10.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 396/27


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1936

tad-9 ta’ Novembru 2021

li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2019 fir-rigward ta’ ċerti pjanti għat-tħawwil tal-Ficus carica L. u tal-Persea americana Mill. li joriġinaw f’Iżrael, li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1213 fir-rigward tal-miżuri fitosanitarji għall-introduzzjoni ta’ dawk il-pjanti għat-tħawwil fit-territorju tal-Unjoni u li jikkoreġi dan ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-aħħar

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2016 dwar il-miżuri protettivi kontra pesti tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 652/2014 u (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 69/464/KEE, 74/647/KEE, 93/85/KEE, 98/57/KE, 2000/29/KE, 2006/91/KE u 2007/33/KE (1), u b’mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 42(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Abbażi ta’ valutazzjoni preliminari, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2019 (2) jistabbilixxi lista ta’ pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra ta’ riskju għoli.

(2)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2018 (3) jistabbilixxi r-regoli speċifiċi dwar il-proċedura li għandha tiġi segwita biex issir il-valutazzjoni tar-riskju msemmija fl-Artikolu 42(4) tar-Regolament (UE) 2016/2031 għal dawk il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u l-oġġetti l-oħra ta’ riskju għoli.

(3)

Wara valutazzjoni preliminari, fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2019 iddaħħlu 35 pjanta għat-tħawwil li joriġinaw mill-pajjiżi terzi kollha, bħala pjanti ta’ riskju għoli, li fosthom hemm l-ispeċi Ficus carica L. u l-ġeneru Persea Mill.

(4)

F’konformità mar-Regolament (UE) 2016/2031, jekk jiġi konkluż abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskju li pjanta, prodott mill-pjanti jew oġġett ieħor li joriġinaw minn pajjiż terz, minn grupp ta’ pajjiżi terzi jew minn żona speċifika tal-pajjiż terz ikkonċernat ikun fihom riskju inaċċettabbli ta’ pesti, iżda dak ir-riskju jista’ jitnaqqas għal livell aċċettabbli jekk jitwettqu ċerti miżuri, il-Kummissjoni trid tneħħi dik il-pjanta, il-prodott mill-pjanti jew l-oġġett l-ieħor mil-lista stabbilita mill-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2019 u żżidhom mal-lista msemmija fl-Artikolu 41(2) tar-Regolament (UE) 2016/2031.

(5)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1213 (4) jistabbilixxi l-miżuri fitosanitarji għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ ċerti pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra li tħassru mil-lista stabbilita permezz tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2019.

(6)

Fit-18 ta’ Settembru 2019, Iżrael ippreżenta talba lill-Kummissjoni għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni ta’ pjanti għat-tħawwil ta’ sena, bl-għeruq mikxufin, inattivi, mingħajr weraq, b’dijametru massimu fil-bażi taz-zokk ta’ 2 cm u ta’ biċċiet bl-għeruq ta’ sena mingħajr weraq ta’ pjanti għat-tħawwil b’materjal għat-tkabbir u b’dijametru massimu fil-bażi taz-zokk ta’ 1 cm tal-Ficus carica L. Dik it-talba kienet sostnuta bid-dossier tekniku rispettiv.

(7)

Fis-26 ta’ Novembru 2020, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) adottat opinjoni xjentifika dwar il-valutazzjoni tar-riskju ta’ komodità tal-pjanti għat-tħawwil tal-Ficus carica L. minn Iżrael (5). L-Awtorità identifikat l-Aonidiella orientalis, il-Colletotrichum siamense, l-Euwallacea fornicatus sensu lato, l-Hypothenemus leprieuri, l-Icerya aegyptiaca, in-Neocosmospora euwallaceae, in-Neoscytalidium dimidiatum, in-Nipaecoccus viridis, l-Oligonychus mangiferus, il-Phenacoccus solenopsis, il-Plicosepalus acaciae, ir-Retithrips syriacus, ir-Russellaspis pustulans, is-Scirtothrips dorsalis u s-Spodoptera frugiperda bħala pesti għal dawk il-pjanti għat-tħawwil, evalwat il-miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji deskritti għal dawk il-pesti u wettqet stima tal-probabbilità tal-ħelsien mill-pesti.

