabba ċirkostanza waħda jew aktar imsemmija fil-punti 5.3.1., 5.3.2 u 5.3.3., sinjal ottiku ddedikat, li jiċċara din is-sitwazzjoni partikolari, għandu jingħata lis-sewwieq b’indikazzjoni ta’ limitu tal-veloċità preżunt jew mingħajru fuq l-SLIF. Is-sinjal ta’ twissija ta’ falliment speċifikat fil-punt 3.1.1 ma għandux jintuża għal dan l-għan. Fil-każ ta’ indikazzjoni ta’ limitu tal-veloċità preżunt fuq l-SLIF, punt interrogattiv “?” għandu jintwera b’mod prominenti maġenb il-valur numeriku.

3.4.1.4.

Meta l-iskrin tal-SLIF juri l-limitu tal-veloċità perċepit, anke meta l-veloċità tal-ispeedometer tkun aktar baxxa mil-limitu tal-veloċità perċepit (eż. dejjem mixgħul jew fuq talba b’ISA attivata), is-sistema għandha tipprovdi wkoll notifika li tinstema’ sottili u mhux irritanti kull darba li jinbidel il-limitu tal-veloċità perċepit. Din il-karatteristika tista’ tkun konfigurabbli mill-utent (eż. ħoss, volum, mitfija b’mod permanenti).

3.4.1.5.

Meta s-sistema tal-ISA tiġi diżattivata, huwa permess il-wiri tal-limitu tal-veloċità perċepit. F’każ bħal dan ma hija meħtieġa l-ebda notifika li tinstema’ kif imsemmi fil-punt 3.4.1.4.

3.4.2.

Determinazzjoni tal-limitu tal-veloċità

3.4.2.1.

Setting tal-pajjiż ta’ operazzjoni

3.4.2.1.1.

Jekk l-għarfien tal-pajjiż ta’ operazzjoni ikun prerekwiżit għad-determinazzjoni tal-limitu tal-veloċità korrett, is-sistema tal-ISA għandha tikkonforma ma’ waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

is-sistema tkun tista’ tidentifika awtomatikament il-kodiċi tal-pajjiż u tissettjah b’konferma tal-utent jew mingħajrha; jew

(b)

is-sistema tippermetti lis-sewwieq jagħżel il-kodiċi tal-pajjiż manwalment.

Jekk l-għarfien tar-reġjun ta’ operazzjoni ikun prerekwiżit għad-determinazzjoni tal-limitu tal-veloċità korrett, is-sistema tista’ tadotta l-limitu tal-veloċità applikabbli l-aktar komuni fid-diversi reġjuni ta’ dak il-pajjiż, għad-diskrezzjoni tal-manifattur.

3.4.2.1.2.

Is-sistema tal-ISA għandha żżomm il-pajjiż ta’ operazzjoni ssettjat manwalment jew ikkonfermat mill-utent, anke wara r-riattivazzjoni tal-iswiċċ ta’ kontroll prinċipali tal-vettura.

3.4.2.1.3.

Il-proċedura ta’ ssettjar manwali għall-pajjiż ta’ operazzjoni għandha tkun intuwittiva u ssir permezz ta’ interfaċċa mhux kumplessa. B’mod partikolari, għandu jkun faċli li wieħed jagħżel bejn l-għażliet attwali u preċedenti tal-pajjiż ta’ operazzjoni.

3.4.2.1.4.

F’każ li jkun hemm bżonn ta’ ssettjar manwali jew konferma tal-utent, l-istruzzjonijiet għall-utent tal-vettura bil-mutur (eż. manwal tas-sid, manwal tal-vettura) għandhom jispeċifikaw b’mod ċar li din il-proċedura hija meħtieġa għat-tħaddim korrett tas-sistema tal-ISA.

3.4.2.1.5.

Il-vetturi bil-mutur maħsuba għall-operat lokali jew reġjonali (eż. xarabanks tal-Klassijiet I u A) jista’ jkollhom kapaċitajiet operattivi limitati tas-sistema tal-ISA fir-rigward tal-għarfien tal-pajjiż jew tar-reġjun ta’ operazzjoni. L-istruzzjonijiet għall-utent tal-vettura bil-mutur għandhom jispeċifikaw b’mod ċar il-limitazzjonijiet tas-sistema tal-ISA u jipprovdu informazzjoni dwar kif jinkisbu parametri alternattivi tal-pajjiż jew reġjonali mill-manifattur jekk jinbidel il-post tal-operazzjoni tal-vettura bil-mutur. Sakemm tiġi introdotta entrata dedikata fiċ-Ċertifikat ta’ Konformità, it-test “il-funzjonalità tal-ISA hija limitata għall-pajjiż jew għar-reġjun ta’ operazzjoni” għandha tiżdied mar-“rimarki” fiċ-Ċertifikat ta’ Konformità, sabiex din l-informazzjoni tkun tista’ tiġi inkluża fid-dokumenti ta’ reġistrazzjoni abbord il-vettura.

3.4.2.2.

Determinazzjoni tal-limitu tal-veloċità perċepit permezz tal-osservazzjoni ta’ sinjali tal-limitu tal-veloċità espliċitu.

3.4.2.2.1.

Fin-nuqqas ta’ kundizzjonijiet li jwasslu għad-diżattivazzjoni tas-sistema f’konformità mal-punti 3.2.1. u 3.2.2., l-SLIF għandha tkun tista’, permezz ta’ osservazzjoni viżiva diretta tas-sinjali tat-triq jew ta’ metodi effettivi oħra, tirrikonoxxi s-sinjali numeriċi tal-limitu tal-veloċità espliċitu kollha meta l-limitu tal-veloċità applikabbli assoċjat għall-kategorija ta’ vettura li għandha tiġi approvata jkun jaqbel mal-valur numeriku muri fuq is-sinjal, u tiddetermina l-limitu tal-veloċità applikabbli sa mhux aktar tard minn 2,0 sekondi wara li l-punt ta’ referenza ddikjarat mill-manifattur fuq il-vettura bil-mutur (li għandu jiġi speċifikat ukoll għall-STUs) jaqbeż is-sinjal tat-triq. Dan ir-rekwiżit għandu jiġi ssodisfat tal-inqas meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

is-sinjali jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt 3.4.2.2.2.; u

(b)

is-sinjali jkunu jinsabu fil-kundizzjonijiet operattivi u ambjentali msemmija fil-punt 3.4.2.2.3.

Il-konformità mal-ewwel paragrafu għandha tintwera f’konformità mal-proċeduri tat-testijiet u mad-dokumentazzjoni rilevanti speċifikati fil-punt 4.1.

Għall-veloċitajiet tas-sewqan tal-vettura ta’ inqas minn 20 km/h, il-limitu tal-veloċità applikabbli jista’ jiġi ddeterminat sa mhux aktar tard minn 10 m lura mill-punt ta’ referenza ddikjarat mill-manifattur imsemmi fl-ewwel paragrafu.

3.4.2.2.2.

Il-kundizzjonijiet tas-sinjali tat-triq fiż-żmien tal-valutazzjoni:

(a)

ikollhom disinn u daqs li jikkonformaw mal-istandards applikabbli fl-Istat Membru kkonċernat;

(b)

ikunu ppożizzjonati b’mod konformi mal-istandards applikabbli fl-Istat Membru kkonċernat;

(c)

ma juru l-ebda ħsara sinifikanti (eż. telf tal-kulur, retroriflettività mnaqqsa, liwi, qsim, vandaliżmu) li taffettwa materjalment il-proprjetajiet viżivi tagħhom; u

(d)

ma jkunux parzjalment jew kompletament mgħottija (eż. weraq, borra jew ħmieġ li joskuraw is-sinjal, jew invalidazzjoni intenzjonata matul xogħlijiet fit-triq).

3.4.2.2.3.

Il-kundizzjonijiet operattivi u ambjentali fiż-żmien tal-valutazzjoni:

(a)

medda tal-veloċità operattiva sħiħa tal-vettura;

(b)

b’viżjoni mhux imfixkla tas-sinjal tat-triq għal perjodu kontinwu ta’ mill-inqas 1,0 sekondi;

(c)

fil-kundizzjonijiet kollha tal-illuminazzjoni mingħajr dawl tax-xemx dirett qawwi u bl-illuminazzjoni tal-fanali ta’ quddiem b’raġġ baxx jekk ikun xieraq, binhar jew billejl; u

(d)

fin-nuqqas ta’ kundizzjonijiet tat-temp li jaffettwaw il-viżibbiltà tas-sinjali tat-triq (eż. ċpar, xita qawwija, borra).

3.4.2.3.

Determinazzjoni tal-limitu tal-veloċità perċepit permezz tal-osservazzjoni tas-sinjali tat-triq.

3.4.2.3.1.

Fin-nuqqas ta’ kundizzjonijiet li jwasslu għad-diżattivazzjoni tas-sistema f’konformità mal-punti 3.2.1. u 3.2.2., l-SLIF għandha tkun tista’, permezz tal-osservazzjoni tas-sinjali tat-triq bl-użu tal-inputs rilevanti kollha tas-sistema tal-ISA (eż. kamera, data kartografika elettronika), tiddetermina l-limiti tal-veloċità tat-triq assoċjati mas-sinjali tat-triq applikabbli kollha inklużi fil-katalogu tas-sinjali tat-triq fl-Anness II, għall-kategorija ta’ vettura li għandha tiġi approvata, sa mhux aktar tard minn 2,0 sekondi wara li l-punt ta’ referenza msemmi fil-punt 3.4.2.2.1. jaqbeż is-sinjal tat-triq. Dan ir-rekwiżit għandu jiġi ssodisfat tal-inqas meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

is-sinjali jkunu jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt 3.4.2.2.2.; u

(b)

is-sinjali jkunu jinsabu fil-kundizzjonijiet operattivi u ambjentali msemmija fil-punt 3.4.2.2.3.

Il-konformità mal-ewwel paragrafu għandha tintwera f’konformità mal-proċeduri tat-testijiet rilevanti msemmija fil-punt 4.2.

Għall-veloċitajiet tas-sewqan tal-vettura ta’ inqas minn 20 km/h, il-limitu tal-veloċità applikabbli jista’ jiġi ddeterminat sa mhux aktar tard minn 10 m lura mill-punt ta’ referenza msemmi fil-punt 3.4.2.2.1.

3.4.2.3.2.

L-SLIF mhijiex meħtieġa tqis il-kundizzjonijiet varjabbli speċjali li jinfluwenzaw il-limitu nazzjonali tal-veloċità (jiġifieri l-kundizzjonijiet li jeħtieġu informazzjoni li tmur lil hinn mill-pajjiż attwali ta’ operazzjoni u t-tip ta’ triq attwali, eż. l-istatus tal-karru, il-kundizzjonijiet ambjentali prevalenti, il-ħin tal-ġurnata, iż-żmien tas-sena, l-età jew l-esperjenza tas-sewwieq, il-passiġġieri bilwieqfa, l-oġġetti perikolużi, it-tagħbija ta’ daqs eċċessiv). Fil-każ li jistgħu jkunu preżenti kundizzjonijiet varjabbli speċjali u s-sistema ma tkunx kapaċi tqis dawn il-kundizzjonijiet, id-determinazzjoni tal-limitu tal-veloċità għandha tkun awtomatika għall-aktar kundizzjoni komuni preżunta fi tħaddim normali tipiku.

3.4.2.4.

Fl-istruzzjonijiet għall-utent tal-vettura bil-mutur għandu jiġi spjegat b’mod ċar li l-indikazzjonijiet u t-twissijiet tas-sistema tal-ISA huma mingħajr preġudizzju għal-limitu tal-veloċità attwali applikabbli f’sitwazzjoni partikolari, li l-osservazzjoni tagħhom u l-konformità magħhom jibqgħu r-responsabbiltà aħħarija tas-sewwieq.

3.4.2.5.

Affidabbiltà tas-sewqan reali biex jiġi ddeterminat il-limitu tal-veloċità.

3.4.2.5.1.

Fin-nuqqas ta’ kundizzjonijiet li jwasslu għad-diżattivazzjoni tas-sistema skont il-punti 3.2.1. u 3.2.2., l-SLIF għandha tkun tista’, permezz tal-osservazzjoni tas-sinjali tat-triq, bl-użu tal-inputs rilevanti kollha tas-sistema, pereżempju, data ta’ input tal-kamera u kartografika elettronika, fejn tkun ipprovduta fil-vettura għal dan il-għan, tiddetermina b’mod affidabbli l-applikabbiltà tal-limitu nazzjonali tal-veloċità u tal-limiti tal-veloċità assoċjati mas-sinjali tat-triq applikabbli kollha inklużi fil-katalogu tas-sinjali tat-triq fl-Anness II, għall-kategorija ta’ vettura li għandha tiġi approvata. Dan ir-rekwiżit għandu jiġi ssodisfat tal-inqas meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

is-sinjali jkunu jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt 3.4.2.2.2.; u

(b)

is-sinjali jkunu jinsabu fil-kundizzjonijiet operattivi u ambjentali speċifikati fil-punt 3.4.2.2.3.

