19.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 256/89


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1179

tas-16 ta’ Lulju 2021

li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1051/2011 fir-rigward tat-tabelli aggregati u l-fajls tal-mikrodata għat-trażmissjoni tad-data

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 692/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Lulju 2011 dwar-istatistika Ewropea dwar it-turiżmu u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 95/57/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 9(2) u 9(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1051/2011 (2) jistabbilixxi l-istandard ta’ skambju għat-tabelli aggregati u għall-fajls tal-mikrodata.

(2)

Wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1681 (3) li jistabbilixxi bidliet tekniċi fil-format tat-trażmissjoni għad-data annwali li trid tiġi trażmessa lill-Kummissjoni, huwa neċessarju li jiġu adattati l-Annessi II u III tar-Regolament (UE) Nru 1051/2011 fir-rigward tat-tabelli aggregati u l-fajls tal-mikrodata għat-trażmissjoni tad-data.

(3)

Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 1051/2011 jiġi emendat skont dan.

(4)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika, stabbilit bl-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) Nru 1051/2011 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Anness II huwa emendat kif ġej:

Taħt “Intestatura”, is-settijiet tad-data elenkati fit-tielet inċiż huma emendati kif ġej:

(1)

“int_cap_annual” jiġi sostitwit bi “TOUR_CAP_A”;

(2)

“int_occ_annual” jiġi sostitwit bi “TOUR_OCC_A”;

(3)

“int_occ_mnight” jiġi sostitwit bi “TOUR_NIGHTS_M”;

(4)

“int_occ_marrno” jiġi sostitwit bi “TOUR_ARRNOCC_M”;

(5)

“int_non_rented” jiġi sostitwit bi “TOUR_NONRENT_A”;

(6)

“nat_dem_partic” jiġi sostitwit bi “TOUR_PARTIC_A”;

(7)

“nat_dem_sdvout” jiġi sostitwit bi “TOUR_SDVOUT_Q”;

(8)

“nat_dem_sdvdom” jiġi sostitwit bi “TOUR_SDVDOM_Q”.

(2)

L-Anness III huwa sostitwit bit-test fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Lulju 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 192, 22.7.2011, p. 17.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1051/2011 tal-20 ta’ Ottubru 2011 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 692/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika Ewropea dwar it-turiżmu, fir-rigward tal-istruttura tar-rapporti ta’ kwalità u t-trażmissjoni tad-data (ĠU L 276, 21.10.2011, p. 13).

(3)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1681 tal-1 ta’ Awwissu 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 692/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika Ewropea dwar it-turiżmu, fir-rigward tal-iskadenzi għat-trażmissjoni u l-adattament tal-Annessi I u II (ĠU L 258, 9.10.2019, p. 1).

(4)  Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea u li jħassar ir-Regolament (Euratom, KE) Nru 1101/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trażmissjoni ta’ data suġġetta għall-kunfidenzjalità statistika lill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom li tistabbilixxi Kumitat dwar il-Programmi tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164).


ANNESS

“ANNESS III

Fajls tal-mikrodata għat-trażmissjoni tad-data elenkata fit-Taqsima 2 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 692/2011

L-istruttura tal-fajls u l-kodifikazzjoni arranġamenti prattiċi

Kull vjaġġ osservat għandu jkun irreġistrat individwalment fil-fajl tal-mikrodata trażmess. Dan il-fajl tal-mikrodata għandu jiġi ċċekkjat, editjat, u, fejn hemm bżonn, imputat, u għandu jsegwi l-istruttura tal-fajl u l-kodifikazzjoni kif deskritt fit-tabella ta’ hawn taħt. Il-Kummissjoni (Eurostat) se tipprovdi gwida ulterjuri dwar il-format tat-trażmissjoni.

Id-data li ma tirrispettax l-istandard tal-iskambju stipulati f’dan l-Anness titqies daqslikieku ma ntbagħtitx.

Intestatura

L-għan tal-intestatura huwa li tidentifika s-serje tad-data trażmessa. Għandha tikkonsisti f’erba’ kampi:

Perjodu ta’ referenza li għandu jikkonsisti minn seba’ karattri, l-ewwel erbgħa juru s-sena u l-aħħar tlieta juru liema perjodu matul is-sena (A00).

Kodiċi tal-pajjiż għandu jikkonsisti minn żewġ karattri, li jirrappreżentaw il-kodiċi bikaratteru tal-pajjiż tal-Istat Membru li jkun qed jittrażmetti d-data. Eżempji: BE (il-Belġju), BG (il-Bulgarija), ...

