29.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 270/39


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1237

tat-23 ta’ Lulju 2021

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 651/2014 li jiddikjara ċerti kategoriji ta’ għajnuna bħala kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 108(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1588 tat-13 ta’ Lulju 2015 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal ċerti kategoriji ta’ għajnuna mill-Istat orizzontali (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 1(1), il-punt (a) tiegħu,

Wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv dwar l-għajnuna mill-Istat,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 (2) jikkostitwixxi eżenzjoni importanti mir-regola ġenerali li l-Istati Membri jridu jinnotifikaw lill-Kummissjoni kwalunkwe pjan biex jagħtu għajnuna ġdida qabel ma jimplimentawh, sakemm ċerti kundizzjonijiet iddefiniti minn qabel ikunu ġew sodisfatti.

(2)

Fid-dawl tal-konsegwenzi ekonomiċi u finanzjarji li kellha l-pandemija tal-COVID-19 fuq l-impriżi u sabiex tiġi żgurata l-konsistenza mar-rispons politiku ġenerali adottat mill-Kummissjoni, speċjalment fil-perjodu 2020-2021, ir-Regolament (UE) Nru 651/2014 jenħtieġ li jiġi adattata. L-impriżi li saru impriżi f’diffikultà b’konsegwenza tal-pandemija tal-COVID-19 jenħtieġ li jibqgħu eliġibbli għall-għajnuna skont ir-Regolament (UE) Nru 651/2014 għal perjodu limitat, jiġifieri mill-1 ta’ Jannar 2020 sal-31 ta’ Diċembru 2021. Minbarra dan, il-benefiċjarji tal-għajnuna għall-investiment reġjonali, li keċċew persunal temporanjament jew permanentament minħabba t-tifqigħa tal-pandemija tal-COVID-19 fil-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2020 sat-30 ta’ Ġunju 2021, ma għandhomx jitqiesu li kisru l-obbligu li jżommu dawk l-impjiegi fil-qasam ikkonċernat għal perjodu ta’ ħames snin mid-data li fiha l-pożizzjoni tkun imtliet għall-ewwel darba, jew tliet snin fil-każ ta’ intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs).

(3)

L-għajnuna mill-Istat mogħtija lill-impriżi li jipparteċipaw fi proġetti tal-Grupp Operazzjonali tas-Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni għall-produttività u s-sostenibbiltà agrikola (“SEI”) koperti mill-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) jew fi proġetti tal-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunità (“CLLD”) koperti mir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) jew mir-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) ftit għandu impatt fuq il-kompetizzjoni, b’mod partikolari, fid-dawl tar-rwol pożittiv li l-għajnuna għandha fil-kondiviżjoni tal-għarfien, speċjalment għall-komunitajiet lokali u tal-biedja, kif ukoll in-natura ta’ spiss kollettiva tal-għajnuna, u l-iskala relattivament żgħira tagħha. In-natura ta’ dawn il-proġetti hija integrata, b’diversi atturi u b’diversi setturi, u dan jista’ jwassal għal ċerti diffikultajiet għall-klassifikazzjoni tagħhom skont il-liġi dwar l-għajnuna mill-Istat. Minħabba n-natura lokali tal-proġetti individwali tal-Grupp Operazzjonali SEI u tas-CLLD, magħżula abbażi ta’ strateġija multiannwali għall-iżvilupp lokali determinata u implimentata minn sħubija pubblika-privata u l-orjentazzjoni tagħhom lejn l-interess komunitarju, soċjali, ambjentali u klimatiku, dan ir-Regolament jenħtieġ li jindirizza ċerti diffikultajiet iffaċċjati mill-Grupp Operazzjonali SEI u l-proġetti tas-CLLD sabiex jiffaċilita l-konformità tagħhom mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat.

(4)

Minħabba l-effett limitat fuq il-kummerċ u l-kompetizzjoni ta’ ammonti żgħar ta’ għajnuna mogħtija lill-SMEs li jibbenefikaw, direttament jew indirettament, mill-proġetti tal-Grupp Operazzjonali tas-SEI u tas-CLLD, jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli sempliċi għal każijiet fejn l-ammont aggregat ta’ għajnuna għal kull proġett ma jaqbiżx ċertu limitu.

(5)

L-impriżi li jipparteċipaw fil-proġetti tal-Kooperazzjoni Territorjali Ewropea (“KTE”) koperti mir-Regolament (UE) Nru 1299/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) jew mir-Regolament (UE) 2021/1059 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) ta’ spiss jesperjenzaw diffikultajiet fil-finanzjament tal-kostijiet addizzjonali li jirriżultaw mill-kooperazzjoni bejn sħab li jinsabu f’reġjuni differenti u fi Stati Membri differenti jew pajjiżi terzi. Minħabba l-importanza tal-KTE għall-politika ta’ koeżjoni, li tipprovdi qafas għall-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet konġunti u skambji ta’ politika bejn atturi nazzjonali, reġjonali u lokali minn Stati Membri differenti jew pajjiżi terzi, ċerti diffikultajiet iffaċċjati mill-proġetti tal-KTE jenħtieġ li jiġu indirizzati sabiex tiġi ffaċilitata l-konformità tagħhom mar-regoli tal-għajnuna mill-Istat. Fid-dawl tal-esperjenza tal-Kummissjoni, ir-Regolament (UE) Nru 651/2014 jenħtieġ li japplika għall-għajnuna għall-proġetti KTE, irrispettivament mid-daqs tal-impriżi benefiċjarji.

(6)

Barra minn hekk, minħabba l-effett limitat fuq il-kummerċ u l-kompetizzjoni ta’ ammonti żgħar ta’ għajnuna mogħtija lill-impriżi li jipparteċipaw fil-proġetti tal-KTE, b’mod partikolari, fejn dawk l-impriżi jirċievu dik l-għajnuna indirettament, jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli sempliċi għal każijiet fejn l-ammont aggregat ta’ għajnuna għal kull impriża għal kull proġett ma jaqbiżx ċertu limitu.

(7)

Proġetti ta’ riċerka u żvilupp jew studji ta’ fattibbiltà mogħtija tikketta ta’ kwalità tas-Siġill ta’ Eċċellenza wara evalwazzjoni u klassifikazzjoni mwettqa minn esperti indipendenti, li huma meqjusa eċċellenti u li jixirqilhom li jirċievu finanzjament pubbliku, iżda li ma jistgħux jiġu ffinanzjati taħt il-Programm Qafas Orizzont minħabba nuqqas ta’ baġit disponibbli, jistgħu jiġu appoġġati minn riżorsi nazzjonali inklużi riżorsi mill-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej għall-perjodu-2014-2020, u mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond Soċjali Ewropew+ għall-perjodu 2021-2027. L-għajnuna mill-Istat mogħtija lil tali proġetti ta’ riċerka u żvilupp li jitwettqu minn SMEs jenħtieġ li titqies kompatibbli mas-suq intern u tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika taħt ċerti kundizzjonijiet. Barra minn hekk, ma għandux ikun meħtieġ li jiġu vvalutati mill-ġdid il-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà diġà vvalutati fil-livell tal-Unjoni skont ir-regoli tal-programm Qafas Orizzont 2020 jew Orizzont Ewropa qabel l-għoti tat-tikketta tas-Siġill ta’ Eċċellenza. Il-karattru għall-profitt jew mhux għall-profitt tal-entitajiet li jwettqu l-proġetti mhuwiex kriterju rilevanti skont il-liġi tal-kompetizzjoni.

(8)

L-għajnuna mill-Istat mogħtija biex tappoġġa l-implimentazzjoni ta’ ċerti networks tal-broadband fissi u effiċjenti u l-għajnuna mill-Istat mogħtija biex tappoġġa t-tnedija ta’ ċerti networks mobbli passivi u effiċjenti jenħtieġ li jitqiesu kompatibbli mas-suq intern u jiġu eżentati mir-rekwiżit ta’ notifika taħt ċerti kundizzjonijiet, sabiex jgħinu biex jitnaqqas id-distakk diġitali f’żoni ta’ falliment tas-suq, filwaqt li jiġu limitati r-riskji ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni u ta’ esklużjoni tal-investiment privat.

(9)

L-għajnuna mill-Istat mogħtija fil-forma ta’ vawċer tal-konnettività għall-konsumaturi sabiex jiġu ffaċilitati s-servizzi tat-telexogħol, tal-edukazzjoni online u tat-taħriġ kif ukoll għall-SMEs għandha titqies kompatibbli mas-suq intern u tiġi eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika taħt ċerti kundizzjonijiet, sabiex tgħin biex jitnaqqas id-distakk diġitali f’żoni ta’ falliment tas-suq, filwaqt li jiġu limitati r-riskji ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni u ta’ esklużjoni tal-investiment privat.

(10)

L-għajnuna mill-Istat mogħtija lil ċerti proġetti ta’ interess komuni fil-qasam tal-infrastrutturi tal-konnettività diġitali trans-Ewropea ffinanzjati taħt ir-Regolament (UE) 2021/1153 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) jew mogħtija tikketta tal-kwalità tas-Siġill ta’ Eċċellenza skont dak ir-Regolament jenħtieġ li titqies kompatibbli mas-suq intern u tiġi eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika taħt ċerti kundizzjonijiet, sabiex tgħin biex jitnaqqas id-distakk diġitali f’żoni ta’ falliment tas-suq, filwaqt li tillimita r-riskji ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni u ta’ esklużjoni tal-investiment privat.

(11)

Għotjiet mogħtija lil riċerkaturi taħt il-Prova tal-Kunċett tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka (“ERC”) u taħt l-azzjonijiet Maria Skłodowska-Curie (“MSCA”) li jikkwalifikaw bħala attivitajiet ekonomiċi jenħtieġ li wkoll jitqiesu kompatibbli mas-suq intern meta jibbenefikaw minn tikketta tal-kwalità tas-Siġill ta’ Eċċellenza.

(12)

Finanzjament pubbliku kkombinat minn riżorsi nazzjonali u riżorsi ġestiti direttament mill-Unjoni għal proġetti ta’ riċerka u żvilupp (bħal dawk implimentati taħt Sħubija istituzzjonalizzata Ewropea bbażata fuq l-Artikolu 185 jew l-Artikolu 187 tat-Trattat jew azzjoni kofinanzjata tal-programm kif definit fil-programm Qafas Orizzont Ewropa) jistgħu jikkontribwixxu għat-titjib tal-kompetittività tar-riċerka u l-iżvilupp Ewropej, billi tali proġetti ta’ riċerka u żvilupp jitqiesu li jilħqu l-għanijiet ta’ interess komuni Ewropew u jindirizzaw fallimenti tas-suq ben definiti. Dan huwa kkunsidrat bħala l-każ fejn proġetti bħal dawn jiġu magħżula fuq il-bażi tal-evalwazzjoni u l-klassifikazjoni magħmula minn esperti indipendenti f’konformità mar-regoli tal-Programm Qafas Orizzont 2020 jew Orizzont Ewropa, wara sejħiet transnazzjonali, fejn jipparteċipaw mill-inqas tliet Stati Membri (żewġ Stati Membri fil-każ ta’ azzjonijiet ta’ Ħolqien ta’ Timijiet), jew inkella żewġ Stati Membri u mill-inqas pajjiż assoċjat wieħed. Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji magħmula mill-Istati Membri, inklużi r-riżorsi mill-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej għall-perjodu 2014-2020, u mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond Soċjali Ewropew+ għall-perjodu 2021-2027, għal dawk il-proġetti kofinanzjati ta’ riċerka u żvilupp jenħtieġ li jitqiesu kompatibbli mas-suq intern u jkunu eżentati mir-rekwiżit ta’ notifika taħt ċerti kundizzjonijiet. Barra minn hekk, ma għandux ikun meħtieġ li jiġu vvalutati mill-ġdid il-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà diġà vvalutati fil-livell transnazzjonali skont ir-regoli tal-programm Orizzont 2020 jew Orizzont Ewropa minn esperti indipendenti qabel l-għażla tal-proġett ta’ riċerka u żvilupp.

(13)

Il-programmi Qafas Orizzont 2020 u Orizzont Ewropa jiddefinixxu liema azzjonijiet ta’ riċerka u innovazzjoni huma eliġibbli għall-finanzjament. F’dan ir-rigward, l-azzjoni ta’ riċerka u innovazzjoni, kif definita taħt il-Programm Qafas Orizzont, normalment tikkorrispondi għal attivitajiet ta’ riċerka fundamentali u riċerka industrijali, kif definit fir-Regolament (UE) Nru 651/2014. Barra minn hekk, l-azzjoni ta’ innovazzjoni appoġġata taħt il-Programm Qafas Orizzont normalment tikkorrispondi mad-definizzjoni ta’ attivitajiet ta’ żvilupp sperimentali skont ir-Regolament (UE) Nru 651/2014. Is-simplifikazzjonijiet previsti f’dan ir-Regolament fil-qasam tar-riċerka u l-iżvilupp jenħtieġ li, madankollu, ma jintużawx biex jintroduċu miżuri ta’ għajnuna li jiffinanzjaw attivitajiet li mhumiex eliġibbli skont ir-regoli tal-għajnuna mill-Istat għar-riċerka u l-iżvilupp, jiġifieri, attivitajiet li jmorru lil hinn mill-ambitu tal-attivitajiet ta’ żvilupp sperimentali. Għal dan il-għan, id-definizzjonijiet dwar il-Livell ta’ Tħejjija Teknoloġika (“TRL”) jistgħu jitqiesu wkoll mill-Istati Membri. L-għajnuna mill-Istat għall-attivitajiet ta’ riċerka u żvilupp fil-livell TRL 9 titqies li tmur lil hinn mill-ambitu tad-definizzjoni ta’ żvilupp sperimentali u konsegwentement jenħtieġ li tiġi eskluża mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 651/2014.

(14)

L-appoġġ għal miżuri ta’ effiċjenza fl-enerġija f’ċerti binjiet jista’ jiġi kkombinat, taħt il-Fond InvestEU u suġġett għal kundizzjonijiet simplifikati, b’appoġġ għall-produzzjoni fuq il-post tal-enerġija rinnovabbli u l-ħażna tagħha, għal punti ta’ ċċarġjar fuq il-post għall-vetturi u għad-diġitalizzazzjoni ta’ dawn il-binjiet. Dan l-appoġġ kombinat taħt kundizzjonijiet simplifikati huwa possibbli għal bini residenzjali, bini ddedikat għall-provvista ta’ edukazzjoni jew servizzi soċjali, bini ddedikat għal attivitajiet relatati mal-amministrazzjoni pubblika jew il-ġustizzja, il-pulizija jew is-servizzi tat-tifi tan-nar, u bini li fih l-attivitajiet ekonomiċi jokkupaw inqas minn 35 % tal-erja interna tal-art. Minħabba n-natura tal-attivitajiet li jseħħu f’tali bini, l-appoġġ għat-titjib tal-prestazzjoni tal-enerġija ta’ tali bini għandu impatt aktar limitat fuq il-kompetizzjoni. Sabiex jiġi żgurat trattament konsistenti tal-proġetti ffinanzjati mill-Fond InvestEU u minn riżorsi purament nazzjonali, huwa xieraq li jiġu emendati d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 651/2014 dwar l-għajnuna għall-investiment għall-miżuri tal-effiċjenza fl-enerġija u li jiġu introdotti kundizzjonijiet ta’ kompatibbiltà għall-iffaċilitar tal-kombinazzjoni taħt l-istess proġett ta’ investimenti f’miżuri tal-effiċjenza fl-enerġija ma’ investimenti li jtejbu r-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija (jiġifieri installazzjonijiet integrati fuq il-post li jiġġeneraw enerġija rinnovabbli, tagħmir fuq il-post għall-iċċarġjar mill-ġdid ta’ vetturi elettriċi tal-utenti tal-bini), u investimenti għad-diġitalizzazzjoni tal-bini, b’mod partikolari biex jiżdied il-potenzjal ta’ intelliġenza tiegħu. Għal dak il-għan, il-kost sħiħ tal-investiment tal-miżura tal-effiċjenza fl-enerġija u d-diversi biċċiet ta’ tagħmir jenħtieġ li jikkostitwixxu l-kostijiet eliġibbli filwaqt li tkun tapplika intensità massima uniformi tal-għajnuna.

(15)

Sabiex jiġi żgurat trattament konsistenti bejn il-proġetti ffinanzjati bl-appoġġ tal-Fond InvestEU u dawk b’riżorsi purament nazzjonali, huwa xieraq li jiġi emendat ir-Regolament (UE) Nru 651/2014 billi jiġu introdotti kundizzjonijiet ta’ kompatibbiltà għall-għajnuna għall-investiment għal ċerti tipi ta’ infrastruttura għall-mobbiltà b’emissjonijiet baxxi għall-vetturi tat-triq. L-għajnuna għall-investiment għall-infrastruttura tal-iċċarġjar mill-ġdid jew tar-riforniment ta’ fjuwil aċċessibbli għall-pubbliku għal vetturi tat-triq jenħtieġ li titqies kompatibbli mas-suq intern u eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat sakemm tippermetti livell ogħla ta’ protezzjoni ambjentali u ma tfixkilx il-kompetizzjoni indebitament. Fir-rigward tal-infrastruttura ta’ riforniment tal-fjuwil, fin-nuqqas ta’ definizzjoni armonizzata ta’ idroġenu b’livell baxx ta’ karbonju, għandha tkun koperta mill-eżenzjoni ta’ kategorija biss l-għajnuna għall-investiment għall-infrastruttura tar-riforniment tal-fjuwil li tissupplixxi vetturi tat-triq b’idroġenu rinnovabbli. Il-Kummissjoni se tikkunsidra li testendi l-kamp ta’ applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti biex tinkludi wkoll l-idroġenu b’livell baxx ta’ karbonju ladarba tiġi adottata definizzjoni armonizzata. Barra minn hekk, kemm għall-infrastruttura tal-iċċarġjar mill-ġdid kif ukoll għar-riforniment tal-fjuwil, jenħtieġ li jiġu stabbiliti ċerti salvagwardji biex jillimitaw id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni. Il-kundizzjonijiet ta’ kompatibbiltà jenħtieġ li b’mod partikolari jiżguraw li l-appoġġ jiġġenera investimenti addizzjonali u jindirizza l-fallimenti tas-suq jew sitwazzjonijiet ta’ investiment subottimali, li l-iżvilupp tas-suq ma jiġix imfixkel bl-appoġġ u b’mod partikolari li jkun hemm aċċess miftuħ u mhux diskriminatorju għall-infrastruttura. Barra minn hekk, l-għajnuna għall-investiment għall-infrastruttura tal-iċċarġjar mill-ġdid jew tar-riforniment tal-fjuwil jenħtieġ li tingħata abbażi ta’ proċess kompetittiv ta’ offerti sabiex tiġi żgurata l-proporzjonalità u jiġi minimizzat it-tfixkil fis-suq tal-infrastruttura. Fl-aħħar nett, sabiex tiġi stimulata kompetizzjoni effettiva, l-għajnuna mogħtija lill-istess benefiċjarju taħt kull miżura jenħtieġ li tiġi limitata.

(16)

Il-prodotti finanzjarji appoġġati mill-Fond InvestEU jistgħu jinvolvu fondi kkontrollati mill-Istati Membri, inklużi fondi tal-Unjoni b’ġestjoni kondiviża, kontribuzzjonijiet li jirriżultaw mill-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, jew kontribuzzjonijiet oħra mill-Istati Membri, sabiex iżidu l-ingranaġġ u jappoġġaw investimenti addizzjonali fl-Unjoni. Pereżempju, l-Istati Membri għandhom il-possibbiltà li jikkontribwixxu parti mill-fondi ta’ ġestjoni kondiviża tal-Unjoni jew mir-riżorsi tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza għall-kompartiment tal-Istat Membru tal-garanzija tal-UE taħt il-Fond InvestEU. Barra minn hekk, l-Istati Membri jistgħu jiffinanzjaw il-prodotti finanzjarji appoġġati mill-Fond InvestEU permezz tal-fondi tagħhom stess jew tal-banek promozzjonali nazzjonali. Dan il-finanzjament jista’ jikkwalifika bħala “riżorsi tal-Istat” u jista’ jkun imputabbli lill-Istat jekk l-Istati Membri jkollhom diskrezzjoni dwar l-użu ta’ dawk ir-riżorsi. Min-naħa l-oħra, meta l-Istati Membri ma jkollhom l-ebda diskrezzjoni dwar l-użu tar-riżorsi jew jaġixxu f’konformità mal-kundizzjonijiet normali tas-suq, l-użu ta’ dawk il-fondi ma jistax jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat.

(17)

Fejn il-fondi nazzjonali, inklużi l-fondi ta’ ġestjoni kondiviża tal-Unjoni, jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat, jenħtieġ li jiġi stabbilit sett ta’ kundizzjonijiet li abbażi tagħhom l-għajnuna tista’ titqies kompatibbli mas-suq intern u eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tal-Fond InvestEU.

(18)

It-tfassil tal-Fond InvestEU jinkorpora għadd ta’ salvagwardji importanti għall-kompetizzjoni, bħall-appoġġ tal-investimenti li jwasslu għal objettivi tal-politika tal-Unjoni u l-valur miżjud tal-Unjoni u r-rekwiżit li l-Fond InvestEU jkun addizzjonali u jindirizza l-fallimenti tas-suq u sitwazzjonijiet subottimali ta’ investiment. Barra minn hekk, is-sistema ta’ governanza u l-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet jiżguraw, qabel ma toħoroġ il-garanzija tal-UE, li l-operazzjonijiet appoġġati mill-InvestEU jissodisfaw ir-rekwiżiti msemmija hawn fuq. Fl-aħħar nett, l-appoġġ ipprovdut mill-Fond InvestEU se jkun trasparenti u l-effetti tiegħu se jiġu evalwati. Għalhekk l-għajnuna mill-Istat involuta fil-prodotti finanzjarji appoġġati mill-Fond InvestEU jenħtieġ li titqies kompatibbli mas-suq intern u eżentata mir-rekwiżit tan-notifika bbażat fuq sett limitat ta’ kundizzjonijiet.