3.4.2.5.2.

Ir-rekwiżit għal determinazzjoni affidabbli tal-limitu tal-veloċità applikabbli jiġi ssodisfat jekk ir-rekwiżit tal-prestazzjoni bbażat fuq id-distanza jiġi ssodisfat f’sewqan reali.

Distanza pożittiva vera (“TP_D”): il-limitu tal-veloċità korrett għandu jiġi ddeterminat għal tal-inqas 90 % tad-distanza totali u għal tal-inqas 80 % tad-distanza misjuqa f’kull wieħed mit-tliet tipi ta’ toroq (toroq urbani, toroq mhux urbani, u awtostradi/toroq espress/karreġġati doppji) tal-inqas għal-limiti tal-veloċità applikabbli msemmija fil-punt 3.4.2.5.1. u fejn ma tapplika l-ebda kundizzjoni varjabbli speċjali msemmija fil-punt 3.4.2.3.2.

Il-konformità għandha tintwera f’konformità ma’ test tas-sewqan reali kif speċifikat fil-punt 4.3.

3.4.2.5.3.

Qabel ma jitwettaq it-test tas-sewqan reali, is-servizz tekniku, l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip u l-manifattur tal-vettura jew tal-STU għandhom jaqblu fuq profil tar-rotta. Il-profil tar-rotta għandu jikkonforma mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

ikun jinsab f’toroq pubbliċi fit-territorju tal-Unjoni Ewropea, esklużi r-reġjuni ultraperiferiċi f’konformità mal-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE); u

(b)

jintgħażel bl-intenzjoni li jiġi ġġenerat test li rnexxa jew li ma rnexxiex bis-saħħa tal-prestazzjoni teknika tas-sistema tal-ISA u mhux bis-saħħa ta’ għażla ta’ rotta estrema.

3.4.2.5.4.

Sabiex tintwera l-prestazzjoni tas-sistema fil-livell tal-Unjoni, il-manifattur tal-vettura jew tal-STU għandu jipprovdi dokumentazzjoni teknika li jkun fiha l-informazzjoni li ġejja:

(a)

informazzjoni dwar id-disinn bażiku tas-sistema tal-ISA u deskrizzjoni tas-sistema ta’ determinazzjoni tal-limitu tal-veloċità, inkluż is-sensuri u, jekk applikabbli, is-sorsi tad-data kartografika elettronika użati; u

(b)

deskrizzjoni tal-attivitajiet ta’ diliġenza dovuta mwettqa biex jipprovdu evidenza li r-rekwiżiti fil-punt 3.4.2.5.1. huma ssodisfati għat-tħaddim fl-Istati Membri kollha, esklużi r-reġjuni ultraperiferiċi f’konformità mal-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

Il-manifattur għandu jwettaq l-attivitajiet ta’ diliġenza dovuta li ġejjin:

(a)

jidentifika sitwazzjonijiet ta’ sfida fl-Istat(i) Membru/i għall-kategorija tal-vettura rilevanti u l-limiti tal-veloċità applikabbli, u jwettaq l-analiżi rilevanti biex juri kif ir-rekwiżiti huma ssodisfati; u

(b)

għal sistema li tuża data kartografika elettronika, jivvaluta l-livell ta’ aċċettazzjoni tal-integrità u l-affidabbiltà tad-data kartografika elettronika madwar l-Unjoni, filwaqt li jiżgura li r-rekwiżiti huma ssodisfati.

Is-servizz tekniku għandu jivvaluta d-dokumentazzjoni teknika pprovduta biex jivvaluta jekk ittiħdux passi raġonevoli u adegwati biex jiġi żgurat li r-rekwiżiti fil-punt 3.4.2.5.1. għat-tħaddim korrett tas-sistema tal-ISA fl-Istati Membri kollha huma ssodisfati.

3.4.2.5.5.

Prestazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja

3.4.2.5.5.1.

Il-manifattur tal-vettura għandu jiżgura li l-affidabbiltà tad-determinazzjoni tal-limitu tal-veloċità kif meħtieġa fil-punt 3.4.2.5.2. tinżamm għal tal-inqas 14-il sena wara d-data tal-manifattura tal-vettura. L-istess japplika meta STU titwaħħal mill-manifattur tal-vettura.

3.4.2.5.5.2.

Jekk tintuża data elettronika biex tinkiseb il-prestazzjoni meħtieġa, għandu jkun faċli li tiġi vverifikata l-informazzjoni fil-livell tal-verżjoni. Il-manifattur tal-vettura għandu jipprovdi aġġornamenti frekwenti tad-data lis-sidien tal-vetturi inklużi, fejn meħtieġ, il-bidliet meħtieġa biex jirrispondu għal aġġornament tal-katalogu tas-sinjali tat-triq fl-Anness II. Dawn l-aġġornamenti tad-data għandhom ikunu disponibbli għas-sidien tal-vetturi, tal-inqas fuq bażi annwali fil-każ ta’ data bbażata fuq il-mapep, mingħajr ħlas (ħlief għall-ispiża possibbli assoċjata ma’ pereżempju mezzi komuni tal-ħżin, l-użu ta’ kompjuter personali, sistema operattiva, tariffi tal-Internet privati jew mobbli, spejjeż tal-ivvjaġġar lil negozjant, sewwej, distributur jew sewwej indipendenti awtorizzat) sa 7 snin wara d-data tal-manifattura tal-vettura. Aġġornamenti sussegwenti jistgħu jkunu soġġetti għall-ħlas ta’ tariffa raġonevoli. L-istruzzjonijiet għall-utent tal-vettura bil-mutur għandhom jispeċifikaw b’mod ċar li huma meħtieġa aġġornamenti perjodiċi biex tinżamm il-prestazzjoni u jispjegaw il-proċeduri disponibbli biex jinkisbu u, jekk applikabbli, biex jitwettqu dawn l-aġġornamenti. L-aġġornamenti jistgħu jingħataw awtomatikament, pereżempju “over-the-air”.

3.5.

Rekwiżiti tekniċi tal-SLWF

3.5.1.

Fin-nuqqas ta’ kundizzjonijiet li jwasslu għad-diżattivazzjoni tas-sistema tal-ISA f’konformità mal-punti 3.2.1. u 3.2.2., jekk il-limitu tal-veloċità perċepit ikun magħruf u l-veloċità tal-ispeedometer taqbeż dan il-limitu, l-SLWF għandha tavża lis-sewwieq kif speċifikat fil-punt 3.5.2., għal veloċitajiet minn 20 km/h jew inqas.

3.5.2.

L-indikazzjoni ta’ twissija għandha tingħata bi kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

twissija viżiva u twissija akustika kaskata;

(b)

twissija viżiva u twissija tattili kaskata; jew

(c)

twissija tattili biss.

Meta l-veloċità tas-sewqan tal-vettura, li ma tkunx mgħammra b’SCF u li ma jkollhiex karatteristiċi simili għall-SCF, tkun ikkontrollata b’mod attiv minn sistema ta’ vettura fejn is-sewwieq ma jkunx mistenni li jmiss il-kontroll tal-aċċelleratur (eż. kontroll awtomatiku tal-veloċità), l-użu ta’ twissija tattili mhuwiex permess. F’dan il-każ, is-sistema għandha tipprova tnaqqas il-veloċità tas-sewqan għal-limitu tal-veloċità perċepit awtomatikament jew taħtu, pereżempju billi tneħħi jew tnaqqas il-potenza tal-magna, jew għandha tingħata twissija viżiva u twissija akustika kaskata.

3.5.2.1.

Twissija viżiva u twissija akustika jew viżiva kaskata u twissija tattili kaskata.

3.5.2.1.1.

It-twissija viżiva għandha tkun tista’ tiġi nnutata u tintgħaraf faċilment mis-sewwieq u tingħata permezz ta’ teptip tal-iskrin tal-SLIF jew permezz ta’ teptip tas-sinjal ottiku addizzjonali ħdejn l-iskrin tal-SLIF. Din għandha tingħata fi żmien 1,5 sekondi minn meta l-veloċità tal-ispeedometer taqbeż il-limitu tal-veloċità perċepit u għal tal-inqas 5.0 sekondi wara li jiskadi l-ħin tat-twissija akustika kaskata jew it-twissija tattili kaskata jew sakemm il-veloċità tal-ispeedometer tkun inqas minn jew daqs il-limitu tal-veloċità perċepit meta dan iseħħ qabel.

3.5.2.1.2.

It-twissija akustika kaskata għandha tkun tista’ tiġi nnutata mis-sewwieq, tkun unika u tintgħaraf faċilment u tingħata permezz ta’ sinjal akustiku kontinwu jew intermittenti jew permezz ta’ informazzjoni vokali. Meta tintuża informazzjoni vokali, il-manifattur tal-vettura għandu jiżgura li din tkun tista’ tiġi kkonfigurata faċilment mis-sewwieq biex juża kwalunkwe waħda mil-lingwi uffiċjali tal-UE. It-twissija akustika tista’ tiġi varjata biex tindika d-daqs jew il-ħin li għalih ikun inqabeż il-limitu tal-veloċità perċepit.

3.5.2.1.3.

It-twissija tattili kaskata għandha tkun tista’ tiġi nnutata mis-sewwieq u tingħata direttament jew indirettament permezz tal-kontroll tal-aċċelleratur meta s-sewwieq iżomm forza ta’ applikazzjoni kif ukoll veloċità tas-sewqan li taqbeż il-limitu tal-veloċità perċepit. Dan għandu jinkiseb bi kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)

żieda fil-forza ta’ restawr tal-kontroll tal-aċċelleratur; jew

(b)

vibrazzjoni tal-kontroll tal-aċċelleratur.

3.5.2.1.4.

It-twissija akustika kaskata u t-twissija tattili kaskata għandhom jingħataw, meta tiġi ssodisfata kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin, għall-veloċitajiet kostanti tal-vettura:

(a)

Veloċità tal-ispeedometer ta’ 130 % jew aktar tal-limitu tal-veloċità perċepit, għal 3,0 sekondi u aktar;

(b)

Veloċità tal-ispeedometer ta’ 120 % jew aktar tal-limitu tal-veloċità perċepit, għal 4,0 sekondi u aktar;

(c)

Veloċità tal-ispeedometer ta’ 110 % jew aktar tal-limitu tal-veloċità perċepit, għal 5,0 sekondi u aktar;

(d)

Veloċità tal-ispeedometer ta’ aktar minn 100 % tal-limitu tal-veloċità perċepit, għal 6,0 sekondi u aktar.

Is-sistema tista’ tkun iddisinjata b’tali mod li tuża ħin interpolat b’mod lineari bejn il-valuri rispettivi tal-veloċità u tal-ħin għall-punti (a) u (d).

3.5.2.1.4.1.

Meta l-vettura tkun qed taċċellera, il-manifattur għandu jagħżel il-ħin xieraq għall-kundizzjonijiet imsemmija fil-punt 3.5.2.1.4., il-punti (b), (c) jew (d), jew 3,0 sekondi kif ukoll kwalunkwe durata bejn dawn iż-żewġ valuri.

3.5.2.1.4.2.

Meta l-vettura tkun qed tiddeċellera u ma tiġi ssodisfata l-ebda waħda mill-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt 3.5.3., il-manifattur għandu jagħżel il-ħin xieraq għall-kundizzjonijiet imsemmija fil-punt 3.5.2.1.4., il-punti (a), (b) jew (c), jew 6,0 sekondi kif ukoll kwalunkwe durata bejn dawk iż-żewġ valuri.

3.5.2.1.5.

It-twissija akustika kaskata għandha tingħata sakemm il-veloċità tal-ispeedometer tkun inqas mil-limitu tal-veloċità perċepit jew daqsu jew għal tal-inqas 3,0 sekondi wara l-attivazzjoni inizjali tat-twissija akustika kaskata. Madankollu, it-twissija akustika fl-ebda każ ma għandha ddum aktar minn 5,0 sekondi, anke f’każ ta’ bidliet suċċessivi fil-limitu tal-veloċità, sabiex kemm jista’ jkun is-sewwieq ma jkunx irritat.

3.5.2.1.6.

It-twissija tattili kaskata għandha tingħata sakemm il-veloċità tal-ispeedometer tkun inqas minn jew daqs il-limitu tal-veloċità perċepit jew għal tal-inqas 10 sekondi wara l-attivazzjoni inizjali tat-twissija tattili kaskata. Madankollu, it-twissija tattili fl-ebda każ ma għandha ddum aktar minn 12-il sekonda, anke f’każ ta’ bidliet suċċessivi fil-limitu tal-veloċità, sabiex kemm jista’ jkun is-sewwieq ma jkunx irritat.