Suġġett għandu jikkonsisti minn wieħed minn dawn l-identifikaturi tas-sett tad-data li ġejjin: nat_dem_microdata.

Munita jidentifika l-munita li biha tiġi rrappurtata n-nefqa (EUR jew NAC). Filwaqt li l-Istati Membri taż-żona tal-euro għandhom jipprovdu d-data f’euro (kodiċi EUR), l-Istati Membri li mhumiex fiż-żona tal-euro jistgħu jirrapportaw id-data jew f’euro jew fil-munita nazzjonali tagħhom (kodiċi NAC). Madankollu, f’fajl wieħed in-nefqa kollha trid tiġi rrappurtata fl-istess munita.

Data

Isem il-kolonna

Identifikatur

Deskrizzjoni

Filtru/rimarki

ID

000001-999999

Numru ta’ sekwenza tal-vjaġġ

 

 

 

Karatteristiċi tal-vjaġġ

 

Kamp 1

 

Xahar tat-tluq

 

 

01-24

Numru tax-xahar (Jannar tas-sena ta’ referenza = 01, Diċembru tas-sena ta’ referenza = 12; Jannar tas-sena kalendarja preċedenti = 13, Diċembru tas-sena kalendarja preċedenti = 24)

 

Kamp 2

 

Durata tal-vjaġġ f’numru ta’ ljieli

 

 

001-366

Numru ta’ ljieli (massimu 3 ċifri)

 

Kamp 3

 

Durata tal-vjaġġ: numru ta’ ljieli mqattgħa fit-territorju domestiku

Għal vjaġġi ’l barra biss

Varjabbli triennali, fis-snin fakultattivi: kodiċi = Vojt

 

000-183

Numru ta’ ljieli (massimu 3 ċifri)

 

Kamp 4

 

Pajjiż ewlieni ta’ destinazzjoni

 

 

 

Il-kodiċi skont il-lista tal-pajjiżi fil-manwal metodoloġiku mfassal skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 692/2011

 

Kamp 5

 

L-iskop ewlieni tal-vjaġġ

 

 

1

Skop privat/personali: divertiment, rikreazzjoni u vaganzi

 

 

2

Skop privat/personali: żjarat lil qraba u ħbieb

 

 

3

Skop privat/personali: oħrajn (eż. trattament tas-saħħa, pellegrinaġġ)

 

 

4

Skop professjonali/kummerċjali

 

 

 

Tip ta’ destinazzjoni

Varjabbli triennali, fis-snin fakultattivi: kodiċi = Vojt

Kamp 6

1

Belt = Iva

 

 

2

Belt = Le

 

 

9

Belt = Mhux applikabbli (Kamp 5 = 4)

 

Kamp 7

1

Xatt il-baħar = Iva

 

 

2

Xatt il-baħar = Le

 

 

9

Xatt il-baħar = Mhux applikabbli (Kamp 5 = 4)

 

Kamp 8

1

Kampanja (inklużi lagi, xmajjar, eċċ.) = Iva

 

 

2

Kampanja (inklużi lagi, xmajjar, eċċ.) = Le

 

 

9

Kampanja (inklużi lagi, xmajjar, eċċ.) = Mhux applikabbli (Kamp 5 = 4)

 

Kamp 9

1

Vapur tal-kruċieri = Iva

 

 

2

Vapur tal-kruċieri = Le

 

 

9

Vapur tal-kruċieri = Mhux applikabbli (Kamp 5 = 4)

 

Kamp 10

1

Muntanji (artijiet muntanjużi, għoljiet, eċċ.) = Iva

 

 

2

Muntanji (artijiet muntanjużi, għoljiet, eċċ.) = Le

 

 

9

Muntanji (artijiet muntanjużi, għoljiet, eċċ.) = Mhux applikabbli (Kamp 5 = 4)

 

Kamp 11

1

Oħrajn = Iva

 

 

2

Oħrajn = Le

 

 

9

Oħrajn = Mhux applikabbli (Kamp 5 = 4)

 

Kamp 12

 

Parteċipazzjoni tat-tfal

Varjabbli triennali, fis-snin fakultattivi: kodiċi = Vojt

 

1

Iva

 

 

2

Le

 

 

9

Mhux applikabbli (Kamp 5 = 4)

 

Kamp 13

 

Mezz ewlieni tat-trasport

 

 

1

Bl-ajru (titjiriet, skedati jew noleġġati, jew servizzi tal-ajru oħrajn)

 

 

2

Fuq l-ilmijiet (linji tal-passiġġieri u ferries, kruċieri, dgħajjes tad-divertiment, bastimenti mikrijin, eċċ.)

