2.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 277/6


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1254

tal-21 ta’ April 2021

li jikkoreġi r-Regolament Delegat (UE) 2017/565 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward rekwiżiti organizzazzjonali u kundizzjonijiet għall-operat għal ditti tal-investiment u termini definiti għall-finijiet ta’ dik id-Direttiva

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 16(12) u l-Artikolu 27(9) tagħha,

Billi:

(1)

Fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/565 (2) dehru xi żbalji billi dan kien qed jirrikjedi l-applikazzjoni tal-Artikolu 59(4), l-Artikolu 60 u l-Kapitolu IV ta’ dak ir-Regolament, minflok l-Artikolu 64(4), l-Artikolu 65 u l-Kapitolu VIII.

(2)

Dehru xi żbalji f’diversi kontroreferenzi fl-Anness I tar-Regolament Delegat (UE) 2017/565, b’mod aktar preċiż taħt “Valutazzjoni tal-klijent”, “Il-ġestjoni tal-ordnijiet”, “L-Ordnijiet tal-Klijenti u t-tranżazzjonijiet”, “Rapportar lil klijenti”, “Il-komunikazzjoni mal-klijenti” u “Rekwiżiti organizzattivi”.

(3)

Jenħtieġ għalhekk li r-Regolament Delegat (UE) 2017/565 jiġi kkoreġut skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament Delegat (UE) 2017/565 huwa kkoreġut kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 1, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Il-Kapitolu II u t-Taqsimiet 1 sa 4, l-Artikolu 64(4), l-Artikolu 65 u t-Taqsimiet 6 u 8 tal-Kapitolu III u, sa fejn jirrigwardaw dawk id-dispożizzjonijiet, il-Kapitolu I u l-Kapitolu VIII ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw għal kumpaniji ta’ ġestjoni meta jipprovdu servizzi f’konformità mal-Artikolu 6(4) tad-Direttiva 2009/65/KE u l-Artikolu 6(6) tad-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1).

(*1)  Id-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattivi u li temenda d-Direttivi 2003/41/KE u 2009/65/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 1095/2010 (ĠU L 174, 1.7.2011, p. 1).”;"

(2)

L-Anness I huwa sostitwit bit-test fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ April 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/565 tal-25 ta’ April 2016 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward rekwiżiti organizzazzjonali u kundizzjonijiet għall-operat għal ditti tal-investiment u termini definiti għall-finijiet ta' dik id-Direttiva (ĠU L 87, 31.3.2017, p. 1).


ANNESS

“ANNESS I

Żamma ta’ rekords

Lista minima ta’ rekords li jridu jinżammu minn ditti ta’ investiment skont in-natura tal-attivitajiet tagħhom

In-natura tal-obbligu

It-tip ta’ rekord

Sommarju tal-kontenut

Referenza leġiżlattiva

Valutazzjoni tal-klijent

 

Informazzjoni lil klijenti

Il-kontenut kif previst skont l-Artikolu 24(4) tad-Direttiva 2014/65/UE u l-Artikoli 44 sa 51 ta’ dan ir-Regolament

L-Artikolu 24(4) tad-Direttiva 2014/65/UE

L-Artikoli 44 sa 51 ta’ dan ir-Regolament

 

Ftehimiet tal-klijenti

Ir-rekords kif previsti skont l-Artikolu 25(5) tad-Direttiva 2014/65/UE

L-Artikolu 25(5) tad-Direttiva 2014/65/UE

L-Artikolu 58 ta’ dan ir-Regolament

 

Valutazzjoni tal-adattament u l-adegwatezza

Il-kontenut kif previst skont il-paragrafi 2 u 3 tal-Artikolu 25 tad-Direttiva 2014/65/UE u l-Artikoli 54, 55 u 60 ta’ dan ir-Regolament

L-Artikolu 25(2) u (3) tad-Direttiva 2014/65/UE

L-Artikoli 54, 55 u 56 ta’ dan ir-Regolament

Il-ġestjoni tal-ordnijiet

 

