30.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 231/60


REGOLAMENT (UE) 2021/1058 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-24 ta’ Ġunju 2021

dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond ta’ Koeżjoni

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari t-tieni paragrafu tal-Artikolu 177, u l-Artikoli 178 u 349 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (3),

Billi:

(1)

L-Artikolu 176 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jipprevedi li l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) huwa maħsub sabiex jgħin fil-korrezzjoni tal-iżbilanċi reġjonali ewlenin li hemm fl-Unjoni. Skont dak l-Artikolu u t-tieni u t-tielet paragrafi tal-Artikolu 174 TFUE, il-FEŻR irid jikkontribwixxi għat-tnaqqis tad-disparitajiet bejn il-livelli ta' żvilupp tar-reġjuni varji u r-ritard tar-reġjuni l-inqas favoriti, li fosthom tingħata attenzjoni partikolari lir-reġjuni li jsofru minn żvantaġġi naturali jew demografiċi gravi u permanenti, inkluż b'mod partikolari żvantaġġi li jirriżultaw minn tnaqqis demografiku, bħar-reġjuni tat-Tramuntana mbiegħda b'densità ta' popolazzjoni baxxa ħafna, gżejjer, u reġjuni transfruntiera u reġjuni muntanjużi.

(2)

Il-Fond ta' Koeżjoni kien stabbilit biex jikkontribwixxi għall-objettiv ġenerali ta' tisħiħ tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali tal-Unjoni billi jipprovdi kontribuzzjonijiet finanzjarji fl-oqsma tal-ambjent u ta' netwerks trans-Ewropej fil-qasam tal-infrastruttura tat-trasport (TEN-T), kif stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4).

(3)

Ir-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) jistabbilixxi regoli komuni applikabbli għall-FEŻR, il-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+), il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta, il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura ("FEMSA"), il-Fond għall-Ażil , il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (AMIF), il-Fond għas-Sigurtà Interna (FSI) u l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi (BMVI), li joperaw taħt qafas komuni.

(4)

Sabiex jiġu ssimplifikati r-regoli li kienu applikabbli kemm għall-FEŻR kif ukoll għall-Fond ta' Koeżjoni matul il-perijodu ta' programmazzjoni 2014-2020, jenħtieġ li Regolament uniku jistabbilixxi r-regoli applikabbli li jkopru ż-żewġ fondi.

(5)

Fl-implimentazzjoni tal-FEŻR u l-Fond ta’ Koeżjoni, jenħtieġ li jiġu rispettati l-prinċipji orizzontali kif stabbiliti fl-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u fl-Artikolu 10 TFUE, inkluż il-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità kif stabbiliti fl-Artikolu 5 TUE, filwaqt li titqies il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Jenħtieġ li l-Istati Membri jirrispettaw ukoll l-obbligi stabbiliti fil-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal, u fil-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabbiltà (UNCRPD), kif ukoll il-prinċipji tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, ipproklamat mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni fl-2017, u jiżguraw l-aċċessibbiltà f'konformità mal-Artikolu 9 tal-UNCRPD, u f'konformità mal-liġi tal-Unjoni li tarmonizza r-rekwiżiti tal-aċċessibbiltà għall-prodotti u s-servizzi. F'dak il-kuntest, il-FEŻR u l-Fond ta' Koeżjoni, f'sinerġija mal-FSE+, jenħtieġ li jiġu implimentati b'mod li jippromwovi t-tranżizzjoni minn kura istituzzjonali għal kura bbażata fil-familja u fil-komunità u jenħtieġ li jsegwu l-objettivi tagħhom bil-ħsieb li jikkontribwixxu għall-ħolqien ta' impjiegi ta' kwalità, il-qerda tal-faqar u l-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali. Jenħtieġ li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jimmiraw biex jeliminaw l-inugwaljanzi u jippromwovu l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u jintegraw il-perspettiva tal-ġeneru, kif ukoll jikkumbattu d-diskriminazzjoni msejsa fuq is-sess, ir-razza jew l-oriġini etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabbiltà, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali. Jenħtieġ li l-ebda wieħed mill-fondi ma jappoġġa azzjonijiet li jikkontribwixxu għal xi forma ta' segregazzjoni jew esklużjoni, u, meta jiffinanzjaw l-infrastruttura, jenħtieġ li t-tnejn li huma jiżguraw l-aċċessibbiltà għall-persuni b'diżabbiltà.

(6)

Jenħtieġ li l-objettivi tal-FEŻR u l-Fond ta' Koeżjoni jiġu segwiti fil-qafas tal-iżvilupp sostenibbli u tal-promozzjoni mill-Unjoni tal-għan li l-kwalità tal-ambjent tiġi ppreżervata, imħarsa u mtejba kif stabbilit fl-Artikolu 11 u l-Artikolu 191(1) TFUE, filwaqt li jitqies il-prinċipju ta' min iniġġes iħallas. Filwaqt li jirriflettu l-importanza tal-indirizzar tat-tibdil fil-klima b'konformità mal-impenji tal-Unjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Pariġi tal-2015 dwar it-tibdil fil-klima wara l-21 Konferenza tal-Partijiet adottat taħt il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima u li tikseb l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti ('Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti'), iż-żewġ fondi ser jikkontribwixxu lejn l-integrazzjoni ta' azzjonijiet klimatiċi u lejn il-kisba ta' mira ġenerali fejn 30 % tan-nefqa tal-baġit tal-Unjoni jappoġġa l-objettivi relatati mal-klima. Għal dak il-għan, l-operazzjonijiet taħt il-FEŻR huma mistennija li jikkontribwixxu għal 30 % tal-pakkett finanzjarju ġenerali tal-FEŻR għall-objettivi tal-klima. L-operazzjonijiet taħt il-Fond ta' Koeżjoni huma mistennija li jikkontribwixxu għal 37 % tal-pakkett finanzjarju ġenerali tal-Fond ta' Koeżjoni għall-objettivi tal-klima. Barra minn hekk, l-azzjonijiet taħt dan ir-Regolament jenħtieġ li jikkontribwixxu għall-ambizzjoni li jiġi pprovdut 7,5 % tal-infiq annwali taħt il-Qafas Finanzjarju Pluriennali ('QFP') għall-objettivi tal-bijodiversità fis-sena 2024 u 10 % tal-infiq annwali taħt il-QFP għall-objettivi tal-bijodiversità fl-2026 u l-2027, filwaqt li jitqiesu d-duplikazzjonijiet eżistenti bejn l-għanijiet tal-klima u tal-bijodiversità.

Jenħtieġ li ż-żewġ fondi jappoġġaw attivitajiet li jirrispettaw l-istandards u l-prijoritajiet klimatiċi u ambjentali tal-Unjoni u li ma jagħmlu l-ebda ħsara sinifikanti għall-objettivi ambjentali fis-sens tal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) u li jiżguraw it-tranżizzjoni lejn ekonomija b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju fil-perkors biex tinkiseb in-newtralità klimatika sal-2050. Il-programmi tal-FEŻR u tal-Fond ta' Koeżjoni jenħtieġ li jqisu l-kontenut tal-pjanijiet nazzjonali integrati għall-enerġija u l-klima adottati fil-qafas tal-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u l-Azzjoni Klimatika kif stabbilit mir-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7).

(7)

Sabiex tiġi protetta l-integrità tas-suq intern, l-operazzjonijiet tal-FEŻR u tal-Fond ta' Koeżjoni li jibbenefikaw l-impriżi jridu jikkonformaw mar-regoli tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat kif stabbiliti fl-Artikoli 107 u 108 TFUE.

(8)

Il-prinċipju tas-sħubija huwa fattur ewlieni fl-implimentazzjoni tal-FEŻR u l-Fond ta' Koeżjoni, billi jibni fuq l-approċċ ta' governanza f'diversi livelli u jiżgura l-involviment tal-awtoritajiet reġjonali, lokali, urbani u awtoritajiet pubbliċi oħra, is-soċjetà ċivili, is-sħab ekonomiċi u soċjali u, fejn xieraq, l-organizzazzjonijiet tar-riċerka u l-universitajiet. L-implimentazzjoni taż-żewġ fondi jenħtieġ li tiżgura l-koordinazzjoni u l-komplementarjetà mal-FSE+, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta, il-FEMSA u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR).

(9)

Huwa neċessarju li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet dwar l-appoġġ tal-FEŻR taħt l-għan dwar l-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi u l-għan tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg).

(10)

Sabiex jiġu identifikati t-tipi ta' attivitajiet li jistgħu jiġu appoġġati mill-FEŻR u l-Fond ta' Koeżjoni, l-objettivi ta' politika speċifiċi għall-provvista ta' appoġġ miż-żewġ fondi jenħtieġ li jiġu stabbiliti biex jiġi żgurat li jikkontribwixxu għal wieħed jew aktar mill-objettivi ta' politika komuni msemmija fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament 2021/1060.

(11)

Peress li l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) huma s-sinsla tal-ekonomija Ewropea, jenħtieġ li l-FEŻR ikompli jappoġġa l-iżvilupp tal-SMEs billi jsaħħaħ it-tkabbir sostenibbli u l-kompetittività tagħhom. Barra minn hekk, filwaqt li jitqies l-impatt potenzjalment qawwi tal-pandemija tal-COVID-19 jew kwalunkwe sitwazzjoni ta' kriżi potenzjali oħra li tirriżulta fil-futur li jkollha impatt fuq in-negozji u l-impjiegi, jenħtieġ li l-FEŻR jappoġġa l-irkupru minn tali sitwazzjonijiet ta’ kriżi billi jsostni l-ħolqien tal-impjiegi fl-SMEs, inkluż b'investimenti produttivi.

(12)

L-investimenti taħt il-FEŻR jenħtieġ li jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta' network komprensiv ta' infrastruttura diġitali b'veloċità għolja, u għall-promozzjoni tal-mobbiltà multimodali sostenibbli u mingħajr tniġġis b'enfasi fuq it-trasport pubbliku, il-mobbiltà kondiviża, il-mixi u ċ-ċikliżmu, bħala parti mit-tranżizzjoni lejn ekonomija mingħajr emissjonijiet ta' karbonju.

(13)

Sabiex jinħatfu l-opportunitajiet mill-era diġitali, jenħtieġ li l-FEŻR jikkontribwixxi għall-iżvilupp ta' soċjetà diġitali inklużiva fejn iċ-ċittadini, l-organizzazzjonijiet ta' riċerka, in-negozji u l-amministrazzjonijiet pubbliċi jisfruttaw bis-sħiħ l-opportunitajiet li toffri d-diġitalizzazzjoni. Gvern elettroniku effettiv fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali jinvolvi l-iżvilupp ta' għodod kif ukoll rieżami tal-organizzazzjoni u tal-proċessi, sabiex is-servizzi pubbliċi jitwasslu b'mod aktar effettiv, faċli, rapidu u bi spiża aktar baxxa. B'mod partikolari, it-teknoloġiji diġitali u tat-telekomunikazzjoni jenħtieġ li jintużaw biex itejbu n-networks u s-servizzi tradizzjonali għall-benefiċċju tal-komunitajiet lokali permezz tal-iżvilupp ta' proġetti bħal bliet u rħula intelliġenti.

(14)

L-appoġġ mill-FEŻR taħt l-objettiv ta' politika 1 (PO 1) jenħtieġ li jkun ibbażat fuq it-tisħiħ tal-kapaċitajiet għal strateġiji ta' speċjalizzazzjoni intelliġenti, li jistabbilixxu prijoritajiet fil-livell nazzjonali jew reġjonali, jew it-tnejn, biex ikabbru l-vantaġġ kompetittiv tagħhom billi jiżviluppaw u jqabblu l-punti b'saħħithom tar-riċerka u l-innovazzjoni mal-ħtiġijiet kummerċjali u l-ħiliet meħtieġa permezz ta' proċess ta' skoperta intraprenditorjali. Il-proċess jenħtieġ li jippermetti lill-atturi intraprenditorjali, inkluż l-industrija, l-organizzazzjonijiet tal-edukazzjoni u r-riċerka, l-amministrazzjonijiet pubbliċi u s-soċjetà ċivili, jidentifikaw l-aktar oqsma promettenti għall-iżvilupp ekonomiku sostenibbli abbażi ta’ strutturi u l-bażi tal-għarfien distintivi tar-reġjun. Peress li l-proċess ta' governanza tal-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti huwa kruċjali għall-kwalità tal-istrateġija, jenħtieġ li l-FEŻR jipprovdi appoġġ għall-iżvilupp u t-tisħiħ tal-kapaċitajiet neċessarji għal proċess ta' skoperta intraprenditorjali effiċjenti u għat-tħejjija jew l-aġġornament ta' strateġiji ta' speċjalizzazzjoni intelliġenti.

(15)

Sabiex tiġi promossa l-kisba tan-newtralità klimatika tal-Unjoni sal-2050, filwaqt li jitqiesu l-konsegwenzi soċjali u ekonomiċi li din tinvolvi, jenħtieġ li l-FEŻR u l-Fond ta' Koeżjoni jikkontribwixxu għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra u għall-indirizzar tal-faqar enerġetiku. F'dak il-kuntest, l-investimenti fl-effiċjenza enerġetika, inkluż skemi ta' ffrankar tal-enerġija, fl-enerġija rinnovabbli sostenibbli f'konformità mal-kriterji ta' sostenibbiltà stabbiliti fid-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8), f'sistemi intelliġenti tal-enerġija, kif ukoll l-investimenti mmirati biex jipprevjenu d-diżastri, jippromwovu l-bijodiversità u l-infrastruttura ekoloġika, inkluż il-preservazzjoni, il-valorizzazzjoni u l-enfasi fuq żoni naturali protetti, u miżuri oħra biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra, bħall-preservazzjoni u r-restawr ta' żoni naturali b'potenzjal għoli ta' assorbiment u qbid tal-karbonju, inkluż permezz tat-tixrib mill-ġdid tax-xagħri, il-qbid ta' gassijiet tal-landfill jew it-tnaqqis tal-emissjonijiet fi proċessi jew prodotti industrijali, ikunu partikolarment importanti. Barra minn hekk, jenħtieġ li jiġu appoġġati investimenti li jkollhom l-għan li jnaqqsu kull forma ta' tniġġis, bħat-tniġġis tal-arja, tal-ilma, tal-ħamrija, dak akustiku u tad-dawl.

(16)

Jeħtieġ li l-pjanijiet nazzjonali integrati għall-enerġija u l-klima, li jiddeskrivu fil-qosor il-politiki u l-miżuri u li jindirizzaw il-faqar enerġetiku u l-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra, jiġu kkunsidrati waqt it-tħejjija ta' programmi kofinanzjati mill-FEŻR u l-Fond ta' Koeżjoni. Bil-għan li jikkontribwixxi għall-kisba tal-objettivi nazzjonali biex jitnaqqas il-faqar enerġetiku stabbilit fil-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima, il-FEŻR jenħtieġ li jappoġġa b'mod partikolari t-titjib fl-effiċjenza enerġetika fl-akkomodazzjoni u fil-bini f'konformità mad-Direttiva (UE) 2018/844 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) emendata biex jikkontribwixxi għall-kisba ta' stokk ta' bini dekarbonizzat sal-2050, u b'hekk jonqos il-konsum tal-enerġija u jkun hemm iffrankar għall-unitajiet domestiċi affettwati mill-faqar enerġetiku.

(17)

Sabiex tittejjeb il-konnettività tat-trasport, jenħtieġ li l-FEŻR u l-Fond ta' Koeżjoni jippromwovu l-iżvilupp ta' network trans-Ewropew tat-trasport, kif imsemmi fir-Regolament (UE) Nru 1315/2013, permezz ta' investiment fl-infrastruttura għat-trasport bil-ferrovija, it-trasport fuq passaġġi fuq l-ilma interni, it-trasport bit-triq, it-trasport marittimu u t-trasport multimodali, inkluż miżuri għat-tnaqqis tal-istorbju. Jenħtieġ li l-FEŻR u l-Fond ta' Koeżjoni jappoġġaw ukoll il-mobbiltà nazzjonali, reġjonali u lokali, dik transfruntiera u urbana. Meta jagħmlu dan, jenħtieġ li ż-żewġ fondi jagħtu attenzjoni għat-titjib tas-sikurezza b'mod partikolari ta' pontijiet u mini eżistenti.

(18)

F'dinja dejjem aktar interkonnessa u minħabba d-dinamiċi demografiċi u dawk ta' migrazzjoni, huwa ċar li l-politika tal-migrazzjoni tal-Unjoni tirrikjedi approċċ komuni li jserraħ fuq is-sinerġiji u l-komplementarjetajiet tal-istrumenti ta' finanzjament differenti. Għalhekk, jenħtieġ li l-FEŻR jagħti attenzjoni lill-isfidi demografiċi waqt it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-programmi. Sabiex jiġi żgurat appoġġ koerenti, b'saħħtu u konsistenti għall-isforzi ta' solidarjetà u l-kondiviżjoni tar-responsabbiltà bejn l-Istati Membri fil-ġestjoni tal-migrazzjoni, il-FEŻR jenħtieġ li jipprovdi appoġġ, fl-aktar livell territorjali xieraq, biex jiffaċilita l-integrazzjoni inklużiva u fit-tul taċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi inkluż il-migranti għall-benefiċċju tal-iżvilupp soċjali u ekonomiku, billi jadotta approċċ immirat lejn il-protezzjoni tad-dinjità u d-drittijiet tagħhom.

(19)

Sabiex jiġu promossi l-innovazzjoni soċjali u l-aċċess inklużiv għal impjiegi ta' kwalità għolja, jenħtieġ li l-FEŻR jappoġġa entitajiet tal-"ekonomija soċjali" bħal kooperattivi, assoċjazzjonijiet mutwi, assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ u intrapriżi soċjali.

(20)

Sabiex tiġi promossa l-inklużjoni soċjali u jiġi miġġieled il-faqar, b'mod partikolari fost il-komunitajiet emarġinati, jeħtieġ li jittejjeb l-aċċess, inkluż permezz tal-infrastruttura, għas-servizzi soċjali, edukattivi, kulturali u rikreattivi, inkluż l-isport, filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet speċifiċi tal-persuni b'diżabbiltà, it-tfal u l-anzjani.