(8)

Fl-1 ta’ Settembru 2019, Iżrael ippreżenta talba lil-Kummissjoni għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni ta’ pjanti għat-tħawwil imlaqqma b’materjal għat-tkabbir u b’dijametru massimu fil-bażi taz-zokk ta’ 1 cm u ta’ biċċiet mingħajr għeruq ta’ pjanti għat-tħawwil tal-Persea americana Mill. Dik it-talba kienet sostnuta bid-dossier tekniku rispettiv.

(9)

Fis-26 ta’ Novembru 2020, l-Awtorità adottat opinjoni xjentifika dwar il-valutazzjoni tar-riskju ta’ komodità tal-pjanti għat-tħawwil tal-Persea americana Mill. minn Iżrael (6). L-Awtorità identifikat l-Aonidiella orientalis, l-Aulacaspis tubercularis, l-Avocado sunblotch viroid, il-Bemisia tabaci, il-Colletotrichum aenigma, il-Colletotrichum alienum, il-Colletotrichum fructicola, l-Colletotrichum perseae, il-Colletotrichum siamense, il-Colletotrichum theobromicola, l-Euwallacea fornicatus, l-Icerya aegyptiaca, il-Lasiodiplodia pseudotheobromae, il-Maconellicoccus hirsutus, il-Milviscutulus mangiferae, in-Neocosmospora euwallaceae, in-Neoscytalidium dimidiatum, in-Nipaecoccus viridis, l-Oligonychus perseae, il-Paracoccus marginatus, ilPenthimiola bella, il-Pseudococcus cryptus, il-Pulvinaria psidii, ir-Retithrips syriacus, is-Scirtothrips dorsalis u t-Tetraleurodes perseae bħala pesti rilevanti għal dawk il-pjanti għat-tħawwil, evalwat il-miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji deskritti fid-dossier għal dawk il-pesti u wettqet stima tal-probabbilità tagħhom ta’ ħelsien mill-pesti.

(10)

Abbażi ta’ dawk l-opinjonijiet, il-miżuri meħtieġa biex jiġi indirizzat ir-riskju tal-pesti speċifikati jenħtieġ li jiġu adottati bħala rekwiżiti fitosanitarji tal-importazzjoni, sabiex jiġi żgurat li r-riskju fitosanitarju mill-introduzzjoni tal-pjanti speċifikati fl-Unjoni jitnaqqas għal livell aċċettabbli. Għalhekk, il-pjanti għat-tħawwil ta’ sena, bl-għeruq mikxufin, inattivi, mingħajr weraq, b’dijametru massimu fil-bażi taz-zokk ta’ 2 cm tal-Ficus carica L. u l-biċċiet bl-għeruq ta’ sena mingħajr weraq ta’ pjanti għat-tħawwil b’materjal għat-tkabbir u b’dijametru massimu fil-bażi taz-zokk ta’ 1 cm tal-Ficus carica L., li joriġinaw minn Iżrael, u l-pjanti għat-tħawwil imlaqqma b’materjal għat-tkabbir u b’dijametru massimu fil-bażi taz-zokk ta’ 1 cm tal-Persea americana Mill. u l-biċċiet mingħajr għeruq ta’ pjanti għat-tħawwil tal-Persea americana Mill., li joriġinaw minn Iżrael, jenħtieġ li jitneħħew mill-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2019 u l-miżuri ta’ importazzjoni fitosanitarji meħtieġa jenħtieġ li jiżdiedu mal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1213.

(11)