3.5.2.1.7.

It-twissija akustika kaskata jew tattili kaskata għandha tintemm minnufih malli tiġi rikonoxxuta permezz ta’ azzjoni intenzjonata tas-sewwieq (eż. meta tingħafas il-buttuna) jekk il-manifattur jagħżel li jimplimenta tali funzjonalità.

3.5.2.1.8.

Meta l-vettura tkun qed tnaqqas il-veloċità minħabba avveniment wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin, it-twissija akustika kaskata jew tattili kaskata ma għandhiex tingħata jew inkella għandha tintemm minnufih:

(a)

rilaxx sħiħ tal-kontroll tal-aċċelleratur, ħlief fil-każ meta l-veloċità tas-sewqan tal-vettura tkun ikkontrollata b’mod attiv minn sistema ta’ vettura u ħlief fil-każ ta’ deċellerazzjoni qasira b’riżultat ta’ bidla fil-ger;

(b)

diżattivazzjoni manwali tas-sistema tal-vettura li tikkontrolla l-veloċità tas-sewqan;

(c)

attivazzjoni tas-sistema ta’ brejk ta’ servizz; jew

(d)

attivazzjoni ta’ sistema ta’ bbrejkjar ta’ reżistenza.

3.5.2.2.

Twissija tattili biss

3.5.2.2.1.

It-twissija tattili għandha tkun tista’ tiġi nnutata mis-sewwieq u tingħata direttament jew indirettament permezz tal-kontroll tal-aċċelleratur meta s-sewwieq iżomm forza ta’ applikazzjoni kif ukoll veloċità tas-sewqan li taqbeż il-limitu tal-veloċità perċepit. Dan għandu jinkiseb billi tiżdied il-forza ta’ restawr tal-kontroll tal-aċċelleratur.

3.5.2.2.2.

It-twissija tattili waħedha għandha tingħata fi żmien 1,5 sekondi minn meta l-veloċità tal-ispeedometer taqbeż il-limitu tal-veloċità perċepit u sakemm il-veloċità tal-ispeedometer tkun inqas minn jew daqs il-limitu tal-veloċità perċepit jew għal tal-inqas 15-il sekonda wara l-attivazzjoni inizjali tagħha. Madankollu, it-twissija tattili fl-ebda każ ma għandha ddum aktar minn 20 sekonda, anke f’każ ta’ bidliet suċċessivi fil-limitu tal-veloċità, sabiex kemm jista’ jkun is-sewwieq ma jkunx irritat.

3.5.2.2.3.

It-twissija tattili waħedha għandha tintemm minnufih malli tiġi rikonoxxuta permezz ta’ azzjoni intenzjonata tas-sewwieq (eż. meta tingħafas il-buttuna) jekk il-manifattur jagħżel li jimplimenta tali funzjonalità.

3.5.3.

Wara li twissija tkun intemmet, l-SLWF għandha titħejja biex tagħti twissija ġdida f’konformità mal-punt 3.5.1. wara li tiġi applikata kundizzjoni waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:

(a)

il-veloċità tal-ispeedometer tkun naqset taħt il-limitu tal-veloċità perċepit;

(b)

attivazzjoni mill-ġdid tal-kontroll tal-aċċelleratur wara l-kundizzjoni f’punt 3.5.2.1.8.(a) li twassal għat-tmiem tat-twissija;

(c)

riattivazzjoni tas-sistema tal-vettura li tikkontrolla l-veloċità tas-sewqan wara l-kundizzjoni fil-punt 3.5.2.1.8.(b) li twassal għat-tmiem tat-twissija; jew

(d)

il-limitu tal-veloċità perċepit ikun inbidel għal valur aktar baxx.

3.5.4.

Mhuwiex permess li sistema ta’ twissija tattili tiġi kkombinata ma’ funzjoni ta’ twissija akustika, anke jekk tingħata fuq bażi volontarja, sakemm ma jiġux issodisfati wkoll ir-rekwiżiti kollha għal twissija akustika kaskata.

3.5.5.

Il-vettura tista’ tkun mgħammra b’mezz biex tissospendi l-SLWF biex tippermetti l-preżentazzjoni ta’ twissijiet aktar kritiċi (eż. twissija ta’ ħabta minn quddiem, assistenza għaż-żamma tal-korsija). Il-manifattur għandu juri li t-twissijiet applikabbli kollha huma ppreżentati lis-sewwieq b’mod xieraq.

3.5.6.

L-SLWF ta’ vetturi tal-kategoriji M2, M3, N2 u N3 li jkunu mgħammra b’regolatur tal-veloċità eċċessiva u b’takografu, f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 165/2014 (4), għandha tiġi sospiża minn 9 km/h taħt il-limitazzjoni ssettjata tal-veloċità applikabbli, u veloċitajiet tas-sewqan aktar mgħaġġla tal-vettura, meta l-limitu tal-veloċità perċepit rilevanti ma jingħatax permezz ta’ sinjal tal-limitu tal-veloċità espliċitu, jew data kartografika elettronika bbażata fuq il-preżenza ta’ sinjal tal-limitu tal-veloċità espliċitu, li tkun xierqa għall-kategorija tal-vettura inkwistjoni. L-SLWF għandha taħdem b’mod normali f’dik il-medda f’każ tal-preżenza ta’ sinjal tal-limitu tal-veloċità espliċitu li jkun xieraq għall-kategorija tal-vettura inkwistjoni. L-SLWF għandha taħdem ukoll b’mod normali f’dik il-medda meta r-rispons mistenni tas-sistema fil-katalogu tas-sinjali tat-triq fl-Anness II jkollu jerġa’ lura għal-limitu tal-veloċità impliċitu applikabbli preċedentement u meta dan ikun aktar baxx minn dak preċedenti (eż. tmiem l-awtostrada). L-SLWF għandha taħdem b’mod normali b’veloċitajiet ta’ 10 km/h taħt l-issettjar tal-limitazzjoni tal-veloċità applikabbli, u b’veloċitajiet tas-sewqan aktar bil-mod tal-vettura.

3.5.7.

Il-funzjoni ta’ twissija SLWF għandha tintwera f’konformità mal-proċedura tat-test rilevanti speċifikata fil-punt 4.4.

3.6.

Rekwiżiti tekniċi tal-SCF

3.6.1.

Fin-nuqqas ta’ kundizzjonijiet li jwasslu għad-diżattivazzjoni manwali jew awtomatika tas-sistema tal-ISA kif imsemmi fil-punti 3.2.1. u 3.2.2., l-SCF għandha tipprova tillimita l-veloċità tal-ispeedometer għal-limitu tal-veloċità perċepit, għal veloċitajiet minn 20 km/h jew inqas.

3.6.1.1.

L-SCF għandha tipprova tillimita l-veloċità tal-ispeedometer għal veloċità stabbilizzata billi tnaqqas il-potenza tal-propulsjoni tal-vettura u t-torque tad-driveline. L-SCF ma għandhiex tattiva s-sistema ta’ brejk ta’ servizz tal-vettura ħlief għall-vetturi tal-kategoriji M1 u N1, fejn tista’ tiġi attivata s-sistema ta’ brejk ta’ servizz tal-vettura. Brejk ta’ reżistenza (eż. ritardatur) jista’ jiġi inkorporat biss jekk jopera wara li l-SCF tkun irrestrinġiet il-potenza tal-propulsjoni għal minimu. Ir-rata ta’ deċellerazzjoni tal-vettura għandha tkun ta’ 3,0 m.s-2 jew inqas.

3.6.1.2.

L-intervent tal-SCF għandu jibda sa mhux aktar tard minn 1,5 sekondi minn meta l-veloċità tal-ispeedometer taqbeż il-limitu tal-veloċità perċepit.

3.6.1.3.

Meta jkun inkiseb kontroll tal-veloċità stabbli, il-veloċità tal-ispeedometer ma għandhiex tvarja b’aktar minn 4 % jew 2 km/h, skont liema jkun l-akbar, fir-rigward tal-veloċità stabbilizzata, u r-rata ta’ tibdil tal-veloċità tal-ispeedometer għandha tkun ta’ 0,2 m.s-2 jew inqas meta mkejla fuq perjodu ta’ mill-inqas 0,1 sekondi. Il-veloċità stabbilizzata għandha taqa’ fil-medda li ġejja: (il-limitu tal-veloċità perċepit – 5 km/h) daqs jew inqas mill-veloċità stabbilizzata, daqs jew inqas mil-limitu tal-veloċità perċepit.

Il-manifattur għandu jagħmel ħiltu biex jibqa’ kemm jista’ jkun qrib il-limitu tal-veloċità perċepit, sabiex kemm jista’ jkun is-sewwieq ma jkunx irritat.

3.6.1.4.

Għandu jkun possibbli għas-sewwieq li jaqbeż l-intervent tal-SCF billi jwettaq azzjoni pożittiva, pereżempju billi jagħfas il-kontroll tal-aċċelleratur b’aktar forza jew aktar fil-fond. Madankollu, ma għandux ikun permess li dan ikun jista’ jinkiseb biss permezz ta’ twaqqigħ tal-ger tal-kontroll tal-aċċelleratur (jiġifieri tnaqqis komplet tal-kontroll tal-aċċelleratur). Meta s-sewwieq ikun qabeż l-SCF, din għandha tiġi sospiża temporanjament u għandha terġa’ tinbeda wara kwalunkwe wieħed mill-avvenimenti li ġejjin:

(a)

il-veloċità tal-ispeedometer issir daqs jew inqas mil-limitu tal-veloċità perċepit;

(b)

rilaxx sħiħ tal-kontroll tal-aċċelleratur għal aktar minn 6,0 sekondi;

(c)

attivazzjoni ta’ sistema ta’ bbrejkjar ta’ reżistenza; jew

(d)

il-limitu tal-veloċità perċepit ikun inbidel għal valur aktar baxx.

F’każ ta’ bidu mill-ġdid tal-SCF wara l-avvenimenti msemmija fil-punti (b) u (c) tal-ewwel paragrafu, il-vettura ma għandhiex tnaqqas il-veloċità f’daqqa, iżda għandu jkollha rata simili għar-rata ta’ deċellerazzjoni tal-vettura eżatt qabel il-bidu mill-ġdid.

3.6.1.5.

Huwa permess li s-sewwieq ikun jista’ jagħżel setting ta’ azzjoni pożittiva li jkun aktar restrittiv (eż. twaqqigħ tal-ger meħtieġ biex jitwaqqaf l-apparat) fuq bażi volontarja.

3.6.1.6.

Huwa permess li s-sewwieq ikun jista’ jattiva funzjoni manwali ta’ limitazzjoni tal-veloċità, dment li din ma titfix awtomatikament is-sistema tal-ISA fl-istess ħin.

3.6.1.7.

L-SCF għandha tippermetti użu normali tal-kontroll tal-aċċelleratur għall-għażla tal-gerijiet.

3.6.2.

Meta l-veloċità tas-sewqan tal-vettura, li tkun mgħammra b’SCF jew li jkollha karatteristiċi simili għall-SCF, tkun ikkontrollata b’mod attiv minn sistema ta’ vettura fejn is-sewwieq ma jkunx mistenni li jmiss il-kontroll tal-aċċelleratur (eż. kontroll awtomatiku tal-veloċità), u fin-nuqqas ta’ kundizzjonijiet li jwasslu għad-diżattivazzjoni tas-sistema tal-ISA f’konformità mal-punti 3.2.1. u 3.2.2., ir-rekwiżiti tal-punt 3.6.1. għandhom ikomplu japplikaw sakemm ma tiġix attivata SLWF li tikkonsisti minn twissija viżiva u twissija akustika kaskata minflok.

3.6.3.

L-SCF ta’ vetturi tal-kategoriji M2, M3, N2 u N3 li jkunu mgħammra b’regolatur tal-veloċità eċċessiva u b’takografu għandha tiġi sospiża minn 9 km/h taħt l-issettjar tal-limitazzjoni tal-veloċità applikabbli, u veloċitajiet tas-sewqan aktar mgħaġġla tal-vettura, meta l-limitu tal-veloċità perċepit rilevanti ma jingħatax permezz ta’ sinjal tal-limitu tal-veloċità espliċitu, jew data kartografika elettronika bbażata fuq il-preżenza ta’ sinjal tal-limitu tal-veloċità espliċitu, li tkun xierqa għall-kategorija tal-vettura inkwistjoni. L-SCF għandha taħdem b’mod normali f’dik il-medda f’każ tal-preżenza ta’ sinjal tal-limitu tal-veloċità espliċitu li jkun xieraq għall-kategorija tal-vettura inkwistjoni. L-SCF għandha taħdem ukoll b’mod normali f’dik il-medda meta r-rispons mistenni tas-sistema fil-katalogu tas-sinjali tat-triq fl-Anness II jkollu jerġa’ lura għal-limitu tal-veloċità impliċitu applikabbli preċedentement u meta dan ikun aktar baxx minn dak preċedenti (eż. tmiem l-awtostrada). L-SCF għandha taħdem b’mod normali b’veloċitajiet ta’ 10 km/h taħt l-issettjar tal-limitazzjoni tal-veloċità applikabbli, u b’veloċitajiet tas-sewqan aktar bil-mod tal-vettura.