(21)

Jenħtieġ li l-FEŻR u l-Fond ta' Koeżjoni jippromwovu l-inklużjoni soċjoekonomika tal-komunitajiet emarġinati, b'attenzjoni partikolari għall-qafas ta’ politika strateġika Nazzjonali għall-inklużjoni tar-Rom kif imsemmi fl-Anness IV għar-Regolament (UE) 2021/1060 li jistabbilixxxi miżuri ta’ integrazzjoni, il-familji bi dħul baxx, inkluż il-familji f'riskju ta' faqar u ta' esklużjoni soċjali, u l-gruppi żvantaġġati, inkluż persuni bi bżonnijiet speċjali. B'mod partikolari, f’konformità mal-prinċipju 19 tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, il-FEŻR u l-Fond ta' Koeżjoni jenħtieġ li jkunu jistgħu jappoġġaw l-għoti ta' akkomodazzjoni soċjali. Filwaqt li jitqiesu l-isfidi li jiffaċċjaw il-komunitajiet Rom emarġinati f'termini ta' aċċess għal servizzi bażiċi, jenħtieġ li l-FEŻR u l-Fond ta' Koeżjoni jikkontribwixxu għat-titjib tal-kundizzjonijiet tal-għajxien u l-prospetti ta' żvilupp tagħhom.

(22)

Sabiex tissaħħaħ it-tħejjija għall-edukazzjoni u t-taħriġ mill-bogħod u online b'mod soċjalment inklużiv, il-FEŻR, fil-kompitu tiegħu li jtejjeb l-aċċess ugwali għal servizzi inklużivi u ta' kwalità fl-edukazzjoni, it-taħriġ u t-tagħlim tul il-ħajja, jenħtieġ li b'mod partikolari jikkontribwixxi għat-trawwim tar-reżiljenza għat-tagħlim mill-bogħod u online. L-isforzi biex tiġi żgurata l-kontinwità tal-edukazzjoni u t-taħriġ matul il-pandemija tal-COVID-19 żvelaw nuqqasijiet importanti fl-aċċess għat-tagħmir u l-konnettività meħtieġa fil-qasam tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT) minn studenti li ġejjin minn kuntest żvantaġġat u dawk f'reġjuni remoti. F'dak il-kuntest, jenħtieġ li l-FEŻR jappoġġa t-tqegħid għad-dispożizzjoni tat-tagħmir u l-konnettività neċessarji fil-qasam tal-ICT, biex b'hekk titrawwem ir-reżiljenza tas-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ għat-tagħlim mill-bogħod u online.

(23)

Sabiex tissaħħaħ il-kapaċità tas-sistemi tas-saħħa pubblika li jipprevjenu emerġenzi tas-saħħa, jirrispondu malajr għalihom, u jirkupraw minnhom, jenħtieġ li l-FEŻR jikkontribwixxi wkoll għar-reżiljenza tas-sistemi tas-saħħa. Barra minn hekk, peress li l-pandemija mingħajr preċedent tal-COVID-19 żvelat l-importanza tad-disponibbiltà immedjata ta' provvisti kritiċi biex jingħata rispons effettiv għal sitwazzjoni ta' emerġenza, l-ambitu tal-appoġġ mill-FEŻR jenħtieġ li jitwessa' biex jippermetti x-xiri ta' provvisti meħtieġa għat-tisħiħ tar-reżiljenza għad-diżastri u r-reżiljenza tas-sistemi tas-saħħa inkluż il-kura primarja, u l-promozzjoni tat-tranżizzjoni minn kura istituzzjonali għal kura bbażata fil-familja u fil-komunità. Meta jinxtraw provvisti biex tissaħħaħ ir-reżiljenza tas-sistemi tas-saħħa, jenħtieġ li dawn ikunu konsistenti mal-istrateġija nazzjonali tas-saħħa u ma jmorrux lil hinn minnha u jiżguraw komplementarjetajiet mal-Programm l-UE għas-Saħħa stabbilit mir-Regolament (UE) 2021/522 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10), kif ukoll mal-kapaċitajiet tar-rescEU skont il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili stabbilit mid-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11).

(24)

Jenħtieġ li l-FEŻR jappoġġa u jippromwovi t-tranżizzjoni mill-kura istituzzjonali għall-kura bbażata fil-familja jew fil-komunità permezz ta' faċilitajiet ta' appoġġ li jfittxu li jipprevjenu s-segregazzjoni mill-komunità, jiffaċilitaw l-integrazzjoni tan-nies fis-soċjetà u jfittxu li jiżguraw kundizzjonijiet ta' għajxien indipendenti.

(25)

Jenħtieġ li jiġi previst objettiv speċifiku apposta li jappoġġja lill-ekonomiji reġjonali li jiddependu ħafna mis-setturi turistiċi u kulturali. Dan jippermetti l-isfruttament tal-potenzjal sħiħ tal-kultura u t-turiżmu sostenibbli għal irkupru ekonomiku, l-inklużjoni soċjali u l-innovazzjoni soċjali, mingħajr preġudizzju għall-possibbiltajiet li jingħata appoġġ mill-FEŻR lil dawk is-setturi taħt objettivi speċifiċi oħra.

(26)

Investimenti li jappoġġaw l-industriji kreattivi u kulturali, is-servizzi kulturali u siti ta' wirt kulturali jistgħu jiġu ffinanzjati taħt kwalunkwe objettiv ta' politika dment li dawn jikkontribwixxu għall-objettivi speċifiċi u li jaqgħu fl-ambitu tal-appoġġ mill-FEŻR.

(27)

Turiżmu sostenibbli jeħtieġ bilanċ bejn is-sostenibbiltà ekonomika, soċjali, kulturali u ambjentali. L-approċċ biex jiġi appoġġat it-turiżmu sostenibbli jenħtieġ li jkun f'konformità mal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Ottubru 2007 intitolata "Aġenda għal turiżmu Ewropew sostenibbli u kompetittiv". B'mod partikolari, dan jenħtieġ li jqis il-benesseri tat-turisti, jirrispetta l-ambjent naturali u kulturali u jiżgura l-iżvilupp u l-kompetittività soċjoekonomiċi tad-destinazzjonijiet u n-negozji permezz ta' approċċ ta' politika integrat u olistiku.

(28)

Sabiex jiġu appoġġati l-isforzi tal-Istati Membri u r-reġjuni li qed jiffaċċaw sfidi ġodda u jiġu żgurati livell għoli ta' sigurtà għaċ-ċittadini tagħhom kif ukoll il-prevenzjoni tal-emarġinazzjoni u r-radikalizzazzjoni, filwaqt li jiddependu fuq is-sinerġiji u komplementarjetajiet ma' politiki oħra tal-Unjoni, l-investimenti taħt il-FEŻR jenħtieġ li jikkontribwixxu għas-sigurtà f'żoni fejn ikun hemm il-ħtieġa li jiġu żgurati spazji pubbliċi sikuri u siguri u infrastruttura kritika, bħalma huma t-trasport u l-enerġija, u b'hekk jikkontribwixxu għall-bini ta' soċjetajiet aktar inklużivi u aktar sikuri.

(29)

Jenħtieġ li l-FEŻR jipprovdi appoġġ taħt l-objettiv ta' politika 5 (PO 5) b’mod integrat għall-iżvilupp ekonomiku, soċjali u ambjentali fuq il-bażi ta’ strateġiji territorjali transsettorjali bl-użu ta’ għoddod ta’ żvilupp territorjali integrat sabiex jiġi żgurat l-iżvilupp armonjuż kemm taż-żoni urbani kif ukoll taż-żoni mhux urbani . Barra minn hekk, meta jiġu żviluppati żoni urbani, jenħtieġ li tingħata attenzjoni speċjali għall-appoġġ għaż-żoni urbani funzjonali minħabba l-importanza tagħhom li jwasslu għal kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet lokali u s-sħab bejn il-fruntieri amministrattivi kif ukoll li jsaħħu r-rabtiet bejn iż-żoni urbani u dawk rurali.

(30)

Jenħtieġ li l-FEŻR jappoġġa t-turiżmu sostenibbli b'mod integrat, b'mod partikolari permezz tat-tisħiħ tal-kooperazzjoni fit-territorji funzjonali. Sabiex tingħata spinta lill-impatt tat-turiżmu sostenibbli fuq l-ekonomija, jenħtieġ li l-intrapriżi u l-awtoritajiet pubbliċi jikkooperaw b'mod sistematiku biex iwasslu servizzi ta' kwalità b'mod aktar effiċjenti f'żoni li jkollhom potenzjal għoli għat-turiżmu, filwaqt li jieħdu ħsieb li joħolqu ambjent legali u amministrattiv stabbli li jwassal għal tkabbir sostenibbli ta' dawn iż-żoni. L-azzjonijiet appoġġati fil-qasam tat-turiżmu sostenibbli jistgħu jqisu l-aħjar prattiki f'dan il-qasam, bħall-approċċ ta' "distrett turistiku".

(31)

Minħabba l-għan ġenerali tal-Fond ta' Koeżjoni previst fit-TFUE, huwa neċessarju li jiġu stabbiliti u limitati l-objettivi ta' politika li għalihom il-Fond ta' Koeżjoni jenħtieġ li jipprovdi appoġġ.

(32)

Sabiex tittejjeb il-kapaċità amministrattiva kumplessiva tal-istituzzjonijiet u l-governanza fl-Istati Membri li jimplimentaw il-programmi taħt l-għan ta’ Investiment għall-impjiegi u t-tkabbir, huwa neċessarju li jiġu attivati miżuri ta' appoġġ għall-awtoritajiet tal-programmi u l-atturi settorjali jew territorjali responsabbli mit-twettiq ta' attivitajiet rilevanti għall-implimentazzjoni tal-FEŻR u l-Fond ta' Koeżjoni taħt l-objettivi speċifiċi kollha segwiti b'kont meħud tal-prinċipji orizzontali msemmija fir-Regolament (UE) 2021/1060, inkluż l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-NU.

(33)

Sabiex titħeġġeġ u tingħata spinta lill-miżuri ta’ kooperazzjoni fil-programmi implimentati taħt l-għan tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi, huwa neċessarju li jittejbu l-miżuri ta' kooperazzjoni mas-sħab inkluż dawk fil-livell lokali u reġjonali fi Stat Membru partikolari jew bejn Stati Membri differenti fir-rigward ta' sostenn ipprovdut taħt l-objettivi speċifiċi kollha. Din il-kooperazzjoni msaħħa hija addizzjonali għall-kooperazzjoni taħt l-Interreg u jenħtieġ li b'mod partikolari tappoġġa l-kooperazzjoni fost sħubiji strutturati bil-ħsieb li jiġu implimentati strateġiji reġjonali kif imsemmi fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta Lulju 2017 intitolata ''It-tisħiħ tal-Innovazzjoni fir-Reġjuni tal-Ewropa: Strateġiji għal tkabbir reżiljenti, inklużiv u sostenibbli''. Is-sħab jistgħu għalhekk jiġu minn kwalunkwe reġjun fl-Unjoni, iżda jistgħu jinkludu wkoll reġjuni transfruntiera u reġjuni li huma kollha koperti minn Raggruppament Ewropew ta' Kooperazzjoni Territorjali skont ir-Regolament (KE) Nru 1082/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12), strateġija makroreġjonali jew tal-baċini tal-baħar jew kombinazzjoni ta’ dawn iż-żewġ tipi ta’ strateġiji.

(34)

Jenħtieġ li l-FEŻR jgħin sabiex jitnaqqsu l-iżbilanċi reġjonali prinċipali fl-Unjoni u biex jitnaqqsu d-disparitajiet bejn il-livelli ta' żvilupp tar-reġjuni varji u r-ritard tar-reġjuni l-inqas favoriti, inkluż dawk li qed jaffaċċaw sfidi minħabba impenji ta' dekarbonizzazzjoni u permezz ta’ dan irawmu r-reżiljenza reġjonali. Għalhekk, jenħtieġ li l-appoġġ tal-FEŻR taħt l-għan tal-Investiment għall-impjiegi u t-tkabbir jiġi kkonċentrat fuq il-prijoritajiet ewlenin tal-Unjoni f'konformità mal-objettivi tal-politika stabbiliti fir-Regolament (UE) 2021/1060. Għalhekk, jenħtieġ li l-appoġġ mill-FEŻR jikkonċentra fuq l-objettivi ta' politika ta' 'Ewropa aktar kompetittiva u intelliġenti billi jippromwovi t-trasformazzjoni ekonomika, intelliġenti u innovattiva u l-konnettività tal-ICT reġjonali' u 'Ewropa ekoloġika, b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju, fit-tranżizzjoni lejn ekonomija mingħajr ebda emissjoni tal-karbonju u reżiljenti billi tippromwovi t-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa u ġusta, investiment ekoloġiku u blu, l-ekonomija ċirkolari, il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih, l-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskju u mobbiltà urbana sostenibbli'. Ir-riżorsi ddedikati għall-mobbiltà urbana sostenibbli u l-investiment fil-broadband jistgħu jitqiesu parzjalment meta tiġi kkalkulata l-konformità mar-rekwiżiti ta' konċentrazzjoni tematika. Jenħtieġ li l-Istati Membri jiddeċiedu fil-Ftehimiet ta' Sħubija tagħhom jekk jikkonformawx mar-rekwiżiti ta' konċentrazzjoni tematika fil-livell tal--kategorija ta' reġjun jew fil-livell nazzjonali għall-perijodu kollu ta' programmazzjoni. Il-konċentrazzjoni tematika fuq livell nazzjonali jenħtieġ li tkun stabbilita minn tliet gruppi ta’ Stati Membri ffurmati skont id-dħul nazzjonali gross rispettiv u jenħtieġ li tippermetti flessibbiltà fil-livell tal-programmi individwali. Peress li l-appoġġ mill-Fond ta' Koeżjoni jista' jikkontribwixxi wkoll għall-konċentrazzjoni tematika, jenħtieġ li jiġu stabbiliti l-kondizzjonijiet għal tali kontribuzzjoni. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-metodoloġija biex tikklassifika lill-Istati Membri tiġi stabbilita bir-reqqa, b'kont meħud tas-sitwazzjoni speċifika tar-reġjuni ultraperiferiċi u għar-reġjuni skarsament popolati tat-tramuntana.

(35)

Sabiex jiġi kkonċentrat l-appoġġ fuq il-prijoritajiet ewlenin tal-Unjoni, huwa wkoll xieraq li rekwiżiti ta' konċentrazzjoni tematika jenħtieġ li jiġu rispettati matul il-perijodu ta' programmazzjoni, inkluż fil-każ ta' trasferiment bejn il-prijoritajiet fi programm jew bejn il-programmi.

(36)

Sabiex il-FEŻR ikun jista' jipprovdi appoġġ taħt l-Interreg f'termini kemm ta' investimenti fl-infrastruttura u investimenti assoċjati relatati magħhom, kif ukoll attivitajiet ta' taħriġ u ta' integrazzjoni, huwa neċessarju li jiġi previst li l-FEŻR jenħtieġ li jkun jista' wkoll jipprovdi appoġġ għal attivitajiet taħt l-objettivi speċifiċi tal-FSE+, stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/1057 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13) +.

(37)

Sabiex jiġi konċentrat l-użu ta' riżorsi limitati bl-aktar mod effiċjenti, l-appoġġ mill-FEŻR mogħti għal investimenti produttivi taħt objettiv rilevanti speċifiku jenħtieġ li jkun limitat għal intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju fis-sens tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE (14), ħlief għal investimenti speċifiċi stabbiliti f'dan ir-Regolament.

(38)

Fil-kuntest tal-appoġġ tal-FEŻR għal investimenti produttivi, huwa xieraq li jiġi ċċarat li investiment produttiv jenħtieġ li jinftiehem bħala investiment f'kapital fiss jew f'assi immaterjali tal-intrapriżi, bil-ħsieb tal-produzzjoni ta' oġġetti u servizzi u b'hekk jikkontribwixxi għall-formazzjoni grossa tal-kapital u għall-impjiegi. Jenħtieġ li jiġi previst ukoll li taħt ċerti kondizzjonijiet, il-FEŻR u l-Fond ta' Koeżjoni jistgħu jappoġġaw l-investimenti f'intrapriżi oħra li mhumiex SMEs. Barra minn hekk, abbażi tal-esperjenza tal-perijodi ta' programmazzjoni preċedenti, jenħtieġ li l-FEŻR u l-Fond ta' Koeżjoni jappoġġaw ukoll l-investimenti f'intrapriżi oħra li mhumiex SMEs, inkluż b'mod partikolari s-servizzi ta' utilità pubblika, meta dawn jikkonċernaw investiment fl-infrastruttura li tiżgura l-aċċess għas-servizzi disponibbli għall-pubbliku fil-qasam tal-enerġija, l-ambjent u l-bijodiversità, it-trasport u l-konnettività diġitali.

(39)

Jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi t-tipi differenti ta' attivitajiet li l-ispejjeż tagħhom jenħtieġ li jkunu appoġġati permezz ta' investimenti mill-FEŻR u l-Fond ta' Koeżjoni, taħt l-objettivi rispettivi tagħhom kif stabbiliti mit-TFUE, inkluż il-finanzjament kollettiv. Jenħtieġ li l-Fond ta' Koeżjoni jkun jista' jappoġġa investimenti fit-TEN-T u fl-ambjent, inkluż investimenti relatati mal-iżvilupp sostenibbli u l-enerġija li jippreżentaw benefiċċji ambjentali. F'dak il-kuntest, jenħtieġ li l-Fond ta' Koeżjoni jkun jista' jappoġġa wkoll adattament enerġetiku u sismiku kkombinat. Fir-rigward tal-FEŻR, il-lista ta' attivitajiet jenħtieġ li tqis il-ħtiġijiet speċifiċi ta' żvilupp nazzjonali u reġjonali kif ukoll il-potenzjal endoġenu u tiġi ssimplifikata. Il-FEŻR jenħtieġ li tkun tista' tappoġġa investimenti fl-infrastruttura, inkluż għar-riċerka u l-innovazzjoni fl-infrastruttura tan-negozji għall-SMEs, l-akkomodazzjoni għall-komunitajiet emarġinati u l-gruppi żvantaġġati, il-familji bi dħul baxx u l-migranti, il-kultura u l-wirt, it-turiżmu sostenibbli u s-servizzi għall-intrapriżi, l-investimenti b'rabta mal-aċċess għal servizzi b'enfasi partikolari fuq komunitajiet żvantaġġati, emarġinati u segregati, investimenti produttivi fl-SMEs, f'tagħmir, f'software u f'assi intanġibbli, kif ukoll fir-rigward ta' informazzjoni, komunikazzjoni, studji, networking, kooperazzjoni, skambju ta' esperjenzi bejn sħab u attivitajiet li jinvolvu clusters. Sabiex tiġi appoġġata l-implimentazzjoni ta' programm, jenħtieġ li ż-żewġ fondi jkunu jistgħu wkoll jappoġġaw attivitajiet ta' assistenza teknika. Fl-aħħar nett, sabiex jipprovdi appoġġ għal firxa aktar wiesgħa ta' interventi għal programmi Interreg, jenħtieġ li l-ambitu jitwessa' biex jinkludi wkoll il-kondiviżjoni ta' firxa wiesgħa ta' faċilitajiet u riżorsi umani u l-ispejjeż marbuta ma' miżuri fl-ambitu tal-FSE+.