(19)

Għaldaqstant, ir-Regolament (UE) Nru 651/2014 jenħtieġ li jiġi emendat kif xieraq,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) Nru 651/2014 hu emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 1 hu emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafu 1 hu emendat kif ġej:

(i)

il-punti (m) u (n) huma sostitwiti b’dan li ġej:

“(m)

għajnuna għall-ajruporti reġjonali;

(n)

għajnuna għall-portijiet;”;

(ii)

jiżdiedu l-punti (o) u (p) li ġejjin:

“(o)

għajnuna għal proġetti ta’ Kooperazzjoni Territorjali Ewropea; u

(p)

għajnuna involuta fi prodotti finanzjarji appoġġati mill-Fond InvestEU.”;

(b)

fil-paragrafu 2, il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

skemi skont it-Taqsimiet 1 (bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 15), 2, 3, 4, 7 (bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 44) u 10 tal-Kapitolu III ta’ dan ir-Regolament, u għajnuna implimentata fil-forma ta’ prodotti finanzjarji skont it-Taqsima 16 ta’ dak il-Kapitolu, jekk il-baġit annwali medju tal-għajnuna mill-Istat għal kull Stat Membru jaqbeż EUR 150 miljun, minn sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ tagħhom. Għall-għajnuna skont it-Taqsima 16 tal-Kapitolu III ta’ dan ir-Regolament, huma biss il-kontribuzzjonijiet minn Stat Membru għall-kompartiment tal-Istat Membru tal-garanzija tal-UE, imsemmija fl-Artikolu 9(1), il-punt (b) tar-Regolament (UE) 2021/523 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*), li huma allokati għal prodott finanzjarju speċifiku għandhom jitqiesu biex jiġi vvalutat jekk il-baġit annwali medju tal-għajnuna mill-Istat ta’ dak l-Istat Membru relatat mal-prodott finanzjarju jaqbiżx l-EUR 150 miljun. Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li dan ir-Regolament għandu jkompli japplika għal perjodu itwal għal kwalunkwe waħda minn dawn l-iskemi ta’ għajnuna wara li tkun ivvalutat il-pjan ta’ evalwazzjoni rilevanti nnotifikat mill-Istat Membru lill-Kummissjoni, fi żmien 20 jum tax-xogħol mid-dħul fis-seħħ tal-iskema. Fejn il-Kummissjoni tkun diġà estendiet l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament lil hinn mis-sitt xhur inizjali fir-rigward ta’ skemi bħal dawn, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jestendu dawk l-iskemi sa tmiem il-perjodu ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, sakemm l-Istat Membru kkonċernat ikun ippreżenta rapport ta’ evalwazzjoni f’konformità mal-pjan ta’ evalwazzjoni approvat mill-Kummissjoni. Madankollu, l-għajnuna reġjonali mogħtija skont dan ir-Regolament tista’ tiġi estiża, b’deroga, sa tmiem il-perjodu ta’ validità tal-mapep rilevanti tal-għajnuna reġjonali;

(*)  Ir-Regolament (UE) 2021/523 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-Programm InvestEU u li jemenda r-Regolament (UE) 2015/1017 (ĠU L 107, 26.3.2021, p. 30);”"

(c)

fil-paragrafu 3, il-punti (a) u (b) huma sostitwiti b’dawn li ġejjin:

“(a)

għajnuna mogħtija fis-settur tas-sajd u l-akkwakultura, kif koperta mir-Regolament (UE) Nru 1379/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*) bl-eċċezzjoni tal-għajnuna għat-taħriġ, għajnuna għall-aċċess tal-SMEs għall-finanzjament, għajnuna fil-qasam tar-riċerka u l-iżvilupp, għajnuna għall-innovazzjoni għall-SMEs, għajnuna għall-ħaddiema żvantaġġati u ħaddiema b’diżabilità, għajnuna għall-investiment reġjonali fir-reġjuni l-aktar imbiegħda, skemi ta’ għajnuna għall-operazzjoni reġjonali, għajnuna għal Sħubijiet Ewropej għall-Innovazzjoni għal proġetti tal-Grupp Operazzjonali dwar il-produttività u s-sostenibbiltà agrikola (SEI), għajnuna għal proġetti ta’ żvilupp lokali mmexxi mill-komunità (“CLLD”), għajnuna għal proġetti ta’ Kooperazzjoni Territorjali Ewropea, u għajnuna involuta fi prodotti finanzjarji appoġġati mill-Fond InvestEU, ħlief għall-operazzjonijiet elenkati fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 717/2014 (**);

(b)

għajnuna mogħtija fis-settur tal-produzzjoni agrikola primarja, bl-eċċezzjoni ta’ għajnuna għall-investiment reġjonali fir-reġjuni l-aktar imbiegħda, skemi ta’ għajnuna operatorja reġjonali, għajnuna għal konsulenza favur l-SMEs, għajnuna għal finanzjament ta’ riskju, għajnuna għar-riċerka u l-iżvilupp, għajnuna għall-innovazzjoni għall-SMEs, għajnuna ambjentali, għajnuna għat-taħriġ, għajnuna għal ħaddiema żvantaġġati u ħaddiema b’diżabilità, għajnuna għal Sħubijiet Ewropej għall-Innovazzjoni għal proġetti tal-Grupp Operazzjonali dwar il-produttività u s-sostenibbiltà agrikola (SEI),, għajnuna għal proġetti ta’ żvilupp lokali mmexxi mill-komunità (“CLLD”), għajnuna għal proġetti ta’ Kooperazzjoni Territorjali Ewropea u għajnuna involuta fi prodotti finanzjarji appoġġati mill-Fond InvestEU;

(*)  Ir-Regolament (UE) Nru 1379/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1184/2006 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 1)."

(**)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 717/2014 tas-27 ta’ Ġunju 2014 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna de minimis fis-settur tas-sajd u tal-akkwakultura (ĠU L 190, 28.6.2014, p. 45).”;"

(d)

il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“4.   Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal:

(a)

skemi ta’ għajnuna li ma jeskludux espliċitament il-ħlas ta’ għajnuna individwali favur impriża li tkun soġġetta għal ordni ta’ rkupru pendenti wara deċiżjoni preċedenti tal-Kummissjoni li tiddikjara għajnuna mogħtija mill-istess Stat Membru illegali u inkompatibbli mas-suq intern, bl-eċċezzjoni tal-iskemi tal-għajnuna biex jagħmlu tajjeb għall-ħsara kkawżata minn ċerti diżastri naturali u skemi ta’ għajnuna koperti mill-Artikolu 19b, it-Taqsima 2a kif ukoll it-Taqsima 16 tal-Kapitolu III;

(b)

għajnuna ad hoc favur impriża kif imsemmi fil-punt (a);

(c)

għajnuna lil impriżi f’diffikultà, bl-eċċezzjoni ta’ skemi ta’ għajnuna biex jagħmlu tajjeb għall-ħsara kkawżata minn ċerti diżastri naturali, skemi ta’ għajnuna għall-bidu ta’ negozju, skemi ta’ għajnuna operatorja reġjonali, skemi ta’ għajnuna koperti mill-Artikolu 19b, għajnuna lill-SMEs skont l-Artikolu 56f u għajnuna lil intermedjarji finanzjarji skont l-Artikoli 16, 21, 22 u 39 kif ukoll is-Sezzjoni 16 tal-Kapitolu III, sakemm impriżi f’diffikultà ma jiġux trattati b’mod aktar favorevoli minn impriżi oħrajn. Madankollu, dan ir-Regolament għandu japplika b’deroga għal impriżi li ma kinux f’diffikultà fil-31 ta’ Diċembru 2019 iżda li saru impriżi f’diffikultà matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2020 sal-31 ta’ Diċembru 2021.”

(2)

L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punti (63), (64) u (65) huma mħassrin;

(b)

jiddaħħlu l-punti (102a), (102b) u (102c) li ġejjin:

“(102a)

‘infrastruttura tal-iċċarġjarmill-ġdid” tfisser infrastruttura fissa jew mobbli li tforni lill-vetturi tat-triq bl-elettriku;

(102b)

“infrastruttura tar-riforniment tal-fjuwil” tfisser infrastruttura fissa jew mobbli li tforni lill-vetturi tat-triq bl-idroġenu;

(102c)

“idroġenu rinnovabbli” tfisser idroġenu prodott permezz tal-elettroliżi tal-ilma (f’elettrolizzatur, li jaħdem bl-elettriku li joriġina minn sorsi rinnovabbli), jew permezz tar-riforma tal-bijogass jew tal-konverżjoni bijokimika tal-bijomassa, jekk f’konformità mal-kriterji ta’ sostenibbiltà stabbiliti fl-Artikolu 29 tad-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*)

(*)  Id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 82).”;"

(c)

jiddaħħlu l-punti (103 a) sa (103e) li ġejjin:

“(103a)

“bini residenzjali” tfisser bini magħmul esklussivament minn djar ta’ familja waħda jew diversi familji;

(103b)

“servizzi soċjali” tfisser servizzi identifikati b’mod ċar, li jissodisfaw il-ħtiġijiet soċjali, b’mod partikolari fir-rigward tas-saħħa u l-kura fit-tul, l-indukrar tat-tfal, l-aċċess għas-suq tax-xogħol u l-integrazzjoni mill-ġdid fih, l-akkomodazzjoni soċjali (li tfisser akkomodazzjoni għal ċittadini żvantaġġati jew gruppi soċjalment żvantaġġati li minħabba restrizzjonijiet ta’ solvenza ma jistgħux jiksbu akkomodazzjoni b’kundizzjonijiet tas-suq) u l-kura u l-inklużjoni soċjali ta’ gruppi vulnerabbli (kif spjegat fil-premessa 11 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/21/UE (*));

(103c)

“diġitalizzazzjoni” tfisser l-adozzjoni ta’ teknoloġiji mwettqa minn apparat u/jew sistemi elettroniċi li jagħmluha possibbli li tiżdied il-funzjonalità tal-prodotti, jiġu żviluppati servizzi online, jiġu modernizzati proċessi, jew issir migrazzjoni għal mudelli kummerċjali bbażati fuq id-diżintermedjazzjoni tal-produzzjoni tal-prodotti u l-forniment tas-servizzi, u eventwalment jinħoloq impatt trasformattiv;

“(103d)

“tħejjija intelliġenti” tfisser il-kapaċità tal-bini (jew l-unitajiet tal-bini) li jadatta l-operat tiegħu għall-ħtiġijiet tal-okkupant, inkluż l-ottimizzazzjoni tal-effiċjenza enerġetika u l-prestazzjoni ġenerali, u li jadatta l-operat tiegħu b’reazzjoni għas-sinjali mill-grilja;

(103e)

“kumpanija b’kapitalizzazzjoni medja żgħira” tfisser impriża li mhijiex SME u li n-numru ta’ impjegati tagħha ma jaqbiżx l-499, ikkalkulat skont l-Artikoli 3 sa 6 tal-Anness I, li l-fatturat annwali tagħha ma jaqbiżx EUR 100 miljun jew li l-karta tal-bilanċ annwali tagħha ma taqbiżx EUR 86 miljun; diversi entitajiet għandhom jitqiesu bħala impriża waħda jekk kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet elenkati fl-Artikolu 3(3) tal-Anness I tkun sodisfatta;

(*)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/21/UE tal-20 ta’ Diċembru 2011 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 106(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna mill-Istat taħt il-forma ta’ kumpens għas-servizzi pubbliċi mogħti lil ċerti impriżi inkarigati bil-ġestjoni ta’ servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali (ĠU L 7, 11.1.2012, p. 3).”;"

(d)

il-punt (133) jitħassar;

(e)

il-punt (137) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(137)

“network passiv” tfisser network mingħajr ebda element attiv, bħal: infrastruttura tal-inġinerija ċivili, pajpijiet, kanali, kmamar tal-ispezzjoni, toqob tal-ispezzjonar, fibra skura, kabinetti, provvista tal-enerġija, installazzjonijiet tal-antenni, antenni passivi, arbli u torrijiet”;

(f)

il-punt (138) jitħassar

(g)

jiddaħħlu l-punti (139a), (139b) u (139c) li ġejjin:

“(139a)

“bini mgħoddi” tfisser bini li jista’ jiġi konness f’perjodu ta’ żmien qasir bit-tariffa ta’ attivazzjoni normali għall-utent aħħari, irrispettivament minn jekk dak il-bini jkunx konness man-network. Operatur għandu jirrapporta l-post kif għadda biss jekk, wara talba minn utent aħħari, jimpenja ruħu li jikkonnettja l-bini għal tariffi ta’ attivazzjoni normali, jiġifieri mingħajr ebda kost addizzjonali jew eċċezzjonali u, fi kwalunkwe każ, ma jaqbiżx it-tariffa medja tal-attivazzjoni fl-Istat Membru kkonċernat. Il-fornitur tan-networks u tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi għandu jkun jista’ jikkonnettja u jattiva s-servizz fil-bini speċifiku fi żmien erba’ ġimgħat mid-data tat-talba;

(139b)

“muturi soċjoekonomiċi” tfisser entitajiet li permezz tal-missjoni, in-natura jew il-lokalità tagħhom jistgħu jiġġeneraw direttament jew indirettament benefiċċji soċjoekonomiċi importanti għaċ-ċittadini, in-negozji u l-komunitajiet lokali li jinsabu fit-territorju tal-madwar tagħhom jew fiż-żona ta’ influwenza tagħhom, inkluż fost oħrajn awtoritajiet pubbliċi, entitajiet pubbliċi jew privati fdati bl-operat ta’ servizzi ta’ interess ġenerali jew ta’ servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali kif stabbilit fl-Artikolu 106(2) tat-Trattat u intrapriżi diġitalment intensivi;

(139c)

“kuritur 5G” tfisser mogħdija ta’ trasport, triq, linja ferrovjarja jew passaġġ fuq l-ilma intern t, koperti kollha b’infrastruttura ta’ konnettività diġitali u b’mod partikolari b’sistemi 5G, u li tippermetti l-provvista mingħajr interruzzjoni ta’ servizzi diġitali ta’ sinerġija kif definiti fir-Regolament (UE) 2021/1153 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*), bħal mobilità konnessa u awtomatizzata, servizzi ta’ mobilità intelliġenti simili għal-linji ferrovjarji jew konnettività diġitali f’passaġġi fuq l-ilma interni;

(*)  Regolament (UE) 2021/1153 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2021 li jistabilixxi Faċilita Nikkollegaw l-Ewropa u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1316/2013 u (UE) Nru 283/2014 (ĠU L 249, 14.7.2021, p. 38).”"

(h)

jiżdiedu l-intestatura u l-punti li ġejjin (166) sa (172):

Definizzjonijiet għall-għajnuna involuta fi prodotti finanzjarji appoġġati mill-Fond InvestEU (it-termini definiti taħt intestaturi oħra ta’ dan l-Artikolu għandu jkollhom l-istess tifsira kif stipulata fih ukoll għall-għajnuna involuta fi prodotti finanzjarji appoġġati mill-Fond InvestEU)

(166)

“Fond InvestEU”, “garanzija tal-UE”, “prodott finanzjarju”“banek jew istituzzjonijiet promozzjonali nazzjonali” u “sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni” għandhom it-tifsira stabbilita fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2021/523;

(167)

“intermedjarju finanzjarju” għall-finijiet tat-Taqsima 16 tfisser intermedjarju finanzjarju fit-tifsira tal-punt (34), bl-eċċezzjoni tas-sħab inkarigati mill-implementazzjoni;

(168)

“intermedjarju finanzjarju kummerċjali” tfisser intermedjarju finanzjarju li jopera fuq bażi ta’ profitt u b’riskju sħiħ tiegħu stess, mingħajr garanzija pubblika, il-banek promozzjonali nazzjonali jew l-istituzzjonijiet ma jitqisux bħala intermedjarji finanzjarji kummerċjali;

(169)

“nodu urban TEN-T” għandha t-tifsira stabbilita fl-Artikolu 3, il-punt (p) tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*);

(170)

“applikant ġdid” tfisser impriża ferrovjarja fit-tifsira tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (**), li tissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

tkun irċeviet liċenzja skont l-Artikolu 17(3) tad-Direttiva 2012/34/UE għas-segment rilevanti tas-suq inqas minn għoxrin sena qabel ma tingħata l-għajnuna

(b)

mhijiex marbuta skont it-tifsira tal-Artikolu 3(3) tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament ma’ impriża ferrovjarja li rċeviet liċenzja skont it-tifsira tal-Artikolu 3(14) tad-Direttiva 2012/34/UE qabel l-1 ta’ Jannar 2010;

(171)

“trasport urban” tfisser trasport ġewwa belt jew agglomerazzjoni u ż-żoni tal-ivvjaġġar tagħha;

(172)

“ekosistema”, “bijodiversità” u “il-kundizzjoni tajba ta’ ekosistema” għandhom it-tifsira stabbilita fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (***);

(*)  Ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-network trans-Ewropew tat-trasport u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 661/2010/UE (ĠU L 348, 20.12.2013, p. 1)."

(**)  Id-Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 li tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea (ĠU L 343, 14.12.2012, p. 32).”;"

(***)  Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2020 dwar l-istabbiliment ta’ qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli, u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/2088 (ĠU L 198, 22.6.2020, p. 13)”;"

(3)

fl-Artikolu 4, il-paragrafu 1 jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-punt (f) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(f)

għal għajnuna għal impriżi li jipparteċipaw fi proġetti ta’ Kooperazzjoni Territorjali Ewropea: għal għajnuna skont l-Artikolu 20, EUR 2 miljun għal kull impriża, għal kull proġett; għal għajnuna skont l-Artikolu 20a, l-ammonti stabbiliti fl-Artikolu 20a(2) għal kull impriża, għal kull proġett;”;

(b)

fil-punt (i), jiżdiedu l-punti (vii) sa (x) li ġejjin:

“(vii)

għal għajnuna għall-SMEs għal proġetti ta’ riċerka u żvilupp mogħtija tikketta tal-kwalità tas-Siġill ta’ Eċċellenza u implimentata skont l-Artikolu 25a, l-ammont imsemmi fl-Artikolu 25a;

(viii)

għall-għajnuna għall-azzjonijiet Maria Skłodowska Curie u l-prova tal-kunċett tal-ERC tal-azzjonijiet implimentati skont l-Artikolu 25b, l-ammonti msemmija fl-Artikolu 25b;

(ix)

għall-għajnuna involuta fi proġetti kofinanzjati ta’ riċerka u żvilupp implimentati skont l-Artikolu 25c, l-ammonti msemmija fl-Artikolu 25c;

(x)

għall-għajnuna għall-azzjonijiet ta’ Ħolqien ta’ Timijiet, l-ammonti msemmija fl-Artikolu 25d;”;

(c)

il-punt (s) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(s)

għal għajnuna għall-investiment għall-protezzjoni ambjentali, minbarra għajnuna għall-investiment għal infrastruttura tal-iċċarġjar mill-ġdid jew tar-riforniment tal-fjuwil aċċessibbli għall-pubbliku għal vetturi b’livell ta’ emissjonijiet baxxi jew żero, għajnuna għall-investiment għar-rimedjarta’ siti kkontaminati u għajnuna għall-parti tan-network ta’ distribuzzjoni tal-installazzjoni tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali fl-użu tal-enerġija effiċjenti: EUR 15-il miljun għal kull impriża għal kull proġett ta’ investiment; EUR 30 miljun għal għajnuna għal investimenti fl-effiċjenza enerġetika f’ċerti binjiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 38(3a); u EUR 30 miljun tat-total ta’ finanzjament pendenti nominali għal għajnuna għal investimenti fl-effiċjenza enerġetika f’ċerti binjiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 38(7)”;

(d)

il-punt li ġej (s-a) jiddaħħal:

“(s a)

għal għajnuna għall-investiment għal infrastruttura tal-iċċarġjar jew tar-riforniment tal-fjuwil aċċessibbli għall-pubbliku għal vetturi b’livell ta’ emissjonijiet baxxi jew żero: EUR 15-il miljun għal kull impriża għal kull proġett u, fil-każ ta’ skemi, baġit annwali medju sa EUR 150 miljun;”;

(e)

il-punt (t) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(t)

għall-għajnuna għal investiment għal proġetti ta’ effiċjenza fl-enerġija, l-ammonti stabbiliti fl-Artikolu 39(5);”;

(f)

il-punt (y) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(y)

għall-għajnuna għat-tnedija ta’ networks fissi tal-broadband mogħtija fil-forma ta’ għotja: EUR 100 miljun ta’ kostijiet totali għal kull proġett; għall-għajnuna għal infrastrutturi fissi tal-broadband mogħtija fil-forma ta’ strument finanzjarju, l-ammont nominali tal-finanzjament totali pprovdut lil kwalunkwe benefiċjarju aħħari għal kull proġett ma jridx jaqbeż EUR 150 miljun;”;

(g)

Il-punti (y a), (y b) u (y c) li ġejjin jiddaħħlu:

“(y a)

għall-għajnuna għat-tnedija tan-networks mobbli 4G jew 5G mogħtija fil-forma ta’ għotja: EUR 100 miljun ta’ kostijiet totali għal kull proġett; għall-għajnuna għan-networks mobbli 4G jew 5G mogħtija fil-forma ta’ strument finanzjarju, l-ammont nominali tal-finanzjament totali pprovdut lil kwalunkwe benefiċjarju aħħari għal kull proġett ma jridx jaqbeż EUR 150 miljun;

(y b)

għal għajnuna għal ċerti proġetti ta’ interess komuni fil-qasam tal-infrastrutturi tal-konnettività diġitali trans-Ewropeja ffinanzjati skont ir-Regolament (UE) 2021/1153 jew mogħtija tikketta tal-kwalità tas-Siġill ta’ Eċċellenza skont dak ir-Regolament (UE) mogħtija fil-forma ta’ għotja: EUR 100 miljun ta’ kostijiet totali għal kull proġett; għall-għajnuna għal ċerti proġetti ta’ interess komuni fil-qasam tal-infrastrutturi tal-konnettività diġitali trans-Ewropea mogħtija fil-forma ta’ strument finanzjarju, l-ammont nominali tal-finanzjament totali pprovdut lil kwalunkwe benefiċjarju aħħari għal kull proġett ma jridx jaqbeż EUR 150 miljun;

(y c)

għal għajnuna fil-forma ta’ skemi ta’ vawċers tal-konnettività: il-baġit totali tal-għajnuna mill-Istat fuq perjodu ta’ 24 xahar għall-iskemi kollha ta’ vawċers tal-konnettività fi Stat Membru ma jridx jaqbeż il-EUR 50 miljun (ammont totali inkluż skemi ta’ vawċers nazzjonali u reġjonali jew lokali);”;

(h)

jiġu miżjuda l-punti (gg) u (hh) li ġejjin:

“(gg)

għall-għajnuna involuta fi prodotti finanzjarji appoġġati mill-Fond InvestEU: l-ammonti stabbiliti fit-Taqsima 16 tal-Kapitolu III;

(hh)

għall-għajnuna lill-SMEs għall-kostijiet imġarrba mill-parteċipazzjoni fi proġetti ta’ żvilupp immexxija mill-komunità (“CLLD”) u proġetti tal-Grupp Operazzjomali tas-Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni għall-produttività u s-sostenibbiltà agrikola (“SEI”): għall-għajnuna skont l-Artikolu 19a, EUR 2 miljun għal kull impriża, għal kull proġett; għall-għajnuna skont l-Artikolu 19b, l-ammonti stabbiliti fl-Artikolu 19b(2) għal kull proġett.”;

(4)

fl-Artikolu 5, il-paragrafu 2 jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-punt li ġej (e a) jiddaħħal:

“(e a)

għajnuna lill-impriżi għall-parteċipazzjoni tagħhom fi proġetti ta’ Kooperazzjoni Territorjali Ewropea skont l-Artikolu 20a, fejn tipprevedi limitu li jiżgura li l-limitu applikabbli stabbilit fl-Artikolu 20a ma jinqabiżx;”;

(b)

jiżdied il-punt (l) li ġej:

“(l)

għajnuna involuta fi prodotti finanzjarji appoġġati mill-Fond InvestEU, jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fit-Taqsima 16 tal-Kapitolu III jiġu sodisfatti.”;

(5)

fl-Artikolu 6(5), jiżdiedu l-punti (i), (j), (k) u (l) li ġejjin:

“(i)

għajnuna għal impriżi li jipparteċipaw fi proġetti ta’ Kooperazzjoni Territorjali Ewropea, jekk il-kundizzjonijiet rilevanti fl-Artikolu 20 jew l-Artikolu 20a jiġu sodisfatti;

(j)

għajnuna għal proġetti ta’ riċerka u żvilupp mogħtija tikketta ta’ kwalità tas-Siġill ta’ Eċċellenza, azzjonijiet Maria Skłodowska-Curie u azzjonijiet tal-prova ta’ kunċett tal-ERC mogħtija tikketta ta’ kwalità tas-Siġill ta’ Eċċellenza, għajnuna involuta fi proġetti kofinanzjati u f’azzjonijiet kofinanzjati tal-Ħolqien ta’ Timijiet, jekk il-kundizzjonijiet rilevanti stipulati fl-Artikolu 25a, l-Artikolu 25b, l-Artikolu 25c jew l-Artikolu 25d ikunu sodisfatti;

(k)

għajnuna involuta fi prodotti finanzjarji appoġġati mill-Fond InvestEU, jekk il-kundizzjonijiet stipulati fit-Taqsima 16 tal-Kapitolu III jiġu sodisfatti;

(l)

għajnuna għall-SMEs li jipparteċipaw fi jew li jibbenefikaw minn proġetti ta’ żvilupp lokali mmexxija mill-komunità (“CLLD”) u proġetti tal-Grupp Operazzjonali tas-Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni għall-produttività u s-sostenibbiltà agrikola (“SEI”), jekk il-kundizzjonijiet rilevanti fl-Artikolu 19a jew l-Artikolu 19b jiġu sodisfatti”;

(6)

fl-Artikolu 7(1), it-tieni sentenza hija sostitwita b’dan li ġej:

“L-ammonti tal-kostijiet eliġibbli jistgħu jiġu kkalkulati skont l-għażliet tal-kostijiet simplifikati stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*), jew ir-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (**), liema minnhom ikun applikabbli sakemm l-operazzjoni tkun iffinanzjata mill-inqas parzjalment permezz ta’ fond tal-Unjoni li jippermetti l-użu ta’ dawk l-għażliet ta’ kostijiet simplifikati u l-kategorija ta’ kostijiet tkun eliġibbli skont id-dispożizzjoni ta’ eżenzjoni rilevanti.