3.6.4.

L-intervent tal-SCF għandu jintwera f’konformità mat-testijiet rilevanti speċifikati fil-punt 4.5.

3.6.5.

Sistema tal-ISA li tinkludi l-SLIF u l-SLWF jista’ jkollha wkoll karatteristiċi simili għall-SCF, diment li r-rekwiżiti ta’ twaqqif tal-apparat u ta’ azzjoni pożittiva stabbiliti fil-punt 3.6.1.4 jiġu osservati.

3.6.6.

Meta l-SCF ikun ikkombinat ma’ funzjoni ta’ twissija akustika, għandhom jiġu ssodisfati r-rekwiżiti kollha għat-twissija akustika kaskata previsti f’dan ir-Regolament.

4.   Proċeduri tat-testijiet

4.1.

Proċedura tat-test tal-SLIF: Determinazzjoni tal-limitu tal-veloċità perċepit permezz tal-osservazzjoni ta’ test tas-sinjali tal-limitu tal-veloċità espliċitu.

4.1.1.

Kundizzjonijiet tal-vettura inkwistjoni:

4.1.1.1.

Massa tat-test:

Il-massa tal-vettura għandha tkun il-massa fi stat ta’ tħaddim.

4.1.1.2.

Tajers:

It-tajers għandhom ikunu soġġetti għal ibbeddjar u l-pressjonijiet tat-tajers għandhom jiġu aġġustati f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tal-manifattur tal-vettura.

4.1.1.3.

Kundizzjonament qabel it-test:

Jekk mitlub mill-manifattur, il-vettura inkwistjoni tista’ tinstaq sa massimu ta’ 100 km fuq taħlita ta’ toroq urbani u rurali bi traffiku u elementi oħra tal-infrastruttura tat-toroq biex tiġi kkalibrata s-sistema tas-sensuri, u l-pajjiż jew ir-reġjun ta’ operazzjoni jistgħu jiġu ssettjati (manwalment jew awtomatikament) għal dawk tat-test.

4.1.2.

Sinjali tat-triq:

L-għan ta’ dawn it-testijiet huwa li pereżempju s-sinjali temporanji, f’każ ta’ xogħlijiet tat-triq, jiġu rikonoxxuti kif xieraq mis-sistema tal-ISA. Dan jista’ jinkiseb bl-użu ta’ sensur ta’ osservazzjoni, iżda wkoll abbażi ta’ informazzjoni f’ħin reali kondiviża minn vetturi oħra.

Is-sinjali tat-triq użati għat-testijiet għandhom ikunu sinjali tal-limitu tal-veloċità espliċitu meta l-limitu tal-veloċità applikabbli assoċjat għall-kategorija ta’ vettura li għandha tiġi approvata jkun jaqbel mal-valur numeriku muri fuq is-sinjal. Dawn is-sinjali għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha speċifikati fil-punt 3.4.2.2.2. Is-sinjali għandhom ikunu ppożizzjonati b’tali mod li jiġi evitat li jkun hemm diversi sinjali fil-kamp viżiv tas-sistema fl-istess ħin.

Minimu ta’ tliet sinjali tal-limitu tal-veloċità espliċitu differenti, inklużi sinjali tat-triq mhux elettroniċi u dawk murija fuq sinjal ta’ messaġġ varjabbli, kif użati fl-Istat Membru fejn isir l-ittestjar, għandhom jintgħażlu mis-servizz tekniku għall-ittestjar. Is-sinjali użati għat-testijiet għandhom jiġu rreġistrati fir-rapport tat-test. Sabiex tiġi ttestjata d-determinazzjoni tal-limitu tal-veloċità perċepit permezz ta’ osservazzjoni viżibbli diretta jew indiretta, il-pożizzjoni tas-sinjali tal-limitu tal-veloċità espliċitu użati għall-ittestjar ma għandhiex tiġi inkluża fid-data kartografika elettronika tal-vettura fil-bidu tat-test. Il-manifattur għandu juri, permezz tal-użu ta’ dokumentazzjoni, il-konformità mas-sinjali l-oħra kollha tal-limitu tal-veloċità espliċitu kif inklużi fil-katalogu tas-sinjali tat-triq fl-Anness II, għall-kategorija ta’ vettura li għandha tiġi approvata, meta l-limitu tal-veloċità applikabbli assoċjat għall-kategorija ta’ vettura li għandha tiġi approvata jkun jaqbel mal-valur numeriku muri fuq is-sinjal. Kwalunkwe dokumentazzjoni bħal din għandha tiġi mehmuża mad-dossier tar-rapport tat-test.

4.1.3.

Kundizzjonijiet tal-ittestjar:

It-testijiet għandhom jitwettqu kif ġej:

(a)

fuq superfiċje ċatta li ma jkollhiex partijiet mhux lixxi, ilma qiegħed, borra u silġ, u li tipprovdi lis-sewwieq b’viżjoni mhux imfixkla tas-sinjal tat-triq għal perjodu kontinwu ta’ mill-inqas 1,0 sekonda;

(b)

fil-kundizzjonijiet kollha tal-illuminazzjoni mingħajr dawl tax-xemx dirett qawwi u bil-fanali ta’ quddiem b’raġġ baxx mixgħula jekk ikun xieraq; u

(c)

fin-nuqqas ta’ kundizzjonijiet tat-temp li jaffettwaw il-viżibbiltà tas-sinjali.

Fid-diskrezzjoni tal-manifattur u bi qbil mas-servizz tekniku, it-testijiet jistgħu jitwettqu f’kundizzjonijiet li jiddevjaw mill-kundizzjonijiet imsemmija fl-ewwel paragrafu.

4.1.3.1.

Bi ftehim bejn il-manifattur u s-servizz tekniku, it-testijiet jistgħu jitwettqu f’wieħed mill-postijiet li ġejjin:

(a)

fi triq pubblika; jew

(b)

fuq korsa tat-testijiet, sakemm l-SLIF ma tkunx teħtieġ li d-data kartografika elettronika tiffunzjona b’mod korrett, sakemm ma tkunx inkluża fid-data kartografika elettronika.

Fiż-żewġ każijiet, l-ambjent jista’ jkun tali li vetturi oħra jkunu qed jinstaqu fuq l-istess rotta tat-test bħall-vettura inkwistjoni, pereżempju biex tiġi ffaċilitata d-disponibbiltà ta’ data f’ħin reali li tista’ tintuża minn vetturi oħra mingħajr sistema ta’ osservazzjoni bbażata fuq kamera. Il-kundizzjonijiet rilevanti meħtieġa għandhom jiġu speċifikati fid-dettall mill-manifattur u maqbula mis-servizz tekniku u mill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip qabel ma jsiru t-testijiet. Dan il-ftehim għandu jkun ibbażat fuq valutazzjoni pożittiva tar-raġuni, il-prattikabbiltà u l-awtentiċità tal-applikazzjoni tad-dinja reali.

Fiż-żewġ każijiet, is-sinjali tal-limitu tal-veloċità espliċitu differenti għandhom jintgħażlu u jitqiegħdu mis-servizz tekniku. Is-sinjali kollha użati għat-testijiet f’toroq pubbliċi għandhom ikunu differenti minn dawk li normalment ikunu preżenti, jew jiġu mmodifikati temporanjament, sabiex tiġi vvalutata l-kapaċità ta’ osservazzjoni, jew ekwivalenti, tas-sistema. Dan l-obbligu tat-test ma jiġix rinunzjat f’każ ta’ tilwim mal-awtoritajiet lokali u t-test għandu mbagħad jitwettaq xi mkien ieħor.

4.1.4.

Proċedura tat-test:

Il-vettura inkwistjoni għandha tinstaq mingħajr skossi sabiex din tkun stabbli wara li taqbeż is-sinjal tat-triq magħżul għall-ittestjar fil-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

veloċità tal-ispeedometer ogħla mill-veloċità indikata fuq is-sinjal tal-limitu tal-veloċità espliċitu; u

(b)

fiċ-ċentru tal-korsija tat-test.

Bi ftehim bejn il-manifattur u s-servizz tekniku, il-proċedura bbażata fuq il-korsa tat-testijiet deskritta hawn fuq tista’ tiġi ssostitwita bi proċedura bbażata fil-laboratorju li jkun intwera li hija ekwivalenti.

4.1.4.1.

Ir-rekwiżiti tekniċi jiġu ssodisfati jekk l-SLIF juri l-valur ta’ limitu tal-veloċità perċepit li huwa ugwali għal-limitu tal-veloċità muri fuq is-sinjali kollha tal-limitu tal-veloċità espliċitu ttestjati sa mhux aktar tard minn 2,0 sekondi wara li l-punt ta’ referenza tal-vettura jaqbeż is-sinjali rilevanti. Għall-veloċitajiet tal-vettura aktar bil-mod minn 20 km/h, dan għandu jkun mhux aktar tard minn 10 m lura mill-punt ta’ referenza tal-vettura.

4.1.4.2.

Dan it-test ma għandux jiġi kkombinat mat-test tal-affidabbiltà tas-sewqan fid-dinja reali fil-punt 4.3.

4.2.

Proċedura tat-test tal-SLIF: Determinazzjoni tal-limitu tal-veloċità perċepit permezz tal-osservazzjoni tal-proċedura tat-test tas-sinjali tat-triq impliċiti.

4.2.1.

Il-kundizzjonijiet tal-vettura inkwistjoni huma dawk kif speċifikat fil-punti 4.1.1. sa 4.1.1.3.

4.2.2.

Sinjali tat-triq:

Is-sinjali tat-triq użati għat-testijiet għandhom ikunu sinjali tal-limitu tal-veloċità impliċitu. Dawn is-sinjali għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet speċifikati fil-punt 3.4.2.2.2. Is-sinjali għandhom ikunu ppożizzjonati b’tali mod li jiġi evitat li jkun hemm diversi sinjali fil-kamp viżiv tas-sistema fl-istess ħin.

Minimu ta’ ħames sinjali tal-limitu tal-veloċità impliċitu differenti, inklużi sinjali tat-triq mhux elettroniċi u dawk murija fuq sinjal ta’ messaġġ varjabbli, kif użat fl-Istat Membru/fl-Istati Membri fejn isir l-ittestjar, għandhom jintgħażlu mis-servizz tekniku għall-ittestjar. Is-sinjali użati għat-testijiet għandhom jiġu rreġistrati fir-rapport tat-test.

Il-manifattur għandu juri, permezz tal-użu ta’ dokumentazzjoni, il-konformità mas-sinjali tal-limitu tal-veloċità impliċitu l-oħra kollha applikabbli kif inklużi fil-katalogu tas-sinjali tat-triq fl-Anness II, għall-kategorija tal-vettura li għandha tiġi approvata. Kwalunkwe dokumentazzjoni bħal din għandha tiġi mehmuża mad-dossier tar-rapport tat-test.

4.2.3.

Kundizzjonijiet tal-ittestjar:

Għandhom japplikaw il-kundizzjonijiet tal-ittestjar stabbiliti fil-punt 4.1.3.

4.2.3.1.

Bi ftehim bejn il-manifattur u s-servizz tekniku, it-testijiet jistgħu jitwettqu f’wieħed mill-postijiet li ġejjin:

(a)

fi triq pubblika; jew

(b)

fuq korsa tat-testijiet li tixbah ambjent realistiku tat-triq biex l-SLIF tkun tista’ tiddetermina t-tip ta’ triq, diment li l-SLIF ma tkunx teħtieġ li d-data kartografika elettronika tiffunzjona b’mod korrett, sakemm ma tkunx inkluża fid-data.

Fiż-żewġ każijiet, l-ambjent jista’ jkun tali li vetturi oħra jkunu qed jinstaqu fuq l-istess rotta tat-test bħall-vettura inkwistjoni, pereżempju biex tiġi ffaċilitata d-disponibbiltà ta’ data f’ħin reali li tista’ tintuża minn vetturi oħra mingħajr sistema ta’ osservazzjoni bbażata fuq kamera. Il-kundizzjonijiet rilevanti meħtieġa għandhom jiġu speċifikati fid-dettall mill-manifattur u maqbula mis-servizz tekniku u mill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip qabel ma jsiru t-testijiet. Dan il-ftehim għandu jkun ibbażat fuq valutazzjoni pożittiva tar-raġuni, il-prattikabbiltà u l-awtentiċità tal-applikazzjoni tad-dinja reali.