(40)

Proġetti ta' networks trans-Ewropej tat-trasport skont ir-Regolament (UE) Nru 1316/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15) iridu jkomplu jiġu ffinanzjati mill-Fond ta' Koeżjoni kemm permezz ta' ġestjoni kondiviża kif ukoll tal-modalità ta' implimentazzjoni diretta taħt il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa stabbilita b’Regolament (UE) 2021 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (Ir-“Regolament CEF għal 2021-2027”).

(41)

Fl-istess ħin, huwa importanti li jiġi ċċarat li dawk l-attivitajiet li jaqgħu barra l-ambitu tal-FEŻR u l-Fond ta' Koeżjoni, inkluż investimenti biex jinkiseb it-tnaqqis ta' emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra mill-attivitajiet elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16), sabiex ikun evitat l-irduppjar tal-finanzjament disponibbli, li diġà jeżisti bħala parti minn dik id-Direttiva, u l-investimenti f’impriżi f'diffikultà kif definiti fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 (17) sakemm ma jkunux awtorizzati taħt l-għajnuna de minimis jew regoli dwar l-għajnuna mill-Istat temporanja stabbilita biex tindirizza ċirkostanzi eċċezzjonali. Il-FEŻR u l-Fond ta' Koeżjoni jenħtieġ ukoll li ma jappoġġawx ċertu investiment fl-ajruporti, fil-faċilitajiet għar-rimi fl-landfill u fit-trattament tal-iskart residwu jew fil-fjuwils fossili. Għalhekk, jenħtieġ li l-FEŻR ikun jista' jappoġġa miżuri mmirati ta' mitigazzjoni ambjentali, ta' sigurtà u ta' sikurezza fl-ajruporti reġjonali sakemm l-objettiv primarju tal-investimenti jkun identifikat b'mod ċar f'termini ta' standards ambjentali, ta' sigurtà jew ta' sikurezza tal-Unjoni u jkun konformi mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat.

Għal investimenti li jżidu l-kapaċità tal-faċilitajiet għat-trattament tal-iskart residwu, jenħtieġ li l-iskart residwu jinftiehem bħala primarjament skart muniċipali li ma jinġabarx separatament u rifjuti mit-trattament tal-iskart. Il-modernizzazzjoni tan-networks tat-tisħin distrettwali tista' tiġi appoġġata bil-ħsieb li tittejjeb l-effiċjenza enerġetika ta' sistemi ta' tisħin distrettwali effiċjenti, kif definit fid-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (18), skont l-objettivi stipulati fil-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima. Bil-ħsieb li tiġi promossa l-enerġija rinnovabbli, jista' jingħata appoġġ għal bojlers tat-tisħin distrettwali fornuti minn kombinazzjoni ta' sorsi ta' enerġija bil-gass u rinnovabbli. F'każijiet bħal dawn, l-appoġġ miż-żewġ fondi jenħtieġ li jikkorrispondi proporzjonalment mas-sehem ta' input ta' enerġija rinnovabbli għal bojlers bħal dawn. Barra minn hekk, jenħtieġ li jiġi stabbilit b'mod espliċitu li l-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej elenkati fl-Anness II għat-TFUE mhumiex eliġibbli għal appoġġ la mill-FEŻR u lanqas mill-Fond ta' Koeżjoni.

(42)

Jenħtieġ li l-Istati Membri regolarment jibagħtu lill-Kummissjoni informazzjoni dwar il-progress li jsir bl-użu ta' indikaturi tal-output u tar-riżultati komuni stabbiliti fl-Anness I. Indikaturi tal-output u tar-riżultati komuni jistgħu jiġu kkomplementati, fejn rilevanti minn indikaturi ta' output u indikaturi tar-riżultati speċifiċi għall-programm. Jenħtieġ li l-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri tkun il-bażi li fuqha l-Kummissjoni jenħtieġ li tirrapporta dwar il-progress lejn il-kisba ta' objettivi speċifiċi matul il-perijodu kollu ta' programmazzjoni u għal dan il-għan jintuża sett ewlieni ta' indikaturi stabbiliti fl-Anness II.

(43)

Skont il-paragrafi 22 u 23 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (19), jenħtieġ li l-FEŻR u l-Fond ta’ Koeżjoni jiġu evalwati fuq il-bażi ta' informazzjoni miġbura f’konformità mar-rekwiżiti speċifiċi ta' monitoraġġ, filwaqt li jiġi evitat piż amministrattiv, b'mod partikolari għall-Istati Membri, u r-regolamentazzjoni żejda. Dawk ir-rekwiżiti, fejn xieraq, jenħtieġ li jinkludu indikaturi li jistgħu jitkejlu bħala bażi għall-evalwazzjoni tal-effetti taż-żewġ fondi fuq il-post.

(44)

Fil-qafas tar-regoli rilevanti taħt il-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir kif iċċarat fil-Kodiċi ta' Kondotta, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jagħmlu talba debitament ġustifikata għal aktar flessibbiltà għan-nefqa strutturali pubblika jew ekwivalenti appoġġata mill-amministrazzjoni pubblika permezz tal-kofinanzjament ta' investimenti attivati bħala parti mill-FEŻR u mill-Fond ta' Koeżjoni. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tevalwa tali talba skont il-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir u l-Kodiċi ta' Kondotta.

(45)

Jenħtieġ li l-FEŻR jindirizza l-problemi taż-żoni żvantaġġati, b'mod partikolari żoni rurali u żoni li jsofru minn żvantaġġi naturali jew demografiċi gravi u permanenti, inkluż it-tnaqqis demografiku, biex jaċċessaw servizzi bażiċi, inkluż servizzi diġitali, li jtejjeb l-attraenza għall-investiment, inkluż permezz ta' investimenti kummerċjali u l-konnettività ma' swieq kbar. B'hekk, jenħtieġ li l-FEŻR jagħti attenzjoni lill-isfidi speċifiċi tal-iżvilupp li jiltaqgħu magħhom ċerti reġjuni gżejjer, dawk tal-fruntiera jew muntanjużi. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-FEŻR jagħti attenzjoni partikolari lid-diffikultajiet speċifiċi taż-żoni ta' livell NUTS 3 u l-livell tal-unità amministrattiva lokali , kif imsemmi fir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (20) li huma skarsament popolati, f'konformità mal-kriterji stabbiliti fil-punt 161 tal-Linji Gwida dwar l-Għajnuna Reġjonali mill-Istat 2014-2020, partikolarment dawk li għandhom densità tal-popolazzjoni ta' anqas minn 12.5 abitant għal kull kilometru kwadru, jew żoni li sofrew minn tnaqqis medju annwali fil-popolazzjoni ta' mill-inqas 1 % tal-abitanti matul il-perijodu 2007-2017. Jenħtieġ li l-Istati Membri jikkunsidraw l-iżvilupp ta' pjanijiet ta' azzjoni volontarji speċifiċi fil-livell lokali għal dawn iż-żoni biex jingħelbu dawn l-isfidi tal-popolazzjoni.

(46)

Sabiex jiġi massimizzat il-kontribut biex jiġu indirizzati b'mod aktar effettiv l-isfidi ekonomiċi, demografiċi, ambjentali u soċjali b'mod partikolari f'żoni bi żvantaġġi naturali u demografiċi, kif previst fl-Artikolu 174 TFUE, l-azzjonijiet fil-qasam tal-iżvilupp territorjali jenħtieġ li jkunu bbażati fuq strateġiji territorjali integrati inkluż f'żoni urbani u rurali u b'attenzjoni għar-rabtiet urbani-rurali. Għalhekk, jenħtieġ li l-appoġġ tal-FEŻR jingħata permezz tal-forom stabbiliti fl-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) 2021/1060 li jiżgura l-involviment xieraq tal-awtoritajiet lokali, reġjonali u urbani, tas-sħab ekonomiċi u soċjali u tar-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili u tal-organizzazzjonijiet mhux governattivi. L-istrateġiji territorjali jenħtieġ li jkunu jistgħu jibbenefikaw ukoll minn approċċ plurifond u integrat li jinvolvi l-FEŻR, l-FSE+, il-FEMSA u l-FAEŻR.

(47)

Sabiex jittejbu r-reżiljenza tal-komunitajiet fiż-żoni rurali u l-kundizzjonijiet ekonomiċi, soċjali u ambjentali tagħhom, jenħtieġ li jintuża l-appoġġ mill-FEŻR biex jiġu żviluppati proġetti bħall-irħula intelliġenti, kif imsemmi fir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Ottubru 2018 dwar l-indirizzar tal-ħtiġijiet speċifiċi taż-żoni rurali, muntanjużi u remoti, b'mod partikolari billi jiġu żviluppati opportunitajiet ġodda, bħal servizzi deċentralizzati u soluzzjonijiet tal-enerġija, teknoloġiji diġitali u innovazzjonijiet.

(48)

Fil-qafas tal-iżvilupp urban sostenibbli, huwa kkunsidrat neċessarju li jiġi appoġġat l-iżvilupp territorjali integrat sabiex jiġu indirizzati l-isfidi ekonomiċi, ambjentali, klimatiċi, demografiċi u soċjali li jaffettwaw iż-żoni urbani, inkluż iż-żoni urbani funzjonali, filwaqt li titqies il-ħtieġa li jiġu promossi rabtiet bejn iż-żoni urbani u dawk rurali. L-appoġġ immirat lejn iż-żoni urbani jista' jieħu l-forma ta' programm separat jew prijorità separata u jenħtieġ li jkun jista’ jibbenefika minn approċċ plurifond. Il-prinċipji għall-għażla taż-żoni urbani li għalihom iridu jiġu implimentati azzjonijiet integrati għal żvilupp urban sostenibbli, u l-ammonti indikattivi għal dawk l-azzjonijiet, jenħtieġ li jkunu stabbiliti fil-programmi taħt l-għan għall-Investiment għall-impiegi u t-tkabbir b'mira minima ta' 8 % tar-riżorsi tal-FEŻR allokati fil-livell nazzjonali għal dan il-għan. Jenħtieġ li jiġi stabbilit ukoll li dan il-perċentwal jenħtieġ li jiġi rispettat matul il-perijodu ta' programmazzjoni f'każ ta' trasferiment bejn il-prijoritajiet fi programm jew bejn il-programmi, inkluż fir-reviżjoni ta' nofs it-terminu.

(49)

Sabiex jiġu identifikati jew jingħataw soluzzjonijiet li jindirizzaw kwistjonijiet relatati mal-iżvilupp urban sostenibbli fil-livell tal-Unjoni, jenħtieġ li l-Azzjonijiet Innovattivi Urbani fil-qasam tal-iżvilupp urban sostenibbli jiġu sostitwiti bl-Inizjattiva Urbana Ewropea, li tiġi implimentata taħt ġestjoni diretta jew indiretta. Jenħtieġ li dik l-inizjattiva tkopri ż-żoni urbani kollha, inkluż iż-żoni urbani funzjonali u tappoġġa l-Aġenda Urbana għall-Unjoni Ewropea. Sabiex tiġi stimulata l-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet lokali fis-sħubijiet tematiċi taħt l-Aġenda Urbana, jenħtieġ li l-FEŻR jipprovdi appoġġ għall-ispejjeż organizzattivi relatati ma' din il-parteċipazzjoni. L-inizjattiva tista' tinkludi kooperazzjoni intergovernattiva dwar kwistjonijiet urbani, b'mod partikolari kooperazzjoni mmirata lejn it-tisħiħ tal-kapaċitajiet fil-livell lokali biex jinkisbu l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-NU. L-Istati Membri u l-awtoritajiet reġjonali u lokali jenħtieġ li jiġu involuti b'mod attiv fil-ġestjoni u l-implimentazzjoni tal-Inizjattiva Urbana Ewropea. L-azzjonijiet miftiehma fi ħdan dan il-mudell ta' ġestjoni jistgħu jinkludu skambju għal rappreżentanti reġjonali u lokali. L-azzjonijiet meħuda fi ħdan l-Inizjattiva Urbana Ewropea jenħtieġ li jippromwovu rabtiet bejn iż-żoni urbani u dawk rurali fi ħdan iż-żoni urbani funzjonali. Il-kooperazzjoni man-Network Ewropew għall-Iżvilupp Rurali hija ta' importanza partikolari f'dan ir-rigward.

(50)

Il-kummerċjalizzazzjoni u l-espansjoni ta' proġetti ta' innovazzjoni interreġjonali jenħtieġ li jiġu promossi fit-territorju kollu tal-Unjoni permezz tal-investimenti interreġjonali ġodda fl-innovazzjoni li jiġu mmaniġġati mill-Kummissjoni. Jekk jiġu appoġġati proġetti ta' innovazzjoni f'oqsma ta' speċjalizzazzjoni intelliġenti, inkluż proġetti pilota u miżuri għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet, dawn, b'mod partikolari, ser ikunu ta' benefiċċju għar-reġjuni inqas żviluppati, u b'hekk jagħtu spinta lill-ekosistemi tal-innovazzjoni tagħhom u l-kapaċità tagħhom li jintegraw f'katini ta' valur akbar tal-Unjoni. Dawn jenħtieġ li jikkontribwixxu wkoll għall-implimentazzjoni tal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta' Lulju 2017 intitolata "Insaħħu l-Innovazzjoni fir-Reġjuni tal-Ewropa: Strateġiji għal tkabbir reżiljenti, inklużiv u sostenibbli", b'mod partikolari biex jiġu appoġġati pjattaformi ta' speċjalizzazzjoni intelliġenti tematiċi dwar l-oqsma kritiċi.

(51)

Jenħtieġ li tingħata attenzjoni speċifika lir-reġjuni l-aktar imbiegħda, jiġifieri permezz tal-adozzjoni ta' miżuri taħt l-Artikolu 349 TFUE li jipprevedu allokazzjoni addizzjonali għar-reġjuni l-aktar imbiegħda biex tpatti għall-ispejjeż addizzjonali mġarrba f'dawn ir-reġjuni bħala riżultat ta' restrizzjoni permanenti waħda jew aktar minn dawk imsemmija fl-Artikolu 349 TFUE, jiġifieri d-distanza, l-insularità, iċ-ċokon, it-topografija u l-klima diffiċli, id-dipendenza ekonomika fuq ftit prodotti, il-permanenza u l-kombinazzjoni tagħhom li tillimita b'mod sever l-iżvilupp tagħhom. Jenħtieġ li dik l-allokazzjoni tkun tista' tkopri investimenti, spejjeż operattivi u obbligi ta' servizz pubbliku bil-għan li tibbilanċja l-ispejjeż addizzjonali kkawżati minn restrizzjonijiet bħal dawn. Jenħtieġ li l-għajnuna operattiva tkun tista' tkopri n-nefqa fuq is-servizzi ta' ġarr ta' merkanzija u l-għajnuna sabiex jinbdew servizzi tat-trasport kif ukoll in-nefqa fuq l-operazzjonijiet marbutin ma' restrizzjonijiet ta' ħażna, tad-daqs eċċessiv u l-manutenzjoni ta' għodod tal-produzzjoni, u man-nuqqas ta' kapital uman fis-suq lokali. Jenħtieġ li dik l-allokazzjoni ma tkunx soġġetta għal rekwiżiti ta' konċentrazzjoni tematika. Sabiex tiġi protetta l-integrità tas-suq intern, u kif huwa l-każ għall-operazzjonijiet kollha kofinanzjati mill-FEŻR u l-Fond ta' Koeżjoni, kwalunkwe appoġġ tal-FEŻR għall-finanzjament tal-għajnuna operattiva u ta' investiment fir-reġjuni l-aktar imbiegħda jenħtieġ li jikkonforma mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat kif stabbiliti fl-Artikoli 107 u 108 TFUE.

(52)

Sabiex ikun jista' jingħata rispons rapidu għal ċirkostanzi eċċezzjonali u mhux tas-soltu kif imsemmi fil-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir li jistgħu jirriżultaw matul il-perijodu ta' programmazzjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta' implimentazzjoni biex tadotta miżuri temporanji biex tiffaċilita l-użu tal-appoġġ mill-FEŻR b'reazzjoni għal dawn iċ-ċirkostanzi. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tadotta l-miżuri li huma l-aktar xierqa fid-dawl taċ-ċirkostanzi eċċezzjonali jew mhux tas-soltu li Stat Membru jkun qed jiffaċċa filwaqt li tippreserva l-objettivi tal-fond. Barra minn hekk, jenħtieġ li d-deċiżjonijiet ta' implimentazzjoni fir-rigward ta’ miżura temporanja għall-użu tal-FEŻR b'reazzjoni għaċ-ċirkostanzi eċċezzjonali jew mhux tas-soltu jiġu adottati mingħajr proċeduri ta' kumitat minħabba li l-kamp ta' applikazzjoni huwa ddeterminat mill-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir u jkun limitat għall-miżura stabbilita f'dan ir-Regolament. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tissorvelja wkoll l-implimentazzjoni u tivvaluta l-adegwatezza tal-miżuri.