(*)  Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320).”;"

(**)  Ir-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-24 ta’ Ġunju 2021 li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi (ĠU L 231, 30.6.2021, p. 159).”;"

(7)

l-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 3, il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

kwalunkwe għajnuna oħra mill-Istat, fir-rigward tal-istess kostijiet eliġibbli, li jitrikkbu parzjalment jew kompletament, biss jekk tali kumulazzjoni ma tirriżultax fil-qbiż tal-ogħla intensità ta’ għajnuna jew ammont ta’ għajnuna applikabbli għal din l-għajnuna skont dan ir-Regolament.

Il-finanzjament ipprovdut lill-benefiċjarji aħħarin bl-appoġġ mill-Fond InvestEU kopert mit-Taqsima 16 tal-Kapitolu III u l-kost kopert minn dan il-finanzjament ma għandhomx jitqiesu biex tiġi ddeterminata l-konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ akkumulazzjoni stabbiliti fl-ewwel sentenza ta’ dan il-punt. Minflok, l-ammont rilevanti għad-determinazzjoni tal-konformità mad-dispożizzjonijiet tal-kumulazzjoni tal-ewwel sentenza ta’ dan il-punt għandu jiġi kkalkulat kif ġej. L-ewwel nett, l-ammont nominali tal-finanzjament appoġġat mill-Fond InvestEU għandu jitnaqqas mill-kostijiet totali eliġibbli tal-proġett, u b’hekk jinkisbu l-kostijiet eliġibbli totali li jifdal; it-tieni, l-għajnuna massima għandha tiġi kkalkulata billi tiġi applikata l-ogħla intensità ta’ għajnuna rilevanti jew l-ammont ta’ għajnuna biss għall-kostijiet eliġibbli totali li jifdal.

F’każijiet ta’ Artikoli li għalihom il-limitu tan-notifika huwa espress bħala ammont massimu ta’ għajnuna, l-ammont nominali ta’ finanzjament ipprovdut lill-benefiċjarji finali bl-appoġġ mill-Fond InvestEU ukoll ma għandux jitqies biex jiġi ddeterminat jekk il-limiti tan-notifika fl-Artikolu 4 humiex rispettati.

Alternattivament, għal self superjuri jew garanziji fuq self superjuri appoġġat mill-Fond InvestEU skont it-Taqsima 16 tal-Kapitolu III, l-ekwivalenti tal-għotja gross tal-għajnuna involuta f’tali self jew garanziji pprovduti lill-benefiċjarji finali jista’ jiġi kkalkulat skont l-Artikolu 5(2), il-punt (b) jew (c) kif xieraq. Dan l-ekwivalent tal-għotja gross tal-għajnuna jista’ jintuża biex jiżgura, skont l-ewwel sentenza ta’ dan il-punt, li dik l-akkumulazzjoni ma’ kwalunkwe għajnuna oħra għall-istess kostijiet eliġibbli identifikabbli ma tirriżultax fil-qbiż tal-ogħla intensità ta’ għajnuna jew l-ammont ta’ għajnuna applikabbli għall-għajnuna skont dan ir-Regolament jew il-limitu ta’ notifika rilevanti skont dan ir-Regolament.”;

(b)

il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“4.   Għajnuna mingħajr kostijiet eliġibbli identifikabbli eżentata skont l-Artikoli 19b, 20a, 21, 22 jew 23, l-Artikolu 56e(5), il-punt (a) (ii) jew (iii), l-Artikolu 56e(8), il-punt (d), l-Artikolu 56e(10) u l-Artikolu 56f tista’ tiġi akkumulata ma’ kwalunkwe għajnuna oħra mill-Istat b’kostijiet eliġibbli identifikabbli. Għajnuna mingħajr kostijiet eliġibbli identifikabbli tista’ tiġi akkumulata ma’ kwalunkwe għajnuna mill-Istat oħra mingħajr kostijiet eliġibbli identifikabbli, sal-ogħla limitu tal-finanzjament totali rilevanti stabbilit fiċ-ċirkustanzi speċifiċi ta’ kull każ permezz ta’ dan ir-regolament jew deċiżjoni ta’ eżenzjoni ta’ kategorija jew regolament jew deċiżjoni oħra adottata mill-Kummissjoni. Għajnuna mingħajr kostijiet eliġibbli identifikabbli eżentata skont l-Artikolu 56e(5), il-punt (a) (ii) jew (iii), l-Artikolu 56e(8), il-punt (d), l-Artikolu 56e(10) u l-Artikolu 56f tista’ tiġi akkumulata ma’ għajnuna oħra mingħajr kostijiet eliġibbli identifikabbli eżentati skont dawn l-Artikoli.”;

(8)

l-Artikolu 9 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafi 1 u 2 huma sostitwiti b’dawn li ġejjin:

“1.   L-Istat Membru kkonċernat għandu jiżgura l-pubblikazzjoni fuq sit web komprensiv dwar l-għajnuna mill-Istat, fuq livell nazzjonali jew reġjonali, ta’:

(a)

l-informazzjoni fil-qosor imsemmija fl-Artikolu 11 fil-format standardizzat stabbilit fl-Anness II jew link li tipprovdi aċċess għaliha;

(b)

it-test sħiħ ta’ kull miżura ta’ għajnuna, kif imsemmi fl-Artikolu 11 jew link li tipprovdi aċċess għat-test sħiħ;

(c)

l-informazzjoni msemmija fl-Anness III dwar kull għotja ta’ għajnuna individwali li taqbeż EUR 500 000, jew, għal benefiċjarji attivi fil-produzzjoni agrikola primarja, minbarra dawk li għalihom tapplika t-Taqsima 2a, kull għotja ta’ għajnuna individwali għal tali produzzjoni li taqbeż EUR 60 000 u għal benefiċjarji attivi fis-settur tas-sajd u l-akkwakultura, minbarra dawk li għalihom tapplika t-Taqsima 2a, kull għotja ta’ għajnuna individwali li taqbeż EUR 30 000.

Fir-rigward ta’ għajnuna mogħtija lil proġetti ta’ Kooperazzjoni Territorjali Ewropea msemmija fl-Artikolu 20, l-informazzjoni msemmija f’dan il-paragrafu għandha tiġi ppubblikata fuq is-sit web tal-Istat Membru li fih tkun tinsab l-Awtorità ta’ Ġestjoni kkonċernata, kif definit fl-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) Nru 1299/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*), jew l-Artikolu 45 tar-Regolament (UE) 2021/1059 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (**), skont liema jkun applikabbli. Alternattivament, l-Istat Membru parteċipanti jista’ jiddeċiedi li kull wieħed minnhom għandu jipprovdi l-informazzjoni dwar il-miżuri tal-għajnuna fit-territorju tagħhom fuq is-siti web rispettivi.

L-obbligi ta’ pubblikazzjoni stabbiliti fl-ewwel subparagrafu ma għandhomx japplikaw għal għajnuna mogħtija lil proġetti ta’ Kooperazzjoni Territorjali Ewropea msemmija fl-Artikolu 20a, kif ukoll għal proġetti tal-Grupp Operazzjonali tas-Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni għall-produttività u s-sostenibbiltà agrikola (“SEI”) u proġetti ta’ żvilupp lokali mmexxija mill-komunità (“CLLD”) skont l-Artikolu 19b.

2.   Fil-każ ta’ skemi fil-forma ta’ benefiċċji fuq it-taxxa, u għal skemi koperti mill-Artikoli 16 u 21 (***), il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punt (c) ta’ dan l-Artikolu għandhom jitqiesu sodisfatti jekk l-Istati Membri jippubblikaw l-informazzjoni meħtieġa dwar l-ammonti tal-għajnuna individwali fil-meded li ġejjin (f’miljuni ta’ EUR):

 

0,03-0,5 (għas-sajd u l-akkwakultura biss);

 

0,06-0,5 (għall-produzzjoni agrikola primarja biss);

 

0,5-1;

 

1-2;

 

2-5;

 

5-10;

 

10-30; u

 

30 u aktar.

(*)  Regolament (UE) Nru 1299/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta’ Diċembru 2013 dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għall-appoġġ mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali għall-għan ta’ kooperazzjoni territorjali Ewropea (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 259)."

(**)  Regolament (UE) 2021/1059 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għall-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) appoġġata mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u mill-istrumenti ta’ finanzjament estern (ĠU L 231, 30.6.2021, p. 94)"

(***)  Għal skemi skont l-Artikolu 16 u 21 ta’ dan ir-Regolament, ir-rekwiżit li tiġi ppubblikata informazzjoni dwar kull għotja individwali li taqbeż EUR 500 000 jista’ jitneħħa fir-rigward ta’ SMEs li ma jkunu wettqu l-ebda bejgħ kummerċjali fl-ebda suq.”;"

(b)

jiddaħħal il-paragrafu 3a li ġej:

“3a.   Jekk prodott finanzjarju jkun ġie implimentat minn Stat Membru taħt il-kompartiment tal-Istat Membru tal-InvestEU jew minn bank promozzjonali nazzjonali li jaġixxi bħala sieħeb inkarigat mill-implementazzjoni jew li jaġixxi bħala intermedjarju finanzjarju taħt InvestEU, l-Istat Membru jibqa’ taħt l-obbligu li jiżgura l-pubblikazzjoni ta’ informazzjoni kif stabbilit fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punt (c) u. Madankollu, dan l-obbligu jitqies li ġie ssodisfat jekk is-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni jipprovdi lill-Kummissjoni bl-informazzjoni kif stabbilit fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, punt (c) sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara s-sena finanzjarja li fiha tkun ingħatat l-għajnuna u jekk il-ftehim ta’ garanzija ffirmat bejn il-Kummissjoni u s-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni jistipula r-rekwiżit li l-Kummissjoni tingħata l-informazzjoni kif stabbilit fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrfu, punt (c).”

(9)

fl-Artikolu 11, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   L-Istati Membri, jew fil-każ ta’ għajnuna mogħtija għal proġetti ta’ Kooperazzjoni Territorjali Ewropea skont l-Artikolu 20, alternattivament l-Istat Membru li fih tinsab l-Awtorità ta’ Ġestjoni, kif definita fl-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) Nru 1299/2013, jew l-Artikolu 45 tar-Regolament (UE) 2021/1059, skont liema jkun applikabbli, għandu jittrażmetti lill-Kummissjoni:

(a)

permezz tas-sistema ta’ notifika elettronika tal-Kummissjoni, l-informazzjoni fil-qosor dwar kull miżura ta’ għajnuna eżentata skont dan ir-Regolament fil-format standardizzat stabbilit fl-Anness II, flimkien ma’ link li tipprovdi aċċess għat-test sħiħ tal-miżura ta’ għajnuna, inklużi l-emendi tagħha, fi żmien 20 jum tax-xogħol wara d-dħul fis-seħħ tiegħu; u

(b)

rapport annwali, kif imsemmi fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 (*) f’forma elettronika, dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, li jkun fih l-informazzjoni indikata f’dak ir-Regolament, għal kull sena sħiħa jew għal kull parti tas-sena li matulha japplika dan ir-Regolament. Għall-prodotti finanzjarji implimentati minn Stat Membru taħt il-kompartiment tal-Istat Membru tal-InvestEU jew minn bank promozzjonali nazzjonali li jaġixxi bħala sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni jew li jaġixxi bħala intermedjarju finanzjarju taħt InvestEU, dan l-obbligu tal-Istat Membru jitqies li jkun ġie ssodisfat jekk is-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni jipprovdi r-rapporti annwali lill-Kummissjoni, skont ir-rekwiżiti ta’ rapportar rilevanti stabbiliti fil-ftehim ta’ garanzija ffirmat bejn il-Kummissjoni u s-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni.

Dan l-ewwel subparagrafu ma għandux japplika fir-rigward ta’ għajnuna mogħtija għall-proġetti ta’ Kooperazzjoni Territorjali Ewropea msemmija fl-Artikolu 20a, kif ukoll għal proġetti tal-Grupp Operazzjonali tas-Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni għall-produttività u s-sostenibbiltà agrikola (“SEI”) u għal proġetti mmexxija mill-komunità għall-iżvilupp lokali (“CLLD”) kif imsemmi fl-Artikolu 19b.

(*)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta’ April 2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 li jistabbilixxu regoli dettaljata dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Tratttat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1).”;"

(10)

fl-Artikolu 12, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ timmonitorja l-għajnuna eżentata min-notifika b’dan ir-Regolament, l-Istati Membri, jew alternattivament, fil-każ ta’ għajnuna mogħtija għall-proġetti ta’ Kooperazzjoni Territorjali Ewropea msemmija fl-Artikolu 20, l-Istat Membru li fih tinsab l-Awtorità ta’ Ġestjoni, għandhom iżommu rekords dettaljati bl-informazzjoni u d-dokumentazzjoni ta’ appoġġ meħtieġa biex jiġi stabbilit li l-kundizzjonijiet kollha stabbiliti f’dan ir-Regolament huma sodisfatti. Dawn ir-rekords għandhom jinżammu għal 10 snin mid-data li fiha tkun ingħatat l-għajnuna ad hoc jew li fiha tkun ingħatat l-aħħar għajnuna taħt l-iskema.

Dan l-ewwel suboparagrafu ma għandux japplika fir-rigward ta’ għajnuna mogħtija għall-proġetti ta’ Kooperazzjoni Territorjali Ewropea msemmija fl-Artikolu 20a, kif ukoll għal proġetti tal-Grupp Operazzjonali tas-Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni għall-produttività agrikola u s-sostenibbiltà tal-Agrikoltura u għal proġetti ta’ żvilupp lokali mmexxija mill-komunità (“CLLD”) kif imsemmi fl-Artikolu 19b.”;

(11)

l-Artikolu 14 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 9, il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(c)

kull impjieg li jinħoloq permezz tal-investiment għandu jinżamm fiż-żona kkonċernata għal perjodu ta’ mill-inqas ħames snin mid-data li fiha tkun imtliet il-pożizzjoni għall-ewwel darba, jew għal tliet snin fil-każ ta’ SMEs, ħlief jekk l-impjieg jintilef bejn l-1 ta’ Jannar 2020 u t-30 ta’ Ġunju 2021.”;

(b)

il-paragrafu 15 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“15.   Għal investiment inizjali marbut ma’ proġetti ta’ kooperazzjoni territorjali Ewropea koperti mir-Regolament (UE) Nru 1299/2013, jew ir-Regolament (UE) 2021/1059, l-intensità tal-għajnuna taż-żona li fiha jinsab l-investiment inizjali għandha tapplika għall-benefiċjarji kollha li jipparteċipaw fil-proġett. Jekk l-investiment inizjali jkun jinsab f’żewġ żoni megħjuna jew aktar, l-intensità massima tal-għajnuna għandha tkun dik applikabbli fiż-żona megħjuna fejn jiġġarrab l-akbar ammont tal-kostijiet eliġibbli. F’żoni megħjuna eliġibbli għall-għajnuna skont l-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat, din id-dispożizzjoni għandha tapplika għal impriżi kbar biss jekk l-investiment inizjali jikkonċerna attività ekonomika ġdida.”;

(12)

fl-Artikolu 16, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“4.   Il-kostijiet eliġibbli għandhom ikunu l-kostijiet globali tal-proġett ta’ żvilupp urban sal-punt li dawn jikkonformaw mal-Artikoli 37 u 65 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, jew l-Artikoli 67 u 68 tar-Regolament (UE) 2021/1060, skont liema jkun applikabbli.”;

(13)

jiddaħħlu l-Artikoli 19 a u 19b li ġejjin:

“Artikolu 19a

L-għajnuna għall-kostijiet imġarrba mill-SMEs li jipparteċipaw fi proġetti ta’ żvilupp lokali mmexxi mill-komunità (“CLLD”) jew tal-Grupp Operazzjonali tas-Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni għall-produttività agrikola u s-sostenibbiltà (“SEI”)

1.   Għajnuna għall-kostijiet imġarrba mill-SMEs li jipparteċipaw fi proġetti tas-CLLD, indikati bħala żvilupp lokali LEADER skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, koperti mir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 jew ir-Regolament (UE) 2021/1060, kif ukoll għall-proġetti tal-Grupp Operazzjonali tas-SEI koperti mill-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mill-ħtieġa ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat, sakemm il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I jiġu sodisfatti.

2.   Il-kostijiet li ġejjin stabbiliti fl-Artikolu 35(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 jew l-Artikolu 34(1) tar-Regolament (UE) 2021/1060, skont liema minnhom ikun applikabbli, għandhom ikunu eliġibbli għall-proġetti tas-CLLD u tal-Grupp Operazzjonali tas-SEI:

(a)

il-kostijiet tal-appoġġ preparatorju, il-bini tal-kapaċità, it-taħriġ u n-networking bil-ħsieb tat-tħejjija u l-implimentazzjoni ta’ strateġija tas-CLLD jew proġett tal-Grupp Operazzjonali tas-SEI;

(b)

l-implimentazzjoni ta’ operazzjonijiet approvati;

(c)

it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-attivitajiet ta’ kooperazzjoni tal-grupp;

(d)

kostijiet operazzjonali marbuta mal-ġestjoni tal-implimentazzjoni tal-istrateġija tas-CLLD jew tal-proġett tal-Grupp Operazzjonali tas-SEI;

(e)

animazzjoni tal-komunità SEI jew tal-istrateġija CLLD sabiex tiffaċilita l-iskambju bejn il-partijiet interessati biex jipprovdu informazzjoni u jippromwovu l-istrateġija u l-proġetti, u biex jappoġġaw benefiċjarji potenzjali bil-ħsieb li jiżviluppaw operazzjonijiet u jħejju applikazzjonijiet.

3.   L-intensità tal-għajnuna ma għandhiex taqbeż ir-rati massimi ta’ kofinanzjament previsti fir-Regolamenti speċifiċi għall-Fond li jappoġġaw il-Gruppi Operazzjonali tas-CLLD u tas-SEI.

Artikolu 19b

Ammonti limitati ta’ għajnuna lill-SMEs li jibbenefikaw minn żvilupp lokali mmexxi mill-komunità (“CLLD”) jew mill-proġetti tal-Grupp Operazzjonali tas-Sħubija Ewropea ta’ Innovazzjoni għall-produttività agrikola u s-sostenibbiltà (“SEI”)

1.   Għajnuna lil impriżi li jipparteċipaw fi, jew li jibbenefikaw minn, proġetti tal-Grupp Operazzjonali tas-CLLD jew tas-SEI, kif imsemmi fl-Artikolu 19a(1), għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mill-ħtieġa ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat, sakemm il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I jiġu sodisfatti.

2.   L-ammont totali ta’ għajnuna mogħti skont dan l-Artikolu għal kull proġett ma għandux jaqbeż EUR 200 000 għall-proġetti tas-CLLD, u EUR 350 000 għall-proġetti tal-Grupp Operazzjonali tas-SEI.”;

(14)

wara l-Artikolu 19b, jiddaħħal it-titolu tat-taqsima segwenti:

TAQSIMA 2a

Għajnuna għall-Kooperazzjoni Territorjali Ewropea”

(15)

L-Artikolu 20 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 20

Għajnuna għall-kostijiet imġarrba minn impriżi li jipparteċipaw fil-proġett tal-Kooperazzjoni Territorjali Ewropea

1.   L-għajnuna għall-kostijiet imġarrba mill-impriżi li jipparteċipaw fil-proġetti ta’ Kooperazzjoni Territorjali Ewropea koperti mir-Regolament (UE) Nru 1299/2013 jew mir-Regolament (UE) 2021/1059 għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat, sakemm il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I jiġu sodisfatti.

2.   Sal-punt li huma marbuta mal-proġett ta’ kooperazzjoni, il-kostijiet li ġejjin, li għandu jkollhom it-tifsira attribwita lilhom fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 481/2014 (*), jew l-Artikoli 38 sa 44 tar-Regolament (UE) 2021/1059, skont liema minnhom ikun applikabbli, għandhom ikunu kostijiet eliġibbli:

(a)

kostijiet relatati mal-persunal;

(b)

kostijiet tal-uffiċċju u amministrattivi;

(c)

kostijiet tal-ivvjaġġar u tal-akkomodazzjoni;

(d)

kostijiet tal-għarfien espert u tas-servizzi esterni;

(e)

kostijiet tat-tagħmir;

(f)

kostijiet għall-infrastruttura u x-xogħlijiet.