Minħabba l-għadd kbir ta’ pesti identifikati għal kull wieħed mill-pjanti speċifikati u l-inċertezzi identifikati mill-Awtorità, huwa meqjus li l-unika applikazzjoni tal-miżuri proposta minn Iżrael fid-dossiers ma tistax tnaqqas ir-riskju mill-introduzzjoni tal-pjanti speċifikati fl-Unjoni għal livell aċċettabbli. Sabiex jitnaqqas ir-riskju fitosanitarju għal livell aċċettabbli, u mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti tal-importazzjoni stabbiliti fl-Anness VII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2072 (7), jenħtieġ li dawk il-pjanti jitkabbru f’siti ħielsa mill-pesti bi protezzjoni fiżika kontra l-introduzzjoni tal-insetti pesti speċifikati u jenħtieġ li jiġu spezzjonati uffiċjalment biex jiġu identifikati dawk il-pesti. Barra minn hekk, fir-rigward ta’ biċċiet mingħajr għeruq ta’ pjanti għat-tħawwil tal-Persea americana Mill. li joriġinaw minn Iżrael, li għalihom id-dijametru massimu fil-bażi taz-zokk ma jkunx speċifikat fid-dossier, jenħtieġ li jiġi aċċettat dijametru massimu fil-bażi taz-zokk ta’ 2 cm għal pjanti bħal dawn ippreżentati għall-importazzjoni fl-Unjoni. Jenħtieġ ukoll li tissaħħaħ l-ispezzjoni tal-konsenji tal-pjanti speċifikati immedjatament qabel l-esportazzjoni meta mqabbla mal-ispezzjoni indikata mid-dossiers sottomessi minn Iżrael.

(12)

Il-Bemisia tabaci, l-Euwallacea fornicatus sensu lato (jappartjeni għall-familja ta’ Scolytidae (mhux Ewropea)), l-Hypothenemus leprieuri (jappartjeni għall-familja ta’ Scolytidae (mhux Ewropea)), is-Scirtothrips dorsalis u s-Spodoptera frugiperda huma elenkati bħala pesti ta’ kwarantina tal-Unjoni fl-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072. L-Aonidiella orientalis, l-Aulacaspis tubercularis, l-Avocado sunblotch viroid, il-Colletotrichum aenigma, il-Colletotrichum alienum, il-Colletotrichum fructicola, il-Colletotrichum perseae, il-Colletotrichum siamense, il-Colletotrichum theobromicola, l-Icerya aegyptiaca, il-Lasiodiplodia pseudotheobromae, il-Maconellicoccus hirsutus, il-Milviscutulus mangiferae, in-Neocosmospora euwallaceae, in-Neoscytalidium dimidiatum, in-Nipaecoccus viridis, l-Oligonychus mangiferus, l-Oligonychus perseae, il-Paracoccus marginatus, il-Penthimiola bella, il-Phenacoccus solenopsis, il-Plicosepalus acaciae, il-Pseudococcus cryptus, il-Pulvinaria psidii, ir-Retithrips syriacus, ir-Russellaspis pustulans u t-Tetraleurodes perseae għadhom mhumiex inklużi fil-lista ta’ pesti ta’ kwarantina tal-Unjoni fl-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072, iżda jistgħu jissodisfaw il-kundizzjonijiet biex jiġu inklużi ladarba titwettaq valutazzjoni tar-riskju sħiħa. Għal din ir-raġuni, il-miżuri fitosanitarji ta’ hawn fuq huma meħtieġa wkoll fir-rigward ta’ dawk il-pesti sakemm issir valutazzjoni tar-riskju sħiħa.

(13)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2019 u (UE) 2020/1213 jiġu emendati skont dan.

(14)

L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1213 fih diversi żbalji meta ssir referenza għal leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni dwar is-saħħa tal-pjanti.

(15)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1213 jiġi kkoreġut skont dan.

(16)

Għal konformità mal-obbligi tal-Unjoni li jirriżultaw mill-Ftehim tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri sanitarji u fitosanitarji, l-importazzjoni ta’ dawk il-komoditajiet jenħtieġ li tissokta fl-iqsar żmien possibbli. Għalhekk, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(17)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2019

L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2019 huwa emendat f’konformità mal-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Emendi u korrezzjonijiet għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1213

L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1213 huwa emendat u kkoreġut f’konformità mal-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Novembru 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 317, 23.11.2016, p. 4.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2019 tat-18 ta’ Diċembru 2018 li jistabbilixxi lista proviżorja ta’ pjanti, prodotti tal-pjanti jew oġġetti oħra ta’ riskju għoli, fis-sens tal-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) 2016/2031 u lista ta’ pjanti li ma jeħtiġux ċertifikati fitosanitarji għall-introduzzjoni tagħhom fl-Unjoni, fis-sens tal-Artikolu 73 ta’ dak ir-Regolament (ĠU L 323, 19.12.2018, p. 10).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2018 tat-18 ta’ Diċembru 2018 li jistabbilixxi regoli speċifiċi rigward il-proċedura li trid tiġi segwita sabiex issir il-valutazzjoni tar-riskju ta’ pjanti b’riskju għoli, il-prodotti tal-pjanti u oġġetti oħra fit-tifsira tal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 323, 19.12.2018, p. 7).