(53)

Sabiex jiġu emendati ċerti elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 TFUE sabiex ikunu jistgħu jsiru aġġustamenti, fejn iġġustifikat, fl-Anness II li jistabbilixxi lista ta' indikaturi użati bħala bażi biex tipprovdi informazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-prestazzjoni tal-programmi. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta' tħejjija, ukoll fil-livell ta' esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata l-parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jitrattaw it-tħejjija tal-atti delegati.

(54)

Minħabba li l-għan ta' dan ir-Regolament, jiġifieri li tissaħħaħ il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali billi jiġu rimedjati l-iżbilanċi reġjonali prinċipali fl-Unjoni, ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri, iżda jista’ pjuttost, minħabba d-daqs ta' disparitajiet bejn il-livelli ta' żvilupp tad-diversi reġjuni u r-ritard tar-reġjuni l-inqas favoriti u l-limitazzjoni fuq ir-riżorsi finanzjarji tal-Istati Membri u r-reġjuni, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-għan.

(55)

Fid-dawl tal-adozzjoni ta' dan ir-Regolament wara l-bidu tal-perijodu ta' programmazzjoni, u filwaqt li titqies il-ħtieġa li jiġu implimentati kemm il-FEŻR kif ukoll il-Fond ta' Koeżjoni b'mod koordinat u armonizzat, u sabiex ikun jista' jiġi implimentat fil-pront, jenħtieġ li jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

WERREJ

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI 71

Artikolu 1

Suġġett 71

Artikolu 2

Kompiti tal-FEŻR u tal-Fond ta' Koeżjoni 71

Artikolu 3

Objettivi speċifiċi għall-FEŻR u l-Fond ta' Koeżjoni 71

Artikolu 4

Konċentrazzjoni tematika tal-appoġġ tal-FEŻR 73

Artikolu 5

Ambitu tal-appoġġ mill-FEŻR 75

Artikolu 6

Ambitu tal-appoġġ mill-Fond ta' Koeżjoni 76

Artikolu 7

Esklużjoni mill-ambitu tal-FEŻR u l-Fond ta' Koeżjoni 76

Artikolu 8

Indikaturi 78

KAPITOLU II

DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI DWAR IT-TRATTAMENT TA' KARATTERISTIĊI TERRITORJALI PARTIKOLARI U INVESTIMENTI INTERREĠJONALI FL-INNOVAZZJONI 78

Artikolu 9

Żvilupp territorjali integrat 78

Artikolu 10

Appoġġ għal żoni żvantaġġati 78

Artikolu 11

Żvilupp urban sostenibbli 79

Artikolu 12

Inizjattiva Urbana Ewropea 79

Artikolu 13

Investimenti Interreġjonali fl-Innovazzjoni 80

Artikolu 14

Ir-reġjuni ultraperiferiċi 80

KAPITOLU III

DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI U FINALI 81

Artikolu 15

Dispożizzjonijiet tranżitorji 81

Artikolu 16

Eżerċizzju tad-delega 81

Artikolu 17

Rieżami 82

Artikolu 18

Dħul fis-seħħ 82

ANNESS I

Indikaturi komuni ta' output u ta' riżultati għall-FEŻR u l-Fond ta' Koeżjoni - l-Artikolu 8(1) 83

ANNESS II

Ġabra ċentrali ta' indikaturi tal-prestazzjoni għall-FEŻR u l-Fond ta' Koeżjoni msemmija fl-Artikolu 8(3), li jridu jintużaw mill-Kummissjoni f'konformità mar-rekwiżit ta' rappurtar tagħha skont il-punt (h)(iii) tal-Artikolu 41(3) tar-Regolament Finanzjarju 12

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI

Artikolu 1

Suġġett

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-objettivi speċifiċi u l-ambitu tal-appoġġ mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) fir-rigward tal-għan tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi u l-għan tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) imsemmija fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament (UE) 2021/1060.

2.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi wkoll l-objettivi speċifiċi u l-ambitu tal-appoġġ mill-Fond ta’ Koeżjoni fir-rigward tal-għan tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi msemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 5(2) tar-Regolament2021/1060.

Artikolu 2

Kompiti tal-FEŻR u tal-Fond ta' Koeżjoni

1.   Il-FEŻR u l-Fond ta' Koeżjoni għandhom jikkontribwixxu għall-objettiv ġenerali li tissaħħaħ il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali tal-Unjoni.

2.   Il-FEŻR għandu jikkontribwixxi għat-tnaqqis tad-disparitajiet bejn il-livelli ta' żvilupp tad-diversi reġjuni fi ħdan l-Unjoni, u għat-tnaqqis tar-ritard tar-reġjuni l-inqas favoriti permezz tal-parteċipazzjoni fl-aġġustament strutturali tar-reġjuni li l-iżvilupp tagħhom ikun għadu lura u fil-konverżjoni tar-reġjuni industrijali li jkunu sejrin lura, inkluż bil-promozzjoni tal-iżvilupp sostenibbli u l-indirizzar tal-isfidi ambjentali.

3.   Il-Fond ta' Koeżjoni għandu jikkontribwixxi għall-proġetti fil-qasam tal-ambjent u tan-networks trans-Ewropej fil-qasam tal-infrastruttura tat-trasport (TEN-T).

Artikolu 3

Objettivi speċifiċi għall-FEŻR u l-Fond ta' Koeżjoni

1.   F'konformità mal-objettivi ta' politika stabbiliti fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) 2021/1060, il-FEŻR għandu jappoġġa l-objettivi speċifiċi li ġejjin:

(a)

Ewropa aktar kompetittiva u aktar intelliġenti bis-saħħa tal-promozzjoni ta' trasformazzjoni ekonomika innovattiva u intelliġenti u konnettività tal-ICT reġjonali (PO 1) permezz ta':

(i)

l-iżvilupp u t-tisħiħ tal-kapaċitajiet fir-riċerka u l-innovazzjoni u l-adozzjoni ta' teknoloġiji avvanzati;

(ii)

it-teħid tal-benefiċċji tad-diġitalizzazzjoni għaċ-ċittadini, il-kumpanniji, l-organizzazzjonijiet ta' riċerka u l-awtoritajiet pubbliċi;

(iii)

it-tisħiħ tat-tkabbir sostenibbli u l-kompetittività tal-SMEs u l-ħolqien tal-impjiegi fl-SMEs, inkluż permezz ta' investimenti li jiġġeneraw id-dħul;

(iv)

l-iżvilupp ta' ħiliet għal speċjalizzazzjoni intelliġenti, tranżizzjoni industrijali u l-intraprenditorija;

(v)

it-titjib tal-konnettività diġitali;

(b)

Ewropa ekoloġika, b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju, fit-tranżizzjoni lejn ekonomija mingħajr ebda emissjoni tal-karbonju u reżiljenti billi tippromwovi t-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa u ġusta, investiment ekoloġiku u blu, l-ekonomija ċirkolari, il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih, l-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskju u mobbiltà urbana sostenibbli (PO 2) permezz ta':

(i)

il-promozzjoni tal-effiċjenza enerġetika u t-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra;

(ii)

il-promozzjoni tal-enerġija rinnovabbli f'konformità mad-Direttiva (UE) 2018/2001, inkluż il-kriterji ta' sostenibbiltà stabbiliti fiha;

(iii)

l-iżvilupp ta' sistemi tal-enerġija intelliġenti, grids u ħażna barra min- Network Trans-Ewropew tal-Enerġija (TEN-E);

(iv)

il-promozzjoni tal-adattament għat-tibdil fil-klima u l-prevenzjoni tar-riskju ta' diżastri u r-reżiljenza, filwaqt li jitqiesu l-approċċi bbażati fuq l-ekosistema;

(v)

il-promozzjoni tal-aċċess għall-ilma u tal-immaniġġjar sostenibbli tal-ilma;

(vi)

il-promozzjoni tat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari u effiċjenti fl-użu tar-riżorsi;

(vii)

it-tisħiħ tal-protezzjoni u l-preservazzjoni tan-natura, il-bijodiversità u l-infrastruttura ekoloġika, inkluż f'żoni urbani, u t-tnaqqis tal-forom kollha ta' tniġġis;

(viii)

il-promozzjoni tal-mobbiltà urbana multimodali sostenibbli, bħala parti mit-tranżizzjoni lejn ekonomija mingħajr ebda emissjonijiet tal-karbonju;

(c)

Ewropa aktar konnessa permezz tat-titjib tal-mobbiltà (PO 3) permezz ta':

(i)

l-iżvilupp ta' TEN-T reżiljenti għall-klima, intelliġenti, sigur, sostenibbli u intermodali;

(ii)

l-iżvilupp u t-titjib ta' mobbiltà nazzjonali, reġjonali u lokali, sostenibbli, reżiljenti għall-klima, intelliġenti u intermodali, inkluż aċċess imtejjeb għat-TEN-T u l-mobbiltà transfruntiera;

(d)

Ewropa aktar soċjali u inklużiva li timplimenta l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali (PO 4) permezz ta':

(i)

it-tisħiħ tal-effettività u l-inklużività tas-swieq tax-xogħol u l-aċċess għal impjiegi ta' kwalità permezz tal-iżvilupp tal-infrastruttura soċjali u l-promozzjoni tal-ekonomija soċjali;

(ii)

it-titjib tal-aċċess ugwali għal servizzi inklussivi u ta' kwalità fl-edukazzjoni, it-taħriġ u t-tagħlim tul il-ħajja permezz tal-iżvilupp ta' infrastruttura aċċessibbli, inkluż permezz tat-trawwim tar-reżiljenza għal tagħlim u taħriġ mill-bogħod u online;

(iii)

il-promozzjoni tal-inklużjoni soċjoekonomika ta' komunitajiet emarġinati, familji bi dħul baxx u gruppi żvantaġġati, inkluż persuni bi bżonnijiet speċjali, permezz ta' azzjonijiet integrati li jinkludu akkomodazzjoni u servizzi soċjali;

(iv)

il-promozzjoni tal-integrazzjoni soċjoekonomika ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi, inkluż migranti permezz ta' azzjonijiet integrati, inkluż akkomodazzjoni u servizzi soċjali;

(v)

l-iżgurar ta' aċċess ugwali għall-kura tas-saħħa u t-trawwim tar-reżiljenza tas-sistemi tas-saħħa, inkluża l-kura primarja, u l-promozzjoni tat-tranżizzjoni minn kura istituzzjonali għal kura bbażata fil-familja u bbażata fil-komunità;

(vi)

it-tisħiħ tar-rwol tal-kultura u t-turiżmu sostenibbli fl-iżvilupp ekonomiku, l-inklużjoni soċjali u l-innovazzjoni soċjali;

(e)

Ewropa eqreb taċ-ċittadini billi trawwem l-iżvilupp sostenibbli u integrat ta' kull tip ta' territorju u inizjattivi lokali (PO 5) permezz ta':

(i)

it-trawwim tal-iżvilupp soċjali, ekonomiku u ambjentali integrat u inklużiv, tal-kultura, il-wirt naturali, it-turiżmu sostenibbli u s-sigurtà fiż-żoni urbani;

(ii)

it-trawwim tal-iżvilupp lokali soċjali, ekonomiku u ambjentali integrat u inklużiv, tal-iżvilupp lokali fl-oqsma kulturali, tal-wirt naturali, tat-turiżmu sostenibbli u tas-sigurtà u f'żoni barra dawk urbani.

L-appoġġ taħt l-objettiv PO 5 għandu jiġi pprovdut permezz ta' strateġiji ta' żvilupp territorjali u lokali, permezz tal-forom stabbiliti fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 28 tar-Regolament(UE) 2021/1060.

2.   Taħt iż-żewġ objettivi speċifiċi tal-punt (e) tal-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu wkoll jappoġġaw operazzjonijiet li jistgħu jiġu ffinanzjati taħt l-objettivi speċifiċi stabbiliti taħt il-punti (a) sa (d) ta' dak il-paragrafu.

3.   Il-Fond ta' Koeżjoni għandu jappoġġa PO 2 u 3.

4.   Fi ħdan l-objettivi speċifiċi stabbiliti fil-paragrafu 1, il-FEŻR jew il-Fond ta' Koeżjoni, skont il-każ, jistgħu wkoll jappoġġaw l-attivitajiet taħt l-għan tal-Investiment għall-impjiegi u t-tkabbir, fejn:

(a)

itejbu l-kapaċità tal-awtoritajiet tal-programm;

(b)

itejbu l-kapaċità tal-atturi settorjali jew territorjali responsabbli għat-twettiq ta' attivitajiet rilevanti għall-implimentazzjoni tal-FEŻR u l-Fond ta' Koeżjoni, dment li dan jikkontribwixxi għall-objettivi tal-programm; jew

(c)

isaħħu l-kooperazzjoni mas-sħab ġewwa u barra minn Stat Membru speċifiku.

Il-kooperazzjoni msemmija fil-punt (c) għandha tinkludi l-kooperazzjoni ma' sħab minn reġjuni transfruntiera, minn reġjuni mhux kontigwi jew minn reġjuni li jinsabu fit-territorju kopert minn Raggruppament Ewropew ta' Kooperazzjoni Territorjali, strateġija makroreġjonali jew tal-baċini tal-baħar jew kombinament tagħhom.

Artikolu 4

Konċentrazzjoni tematika tal-appoġġ tal-FEŻR

1.   Fir-rigward ta' programmi implimentati taħt l-għan tal-Investiment għall-impjiegi u t-tkabbir, it-total tar-riżorsi tal-FEŻR, għajr dawk għall-assistenza teknika, f'kull Stat Membru għandhom ikunu kkonċentrati fil-livell nazzjonali jew fil-livell tal-kategorija tar-reġjun f'konformità mal-paragrafi 3 sa 9.

2.   Fir-rigward tal-konċentrazzjoni tematika ta' appoġġ għall-Istati Membri li jinkludu reġjuni ultraperiferiċi, ir-riżorsi tal-FEŻR allokati speċifikament għal programmi għar-reġjuni ultraperiferiċi u dawk allokati għar-reġjuni l-oħra kollha għandhom jiġu ttrattati b'mod separat.

3.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jikkonformaw mal-konċentrazzjoni tematika fil-livell nazzjonali jew fil-livell tal-kategorija tar-reġjun. Kull Stat Membru għandu jindika l-għażla tiegħu fil-Ftehim ta' Sħubija tiegħu msemmi fl-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2021/1060. Dik l-għażla għandha tapplika għat-total tar-riżorsi tal-FEŻR ta' dak l-Istat Membru msemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għall-perijodu ta' programmazzjoni kollu.

4.   Għall-finijiet ta' konċentrazzjoni tematika fil-livell nazzjonali, l-Istati Membri għandhom ikunu klassifikati, f'termini ta' proporzjon tad-dħul nazzjonali gross tagħhom, kif ġej:

(a)

dawk bi proporzjon ta' dħul nazzjonali gross ugwali għal jew ogħla minn 100 % tal-medja tal-UE ("grupp 1");

(b)

dawk bi proporzjon ta' dħul nazzjonali gross ugwali għal jew ogħla minn 75 % u anqas minn 100 % tal-medja tal-UE ("grupp 2");

(c)

dawk bi proporzjon ta' dħul nazzjonali gross anqas minn 75 % tal-medja tal-UE ("grupp 3").

Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, il-proporzjon tad-dħul gross nazzjonali tfisser il-proporzjon bejn id-dħul gross nazzjonali per capita ta’ Stat Membru, imkejjel permezz tal-istandards tal-poter tal-akkwist u kkalkolat fuq il-bażi taċ-ċifri tal-Unjoni għall-perjodu mill-2015 sal-2017, u l-medja tad-dħul nazzjonali gross per capita skont l-istandards tal-poter tal-akkwist tas-27 Stat Membru għal dak l-istess perjodu ta' referenza.

Fir-rigward tal-programmi taħt l-għan tal-Investiment għall-impjiegi u t-tkabbir għar-reġjuni ultraperiferiċi, huma għandhom jiġu kklassifikati bħala li jaqgħu taħt il-grupp 3.

Fir-rigward tal-programmi taħt l-għan tal-Investiment għall-impjiegi u t-tkabbir għall-Istati Membri gżejjer li jirċievu appoġġ mill-Fond ta' Koeżjoni, huma għandhom jiġu kklassifikati bħala li jaqgħu taħt il-grupp 3.

5.   Għall-finijiet ta' konċentrazzjoni tematika fil-livell tal-kategorija tar-reġjun, ir-reġjuni għandhom jiġu kklassifikati skont il-kategoriji tar-reġjun f'konformità mal-Artikolu 108(2) tar-Regolament(UE) 2021/1060, bħala:

(a)

reġjuni aktar żviluppati;

(b)

reġjuni ta' tranżizzjoni;

(c)

reġjuni anqas żviluppati.

6.   L-Istati Membri għandhom jikkonformaw fil-livell nazzjonali mar-rekwiżiti ta' konċentrazzjoni tematika li ġejjin:

(a)

l-Istati Membri tal-grupp 1 jew reġjuni aktar żviluppati għandhom jallokaw mill-inqas 85 % mit-total tar-riżorsi tal-FEŻR tagħhom imsemmija fil-paragrafu 1 għall-PO 1 u l-PO 2, u mill-inqas 30 % għall-PO 2;

(b)

l-Istati Membri tal-grupp 2 jew reġjuni ta' tranżizzjoni għandhom jallokaw mill-inqas 40 % mit-total tar-riżorsi tal-FEŻR tagħhom imsemmija fil-paragrafu 1 għall-PO 1, u mill-inqas 30 % għall-PO 2;

(c)

l-Istati Membri tal-grupp 3 jew reġjuni anqas żviluppati għandhom jallokaw mill-inqas 25 % mit-total tar-riżorsi tal-FEŻR tagħhom imsemmija fil-paragrafu 1 għall-PO 1 u mill-inqas 30 % għall-PO 2.

Meta Stat Membru jiddeċiedi li jikkonforma ma' rekwiżiti ta' konċentrazzjoni tematika fil-livell tal-kategorija tar-reġjuni, il-limiti stabbiliti fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandhom japplikaw għar-riżorsi tal-FEŻR imsemmija fil-paragrafu 1 aggregati flimkien għar-reġjuni kollha li jaqgħu fil-kategorija rispettiva tar-reġjun.