3.   L-intensità tal-għajnuna ma għandhiex taqbeż ir-rata massima ta’ kofinanzjament prevista fir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 jew fir-Regolament (UE) 2021/1060 u/jew fir-Regolament (UE) 2021/1059, skont liema minnhom ikun applikabbli.

(*)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 481/2014 tal-4 ta’ Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1299/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli speċifiċi dwar l-eliġibbiltà tan-nefqa għall-programmi ta’ kooperazzjoni (ĠU L 138, 13.5.2014, p. 45).”;"

(16)

jiddaħħal l-Artikolu 20 a li ġej:

“Artikolu 20a

Ammonti limitati ta’ għajnuna lill-impriżi għall-parteċipazzjoni fil-proġetti ta’ Kooperazzjoni Territorjali Ewropea

1.   L-għajnuna għall-impriżi għall-parteċipazzjoni tagħhom fil-proġetti ta’ Kooperazzjoni Territorjali Ewropea koperti mir-Regolament (UE) Nru 1299/2013 jew mir-Regolament (UE) 2021/1059 għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat, sakemm il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I jiġu sodisfatti.

2.   L-ammont totali ta’ għajnuna skont dan l-Artikolu mogħti lil impriża għal kull proġett ma għandux jaqbeż EUR 20 000.”;

(17)

fl-Artikolu 25, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Għajnuna għal proġetti ta’ riċerka u żvilupp, inklużi proġetti ta’ riċerka u żvilupp li rċevew tikketta tal-kwalità tas-Siġill ta’ Eċċellenza skont il-programmi Orizzont 2020 jew Orizzont Ewropa u proġetti kofinanzjati ta’ riċerka u żvilupp u, fejn applikabbli, għajnuna għal azzjonijiet kofinanzjati tal-Ħolqien ta’ Timijiet, għandhom ikunu kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3) tat-Trattat u għandhom ikunu eżentati mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat, sakemm il-kundizzjonijiet stipulati f’dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I jiġu sodisfatti.”;

(18)

jiddaħħlu l-Artikoli 25a sa 25d li ġejjin:

“Artikolu 25a

Għajnuna għal proġetti mogħtija tikketta ta’ kwalità tas-Siġill ta’ Eċċellenza

1.   L-għajnuna għall-SMEs għal proġetti ta’ riċerka u żvilupp kif ukoll studji ta’ fattibbiltà mogħtija tikketta tal-kwalità tas-Siġill ta’ Eċċellenza skont il-programm Orizzont 2020 jew il-programm Orizzont Ewropa, għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat sakemm il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I jiġu sodisfatti.

2.   L-attivitajiet eliġibbli tal-proġett ta’ riċerka u żvilupp megħjun jew l-istudju ta’ fattibbiltà għandhom ikunu dawk definiti bħala eliġibbli skont ir-regoli tal-programmi Orizzont 2020 jew Orizzont Ewropa, esklużi attivitajiet li jmorru lil hinn mill-attivitajiet ta’ żvilupp sperimentali.

3.   Il-kategoriji, l-ammonti massimi u l-metodi tal-kalkolu tal-kostijiet eliġibbli tal-proġett ta’ riċerka u żvilupp megħjun jew tal-istudju ta’ fattibbiltà għandhom ikunu dawk definiti bħala eliġibbli skont ir-regoli tal-programmi Orizzont 2020 jew Orizzont Ewropa.

4.   L-ammont massimu tal-għajnuna ma għandux jaqbeż EUR 2,5 miljun għal kull SME għal kull proġett ta’ riċerka u żvilupp jew studju ta’ fattibbiltà.

5.   Il-finanzjament pubbliku totali pprovdut għal kull proġett ta’ riċerka u żvilupp jew studju ta’ fattibbiltà ma għandux jaqbeż ir-rata ta’ finanzjament stabbilita għal dak il-proġett ta’ riċerka u żvilupp jew studju ta’ fattibbiltà skont ir-regoli tal-programmi Orizzont 2020 jew Orizzont Ewropa.

Artikolu 25b

Għajnuna għall-azzjonijiet Maria Skłodowska-Curie u azzjonijiet tal-Prova tal-Kunċett tal-ERC

1.   L-għajnuna għall-azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie u l-azzjonijiet tal-Prova tal-Kunċett tal-ERC mogħtija tikketta tal-kwalità tas-Siġill ta’ Eċċellenza skont il-programmi Orizzont 2020 jew Orizzont Ewropa għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3) tat-Trattat u għandha tkun eżentata min-notifika tar-rekwiżit tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat, sakemm il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I jiġu sodisfatti.

2.   L-attivitajiet eliġibbli tal-azzjoni megħjuna għandhom ikunu dawk definiti bħala eliġibbli skont ir-regoli tal-programmi Orizzont 2020 jew Orizzont Ewropa.

3.   Il-kategoriji, l-ammonti massimi u l-metodi tal-kalkolu tal-kostijiet eliġibbli tal-azzjoni megħjuna għandhom ikunu dawk definiti bħala eliġibbli skont ir-regoli tal-programmi Orizzont 2020 jew Orizzont Ewropa.

4.   Il-finanzjament pubbliku totali pprovdut għal kull azzjoni megħjuna ma għandux jaqbeż il-livell massimu ta’ appoġġ previst fil-programmi Orizzont 2020 jew Orizzont Ewropa.

Artikolu 25c

Għajnuna involuta fi proġetti kofinanzjati ta’ riċerka u żvilupp

1.   Għajnuna mogħtija lil proġetti kofinanzjati ta’ riċerka u żvilupp jew studju ta’ fattibbiltà (inklużi proġetti ta’ riċerka u żvilupp implimentati taħt Sħubija istituzzjonalizzata Ewropea bbażata fuq l-Artikolu 185 jew l-Artikolu 187 tat-Trattat jew azzjoni kofinanzjata ta’ programm, kif definit fir-regoli tal-programm Orizzont Ewropa) li tiġi implimentata minn mill-inqas tliet Stati Membri, jew alternattivament żewġ Stati Membri u mill-inqas pajjiż assoċjat wieħed, u magħżula fuq il-bażi ta’ evalwazzjoni u klassifikazzjoni magħmula minn esperti indipendenti wara sejħiet tranżnazzjonali f’konformità mar-regoli tal-programmi Orizzont 2020 jew Orizzont Ewropa, għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat sakemm il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I jiġu sodisfatti.

2.   L-attivitajiet eliġibbli tal-proġett ta’ riċerka u żvilupp megħjun jew l-istudju ta’ fattibbiltà għandhom ikunu dawk definiti bħala eliġibbli skont ir-regoli tal-programmi Orizzont 2020 jew Orizzont Ewropa, esklużi attivitajiet li jmorru lil hinn mill-attivitajiet ta’ żvilupp sperimentali.

3.   Il-kategoriji, l-ammonti massimi u l-metodi tal-kalkolu tal-kostijiet eliġibbli għandhom ikunu dawk definiti bħala eliġibbli skont ir-regoli tal-programmi Orizzont 2020 jew Orizzont Ewropa.

4.   Il-finanzjament pubbliku totali pprovdut ma għandux jaqbeż ir-rata ta’ finanzjament stabbilita għall-proġett ta’ riċerka u żvilupp jew l-istudju ta’ fattibbiltà wara l-għażla, il-klassifikazzjoni u l-evalwazzjoni skont ir-regoli tal-programmi Orizzont 2020 jew Orizzont Ewropa.

5.   Il-finanzjament ipprovdut mill-programmi Orizzont 2020 jew Orizzont Ewropa għandu jkopri mill-inqas 30 % tal-kostijiet eliġibbli totali ta’ azzjoni ta’ riċerka u innovazzjoni jew azzjoni ta’ innovazzjoni kif definit skont il-programmi Orizzont 2020 jew Orizzont Ewropa.

Artikolu 25d

Għajnuna għall-azzjonijiet ta’ Ħolqien ta’ Timijiet

1.   L-għajnuna mogħtija għall-azzjonijiet kofinanzjati tal-Ħolqien ta’ Timijiet, li jinvolvu mill-inqas żewġ Stati Membri u magħżula fuq il-bażi ta’ evalwazzjoni u klassifikazzjoni magħmula minn esperti indipendenti wara sejħiet transnazzjonali skont ir-regoli tal-programmi Orizzont 2020 jew Orizzont Ewropa, għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat sakemm il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I jiġu sodisfatti.

2.   L-attivitajiet eliġibbli tal-azzjoni kofinanzjata tal-Ħolqien ta’ Timijiet għandhom ikunu dawk definiti bħala eliġibbli skont ir-regoli tal-programmi Orizzont 2020 jew Orizzont Ewropa. L-attivitajiet li jmorru lil hinn mill-attivitajiet ta’ żvilupp sperimentali huma esklużi.

3.   Il-kategoriji, l-ammonti massimi u l-metodi tal-kalkolu tal-kostijiet eliġibbli għandhom ikunu dawk definiti bħala eliġibbli skont ir-regoli tal-programmi Orizzont 2020 jew Orizzont Ewropa. Barra minn hekk, il-kostijiet tal-investiment f’assi tanġibbli u intanġibbli relatati mal-proġett għandhom ikunu eliġibbli.

4.   Il-finanzjament pubbliku totali pprovdut ma għandux jaqbeż ir-rata ta’ finanzjament stabbilita għall-azzjoni ta’ Ħolqien ta’ Timijiet wara l-għażla, il-klassifikazzjoni u l-evalwazzjoni skont ir-regoli tal-programmi Orizzont 2020 jew Orizzont Ewropa. Barra minn hekk, għall-investimenti f’assi tanġibbli u intanġibbli relatati mal-proġett, l-għajnuna ma għandhiex taqbeż is-70 % tal-kostijiet tal-investiment.

5.   Għall-għajnuna għall-investiment għall-infrastrutturi taħt azzjoni ta’ Ħolqien ta’ Timijiet għandhom japplikaw il-kundizzjonijiet addizzjonali li ġejjin:

(a)

fejn l-infrastruttura ssegwi attivitajiet kemm ekonomiċi kif ukoll mhux ekonomiċi, il-finanzjament, il-kostijiet u d-dħul ta’ kull tip ta’ attività għandhom jiġu kkunsidrati separatament fuq il-bażi ta’ prinċipji ta’ kontabilità tal-kostijiet applikati b’mod konsistenti u oġġettivament ġustifikabbli;

(b)

il-prezz mitlub għall-operat jew għall-użu tal-infrastruttura għandu jikkorrispondi għal prezz tas-suq;

(c)

l-aċċess għall-infrastruttura għandu jkun miftuħ għal diversi utenti u jingħata fuq bażi trasparenti u mhux diskriminatorja. L-impriżi li jkunu ffinanzjaw mill-inqas 10 % tal-kostijiet tal-investiment tal-infrastruttura jistgħu jingħataw aċċess preferenzjali taħt kundizzjonijiet aktar favorevoli. Sabiex jiġi evitat kumpens żejjed, tali aċċess għandu jkun proporzjonali għall-kontribuzzjoni tal-impriża għall-kostijiet tal-investiment u dawn il-kundizzjonijiet għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku;

(d)

fejn l-infrastruttura tirċievi finanzjament pubbliku kemm għal attivitajiet ekonomiċi kif ukoll għal attivitajiet mhux ekonomiċi, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu mekkaniżmu ta’ monitoraġġ u ta’ rkupru sabiex jiżguraw li l-intensità tal-għajnuna applikabbli ma tinqabiżx bħala riżultat ta’ żieda fis-sehem tal-attivitajiet ekonomiċi meta mqabbla mas-sitwazzjoni prevista fiż-żmien tal-għoti tal-għajnuna.”;

(19)

jiddaħħal l-Artikolu 36a li ġej:

“Artikolu 36a

Għajnuna għall-investiment għal infrastruttura tal-iċċarġjar mill-ġdid jew tar-riforniment tal-fjuwil aċċessibbli għall-pubbliku għal vetturi tat-triq b’livell ta’ emissjonijiet baxxi jew żero

1.   L-għajnuna għat-tnedija ta’ infrastruttura tal-iċċarġjar mill-ġdid jew tar-riforniment ta’ fjuwil għall-provvista ta’ enerġija lil vetturi tat-triq b’emissjonijiet żero jew emissjonijiet baxxi għall-finijiet tat-trasport għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat, sakemm il-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I jiġu sodisfatti.

2.   Dan l-Artikolu għandu jkopri biss l-għajnuna mogħtija għat-tnedija ta’ infrastrutturi tal-iċċarġjar mill-ġdid jew tar-riforniment tal-fjuwil li jipprovdu lill-vetturi bl-elettriku jew bl-idroġenu rinnovabbli għall-finijiet tat-trasport. L-Istat Membru għandu jiżgura li jkun hemm konformità mar-rekwiżit għall-provvista tal-idroġenu rinnovabbli matul il-ħajja ekonomika tal-infrastruttura.

3.   Il-kostijiet eliġibbli għandhom ikunu l-kostijiet għall-kostruzzjoni, l-installazzjoni jew it-titjib tal-infrastruttura tal-iċċarġjar mill-ġdid jew tar-riforniment tal-fjuwil. Dawn jistgħu jinkludu l-kostijiet tal-infrastruttura tal-iċċarġjar mill-ġdid jew tar-riforniment tal-fjuwil innifisha, l-installazzjoni jew it-titjib ta’ komponenti elettriċi jew oħrajn, inklużi transformers tal-elettriku li huma meħtieġa għall-konnessjoni tal-infrastruttura tal-iċċarġjar mill-ġdid jew tar-riforniment tal-fjuwil mal-grilja jew ma’ unità lokali tal-produzzjoni jew tal-ħżin tal-elettriku jew tal-idroġenu, kif ukoll tagħmir tekniku relatat, xogħlijiet tal-inġinerija ċivili, adattamenti tal-art jew tat-toroq, kostijiet tal-installazzjoni u kostijiet għall-kisba ta’ permessi relatati. Il-kostijiet tal-produzzjoni lokali jew tal-unitajiet tal-ħażna li jiġġeneraw jew jaħżnu l-elettriku u l-kostijiet tal-unitajiet lokali tal-produzzjoni tal-idroġenu huma esklużi.

4.   L-għajnuna skont dan l-Artikolu tingħata fi proċess kompetittiv ta’ offerti fuq il-bażi ta’ kriterji ċari, trasparenti u mhux diskriminatorji u l-intensità tal-għajnuna tista’ tilħaq sa 100 % tal-kostijiet eliġibbli.

5.   L-għajnuna mogħtija lil kwalunkwe benefiċjarju wieħed ma għandhiex taqbeż l-40 % tal-baġit kumplessiv tal-iskema kkonċernata.

6.   L-għajnuna skont dan l-Artikolu għandha tingħata biss għall-kostruzzjoni, l-installazzjoni jew it-titjib tal-infrastruttura tal-iċċarġjar mill-ġdid jew tar-riforniment tal-fjuwil aċċessibbli għall-pubbliku u li tipprovdi aċċess mhux diskriminatorju lill-utenti, inkluż fir-rigward tat-tariffi, l-awtentikazzjoni u l-metodi ta’ pagament u termini u kundizzjonijiet oħra tal-użu.

7.   Il-ħtieġa ta’ għajnuna biex jiġi inċentivat it-tnedija ta’ infrastruttura tal-iċċarġjar mill-ġdid jew tar-riforniment tal-fjuwil tal-istess kategorija (pereżempju, għall-infrastruttura tal-iċċarġjar mill-ġdid: enerġija normali jew għolja) għandha tiġi vverifikata permezz ta’ konsultazzjoni pubblika miftuħa ex ante jew studju tas-suq indipendenti. B’mod partikolari, għandu jiġi vverifikat li l-ebda infrastruttura bħal din x’aktarx ser tiġi skjerata fuq termini kummerċjali fi żmien tliet snin mill-pubblikazzjoni tal-miżura ta’ għajnuna.

8.   B’deroga mill-paragrafu 7, il-ħtieġa ta’ għajnuna għall-infrastruttura tal-iċċarġjar mill-ġdid jew tar-riforniment tal-fjuwil tista’ tiġi preżunta meta l-vetturi elettriċi tal-batterija (għall-infrastrutturi tal-iċċarġjar mill-ġdid) jew il-vetturi tal-idroġenu (għall-infrastrutturi tar-riforniment tal-fjuwil) jirrappreżentaw rispettivament inqas minn 2 % tal-għadd totali ta’ vetturi tal-istess kategorija rreġistrati fl-Istat Membru kkonċernat. Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, karozzi tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali ħfief għandhom jitqiesu bħala parti mill-istess kategorija ta’ vetturi.

9.   Kwalunkwe konċessjoni jew inkarigu ieħor lil parti terza biex topera l-infrastruttura appoġġata tal-iċċarġjar mill-ġdid jew tar-riforniment tal-fjuwil għandha tiġi assenjata fuq bażi kompetittiva, trasparenti u mhux diskriminatorja, filwaqt li jitqiesu kif xieraq ir-regoli applikabbli dwar l-akkwist.”;

(20)

l-Artikolu 38 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.   Il-kostijiet eliġibbli għandhom ikunu l-kostijiet addizzjonali tal-investiment meħtieġa biex jinkiseb livell ogħla ta’ effiċjenza fl-enerġija. Dawn għandhom jiġu ddeterminati kif ġej:

(a)

fejn il-kostijiet tal-investiment fl-effiċjenza fl-enerġija jistgħu jiġu identifikati fil-kost totali tal-investiment bħala investiment separat, dan il-kost relatat mal-effiċjenza fl-enerġija għandu jikkostitwixxi l-kostijiet eliġibbli;

(b)

fejn l-investiment ikun relatat mat-titjib tal-effiċjenza enerġetika ta’ (i) bini residenzjali, (ii) bini ddedikat għall-forniment ta’ servizzi edukattivi jew soċjali, (iii) bini ddedikat għal attivitajiet relatati mal-amministrazzjoni pubblika jew mal-ġustizzja, il-pulizija jew is-servizzi tat-tifi tan-nar, jew (iv) il-bini msemmi fil-punti (i), (ii) jew (iii) u li fih l-attivitajiet għajr dawk imsemmija f’dawk il-punti jokkupaw inqas minn 35 % tal-erja tal-art interna, il-kostijiet kollha tal-investiment meħtieġa biex jinkiseb livell ogħla ta’ effiċjenza fl-enerġija għandhom jikkostitwixxu l-kostijiet eliġibbli, sakemm it-titjib fl-effiċjenza enerġetika jwassal għal tnaqqis fid-domanda tal-enerġija primarja ta’ mill-anqas 20 % fil-każ ta’ rinnovazzjoni u ffrankar fl-enerġija primarja ta’ mill-anqas 10 % meta mqabbel mal-livell limitu stabbilit għar-rekwiżiti tal-binjiet ta’ kważi enerġija żero fil-miżuri nazzjonali li jimplimentaw id-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill* fil-każ ta’ binjiet ġodda (*). Id-domanda inizjali għall-enerġija primarja u t-titjib stmat għandhom jiġu stabbiliti b’referenza għal Ċertifikat tar-Rendiment tal-Enerġija kif definit fl-Artikolu 2(12) tad-Direttiva 2010/31/UE;

(c)

fil-każijiet l-oħra kollha, il-kostijiet tal-investiment fl-effiċjenza fl-enerġija għandhom jiġu identifikati b’referenza għal investiment simili u inqas effiċjenti fl-enerġija li kien jitwettaq b’mod kredibbli mingħajr l-għajnuna. Id-differenza bejn il-kostijiet taż-żewġ investimenti tidentifika l-kost relatat mal-effiċjenza enerġetika u tikkostitwixxi l-kostijiet eliġibbli.

Il-kostijiet mhux direttament marbuta mal-kisba ta’ livell ogħla ta’ effiċjenza fl-enerġija ma għandhomx ikunu eliġibbli.

(*)  Id-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 2010 dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija (ĠU L 153, 18.6.2010, p. 13).”;"

(b)

jiddaħħal il-paragrafu 3a li ġej:

“3a.   Għall-bini msemmi fil-paragrafu 3, il-punt (b), l-investiment fit-titjib tal-effiċjenza enerġetika tal-bini jista’ jiġi kkombinat ma’ investimenti fi kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin jew f’dawn kollha:

(a)

impjanti integrati tal-enerġija rinnovabbli fuq il-post li jiġġeneraw l-elettriku u/jew is-sħana;

(b)

tagħmir għall-ħżin tal-enerġija ġġenerata mill-impjant tal-enerġija rinnovabbli fuq il-post;

(c)

it-tagħmir u l-infrastruttura relatata inkorporati fil-bini għall-iċċarġjar mill-ġdid ta’ vetturi elettriċi tal-utenti tal-bini;

(d)

investimenti għad-diġitalizzazzjoni tal-bini, b’mod partikolari biex jiżdied il-potenzjal ta’ intelliġenza tiegħu. L-investimenti eliġibbli jistgħu jinkludu interventi limitati għal wajers passivi interni jew kejbils strutturati għan-networks tad-data u, jekk ikun meħtieġ, il-parti anċillari tan-network passiv fuq il-proprjetà privata barra l-bini. Il-wajers u l-kejbils għan-networks tad-data barra mill-proprjetà privata huma esklużi.

Fil-każ ta’ kwalunkwe xogħol kombinat bħal dan kif stabbilit fl-ewwel subparagrafu, il-punti (a) sa (d), il-kost tal-investiment kollu tad-diversi biċċiet ta’ tagħmir għandu jikkostitwixxi l-kostijiet eliġibbli.

L-għajnuna tista’ tingħata jew lis-sid(ien) tal-bini jew lill-inkwilin(i), skont min qed jikkummissjona x-xogħlijiet tal-effiċjenza enerġetika.”;

(c)

jiddaħħal il-paragrafu 7 li ġej:

“7.   L-għajnuna għall-miżuri li jtejbu l-effiċjenza enerġetika tal-bini tista’ tkun marbuta wkoll mal-faċilitazzjoni tal-kuntratti tar-rendiment tal-enerġija suġġetti għall-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin:

(a)

l-appoġġ jieħu l-forma ta’ self jew garanzija lill-fornitur tal-miżuri għat-titjib fl-effiċjenza enerġetika skont kuntratt għar-rendiment tal-enerġija, jew jikkonsisti fi prodott finanzjarju mmirat biex jiffinanzja mill-ġdid il-fornitur rispettiv (eż. il-fatturament, il-forfaiting);

(b)

l-ammont nominali tal-finanzjament pendenti totali pprovdut skont dan il-paragrafu għal kull benefiċjarju ma jaqbiżx EUR 30 miljun;

(c)

l-appoġġ jingħata lill-SMEs jew lil kumpaniji żgħar b’kapitalizzazzjoni medja;

(d)

l-appoġġ huwa pprovdut għall-ikkuntrattar tar-rendiment tal-enerġija skont it-tifsira tal-Artikolu 2, punt (27) tad-Direttiva 2012/27/UE*;

(e)

l-ikkuntrattar għar-rendiment tal-enerġija għandu x’jaqsam ma’ bini msemmi fil-paragrafu 3, punt (b)”.