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1213 tal-21 ta’ Awwissu 2020 dwar il-miżuri fitosanitarji għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ ċerti pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra li tneħħew mill-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2019 (ĠU L 275, 24.8.2020, p. 5).

(5)  EFSA PLH Panel (il-Grupp ta’ Esperti Xjentifiċi tas-Saħħa tal-Pjanti fi ħdan l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel), Scientific Opinion on the commodity risk assessment of Ficus carica plants from Israel (Opinjoni Xjentifika dwar il-valutazzjoni tar-riskju tal-komodità tal-pjanti tal-Ficus carica minn Iżrael), EFSA Journal 2021;19(1):6353, https://doi.org/10.2903/j.efsa.2021.6353

(6)  EFSA PLH Panel, Scientific Opinion on the commodity risk assessment of Persea americana from Israel (Opinjoni Xjentifika dwar il-valutazzjoni tar-riskju tal-komodità tal-pjanti Persea americana minn Iżrael), EFSA Journal 2021;19(2):6354, https://doi.org/10.2903/j.efsa.2021.6354

(7)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2072 tat-28 ta’ Novembru 2019 li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-miżuri protettivi kontra l-pesti tal-pjanti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 690/2008 u jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2019 (ĠU L 319, 10.12.2019, p. 1).


ANNESS I

It-tieni kolonna “Deskrizzjoni” tat-tabella fil-punt 1 tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2019 hija emendata kif ġej:

(1)

l-entrata għal “Ficus carica L.” hija sostitwita b’dan li ġej:

Ficus carica L., minbarra l-pjanti għat-tħawwil ta’ sena, bl-għeruq mikxufin, inattivi, mingħajr weraq, b’dijametru massimu fil-bażi taz-zokk ta’ 2 cm tal-Ficus carica L., u l-biċċiet bl-għeruq ta’ sena mingħajr weraq ta’ pjanti għat-tħawwil b’materjal għat-tkabbir u b’dijametru massimu fil-bażi taz-zokk ta’ 1 cm tal-Ficus carica L., li joriġinaw f’Iżrael”;

(2)

l-entrata għal “Persea Mill.” hija sostitwita b’dan li ġej:

Persea Mill., minbarra l-pjanti għat-tħawwil imlaqqma, bl-għeruq, bil-weraq, b’materjal għat-tkabbir u b’dijametru massimu fil-bażi taz-zokk ta’ 1 cm tal-Persea americana Mill., u l-biċċiet mingħajr għeruq għat-tħawwil b’dijametru massimu fil-bażi taz-zokk ta’ 2 cm tal-Persea americana Mill., li joriġinaw f’Iżrael”.


ANNESS II

PARTI A

It-tabella fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1213 hija emendata kif ġej:

(1)

l-entrata li ġejja tiddaħħal wara t-tieni entrata għall-pjanti għat-tħawwil imlaqqma, bl-għeruq mikxufa, inattivi, b’dijametru massimu ta’ 2,5 cm tal-Albizia julibrissin Durazzini:

“Pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra

Kodiċi NM

Pajjiżi terzi tal-oriġini

Miżuri

Il-pjanti għat-tħawwil ta’ sena, bl-għeruq mikxufin, inattivi, mingħajr weraq, b’dijametru massimu fil-bażi taz-zokk ta’ 2 cm, u ta’ biċċiet bl-għeruq ta’ sena mingħajr weraq ta’ pjanti għat-tħawwil b’materjal għat-tkabbir u b’dijametru massimu fil-bażi taz-zokk ta’ 1 cm tal-Ficus carica L.