Fiż-żewġ każijiet is-sinjali differenti jistgħu jintgħażlu u jitqiegħdu mis-servizz tekniku jew jistgħu jkunu sinjali eżistenti, kif mitlub mill-manifattur. Is-sinjali eżistenti għandhom jintużaw biss meta l-konformità tintwera permezz tat-test tal-affidabbiltà tas-sewqan fid-dinja reali skont il-punti 4.2.4.2. u 4.3.

4.2.4.

Proċedura tat-test:

Suq il-vettura inkwistjoni mingħajr skossi sabiex din tkun stabbli wara li taqbeż is-sinjal tat-triq magħżul għall-ittestjar fil-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

veloċità tal-ispeedometer:

(i)

20 % jew inqas mis-sinjal jindika testijiet fi triq pubblika; u

(ii)

10 % jew aktar mis-sinjal jindika testijiet fuq il-korsa tat-testijiet;

(b)

fiċ-ċentru tal-korsija tat-test.

Bi ftehim bejn il-manifattur u s-servizz tekniku, il-korsa tat-testijiet jew il-proċedura bbażata fuq it-triq deskritta hawn fuq tista’ tiġi ssostitwita bi proċedura bbażata fuq il-laboratorju li tkun intweriet li hija ekwivalenti.

4.2.4.1.

Ir-rekwiżiti tekniċi jiġu ssodisfati jekk l-SLIF tiddetermina l-valur ta’ limitu tal-veloċità perċepit li huwa ugwali għar-rispons mistenni tas-sistema indikat fil-katalogu tas-sinjali tat-triq, jew il-limitu tal-veloċità applikabbli assoċjat mas-sinjali kollha ttestjati kif inklużi fil-katalogu tas-sinjali tat-triq fl-Anness II, jew il-limitu tal-veloċità nazzjonali applikabbli assoċjat mas-sinjali tal-limitu tal-veloċità impliċitu, kif ittestjati, għall-kategorija tal-vettura li għandha tiġi approvata, u jekk l-SLIF turi l-limitu tal-veloċità perċepit meta l-veloċità tal-ispeedometer taqbeż il-limitu tal-veloċità perċepit assoċjat ma’ dawk is-sinjali, fi żmien 2,0 sekondi qabel jew wara li l-punt ta’ referenza tal-vettura jaqbeż is-sinjali rilevanti. Għall-veloċitajiet tal-vettura inqas minn 20 km/h, dan għandu jkun mhux aktar tard minn 10 m lura mill-punt ta’ referenza tal-vettura.

4.2.4.2.

Dan it-test jista’ jiġi kkombinat mat-test tal-affidabbiltà tas-sewqan fid-dinja reali fil-punt 4.3. F’każ bħal dan, ir-rekwiżiti tekniċi jitqiesu li ġew issodisfati jekk ir-riżultati xierqa mit-test tal-affidabbiltà tas-sewqan fid-dinja reali juru li s-sinjali tal-limitu tal-veloċità impliċitu huma rikonoxxuti mis-sistema tal-ISA f’konformità mal-punt 3.4.2.5.2.

4.3.

Proċedura tat-test tal-SLIF: Test tal-affidabbiltà tas-sewqan reali biex jiġi ddeterminat il-limitu tal-veloċità.

4.3.1.

It-test tas-sewqan għandu jikkonforma mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti 4.3.1.1. sa 4.3.1.5. Is-servizz tekniku jista’ jaqbel li jaċċetta data tat-test interna għal ċerti porzjonijiet tat-test tal-approvazzjoni tat-tip.

4.3.1.1.

It-test tas-sewqan għandu jkun xieraq sabiex titkejjel il-prestazzjoni tas-sistema fid-determinazzjoni korretta tal-limitu tal-veloċità applikabbli bl-użu tal-kriterji tal-prestazzjoni speċifikati fil-punt 3.4.2.5.2.

4.3.1.2.

It-test tas-sewqan għandu jinvolvi sewqan f’toroq pubbliċi fit-territorju tal-Unjoni Ewropea, kif miftiehem bejn il-manifattur, is-servizz tekniku u l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip.

4.3.1.3.

It-test tas-sewqan għandu jinvolvi sewqan f’toroq urbani, toroq mhux urbani, u awtostradi/toroq espress/karreġġati doppji, fejn kull wieħed mit-tliet tipi ta’ toroq għandu jirrappreżenta tal-inqas 25 % tad-distanza totali tar-rotta. Ir-rotta għandha tkun rotta waħda konsekuttiva bl-istess punt tal-bidu u tat-tmiem, fejn kwalunkwe parti ripetuta tar-rotta fl-istess direzzjoni ma għandhiex tgħodd għad-distanza tat-test.

4.3.1.4.

It-test tas-sewqan għandu jinvolvi sewqan f’kundizzjonijiet ta’ dawl u dlam, fejn id-dlam għandu jirrappreżenta tal-inqas 15 % tad-distanza totali.

4.3.1.5.

It-test tas-sewqan għandu jikkonsisti f’distanza tat-test ta’ 400 km. Bi ftehim bejn is-servizz tekniku u l-manifattur, it-test jista’ jintemm qabel jekk id-distanza tat-test taqbeż it-300 km u l-prestazzjoni “TP_D” tvarja bejn ± 5,0 % fl-aħħar 50 km tar-rotta meta tiġi kkalkolata fuq bażi kontinwa.

4.3.2.

Kalkolu metriku tal-prestazzjoni:

Il-metrika tal-prestazzjoni għandha tiġi kkalkolata bħala:

TP_D = (d_korretta/d_totali) * 100 %

fejn:

 

d_total – id-distanza totali misjuqa għat-test tas-sewqan fejn il-limitu tal-veloċità applikabbli kien indikat minn sinjal tat-triq jew sinjal kif speċifikat fil-punt 3.4.2.5.1. jew fejn ġie applikat il-limitu nazzjonali tal-veloċità;

 

d_correct – id-distanza misjuqa għat-test tas-sewqan fejn il-limitu tal-veloċità applikabbli kien indikat minn sinjal tat-triq jew sinjal kif speċifikat fil-punt 3.4.2.5.1., u li matulu ġiet issodisfata kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin (a), (b) jew (c):

(a)

il-limitu tal-veloċità perċepit ikun qabel mar-rispons mistenni tas-sistema indikat fil-katalogu tas-sinjali tat-triq fl-Anness II;

(b)

il-limitu tal-veloċità perċepit ikun qabel mal-limitu tal-veloċità applikabbli; jew

(c)

meta ġew applikati kundizzjonijiet varjabbli speċjali f’konformità mal-punt 3.4.2.3.2., il-limitu tal-veloċità perċepit ikun qabel mar-rispons mistenni tas-sistema jew l-aktar kundizzjoni komuni preżunta; jew meta ġie applikat il-limitu nazzjonali tal-veloċità, u li matulu jew (d) jew (e) ġew issodisfati:

(d)

il-limitu tal-veloċità perċepit ikun qabel mal-limitu nazzjonali tal-veloċità applikabbli; jew

(e)

meta ġew applikati kundizzjonijiet varjabbli speċjali f’konformità mal-punt 3.4.2.3.2., il-limitu tal-veloċità perċepit ikun qabel mal-limitu nazzjonali tal-veloċità għall-aktar kundizzjoni komuni preżunta.

Għall-valutazzjoni tas-sewqan reali, għandu jiġi vverifikat li l-SLIF tadotta l-limiti tal-veloċità perċepiti rilevanti f’distanza raġonevoli qabel jew wara l-punt fejn japplika dan il-limitu tal-veloċità applikabbli rilevanti jew il-limitu nazzjonali tal-veloċità.

4.4.

SLWF: Proċedura tat-test tal-funzjoni ta’ twissija tal-limitu tal-veloċità.

4.4.1.

Il-kundizzjonijiet tal-vettura inkwistjoni huma dawk kif imsemmija fil-punti 4.1.1. sa 4.1.1.3.

4.4.2.

Is-servizz tekniku għandu jagħżel sinjali tat-triq għat-test kif imsemmi fil-punt 4.1.2.

4.4.3.

Il-kundizzjonijiet tal-ittestjar huma dawk speċifikati fil-punt 4.1.3.

4.4.4.

Proċeduri tat-testijiet għall-għażliet tas-sistema tal-ISA, kif imsemmi fil-punt 3.5.2.(a), (b) u (c).

4.4.4.1.

Għas-sistemi tal-ISA bi twissija viżiva u b’indikazzjoni ta’ twissija akustika kaskata kif imsemmi fil-punt 3.5.2.(a) jew bi twissija viżiva u b’indikazzjoni ta’ twissija tattili kaskata kif imsemmi fil-punt 3.5.2.(b), għandhom jitwettqu t-testijiet li ġejjin:

Test 1 (test tat-twissijiet):

Is-servizz tekniku għandu jagħżel limitu tal-veloċità tat-test. Il-limitu tal-veloċità inizjali għandu jkun tal-inqas 38 % ogħla mil-limitu tal-veloċità tat-test. Il-limitu tal-veloċità perċepit għandu jiġi ssettjat għal-limitu tal-veloċità inizjali.

Il-vettura inkwistjoni għandha tinstaq f’distanza mix-xifer tat-triq b’tali mod li l-pożizzjoni tas-sinjal tissodisfa l-istandards applikabbli fl-Istat Membru kkonċernat u b’SLWF attivata bl-użu tal-kontroll tal-aċċelleratur mingħajr skossi sabiex din tkun stabbli wara li taqbeż sinjal tat-triq li jindika l-limitu tal-veloċità tat-test kif ġej:

(i)

1 % jew inqas tal-veloċità tal-ispeedometer li tkun 8 % jew inqas ogħla mil-limitu tal-veloċità tat-test;

(ii)

11 % jew inqas tal-veloċità tal-ispeedometer li tkun 18 % jew inqas ogħla mil-limitu tal-veloċità tat-test;

(iii)

21 % jew inqas tal-veloċità tal-ispeedometer li tkun 28 % jew inqas ogħla mil-limitu tal-veloċità tat-test; u

(iv)

31 % jew inqas tal-veloċità tal-ispeedometer li tkun 38 % jew inqas ogħla mil-limitu tal-veloċità tat-test.

Il-vettura inkwistjoni għandha tkompli b’veloċità kostanti sakemm tiġi osservata t-twissija akustika kaskata jew tattili kaskata u wara dan:

il-vettura inkwistjoni għandha tkompli bil-veloċità kostanti għal tal-inqas 5,0 sekondi oħra u mbagħad tnaqqas il-veloċità fi żmien 3,0 sekondi għal veloċità tal-ispeedometer ta’ daqs jew inqas mil-limitu tal-veloċità tat-test qabel ma jkunu għaddew 8.0-il sekonda, għat-twissija viżiva u għall-kontroll ta’ twissija akustika kaskata; jew

il-vettura inkwistjoni għandha tkompli bil-veloċità kostanti għal tal-inqas 12-il sekonda oħra u mbagħad tnaqqas il-veloċità fi żmien 3,0 sekondi għal veloċità tal-ispeedometer ta’ daqs jew inqas mil-limitu tal-veloċità tat-test qabel ma jkunu għaddew 15 sekonda, għat-twissija viżiva u għall-kontroll ta’ twissija tattili kaskata.

Il-vettura inkwistjoni għandha tirrepeti t-test bil-veloċità kostanti sakemm tintemm it-twissija viżiva jew għal massimu ta’ 60 sekonda. Il-ħinijiet rilevanti għandhom jiġu rreġistrati fir-rapport tat-test.

Test 2 (test tad-diżattivazzjoni (l-ebda twissija)):

Is-sistema tal-ISA għandha tiġi diżattivata u t-Test 1 għandu jiġi ripetut b’veloċità tal-ispeedometer magħżula mis-servizz tekniku. Il-limitu tal-veloċità perċepit għandu jiġi ssettjat, jew għandu jsir tentattiv biex jiġi ssettjat, għal-limitu tal-veloċità tat-test.

Test 3 (SLWF b’test ta’ kontroll tal-għajnuna għas-sewwieq):

Fil-każ li t-tip ta’ vettura tkun mgħammra b’għajnuna għas-sewwieq meta s-sewwieq ma jkunx mistenni li jmiss il-kontroll tal-aċċelleratur (eż. kontroll awtomatiku tal-veloċità), għandu jitwettaq test b’SLWF attivata u bl-għajnuna għas-sewwieq li tikkontrolla l-veloċità tal-vettura għal mill-inqas veloċità waħda tal-ispeedometer magħżula mis-servizz tekniku.

4.4.4.2.

Għas-sistemi tal-ISA bi twissija tattili biss kif imsemmi fil-punt 3.5.2.(c), għandhom jitwettqu t-testijiet li ġejjin:

Test 1 (test tat-twissijiet):

Is-servizz tekniku għandu jagħżel limitu tal-veloċità tat-test. Il-limitu tal-veloċità inizjali għandu jkun tal-inqas 38 % ogħla mil-limitu tal-veloċità tat-test. Il-limitu tal-veloċità perċepit għandu jiġi ssettjat għal-limitu tal-veloċità inizjali.