7.   Meta Stat Membru jalloka lill-PO 2 aktar minn 50 % tar-riżorsi totali tiegħu tal-Fond ta' Koeżjoni għajr għall-assistenza teknika kif ikkalkulati wara t-trasferiment stabbilit fl-Artikolu 110(4) tar-Regolament(UE)2021/1060, bl-esklużjoni ta' riżorsi taħt l-objettiv speċifiku msemmi fil-punt (b)(viii) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(1) ta’ dan ir-Regolament, l-allokazzjoni li taqbeż il-50 % tista' titqies meta tiġi kkalkulata l-konformità mar-rekwiżiti ta' konċentrazzjoni tematika stabbiliti fil-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu.

Jekk Stat Membru jiddeċiedi li jikkonforma mal-konċentrazzjoni tematika fil-livell tal-kategoriji tar-reġjuni, ir-riżorsi tal-Fond ta' Koeżjoni li jitqiesu għar-rekwiżiti ta' konċentrazzjoni tematika skont l-ewwel subparagrafu għandhom jiġu allokati pro rata għall-kategoriji differenti tar-reġjuni abbażi tas-sehem relattiv tagħhom tal-popolazzjoni totali tal-Istat Membru kkonċernat.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu fil-Ftehim ta' Sħubija tagħhom imsemmi fl-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2021/1060 jekk ir-riżorsi tal-Fond ta' Koeżjoni humiex ser jitqiesu għar-rekwiżiti ta' konċentrazzjoni tematika għall-PO2.

8.   Ir-riżorsi taħt l-objettiv speċifiku msemmi fil-punt (a)(v) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(1) għandhom jiġu pprogrammati taħt prijorità dedikata.

B'deroga mill-paragrafu 6, 40 % ta' tali riżorsi għandhom jitqiesu meta tiġi kkalkulata l-konformità mar-rekwiżiti ta' konċentrazzjoni tematika għall-PO 1 stabbiliti fil-paragrafu 6.

Ir-riżorsi kkunsidrati għar-rekwiżiti ta' konċentrazzjoni tematika f'konformità mat-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu ma għandhomx jaqbżu l-40 % tar-rekwiżiti minimi ta' konċentrazzjoni tematika għall-PO1 stabbiliti fil-paragrafu 6.

9.   Ir-riżorsi taħt l-objettiv speċifiku msemmi fil-punt (b)(viii) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(1) għandhom jiġu pprogrammati taħt prijorità apposta.

B'deroga mill-paragrafu 6, 50 % ta' tali riżorsi tal-FEŻR għandhom jitqiesu meta tiġi kkalkulata l-konformità mar-rekwiżiti ta' konċentrazzjoni tematika għall-PO 2 stabbiliti fil-paragrafu 6.

Ir-riżorsi kkunsidrati għar-rekwiżiti ta' konċentrazzjoni tematika f'konformità mat-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu ma għandhomx jaqbżu l-50 % tar-rekwiżiti minimi ta' konċentrazzjoni tematika għall-PO 2 stabbiliti fil-paragrafu 6.

10.   Ir-rekwiżiti ta' konċentrazzjoni tematika stabbiliti fil-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu segwiti matul il-perijodu kollu ta' programmar, inkluż meta jiġu trasferiti bejn l-allokazzjonijiet tal-FEŻR tal-prijoritajiet ta' programm jew bejn il-programmi u fir-reviżjoni ta' nofs it-terminu f'konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament(UE) 2021/1060.

11.   Fejn l-allokazzjoni tal-FEŻR fir-rigward ta' PO 1 jew PO 2, jew it-tnejn, ta' programm partikolari titnaqqas wara diżimpenn skont l-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) 2021/1060, jew minħabba korrezzjonijiet finanzjarji mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 104 ta' dan ir-Regolament, il-konformità mar-rekwiżiti ta' konċentrazzjoni tematika stabbiliti fil-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu ma għandhomx jiġu vvalutati mill-ġdid.

12.   Dan l-Artikolu ma għandux japplika għall-finanzjament addizzjonali għar-reġjuni skarsament popolati tat-tramuntana msemmija fil-punt (e) tal-Artikolu 110(1) tar-Regolament(UE) 2021/1060.

Artikolu 5

Ambitu tal-appoġġ mill-FEŻR

1.   Il-FEŻR għandu jappoġġa dawn li ġejjin:

(a)

investimenti fl-infrastruttura;

(b)

attivitajiet għar-riċerka applikata u l-innovazzjoni, inkluż ir-riċerka industrijali, l-iżvilupp sperimentali u l-istudji tal-fattibbiltà;

(c)

investimenti fl-aċċess għas-servizzi;

(d)

investimenti produttivi fl-SMEs u investimenti li għandhom l-għan li jissalvagwardjaw l-impjiegi eżistenti u joħolqu impjiegi ġodda;

(e)

tagħmir, software u assi intanġibbli;

(f)

networking, kooperazzjoni, skambju ta' esperjenzi u attivitajiet li jinvolvu raggruppamenti tal-innovazzjoni inkluż bejn negozji, organizzazzjonijiet ta' riċerka u awtoritajiet pubbliċi;

(g)

informazzjoni, komunikazzjoni u studji; u

(h)

assistenza teknika.

2.   Jistgħu jiġu appoġġati investimenti produttivi f'intrapriżi għajr SMEs:

(a)

meta jinvolvu kooperazzjoni ma' SMEs f'attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni appoġġati taħt il-punt (a)(i) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(1);

(b)

meta jkunu qed jappoġġaw primarjament miżuri ta' effiċjenza enerġetika u enerġija rinnovabbli taħt il-punti (b)(i) u (b)(ii) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(1);

(c)

meta jsiru f'kumpanniji żgħar b'kapitalizzazzjoni medja u kumpanniji b'kapitalizzazzjoni medja kif definiti fil-punti (6) u (7) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2015/1017 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (21) permezz ta' strumenti finanzjarji; jew

(d)

meta jsiru f'kumpanniji żgħar b'kapitalizzazzjoni medja f'attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni appoġġati taħt il-punt (a)(i) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(1).

3.   Sabiex jikkontribwixxi għall-objettiv speċifiku taħt il-PO 1 stabbilit fil-punt (a)(iv) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(1), il-FEŻR għandu jappoġġa wkoll it-taħriġ, it-tagħlim tul il-ħajja, it-taħriġ mill-ġdid u l-attivitajiet edukattivi.

4.   Sabiex jikkontribwixxi għall-objettiv speċifiku taħt il-PO 2 stabbilit taħt il-punt (b)(iv) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(1) u għall-objettiv speċifiku taħt il-PO 4 stabbilit fil-punt (d)(v) ta' dak is-subparagrafu, il-FEŻR għandu wkoll jappoġġa x-xiri ta' forniment neċessarju għat-tisħiħ tar-reżiljenza tas-sistemi tas-saħħa u għat-tisħiħ tar-reżiljenza għad-diżastri.

5.   Taħt Interreg, il-FEŻR jista' jappoġġa wkoll:

(a)

il-kondiviżjoni tal-faċilitajiet u tar-riżorsi umani; u

(b)

investimenti moderati ta' akkumpanjament u attivitajiet oħra marbuta mal-PO 4 taħt il-Fond Soċjali Ewropew Plus kif stipulat fir-Regolament (UE) 2021/1057.

6.   Il-FEŻR jista’ jappoġġa l-finanzjament tal-kapital operatorju fl-SMEs fil-forma ta' għotjiet, fejn strettament meħtieġ bħala miżura temporanja bħala reazzjoni għal ċirkostanzi eċċezzjonali jew mhux tas-soltu msemmija fl-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) 2021/1060.

7.   Fejn, fuq talba ppreżentata mill-Istati Membri kkonċernati, il-Kummissjoni ssib li r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 6 huma ssodisfati, hija għandha tadotta deċiżjoni ta' implimentazzjoni li tispeċifika l-perijodu li matulu l-appoġġ addizzjonali temporanju mill-FEŻR huwa awtorizzat.

8.   Il-Kummissjoni għandha żżomm lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill infurmati dwar l-implimentazzjoni tal-paragrafu 6 u tivvaluta jekk l-appoġġ addizzjonali temporanju mill-FEŻR huwiex biżżejjed biex jiffaċilita l-użu tal-fond b'reazzjoni għaċ-ċirkostanzi eċċezzjonali jew mhux tas-soltu. Abbażi tal-valutazzjoni tagħha, il-Kummissjoni għandha, fejn jitqies xieraq, tagħmel proposti għal emendi għal dan ir-Regolament, inkluż dwar rekwiżiti ta' konċentrazzjoni tematika fl-Artikolu 4.

9.   Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu jistiednu lill-Kummissjoni għal djalogu strutturat dwar l-applikazzjoni tal-paragrafi 6, 7 u 8 ta’ dan l-Artikolu f’konformità mal-Artikolu 20(3) tar-Regolament(UE) 2021/1060.

Artikolu 6

Ambitu tal-appoġġ mill-Fond ta' Koeżjoni

1.   Il-Fond ta' Koeżjoni għandu jappoġġa dawn li ġejjin:

(a)

investimenti fl-ambjent, li jinkludu investimenti relatati mal-iżvilupp sostenibbli u l-enerġija li jippreżentaw benefiċċji ambjentali, b'fokus partikolari fuq l-enerġija rinnovabbli;

(b)

investimenti f'TEN-T;

(c)

assistenza teknika;

(d)

informazzjoni, komunikazzjoni u studji.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw bilanċ xieraq bejn l-investimenti taħt il-punti (a) u (b), fuq il-bażi tal-ħtiġijiet tal-investiment u l-infrastruttura speċifiċi għal kull Stat Membru.

2.   L-ammont tal-Fond ta' Koeżjoni ttrasferit għall-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa għandu jintuża għall-proġetti TEN-T.

Artikolu 7

L-esklużjoni mill-ambitu tal-FEŻR u l-Fond ta' Koeżjoni

1.   Il-FEŻR u l-Fond ta' Koeżjoni ma għandhomx jappoġġaw:

(a)

id-dekummissjonar jew il-kostruzzjoni ta’ impjanti tal-enerġija nukleari;

(b)

l-investiment għall-kisba ta' tnaqqis fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra minn attivitajiet elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE;

(c)

il-manifattura, l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni ta' tabakk u prodotti tat-tabakk;

(d)

intrapriżi f'diffikultà, kif definit fil-punt (18) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 651/2014, sakemm ma jkunx awtorizzat taħt l-għajnuna de minimis jew regoli dwar l-għajnuna mill-Istat temporanja stabbilita biex tindirizza ċirkostanzi eċċezzjonali;

(e)

investiment fl-infrastruttura tal-ajruporti, ħlief għar-reġjuni ultraperiferiċi jew f'ajruporti reġjonali eżistenti kif definit fil-punt (153) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 651/2014, fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(i)

fil-miżuri ta' mitigazzjoni tal-impatt ambjentali; jew

(ii)

f'sistemi ta' sigurtà, sikurezza, u ġestjoni tat-traffiku tal-ajru, li jirriżultaw mir-Riċerka dwar il-Ġestjoni tat-Traffiku bl-Ajru tal-Ajru Uniku Ewropew;

(f)

investiment f'rimi ta' skart f'landfill, ħlief:

(i)

għar-reġjuni ultraperiferiċi, f'każijiet debitament ġustifikati biss; jew

(ii)

għal investimenti għad-dekummissjonar, għall-konverżjoni mill-ġdid jew biex il-landfills eżistenti jsiru sikuri dment li dawn l-investimenti ma jżidux il-kapaċità tagħhom;

(g)

investimenti li jżidu l-kapaċità ta' faċilitajiet għat-trattament tal-iskart residwu ħlief għal:

(i)

ir-reġjuni ultraperiferiċi, f'każijiet debitament ġustifikati biss;

(ii)

investiment f'teknoloġiji għall-irkupru ta' materjali mill-iskart residwu għal skopijiet ta' ekonomija ċirkolari;

(h)

investiment marbut mal-produzzjoni, l-ipproċessar, it-trasport, id-distribuzzjoni, il-ħażna jew il-kombustjoni tal-fjuwils fossili, bl-eċċezzjoni ta':

(i)

is-sostituzzjoni ta' sistemi ta' tisħin li jaħdmu bi fjuwils fossili solidi, jiġifieri l-faħam, il-pit, il-linjite, iż-żejt tax-shale, b'sistemi ta' tisħin li jaħdmu bil-gass għall-iskop ta':

l-aġġornament ta' sistemi ta' tisħin u tkessiħ distrettwali għall-istatus ta' “tisħin u tkessiħ distrettwali effiċjenti” kif definit fil-punt (41) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2012/27/UE;

l-aġġornament ta' impjanti ta' sħana u enerġija kkombinati għall-istatus ta' "koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja" kif definit fil-punt (34) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2012/27/UE;

investiment f'bojlers li jaħdmu bil-gass naturali u sistemi ta' tisħin fi djar u bini li jissostitwixxu impjanti jaħdmu bil-faħam, bil-pit, bil-linjite jew biż-żejt tax-shale;

(ii)

investiment fl-espansjoni u l-adattament għal skop ġdid, il-konverżjoni jew il-modifika retroattiva tan-networks ta' trażmissjoni u distribuzzjoni tal-gass ladarba tali investiment iħejji n-networks għaż-żieda ta' gassijiet rinnovabbli u b'livelli baxxi ta' emissjonijiet tal-karbonju, bħall-idroġenu, il-bijometan u l-gass ta' sinteżi, fis-sistema u jippermetti s-sostituzzjoni ta' impjanti tal-fjuwils fossili solidi;

(iii)

investiment fi:

vetturi nodfa kif definit fid-Direttiva 2009/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (22) għal skopijiet pubbliċi; u

vetturi, inġenji tal-ajru u bastimenti ddisinjati u mibnija jew adattati għall-użu mill-protezzjoni ċivili u s-servizzi tat-tifi tan-nar.

2.   L-ammont totali ta' appoġġ mill-Unjoni għall-investiment tal-Unjoni msemmi fil-punti (h)(i) u (h)(ii) tal-paragrafu 1 m'għandux jaqbeż il-limiti li ġejjin tal-allokazzjoni totali għall-programmi mill-FEŻR u l-Fond ta' Koeżjoni taħt il-mira tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi tal-Istat Membru kkonċernat:

(a)

għall-Istati Membri li d-dħul nazzjonali gross (DNG) per capita tagħhom huwa inqas minn 60 % tal-medja tad-DNG per capita tal-UE, jew għall-Istati Membri li d-DNG per capita tagħhom huwa inqas minn 90 % tal-medja tad-DNG per capita tal-UE u li għandhom sehem ta' fjuwils fossili solidi fil-konsum gross domestiku tal-enerġija daqs jew ogħla minn 25 %, il-limitu għandu jkun ta' 1,55 %;

(b)

għal Stati Membri oħra minbarra dawk fil-punt (a) li d-DNG per capita tagħhom huwa inqas minn 90 % tal-medja tad-DNG per capita tal-UE, il-limitu għandu jkun ta' 1 %;

(c)

għall-Istati Membri li d-DNG per capita tagħhom huwa daqs jew ogħla minn 90 % tal-medja tad-DNG per capita tal-UE, il-limitu għandu jkun ta' 0,2 %.

3.   Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, id-dħul nazzjonali gross per capita ta’ Stat Membru partikolari għandu jkun imkejjel permezz tal-istandards tal-poter tal-akkwist u kkalkolat fuq il-bażi taċ-ċifri tal-Unjoni għall-perijodu mill-2015 sal-2017, u espress bħala perċentwal tal-medja tad-dħul nazzjonali gross per capita skont l-istandards tal-poter tal-akkwist tas-27 Stat Membru għal dak l-istess perijodu ta' referenza.

Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, is-sehem ta' fjuwils fossili solidi fil-konsum tal-enerġija jfisser is-sehem ta' faħam, linjite, pit u żejt tax-shale imkejjel fl-2018.

4.   Operazzjonijiet appoġġati mill-FEŻR u l-Fond ta' Koeżjoni taħt il-punti (h)(i) u (h)(ii) tal-paragrafu 1 għandhom jintgħażlu mill-awtorità ta' ġestjoni sal-31 ta' Diċembru 2025. Tali operazzjonijiet ma għandhomx jiddaħħlu gradwalment fil-perijodu ta' programmazzjoni li jmiss.

5.   Il-Fond ta' Koeżjoni ma għandux jappoġġa investiment f'akkomodazzjoni sakemm dan ma jkunx relatat mal-promozzjoni tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija jew l-użu ta' enerġija rinnovabbli.

6.   Pajjiżi u territorji extra-Ewropej ma għandhomx ikunu eliġibbli għal appoġġ mill-FEŻR jew mill-Fond ta' Koeżjoni, iżda jistgħu jipparteċipaw fi programmi Interreg f'konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (UE) 2021/1059 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (23).

Artikolu 8

Indikaturi

1.   Indikaturi komuni tal-output u tar-riżultati, kif stabbilit fl-Anness I fir-rigward tal-FEŻR u l-Fond ta' Koeżjoni, u, fejn rilevanti, l-indikaturi tal-output u tar-riżultati speċifiċi għall-programmi għandhom jintużaw skont il-punt (a) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 16(1), il-punt (d)(ii) tal-Artikolu 22(3) u l-punt (b) tal-Artikolu 42(2) tar-Regolament (UE) 2021/1060.

2.   Għall-indikaturi tal-output, il-linji bażi għandhom ikunu stabbiliti għal żero. It-tragwardi stabbiliti għall-2024 u l-miri stabbiliti għall-2029 għandhom ikunu kumulattivi.

3.   F'konformità mar-rekwiżit ta' rappurtar tagħha skont il-punt (h) tal-Artikolu 41(3) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (24) (ir-'Regolament Finanzjarju'), il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill informazzjoni dwar il-prestazzjoni f'konformità mal-Anness II.

4.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 16 biex temenda l-Anness II sabiex tagħmel l-aġġustamenti rilevanti fl-informazzjoni dwar il-prestazzjoni li għandha tingħata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.   Il-Kummissjoni għandha tivvaluta kif l-importanza strateġika tal-investimenti kofinanzjati mill-FEŻR u mill-Fond ta' Koeżjoni titqies fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir u tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

KAPITOLU II

DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI DWAR IT-TRATTAMENT TA' KARATTERISTIĊI TERRITORJALI PARTIKOLARI U INVESTIMENTI INTERREĠJONALI FL-INNOVAZZJONI

Artikolu 9

Żvilupp territorjali integrat

1.   Il-FEŻR jista' jappoġġa l-iżvilupp territorjali integrat fi programmi taħt iż-żewġ għanijiet imsemmija fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament (UE) 2021/1060 f’konformità mal-Kapitolu II tat-Titolu III ta' dak ir-Regolament.