 

ex 0602 20 20

 

ex 0602 20 80

 

ex 0602 90 45

 

ex 0602 90 46

 

ex 0602 90 48

 

ex 0602 90 50

 

ex 0602 90 70

Iżrael

(a)

Dikjarazzjoni uffiċjali li:

(i)

l-pjanti huma ħielsa mill-Aonidiella orientalis, il-Colletotrichum siamense, l-Euwallacea fornicatus sensu lato, l-Hypothenemus leprieuri, l-Icerya aegyptiaca, in-Neocosmospora euwallaceae, in-Neoscytalidium dimidiatum, in-Nipaecoccus viridis, l-Oligonychus mangiferus, il-Phenacoccus solenopsis, il-Plicosepalus acaciae, ir-Retithrips syriacus, ir-Russellaspis pustulans, is-Scirtothrips dorsalis u s-Spodoptera frugiperda;

(ii)

tul ħajjithom, il-pjanti tkabbru dejjem f’post tal-produzzjoni li, flimkien mas-siti tal-produzzjoni li huma parti minnu, hu rreġistrat u ssorveljat mill-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti tal-pajjiż tal-oriġini;

(iii)

il-pjanti tkabbru matul ħajjithom kollha f’sit bi protezzjoni fiżika kontra l-introduzzjoni tal-Aonidiella orientalis, l-Icerya aegyptiaca, in-Nipaecoccus viridis, l-Oligonychus mangiferus, il-Phenacoccus solenopsis, ir-Retithrips syriacus u r-Russellaspis pustulans, li ġie suġġett għal spezzjonijiet uffiċjali kull 45 jum u li nstab ħieles mill-pesti elenkati fil-punt (i); f’każ ta’ suspett tal-preżenza ta’ kwalunkwe pest elenkat fil-punt (i) fis-sit tal-produzzjoni, ikunu saru trattamenti xierqa biex jiġi żgurat li l-pesti ma jkunux preżenti; u

(iv)

immedjatament qabel l-esportazzjoni, il-konsenji tal-pjanti kienu soġġetti għal spezzjoni uffiċjali għall-preżenza tal-Aonidiella orientalis, l-Icerya aegyptiaca, in-Nipaecoccus viridis, l-Oligonychus mangiferus, il-Phenacoccus solenopsis, il-Plicosepalus acaciae, ir-Retithrips syriacus u r-Russellaspis pustulans, b’tali daqs tal-kampjun li jkun jippermetti s-sejbien ta’ mill-inqas livell ta’ infestazzjoni ta’ 1 % b’livell ta’ kunfidenza ta’ 99 %, u spezzjoni uffiċjali għall-preżenza tal-Colletotrichum siamense u tan-Neoscytalidium dimidiatum inkluż kampjunar u ttestjar aleatorju tal-pjanti;

(b)

taħt l-intestatura “Dikjarazzjoni Addizzjonali”, iċ-ċertifikati fitosanitarji għal dawk il-pjanti għandhom jinkludu:

(i)

id-dikjarazzjoni li ġejja: “Il-konsenja tikkonforma mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1213”;

(ii)

l-ispeċifikazzjoni tas-sit(i) tal-produzzjoni rreġistrat(i).”;

(2)

l-entrati li ġejjin jiddaħħlu wara l-entrata għall-biċċiet bla għeruq ta’ pjanti għat-tħawwil tal-Jasminum polyanthum Franchet:

“Pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra

Kodiċi NM

Pajjiżi terzi tal-oriġini

Miżuri

Pjanti għat-tħawwil mlaqqma, bl-għeruq, bil-weraq, b’materjal għat-tkabbir u b’dijametru massimu fil-bażi taz-zokk ta’ 1 cm tal-Persea americana Mill.

 

ex 0602 90 41

 

ex 0602 90 45

 

ex 0602 90 48

 

ex 0602 90 50

Iżrael

(a)

Dikjarazzjoni uffiċjali li:

