20.9.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 330/69 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1532
tas-17 ta’ Settembru 2021
li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-inklużjoni ta’ 3-(1-((3,5-dimetiliossażol-4-il)metil)-1H-pirażol-4-il)-1-(3-idrossibenżil)imidażolidina-2,4-dion fil-lista tal-Unjoni ta’ sustanzi aromatizzanti
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar aromatizzanti u ċerti ingredjenti tal-ikel bi proprjetajiet aromatizzanti għall-użu fl-ikel u fuq l-ikel u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1601/91, ir-Regolamenti (KE) Nru 2232/96 u (KE) Nru 110/2008 u d-Direttiva 2000/13/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(3) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta’ awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(5) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta’ aromatizzanti u ta’ materjali tas-sors approvati għall-użu fl-ikel u fuq l-ikel, u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom. |
(2) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 872/2012 (3) adotta l-lista ta’ sustanzi aromatizzanti u introduċa dik il-lista fil-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008. |
(3) |
Dik il-lista tista’ tiġi aġġornata f’konformità mal-proċedura komuni msemmija fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, fuq inizjattiva tal-Kummissjoni jew wara li Stat Membru jew parti interessata tressaq applikazzjoni għal dan. |
(4) |
Fl-10 ta’ Awwissu 2012, tressqet applikazzjoni lill-Kummissjoni għall-awtorizzazzjoni tal-użu ta’ 3-(1-((3,5-dimetilisossażol-4-il)metil)-1H-pirażol-4-il)-1-(3-idrossibenżil)imidażolidina-2,4-dion, (FL Nru 16.127), bħala sustanza aromatizzanti f’diversi tipi ta’ ikel li jaqgħu, fis-sustanza, taħt għadd ta’ kategoriji tal-ikel imsemmija fil-lista tal-Unjoni ta’ aromatizzanti u materjali tas-sors. Il-Kummissjoni nnotifikat l-applikazzjoni lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) u talbet l-opinjoni tagħha. Il-Kummissjoni qiegħdet l-applikazzjoni għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri, skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008. |
(5) |
Fl-opinjoni tagħha adottata fil-21 ta’ Ġunju 2016 (4), l-Awtorità evalwat is-sikurezza tas-sustanza FL Nru 16.127, ikkonkludiet li l-użu tagħha ma jagħtix lok għal tħassib dwar is-sikurezza meta jkun limitat għal livelli mhux iktar minn dawk speċifikati għal diversi tipi ta’ ikel f’kategoriji differenti tal-ikel. Barra minn hekk, l-Awtorità nnutat li hija sustanza bi proprjetajiet għall-modifikazzjoni tat-taħwira. |
(6) |
Billi l-użu tas-sustanza FL Nru 16.127 bħala sustanza aromatizzanti ma jagħtix lok għal tħassib dwar is-sikurezza fil-kundizzjonijiet speċifiċi tal-użu, u mhuwiex mistenni li jqarraq bil-konsumatur, huwa xieraq li dan l-użu jiġi awtorizzat fid-dawl tal-Opinjoni tal-Awtorità. |
(7) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tiġi emendata skont dan. |
(8) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Settembru 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 354, 31.12.2008, p. 34.
(2) ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1.
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 872/2012 tal-1 ta’ Ottubru 2012 li jadotta l-lista ta’ sustanzi aromatizzanti stipulati bir-Regolament (KE) Nru 2232/96 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, jintroduċiha fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1565/2000 u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/217/KE (ĠU L 267, 2.10.2012, p. 1).
(4) EFSA Journal 2016;14(7):4334.
ANNESS
Fit-Tabella 1 tat-Taqsima 2 tal-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008, tiddaħħal l-annotazzjoni li ġejja dwar FL Nru 16.127, wara l-entrata 16.126:
“16.127 |
3-(1-((3,5-dimetilisossażol-4-il)metil)-1H-pirażol-4-il)-1-(3-idrossibenżil)imidażolidina-2,4-dion |
1119831-25-2 |
2161 |
|
mill-anqas 99 %, assaġġ (HPLC/UV) |
Restrizzjonijiet għall-użu bħala sustanza aromatizzanti:
|
|
EFSA” |