2.   L-Istati Membri għandhom jimplimentaw l-iżvilupp territorjali integrat, appoġġat mill-FEŻR, esklużivament permezz tal-forom imsemmija fl-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) 2021/1060.

Artikolu 10

Appoġġ għal żoni żvantaġġati

F'konformità mal-Artikolu 174 TFUE, il-FEŻR għandu jagħti attenzjoni speċjali biex jindirizza l-isfidi ta' reġjuni u żoni żvantaġġati, b'mod partikolari ż-żoni rurali u ż-żoni li jbatu minn żvantaġġi naturali jew demografiċi gravi u permanenti. L-Istati Membri għandhom, fejn xieraq, jistabbilixxu approċċ integrat biex jindirizzaw l-isfidi demografiċi jew il-ħtiġijiet speċifiċi ta' tali reġjuni u żoni fil-ftehimiet ta' sħubija tagħhom f'konformità mal-punt (i) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 11 tar-Regolament(UE) 2021/1060. Approċċ integrat bħal dan jista' jinkludi impenn dwar finanzjament iddedikat għal dak il-għan.

Artikolu 11

Żvilupp urban sostenibbli

1.   Sabiex jiġu indirizzati l-isfidi ekonomiċi, ambjentali, klimatiċi, demografiċi u soċjali, il-FEŻR għandu jappoġġa l-iżvilupp territorjali integrat ibbażat fuq strateġiji ta' żvilupp territorjali jew lokali mmexxi mill-komunità f'konformità mal-Artikolu 29 jew 32 tar-Regolament (UE) 2021/1060 rispettivament, li jiffokaw fuq żoni urbani, inkluż żoni urbani funzjonali ("żvilupp urban sostenibbli") fi programmi taħt iż-żewġ għanijiet imsemmija fl-Artikolu 5(2) ta' dak ir-Regolament.

Għandha tingħata attenzjoni speċjali biex jiġu indirizzati l-isfidi ambjentali u klimatiċi, b'mod partikolari t-tranżizzjoni lejn ekonomija newtrali għall-klima sal-2050, biex jiġi sfruttat il-potenzjal tat-teknoloġiji diġitali għal skopijiet ta' innovazzjoni, u biex jiġi appoġġat l-iżvilupp ta' żoni urbani funzjonali. F'dan il-kuntest, ir-riżorsi tal-iżvilupp urban sostenibbli pprogrammati skont il-prijoritajiet li jikkorrispondu għal PO 1 u 2 għandhom jgħoddu għar-rekwiżiti ta' konċentrazzjoni tematika skont l-Artikolu 4.

2.   Mill-inqas 8 % tar-riżorsi tal-FEŻR fuq livell nazzjonali taħt l-għan tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi, ħlief għall-assistenza teknika, għandhom jiġu allokati għal żvilupp urban sostenibbli f'forma waħda jew aktar minn dawk imsemmija fl-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) 2021/1060.

L-awtoritajiet jew il-korpi territorjali rilevanti għandhom jagħżlu jew għandhom ikunu involuti fl-għażla tal-operazzjonijiet f’konformità mal-Artikolu 29(3) u l-punt (d) tal-Artikolu 32(3) tar-Regolament(UE) 2021/1060.

Il-programmi kkonċernati għandhom jistabbilixxu l-ammonti ppjanati għal dak il-għan taħt il-punt (d)(viii) tal-Artikolu 22(3) tar-Regolament (UE) 2021/1060.

3.   Il-perċentwal allokat għall-iżvilupp urban sostenibbli taħt il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandu jiġi segwit matul il-perijodu kollu ta' programmar meta jiġu trasferiti bejn l-allokazzjonijiet tal-FEŻR tal-prijoritajiet ta' programm jew bejn il-programmi u fir-reviżjoni ta' nofs it-terminu f'konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament (EU) 2021/1060.

4.   Fejn l-allokazzjoni tal-FEŻR titnaqqas wara diżimpenn skont l-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) 2021/1060, jew minħabba korrezzjonijiet finanzjarji mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 104 ta' dak ir-Regolament, il-konformità mal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu ma għandhiex tiġi vvalutata mill-ġdid.

Artikolu 12

Inizjattiva Urbana Ewropea

1.   Il-FEŻR għandu jappoġġa l-Inizjattiva Urbana Ewropea, implimentata mill-Kummissjoni f'ġestjoni diretta u indiretta.

Din l-inizjattiva għandha tkopri ż-żoni urbani kollha, inklużi ż-żoni urbani funzjonali, u għandha tappoġġa l-Aġenda Urbana għall-UE, inkluż l-appoġġ għall-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet lokali fis-sħubijiet tematiċi żviluppati taħt l-Aġenda Urbana għall-UE.

2.   L-Inizjattiva Urbana Ewropea għandha, fir-rigward tal-iżvilupp urban sostenibbli, tikkonsisti fiż-żewġ fergħat li ġejjin:

(a)

appoġġ għal azzjonijiet innovattivi;

(b)

appoġġ għall-bini tal-kapaċitajiet u l-għarfien, il-valutazzjonijiet tal-impatt territorjali, l-iżvilupp ta' politika u l-komunikazzjoni.

Fuq talba minn Stat Membru wieħed jew iktar, l-Inizjattiva Urbana Ewropea tista' tappoġġa wkoll il-kooperazzjoni intergovernattiva fuq kwistjonijiet urbani. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-kooperazzjoni mmirata lejn it-tisħiħ tal-kapaċità fil-livell lokali biex jinkisbu l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-NU.

Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport kull sentejn lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-iżviluppi b'rabta mal-Inizjattiva Urbana Ewropea.

3.   Il-mudell ta' governanza tal-Inizjattiva Urbana Ewropea għandu jinkludi l-involviment tal-Istati Membri, l-awtoritajiet reġjonali u lokali u l-ibliet u għandu jiżgura koordinazzjoni u komplementarjetajiet xierqa mal-programm iddedikat skont il-punt (b) tal-Artikolu 3(3) tar-Regolament (UE) 2021/1059. li jittratta l-iżvilupp urban sostenibbli.

Artikolu 13

Investimenti Interreġjonali fl-Innovazzjoni

1.   Il-FEŻR għandu jappoġġa l-Istrument għall-Investiment Interreġjonali fl-Innovazzjoni.

2.   L-Istrument tal-Investiment Interreġjonali fl-Innovazzjoni għandu jappoġġa l-kummerċjalizzazzjoni u ż-żieda ta' proġetti ta' innovazzjoni interreġjonali li jkollhom il-potenzjali li jħeġġu l-iżvilupp ta' ktajjen ta' valur Ewropej.

3.   L-Istrument tal-Investiment Interreġjonali fl-Innovazzjoni għandu jkun magħmul minn dawn iż-żewġ fergħat, u jappoġġa bl-istess mod:

(a)

appoġġ finanzjarju u konsultattiv għal investimenti fi proġetti ta' innovazzjoni interreġjonali f'oqsma kondiviżi ta' speċjalizzazzjoni intelliġenti;

(b)

appoġġ finanzjarju u konsultattiv, u tisħiħ tal-kapaċitajiet għall-iżvilupp ta' ktajjen ta' valur f'reġjuni inqas żviluppati.

4.   Sa 2 % tar-riżorsi jistgħu jiġu ddedikati għal attivitajiet ta' tagħlim u evalwazzjoni, sabiex jiġi sfruttat u mxerred l-eżitu tal-proġetti appoġġati taħt iż-żewġ fergħat.

5.   Il-Kummissjoni għandha timplimenta dawk l-investimenti b'ġestjoni diretta jew indiretta.

6.   Il-Kummissjoni għandha tkun appoġġata fil-ħidma tagħha minn grupp ta' esperti.

Il-grupp ta' esperti għandu jkun magħmul minn rappreżentanti mill-Istati Membri, awtoritajiet reġjonali u bliet, u rappreżentanti tan-negozju, tar-riċerka u ta' organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. Il-kompożizzjoni tal-grupp ta' esperti għandu jkollha l-għan li tiżgura bilanċ bejn il-ġeneri.

Il-grupp ta' esperti għandu jappoġġa lill-Kummissjoni fid-definizzjoni ta' programm ta' ħidma fit-tul u fit-tħejjija ta' sejħiet għal proposti.

7.   Meta timplimenta dan l-istrument, il-Kummissjoni għandha tiżgura koordinazzjoni u sinerġija ma' programmi u strumenti oħra ta' finanzjament tal-Unjoni u b'mod partikolari mal-fergħa "Interreg C" kif definita fil-punt 3 tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2021/1059.

8.   L-Istrument tal-Investiment Interreġjonali fl-Innovazzjoni għandu jkopri t-territorju kollu tal-Unjoni.

Pajjiżi terzi jistgħu jipparteċipaw f'dan l-istrument, f'konformità mal-arranġamenti stabbiliti fl-Artikoli 16 u 23 tar-Regolament (UE) 2021/695 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (25) (ir-'Regolament Orizzont Ewropa').

Artikolu 14

Ir-reġjuni ultraperiferiċi

1.   L-Artikolu 4 ma għandux japplika għall-allokazzjoni addizzjonali speċifika għar-reġjuni ultraperiferiċi. Din l-allokazzjoni addizzjonali speċifika għar-reġjuni ultraperiferiċi għandha tintuża sabiex tagħmel tajjeb għall-ispejjeż addizzjonali mġarrba f'dawn ir-reġjuni bħala riżultat tar-restrizzjoni/jiet permanenti għall-iżvilupp tagħhom imsemmija fl-Artikolu 349 TFUE.

2.   L-allokazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandha tappoġġa:

(a)

l-attivitajiet fil-kamp ta' applikazzjoni kif imniżżel fl-Artikolu 5 ta' dan ir-Regolament;

(b)

permezz ta' deroga mill-Artikolu 5 ta' dan ir-Regolament, miżuri li jkopru l-ispejjeż operattivi bil-ħsieb li jagħmlu tajjeb għall-ispejjeż addizzjonali mġarrba fir-reġjuni ultraperiferiċi bħala riżultat tar-restrizzjoni permanenti waħda jew aktar għall-iżvilupp tagħhom imsemmija fl-Artikolu 349 TFUE.

L-allokazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu tista' tappoġġa wkoll in-nefqa li tkopri kumpens mogħti għall-provvediment ta' obbligi ta' servizz pubbliku u kuntratti fir-reġjuni ultraperiferiċi.

3.   L-allokazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, ma għandhiex tappoġġa:

(a)

operazzjonijiet li jinvolvu l-prodotti elenkati fl-Anness I għat-TFUE;

(b)

għajnuna għat-trasport ta' persuni awtorizzati taħt il-punt (a) tal-Artikolu 107(2) TFUE;

(c)

eżenzjonijiet mit-taxxa u eżenzjonijiet minn ħlasijiet soċjali;

(d)

obbligi ta' servizz pubbliku mhux rilaxxati minn intrapriżi u fejn l-Istat jaġixxi billi jeżerċita setgħa pubblika.

4.   B'deroga mill-punt (c) tal-Artikolu 5(1), il-FEŻR jista' jappoġġa investimenti produttivi f'intrapriżi fir-reġjuni ultraperiferiċi, irrispettivament mid-daqs ta' dawk l-intrapriżi.

KAPITOLU III

DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI U FINALI

Artikolu 15

Dispożizzjonijiet tranżitorji

Ir-Regolamenti (UE) Nru 1300/2013 u (UE) Nru 1301/2013 jew kwalunkwe att adottat skonthom għandhom ikomplu japplikaw għall-programmi u l-operazzjonijiet appoġġati mill-FEŻR jew mill-Fond ta' Koeżjoni taħt il-perijodu ta' programmazzjoni 2014-2020.

Artikolu 16

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 7(4) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat mill-1 ta’ Lulju 2021.

3.   Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikolu 8(4) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Ma għandha taffettwa l-validità tal-ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.   Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nnominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 8(4) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 17

Rieżami

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom iwettqu rieżami ta’ dan ir-Regolament sal-31 ta' Diċembru 2027 skont l-Artikolu 177 TFUE.

Artikolu 18

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Ġunju 2021.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

D. M. SASSOLI

Għall-Kunsill

Il-President

A. P. ZACARIAS


(1)  ĠU C 62, 15.2.2019, p. 90.

(2)  ĠU C 86, 7.3.2019, p. 115.

(3)  Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Marzu 2019 (ĠU C 108, 26.3.2021, p. 566) u l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari tas-27 ta’ Mejju 2021 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta’ Ġunju 2021 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 661/2010/UE (ĠU L 348, 20.12.2013, p. 1).

(5)  Ir-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi (ara paġna 159 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(6)  Ir-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2020 dwar l-istabbiliment ta' qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli, u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/2088 (ĠU L 198, 22.6.2020, p. 13).

(7)  Ir-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 663/2009 u (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi 94/22/KE, 98/70/KE, 2009/31/KE, 2009/73/KE, 2010/31/UE, 2012/27/UE u 2013/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 2009/119/KE u (UE) 2015/652 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 328 21.12.2018, p. 1).

(8)  Id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 82).

(9)  Id-Direttiva (UE) 2018/844 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2018 li temenda d-Direttiva 2010/31/UE dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija u d-Direttiva 2012/27/UE dwar l-effiċjenza fl-enerġija (ĠU L 156, 19.6.2018, p. 75).

(10)  Ir-Regolament (UE) 2021/522 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi Programm għall-azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa (il-“Programm l-UE għas-Saħħa”) għall-perjodu 2021-2027, u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 282/2014 (ĠU L 107, 26.3.2021, p. 1).

(11)  Id-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 924).

(12)  Ir-Regolament (KE) Nru 1082/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 5 ta' Lulju 2006 dwar raggruppament Ewropew ta' koperazzjoni territorjali (REKT) (ĠU L 210, 31.7.2006, p. 19).

(13)  Ir-Regolament (UE) 2021/1057 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+), u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1296/2013 (ara paġna 21 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(14)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta' Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta' intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36).

(15)  Ir-Regolament (UE) Nru 1316/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 913/2010 u jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 680/2007 u (KE) Nru 67/2010 (ĠU L 348, 20.12.2013, p. 129).

(16)  Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32).

(17)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 tas-17 ta' Ġunju 2014 li jiddikjara li ċerti kategoriji ta' għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat (ĠU L 187, 26.6.2014, p. 1).

(18)  Id-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-effiċjenza fl-enerġija li temenda d-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE u li tħassar id-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE (ĠU L 315, 14.11.2012, p. 1).

(19)  Il-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1).

(20)  Ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Mejju 2003 dwar l-istabbiliment ta' klassifikazzjoni komuni ta' unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (ĠU L 154, 21.6.2003, p. 1).

(21)  Ir-Regolament (UE) 2015/1017 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ġunju 2015 dwar il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi, iċ-Ċentru Ewropew ta' Konsulenza għall-Investimenti u l-Portal Ewropew ta' Proġetti ta' Investiment u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1291/2013 u (UE) Nru 1316/2013 — il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (ĠU L 169, 1.7.2015, p. 1).

(22)  Id-Direttiva 2009/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-promozzjoni ta’ vetturi ta’ trasport fuq it-triq nodfa u effiċjenti fl-użu tal-enerġija (ĠU L 120, 15.5.2009, p. 5).

(23)  Ir-Regolament (UE) 2021/1059 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għall-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) appoġġata mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u mill-istrumenti ta' finanzjament estern (ara paġna 94 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(24)  Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).

(25)  Ir-Regolament (UE) 2021/695 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 li jistabbilixxi Orizzont Ewropa – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, li jistabbilixxi r-regoli tiegħu għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni tiegħu u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1290/2013 u (UE) Nru 1291/2013 (ĠU L 170, 12.5.2021, p. 1).


ANNESS I

INDIKATURI KOMUNI TA' OUTPUT U TA' RIŻULTATI GĦALL-FEŻR U L-FOND TA' KOEŻJONI - L-ARTIKOLU 8(1) (1)

Tabella 1:

Indikaturi komuni ta' output u ta' riżultati għall-FEŻR (Investiment għall-impjiegi u t-tkabbir u Interreg) u l-Fond ta' Koeżjoni  (**)

Objettiv ta' politika

Objettiv speċifiku

Outputs

Riżultati

(1)

(2)

(3)

(4)

1.