 

 

3

Ferrovjarju

 

 

4

Xarabank, kowċ (regolari/skedati jew okkażjonali/mhux skedati)

 

 

5

Xarabank jew kowċ regolari/skedata

Dekompożizzjoni fakultattiva

 

6

Xarabank jew kowċ okkażjonali/mhux skedata

Dekompożizzjoni fakultattiva

 

7

Vettura motorizzata privata (proprjetà jew b’lokazzjoni, inkluż il-karozza ta’ ħbieb/qraba)

 

 

8

Vettura motorizzata mikrija (inklużi pjattaformi ta’ ride-sharing jew car-sharing)

 

 

9

Oħrajn (eż. bir-rota)

 

Kamp 14

 

Mezz ewlieni ta’ akkomodazzjoni

 

 

1

Akkomodazzjoni mikrija: lukandi jew stabbilimenti simili

 

 

2

Akkomodazzjoni mikrija: siti ta’ kampeġġ, karavan jew parkeġġi tat-trejlers (mhux residenzjali)

 

 

3

Akkomodazzjoni mikrija: bħal dar, villa jew appartament; kamra jew kmamar mikrija f’abitazzjoni

 

 

4

Akkomodazzjoni mikrija: akkomodazzjoni oħra mikrija (bħal hostels taż-żgħażagħ, marinas, stabbilimenti tas-saħħa)

 

 

5

Akkomodazzjoni mhux mikrija: villeġġjatura privata

 

 

6

Akkomodazzjoni mhux mikrija: Akkomodazzjoni pprovduta mingħajr ħlas minn qraba jew ħbieb

 

 

7

Akkomodazzjoni mhux mikrija: akkomodazzjoni mhux mikrija ta’ tip ieħor

 

Kamp 15

 

Ibbukkjar tal-vjaġġ: ibbukkjar fuq l-Internet tal-mezz ewlieni tal-akkomodazzjoni

Varjabbli triennali, fis-snin fakultattivi: kodiċi = Vojt

 

1

Iva

 

 

2

Le

 

Kamp 16

 

Ibbukkjar tal-vjaġġ: il-mod tal-ibbukkjar għall-mezz ewlieni tal-akkomodazzjoni

Varjabbli triennali, fis-snin fakultattivi: kodiċi = Vojt

 

1

Direttament mal-fornitur tal-akkomodazzjoni

 

 

2

Permezz ta’ aġenzija tal-ivvjaġġar, operatur turistiku, portal jew aġenzija tal-lokazzjoni ta’ proprjetajiet għal żmien qasir jew tal-vaganzi li telenka diversi fornituri tal-akkomodazzjoni

 

 

3

Ma kien meħtieġ l-ebda bbukkjar

 

Kamp 17

 

Ibbukkjar tal-mezz ewlieni tal-akkomodazzjoni permezz ta’ sit web jew applikazzjoni bħal Airbnb, Booking.com, Expedia, HomeAway

Varjabbli triennali, fis-snin fakultattivi: kodiċi = Vojt

 

1

Iva

 

 

2

Le

 

 

9

Mhux applikabbli (Kamp 14 ≠ 3 jew Kamp 15 ≠ 1 jew Kamp 16 ≠ 2)

 

Kamp 18

 

Ibbukkjar tal-vjaġġ: ibbukkjar fuq l-Internet tal-mezz ewlieni tat-trasport

Varjabbli triennali, fis-snin fakultattivi: kodiċi = Vojt

 

1

Iva

 

 

2

Le

 

Kamp 19

 

Ibbukkjar tal-vjaġġ: il-mezz tal-ibbukkjar għall-mezz ewlieni tat-trasport

Varjabbli triennali, fis-snin fakultattivi: kodiċi = Vojt

 

1

Direttament mal-fornitur tat-trasport

 

 

2

Permezz ta’ aġenzija tal-ivvjaġġar, operatur turistiku, portal

 

 

3

Ma kien meħtieġ l-ebda bbukkjar

 

Kamp 20

 

Ibbukkjar tal-mezz ewlieni tat-trasport permezz ta’ sit web jew applikazzjoni bħal BlaBlaCar

Varjabbli triennali fakultattiv, jekk mhux trażmess: kodiċi = Vojt

 

1

Iva

 

 

2

Le

 

 

9

Mhux applikabbli (Kamp 18 ≠ 1 jew Kamp 19 ≠ 2)