Ġestjoni tal-ordnijiet tal-klijenti — Tranżazzjonijiet aggregati

Ir-rekords kif previsti skont l-Artikoli 67 sa 70 ta’ dan ir-Regolament

L-Artikoli 24(1) u 28(1) tad-Direttiva 2014/65/UE

L-Artikoli 67 sa 70 ta’ dan ir-Regolament

 

Aggregazzjoni u allokazzjoni ta’ tranżazzjonijiet għan-nom proprju

Ir-rekords kif previsti skont l-Artikolu 69 ta’ dan ir-Regolament

L-Artikoli 24(1) u 28(1) tad-Direttiva 2014/65/UE

L-Artikolu 69 ta’ dan ir-Regolament

L-Ordnijiet tal-Klijenti u t-tranżazzjonijiet

 

Iż-żamma tar-rekords tal-ordnijiet tal-klijenti jew tad-deċiżjoni li jsir negozju

Ir-rekords kif previsti mill-Artikolu 74 ta’ dan ir-Regolament

L-Artikolu 16(6) tad-Direttiva 2014/65/UE

L-Artikolu 74 ta’ dan ir-Regolament

 

Żamma ta’ rekords tat-tranżazzjonijiet u l-ipproċessar ta’ ordnijiet

Ir-rekords kif previsti mill-Artikolu 75 ta’ dan ir-Regolament

L-Artikolu 16(6) tad-Direttiva 2014/65/UE

L-Artikolu 75 ta’ dan ir-Regolament

Rappurtaġġ lil klijenti

 

L-obbligu fir-rigward tas-servizzi pprovduti lill-klijenti

Il-kontenut kif previst skont l-Artikoli 59 sa 63 ta’ dan ir-Regolament

Il-paragrafi 1 u 6 tal-Artikolu 24 u l-paragrafi 1 u 6 tal-Artikolu 25 tad-Direttiva 2014/65/UE

L-Artikoli 59 sa 63 ta’ dan ir-Regolament

Is-salvagwardja tal-assi tal-klijenti

 

Strumenti finanzjarji tal-klijenti miżmuma minn ditta ta’ investiment

Ir-rekords kif previsti skont l-Artikolu 16(8) tad-Direttiva 2014/65/UE u skont l-Artikolu 2 tad-Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2017/593

L-Artikolu 16(8) tad-Direttiva 2014/65/UE

L-Artikolu 2 tad-Direttiva Delegata (UE) 2017/593

 

Fondi miżmuma għall-klijenti minn ditta ta’ investiment

Ir-rekords kif previsti skont l-Artikolu 16(9) tad-Direttiva 2014/65/UE u skont l-Artikolu 2 tad-Direttiva Delegata (UE) 2017/593

L-Artikolu 16(9) tad-Direttiva 2014/65/UE

L-Artikolu 2 tad-Direttiva Delegata (UE) 2017/593

 

L-użu ta’ strumenti finanzjarji tal-klijenti

Ir-rekords previsti skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva Delegata (UE) 2017/593

Il-paragrafi 8, 9 u 10 tal-Artikolu 16 tad-Direttiva 2014/65/UE

L-Artikolu 5 tad-Direttiva Delegata (UE) 2017/593

Il-komunikazzjoni mal-klijenti

 

Informazzjoni dwar l-ispejjeż u ħlasijiet assoċjati

Il-kontenut kif previst skont l-Artikolu 50 ta’ dan ir-Regolament

L-Artikolu 24(4)(c) tad-Direttiva 2014/65/UE

L-Artikolu 50 ta’ dan ir-Regolament

 

Informazzjoni dwar id-ditta ta’ investiment u s-servizzi tagħha, l-istrumenti finanzjarji u s-salvagwardja tal-assi tal-klijent