Ewropa aktar kompetittiva u aktar intelliġenti bis-saħħa tal-promozzjoni ta' trasformazzjoni ekonomika innovattiva u intelliġenti u konnettività tal-ICT reġjonali (PO 1)

(i)

Żvilupp u tisħiħ tal-kapaċitajiet fir-riċerka u l-innovazzjoni u l-adozzjoni ta' teknoloġiji avvanzati

RCO (2)01 - Intrapriżi appoġġati (li minnhom: mikro, żgħar, medji, kbar)* (3)

RCO 02 - Intrapriżi appoġġati b'għotjiet*

RCR (4) 01 - Impjiegi maħluqa f'entitajiet appoġġati*

RCR 102 – Impjiegi ta' riċerka maħluqa f'entitajiet appoġġati*

 

RCO 03 - Intrapriżi appoġġati minn strumenti finanzjarji*

RCO 04 - Intrapriżi b'appoġġ mhux finanzjarju*

RCO 05 - Intrapriżi ġodda appoġġati*

RCO 06 - Riċerkaturi li jaħdmu f'faċilitajiet ta' riċerka appoġġati

RCO 07 - Organizzazzjonijiet ta' riċerka li jipparteċipaw fi proġetti konġunti ta' riċerka

RCR 02 - Investimenti privati li jikkorrispondu għall-appoġġ pubbliku (li minnhom: għotjiet, strumenti finanzjarji)*  (3)

RCR 03 – Intrapriżi żgħar u medji (SMEs) li jintroduċu innovazzjoni tal-prodotti jew tal-proċessi*

RCR 04 - SMEs li jintroduċu innovazzjoni fil-kummerċjalizzazzjoni jew fl-organizzazzjoni*

 

RCO 08 - Valur nominali ta' apparat ta' riċerka u ta' innovazzjoni

RCO 10 - Intrapriżi li jikkooperaw ma' organizzazzjonijiet ta' riċerka

RCO 96 – Investimenti interreġjonali għal innovazzjoni fi proġetti tal-Unjoni*

RCR 05 - SMEs li jinnovaw internament*

RCR 06 - Applikazzjonijiet għal privattivi ppreżentati*

RCR 07 - Applikazzjonijiet għat-trademark u d-disinn *

RCR 08 - Pubblikazzjonijiet minn proġetti appoġġati

(ii)

Teħid tal-benefiċċji tad-diġitalizzazzjoni għaċ-ċittadini, il-kumpanniji, l-organizzazzjonijiet ta' riċerka u l-awtoritajiet pubbliċi

RCO 13 - Valur ta' servizzi, prodotti u proċessi diġitali żviluppati għall-intrapriżi*

RCO 14 - Istituzzjonijiet pubbliċi appoġġati biex jiżviluppaw servizzi, prodotti u proċessi diġitali*

RCR 11 - Utenti ta' servizzi, prodotti u proċessi diġitali pubbliċi ġodda u aġġornati*

RCR 12 - Utenti ta' servizzi, prodotti u proċessi diġitali ġodda u aġġornati żviluppati mill-intrapriżi*

RCR 13 - Intrapriżi li jilħqu intensità diġitali għolja*

(iii)

Tisħiħ tat-tkabbir sostenibbli u l-kompetittività tal-SMEs u l-ħolqien tal-impjiegi fl-SMEs, inkluż permezz ta' investimenti li jiġġeneraw id-dħul

RCO 15 - Kapaċità tal-inkubazzjoni maħluqa*

RCO 103 - Intrapriżi bi tkabbir għoli appoġġati*

RCR 17 - Intrapriżi ġodda li jibqgħu jeżistu fis-suq*

RCR 18 - SMEs li jużaw servizzi ta' inkubatur wara l-ħolqien tal-inkubatur*

RCR 19 - Intrapriżi b'fatturat ogħla*

RCR 25 – SMEs b'valur ogħla miżjud għal kull impjegat*

(iv)

Żvilupp ta' ħiliet għal speċjalizzazzjoni intelliġenti, tranżizzjoni industrijali u imprenditorija

RCO 16 - Parteċipazzjonijiet tal-partijiet ikkonċernati istituzzjonali fil-proċess ta' skoperta intraprenditorjali

RCO 101 - SMEs li jinvestu f'ħiliet għal speċjalizzazzjoni intelliġenti, għat-tranżizzjoni industrijali u l-intraprenditorija *

RCR 97 - Apprendistati appoġġati fl-SMEs

RCR 98 - Persunal tal-SMEs li jlestu taħriġ għall-ħiliet għal speċjalizzazzjoni intelliġenti, għal tranżizzjoni industrijali u imprenditorija (skont it-tip ta' ħiliet: teknika, tmexxija, imprenditorija, ekoloġika, oħrajn) (3)*

(v)

Titjib tal-konnettività diġitali

RCO 41 - Abitazzjonijiet addizzjonali b'aċċess għall-broadband ta' kapaċità għolja ħafna

RCO 42 - Intrapriżi addizzjonali b'aċċess għall-broadband ta' kapaċità għolja ħafna

RCR 53 - Abitazzjonijiet b'abbonamenti tal-broadband għal network ta' kapaċità għolja ħafna

RCR 54 - Intrapriżi b'abbonamenti tal-broadband għal network ta' kapaċità għolja ħafna

2.

Ewropa ekoloġika, b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju, fit-tranżizzjoni lejn ekonomija mingħajr ebda emissjoni tal-karbonju u reżiljenti billi tippromwovi t-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa u ġusta, investiment ekoloġiku u blu, l-ekonomija ċirkolari, il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih, l-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskju u mobbiltà urbana sostenibbli (PO 2)

(i)

Promozzjoni tal-effiċjenza enerġetika u t-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra

RCO 18 – Abitazzjonijiet bi prestazzjoni mtejba fl-użu tal-enerġija

RCO 19 - Bini pubbliku bi prestazzjoni mtejba fl-użu tal-enerġija

RCO 20 - Linji tan-network għat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali mibnija ġodda jew imtejba

RCO 104 – Għadd ta' unitajiet ta' koġenerazzjoni ta' effiċjenza għolja

RCO123 - Abitazzjonijiet li jibbenefikaw minn bojlers li jaħdmu bil-gass naturali u sistemi ta' tisħin li jissostitwixxu installazzjonijiet ibbażati fuq il-fjuwils fossili solidi

RCR 26 - Konsum tal-enerġija primarja annwali (li minnu: abitazzjonijiet, binjiet pubbliċi, intrapriżi, oħrajn) (3)

RCR 29 - Emissjonijiet tal-gassijiet serra stmati*

RCR 105 - Emissjonijiet tal-gassijiet serra stmati minn bojlers u sistemi ta' tisħin ikkonvertiti minn fjuwils fossili solidi għal gass

(ii)

Promozzjoni tal-enerġija rinnovabbli f'konformità mad-Direttiva (UE) 2018/2001, inkluż il-kriterji ta' sostenibbiltà stabbiliti fiha

RCO 22 - Kapaċità tal-produzzjoni addizzjonali tal-enerġija rinnovabbli (li minnha: elettrika, termali) (3)*

RCO 97 - Komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli appoġġati*

RCR 31 - Enerġija rinnovabbli totali prodotta (li minnha: elettriku, termali) (3)*

RCR 32 - Kapaċità operattiva addizzjonali installata għall-enerġija rinnovabbli*

(iii)

Żvilupp ta' sistemi tal-enerġija intelliġenti, grids u ħażna barra min-Network Trans-Ewropew tal-Enerġija (TEN-E)

RCO 23 - Sistemi ta' ġestjoni diġitali għas-sistemi tal-enerġija intelliġenti

RCO 105 - Soluzzjonijiet għall-ħażna tal-elettriku

RCO124: Linji tan-network għat-trażmissjoni u d-distribuzzjoni tal-gass mibnija ġodda jew imtejba

RCR 33 - Utenti konnessi ma' sistemi tal-enerġija intelliġenti

RCR 34 - Tnedija ta' proġetti għal sistemi tal-enerġija intelliġenti

(iv)

Promozzjoni tal-adattament għat-tibdil fil-klima u l-prevenzjoni tar-riskju ta' diżastri, u r-reżiljenza, filwaqt li jitqiesu l-approċċi bbażati fuq l-ekosistema

RCO 24 – Investimenti f'sistemi ġodda jew imtejba ta' monitoraġġ, tħejjija, twissija u reazzjoni kontra d-diżastri naturali*

RCO 122 – Investimenti f'sistemi ġodda jew imtejba ta' monitoraġġ, tħejjija, twissija u rispons kontra diżastri kontra riskji naturali mhux relatati mal-klima u riskji relatati ma' attivitajiet tal-bniedem

RCO 25 - Strixxa tal-kosta, xatt tax-xmajjar u protezzjoni kontra l-għargħar mibnija ġodda jew ikkonsolidati

RCO 106 – Protezzjoni kontra l-uqigħ tal-art mibnija ġodda jew ikkonsolidati

RCO 26 - Infrastruttura ekoloġika mibnija jew imtejba għall-adattament għat-tibdil fil-klima*

RCO 27 – Strateġiji nazzjonali u sottonazzjonali li jindirizzaw l-adattament għat-tibdil fil-klima

RCO 28 - Żona koperta minn miżuri ta' protezzjoni kontra n-nirien fil-foresti

RCO 121 - Żona koperta minn miżuri ta' protezzjoni kontra d-diżastri naturali marbuta mal-klima (għajr għargħar u nirien fil-foresti)

RCR 35 - Popolazzjoni li tibbenefika minn miżuri ta' protezzjoni kontra l-għargħar

RCR 36 - Popolazzjoni li tibbenefika minn miżuri ta' protezzjoni kontra n-nirien fil-foresti

RCR 37 - Popolazzjoni li tibbenefika minn miżuri ta' protezzjoni kontra diżastri naturali relatati mal-klima (minbarra għargħar jew nirien fil-foresti)

RCR 96 – Għadd totali ta' persuni li jibbenefikaw minn miżuri ta' protezzjoni kontra riskji naturali mhux marbuta mal-klima u riskji marbuta ma' attivitajiet tal-bniedem*

(v)

Promozzjoni tal-aċċess għall-ilma u tal-immaniġġjar sostenibbli tal-ilma

RCO 30 - Tul ta' pajpijiet ġodda jew imtejba għas-sistemi ta' distribuzzjoni tal-provvista pubblika tal-ilma

RCO 31 - Tul ta' pajpijiet ġodda jew imtejba għan-network pubbliku għall-ġbir tal-ilma mormi

RCO 32 - Kapaċità ġdida jew imtejba għat-trattament tal-ilma tad-drenaġġ

RCR 41 - Popolazzjoni konnessa ma' provvista pubblika mtejba tal-ilma

RCR 42 - Popolazzjoni konnessa, għall-inqas, ma' trattament pubbliku sekondarju tal-ilma mormi

RCR 43 - Telf ta' ilma f'sistemi ta' distribuzzjoni għall-provvista pubblika tal-ilma

(vi)

Promozzjoni tat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari u effiċjenti fl-użu tar-riżorsi

RCO 34 - Kapaċità addizzjonali għar-riċiklaġġ tal-iskart

RCO 107 - Investimenti f'faċilitajiet għal ġbir ta' skart separat

RCO 119 - Skart imħejji għall-użu mill-ġdid

RCR 103 – Skart miġbur separatament

RCR 47 - Skart riċiklat

RCR 48 - Skart użat bħala materja prima

(vii)

Tisħiħ tal-protezzjoni u l-preservazzjoni tan-natura, il-bijodiversità u l-infrastruttura ekoloġika, inkluż f'żoni urbani, u t-tnaqqis tal-forom kollha ta' tniġġis

RCO 36 - Infrastruttura ekoloġika appoġġata għal skopijiet oħra minbarra l-adattament għat-tibdil fil-klima

RCO 37 - Daqs tas-siti ta' Natura 2000 koperti minn miżuri ta' protezzjoni u restawr

RCO 38 - Superfiċje ta' art riabilitata appoġġata

RCO 39 – Żona koperta minn sistemi ta' monitoraġġ tat-tniġġis tal-arja installati

RCR 50 - Għadd totali ta' persuni li jibbenefikaw minn miżuri għall-kwalità tal-arja*

RCR 95 - Popolazzjoni b'aċċess għal infrastruttura ekoloġika ġdida jew imtejba*

RCR 52 - Art riabilitata użata għal żoni ekoloġiċi, akkomodazzjoni soċjali, użi ekonomiċi jew oħrajn

(viii)

Promozzjoni tal-mobbiltà urbana multimodali sostenibbli, bħala parti mit-tranżizzjoni lejn ekonomija mingħajr ebda emissjonijiet tal-karbonju

RCO 55 - Tul tal-linji tat-tram u tal-metro ġodda

RCO 56 - Tul tal-linji tat-tram u tal-metro mibnija mill-ġdid jew modernizzati

RCO 57 – Kapaċità ta' vetturi ferrovjarji li jirrispettaw l-ambjent għat-trasport kollettiv pubbliku*

RCO 58 - Infrastruttura ddedikata għaċ-ċikliżmu appoġġata*

RCO 59 - Infrastruttura tal-fjuwils alternattivi (punti ta' riforniment ta' fjuwil/iċċarġjar)*

RCO 60 - Bliet kbar u żgħar b'sistemi ġodda jew modernizzati tat-trasport urban diġitalizzat

RCR 62 - Għadd ta' utenti annwali ta' trasport pubbliku ġdid jew modernizzat

RCR 63 - Għadd ta' utenti annwali ta' linji tat-tram u tal-metro ġodda jew modernizzati

RCR 64 - Għadd ta' utenti annwali ta' infrastruttura ddedikata għar-roti

3.

Ewropa aktar konnessa permezz tat-titjib tal-mobbiltà (PO 3)

(i)

Żvilupp ta' TEN-T reżiljenti għal-klima, intelliġenti, sigur, sostenibbli u intermodali

RCO 43 - Tul ta' toroq ġodda jew imtejba - TEN-T (5)

RCO 45 - Tul ta' toroq mibnija mill-ġdid jew modernizzati - TEN-T

RCO 108 - Tul ta' toroq b'sistemi ta' ġestjoni tat-traffiku ġodda jew modernizzati - TEN-T

RCO 47 - Tul ta' ferroviji ġodda jew imtejba - TEN-T

RCO 49 - Tul ta' ferroviji rikostruwiti jew modernizzati - TEN-T

RCO 51 - Tul ta' passaġġi fuq l-ilma intern ġodda, aġġornati jew modernizzati- TEN-T

RCO 109 - Tul ta' linji tal-ferrovija mgħammra bis-Sistema Ewropea tal-Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjarju li qed joperaw - TEN-T

RCR 55 – Għadd ta' utenti annwali ta' toroq ġodda, mibnija mill-ġdid, imtejba jew modernizzati

RCR 56 - Iffrankar ta' ħin bis-saħħa ta' infrastruttura tat-toroq imtejba

RCR 101 - Iffrankar ta' ħin bis-saħħa ta' infrastruttura mtejba tal-ferroviji

RCR 58 - Għadd ta' utenti annwali ta' linji tal-ferrovija ġodda, imtejba, mibnija mill-ġdid jew modernizzati

RCR 59 - Trasport tal-merkanzija bil-ferrovija

RCR 60 - Trasport ta' merkanzija fil-passaġġi tal-ilma intern

(ii)

Żvilupp u titjib ta' mobbiltà nazzjonali, reġjonali u lokali, sostenibbli, reżiljenti għall-klima, intelliġenti u intermodali, inkluż aċċess imtejjeb għat-TEN-T u l-mobbiltà transfruntiera

RCO 44 - Tul ta' toroq ġodda jew imtejba - TEN-T

RCO 46 - Tul ta' toroq mibnija mill-ġdid jew modernizzati - mhux TEN-T

RCO 110 - Tul ta' toroq b'sistemi ta' ġestjoni tat-traffiku ġodda jew modernizzati - mhux TEN-T

RCO 48 - Tul ta' ferroviji ġodda jew imtejba - mhux TEN-T

RCO 50 - Tul ta' ferroviji rikostruwiti jew modernizzati - mhux TEN-T

RCO 111 - Tul ta' linji tal-ferrovija mgħammra bis-Sistema Ewropea tal-Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjarju li qed joperaw - mhux TEN-T

RCO 52 - Tul ta' passaġġi fuq l-ilma interni ġodda, imtejba jew modernizzati - mhux TEN-T

RCO 53 - Stazzjonijiet u waqfiet ferrovjarji ġodda jew modernizzati*

RCO 54 - Konnessjonijiet intermodali ġodda jew modernizzati*

4.

Ewropa aktar soċjali u inklużiva li timplimenta l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali (PO 4)

(i)

Tisħiħ tal-effettività u l-inklużività tas-swieq tax-xogħol u l-aċċess għal impjiegi ta' kwalità permezz tal-iżvilupp tal-infrastruttura soċjali u l-promozzjoni tal-ekonomija soċjali

RCO 61 – Superfiċje ta' faċilitajiet ġodda jew modernizzati għas-servizzi tal-impjieg

RCR 65 - Għadd ta' utenti annwali ta' faċilitajiet ġodda jew modernizzati għas-servizzi tal-impjieg

(ii)

Titjib tal-aċċess ugwali għal servizzi inklussivi u ta' kwalità fl-edukazzjoni, t-taħriġ u t-tagħlim tul il-ħajja permezz tal-iżvilupp ta' infrastruttura aċċessibbli, inkluż permezz tat-trawwim tar-reżiljenza għal tagħlim u taħriġ mill-bogħod u online

RCO 66 - Kapaċità fil-klassijiet ta' faċilitajiet ġodda jew modernizzati ta' kura tat-tfal

RCO 67 - Kapaċità fil-klassijiet ta' faċilitajiet edukattivi ġodda jew modernizzati

RCR 70 - Għadd ta' utenti annwali ta' faċilitajiet ġodda jew modernizzati tal-indukrar tat-tfal

RCR 71 - Għadd ta' utenti annwali tal-faċilitajiet edukattivi ġodda jew modernizzati

(iii)

Promozzjoni tal-inklużjoni soċjoekonomika ta' komunitajiet emarġinati, familji bi dħul baxx u gruppi żvantaġġati, inkluż persuni bi bżonnijiet speċjali, permezz ta' azzjonijiet integrati, li jinkludu akkomodazzjoni u servizzi soċjali

RCO 65 - Kapaċità ta' akkomodazzjoni soċjali ġdida jew modernizzata*

RCO113 - Popolazzjoni koperta minn proġetti fil-qafas ta' azzjonijiet integrati għall-inklużjoni soċjoekonomika ta' komunitajiet emarġinati, familji bi dħul baxx u gruppi żvantaġġati*

RCR 67 - Għadd ta' utenti annwali ta' akkomodazzjoni soċjali ġdida jew modernizzata

(iv)

Promozzjoni tal-integrazzjoni soċjoekonomika ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi, inkluż migranti permezz ta' azzjonijiet integrati, inkluż akkomodazzjoni u servizzi soċjali

RCO 63 - Kapaċità tal-faċilitajiet ta' akkoljenza temporanji ġodda jew modernizzati

RCR 66 - Għadd ta' utenti annwali tal-faċilitajiet ta' akkoljenza temporanji ġodda jew modernizzati

(v)

Żgurar ta' aċċess ugwali għall-kura tas-saħħa u t-trawwim tar-reżiljenza tas-sistemi tas-saħħa, inkluż il-kura primarja, u l-promozzjoni tat-tranżizzjoni minn kura istituzzjonali għal kura bbażata fil-familja u bbażata fil-komunità

RCO 69 - Kapaċità tal-faċilitajiet tal-kura tas-saħħa ġodda jew modernizzati

RCO 70 - Kapaċità tal-faċilitajiet tal-kura soċjali ġodda jew modernizzati (minbarra l-akkomodazzjoni)

RCR 72 - Għadd ta' utenti annwali tas-servizzi elettroniċi tal-kura tas-saħħa ġodda jew modernizzati

RCR 73 - Għadd ta' utenti annwali ta' faċilitajiet tal-kura tas-saħħa ġodda jew modernizzati

RCR 74 - Għadd ta' utenti annwali ta' faċilitajiet tal-kura soċjali ġodda jew modernizzati

(vi)

Tisħiħ tar-rwol tal-kultura u t-turiżmu sostenibbli fl-iżvilupp ekonomiku, l-inklużjoni soċjali u l-innovazzjoni soċjali

RCO 77 - Għadd ta' siti kulturali u turistiċi appoġġati*

RCR 77 - Viżitaturi ta' siti kulturali u turistiċi appoġġati*

5.