(21)

L-Artikolu 39 huwa emendat kif ġej:

(a)

it-titolu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 39

Għajnuna għall-investiment għal proġetti ta’ effiċjenza fl-enerġija fil-bini fil-forma ta’ strumenti finanzjarji”;

(b)

jiddaħħal il-paragrafu 2 a li ġej:

“2 a.   Fejn l-investiment ikun relatat mat-titjib tal-effiċjenza enerġetika ta’ (i) bini residenzjali, (ii) bini ddedikat għall-forniment ta’ servizzi edukattivi jew soċjali, iii) bini ddedikat għalattivitajiet relatati mal-amministrazzjoni pubblika jew għal servizzi tal-ġustizzja, tal-pulizija jew tat-tifi tan-nar, jew (iv) bini msemmi fil-punti (i), (ii) jew (iii) u li fih l-attivitajiet għajr dawk imsemmija f’dawk il-punti jokkupaw inqas minn 35 % tal-erja tal-art, il-proġetti tal-effiċjenza fl-enerġija skont dan l-Artikolu jistgħu jiġu kkombinati wkoll ma’ kwalunkwe wieħed mill-investimenti li ġejjin:

(a)

impjant integrat tal-enerġija rinnovabbli fuq il-post li jiġġenera l-elettriku u/jew is-sħana;

(b)

tagħmir għall-ħżin tal-enerġija ġġenerata mill-impjant tal-enerġija rinnovabbli fuq il-post;

(c)

it-tagħmir u l-infrastruttura relatata inkorporati fil-bini għall-iċċarġjar mill-ġdid ta’ vetturi elettriċi tal-utenti tal-bini;

(d)

investimenti għad-diġitalizzazzjoni tal-bini, b’mod partikolari biex jiżdied il-potenzjal ta’ intelliġenza tiegħu. L-investimenti eliġibbli jistgħu jinkludu interventi limitati għal wajers passivi interni jew kejbils strutturati għan-networks tad-data u, jekk ikun meħtieġ, il-parti anċillari tan-network passiv fuq il-proprjetà privata barra l-bini. Il-wajers u l-kejbils għan-networks tad-data barra mill-proprjetà privata huma esklużi.”;

(c)

il-paragrafi 3, 4 u 5 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“3.   Il-kostijiet eliġibbli għandhom ikunu l-kostijiet globali tal-proġett tal-effiċjenza fl-enerġija, ħlief għall-bini msemmi fil-paragrafu 2a, fejn il-kostijiet eliġibbli għandhom ikunu l-kostijiet globali tal-proġett tal-effiċjenza fl-enerġija kif ukoll il-kost tal-investiment tad-diversi biċċiet ta’ tagħmir elenkati fil-paragrafu 2a.

4.   L-għajnuna għandha tingħata fil-forma ta’ dotazzjoni, ekwità, garanzija jew self lil fond għall-effiċjenza fl-enerġija jew intermedjarju finanzjarju ieħor, li għandu jgħaddiha kemm jista’ jkun lill-benefiċjarji finali li jkunu s-sidien jew l-inkwilini tal-bini, fil-forma ta’ volumi ogħla ta’ finanzjament, rekwiżiti tal-kollateral aktar baxxi, primjums ta’ garanzija aktar baxxi jew rati ta’ imgħax aktar baxxi.

5.   L-għajnuna mogħtija mill-fond għall-effiċjenza fl-enerġija jew minn intermedjarju finanzjarju ieħor lill-proġetti eliġibbli għall-effiċjenza fl-enerġija tista’ tieħu l-forma ta’ self jew garanziji. Il-valur nominali tas-self jew l-ammont garantit ma għandux jaqbeż EUR 15 miljun għal kull proġett fil-livell tal-benefiċjarji finali, ħlief fil-każ ta’ investimenti kombinati msemmija fil-paragrafu 2a, fejn ma għandux jaqbeż EUR 30 miljun. Il-garanzija m’għandhiex taqbeż it-80 % tas-self sottostanti.”;

(22)

L-Artikolu 52 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 52

Għajnuna għal networks fissi tal-broadband

1.   L-għajnuna għat-tnedija ta’ network tal-broadband fiss għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat, sakemm jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I.

2.   Il-kostijiet eliġibbli għandhom ikunu l-kostijiet kollha għall-kostruzzjoni, il-ġestjoni u l-operat ta’ network fiss tal-broadband. L-ammont massimu ta’ għajnuna għal proġett għandu jiġi stabbilit abbażi ta’ proċess ta’ għażla kompetittiva kif stabbilit fil-paragrafu 6, il-punt (a). Fejn investiment jitwettaq skont il-paragrafu 6, il-punt (b) mingħajr proċess ta’ għażla kompetittiv, l-ammont ta’ għajnuna ma għandux jaqbeż id-differenza bejn il-kostijiet eliġibbli u l-profitt operattiv tal-investiment. Il-profitt operattiv għandu jitnaqqas mill-kostijiet eliġibbli ex ante fuq il-bażi ta’ projezzjonijiet raġonevoli u vverifikati ex-post permezz ta’ mekkaniżmu ta’ rkupru.

3.   It-tipi alternattivi ta’ investiment li ġejjin huma eliġibbli:

(a)

It-tnedija ta’ network tal-broadband fiss biex jiġu konnessi l-unitajiet domestiċi u l-muturi soċjoekonomiċi f’żoni fejn ma jkunx hemm network li kapaċi jipprovdi b’mod affidabbli veloċitajiet ta’ mill-inqas 30 Mbps download (veloċitajiet limitu) preżenti jew ippjanati b’mod kredibbli li jiġu mnedija fi żmien tliet snin mill-mument tal-pubblikazzjoni tal-miżura ta’ għajnuna ppjanata jew fl-istess orizzont ta’ żmien bħat-tnedija tan-network issussidjat, li m’għandux ikun iqsar minn sentejn. Dan għandu jiġi vverifikat permezz ta’ mmappjar u konsultazzjoni pubblika skont il-paragrafu 4. Żoni b’mill-anqas network wieħed preżenti jew ippjanat b’mod kredibbli li kapaċi jipprovdi b’mod affidabbli veloċitajiet ta’ mill-inqas 30 Mbps download għandhom jiġu esklużi. In-network megħjun għandu jiżgura mill-inqas l-irduppjar tal-veloċitajiet tad-download u tal-upload meta mqabbel man-networks preżenti jew ippjanati b’mod kredibbli u għandu jkun kapaċi jipprovdi b’mod affidabbli mill-inqas veloċitajiet tad-download ta’ 30 Mbps (veloċitajiet mira).

(b)

It-tnedija ta’ network tal-broadband fiss biex jiġu konnessi l-unitajiet domestiċi u l-muturi soċjoekonomiċi f’żoni fejn ma jkunx hemm network li kapaċi jipprovdi b’mod affidabbli veloċitajiet ta’ mill-inqas 100 Mbps download (veloċitajiet limitu) preżenti jew ippjanati b’mod kredibbli li jiġu implimentati fi żmien tliet snin mill-mument tal-pubblikazzjoni tal-miżura ta’ għajnuna ppjanata jew fl-istess orizzont ta’ żmien bħat-tnedija tan-network issussidjat, li m’għandux tkun iqsar minn sentejn. Dan għandu jiġi vverifikat permezz ta’ mmappjar u konsultazzjoni pubblika skont il-paragrafu 4. Żoni b’network wieħed preżenti jew ippjanat b’mod kredibbli li kapaċi jipprovdi b’mod affidabbli veloċitajiet ta’ mill-inqas 100 Mbps download għandhom jiġu esklużi. In-network megħjun għandu jiżgura mill-inqas l-irduppjar tal-veloċitajiet tad-download u tal-upload meta mqabbel man-networks preżenti jew ippjanati b’mod kredibbli u għandu jkun kapaċi jipprovdi b’mod affidabbli mill-inqas veloċitajiet tad-download ta’ 300 Mbps u veloċitajiet tal-upload ta’ 100 Mbps (veloċitajiet mira).

(c)

It-tnedija ta’ network tal-broadband fiss biex jiġu konnessi biss il-muturi soċjoekonomiċi f’żoni fejn ikun hemm network wieħed biss li kapaċi jipprovdi b’mod affidabbli veloċitajiet tad-download ta’ mill-inqas 100 Mbps iżda ta’ anqas minn 300 Mbps (veloċitajiet limitu) preżenti jew ippjanati b’mod kredibbli li jiġu mnedija fi żmien tliet snin mill-mument tal-pubblikazzjoni tal-miżura ta’ għajnuna ppjanata jew fl-istess orizzont ta’ żmien bħat-tnedija tan-network issussidjat, li m’għandux ikun iqsar minn sentejn. Dan għandu jiġi vverifikat permezz ta’ mmappjar u konsultazzjoni pubblika skont il-paragrafu 4. Żoni b’network ta’ mill-inqas wieħed preżenti jew ippjanat b’mod kredibbli li kapaċi jipprovdi b’mod affidabbli veloċitajiet ta’ mill-inqas 300 Mbps download għandhom jiġu esklużi. Żoni b’mill-inqas żewġ networks preżenti jew ippjanati b’mod kredibbli li kapaċi jipprovdu b’mod affidabbli veloċitajiet tad-download ta’ mill-inqas 100 Mbps għandhom jiġu esklużi wkoll. In-network megħjun għandu jiżgura mill-inqas l-irduppjar tal-veloċitajiet tad-download u tal-upload meta mqabbel man-networks preżenti jew li huma ippjanati b’mod kredibbli u għandu jkun kapaċi jipprovdi mill-inqas veloċitajiet tad-download ta’ 1 Gbps (veloċitajiet mira) b’mod affidabbli..

4.   L-immappjar u l-konsultazzjoni pubblika msemmija fil-paragrafu 3 għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(a)

L-immappjar għandu jidentifika ż-żoni ġeografiċi fil-mira previsti li jkunu koperti taħt l-intervent pubbliku u għandu jqis in-networks pubbliċi u privati kollha preżenti li kapaċi jipprovdu b’mod affidabbli l-veloċitajiet limitu identifikati fil-paragrafu 3 skont it-tip ta’ investiment. L-immappjar għandu jitwettaq: (i) għal networks purament fissi, fil-livell tal-indirizzi abbażi tal-bini mgħoddi u (ii) għan-networks fissi bl-aċċess bla fili, fil-livell tal-indirizzi abbażi tal-bini mgħoddi jew abbażi tal-grilji massimi ta’ 100x100 metru. Għall-punti (i) u (ii) l-immappjar għandu dejjem jiġi vverifikat permezz ta’ konsultazzjoni pubblika;

(b)

Il-konsultazzjoni pubblika għandha titwettaq mill-awtorità pubblika kompetenti permezz tal-pubblikazzjoni tal-karatteristiċi ewlenin tal-miżura ppjanata u l-lista taż-żoni ġeografiċi fil-mira identifikati fl-eżerċizzju tal-immappjar f’konformità mal-punt (a) fuq sit web xieraq (inkluż fil-livell nazzjonali). Il-konsultazzjoni pubblika għandha tistieden lill-partijiet interessati biex jikkummentaw dwar il-miżura u jressqu informazzjoni sostanzjata skont il-punt (a) rigward in-networks tagħhom li kapaċi jipprovdu b’mod affidabbli l-veloċitajiet limitu stabbiliti fil-paragrafu 3 fiż-żona fil-mira li huma preżenti jew li huma ppjanati b’mod kredibbli li se jiġu mnedija fi żmien tliet snin mill-mument tal-pubblikazzjoni tal-miżura ta’ għajnuna ppjanata. Jekk l-awtorità awtorizzanti tieħu perjodu ta’ żmien iqsar jew itwal minn tliet snin għat-tnedija tal-infrastruttura sussidjata, l-istess perjodu ta’ żmien, li ma jistax ikun iqsar minn sentejn, irid jintuża wkoll biex jiġi vvalutat jekk in-networks imsemmija fis-sentenza preċedenti humiex ippjanati b’mod kredibbli li jiġu mnedija. Il-konsultazzjoni pubblika għandha ddum mill-inqas 30 jum.

5.   Il-proġett megħjun għandu jġib titjib sinifikanti (qabża sostanzjali) meta mqabbel man-networks preżenti jew ippjanati b’mod kredibbli li jiġu mnedija fi żmien tliet snin mill-mument tal-pubblikazzjoni tal-miżura ta’ għajnuna ppjanata jew fl-istess perjodu ta’ żmien bħat-tnedija tan-network sussidjat, li ma jistax ikun iqsar minn sentejn, f’konformità mal-paragrafu 4. Issir qabża sostanzjali ’l quddiem jekk, bħala riżultat tal-intervent sussidjat, isir investiment sinifikanti ġdid fin-network tal-broadband u n-network sussidjat iġib miegħu kapaċitajiet sinifikanti ġodda fis-suq f’termini ta’ disponibbiltà u kapaċità tas-servizz tal-aċċess tal-Internet bil-broadband, veloċitajiet u kompetizzjoni mqabbla man-networks attwali jew li huma ippjanati b’mod kredibbli. Il-proġett għandu jinkludi investimenti sostanzjali f’infrastruttura passiva li jmorru lil hinn mill-investimenti marġinali relatati sempliċement mat-titjib tal-elementi attivi tan-network.

6.   L-għajnuna għandha tingħata kif ġej:

(a)

l-għajnuna għandha tiġi allokata lill-fornituri tan-networks u s-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi abbażi ta’ proċedura tal-għażla kompetittiva miftuħa, trasparenti u nondiskriminatorja f’konformità mal-prinċipji tar-regoli tal-akkwist pubbliku u li tirrispetta l-prinċipju tan-newtralità teknoloġika, mingħajr preġudizzju għar-regoli applikabbli tal-akkwist pubbliku, abbażi tal-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża. Għall-finijiet tal-proċedura tal-għażla kompetittiva, l-awtorità li tagħti l-għajnuna għandha tistabbilixxi minn qabel kriterji tal-għoti kwalitattivi oġġettivi, trasparenti u nondiskriminatorji li għandhom jintiżnu kontra l-ammont ta’ għajnuna mitluba. F’kundizzjonijiet ta’ kwalità simili l-offerent bl-inqas ammont ta’ għajnuna mitluba għandu jingħata l-għajnuna.

(b)

meta l-għajnuna tingħata mingħajr proċedura ta’ għażla kompetittiva lil awtorità pubblika biex timplimenta u timmaniġġa, direttament jew permezz ta’ entità interna, network fiss tal-broadband, l-awtorità pubblika jew l-entità interna, skont il-każ, għandha tipprovdi biss servizzi bl-ingrossa bl-użu tan-network issussidjat. L-awtorità pubblika għandha tiżgura s-separazzjoni tal-kontijiet bejn il-fondi użati għall-operat tan-network u fondi oħra għad-dispożizzjoni tagħha. Kwalunkwe konċessjoni jew inkarigu ieħor lil parti terza biex tibni jew topera n-network għandha tiġi allokata permezz ta’ proċedura tal-għażla kompetittiva miftuħa, trasparenti u nondiskriminatorja, f’konformità mal-prinċipji tar-regoli tal-akkwist pubbliku u f’rispett għall-prinċipju tan-newtralità teknoloġika, mingħajr preġudizzju għar-regoli applikabbli tal-akkwist pubbliku, abbażi tal-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża.

7.   It-tħaddim tan-network issussidjat għandu joffri l-akbar aċċess bl-ingrossa attiv u passiv possibbli, skont l-Artikolu 2, il-punt (139) b’kundizzjonijiet ġusti u nondiskriminatorji, inkluża s-separazzjoni fiżika. Proġett jista’ joffri separazzjoni virtwali minflok separazzjoni fiżika jekk il-prodott tal-aċċess virtwali jiġi ddikjarat bħala ekwivalenti għas-separazzjoni fiżika mill-awtorità regolatorja nazzjonali. L-aċċess attiv bl-ingrossa għandu jingħata għal mill-inqas seba’ snin u l-aċċess bl-ingrossa għall-infrastruttura fiżika inklużi kanali jew arbli m’għandux ikun limitat fiż-żmien. L-istess kondizzjonijiet ta’ aċċess għandhom japplikaw għan-network issussidjat kollu kemm hu, inkluż fuq il-partijiet tan-network fejn intużaw infrastrutturi eżistenti. L-obbligi ta’ aċċess għandhom jiġu infurzati irrispettivament minn kwalunkwe bidla fis-sjieda, fil-ġestjoni jew fl-operat tan-network sussidjat. Fil-każ ta’ għajnuna għall-bini tal-kanali, il-kanali għandhom ikunu kbar biżżejjed biex jipprovdu għal mill-anqas tliet networks u topoloġiji differenti tan-networks.

8.   Il-prezz tal-aċċess bl-ingrossa għandu jkun ibbażat fuq wieħed mill-punti ta’ referenza li ġejjin: (i) il-medja tal-prezzijiet bl-ingrossa ppubblikati li jipprevalu f’żoni oħra komparabbli u aktar kompetittivi tal-Istat Membru jew tal-Unjoni; jew (ii) fin-nuqqas ta’ tali prezzijiet ippubblikati, il-prezzijiet regolati diġà stabbiliti jew approvati mill-awtorità regolatorja nazzjonali għas-swieq u s-servizzi kkonċernati; jew (iii) fin-nuqqas ta’ tali prezzijiet ippubblikati jew regolati, l-ipprezzar għandu jikkonforma mal-orjentazzjoni tal-kostijiet u l-metodoloġija meħtieġa skont il-qafas regolatorju settorjali. Mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi tal-awtorità regolatorja nazzjonali skont il-qafas regolatorju, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tiġi kkonsultata dwar it-termini u l-kundizzjonijiet għall-aċċess, inkluż dwar il-prezzijiet, u dwar tilwim relatat mal-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu.

9.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu mekkaniżmu ta’ monitoraġġ u ta’ rkupru jekk l-ammont ta’ għajnuna mogħtija lill-proġett jaqbeż EUR 10 miljun.”;

(23)

Jiddaħħlu l-Artikoli 52a, 52b u 52c li ġejjin:

“Artikolu 52a

Għajnuna għan-networks mobbli 4G u 5G

1.   L-għajnuna għall-introduzzjoni tan-network mobbli 4G u 5G għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit tan-notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat, sakemm il-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I jiġu sodisfatti.

2.   Il-kostijiet eliġibbli għandhom ikunu l-kostijiet kollha għall-kostruzzjoni, il-ġestjoni u l-operat ta’ network mobbli passiv. L-ammont massimu ta’ għajnuna għal proġett għandu jiġi stabbilit abbażi ta’ proċess ta’ għażla kompetittiva kif stabbilit fil-paragrafu 7, il-punt (a). Fejn investiment jitwettaq skont il-paragrafu 7, il-punt (b) mingħajr proċess ta’ għażla kompetittiv, l-ammont ta’ għajnuna ma għandux jaqbeż id-differenza bejn il-kostijiet eliġibbli u l-profitt operattiv tal-investiment. Il-profitt operattiv għandu jitnaqqas mill-kostijiet eliġibbli ex ante fuq il-bażi ta’ projezzjonijiet raġonevoli u vverifikati ex-post permezz ta’ mekkaniżmu ta’ rkupru.

3.   L-investiment tal-5G għandu jkun f’żoni fejn in-networks mobbli ma jkunux ġew imnedija jew fejn ikunu disponibbli biss networks mobbli li jkunu kapaċi jappoġġaw servizzi mobbli sa 3G u fejn ma jkunx hemm networks mobbli 4G u 5G preżenti jew mhumiex ippjanati b’mod kredibbli biex ikunu mnedija fi żmien tliet snin mill-mument tal-pubblikazzjoni tal-miżura ta’ għajnuna ppjanata jew fl-istess perjodu ta’ żmien bħat-tnedija tan-network sussidjat. li m’għandux ikun iqsar minn sentejn, li għandu jiġi vverifikat permezz ta’ mmappjar u konsultazzjoni pubblika f’konformità mal-paragrafu 4. L-investiment 4G għandu jkun f’żoni fejn ma jkunux ġew imnedija n-networks ċellulari jew fejn ikunu disponibbli biss networks mobbli li jkunu kapaċi jappoġġaw servizzi mobbli sa 2G u fejn ma jkunx hemm networks mobbli 3G, 4G jew 5G preżenti jew ippjanati b’mod kredibbli biex jiġu mnedija fi żmien tliet snin mill-mument tal-pubblikazzjoni tal-miżura ta’ għajnuna ppjanata jew fl-istess perjodu ta’ żmien bħat-tnedija tan-network sussidjat, li m’għandux ikun iqsar minn sentejn. Dan għandu jiġi vverifikat permezz tal-immappjar u l-konsultazzjoni pubblika f’konformità mal-paragrafu 4.

4.   L-immappjar u l-konsultazzjoni pubblika msemmija fil-paragrafu 3 għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(a)

l-immappjar għandu jidentifika b’mod ċar iż-żoni ġeografiċi fil-mira previsti li jkunu koperti taħt l-intervent pubbliku u għandu jqis in-networks mobbli kollha preżenti, skont it-tip ta’ investiment. L-immappjar għandu jsir abbażi tal-grilji massimi ta’ 100x100 metru. L-immappjar għandu dejjem jiġi vverifikat permezz ta’ konsultazzjoni pubblika.

(b)

il-konsultazzjoni pubblika għandha titwettaq mill-awtorità pubblika kompetenti permezz tal-pubblikazzjoni tal-karatteristiċi ewlenin tal-miżura ppjanata u l-lista taż-żoni ġeografiċi fil-mira identifikati fl-eżerċizzju tal-immappjar f’konformità mal-punt (a) fuq sit web xieraq (inkluż fil-livell nazzjonali). Il-konsultazzjoni pubblika għandha tistieden lill-partijiet interessati biex jikkummentaw dwar il-miżura u jressqu informazzjoni sostanzjata skont il-punt (a) rigward in-networks mobbli tagħhom fiż-żona fil-mira li huma preżenti jew li huma ppjanat b’mod kredibbli li se jiġu mnedija fi żmien tliet snin mill-mument tal-pubblikazzjoni tal-miżura ta’ għajnuna ppjanata. Jekk l-awtorità awtorizzanti tieħu perjodu ta’ żmien iqsar jew itwal minn tliet snin għat-tnedija tal-infrastruttura sussidjata, l-istess perjodu ta’ żmien, li ma jistax ikun iqsar minn sentejn, irid jintuża wkoll biex jiġi vvalutat jekk in-networks imsemmija fis-sentenza preċedenti huwiex ippjanat b’mod kredibbli li jiġu mnedija. Il-konsultazzjoni pubblika għandha ddum mill-inqas 30 jum.

5.   L-infrastruttura megħjuna ma għandhiex titqies biex jiġu ssodisfati l-obbligi ta’ kopertura tal-operaturi tan-networks mobbli li jirriżultaw mill-kundizzjonijiet marbuta mad-drittijiet tal-użu tal-ispettru 4G u 5G.