(i)

il-pjanti huma ħielsa mill-Aonidiella orientalis, l-Aulacaspis tubercularis, l-Avocado sunblotch viroid, il-Bemisia tabaci, il-Colletotrichum aenigma, il-Colletotrichum alienum, il-Colletotrichum fructicola, il-Colletotrichum perseae, il-Colletotrichum siamense, il-Colletotrichum theobromicola, l-Euwallacea fornicatus sensu lato, l-Icerya aegyptiaca, il-Lasiodiplodia pseudotheobromae, il-Maconellicoccus hirsutus, il-Milviscutulus mangiferae, in-Neocosmospora euwallaceae, in-Neoscytalidium dimidiatum, in-Nipaecoccus viridis, l-Oligonychus perseae, il-Paracoccus marginatus, il-Penthimiola bella, il-Pseudococcus cryptus, il-Pulvinaria psidii, ir-Retithrips syriacus, is-Scirtothrips dorsalis u t-Tetraleurodes perseae;

(ii)

tul ħajjithom, il-pjanti tkabbru dejjem f’post tal-produzzjoni li, flimkien mas-siti tal-produzzjoni li huma parti minnu, hu rreġistrat u ssorveljat mill-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti tal-pajjiż tal-oriġini;

(iii)

il-pjanti tkabbru matul ħajjithom kollha f’sit bi protezzjoni fiżika kontra l-introduzzjoni tal-Aonidiella orientalis, l-Aulacaspis tubercularis, l-Icerya aegyptiaca, il- Maconellicoccus hirsutus, il-Milviscutulus mangiferae, in-Nipaecoccus viridis, l-Oligonychus perseae, il-Paracoccus marginatus, il-Penthimiola bella, il-Pseudococcus cryptus, il-Pulvinaria psidii, ir-Retithrips syriacus u t-Tetraleurodes perseae, li ġie suġġett għal spezzjonijiet uffiċjali kull 45 jum u li nstab ħieles mill-pesti elenkati fil-punt (i); f’każ ta’ suspett tal-preżenza ta’ kwalunkwe pest elenkat fil-punt (i) fis-sit tal-produzzjoni, ikunu saru trattamenti xierqa biex jiġi żgurat li l-pest ma jkunx preżenti; u

(iv)

immedjatament qabel l-esportazzjoni, il-konsenji tal-pjanti ġew soġġetti għal spezzjoni uffiċjali għall-preżenza tal-Aonidiella orientalis, l-Aulacaspis tubercularis, l-Icerya aegyptiaca, il-Maconellicoccus hirsutus, il-Milviscutulus mangiferae, in-Nipaecoccus viridis, l-Oligonychus perseae, il-Paracoccus marginatus, il-Penthimiola bella, il-Pseudococcus cryptus, il-Pulvinaria psidii, ir-Retithrips syriacus u t-Tetraleurodes perseae, b’tali daqs tal-kampjun li jippermetti s-sejbien ta’ mill-inqas livell ta’ infestazzjoni ta’ 1 % b’livell ta’ kunfidenza ta’ 99 % u għal spezzjoni uffiċjali għall-preżenza tal-Avocado sunblotch viroid, il-Colletotrichum aenigma, il-Colletotrichum alienum, il-Colletotrichum fructicola, il-Colletotrichum perseae, il-Colletotrichum siamense, il-Colletotrichum theobromicola, il-Lasiodiplodia pseudotheobromae, in-Neoscytalidium dimidiatum inkluż il-kampjunar u l-ittestjar aleatorju tal-pjanti;

(b)

taħt l-intestatura ‘Dikjarazzjoni Addizzjonali’, iċ-ċertifikati fitosanitarji għal dawk il-pjanti għandhom jinkludu:

(i)

id-dikjarazzjoni li ġejja: “Il-konsenja tikkonforma mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1213”;

(ii)

l-ispeċifikazzjoni tas-sit(i) tal-produzzjoni rreġistrat(i).

Persea americana Mill., biċċiet mingħajr għeruq ta’ pjanti għat-tħawwil b’dijametru massimu ta’ 2 cm

ex 0602 10 90

Iżrael

(a)

Dikjarazzjoni uffiċjali li:

(i)

l-pjanti huma ħielsa mill-Aonidiella orientalis, l-Aulacaspis tubercularis, l-Avocado sunblotch viroid, il-Colletotrichum aenigma, il-Colletotrichum alienum, il-Colletotrichum fructicola, l-Colletotrichum perseae, il-Colletotrichum siamense, il-Colletotrichum theobromicola, l-Euwallacea fornicatus sensu lato, l-Icerya aegyptiaca, il-Lasiodiplodia pseudotheobromae, il-Maconellicoccus hirsutus, l-Milviscutulus mangiferae, in-Neocosmospora euwallaceae, in-Neoscytalidium dimidiatum, in-Nipaecoccus viridis, l-Oligonychus perseae, il-Paracoccus marginatus, il-Pseudococcus cryptus, il-Pulvinaria psidii, ir-Retithrips syriacus u s-Scirtothrips dorsalis;