Ewropa eqreb taċ-ċittadini billi trawwem l-iżvilupp sostenibbli u integrat ta' kull tip ta' territorju u inizjattivi lokali (PO 5)

(i)

Trawwim tal-iżvilupp soċjali, ekonomiku u ambjentali integrat u inklużiv, tal-kultura, il-wirt naturali, it-turiżmu sostenibbli, u s-sigurtà fiż-żoni urbani

RCO 74 - Popolazzjoni koperta minn proġetti fil-qafas ta' strateġiji għal żvilupp territorjali integrat*

RCO 75 - Strateġiji appoġġati għal żvilupp territorjali integrat*

RCO 76 - Proġetti integrati għall-iżvilupp territorjali

RCO 80 – Strateġiji appoġġati ta' żvilupp lokali mmexxija mill-komunità*

RCO 112 - Partijiet ikkonċernati involuti fit-tħejjija u l-implimentazzjoni ta' strateġiji għal żvilupp territorjali integrat

RCO 114 - Spazju miftuħ maħluq jew riabilitat f'żoni urbani*

 

(ii)

Trawwim tal-iżvilupp lokali soċjali, ekonomiku u ambjentali integrat u inklużiv, tal-kultura, il-wirt naturali, it-turiżmu sostenibbli u s-sigurtà f'żoni barra dawk urbani


Tabella 2:

Indikaturi komuni addizzjonali tal-output u tar-riżultati għall-FEŻR ta' Interreg

Indikaturi speċifiċi għal Interreg

RCO 81 - Parteċipazzjonijiet f'azzjonijiet konġunti bejn il-fruntieri

RCO 115 - Avvenimenti pubbliċi bejn il-fruntieri organizzati b'mod konġunt

RCO 82 - Parteċipazzjonijiet f'azzjonijiet konġunti li jippromwovu l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, l-opportunitajiet indaqs u l-inklużjoni soċjali

RCO 83 - Strateġiji u pjanijiet ta' azzjoni żviluppati b'mod konġunt

RCO 84 - Azzjonijiet pilota żviluppati b'mod konġunt u implimentati fi proġetti

RCO 116 - Soluzzjonijiet żviluppati b'mod konġunt

RCO 85 - Parteċipazzjonijiet fi skemi konġunti ta' taħriġ

RCO 117 - Soluzzjonijiet għal ostakli legali jew amministrattivi bejn il-fruntieri identifikati

RCO 86 - Ftehimiet konġunti amministrattivi jew legali ffirmati

RCO 87 - Organizzazzjonijiet li jikkooperaw bejn il-fruntieri

RCO 118 - Organizzazzjonijiet li jikkooperaw għall-governanza f'diversi livelli tal-istrateġiji makroreġjonali

RCO 90 - Proġetti għal netwerks ta' innovazzjoni transkonfinali

RCO 120 - Proġetti li jappoġġaw il-kooperazzjoni transkonfinali biex jiġu żviluppati rabtiet bejn iż-żoni urbani u dawk rurali

RCR 79 - Strateġiji konġunti u pjanijiet ta' azzjoni adottati mill-organizzazzjonijiet

RCR 104 - Soluzzjonijiet adottati jew aġġornati mill-organizzazzjonijiet

RCR 81 - Tlestijiet ta' skemi konġunti ta' taħriġ

RCR 82 - Ostakli legali jew amministrattivi bejn il-fruntieri mtaffija jew riżolti

RCR 83 - Persuni koperti minn ftehimiet konġunti amministrattivi jew legali ffirmati

RCR 84 - Organizzazzjonijiet li jikkooperaw bejn il-fruntieri wara t-tlestija ta' proġett

RCR 85 - Parteċipazzjonijiet f'azzjonijiet konġunti bejn il-fruntieri wara t-tlestija ta' proġett


(1)  Għall-użu fl-Investiment għall-impjiegi u t-tkabbir Interreg f'konformità mal-punt (a) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 16(1), u mal-punt (b) tal-Artikolu 41(2) tar-Regolament (UE) 2021/1060(CPR)] u, fl-Investiment għall-impjiegi u t-tkabbir f'konformità mal-punt (d)(ii) tal-Artikolu 22 (3) tar-Regolament (UE) 2021/1060 (CPR) u, għal Interreg, skont il-punt (e)(ii) tal-Artikolu 22(4) tar-Regolament (UE) 2021/1059(Interreg)

(**)  Għal raġunijiet ta' preżentazzjoni, indikaturi komuni tal-output u tar-riżultati huma miġbura skont objettiv speċifiku f'objettiv ta' politika, iżda mhumiex limitati għalih. B'mod partikolari, PO 5, jista' juża indikaturi komuni rilevanti elenkati għal PO 1 sa 4. Barra minn hekk, sabiex tiġi żviluppata stampa sħiħa tal-prestazzjoni mistennija u reali tal-programmi, l-indikaturi komuni mmarkati b'(*) jistgħu jintużaw minn objettivi speċifiċi taħt kwalunkwe wieħed minn PO 1 sa 4, meta rilevanti.

(2)  RCO: Indikatur Komuni tal-Output REGIO.

(3)  Tqassim mhux mitlub għall-programmazzjoni iżda għar-rapportar biss.

(4)  RCR: Indikatur Komuni tar-Riżultati REGIO.

(5)  Ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-network trans-Ewropew tat-trasport u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 661/2010/UE (ĠU L 348, 20.12.2013, p. 1).


ANNESS II

ĠABRA ĊENTRALI TA' INDIKATURI TAL-PRESTAZZJONI GĦALL-FEŻR U L-FOND TA' KOEŻJONI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 8(3), LI JRIDU JINTUŻAW MILL-KUMMISSJONI F'KONFORMITÀ MAR-REKWIŻIT TA' RAPPURTAR TAGĦHA SKONT IL-PUNT (H)(III) TAL-ARTIKOLU 41(3) TAR-REGOLAMENT FINANZJARJU

Objettiv ta' politika

Objettiv speċifiku

Outputs

Riżultati

(1)

(2)

(3)

(4)

1.

Ewropa aktar kompetittiva u aktar intelliġenti bis-saħħa tal-promozzjoni ta' trasformazzjoni ekonomika innovattiva u intelliġenti u konnettività tal-ICT reġjonali (PO 1)

(i)

Żvilupp u tisħiħ tal-kapaċitajiet fir-riċerka u l-innovazzjoni u l-adozzjoni ta' teknoloġiji avvanzati

CCO (1) 01 - Intrapriżi appoġġati biex iwettqu innovazzjoni

CCO 02 - Riċerkaturi li jaħdmu f'faċilitajiet ta' riċerka appoġġati

CCR (2) 01 – Intrapriżi żgħar u medji (SMEs) (3) li jintroduċu innovazzjoni tal-prodotti, tal-proċessi, tal-kummerċjalizzazzjoni u organizzazzjonali

(ii)

Teħid tal-benefiċċji tad-diġitalizzazzjoni għaċ-ċittadini, il-kumpanniji, l-organizzazzjonijiet ta' riċerka u l-awtoritajiet pubbliċi

CCO 03 - Intrapriżi u istituzzjonijiet pubbliċi appoġġati biex jiżviluppaw prodotti, servizzi u proċessi diġitali

CCR 02 – Għadd ta' utenti annwali ta' prodotti, servizzi u proċessi diġitali ġodda jew imtejba

(iii)

Tisħiħ tat-tkabbir sostenibbli u l-kompetittività tal-SMEs u l-ħolqien tal-impjiegi fl-SMEs, inkluż permezz ta' investimenti li jiġġeneraw id-dħul

CCO 04 - SMEs appoġġati biex itejbu t-tkabbir u l-kompetittività

CCR 03 - Impjiegi maħluqa f'intrapriżi appoġġati

(iv)

Żvilupp ta' ħiliet għal speċjalizzazzjoni intelliġenti, tranżizzjoni industrijali u imprenditorija

CCO 05 – SMEs li jinvestu f'ħiliet għal speċjalizzazzjoni intelliġenti, għal tranżizzjoni industrijali u imprenditorija

CCR 04 – persunal tal-SMEs li jikkompletaw taħriġ għal ħiliet għal speċjalizzazzjoni intelliġenti, għal tranżizzjoni industrijali u imprenditorija

(v)

Titjib tal-konnettività diġitali

CCO 13 - Abitazzjonijiet u intrapriżi addizzjonali b'aċċess għal broadband ta' kapaċità għolja ħafna

CCR 12 – Abitazzjonijiet u intrapriżi addizzjonali b'abbonamenti għall-broadband ma' netwerk ta' kapaċità għolja ħafna

2.

Ewropa ekoloġika, b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju, fit-tranżizzjoni lejn ekonomija mingħajr ebda emissjoni tal-karbonju u reżiljenti billi tippromwovi t-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa u ġusta, investiment ekoloġiku u blu, l-ekonomija ċirkolari, il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih, il-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskju u mobbiltà urbana sostenibbli (PO 2)

(i)

Promozzjoni ta' miżuri ta' effiċjenza enerġetika u t-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra

CCO 06 – Investimenti f'miżuri biex titjieb il-prestazzjoni tal-enerġija

CCR 05 – Iffrankar fil-konsum annwali tal-enerġija primarja

(ii)

Promozzjoni tal-enerġija rinnovabbli f'konformità mad-Direttiva (UE) 2018/2001, inkluż il-kriterji ta' sostenibbiltà stabbiliti fiha

CCO 07 – Kapaċità ta' produzzjoni addizzjonali għall-enerġija rinnovabbli

CCR 06 - Enerġija rinnovabbli addizzjonali prodotta

(iii)

Żvilupp ta' sistemi tal-enerġija intelliġenti, grids u ħażna barra min-Network Trans-Ewropew tal-Enerġija (TEN-E)

CCO 08 - Sistemi ta' ġestjoni diġitali għas-sistemi tal-enerġija intelliġenti

CCR 07 - Utenti addizzjonali konnessi ma' sistemi tal-enerġija

(iv)

Promozzjoni tal-adattament għat-tibdil fil-klima u l-prevenzjoni tar-riskju ta' diżastri u r-reżiljenza, filwaqt li jitqiesu l-approċċi bbażati fuq l-ekosistema

CCO 09 – Investimenti f'sistemi ġodda jew imtejba ta' monitoraġġ, tħejjija, twissija u reazzjoni għad-diżastri

CCR 08 - Popolazzjoni addizzjonali li bbenefikat minn miżuri ta' protezzjoni kontra l-għargħar, in-nirien u diżastri naturali oħra relatati mal-klima

(v)

Promozzjoni tal-aċċess għall-ilma u tal-immaniġġjar sostenibbli tal-ilma

CCO 10 - Kapaċità ġdida jew imtejba għat-trattament tal-ilma tad-drenaġġ

CCR 09 - Popolazzjoni addizzjonali konnessa ma' impjant ta' trattament tal-ilma mill-anqas tat-tieni klassi

(vi)

Promozzjoni tat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari u effiċjenti fl-użu tar-riżorsi

CCO 11 - Kapaċità ġdida jew imtejba għar-riċiklar tal-iskart

CCR 10 - Skart riċiklat addizzjonali

(vii)

Tisħiħ tal-protezzjoni u l-preservazzjoni tan-natura, il-bijodiversità u l-infrastruttura ekoloġika, inkluż f'żoni urbani, u t-tnaqqis tal-forom kollha ta' tniġġis

CCO 12 - Id-daqs taż-żona ta' infrastruttura ekoloġika

CCR 11 - Popolazzjoni li bbenefikat minn miżuri għall-kwalità tal-arja

(viii)

Promozzjoni tal-mobbiltà urbana multimodali sostenibbli, bħala parti mit-tranżizzjoni lejn ekonomija mingħajr ebda emissjonijiet tal-karbonju

CCO 16 - Estensjoni u modernizzazzjoni ta' linji tat-tram u tal-metro

CCR 15 - Għadd ta' utenti annwali moqdija minn linji ġodda u modernizzati tat-tram u tal-metro

3.

Ewropa aktar konnessa permezz tat-titjib tal-mobbiltà (PO 3)

(i)

Żvilupp ta' TEN-T reżiljenti għall-klima, intelliġenti, sigur, sostenibbli u intermodali

CCO 14 - Toroq TEN-T: Toroq ġodda, imtejba, rikostruwiti jew modernizzati

CCO 15 - Ferroviji TEN-T: Linji tal-ferroviji ġodda, aġġornati, rikostruwiti jew modernizzati

CCR 13 - Iffrankar ta' ħin bis-saħħa ta' infrastruttura tat-toroq imtejba

CCR 14 - Ammont fis-sena ta' passiġġieri moqdija minn trasport ferrovjarju mtejjeb

(ii)

Żvilupp u titjib ta' mobbiltà sostenibbli, reżiljenti għall-klima, intelliġenti u intermodali nazzjonali, reġjonali u lokali, inkluż aċċess imtejjeb għal TEN-T u mobilità transfruntiera

CCO 22 - Toroq mhux TEN-T: Toroq ġodda, imtejba, rikostruwiti jew modernizzati

CCO 23 - Ferroviji mhux TEN-T: Linji tal-ferroviji ġodda, aġġornati, rikostruwiti jew modernizzati

4.

Ewropa aktar soċjali u inklużiva li timplimenta l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali (PO 4)

(i)

Tisħiħ tal-effettività u l-inklużività tas-swieq tax-xogħol u l-aċċess għal impjiegi ta' kwalità permezz tal-iżvilupp tal-infrastruttura soċjali u l-promozzjoni tal-ekonomija soċjali

CCO 17 - Daqs ta' faċilitajiet ġodda jew modernizzati għas-servizzi tal-impjieg

CCR 16 - Għadd ta' utenti annwali ta' faċilitajiet ġodda jew modernizzati għas-servizzi tal-impjieg

(ii)

Titjib tal-aċċess ugwali għal servizzi inklussivi u ta' kwalità fl-edukazzjoni, t-taħriġ u t-tagħlim tul il-ħajja permezz tal-iżvilupp ta' infrastruttura aċċessibbli, inkluż permezz tat-trawwim tar-reżiljenza għal tagħlim u taħriġ mill-bogħod u online

CCO 18 – Kapaċità ġdida jew modernizzata għall-faċilitajiet tal-indukrar tat-tfal u tal-edukazzjoni

CCR 17 - Għadd ta' utenti annwali moqdija minn faċilitajiet ġodda jew modernizzati tal-indukrar tat-tfal u tal-edukazzjoni

(iii)

Promozzjoni tal-inklużjoni soċjoekonomika ta' komunitajiet emarġinati, familji bi dħul baxx u gruppi żvantaġġati inkluż persuni bi bżonnijiet speċjali, permezz ta' azzjonijiet integrati li jinkludu akkomodazzjoni u servizzi soċjali

CCO 19 – Kapaċità ġdida jew modernizzata ta' faċilitajiet ta' akkomodazzjoni soċjali

CCO 25 - Popolazzjoni koperta minn proġetti fil-qafas tal-azzjonijiet integrati għal inklużjoni soċjoekonomika ta' komunitajiet emarġinati, familji bi dħul baxx u gruppi żvantaġġati

CCR 18 - Għadd ta' utenti annwali tal-faċilitajiet ta' akkomodazzjoni soċjali ġdida jew modernizzata

(iv)

Promozzjoni tal-integrazzjoni soċjoekonomika ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi, inkluż migranti permezz ta' azzjonijiet integrati, inkluż akkomodazzjoni u servizzi soċjali

CCO 26 - Kapaċità ġdida jew modernizzata tal-faċilitajiet ta' akkoljenza temporanja

CCR 20 – Għadd ta' utenti annwali tal-faċilitajiet ta' akkoljenza temporanji ġodda jew modernizzati

(v)

Żgurar ta' aċċess ugwali għall-kura tas-saħħa u t-trawwim tar-reżiljenza tas-sistemi tas-saħħa, inkluża l-kura primarja, u l-promozzjoni tat-tranżizzjoni minn kura istituzzjonali għal kura bbażata fil-familja u bbażata fil-komunità

CCO 20 - Kapaċità ġdida jew modernizzata tal-faċilitajiet tal-kura tas-saħħa

CCR 19 - Għadd ta' utenti annwali tas-servizzi tal-kura tas-saħħa ġodda jew modernizzati

(vi)

Tisħiħ tar-rwol tal-kultura u t-turiżmu sostenibbli fl-iżvilupp ekonomiku, l-inklużjoni soċjali u l-innovazzjoni soċjali

CCO24 – Siti ta' kultura u turiżmu appoġġati

CCR21 - Viżitaturi ta' siti ta' kultura u turiżmu appoġġati

5.

Ewropa eqreb taċ-ċittadini billi trawwem l-iżvilupp sostenibbli u integrat ta' kull tip ta' territorju u inizjattivi lokali (PO 5)

(i)

Trawwim tal-iżvilupp soċjali, ekonomiku u ambjentali integrat u inklużiv, tal-kultura, il-wirt naturali, it-turiżmu sostenibbli, u s-sigurtà fiż-żoni urbani

CCO 21 – Popolazzjoni koperta minn strateġiji għall-iżvilupp territorjali integrat

 

(ii)

Trawwim tal-iżvilupp lokali soċjali, ekonomiku u ambjentali integrat u inklużiv, tal-kultura, il-wirt naturali, it-turiżmu sostenibbli u s-sigurtà f'żoni barra dawk urbani


(1)  CCO: Riżultat Komuni Ewlieni REGIO.

(2)  CCR: Riżultat Komuni Ewlieni REGIO.

(3)  Ir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta' intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36).