6.   Il-proġett appoġġat għandu jġib titjib sinifikanti (qabża sostanzjali) meta mqabbel man-networks mobbli preżenti jew ippjanati b’mod kredibbli li jiġu implimentati fi żmien tliet snin mill-mument tal-pubblikazzjoni tal-miżura ta’ għajnuna ppjanata jew fl-istess perjodu ta’ żmien bħall-implimentazzjoni tan-network sussidjat, li ma jistax ikun iqsar minn sentejn, f’konformità mal-paragrafu 4. Isseħħ qabża ’l quddiem jekk, bħala riżultat tal-intervent sussidjat, isir investiment sinifikanti ġdid fin-network mobbli u n-network sussidjat iġib miegħu kapaċitajiet sinifikanti ġodda fis-suq f’termini ta’ disponibbiltà, kapaċità, veloċitajiet u kompetizzjoni tas-servizz mobbli meta mqabbel man-networks attwali jew ippjanati b’mod kredibbli. Il-proġett irid jinkludi investimenti sostanzjali f’infrastruttura passiva li jmorru lil hinn mill-investimenti marġinali relatati sempliċement mat-titjib tal-elementi attivi tan-network.

7.   L-għajnuna għandha tingħata kif ġej:

(a)

l-għajnuna għandha tiġi allokata lill-fornituri ta’ networks u servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi abbażi ta’ proċess ta’ għażla kompetittiv miftuħ, trasparenti u nondiskriminatorju konformi mal-prinċipji tar-regoli tal-akkwist pubbliku u li jirrispetta l-prinċipju tan-newtralità teknoloġika, mingħajr preġudizzju għar-regoli applikabbli tal-akkwist pubbliku, abbażi tal-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża. Għall-finijiet tal-proċedura tal-għażla kompetittiva, l-awtorità li tagħti l-għajnuna għandha tistabbilixxi minn qabel kriterji tal-għoti kwalitattivi oġġettivi, trasparenti u nondiskriminatorji li għandhom jintiżnu kontra l-ammont ta’ għajnuna mitlub. F’kundizzjonijiet ta’ kwalità simili l-offerent bl-inqas ammont ta’ għajnuna mitluba għandu jingħata l-għajnuna.

(b)

meta l-għajnuna tingħata mingħajr proċedura ta’ għażla kompetittiva lil awtorità pubblika biex timplimenta u timmaniġġa, direttament jew permezz ta’ entità interna, network mobbli passiv, l-awtorità pubblika jew l-entità interna, skont il-każ, għandha tipprovdi biss servizzi bl-ingrossa bl-użu tan-network issussidjat. L-awtorità pubblika għandha tiżgura s-separazzjoni tal-kontijiet bejn il-fondi użati għall-operat tan-network u fondi oħra għad-dispożizzjoni tal-awtorità pubblika. Kwalunkwe konċessjoni jew inkarigu ieħor lil parti terza biex tibni jew topera n-network għandha tiġi allokata permezz ta’ proċess ta’ għażla kompetittiv miftuħ, trasparenti u mhux diskriminatorju, konformi mal-prinċipji tar-regoli tal-akkwist pubbliku u li jirrispetta l-prinċipju tan-newtralità teknoloġika mingħajr preġudizzju għar-regoli applikabbli tal-akkwist pubbliku, abbażi tal-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża.

8.   It-tħaddim tan-network issussidjat għandu joffri l-akbar aċċess bl-ingrossa attiv u passiv possibbli, skont il-punt (139) tal-Artikolu 2, b’kundizzjonijiet ġusti u nondiskriminatorji. L-aċċess attiv bl-ingrossa għandu jingħata għal mill-inqas seba’ snin u l-aċċess bl-ingrossa għall-infrastruttura fiżika inklużi kanali jew arbli m’għandux ikun limitat fiż-żmien. L-istess kondizzjonijiet ta’ aċċess għandhom japplikaw fuq in-network issussidjat kollu kemm hu, inkluż fuq il-partijiet ta’ tali network fejn intużaw infrastrutturi eżistenti. L-obbligi ta’ aċċess għandhom jiġu infurzati irrispettivament minn kwalunkwe bidla fis-sjieda, fil-ġestjoni jew fl-operat tan-network sussidjat. Fil-każ ta’ għajnuna għall-kostruzzjoni tal-kanali, il-kanali għandhom ikunu kbar biżżejjed biex jipprovdu tal-anqas għall-operaturi tan-networks mobbli eżistenti kollha.

9.   Il-prezz tal-aċċess bl-ingrossa għandu jkun ibbażat fuq wieħed mill-punti ta’ referenza li ġejjin: (i) il-medja tal-prezzijiet bl-ingrossa ppubblikati li jipprevalu f’żoni oħra komparabbli u aktar kompetittivi tal-Istat Membru jew tal-Unjoni; jew (ii) fin-nuqqas ta’ tali prezzijiet ippubblikati, il-prezzijiet regolati diġà stabbiliti jew approvati mill-awtorità regolatorja nazzjonali għas-swieq u s-servizzi kkonċernati; jew (iii) fin-nuqqas ta’ tali prezzijiet ippubblikati jew regolati, l-ipprezzar għandu jikkonforma mal-orjentazzjoni tal-kostijiet u l-metodoloġija obbligatorja skont il-qafas regolatorju settorjali. Mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi tal-awtorità regolatorja nazzjonali skont il-qafas regolatorju, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tiġi kkonsultata dwar it-termini u l-kundizzjonijiet għall-aċċess, inkluż dwar il-prezzijiet, u dwar tilwim relatat mal-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu.

10.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu mekkaniżmu ta’ monitoraġġ u ta’ rkupru jekk l-ammont ta’ għajnuna mogħtija għall-proġett jaqbeż EUR 10 miljun.

11.   L-użu tal-4G jew tan-network 5G iffinanzjati pubblikament biex jipprovdu servizzi tal-aċċess fiss bla fili għandu jkun permess biss kif ġej:

(a)

F’żoni fejn ma jkunx hemm network li kapaċi jipprovdi b’mod affidabbli veloċitajiet ta’ mill-inqas 30 Mbps għad-download, preżenti jew li huwa ppjanat b’mod kredibbli li jiġu mnedija fi żmien tliet snin mill-mument tal-pubblikazzjoni tal-miżura ta’ għajnuna ppjanata jew fl-istess orizzont ta’ żmien bħat-tnedija tan-network issussidjat, li ma jistax ikun iqsar minn sentejn, jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin: (i) l-eżerċizzju ta’ mmappjar u konsultazzjoni pubblika jqis ukoll in-networks tal-broadband fissi preżenti jew ippjanati b’mod kredibbli kif stabbliliti skont l-Artikolu 52(4); (ii) is-soluzzjoni appoġġata tal-aċċess fiss bla fili tal-4G jew tal-5G tkun kapaċi tipprovdi b’mod affidabbli veloċitajiet tad-download ta’ mill-inqas 30 Mbps u mill-inqas irduppjar tal-veloċità tad-download u tal-upload meta mqabbla man-networks fissi preżenti jew li huma ippjanati b’mod kredibbli f’dawk iż-żoni;

(b)

F’żoni fejn ma jkunx hemm network li kapaċi jipprovdi b’mod affidabbli veloċitajiet ta’ mill-inqas 100 Mbps għad-download preżenti jew li huwa ppjanat b’mod kredibbli li jiġu mnedija fi żmien tliet snin mill-mument tal-pubblikazzjoni tal-miżura ta’ għajnuna ppjanata jew fl-istess orizzont ta’ żmien bħat-tnedija tan-network issussidjat, li ma jistax ikun iqsar minn sentejn, jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin: (i) l-eżerċizzju ta’ mmappjar u konsultazzjoni pubblika jqis ukoll in-networks tal-broadband fissi preżenti jew ippjanati b’mod kredibbli stabbiliti skont l-Artikolu 52(4); (ii) is-soluzzjoni appoġġata tal-aċċess fiss bla fili tal-4G jew tal-5G tkun kapaċi tipprovdi b’mod affidabbli veloċitajiet tad-download ta’ mill-inqas 300 Mbps u tal-upload ta’ 100 Mbps u mill-inqas irduppjar tal-veloċità tad-download u tal-upload meta mqabbla man-networks fissi preżenti jew ippjanati b’mod kredibbli f’dawk iż-żoni;

Artikolu 52b

Għajnuna għal proġetti ta’ interess komuni fil-qasam tal-infrastruttura tal-konnettività diġitali trans-Ewropea

1.   L-għajnuna għal proġetti ta’ interess komuni fil-qasam tal-infrastruttura tal-konnettività diġitali trans-Ewropea ffinanzjati skont ir-Regolament (UE) 2021/1153 jew mogħtija tikketta tal-kwalità tas-Siġill ta’ Eċċellenza skont dak ir-Regolament għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat sakemm il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I jiġu sodisfatti.

2.   Il-proġetti għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet ġenerali kumulattivi kollha ta’ kompatibbiltà stabbiliti fil-paragrafu 3. Barra minn hekk, għandhom jaqgħu taħt waħda mill-kategoriji ta’ proġetti eliġibbli stabbiliti fil-paragrafu 4 u għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet speċifiċi kollha ta’ kompatibbiltà għall-kategorija rilevanti stabbilita f’dak il-paragrafu. Huma biss il-proġetti li jirreferu biss għall-elementi u l-entitajiet speċifikati taħt kull kategorija rilevanti fil-paragrafu 4 li għandhom jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-eżenzjoni fil-paragrafu 1.

3.   Il-kundizzjonijiet ġenerali kumulattivi ta’ kompatibbiltà għandhom ikunu dawn li ġejjin:

(a)

il-benefiċjarju jrid jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja ta’ mill-inqas 25 % tal-kostijiet eliġibbli permezz tar-riżorsi tiegħu stess jew permezz ta’ finanzjament estern li ma jkun fih l-ebda appoġġ finanzjarju pubbliku. Meta l-kontribuzzjoni ta’ 25 % tal-benefiċjarju tiġi pprovduta permezz ta’ finanzjament estern permezz ta’ pjattaforma ta’ investiment li tgħaqqad sorsi differenti ta’ finanzjament, il-kundizzjoni li l-finanzjament estern ma jrid ikun fih l-ebda appoġġ finanzjarju pubbliku stabbilit fis-sentenza preċedenti hija sostitwita bir-rekwiżit ta’ preżenza fil-pjattaforma ta’ mill-inqas 30 % ta’ investiment privat.

(b)

huma biss l-ispejjeż eliġibbli għall-investiment skont ir-Regolament (UE) 2021/1153 għat-tnedija tal-infrastruttura li huma eliġibbli għall-għajnuna.

(c)

il-proġett irid jintgħażel f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/1153 b’wieħed mill-modi li ġejjin:

(i)

minn intermedjarju finanzjarju indipendenti maħtur mill-Kummissjoni fuq il-bażi ta’ linji gwida ta’ investiment maqbula b’mod komuni;

(ii)

mill-Kummissjoni permezz ta’ proċess kompetittiv ta’ offerti bbażat fuq kriterji ċari, trasparenti u mhux diskriminatorji;

(iii)

minn esperti indipendenti maħtura mill-Kummissjoni.

(d)

il-proġett irid jippermetti kapaċitajiet ta’ konnettività li jmorru lil hinn mir-rekwiżiti relatati ma’ kwalunkwe obbligu legali eżistenti, bħal dawk marbuta ma’ dritt tal-użu ta’ spettru.

(e)

il-proġett irid jiżgura aċċess miftuħ bl-ingrossa minn partijiet terzi inkluż is-separazzjoni taħt kundizzjonijiet ġusti, raġonevoli u mhux diskriminatorji f’konformità mal-Artikolu 52(7) u (8) jew l-Artikolu 52a(8) u (9) kif xieraq.

4.   Il-kategoriji tal-proġetti eliġibbli u l-kundizzjonijiet kumulattivi speċifiċi ta’ kompatibbiltà applikabbli għalihom għandhom ikunu dawn li ġejjin:

(a)

investimenti fit-tnedija ta’ sezzjoni transfruntiera ta’ kuritur 5G tul kuritur tat-trasport identifikat fil-linji gwida tan-network trans-Ewropew tat-trasport kif stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 (kurituri TEN-T) li jissodisfaw il-kundizzjonijiet kumulattivi speċifiċi li ġejjin:

(i)

il-proġett jikkonsisti f’sezzjoni transfruntiera ta’ kuritur 5G li jaqsam il-fruntiera bejn żewġ Stati Membri jew aktar, jew jaqsam il-fruntiera ta’ mill-inqas Stat Membru wieħed u mill-inqas pajjiż wieħed taż-Żona Ekonomika Ewropea;

(ii)

is-sezzjonijiet transfruntiera totali tal-kurituri 5G li jinsabu fi Stat Membru ma għandhomx jirrappreżentaw aktar minn 15 % tat-tul totali tal-kurituri 5G tul in-network ewlieni trans-Ewropew tat-trasport f’dak l-Istat Membru li mhumiex koperti minn kwalunkwe obbligu legali eżistenti, bħal dawk marbuta ma’ dritt għall-użu tal-ispettru. Eċċezzjonalment, jekk Stat Membru jappoġġa it-tnedija ta’ kurituri 5G transfruntiera tul in-network komprensiv tat-trasport trans-Ewropew tiegħu, is-sezzjonijiet transfruntiera totali tal-kurituri 5G li jinsabu f’dak l-Istat Membru ma għandhomx jirrappreżentaw aktar minn 15 % tat-tul totali tal-kurituri 5G tul in-network komprensiv trans-Ewropew tat-trasport f’dak l-Istat Membru li mhumiex koperti minn kwalunkwe obbligu legali eżistenti, bħal dawk marbuta ma’ dritt għall-użu tal-ispettru;

(iii)

il-proġett jiżgura investiment ġdid sinifikanti fin-network mobbli 5G adatt għal servizzi ta’ mobbiltà konnessi u awtomatizzati li jmorru lil hinn mill-investimenti marġinali relatati sempliċiment mat-titjib tal-elementi attivi tan-network;

(iv)

il-proġett jappoġġa t-tnedija ta’ infrastruttura passiva ġdida biss jekk l-infrastruttura passiva eżistenti ma tkunx tista’ terġa’ tintuża.

(b)

investimenti fit-tnedija ta’ sezzjoni transfruntiera ta’ network ewlieni pan-Ewropew tat-terabits li jappoġġa l-għanijiet tal-Impriża Konġunta għall-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja Ewropew billi jiġu interkonnessi ċerti faċilitajiet tal-computing, faċilitajiet tas-supercomputing u infrastrutturi tad-data li jissodisfaw il-kundizzjonijiet kumulattivi speċifiċi li ġejjin:

(i)

il-proġett għandu jniedi jew jakkwista assi ta’ konnettività, inklużi d-Drittijiet tal-Użu Indevjabbli, il-fibra skura jew it-tagħmir, għall-bini ta’ sezzjoni transfruntiera ta’ network ewlieni pan-Ewropew li jappoġġa l-interkonnessjoni ma’ konnettività minn tarf sa tarf mingħajr restrizzjonijiet ta’ minimu ta’ 1 Tbps, ta’ mill-inqas żewġ faċilitajiet tal-informatika, faċilitajiet tas-supercomputing jew infrastrutturi tad-data li: (1) huma entitajiet ospitanti tal-Impriża Konġunta għall-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja Ewropew stabbilita skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1488 (*), jew huma infrastrutturi tar-riċerka u infrastrutturi oħra tal-computing u tad-data li jappoġġaw inizjattivi ewlenin u missjonijiet tar-riċerka stabbiliti fir-Regolament (UE) 2021/695 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (**) u fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 723/2009 li jikkontribwixxu għall-objettivi tal-Impriża Konġunta għall-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja Ewropew; u (2) jinsabu f’mill-inqas żewġ Stati Membri jew mill-inqas Stat Membru wieħed u mill-inqas membru wieħed taż-Żona Ewropea tar-Riċerka;

(ii)

il-proġett jiżgura investiment ġdid sinifikanti fin-network ewlieni li jmur lil hinn minn investimenti marġinali, bħal investimenti relatati ma’ sempliċi titjib jew liċenzjar tas-software.

(iii)

l-akkwist ta’ assi tal-konnettività jitwettaq permezz ta’ akkwist pubbliku; u

(iv)

il-proġett jappoġġa t-tnedija ta’ infrastruttura passiva ġdida biss jekk l-infrastruttura passiva eżistenti ma tkunx tista’ terġa’ tintuża.

(c)

investimenti fit-tnedija ta’ sezzjoni transfruntiera ta’ network ewlieni li jgħaqqad flimkien l-infrastrutturi tal-cloud ta’ ċerti muturi soċjoekonomiċi li jissodisfaw il-kundizzjonijiet kumulattivi speċifiċi li ġejjin:

(i)

il-proġett jgħaqqad l-infrastrutturi tal-cloud ta’ muturi soċjoekonomiċi li huma amministrazzjonijiet pubbliċi jew entitajiet pubbliċi jew privati inkarigati bit-tħaddim ta’ servizzi ta’ interess ġenerali jew ta’ servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali skont it-tifsira tal-Artikolu 106(2) tat-Trattat;

(ii)

il-proġett jikkonsisti f’sezzjoni transkonfinali ta’ tnedija ta’ networks ewlenija transfruntieri ġodda jew titjib sinifikanti ta’ dawk eżistenti li (1) jaqsmu l-fruntiera bejn żewġ Stati Membri jew aktar jew (2) jaqsmu l-fruntiera bejn mill-inqas Stat Membru wieħed u mill-inqas pajjiż wieħed taż-Żona Ekonomika Ewropea;

(iii)

il-proġett ikopri mill-inqas żewġ muturi soċjoekonomiċi eliġibbli taħt il-punt (i), kull wieħed jopera fi Stat Membru differenti jew fi Stat Membru wieħed u pajjiż wieħed taż-Żona Ekonomika Ewropea;

(iv)

il-proġett jiżgura investiment ġdid sinifikanti fin-network ewlieni li jmur lil hinn minn investimenti marġinali, bħal investimenti relatati ma’ sempliċi titjib jew liċenzjar tas-software. Il-proġett għandu jkun kapaċi jipprovdi b’mod affidabbli veloċitajiet simetriċi ta’ download u upload ta’ mill-inqas multipli ta’ 10 Gbps;

(v)

il-proġett jappoġġa t-tnedija ta’ infrastruttura passiva ġdida biss jekk l-infrastruttura passiva eżistenti ma tkunx tista’ terġa’ tintuża.

(d)

Investimenti fit-tnedija ta’ network ta’ kejbil taħt il-baħar li jissodisfa l-kondizzjonijiet kumulattivi speċifiċi li ġejjin:

(i)

il-proġett jikkonsisti f’sezzjoni transkonfinali ta’ network ta’ kejbil taħt il-baħar li (1) jaqsam il-fruntiera bejn żewġ Stati Membri jew aktar, jew (2) jaqsam il-fruntiera ta’ mill-anqas Stat Membru wieħed u mill-anqas pajjiż wieħed taż-Żona Ekonomika Ewropea. Alternattivament, l-entità li tirċievi l-għajnuna għandha tiżgura biss il-forniment ta’ servizzi bl-ingrossa u l-infrastruttura appoġġata għandha ttejjeb il-konnettività tar-reġjuni ultraperiferiċi Ewropej, tat-territorji extra-Ewropej, jew ta’ reġjuni ta’ gżejjer, anki fi ħdan Stat Membru wieħed;

(ii)

Il-proġett ma jridx ikun jikkonċerna rotot moqdija diġà minn tal-inqas żewġ infrastrutturi ewlenija attwali jew li huma ippjanati b’mod kredibbli;

(iii)

Il-proġett jiżgura investiment ġdid sinifikanti fin-network tal-kejbil taħt il-baħar, billi jvara kejbil ġdid taħt il-baħar jew konnessjoni ma’ kejbil eżistenti taħt il-baħar, u jindirizza kwistjonijiet ta’ sensji u jmur lil hinn minn investimenti marġinali. Il-proġett għandu jkun kapaċi jipprovdi b’mod affidabbli veloċitajiet simetriċi ta’ download u upload ta’ mill-inqas 1 Gbps;

(iv)

Il-proġett jappoġġa t-tnedija ta’ infrastruttura passiva ġdida biss jekk l-infrastruttura passiva eżistenti ma tkunx tista’ terġa’ tintuża.

Artikolu 52c

Vawċers ta’ Konnettività

1.   L-għajnuna fil-forma ta’ skema ta’ vawċers għall-konnettività għall-konsumaturi sabiex jiġu ffaċilitati s-servizzi tat-telexogħol, tal-edukazzjoni online, tat-taħriġ jew għall-SMEs għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3) tat-Trattat u tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat, sakemm jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I.

2.   It-tul ta’ żmien tal-iskema ta’ vawċers ma għandux jaqbeż l-24-il xahar.

3.   Il-kategoriji li ġejjin ta’ skemi ta’ vawċers għandhom ikunu eliġibbli:

(a)

skemi ta’ vawċers disponibbli għall-konsumaturi għall-abbonament għal servizz ġdid ta’ aċċess għall-Internet bil-broadband jew għall-aġġornament tal-abbonament attwali għal servizz li jipprovdi veloċitajiet ta’ mill-inqas 30 Mbps għad-download, dment li l-fornituri kollha ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika li kapaċi jipprovdu b’mod affidabbli veloċitajiet ta’ mill-inqas 30 Mbps għad-download ikunu eliġibbli taħt l-iskema ta’ vawċers, filwaqt li l-vawċers ma għandhomx jingħataw għal bdil lejn fornituri li jipprovdu l-istess veloċitajiet jew għal titjib ta’ abbonament eżistenti ta’ mill-inqas 30 Mbps għad-download;

(b)

skemi ta’ vawċers disponibbli għall-SMEs għall-abbonament għal servizz ġdid ta’ aċċess għall-Internet bil-broadband jew għall-aġġornament tal-abbonament attwali għal servizz li jipprovdi veloċitajiet ta’ mill-inqas 100 Mbps għad-download, dment li l-fornituri kollha li kapaċi jipprovdu b’mod affidabbli veloċitajiet ta’ mill-inqas 100 Mbps għad-download ikunu eliġibbli taħt l-iskema ta’ vawċers, filwaqt li l-vawċers ma għandhomx jingħataw għal bdil lejn fornituri li jipprovdu l-istess veloċitajiet jew titjib ta’ abbonament eżistenti ta’ mill-inqas 100 Mbs għad-download.

4.   Il-vawċers għandhom ikopru sa 50 % tal-kostijiet totali tal-istabbiliment u t-tariffa ta’ kull xahar għall-abbonament għal servizz ta’ aċċess għall-Internet bil-broadband bil-veloċitajiet speċifikati fil-paragrafu 3, kemm jekk fuq bażi awtonoma kif ukoll jekk bħala parti minn pakkett ta’ servizzi, li jinkludu mill-inqas it-tagħmir terminali meħtieġ (modem/router) għall-aċċess għall-Internet bil-veloċità speċifikata fil-paragrafu 3. Il-vawċer għandu jitħallas mill-awtoritajiet pubbliċi direttament lill-utenti finali jew direttament lill-fornitur tas-servizzi magħżul mill-utenti finali, f’liema każ l-ammont tal-vawċer għandu jitnaqqas mill-fattura tal-utenti finali.