Il-vettura inkwistjoni għandha tinstaq f’distanza mix-xifer tat-triq b’tali mod li l-pożizzjoni tas-sinjal tissodisfa l-istandards applikabbli fl-Istat Membru kkonċernat u b’SLWF attivata bl-użu tal-kontroll tal-aċċelleratur mingħajr skossi sabiex din tkun stabbli wara li taqbeż sinjal tat-triq li jindika l-limitu tal-veloċità tat-test b’veloċità tal-ispeedometer ta’ mill-inqas 1 % ogħla mil-limitu tal-veloċità tat-test kif ġej:

Il-vettura inkwistjoni għandha tkompli b’veloċità kostanti sakemm tiġi osservata t-twissija tattili u wara dan:

il-vettura inkwistjoni għandha tkompli bil-veloċità kostanti għal 11-il sekonda oħra u mbagħad tnaqqas il-veloċità fi żmien 4 sekondi għal veloċità tal-ispeedometer ta’ daqs jew inqas mil-limitu tal-veloċità tat-test qabel ma jkunu għaddew 15-il sekonda, għall-kontroll ta’ twissija tattili biss.

Il-vettura inkwistjoni għandha tirrepeti t-test bil-veloċità kostanti sakemm tintemm it-twissija tattili jew għal massimu ta’ 60 sekonda. Il-ħinijiet rilevanti għandhom jiġu rreġistrati fir-rapport tat-test.

Test 2 (test tad-diżattivazzjoni (l-ebda twissija)):

Is-sistema tal-ISA għandha tiġi diżattivata u t-Test 1 għandu jiġi ripetut b’veloċità tal-ispeedometer magħżula mis-servizz tekniku. Il-limitu tal-veloċità perċepit għandu jiġi ssettjat, jew għandu jsir tentattiv biex jiġi ssettjat, għal-limitu tal-veloċità tat-test.

Test 3 (SLWF b’test ta’ kontroll tal-għajnuna għas-sewwieq):

Fil-każ li t-tip ta’ vettura tkun mgħammra b’għajnuna għas-sewwieq meta s-sewwieq ma jkunx mistenni li jmiss il-kontroll tal-aċċelleratur (eż. kontroll awtomatiku tal-veloċità), il-proċedura tat-Test 1 imsemmija fil-punt 4.4.4.1. għandha titwettaq b’SLWF attivata u bl-għajnuna għas-sewwieq li tikkontrolla l-veloċitajiet tat-test tal-vettura.

4.4.4.3.

Għat-testijiet kollha skont l-għażliet tas-sistema tal-ISA msemmija fil-punt 3.5.2.(a), (b) u (c), bi ftehim bejn il-manifattur u s-servizz tekniku, il-proċeduri bbażati fuq il-korsa tat-testijiet skont il-punti 4.4.4.1. u 4.4.4.2. jistgħu jiġu ssostitwiti bi proċeduri bbażati fuq il-laboratorju li ntwerew li huma ekwivalenti.

4.4.4.4.

Ir-rekwiżiti tekniċi għas-sistema tal-ISA jiġu ssodisfati jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

4.4.4.4.1.

Għas-sistemi tal-ISA msemmija fil-punti 3.5.2.(a), (b) u 4.4.4.1. (twissija viżiva u twissija akustika kaskata jew tattili kaskata):

Test 1: Valutazzjoni tat-test tat-twissijiet

Twissija viżiva konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 3.5.2.1.1. tingħata fi żmien 1,5 sekondi flimkien mal-ħin jew mad-distanza permessa għad-determinazzjoni tal-limitu tal-veloċità perċepit wara li jkun inqabeż is-sinjal u twissija akustika kaskata jew tattili kaskata konformi mar-rekwiżiti tekniċi stabbiliti fil-punti 3.5.2.1.2. sa 3.5.2.1.8. hija preżenti u li tiġi nnutata kif ġej:

(i)

għal 1 % jew inqas tal-veloċità tal-ispeedometer li tkun 8 % jew inqas ogħla mil-limitu tal-veloċità tat-test: minn mhux aktar minn 6,0 sekondi wara li jkun inqabeż is-sinjal;

(ii)

għal 11 % jew inqas tal-veloċità tal-ispeedometer li tkun 18 % jew inqas ogħla mil-limitu tal-veloċità tat-test: minn mhux aktar minn 5,0 sekondi wara li jkun inqabeż is-sinjal;

(iii)

għal 21 % jew inqas tal-veloċità tal-ispeedometer li tkun 28 % jew inqas ogħla mil-limitu tal-veloċità tat-test: minn mhux aktar minn 4,0 sekondi wara li jkun inqabeż is-sinjal; u

(iv)

għal 31 % jew inqas tal-veloċità tal-ispeedometer li tkun 38 % jew inqas ogħla mil-limitu tal-veloċità tat-test: minn mhux aktar minn 3,0 sekondi wara li jkun inqabeż is-sinjal;

flimkien mal-ħin jew mad-distanza permessa għad-determinazzjoni tal-limitu tal-veloċità perċepit wara li jkunu nqabżu s-sinjali rilevanti.

Għandu jiġi ċċekkjat li t-twissijiet kaskata jibdew fil-ħin u ma jaqbżux il-ħinijiet massimi tagħhom kif stabbilit fil-punti 3.5.2.1.5 u 3.5.2.1.6 u għandu jiġi ċċekkjat li t-twissija viżwali tiġi pprovduta sakemm il-veloċità tal-ispeedometer tkun inqas minn jew daqs il-limitu tal-veloċità perċepit kif stabbilit fil-punt 3.5.2.1.1.

Meta t-testijiet jiġu ripetuti fil-veloċitajiet kostanti, għandu jiġi ċċekkjat li t-twissija viżwali ddum mill-inqas kif speċifikat fil-punt 3.5.2.1.1.

Test 2: Valutazzjoni tat-test tad-diżattivazzjoni (l-ebda twissija):

Ma tiġi ppreżentata l-ebda twissija (viżiva, tattili jew akustika).

Test 3: SLWF bil-valutazzjoni tat-test ta’ kontroll tal-għajnuna għas-sewwieq:

It-twissijiet viżivi u akustiċi jiġu ppreżentati l-istess bħat-Test 1 jew is-sistema tiddiżattiva jew tipprova tnaqqas il-veloċità tas-sewqan għal-limitu tal-veloċità perċepit awtomatikament.

4.4.4.4.2.

Għas-sistemi tal-ISA msemmija fil-punti 3.5.2.(c) u 4.4.4.2. (twissija tattili biss):

Test 1: Valutazzjoni tat-test tat-twissijiet:

Twissija tattili konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 3.5.2.2. tingħata fi żmien 1,5 sekondi flimkien mal-ħin jew id-distanza permessa għad-determinazzjoni tal-limitu tal-veloċità perċepit wara li jkun inqabeż is-sinjal rilevanti.

Test 2: Valutazzjoni tat-test tad-diżattivazzjoni (l-ebda twissija):

Ma tiġi ppreżentata l-ebda twissija viżiva, tattili jew akustika.

Test 3: SLWF bil-valutazzjoni tat-test ta’ kontroll tal-għajnuna għas-sewwieq:

It-twissijiet viżivi u akustiċi jiġu ppreżentati l-istess bħall-għażla tas-sistema tal-ISA msemmija fil-punt 3.5.2.(a) Test 1 valutazzjoni tat-test tat-twissijiet fil-punt 4.4.4.4.1., jew is-sistema tiddiżattiva jew tipprova tnaqqas il-veloċità tas-sewqan għal-limitu tal-veloċità perċepit awtomatikament.

4.5.

Testijiet tal-SCF

4.5.1.

Kundizzjonijiet tal-vettura inkwistjoni

4.5.1.1

Il-kundizzjonijiet tal-vettura inkwistjoni huma dawk kif speċifikat fil-punti 4.1.1. sa 4.1.1.3.

4.5.1.2

It-tip ta’ gearbox, id-daqs tat-tajer u l-għażla tal-gerijiet għat-testijiet għandhom ikunu bbażati fuq għażla tal-agħar xenarju għat-tip li għandu jiġi approvat, bi qbil mas-servizz tekniku.

4.5.1.3

Is-settings tas-sistema tal-mototrażmissjoni tal-vettura tat-test għandhom jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet tal-manifattur.

4.5.2

It-testijiet għandhom isiru fuq korsa tat-testijiet jew fuq xażi dinamometriku.

4.5.2.1

Kundizzjonijiet tal-korsa tat-testijiet

4.5.2.1.1

Is-superfiċje tal-korsa tat-testijiet għandha tkun adattata sabiex tkun tista’ tinżamm veloċità stabbilizzata u ma għandhiex ikollha partijiet mhux lixxi, ilma qiegħed, borra u silġ. Il-gradjenti għandhom ikunu ta’ 2 % jew inqas u ma għandhomx ivarjaw b’aktar minn ± 1 % esklużi l-effetti kamber.

4.5.2.1.2

Il-veloċità medja tar-riħ imkejla f’għoli ta’ mill-inqas 1 m ’il fuq mill-art għandha tkun inqas minn 6 m/s b’buffuri li ma jaqbżux 10 m/s.

4.5.2.1.3

Fid-diskrezzjoni tal-manifattur u bi qbil mas-servizz tekniku, it-testijiet jistgħu jitwettqu f’kundizzjonijiet li jiddevjaw minn dak li huwa deskritt hawn fuq, sakemm ikunu l-agħar xenarju.

4.5.2.2

Speċifikazzjonijiet tax-xażi dinamometriku

4.5.2.2.1

L-inerzja ekwivalenti tal-massa tal-vettura għandha tiġi riprodotta fuq ix-xażi dinamometriku b’akkuratezza ta’ ± 10 %. Il-ħin għandu jitkejjel b’akkuratezza ta’ 0,1 sekonda jew inqas.

4.4.2.2.2

Il-potenza assorbita mill-brejk tad-dinamometru matul it-test għandha tiġi ssettjata sabiex tikkorrispondi mar-reżistenza tal-vettura għall-progress fil-veloċitajiet ittestjati. Din il-potenza tista’ tiġi stabbilita b’kalkolu u għandha tiġi ssettjata għal akkuratezza ta’ ± 10 %.

4.5.3

Proċeduri tat-testijiet tal-SCF

4.5.3.1

Proċedura tat-test tal-aċċellerazzjoni tal-SCF

4.5.3.1.1.

Il-proċedura tat-test speċifikata fil-punt 4.5.3.1.2. għandha tiġi ripetuta għal-limiti tal-veloċità li ġejjin:

(a)

limitu tal-veloċità urbana: Veloċità inizjali tal-ispeedometer ta’ 20 km/h jew inqas; limitu tal-veloċità tat-test = 50 km/h;

(b)

limitu tal-veloċità interurbana: Veloċità inizjali tal-ispeedometer ta’ 50 km/h jew inqas; limitu tal-veloċità tat-test = 80 km/h;

(c)

limitu tal-veloċità tal-awtostrada: Veloċità inizjali tal-ispeedometer ta’ 100 km/h jew inqas; limitu tal-veloċità tat-test = 130 km/h.

Għandhom jitwettqu biss dawk it-testijiet fejn il-limitu tal-veloċità tat-test ikun inqas mill-veloċità massima skont id-disinn tal-vettura.

4.5.3.1.2.

Il-vettura inkwistjoni għandha tinstaq b’SCF attivata fil-medda tal-veloċità inizjali tal-ispeedometer. Il-limitu tal-veloċità perċepit għandu jiġi ssettjat għal-limitu tal-veloċità tat-test. Imbagħad, il-vettura għandha tiġi aċċellerata, mingħajr ma tiġi applikata azzjoni pożittiva ta’ twaqqif tal-apparat, sakemm jinbeda intervent tal-SCF. Filwaqt li l-intervent jibqa’ attiv, il-vettura għandha tinstaq għal ħin twil biżżejjed biex tkun tista’ ssir valutazzjoni tal-veloċità stabbilizzata.

Matul it-test, il-veloċità tal-ispeedometer għandha tiġi rreġistrata kontinwament. Il-veloċità stabbilizzata għandha tiġi kkalkolata billi tinstab medja tal-veloċità tal-ispeedometer fuq intervall ta’ ħin ta’ 20 sekonda li jibda 10 sekondi wara li l-veloċità tal-ispeedometer tkun l-ewwel laħqet il-limitu tal-veloċità perċepit nieqes 10 km/h.

4.5.3.1.3.

