10.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 319/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1460

tad-9 ta’ Settembru 2021

li jemenda għat-322 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da’esh) u mal-organizzazzjonijiet tal-Al-Qaida

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta’ Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da’esh) u mal-organizzazzjonijiet Al-Qaida (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) u l-Artikolu 7a(5) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi skont dan ir-Regolament.

(2)

Fis-6 ta’ Settembru 2021, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jneħħi entrata waħda mil-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet li għalihom jenħtieġ li japplika l-iffriżar tal-assi u tar-riżorsi ekonomiċi.

(3)

Għaldaqstant jenħtieġ li l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ nhar il-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Settembru 2021.

Għall-Kummissjoni

F’isem il-President

Id-Direttur Ġenerali

Id-Direttorat Ġenerali għall-Istabbiltà Finanzjarja, is-Servizzi Finanzjarji, u l-Unjoni tas-Swieq Kapitali


(1)   ĠU L 139 29.5.2002, p. 9.


ANNESS

Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002, titħassar l-entrata li ġejja taħt l-intestatura “Persuni naturali”:

“Khalifa Muhammad Turki Al-Subaiy (kitba oriġinali: خليفة محمد تركي السبيعي) (psewdonimu affidabbli: (a) Khalifa Mohd Turki Alsubaie; (b) Khalifa Mohd Turki al-Subaie; (c) Khalifa Al-Subayi; (d) Khalifa Turki bin Muhammad bin al-Suaiy; psewdonimu anqas affidabbli: (a) Abu Mohammed al-Qatari; (b) Katrina). Data tat-twelid: 1.1.1965. Post tat-twelid: Doha, il-Qatar. Nazzjonalità: Qatarija. Nru tal-Passaport: (a) 1353275 (numru tal-passaport tal-Qatar li jiskadi fit-12.6.2022); (b) 00685868 (numru tal-passaport tal-Qatar maħruġ f’Doha fil-5.2.2006 u li skada fl-4.2.2011). Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: 26563400140 (numru ta’ identifikazzjoni tal-Qatar). Indirizz: Al-Waab, il-Qatar. Informazzjoni oħra: Isem l-omm huwa Hamdah Ahmad Haidoos. Data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 10.10.2008.”