5.   Il-vawċers għandhom ikunu disponibbli għall-konsumaturi jew l-SMEs biss f’żoni fejn hemm mill-inqas network eżistenti wieħed li kapaċi jipprovdi b’mod affidabbli l-veloċitajiet speċifikati fil-paragrafu 3, li għandhom jiġu vverifikati permezz ta’ mmappjar u konsultazzjoni pubblika. L-eżerċizzju ta’ mmappjar u l-konsultazzjoni pubblika għandu jidentifika ż-żoni ġeografiċi fil-mira koperti minn mill-inqas network wieħed li kapaċi jipprovdi b’mod affidabbli l-veloċità speċifikata fil-paragrafu 3 għat-tul tal-iskema ta’ vawċers, il-fornituri eliġibbli preżenti fiż-żona u jiġbor informazzjoni biex jiġi kkalkulat is-sehem mis-suq tagħhom. L-immappjar għandu jitwettaq (i) għan-networks fissi bbażati fuq il-wajers fil-livell tal-indirizzi abbażi tal-bini mgħoddi u (ii) għal networks fissi b’aċċess bla fili jew għan-networks mobbli fil-livell tal-indirizzi abbażi tal-bini li jkun għadda minnu jew abbażi ta’ grilji ta’ massimu ta’ 100x100 metru. L-immappjar għandu dejjem jiġi vverifikat permezz ta’ konsultazzjoni pubblika. Il-konsultazzjoni pubblika għandha titwettaq mill-awtorità pubblika kompetenti permezz tal-pubblikazzjoni tal-karatteristiċi ewlenin tal-miżura ppjanata u l-lista taż-żoni ġeografiċi fil-mira identifikati fl-eżerċizzju tal-immappjar fuq sit web xieraq, inkluż fil-livell nazzjonali. Il-konsultazzjoni pubblika għandha tistieden lill-partijiet interessati biex jikkummentaw dwar l-abbozz tal-miżura u biex jissottomettu informazzjoni sostanzjata rigward in-networks eżistenti tagħhom li kapaċi jipprovdu b’mod affidabbli l-veloċità speċifikata fil-paragrafu 3. Il-konsultazzjoni pubblika għandha ddum mill-inqas 30 jum.

6.   L-iskema ta’ vawċers għandha tikkonforma mal-prinċipju tan-newtralità teknoloġika, fis-sens li l-vawċers jistgħu jintużaw għal abbonamenti għal servizzi ta’ kwalunkwe operatur li kapaċi jipprovdi b’mod affidabbli l-veloċitajiet speċifikati fil-paragrafu 3 fuq network eżistenti tal-broadband, irrispettivament mit-teknoloġiji użati. Sabiex tiġi ffaċilitata l-għażla tal-konsumaturi jew l-SMEs, il-lista ta’ fornituri eliġibbli għal kull żona ġeografika fil-mira għandha tiġi ppubblikata onlajn u kull fornitur interessat għandu jkun jista’ japplika biex jiġi inkluż fuq il-bażi ta’ kriterji miftuħa, trasparenti u mhux diskriminatorji.

7.   Sabiex ikun eliġibbli, f’każijiet fejn il-fornitur tas-servizz tal-aċċess għall-Internet bil-broadband ikun integrat vertikalment u jkollu sehem mis-suq tal-konsumaturi ta’ aktar minn 25 %, dan għandu joffri fis-suq tal-aċċess bl-ingrossa korrispondenti lil kwalunkwe fornitur tas-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika mill-inqas prodott wieħed tal-aċċess bl-ingrossa li jkun jista’ jiżgura li min ifittex aċċess ikun jista’ jipprovdi servizz bl-imnut b’mod affidabbli bil-veloċità speċifikata fil-paragrafu 3, b’kundizzjonijiet miftuħa, trasparenti u mhux diskriminatorji. Il-prezz tal-aċċess bl-ingrossa għandu jkun stabbilit fuq wieħed mill-punti ta’ riferiment li ġejjin: (i) il-medja tal-prezzijiet bl-ingrossa ppubblikati li jipprevalu f’żoni oħra komparabbli u aktar kompetittivi tal-Istat Membru jew tal-Unjoni; jew (ii) fin-nuqqas ta’ tali prezzijiet ippubblikati, il-prezzijiet regolati diġà stabbiliti jew approvati mill-awtorità regolatorja nazzjonali għas-swieq u s-servizzi kkonċernati; jew (iii) fin-nuqqas ta’ tali prezzijiet ippubblikati jew regolati, l-ipprezzar għandu jikkonforma mal-orjentazzjoni tal-kostijiet u l-metodoloġija obbligatorja skont il-qafas regolatorju settorjali. Mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi tal-awtorità regolatorja nazzjonali skont il-qafas regolatorju, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tiġi kkonsultata dwar it-termini u l-kundizzjonijiet għall-aċċess, inkluż dwar il-prezzijiet, u dwar tilwim relatat mal-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu.

(*)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1488 tat-28 ta’ Settembru 2018 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta għall-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja Ewropew (ĠU L 252, 8.10.2018, p. 1)."

(**)  ir-Regolament (UE) 2021/695 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-28 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Orizzont Ewropa – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, li jistabbilixxi r-regoli tiegħu għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni, u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1290/2013 u (UE) Nru 1291/2013 (ĠU L 170, 12.5.2021, p. 1).”"

(24)

It-Taqsima 16 li ġejja tiddaħħal wara l-Artikolu 56c:

TAQSIMA 16

Għajnuna involuta fi prodotti finanzjarji appoġġati mill-Fond InvestEU

Artikolu 56d

Kamp ta’ applikazzjoni u kundizzjonijiet komuni

1.   Din it-Taqsima għandha tapplika għall-għajnuna involuta fi prodotti finanzjarji appoġġati mill-Fond InvestEU li jipprovdu għajnuna lill-imsieħba inkarigati mill-implimentazzjoni, lill-intermedjarji finanzjarji jew lill-benefiċjarji finali.

2.   L-għajnuna għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat, sakemm il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu I, f’dan l-Artikolu, u, jew fl-Artikolu 56e jew fl-Artikolu 56f, ikunu sodisfatti.

3.   L-għajnuna għandha tikkonforma mal-kundizzjonijiet applikabbli kollha stabbiliti fir-Regolament (UE) 2021/523 u l-Linji Gwida dwar l-Investiment tal-InvestEU stabbiliti fl-Anness tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1078 (*).

4.   Il-limiti massimi stabbiliti fl-Artikoli 56e u 56f għandhom japplikaw għall-finanzjament totali pendenti, safejn dak il-finanzjament ipprovdut taħt kwalunkwe prodott finanzjarju appoġġat mill-Fond InvestEU, ikun fih l-għajnuna. Il-limiti massimi għandhom japplikaw:

(a)

għal kull proġett fil-każ ta’ għajnuna koperta mill-Artikolu 56e(2) u (4), l-Artikolu 56e(5), il-punt (a)(i), l-Artikolu 56e(6) u (7), l-Artikolu 56e(8), il-punti (a) u (b) u l-Artikolu 56e(9;

(b)

għal kull benefiċjarju finali fil-każ ta’ għajnuna koperta mill-Artikolu 56e(5), il-punti (a)(ii) u (iii), l-Artikolu 56e(8), il-punt (d), l-Artikolu 56e(10) u l-Artikolu 56f.

5.   L-għajnuna ma għandhiex tingħata fil-forma ta’ rifinanzjament ta’ jew garanziji fuq portafolji eżistenti ta’ intermedjarji finanzjarji.

Artikolu 56e

Il-kundizzjonijiet għall-għajnuna involuta fi prodotti finanzjarji appoġġati mill-Fond InvestEU

1.   L-għajnuna lill-benefiċjarju finali taħt prodott finanzjarju appoġġat mill-Fond InvestEU għandha:

(a)

tikkonforma mal-kundizzjonijiet stabbiliti f’wieħed mill-paragrafi 2 sa 9; u

(b)

fejn il-finanzjament jiġi pprovdut fil-forma ta’ self lill-benefiċjarju finali, ikollu rata ta’ imgħax li tikkorrispondi mill-inqas mar-rata bażi tar-rata ta’ referenza applikabbli fil-ħin tal-għoti tas-self.

2.   Għajnuna għal proġetti ta’ interess komuni fil-qasam tal-infrastruttura tal-konnettività diġitali trans-Ewropea ffinanzjati skont ir-Regolament (UE) 2021/1153 jew mogħtija tikketta tal-kwalità tas-Siġill ta’ Eċċellenza skont dak ir-Regolament għandha tingħata biss lil proġetti li jissodisfaw il-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi kollha ta’ kompatibbiltà stabbiliti fl-Artikolu 52b. L-ammont nominali tal-finanzjament totali pprovdut lil kwalunkwe benefiċjarju finali għal kull proġett taħt l-appoġġ tal-Fond InvestEU ma għandux jaqbeż EUR 150 miljun.

3.   Għajnuna għal investimenti f’networks fissi tal-broadband biex jiġu konnessi biss ċerti muturi soċjoekonomiċi eliġibbli għandha tkun konformi mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-għajnuna għandha tingħata biss lil proġetti li jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha ta’ kompatibbiltà stabbiliti fl-Artikolu 52 sakemm ma jkunx indikat mod ieħor fil-punti (c) u (d) ta’ dan il-paragrafu;

(b)

l-ammont nominali tal-finanzjament totali pprovdut lil kwalunkwe benefiċjarju finali għal kull proġett taħt l-appoġġ tal-Fond InvestEU ma għandux jaqbeż EUR 150 miljun;

(c)

il-proġett jgħaqqad biss muturi soċjoekonomiċi li huma amministrazzjonijiet pubbliċi jew entitajiet pubbliċi jew privati inkarigati bit-tħaddim ta’ servizzi ta’ interess ġenerali jew ta’ servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali skont it-tifsira tal-Artikolu 106(2) tat-Trattat. Il-proġetti li jinkludu elementi jew entitajiet minbarra dawk speċifikati taħt dan il-punt huma esklużi;

(d)

b’deroga mill-Artikolu 52(4), il-falliment tas-suq identifikat irid jiġi vverifikat jew permezz ta’ mmappjar xieraq disponibbli jew, meta dan l-immappjar ma jkunx disponibbli, permezz ta’ konsultazzjoni pubblika, kif stabbilit kif ġej:

(i)

l-immappjar jista’ jitqies xieraq jekk ma jkunx eqdem minn 18-il xahar u jinkludi n-networks kollha li kapaċi jipprovdu b’mod affidabbli veloċitajiet ta’ millinqas 100 Mbps għad-download iżda inqas minn 300 Mbps għad-download (veloċitajiet ta’ limitu) li jgħaddu mill-bini ta’ mutur soċjoekonomiku eliġibbli identifikat fil-punt (c). Dan l-immappjar għandu jitwettaq mill-awtorità pubblika kompetenti, għandu jqis in-networks kollha li kapaċi jipprovdu b’mod affidabbli l-veloċitajiet ta’ limitu preżenti jew ippjanati b’mod kredibbli fit-tliet snin li ġejjin jew fl-istess orizzont ta’ żmien bħall-intervent appoġġat ippjanat, li ma jistax ikun iqsar minn sentejn, u għandu jitwettaq (i) għal networks purament fissi fil-livell tal-indirizzi abbażi tal-bini mgħoddi; u (ii) għan-networks fissi bl-aċċess bla fili, fil-livell tal-indirizzi abbażi tal-bini mgħoddi jew abbażi ta’ grilji ta’ massimu ta’ 100x100 metru;

(ii)

il-konsultazzjoni pubblika trid titwettaq mill-awtorità pubblika kompetenti permezz tal-pubblikazzjoni fuq sit web xieraq li tistieden lill-partijiet interessati jikkummentaw dwar l-abbozz tal-miżura u jressqu informazzjoni sostanzjata dwar networks li kapaċi jipprovdu b’mod affidabbli veloċitajiet ta’ mill-inqas 100 Mbps għad-download iżda inqas minn 300 Mbps għad-download (veloċitajiet ta’ limitu) preżenti jew li huma ippjanati b’mod kredibbli fit-tliet snin li ġejjin jew fl-istess orizzont ta’ żmien bħall-intervent appoġġat ippjanat, li ma jistax ikun iqsar minn sentejn, li jgħaddi mill-bini ta’ mutur soċjoekonomiku eliġibbli kif imsemmi fil-punt (c), abbażi tal-informazzjoni: (i) għal networks purament fissi, fil-livell tal-indirizzi abbażi tal-bini mgħoddi; u (ii) għan-networks fissi b’aċċess bla fili, fil-livell tal-indirizzi abbażi tal-bini mgħoddi jew abbażi ta’ grilji ta’ massimu ta’ 100x100 metru. Il-konsultazzjoni pubblika għandha ddum mill-inqas 30 jum.

4.   L-għajnuna għall-produzzjoni tal-enerġija u l-infrastruttura tal-enerġija għandha tikkonforma mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-għajnuna għandha tingħata biss għall-investimenti f’infrastruttura tal-enerġija li tuża l-gass u l-elettriku li mhux eżentata mill-aċċess ta’ partijiet terzi, ir-regolamentazzjoni tat-tariffi u s-separazzjoni f’konformità mal-leġiżlazzjoni dwar is-suq intern tal-enerġija għall-kategoriji ta’ proġetti li ġejjin:

(i)

fir-rigward tal-infrastruttura tal-gass, il-proġetti inklużi fil-lista prevalenti tal-Unjoni ta’ Proġetti ta’ Interess Komuni fl-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 347/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (**);

(ii)

fir-rigward tal-infrastruttura tal-elettriku:

(1)

grilji intelliġenti, inklużi investimenti fl-iżvilupp, l-intelliġenza u l-modernizzazzjoni tal-infrastruttura tat-trażmissjoni u d-distribuzzjoni tal-elettriku;

(2)

proġetti oħra:

li jissodisfaw kwalunkwe wieħed mill-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 4(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 347/2013; jew

li huma inklużi fil-lista prevalenti tal-Unjoni ta’ Proġetti ta’ Interess Komuni fl-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 347/2013;

(3)

proġetti oħra, bl-esklużjoni tal-ħżin tal-elettriku, f’żoni assistiti;

(iii)

proġetti għall-ħżin tal-elettriku, ibbażati fuq teknoloġija ġdida u innovattiva, irrispettivament mil-livell ta’ vultaġġ tal-konnessjoni man-network;

(b)

l-għajnuna għall-investiment għall-ġenerazzjoni ta’ enerġija minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli għandha tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:

(i)

l-għajnuna għandha tingħata biss għall-impjanti ġodda magħżula fuq bażi kompetittiva, trasparenti, oġġettiva u mhux diskriminatorja;

(ii)

l-għajnuna tista’ tingħata wkoll lil impjanti ġodda flimkien ma’ tagħmir għall-ħżin jew elettrolizzaturi tal-idroġenu, sakemm kemm it-tagħmir tal-ħżin tal-elettriku jew tal-idroġenu u l-elettrolizzaturi tal-idroġenu jkunu jużaw biss l-enerġija ġġenerata mill-impjant(i) tal-enerġija rinnovabbli;

(iii)

l-għajnuna ma għandhiex tingħata għal impjanti tal-idroenerġija li ma jikkonformawx mal-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 2000/60/KE;

(iv)

fil-każ ta’ impjanti li jipproduċu bijokarburanti, l-għajnuna għandha tingħata biss għal impjanti li jipproduċu bijokarburanti sostenibbli għajr bijokarburanti bbażati fuq l-ikel.

(c)

L-ammont nominali tal-finanzjament totali pprovdut lil kwalunkwe benefiċjarju finali għal kull proġett imsemmi fil-punt (a) taħt l-appoġġ tal-Fond InvestEU ma għandux jaqbeż EUR 150 miljun. L-ammont nominali tal-finanzjament totali pprovdut lil kwalunkwe benefiċjarju finali għal kull proġett imsemmi fil-punt (b) taħt l-appoġġ tal-Fond InvestEU ma għandux jaqbeż EUR 75 miljun.

5.   L-għajnuna għall-infrastruttura u l-attivitajiet tal-wirt soċjali, edukattiv, kulturali u naturali għandha tikkonforma mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-ammont nominali tal-finanzjament totali pprovdut lil kwalunkwe benefiċjarju finali taħt l-appoġġ tal-Fond InvestEU ma għandux jaqbeż:

(i)

EUR 100 miljun għal kull proġett għal investimenti fl-infrastruttura użata għall-forniment ta’ servizzi soċjali u għall-edukazzjoni; EUR 150 miljun għal kull proġett għal skopijiet u attivitajiet kulturali u ta’ konservazzjoni tal-patrimonju stabbiliti fl-Artikolu 53(2), inkluż il-wirt naturali;

(ii)

EUR 30 miljun għal attivitajiet relatati mas-servizzi soċjali;

(iii)

EUR 75 miljun għal attivitajiet relatati mal-kultura u l-konservazzjoni tal-patrimonju; u

(iv)

EUR 5 miljun għall-edukazzjoni u t-taħriġ.

(b)

l-għajnuna ma għandhiex tingħata għal taħriġ li għandu l-għan li jikkonforma mar-rekwiżiti obbligatorji nazzjonali tat-taħriġ.

6.   L-għajnuna għat-trasport u għall-infrastrutturi tat-trasport għandha tikkonforma mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-għajnuna għall-infrastruttura, ħlief għall-portijiet, għandha tingħata biss għall-proġetti li ġejjin:

(i)

proġetti ta’ interess komuni kif definiti fl-Artikolu 3, il-punt (a), tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013, ħlief għal proġetti li jikkonċernaw l-infrastruttura tal-port jew tal-ajruport;

(ii)

konnessjonijiet man-nodi urbani tan-network trans-Ewropew tat-trasport;

(iii)

materjal fuq ir-roti għall-forniment biss ta’ servizzi tat-trasport ferrovjarju mhux koperti minn kuntratt ta’ servizz pubbliku skont it-tifsira tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (***), sakemm il-benefiċjarju jkun membru ġdid;

(iv)

it-trasport urban;

(v)

infrastruttura tal-iċċarġjar mill-ġdid jew tar-riforniment tal-fjuwil li tissupplixxi lill-vetturi bl-elettriku jew bl-idroġenu rinnovabbli.

(b)

l-għajnuna għall-proġetti tal-infrastruttura tal-port għandha tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:

(i)

l-għajnuna tista’ tingħata biss għal investimenti fl-infrastruttura tal-aċċess u fl-infrastruttura tal-port li jsiru disponibbli għall-utenti interessati fuq bażi ugwali u mhux diskriminatorja skont it-termini tas-suq;

(ii)

kwalunkwe konċessjoni jew inkarigu ieħor lil parti terza biex tibni, ittejjeb, topera jew tikri infrastruttura tal-port megħjuna għandha tiġi assenjata fuq bażi kompetittiva, trasparenti, mhux diskriminatorja u mingħajr kundizzjonijiet;

(iii)

l-għajnuna ma għandhiex tingħata għal investimenti fis-sovrastrutturi tal-port.

(c)

l-ammont nominali tal-finanzjament totali pprovdut taħt il-punt (a) jew (b) lil kwalunkwe benefiċjarju finali għal kull proġett taħt l-appoġġ tal-Fond InvestEU ma għandux jaqbeż EUR 150 miljun.

7.   L-għajnuna għall-infrastrutturi l-oħra għandha tikkonforma mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-għajnuna għandha tingħata biss għall-proġetti li ġejjin:

(i)

investiment fil-provvista tal-ilma u l-infrastruttura tal-ilma mormi għall-pubbliku ġenerali;

(ii)

investiment fir-riċiklaġġ u t-tħejjija tal-iskart għall-użu mill-ġdid skont l-Artikolu 47(1) sa (6), sakemm ikun immirat għall-ġestjoni tal-iskart iġġenerat minn impriżi oħra;

(iii)

investiment fl-infrastruttura tar-riċerka;

(iv)

investiment fil-kostruzzjoni jew it-titjib ta’ faċilitajiet ta’ ragruppament tal-innovazzjoni;

(b)

l-ammont nominali tal-finanzjament totali pprovdut lil kwalunkwe benefiċjarju finali għal kull proġett taħt l-appoġġ tal-Fond InvestEU ma għandux jaqbeż EUR 100 miljun.

8.   L-għajnuna għall-ħarsien tal-ambjent, inkluż il-ħarsien tal-klima, għandha tikkonforma mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-għajnuna għandha tingħata biss għall-proġetti li ġejjin:

(i)

investimenti li jippermettu lill-impriżi jirrimedjaw jew jipprevjenu ħsara lill-ambjent fiżiku (inkluż it-tibdil fil-klima) jew lir-riżorsi naturali mill-attivitajiet proprji ta’ benefiċjarju, sakemm l-investiment imur lil hinn mill-istandards tal-Unjoni għall-protezzjoni ambjentali jew iżid il-livell ta’ protezzjoni ambjentali fin-nuqqas ta’ standards tal-Unjoni jew jikkostitwixxi adattament bikri għall-istandards futuri tal-Unjoni għall-protezzjoni ambjentali;

(ii)

miżuri li jtejbu l-effiċjenza fl-enerġija ta’ impriża, sakemm ma jsirx it-titjib fl-effiċjenza fl-enerġija biex jiġi żgurat li l-impriża tikkonforma mal-istandards tal-Unjoni diġà adottati, anke jekk dawn ikunu għadhom mhumiex fis-seħħ;

(iii)

rimedjar ta’ siti kkontaminati, sakemm l-ebda persuna ġuridika jew fiżika responsabbli għall-ħsara ambjentali skont il-liġi applikabbli ma tkun identifikata skont il-prinċipju ta’ “min iniġġes iħallas” kif imsemmi fl-Artikolu 45(3);

(iv)

studji ambjentali;

(v)

it-titjib u r-restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi fejn dik l-attività tikkontribwixxi għall-protezzjoni, il-konservazzjoni jew ir-restawr tal-bijodiversità u għall-kisba tal-kundizzjoni tajba tal-ekosistemi, jew għall-protezzjoni tal-ekosistemi li diġà huma f’kundizzjoni tajba.