Ir-rekwiżiti tekniċi jiġu ssodisfati jekk il-veloċitajiet stabbilizzati jkunu fil-limiti li ġejjin:

(a)

limitu tal-veloċità urbana: 45 km/h jew inqas tal-veloċità stabbilizzata li tkun ta’ 50 km/h jew inqas;

(b)

limitu tal-veloċità interurbana: 75 km/h jew inqas tal-veloċità stabbilizzata li tkun ta’ 80 km/h jew inqas; u

(c)

limitu tal-veloċità tal-awtostrada: 125 km/h jew inqas tal-veloċità stabbilizzata li tkun ta’ 130 km/h jew inqas.

4.5.3.2.

Proċedura tat-test tar-rispons tal-SCF

4.5.3.2.1

Il-proċedura tat-test speċifikata fil-punt 4.5.3.2.2 għandha titwettaq fil-limitu tal-veloċità tat-test urban ta’ 50 km/h, b’veloċità inizjali tal-ispeedometer ta’ bejn 70 km/h u 79 km/h u limitu tal-veloċità inizjali ta’ 80 km/h.

4.5.3.2.2.

Il-vettura inkwistjoni għandha tinstaq b’SCF attivata b’veloċità kostanti fil-medda tal-veloċità inizjali tal-ispeedometer u l-limitu tal-veloċità perċepit għandu jiġi ssettjat għal-limitu tal-veloċità inizjali sabiex l-ebda intervent tal-SCF ma jkun attiv. Imbagħad, il-limitu tal-veloċità perċepit għandu jiġi ssettjat għal-limitu tal-veloċità tat-test u l-vettura għandha tkompli tinstaq b’veloċità kostanti fil-medda tal-veloċità inizjali tal-ispeedometer għal ħin twil biżżejjed biex jinbeda intervent tal-SCF.

4.5.3.2.3.

Ir-rekwiżiti tekniċi jiġu ssodisfati jekk intervent tal-SCF jinbeda mhux aktar tard minn 1,5 sekondi wara li l-limitu tal-veloċità perċepit tal-vettura jkun ġie ssettjat għal-limitu tal-veloċità tat-test, filwaqt li jitqiesu l-ħin jew id-distanza permessa għad-determinazzjoni tal-limitu tal-veloċità perċepit wara li jkun inqabeż is-sinjal tat-triq rilevanti.

4.5.3.3.

Proċedura tat-test tad-diżattivazzjoni tal-SCF

4.5.3.3.1.

Il-proċedura tat-test speċifikata fil-punt 4.5.3.3.2. għandha titwettaq fil-limitu tal-veloċità urbana b’veloċità inizjali tal-ispeedometer ta’ 35 km/h jew inqas u b’limitu tal-veloċità tat-test ta’ 50 km/h.

4.5.3.3.2.

Il-vettura inkwistjoni għandha tinstaq b’SCF diżattivata fil-medda tal-veloċità inizjali tal-ispeedometer. Il-limitu tal-veloċità perċepit għandu jiġi ssettjat, jew jipprova jiġi ssettjat, għal-limitu tal-veloċità tat-test. Imbagħad, il-vettura għandha tiġi aċċellerata, mingħajr ma tiġi applikata azzjoni pożittiva ta’ twaqqif tal-apparat, għal ferm aktar minn 1,5 sekondi u sussegwentement tinżamm f’veloċità relattivament stabbli ladarba l-limitu tal-veloċità tat-test ikun inqabeż b’marġni sinifikanti.

4.5.3.3.3.

Ir-rekwiżiti tekniċi jiġu ssodisfati jekk ma jinbeda l-ebda intervent tal-SCF u ma tinħareġ l-ebda twissija viżiva, akustika jew tattili għal-limitu tal-veloċità.

4.5.3.4.

Proċedura tat-test tat-twaqqif tal-apparat tal-SCF

4.5.3.4.1.

Il-proċedura tat-test speċifikata fil-punt 4.5.3.4.2. għandha titwettaq fil-limitu tal-veloċità tat-test urban ta’ 50 km/h, b’veloċità inizjali tal-ispeedometer ta’ 35 km/h jew inqas u b’veloċità finali tal-ispeedometer ta’ 65 km/h jew aktar.

4.5.3.4.2.

Il-vettura inkwistjoni għandha tinstaq b’SCF attivata fil-medda tal-veloċità inizjali tal-ispeedometer. Il-limitu tal-veloċità perċepit għandu jiġi ssettjat għal-limitu tal-veloċità tat-test. Imbagħad, il-vettura għandha tiġi aċċellerata, mingħajr ma tiġi applikata azzjoni pożittiva ta’ twaqqif tal-apparat, sakemm jinbeda intervent tal-SCF. Filwaqt li l-intervent ikun attiv, għandha tiġi applikata azzjoni pożittiva ta’ twaqqif tal-apparat kif speċifikat mill-manifattur tal-vettura sabiex il-vettura tiġi aċċellerata għall-medda tal-veloċità finali tal-ispeedometer. Imbagħad, il-veloċità tal-ispeedometer tal-vettura għandha titnaqqas taħt il-limitu tal-veloċità tat-test u terġa’ tiġi aċċellerata, mingħajr ma tiġi applikata azzjoni pożittiva ta’ twaqqif tal-apparat, sakemm jinbeda intervent tal-SCF.

4.5.3.4.3.

Ir-rekwiżiti tekniċi jiġu ssodisfati jekk jiġu rrispettati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-intervent tal-SCF jiġi sospiż temporanjament meta tiġi applikata l-azzjoni pożittiva ta’ twaqqif tal-apparat, sabiex il-vettura tkun tista’ tiġi aċċellerata mingħajr xkiel u mhux f’daqqa għall-veloċità finali tal-ispeedometer; u

(b)

jinbeda intervent tal-SCF matul l-aċċellerazzjoni sussegwenti.

4.6.

Il-proċeduri tat-testijiet tal-punti 4.1., 4.2., 4.4. u 4.5 jistgħu jiġu kkombinati biex tintwera l-konformità mar-rekwiżiti b’mod aktar effiċjenti, bi qbil mas-servizz tekniku.

5.   Xenarji tas-sewqan, dispożizzjonijiet għal-limitazzjonijiet u l-prestazzjoni tas-sistema tal-ISA

5.1.

Is-sensur ta’ osservazzjoni tas-sistema ta’ determinazzjoni tal-limitu tal-veloċità li tintuża biex jiġu vvalutati s-sinjali tat-triq fid-dinja reali (eż. kamera) ma għandux ikun meħtieġ li josserva aktar mill-kamp viżiv ta’ quddiem tas-sewwieq minn ġol-windskrin ta’ quddiem tal-vettura bil-mutur (jew kamp alternattiv raġonevoli kif miftiehem bejn il-manifattur tal-vettura, is-servizz tekniku u l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip meta l-vettura ma tkunx mgħammra b’windskrin ta’ quddiem), kif iddeterminat bl-użu tal-viżjoni ambinokulari, bl-għajnejn ikunu fil-punti okulari tas-sewwieq kif definit fir-Regolament tan-NU Nru 46 (5). Kwalunkwe tfixkil fil-viżibbiltà minħabba l-istruttura taħt is-sensur ta’ osservazzjoni (eż. il-bonit) jista’ ma jiġix ikkunsidrat jekk dan ikun jinsab taħt pjan li jinklina ’l quddiem b’4° taħt l-orizzontali, li jibda mill-punti okulari tas-sewwieq. Il-manifattur tal-vettura jista’ juri konformità abbażi ta’ dokumentazzjoni.

5.2.

Sabiex tittejjeb il-prestazzjoni tas-sistema tal-ISA, il-kamp viżiv ta’ osservazzjoni jista’ jinbidel bħala funzjoni ta’ pereżempju l-input tal-istering, it-trajettorja tal-vettura, l-użu ta’ indikaturi tad-direzzjoni u/jew l-antiċipazzjoni minn sistemi ta’ tbassir.

5.3.

Għall-fini tal-kalkolu tad-distanza pożittiva vera “TP_D”, dan li ġej japplika għal partijiet tar-rotta tat-test fejn il-limitu tal-veloċità applikabbli jiġi ddeterminat minn avvenimenti li fihom jinqabżu s-sinjali tat-triq kif inklużi fil-katalogu tas-sinjali tat-triq fl-Anness II, għall-kategorija ta’ vettura li għandha tiġi approvata.

5.3.1.

Avveniment li fih jinqabeż sinjal ma għandux jitqies meta s-sinjal relatat ikun parzjalment imfixkel (eż. weraq tas-siġar, vetturi pparkjati) jew ma jkunx ippożizzjonat b’mod ċar b’mod perpendikolari fir-rigward kemm tal-livell tal-art kif ukoll tan-naħa tat-triq jew inkella f’orjentazzjoni mhux korretta (eż. imdawwar), sakemm ma jkunx mitlub mill-manifattur.

5.3.2.

Meta s-sinjal relatat ikun nieqes jew ippożizzjonat b’mod ambigwu f’termini ta’ post sal-punt li sewwieq normali li jivvjaġġa fil-parti tat-triq rilevanti għall-ewwel darba jkun inċert jekk japplikax jew le għal dak is-sewwieq, kif ivverifikat u miftiehem mis-servizz tekniku għal kull istanza, l-avveniment li fih jinqabeż sinjal ma għandux jitqies, sakemm ma jkunx mitlub mill-manifattur.

5.3.3.

Meta sinjal jew diversi sinjali jkunu qed iwasslu informazzjoni ambigwa, addizzjonali, komplementari jew diverġenti f’termini ta’ applikabbiltà għall-kategoriji ta’ vetturi, il-massa massima teknikament permissibbli, id-dimensjonijiet tal-vettura, il-ħin tal-ġurnata, il-kundizzjonijiet tat-temp, il-korsiji kontigwi jew id-direzzjoni tal-ivvjaġġar, kif ivverifikati u miftiehma mis-servizz tekniku għal kull istanza, l-avveniment li fih jinqabeż sinjal ma għandux jitqies, sakemm ma jkunx mitlub mill-manifattur.

5.3.4.

Avveniment ta’ detezzjoni pożittiva falza partikolari jista’ jitħalla barra mill-kalkoli, soġġett għall-ftehim mis-servizz tekniku għal kull każ individwali, fejn sinjal tat-triq mhux applikabbli stazzjonarju jkun intwera b’mod realistiku ħafna jew b’mod simili għall-ħajja.

5.3.5.

Meta, fi żmien 12-il xahar qabel it-test tal-approvazzjoni tat-tip, tkun seħħet bidla fi Stat Membru fir-rigward tal-limitu tal-veloċità jew tar-regola tat-traffiku applikabbli marbuta ma’ sinjal tal-limitu tal-veloċità impliċitu, jew jiġi introdott sinjal ġdid, kif inkluż fil-katalogu tas-sinjali fl-Anness II fil-ħin tat-test tal-approvazzjoni tat-tip tal-vettura jew tal-STU, l-avveniment li fih jinqabeż sinjal ma għandux jitqies, sakemm ma jkunx mitlub mill-manifattur.

5.3.6.

Id-distanzi, fejn tapplika kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet imsemmija fil-punti 5.3.1. sa 5.3.5., ma għandhomx jitqiesu għad-distanzi misjuqa tal-kalkolu metriku tal-prestazzjoni d_totali u d_korretta, kif speċifikat fil-punt 4.3.2. Madankollu, għalkemm l-avvenimenti li fihom jinqabeż sinjal ta’ hawn fuq ma għandhomx jitqiesu, kwalunkwe avveniment ta’ determinazzjoni tal-limitu tal-veloċità perċepit korrett u distanza assoċjata misjuqa jistgħu jitqiesu fuq talba tal-manifattur, fuq bażi ta’ każ b’każ, meta s-sistema tisboq dawn id-dispożizzjonijiet, speċjalment fil-każ fejn il-manifatturi jużaw taħlita ta’ sensur ottiku ta’ osservazzjoni + sistema ta’ determinazzjoni tal-pożizzjoni bbażata fuq il-GNSS + mapep diġitali, li hija l-għażla preferuta bl-akbar affidabbiltà.

5.4.

Is-sistema għandha żżomm il-limitu tal-veloċità perċepit jew l-informazzjoni f’konformità mal-punt 3.4.1.3., anke wara l-attivazzjoni mill-ġdid tal-iswiċċ ta’ kontroll prinċipali tal-vettura, sakemm is-sistema ma tkunx tista’ tiddetermina b’mod normali l-limitu tal-veloċità perċepit bl-użu tal-inputs tas-sistema rilevanti (eż. data kartografika elettronika) meta l-vettura bil-mutur tidħol jew tibda tinstaq fi triq pubblika.

5.5.

Loġika u strateġiji tas-sistema

5.5.1.