Il-kontenut kif previst skont l-Artikoli 47, 48 u 49 ta’ dan ir-Regolament

L-Artikolu 24(4) tad-Direttiva 2014/65/UE

L-Artikoli 47, 48 u 49 ta’ dan ir-Regolament

 

Informazzjoni lil klijenti

Rekords ta’ komunikazzjoni

L-Artikolu 24(3) tad-Direttiva 2014/65/UE

L-Artikolu 46 ta’ dan ir-Regolament

 

Il-komunikazzjonijiet kummerċjali (ħlief f’forma orali)

Kull komunikazzjoni kummerċjali maħruġa mid-ditta ta’ investiment (ħlief f’forma orali) kif prevista skont l-Artikoli 44 u 46 ta’ dan ir-Regolament

L-Artikolu 24(3) tad-Direttiva 2014/65/UE

L-Artikoli 44 u 46 ta’ dan ir-Regolament

 

Pariri dwar l-investiment lill-klijenti mhux professjonali

(i) Il-ħin, id-data u l-fatt li l-parir dwar l-investiment ġie mogħti u (ii) l-istrument finanzjarju li ġie rrakkomandat (iii) ir-rapport ta’ adegwatezza mogħti lill-klijent

L-Artikolu 25(6) tad-Direttiva 2014/65/UE

L-Artikolu 54 ta’ dan ir-Regolament

 

Ir-riċerka fl-investiment

Kull oġġett ta’ riċerka fl-investiment maħruġa mid-ditta ta’ investiment f’forma durabbli

L-Artikolu 24(3) tad-Direttiva 2014/65/UE

L-Artikoli 36 u 37 ta’ dan ir-Regolament

Rekwiżiti organizzattivi

 

In-negozju tad-ditta u l-organizzazzjoni interna

Ir-rekords kif previsti skont l-Artikolu 21(1)(f) ta’ dan ir-Regolament

Il-paragrafi minn 2 sa10 tal-Artikolu 16 tad-Direttiva 2014/65/UE

L-Artikolu 21(1)(f) ta’ dan ir-Regolament;

 

Rapporti ta’ konformità

Kull rapport ta’ konformità lill-korp ta’ ġestjoni

L-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 2014/65/UE

L-Artikolu 22(2)(c) u l-Artikolu 25(2) ta’ dan ir-Regolament

 

Rekord tal-Kunflitt ta’ Interess

Ir-rekords kif previsti skont l-Artikolu 35 ta’ dan ir-Regolament

L-Artikolu 16(3) tad-Direttiva 2014/65/UE

L-Artikolu 35 ta’ dan ir-Regolament

 

Inċentivi

L-informazzjoni żvelata lill-klijenti skont l-Artikolu 24(9) tad-Direttiva 2014/65/UE

L-Artikolu 24(9) tad-Direttiva 2014/65/UE

L-Artikoli 11, 12 u 13 tad-Direttiva Delegata (UE) 2017/593

 

Rapporti dwar il-ġestjoni tar-riskju

Kull rapport dwar il-ġestjoni tar-riskju lill-maniġment superjuri

L-Artikolu 16(5) tad-Direttiva 2014/65/UE

L-Artikolu 23(1)(b) u l-Artikolu 25(2) ta’ dan ir-Regolament

 

Rapporti ta’ awditjar intern

Kull rapport ta’ awditjar intern lill-maniġment superjuri

L-Artikolu 16(5) tad-Direttiva 2014/65/UE

L-Artikolu 24 u l-Artikolu 25(2) ta’ dan ir-Regolament

 

Rekords dwar it-trattament tal-ilmenti

Kull ilment u l-miżuri għat-trattament tal-ilmenti meħuda biex jittrattaw l-ilment

L-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 2014/65/UE

L-Artikolu 26 ta’ dan ir-Regolament

 

Rekords tat-tranżazzjonijiet personali

Ir-rekords kif previsti skont l-Artikolu 29(5)(c) ta’ dan ir-Regolament

L-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 2014/65/UE

L-Artikolu 29(5)(c) ta’ dan ir-Regolament.