(b)

mingħajr preġudizzju għall-punt (a), fejn il-miżura ta’ għajnuna tirrigwarda t-titjib tal-effiċjenza fl-enerġija ta’ (1) bini residenzjali, (2) bini ddedikat għall-provvista ta’ edukazzjoni jew għal attivitajiet relatati ma’ servizzi soċjali jew għal servizzi tal-ġustizzja, il-pulizija jew it-tifi tan-nar, (3) bini ddedikat għal attivitajiet relatati mal-amministrazzjoni pubblika, jew (4) bini msemmi f’(1), (2) jew (3) u li fih attivitajiet minbarra dawk imsemmija f’(1), (2) jew (3) jokkupaw inqas minn 35 % tal-erja interna tal-art, l-għajnuna tista’ tingħata wkoll għal miżuri li jtejbu simultanjament l-effiċjenza fl-enerġija ta’ dawk il-binjiet u jintegraw kwalunkwe wieħed mill-investimenti li ġejjin jew l-investimenti kollha li ġejjin:

(i)

impjanti integrati li jiġġeneraw enerġija rinnovabbli fuq il-post tal-bini kkonċernat mill-miżura ta’ għajnuna għall-effiċjenza enerġetika. L-installazzjoni integrata tal-enerġija rinnovabbli fuq il-post għandha x’taqsam mal-produzzjoni tal-elettriku u/jew tas-sħana. Tista’ tiġi kkombinata ma’ tagħmir għall-ħżin tal-enerġija rinnovabbli ġġenerata fuq il-post;

(ii)

installazzjonijiet ta’ ħżin fuq il-post;

(iii)

it-tagħmir u l-infrastruttura relatata inkorporati fil-bini għall-iċċarġjar mill-ġdid ta’ vetturi elettriċi tal-utenti tal-bini;

(iv)

investimenti għad-diġitalizzazzjoni tal-bini, b’mod partikolari biex jiżdied il-potenzjal ta’ intelliġenza tiegħu. L-investimenti għad-diġitalizzazzjoni tal-bini jistgħu jinkludu interventi limitati għal wajers passivi interni jew kejbils strutturati għan-networks tad-data u, jekk ikun meħtieġ, il-parti anċillari tan-network passiv fuq il-proprjetà privata barra l-bini. Il-wajers u l-kejbils għan-networks tad-data barra mill-proprjetà privata huma esklużi.

Il-benefiċjarju finali tal-għajnuna jista’ jkun jew sid(ien) tal-bini jew inkwilin(i), skont min jikseb il-finanzjament għall-proġett;

(c)

l-ammont nominali tal-finanzjament totali pprovdut lil kwalunkwe benefiċjarju finali għal kull proġett imsemmi fil-punt (a) taħt l-appoġġ tal-Fond InvestEU ma għandux jaqbeż EUR 50 miljun;

(d)

l-ammont nominali tal-finanzjament totali pprovdut għal kull proġett imsemmi fil-punt (b) taħt l-appoġġ tal-Fond InvestEU ma għandux jaqbeż EUR 50 miljun għal kull benefiċjarju finali u bini;

(e)

l-għajnuna għall-miżuri li jtejbu l-effiċjenza fl-enerġija tal-bini msemmija fil-punt (b) tista’ tkun marbuta wkoll mal-faċilitazzjoni tal-kuntratti tar-rendiment fl-użu tal-enerġija soġġett għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i)

l-appoġġ jieħu l-forma ta’ self jew garanzija lill-fornitur tal-miżuri għat-titjib tal-effiċjenza enerġetika skont kuntratt tar-rendiment tal-enerġija, jew jikkonsisti fi prodott finanzjarju mmirat biex jiffinanzja mill-ġdid il-fornitur rispettiv (eż. il-fatturament, il-forfaiting);

(ii)

l-ammont nominali tal-finanzjament totali pprovdut taħt l-appoġġ tal-Fond InvestEU ma jaqbiżx EUR 30 miljun;

(iii)

l-appoġġ jingħata lill-SMEs jew lil kumpaniji żgħar b’kapitalizzazzjoni medja;

(iv)

l-appoġġ huwa pprovdut għall-ikkuntrattar tar-rendiment tal-enerġija skont it-tifsira tal-Artikolu 2(27) tad-Direttiva 2012/27/UE;

(v)

l-ikkuntrattar għar-rendiment tal-enerġija għandu x’jaqsam ma’ bini msemmi fil-paragrafu 8, punt (b).

9.   L-għajnuna għar-riċerka, l-iżvilupp, l-innovazzjoni u d-diġitalizzazzjoni għandha tikkonforma mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-għajnuna tista’ tingħata għal:

(i)

riċerka fundamentali;

(ii)

riċerka industrijali;

(iii)

żvilupp sperimentali;

(iv)

l-innovazzjoni fil-proċess jew l-innovazzjoni organizzattiva għall-SMEs;

(v)

servizzi ta’ konsulenza għall-innovazzjoni u servizzi ta’ appoġġ għall-innovazzjoni għall-SMEs;

(vi)

diġitalizzazzjoni għall-SMEs;

(b)

għal proġetti li jaqgħu taħt il-punt (a) (i), (ii) u (iii), l-ammont nominali tal-finanzjament totali pprovdut lil kwalunkwe benefiċjarju finali għal kull proġett taħt l-appoġġ tal-Fond InvestEU ma għandux jaqbeż EUR 75 miljun. Għal proġetti li jaqgħu taħt il-punti (a), (iv), (v) u (vi), l-ammont nominali tal-finanzjament totali pprovdut lil kwalunkwe benefiċjarju finali għal kull proġett taħt l-appoġġ tal-Fond InvestEU ma għandux jaqbeż EUR 30 miljun.

10.   L-SMEs jew, fejn applikabbli, il-kumpaniji żgħar b’kapitalizzazzjoni medja jistgħu, minbarra l-kategoriji ta’ għajnuna previsti fil-paragrafi 2 sa 9, jirċievu wkoll għajnuna fil-forma ta’ finanzjament appoġġat mill-Fond InvestEU sakemm waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin tkun issodisfata:

(a)

l-ammont nominali tal-finanzjament totali pprovdut għal kull benefiċjarju finali taħt l-appoġġ tal-Fond InvestEU ma jaqbiżx EUR 15 miljun u huwa pprovdut lil:

(i)

SMEs mhux elenkati li għadhom ma kinux qed joperaw f’xi suq jew li ilhom joperaw għal inqas minn 7 snin wara l-ewwel bejgħ kummerċjali tagħhom;

(ii)

SMEs mhux elenkati li jidħlu fi prodott jew f’suq ġeografiku ġdid, fejn l-investiment inizjali għad-dħul fi prodott jew f’suq ġeografiku ġdid irid ikun ogħla minn 50 % tal-fatturat annwali medju fil-5 snin preċedenti;

(iii)

SMEs u kumpaniji żgħar b’kapitalizzazzjoni medja li huma intrapriżi innovattivi kif definit fl-Artikolu 2, punt (80);

(b)

l-ammont nominali tal-finanzjament totali pprovdut għal kull benefiċjarju finali taħt l-appoġġ tal-Fond InvestEU ma jaqbiżx EUR 15-il miljun u jingħata lil SMEs jew kumpaniji żgħar b’kapitalizzazzjoni medja li l-attivitajiet prinċipali tagħhom jinsabu f’żoni assistiti sakemm il-finanzjament ma jintużax għar-rilokazzjoni tal-attivitajiet kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (61a);

(c)

l-ammont nominali tal-finanzjament totali pprovdut għal kull benefiċjarju finali taħt l-appoġġ tal-Fond InvestEU ma jaqbiżx EUR 2 miljun u jingħata lill-SMEs jew lil kumpaniji żgħar b’kapitalizzazzjoni medja.

Artikolu 56f

Il-kundizzjonijiet għall-għajnuna involuta fi prodotti finanzjarji intermedjati mmexxija kummerċjalment sostnuti mill-Fond InvestEU

1.   Il-finanzjament lill-benefiċjarji finali għandu jiġi pprovdut minn intermedjarji finanzjarji kummerċjali li għandhom jintgħażlu b’mod miftuħ, trasparenti u mhux diskriminatorju abbażi ta’ kriterji oġġettivi.

2.   L-intermedjarju finanzjarju kummerċjali li jipprovdi finanzjament lill-benefiċjarju finali għandu jżomm skopertura minima għar-riskju ta’ 20 % ta’ kull tranżazzjoni ta’ finanzjament.

3.   L-ammont nominali tal-finanzjament totali pprovdut lil kull benefiċjarju finali permezz tal-intermedjarju finanzjarju kummerċjali ma għandux jaqbeż is-EUR 7,5 miljun.

(*)  Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1078 tal-14 ta’April 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2021/523 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi l-linji gwida għall-investiment għall-Fond InvestEU (ĠU L 234,2.7.2021, p. 18)."

(**)  Ir-Regolament (UE) Nru 347/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2013 dwar linji gwida għall-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1364/2006/KE u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 713/2009, (KE) Nru 714/2009 u (KE) Nru 715/2009 (ĠU L 115, 25.4.2013, p. 39)."

(***)  Ir-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007 dwar servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nri 1191/69 u 1107/70 (ĠU L 315, 3.12.2007, p. 1).”;"

(25)

Fl-Artikolu 58, il-paragrafu 3a huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3a.   Kwalunkwe għajnuna individwali mogħtija bejn l-1 ta’ Lulju 2014 u t-2 ta’ Awwissu 2021 skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament kif applikabbli fiż-żmien tal-għoti tal-għajnuna għandha tkun kompatibbli mas-suq intern u eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat. Kwalunkwe għajnuna individwali mogħtija qabel l-1 ta’ Lulju 2014 skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 9, kif applikabbli qabel jew wara l-10 ta’ Lulju 2017, jew qabel jew wara t-3 ta’ Awwissu 2021, għandha tkun kompatibbli mas-suq intern u eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat.”

(26)

Fl-Anness II, il-Parti II huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ it-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Lulju 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 248, 24.9.2015, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 tas-17 ta’ Ġunju 2014 li jiddikjara li ċerti kategoriji ta’ għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat (ĠU L 187, 26.6.2014, p. 1).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 487).

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320-469).

(5)  Ir-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi (ĠU L 231, 30.6.2021, p. 159).

(6)  Ir-Regolament (UE) Nru 1299/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar id-dispożizzjonijiet speċifiċi għall-appoġġ mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali għall-għan ta’ kooperazzjoni territorjali Ewropea (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 259).

(7)  Ir-Regolament (UE) 2021/1059 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għall-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) appoġġata mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u mill-istrumenti ta’ finanzjament estern (ĠU L 231, 30.6.2021, p. 94).

(8)  Ir-Regolament (UE) 2021/1153 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2021 li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1316/2013 u (UE) Nru 283/2014 (ĠU L 249, 14.7.2021, p. 38).


ANNESS

“PARTI II

trid tiġi pprovduta permezz tas-sistema ta’ notifika elettronika stabbilita tal-Kummissjoni kif stipulat fl-Artikolu 11

Jekk jogħġbok indika skont liema dispożizzjoni tal-GBER hija implimentata l-miżura tal-għajnuna.

Objettiv primarju - Objettivi Ġenerali (elenka)

Objettivi

(elenka)

L-intensità massima tal-għajnuna

f’%

jew Ammont massimu tal-għajnuna annwali fil-munita nazzjonali (f’ammonti sħaħ)

SMEs - bonuses

f’%

Għajnuna reġjonali - għajnuna għall-investiment  (1) (Art. 14)

Skema

…%

…%

Għajnuna ad hoc

…%

…%

Għajnuna reġjonali - għajnuna operatorja (Art. 15)

F’żoni skarsament popolati (Art. 15(2))

…%

…%

F’żoni popolati skarsament ħafn (Art. 15(3))

…%

…%

Fir-reġjuni ultraperiferiċi (Art. 15(4)(b))

…%

…%

Għajnuna għall-iżvilupp urban reġjonali (Art. 16)

…. munita nazzjonali

…%

Għajnuna għall-SMEs (Art. 17 - 19b)

Għajnuna għall-investiment għall-SMEs (Art. 17)

…%

…%

Għajnuna għal konsulenza favur l-SMEs (Art. 18)

…%

…%

Għajnuna lill-SMEs għall-parteċipazzjoni fil-fieri (Art. 19)

…%

…%

Għajnuna għall-kostijiet imġarrba mill-SMEs li jipparteċipaw -f’iżvilupp lokali mmexxi mill-komunità (community-led local development, CLLD) jew tal-Isħubija Ewropea għall-Innovazzjoni għall-produttività u s-sostenibbiltà agrikola (European Innovation Partnership, EIP) (Art. 19a)

…%

…%

Ammonti limitati ta’ għajnuna lill-SMEs li jibbenefikaw minn żvilupp lokali mmexxi mill- komunità (“CLLD”) jew mill-proġett tal-Grupp Operazzjonali tas-Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni għall-produttività agrikola u s-sostenibbiltà (EIP) (Art 19b)  (2)

…munita nazzjonali

…%

Għajnuna għal Kooperazzjoni Territorjali Ewropea (Art. 20 - 20a)

Għajnuna għall-kostijiet mġarrba minn intrapriżi li jipparteċipaw fi proġetti tal-Kooperazzjoni Territorjali Ewropea (Art. 20)

…%

…%

Ammonti limitati ta’ għajnuna lill-impriżi għall-parteċipazzjoni fi proġetti tal-Kooperazzjoni Territorjali Ewropea (Art. 20a)  (3)

…munita nazzjonali

…%

Għajnuna għall-SMEs - aċċess tal-SMEs għal finanzjament (Art. 21 - 22)

Għajnuna għal finanzjament ta’ riskju (Art. 21)

…munita nazzjonali

…%

Għajnuna tal-bidu ta’ negozju (Art. 22)

…munita nazzjonali

…%

Għajnuna għall-SMEs - Għajnuna lill-pjattaformi tal-kummerċ alternattivi speċjalizzati fl-SMEs (Art. 23)

…%;

f’każ li l-miżura tal-għajnuna tieħu l-forma ta’ għajnuna għall-bidu ta’ negozju:

…munita nazzjonali

…%

Għajnuna għall-SMEs - Għajnuna għall-ispejjeż tat-tfittix (Art. 24)

…%

…%

Għajnuna għar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni (Art. 25 - 30)

Għajnuna għal proġetti ta’ riċerka u żvilupp-(Art. 25)

Riċerka fundamentali (Art. 25(2)(a))

…%

…%

Riċerka industrijali (Art. 25(2) b))

…%

…%

Żvilupp sperimentali (Art. 25(2)(c))

…%

…%

Studji tal-vijabbiltà (Art. 25(2)(d))

…%

…%

Għajnuna għal proġetti mogħtija tikketta ta’ kwalità tas-Siġill ta’ Eċċellenza (Art. 25a)

…munita nazzjonali

…%

Għajnuna għall-azzjonijiet Maria Skłodowska-Curie u azzjonijiet ta’ Prova tal-Kunċett tal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka (Art. 25b)

…munita nazzjonali

…%

Għajnuna involuta fi proġetti kofinanzjati tar-riċerka u l-iżvilupp (Art. 25c)

…%

…%

Għajnuna għal Azzjonijiet għall-Ħolqien ta’ Timijiet (Art. 25d)

…%

…%

Għajnuna għall-investiment għall-infrastrutturi ta’ riċerka (Art. 26)

…%

…%

Għajnuna għar-ragruppamenti ta’ innovazzjoni (Art. 27)

…%

…%

Għajnuna għall-innovazzjoni lill-SMEs (Art. 28)

…%

…%

Għajnuna għall-innovazzjoni fil-proċess u fl-organizzazzjoni (Art. 29)

…%

…%

Għajnuna għar-riċerka u l-iżvilupp fis-settur tas-sajd u l-akkwakultura (Art. 30)

…%

…%

Għajnuna għat-taħriġ (Art. 31)

…%

…%

Għajnuna għal ħaddiema żvantaġġati u għall-ħaddiema b’diżabilità (Art. 32 - 35)

Għajnuna għar-reklutaġġ ta’ ħaddiema żvantaġġati fil-forma ta’ sussidji ta’ pagi (Art. 32)

…%

…%

Għajnuna għall-impjieg ta’ ħaddiema b’diżabilità fil-forma ta’ sussidji tal-pagi (Art. 33)

…%

…%

Għajnuna għall-kumpens tal-ispejjeż addizzjonali għall-impjieg ta’ ħaddiema b’diżabilità (Art. 34)

…%

…%

Għajnuna għall-kumpens tal-ispejjeż tal-assistenza pprovduta lil ħaddiema żvantaġġati (Art. 35)

…%

…%

Għajnuna għall-Protezzjoni Ambjentali (l-Art. 36 - 49)

Għajnuna għall-investiment li tippermetti lill-intrapriżi jmorru lil hinn mill-istandards tal-Unjoni għall-protezzjoni ambjentali jew jgħollu l-livell tal-protezzjoni ambjentali fin-nuqqas ta’ standards tal-UE (Art. 36)

…%

…%

Għajnuna għall-investiment għal infrastruttura ta’ ċċarġjar mill-ġdid jew tar-riforniment tal-fjuwil aċċessibbli għall-pubbliku għal vetturi tat-triq b’livell ta’ emissjonijiet baxxi jew żero (Art. 36a)

…%

…%

Għajnuna għall-adattament bikri għall-istandards tal-Unjoni futuri (Art. 37)

…%

…%

Għajnuna għall-investiment għal miżuri ta’ effiċjenza enerġetika (Art. 38)

…%

…%

Għajnuna għall-investiment għal proġetti ta’ effiċjenza fl-enerġija fil-bini fil-forma ta’ strumenti finanzjarji (Art. 39)

…munita nazzjonali

…%

Għajnuna għall-investiment għall-koġenerazzjoni b’effiċjenza għolja (Art. 40)

…%

…%

Għajnuna għall-investiment għall-promozzjoni ta’ enerġija minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli (Art. 41)

…%

…%

Għajnuna operatorja għall-promozzjoni tal-elettriku minn sorsi rinnovabbli (Art. 42)

…%

…%

Għajnuna operatorja għall-promozzjoni tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli f’istallazzjonijiet ta’ skala żgħira (Art. 43)

…%

…%

Għajnuna fil-forma ta’ tnaqqis fit-taxxi ambjentali skont id-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE (Art. 44 ta’ dan ir-Regolament)

…%

…%

Għajnuna għall-investiment għar-rimedjar ta’ siti kkontaminati (Art. 45)

…%

…%

Għajnuna għall-investiment għall-effiċjenza enerġetika fit-tisħin u t-tkessiħ distrettwali (Art. 46)

…%

…%

Għajnuna għall-investiment għar-riċiklaġġ u l-użu mill-ġdid tal-iskart (Art. 47)

…%

…%

Għajnuna għall-investiment għall-infrastruttura tal-enerġija (Art. 48)

…%

…%

Għajnuna għall-istudji ambjentali (Art. 49)

…%

…%

L-iskemi ta’ għajnuna biex jagħmlu tajjeb għall-ħsara kkawżata minn ċerti diżastri naturali (Art. 50)

L-intensità massima tal-għajnuna

…%

…%

Tip ta’ diżastru naturali

terremot

valanga

uqigħ tal-art

għargħar

tromba tal-arja

uragan

eruzzjoni vulkanika

nirien fil-foresti

Id-data ta’ meta seħħ id-diżastru naturali

jj/xx/ssss sa jj/xx/ssss

Għajnuna soċjali għat-trasport għal residenti f’reġjuni mbiegħda (Art. 51)

…%

…%

Għajnuna għal networks fissi tal-broadband (Art. 52)

…munita nazzjonali

…%

Għajnuna għan-networks mobbli 4G u 5G (Art. 52a)

…munita nazzjonali

…%

Għajnuna għal proġetti ta’ interess komuni fil-qasam tal-infrastruttura tal-konnettività diġitali trans-Ewropea (Art. 52b)

…munita nazzjonali

…%

Vawċers tal-konnettività (Art. 52c)

…%

…%

Għajnuna għall-kultura u l-konservazzjoni tal-patrimonju (Art. 53)

…%

…%

Skemi ta’ għajnuna għal xogħlijiet awdjoviżivi (Art. 54)

 

 

…%

…%

Għajnuna għall-infrastruttura tal-isport u għall-infrastruttura ta’ rikreazzjoni multifunzjonali (Art. 55)

…%

…%

Għajnuna għall-investiment għall-infrastrutturi lokali (Art. 56)

…%

…%

Għajnuna għal ajruporti reġjonali (Art. 56a)

…%

…%

Għajnuna għal portijiet marittimi (Art. 56b)

…%

…%

Għajnuna għal portijiet interni (Art. 56c)

…%

…%

Għajnuna involuta fi prodotti finanzjarji appoġġati mill-Fond InvestEU (Art. 56d - 56f)

Art. 56e

Għajnuna għal proġetti ta’ interess komuni fil-qasam tal-infrastruttura tal-konnettività diġitali trans-Ewropea ffinanzjati skont ir-[Regolament (UE) 2021/1153 jew li jkunu ngħataw tikketta ta’ kwalità tas-Siġill ta’ Eċċellenza skont dak ir-Regolament; (Art. 56e(2))

…munita nazzjonali

…%

Għajnuna għal investimenti f’netwerks tal-broadband fissi biex jiġu konnessi biss ċerti muturi soċjoekonomiċi eliġibbli (Art. 56e (3))

…munita nazzjonali

…%

Għajnuna għall-ġenerazzjoni tal-enerġija u l-infrastruttura tal-enerġija (Art. 56e (4))

…munita nazzjonali

…%

Għajnuna għall-infrastruttura u l-attivitajiet soċjali, edukattivi, kulturali u tal-wirt naturali (Art. 56e (5))

…munita nazzjonali

…%

Għajnuna għat-trasport u għall-infrastrutturi tat-trasport (Art. 56e (6))

…munita nazzjonali

…%

Għajnuna għal infrastrutturi oħra (Art. 56e(7)

…munita nazzjonali

…%

Għajnuna għall-protezzjoni ambjentali, inkluża l-protezzjoni tal-klima (Art. 56e (8))

…munita nazzjonali

…%

Għajnuna għar-riċerka, l-iżvilupp, l-innovazzjoni u d-diġitalizzazzjoni (Art. 56e (9))

…munita nazzjonali

…%

Għajnuna fil-forma ta’ finanzjament appoġġat mill-Fond InvestEU pprovduta lill-SMEs jew lill-kumpaniji żgħar b’kapitalizzazzjoni medja (Art. 56e(10))

…munita nazzjonali

…%

Għajnuna involuta fi prodotti finanzjarji intermedjati mmexxija kummerċjalment appoġġati mill-Fond InvestEU (Art. 56f)

…munita nazzjonali

…%”.


(1)  Fil-każ ta’ għajnuna reġjonali ad hoc li tissupplimenta għajnuna mogħtija skont skema/i ta’ għajnuna, jekk jogħġbok indika kemm l-intensità tal-għajnuna mogħtija bl-iskema kif ukoll l-intensità tal-għajnuna ad hoc.

(2)  Skont l-Artikolu 11(1), ir-rappurtar dwar l-għajnuna mogħtija skont l-Artikolu 19b mhuwiex obbligatorju. Ir-rappurtar dwar għajnuna bħal din huwa, għalhekk, sempliċiment fakultattiv.

(3)  Skont l-Artikolu 11(1), ir-rappurtar dwar l-għajnuna mogħtija skont l-Artikolu 20a mhuwiex obbligatorju. Ir-rappurtar dwar għajnuna bħal din huwa, għalhekk, sempliċiment fakultattiv.