(ii)

tul ħajjithom, il-pjanti tkabbru dejjem f’post tal-produzzjoni li, flimkien mas-siti tal-produzzjoni li huma parti minnu, hu rreġistrat u ssorveljat mill-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti tal-pajjiż tal-oriġini;

(iii)

il-pjanti tkabbru matul ħajjithom kollha f’sit bi protezzjoni fiżika kontra l-introduzzjoni tal-Aonidiella orientalis, l-Aulacaspis tubercularis, l-Icerya aegyptiaca, il- Maconellicoccus hirsutus, il-Milviscutulus mangiferae, in-Nipaecoccus viridis, l-Oligonychus perseae, il-Paracoccus marginatus, il-Penthimiola bella, il-Paracoccus marginatus, il-Pseudococcus cryptus, il-Pulvinaria psidii u r-Retithrips syriacus, li ġie suġġett għal spezzjonijiet uffiċjali kull 45 jum u li nstab ħieles mill-pesti elenkati fil-punt (i); f’każ ta’ suspett tal-preżenza ta’ kwalunkwe pest elenkat fil-punt (i) fis-sit tal-produzzjoni, ikunu saru trattamenti xierqa biex jiġi żgurat li l-pesti ma jkunux preżenti; u

(iv)

immedjatament qabel l-esportazzjoni, il-konsenji tal-pjanti ġew soġġetti għal spezzjoni uffiċjali għall-preżenza tal-Aonidiella orientalis, l-Aulacaspis tubercularis, l-Icerya aegyptiaca, il-Maconellicoccus hirsutus, il-Milviscutulus mangiferae, in-Nipaecoccus viridis, l-Oligonychus perseae, il-Paracoccus marginatus, il-Pseudococcus cryptus, il-Pulvinaria psidii u r-Retithrips syriacus, b’tali daqs tal-kampjun li jippermetti s-sejbien ta’ mill-inqas livell ta’ infestazzjoni ta’ 1 % b’livell ta’ kunfidenza ta’ 99 % u għal spezzjoni uffiċjali għall-preżenza tal-Avocado sunblotch viroid, il-Colletotrichum aenigma, il-Colletotrichum alienum, il-Colletotrichum fructicola, il-Colletotrichum perseae, il-Colletotrichum siamense, il-Colletotrichum theobromicola, il-Lasiodiplodia pseudotheobromae, in-Neoscytalidium dimidiatum, inkluż il-kampjunar u l-ittestjar aleatorju tal-pjanti;

(b)

taħt l-intestatura “Dikjarazzjoni Addizzjonali”, iċ-ċertifikati fitosanitarji għal dawk il-pjanti għandhom jinkludu:

(i)

id-dikjarazzjoni li ġejja: “Il-konsenja tikkonforma mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1213”;

(ii)

l-ispeċifikazzjoni tas-sit(i) tal-produzzjoni rreġistrat(i).”.

PARTI B

It-tabella fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1213 hija kkoreġuta kif ġej:

(1)

iż-żewġ entrati għall-pjanti għat-tħawwil li għandhom minn sena sa tliet snin, bl-għeruq mikxufa, inattivi, ħielsa mill-weraq, imlaqqma jew imraħħma tal-Acer japonicum Thunberg, l-Acer palmatum Thunberg u tal-Acer shirasawanum Koidzumi, fir-raba’ kolonna “Miżuri” fil-punt (b)(i), ir-referenza “Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1362” hija sostitwita b’“Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1213”;

(2)

fl-entrata għall-biċċiet mingħajr għeruq ta’ pjanti għat-tħawwil tal-Jasminum polyanthum Franchet, fir-raba’ kolonna “Miżuri”, fil-punt (b)(i), ir-referenza “Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/419” hija sostitwita b’“Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1213”.