 

Kamp 21

 

Ibbukkjar tal-vjaġġ: vjaġġ bħala pakkett

Varjabbli triennali, fis-snin fakultattivi: kodiċi = Vojt

 

1

Iva

 

 

2

Le

 

Kamp 22

 

Ibbukkjar tal-vjaġġ: ibbukkjar tal-pakkett fuq l-Internet

Varjabbli triennali, fis-snin fakultattivi: kodiċi = Vojt

 

1

Iva

 

 

2

Le

 

Kamp 23

 

Nefqa relatata mal-vjaġġ mit-turist individwali fuq pakketti

 

 

00000000-99999998

Ammont f’euro (jew fil-munita nazzjonali għal Stati Membri li mhumiex fiż-żona tal-euro) (massimu 8 ċifri)

 

Kamp 24

 

Nefqa għat-trasport relatata mal-vjaġġ mit-turist individwali

 

 

00000000-99999998

Ammont f’euro (jew fil-munita nazzjonali għal Stati Membri li mhumiex fiż-żona tal-euro) (massimu 8 ċifri)

 

Kamp 25

 

Nefqa fuq pakketti relatata mal-vjaġġ mit-turist individwali

 

 

00000000-99999998

Ammont f’euro (jew fil-munita nazzjonali għal Stati Membri li mhumiex fiż-żona tal-euro) (massimu 8 ċifri)

 

Kamp 26

 

Nefqa fuq ikel u xorb f’kafetteriji u ristoranti relatata mal-vjaġġ mit-turist individwali

Varjabbli fakultattiv, jekk mhux trażmess: kodiċi = Vojt

 

00000000-99999998

Ammont f’euro (jew fil-munita nazzjonali għal Stati Membri li mhumiex fiż-żona tal-euro) (massimu 8 ċifri)

 

Kamp 27

 

Nefqa oħra relatata mal-vjaġġ mit-turist individwali (total ieħor, inkluż oġġetti durabbli u oġġetti ta’ valur)

 

 

00000000-99999998

Ammont f’euro (jew fil-munita nazzjonali għal Stati Membri li mhumiex fiż-żona tal-euro) (massimu 8 ċifri)

 

Kamp 28

 

Oġġetti durabbli u oġġetti ta’ valur (subkategorija ta’ “Nefqa oħra relatata mal-vjaġġ mit-turist individwali”)

 

 

00000000-99999998

Ammont f’euro (jew fil-munita nazzjonali għal Stati Membri li mhumiex fiż-żona tal-euro) (massimu 8 ċifri)

 

 

 

Profil tal-viżitatur

 

Kamp 29

 

Ġeneru

 

 

1

Maskili

 

 

2

Femminili

 

Kamp 30

 

Età

 

 

000-198

Numru ta’ snin magħluqa (3 ċifri)

 

Kamp 31

 

Pajjiż ta’ residenza

 

 

 

Il-kodiċi bikaratteru tal-pajjiż (il-Belġju = BE, il-Bulgarija = BG, …)

 

Kamp 32

 

Livell edukattiv milħuq

Varjabbli fakultattiv, jekk mhux trażmess: kodiċi = Vojt

 

1

Mhux aktar minn livell sekondarju baxx (ISCED 2011 livelli 0-2)

 

 

2

Livell sekondarju għoli u post-sekondarju (mhux terzjarju) (ISCED 2011 livelli 3 u 4)

 

 

3

Livell terzjarju (ISCED 2011 livelli 5-8)

 

Kamp 33

 

Sitwazzjoni tal-impjieg

Varjabbli fakultattiv, jekk mhux trażmess: kodiċi = Vojt

 

1

Impjegat (impjegat jew jaħdem għal rasu)

 

 

2

Diżokkupat

 

 

3

Student (jew skular)

 

 

4

Oħrajn li mhumiex fil-forza tax-xogħol

 

Kamp 34

 

Introjtu tal-unità domestika fi kwartili

Varjabbli fakultattiv, jekk mhux trażmess: kodiċi = Vojt

 

1

l-ewwel kwartil

 

 

2

it-tieni kwartil

 

 

3

it-tielet kwartil

 

 

4

ir-raba’ kwartil

 

 

 

Fattur ta’ ingrossar

 

 

 

Fattur ta’ ingrossar minn kampjun għal popolazzjoni

 

Kamp 35

000000-999999

Kamp 35 fih numri sħaħ

 

Kamp 36

000-999

Kamp 36 fih pożizzjonijiet deċimali