Il-manifattur jista’ jfassal is-sistema ta’ assistenza intelliġenti tal-veloċità biex jinkorpora loġika jew strateġija li tantiċipa bidla fil-limitu tal-veloċità, filwaqt li jqis il-movimenti ta’ vetturi oħra, jgħaqqad il-korsiji tat-traffiku, il-qsim tal-marki tat-triq, id-dwal tat-traffiku, l-intersezzjonijiet, il-partijiet għoljin fit-triq għat-tnaqqis tal-veloċità u l-passaġġi pedonali.

5.5.2.

Fil-każ li s-sistema tiddependi fuq l-apprendiment awtomatiku, jew simili, dan għandu jitqies kif xieraq meta tiġi vvalutata l-affidabbiltà tas-sewqan reali. F’każ bħal dan, is-servizz tekniku għandu jippermetti prekundizzjonament tal-vettura f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tal-manifattur li jista’ jkun ta’ aktar minn 100 km kif stabbilit fil-punt 4.1.1.3., sakemm dan jitqies raġonevoli. Madankollu, għandu jiġi pprojbit li l-prekundizzjonament isir fuq kwalunkwe parti tar-rotta tat-test tas-sewqan kif iddeterminat u miftiehem f’konformità mal-punti 3.4.2.5.3. u 4.3.1.

5.6.

Għall-finijiet tal-ittestjar tal-konformità tal-produzzjoni u tas-sorveljanza tas-suq, il-manifattur, is-servizz tekniku u l-awtoritajiet nazzjonali għandhom iqisu l-aġġornamenti l-aktar reċenti tas-sistema disponibbli fil-ħin tal-ittestjar, meta jsiru disponibbli f’konformità mal-punt 3.4.2.5.5.2.

5.6.1.

Meta, fi żmien 12-il xahar qabel it-test, aġġornament tal-katalogu tas-sinjali fl-Anness II jkun irrifletta bidla li seħħet fi Stat Membru fir-rigward tal-limitu tal-veloċità applikabbli marbut ma’ sinjal tal-limitu tal-veloċità impliċitu speċifiku li kien inkluż fil-katalogu fil-ħin tal-approvazzjoni tat-tip tal-vettura jew tal-STU, l-avveniment li fih jinqabeż sinjal ma għandux jitqies sakemm ma jkunx mitlub mill-manifattur.

5.6.2.

Kwalunkwe espansjoni tal-katalogu tas-sinjali fl-Anness II f’termini ta’ sinjali impliċiti addizzjonali li ma kinux inklużi fil-ħin tal-approvazzjoni tat-tip tal-vettura jew tal-STU, ma għandhiex titqies għall-finijiet tal-ittestjar tal-konformità tal-produzzjoni u tas-sorveljanza tas-suq ħlief meta jkun mitlub mill-manifattur.

(1)  Ir-Regolament Nru 39 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UNECE) – Id-dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni tal-vetturi fir-rigward tat-tagħmir tal-ispeedometer u l-odometru inkluża l-installazzjoni tiegħu.

(2)  Id-Direttiva 2014/45/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar testijiet perjodiċi tal-affidabbiltà stradali għal vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom u li tħassar id-Direttiva 2009/40/KE (ĠU L 127, 29.4.2014, p. 51).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/621 tas-17 ta’ April 2019 dwar l-informazzjoni teknika meħtieġa għall-ittestjar tal-affidabbiltà stradali tal-oġġetti li jridu jiġu ttestjati, dwar l-użu tal-metodi ta’ ttestjar rakkomandati, u li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar il-format tad-data u l-proċeduri għall-aċċess għall-informazzjoni teknika rilevanti (ĠU L 108, 23.4.2019, p. 5).

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 165/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Frar 2014 dwar takografi fit-trasport bit-triq, li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 dwar apparat ta’ reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport bit-triq (ĠU L 60, 28.2.2014, p. 1)

(5)  Ir-Regolament Nru 46 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UNECE) — Dispożizzjonijiet uniformi għall-approvazzjoni tat-tagħmir għall-viżjoni indiretta u tal-vetturi motorizzati fir-rigward tal-installazzjoni ta’ dan it-tagħmir.


ANNESS II

Katalogu tas-sinjali tat-traffiku – Parti 1

NOTI TA’ SPJEGAZZJONI

n/a

mhux applikabbli

N

Limitu nazzjonali tal-veloċità għall-klassi tat-triq xierqa (eż. “urbana”, “mhux urbana”, “triq espress”, “awtostrada”)

V

Sinjali tat-traffiku b’messaġġ varjabbli jistgħu juru kwalunkwe mis-sinjali numeriċi tal-limitu tal-veloċità espliċitu, sinjali numeriċi tal-limitu tal-veloċità impliċitu u sinjali mhux numeriċi tal-limitu tal-veloċità impliċitu inklużi fit-tabella tal-pajjiż rispettiv. Madankollu, il-frekwenza ta’ ripetizzjoni (refresh rate) tas-sinjali għandha tkun ta’ mill-inqas 1 000 Hz sabiex jiġi żgurat li l-immaġni tinqara b’mod korrett għall-fini ta’ pproċessar xieraq mis-sistema tal-ISA.

S

Sospiż skont il-punti 3.5.6. jew 3.6.3. tal-Anness I

Is-sinjali kollha li jindikaw id-dħul u l-ħruġ tal-limiti tal-belt f’kull pajjiż jikkondividu karatteristiċi ta’ identifikazzjoni ewlenin komuni u faċilment rikonoxxibbli, iżda jistgħu jvarjaw fil-forma u d-daqs, u jistgħu jinkludu ismijiet ta’ bliet u bliet żgħar indikati fuq dawk is-sinjali. Is-sistema tal-ISA għandha tkun kapaċi tipproċessa dawk l-elementi.

Is-sistema tal-ISA, installata f’vetturi bil-mutur tal-kategorija M2<3,5t, għandha tadotta l-feedback mistenni għall-kategorija ta’ vetturi M1, sakemm ma jkunx indikat mod ieħor fit-tabella.

1.   IL-BELĠJU

SINJAL

INFORMAZZJONI RILEVANTI OĦRA

FEEDBACK MISTENNI TAS-SISTEMA F’KM/H

 

M1

M2

M3

N1

N2

N3

Sinjali numeriċi tal-limitu tal-veloċità espliċitu

Image 1

C43

30

30

30

30

30

30

Image 2

C43

30

30

30

30

30

30

Image 3

C43

40

40

40

40

40

40

Image 4

C43

50

50

50

50

50

50

Image 5

C43

50

50

50

50

50

50

Image 6

C43

60

60

60

60

60

60

Image 7

C43

70

70

70

70

70

≤ 7,5 t

70

 

 

 

 

 

 

70

> 7,5 t

 

 

Nota: il-limitu tal-veloċità formali ta’ 70 km/h għandu jintuża fuq l-awtostradi bħala l-limitu tal-veloċità perċepit għal N2>7,5t u N3.

 

 

 

 

70

> 7,5 t

70

 

Nota: il-limitu tal-veloċità formali ta’ 60 km/h jista’ jintuża bħala l-limitu tal-veloċità perċepit għal N2>7,5t u N3 jekk is-sistema tal-ISA tkun kapaċi tiddetermina r-reġjun ta’ operazzjoni u t-tip ta’ triq.

 

 

 

 

60

> 7,5 t

60

Image 8

C43

80

80

80

80

80

≤ 7,5 t

80

 

 

 

 

 

 

80

> 7,5 t

 

 

Nota: il-limitu tal-veloċità formali ta’ 80 km/h għandu jintuża fuq l-awtostradi bħala l-limitu tal-veloċità perċepit għal M2, M3, N2 u N3.

 

80

80

 

80

80

 

Nota: il-limitu tal-veloċità formali ta’ 70 km/h jista’ jintuża bħala l-limitu tal-veloċità perċepit għall-kategorija N2≤7,5t jekk is-sistema tal-ISA tkun kapaċi tiddetermina r-reġjun ta’ operazzjoni u t-tip ta’ triq.

 

 

 

 

70

≤ 7,5 t

 

 

Nota: il-limiti formali tal-veloċità ta’ 60, 70 u 75 km/h jistgħu jintużaw bħala l-limitu tal-veloċità perċepit għall-kategoriji N2>7,5t, N3 u M2, M3 jekk is-sistema tal-ISA tkun kapaċi tiddetermina r-reġjun ta’ operazzjoni u t-tip ta’ triq.

 

70

jew

75

70

jew

75

 

60

jew

70

> 7,5 t

60

jew

70

Image 9

C43

90

90

90

90

S

≤ 7,5 t

S

 

 

 

 

 

 

S

> 7,5 t

 

 

Nota: il-limitu tal-veloċità formali ta’ 90 km/h għandu jintuża fuq l-awtostradi bħala l-limitu tal-veloċità perċepit għal M2 u M3, kif ukoll għal N2 u N3 (jiġifieri l-ittra S).

 

90

90

 

S

S

 

Nota: il-limitu tal-veloċità formali ta’ 70 km/h jista’ jintuża bħala l-limitu tal-veloċità perċepit għall-kategorija N2≤7,5t jekk is-sistema tal-ISA tkun kapaċi tiddetermina r-reġjun ta’ operazzjoni u t-tip ta’ triq.

 

 

 

 

70

≤ 7,5 t

 

 

Nota: il-limiti formali tal-veloċità ta’ 60, 70 u 75 km/h jistgħu jintużaw bħala l-limitu tal-veloċità perċepit għall-kategoriji N2>7,5t, N3 u M2, M3 rispettivament jekk is-sistema tal-ISA tkun kapaċi tiddetermina r-reġjun ta’ operazzjoni u t-tip ta’ triq.

 

70

jew

75

70

jew

75

 

60

jew

70

> 7,5 t

60

jew

70

Image 10

C43

100

S

S

100

S

S

 

Nota: il-limitu tal-veloċità formali ta’ 90 km/h jista’ jintuża għall-kategoriji M2 u M3 bħala l-limitu tal-veloċità perċepit jekk is-sistema tal-ISA tkun kapaċi tiddetermina t-tip ta’ triq (b’żewġ korsiji jew aktar f’kull direzzjoni bi lqugħ).

 

90

90

 

 

 

Image 11

C43

110

S

S

110

S

S

Image 12

C43

120

S

S

120

S

S

Sinjali numeriċi tal-limitu tal-veloċità impliċitu

Image 13

C45

N

N

N

N

N

N

Image 14

C45

N

N

N

N

N

N

Image 15

C45

N

N

N

N

N

N

Image 16

C45

N

N

N

N

N

N

Image 17

C45

N

N

N

N

N

N

Image 18

C45

N

N

N

N

N

N

Image 19

C45

N

N

N

N

N

N

Image 20

C45

N

N

N

N

N

N

Image 21

C45

N

N

N

N

N

N

Image 22

C45

N

N

N

N

N

N

Image 23

C45

N

N

N

N

N

N

Sinjali mhux numeriċi tal-limitu tal-veloċità impliċitu

Image 24

 

N

N

N

N

N

N

Żoni Numeriċi

Image 25

F4a

30

30

30

30

30

30

Image 26

F4b

N

N

N

N

N

N

Image 27

 

30

30

30

30

30

30

Image 28

F4b

N

N

N

N

N

N

Image 29

F4a

30

30

30

30

30

30

Image 30

F4b

N

N

N

N

N

N

Image 31

ZC43

50

50

50

50

50

50

Image 32

ZC45

N

N

N

N

N

N

Image 33

ZC43

50

50

50

50

50

50

Image 34

ZC45

N

N

N

N

N

N

Image 35

ZC43

70

70

70

70

70

≤ 7,5 t

70

 

 

 

 

 

 

70

> 7,5 t

 

 

Nota: il-limitu tal-veloċità formali ta’ 60 km/h jista’ jintuża bħala l-limitu tal-veloċità perċepit għall-kategorija N2 > 7,5t u N3 jekk is-sistema tal-ISA tkun kapaċi tiddetermina r-reġjun ta’ operazzjoni u t-tip ta’ triq.

 

 

 

 

60

> 7,5 t

60

Image 36

ZC45

N

N

N

N

N

N

Image 37

ZC43

70

70

70

70

70

70

 

 

 

 

 

 

70

> 7,5 t

 

 

Nota: il-limitu tal-veloċità formali ta’ 60 km/h jista’ jintuża bħala l-limitu tal-veloċità perċepit għall-kategorija N2 > 7,5t u N3 jekk is-sistema tal-ISA tkun kapaċi tiddetermina r-reġjun ta’ operazzjoni u t-tip ta’ triq.

 

 

 

 

60

> 7,5 t

60

Image 38

ZC45

N

N

N

N

N

N

Żona bi traffiku mnaqqas

Image 39

F12a

20

20

20

20

20

20

Image 40

F12b

N

N

N

N

N

N

Image 41

F113a

30

30

30

30

30

30

Image 42

F113b

N

N

N

N

N

N

Image 43

 

30

30

30

30

30

30

Image 44

 

N

N

N

N

N

N

Awtostrada