25.6.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 225/1 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1040
tas-16 ta’ April 2021
li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2016/128 fir-rigward tar-rekwiżiti dwar il-pestiċidi fl-ikel għal skopijiet mediċi speċjali żviluppat biex jissodisfa l-ħtiġijiet ta’ nutrizzjoni tat-trabi u t-tfal żgħar
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 609/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Ġunju 2013 dwar ikel maħsub għat-trabi u t-tfal żgħar, ikel għal skopijiet mediċi speċjali, u bħala sostitut tad-dieta kollha għall-kontroll tal-piż u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 92/52/KEE, id-Direttivi tal-Kummissjoni 96/8/KE, 1999/21/KE, 2006/125/KE u 2006/141/KE, id-Direttiva 2009/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 41/2009 u (KE) Nru 953/2009 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/128 (2) jistabbilixxi, fost kwistjonijiet oħrajn, rekwiżiti speċifiċi dwar il-pestiċidi u r-residwi tagħhom, fl-ikel għal skopijiet mediċi speċjali żviluppat biex jissodisfa l-ħtiġijiet ta’ nutrizzjoni tat-trabi u tat-tfal żgħar. |
(2) |
Ir-Regolament Delegat (UE) 2016/128 jiddefinixxi r-residwu ta’ pestiċidi billi juża t-terminoloġija tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). |
(3) |
Madankollu, l-Artikolu 3(2)(c) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) jipprevedi definizzjoni aktar preċiża għar-residwi ta’ pestiċida. |
(4) |
Għall-finijiet taċ-ċertezza u taċ-ċarezza tad-dritt, huwa meħtieġ li d-definizzjoni ta’ residwu ta’ pestiċida li tinsab fir-Regolament Delegat (UE) 2016/128 tiġi allinjata mad-definizzjoni li tinsab fl-Artikolu 3(2)(c) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
(5) |
B’kont meħud li d-definizzjonijiet tar-residwu għas-sustanzi attivi jenħtieġ li japplikaw kif definit fir-Regolament (KE) Nru 396/2005, huwa xieraq li jiġu inklużi biss il-komposti oriġinarji tas-sustanzi attivi fil-listi stabbiliti fl-Annessi II u III tar-Regolament Delegat (UE) 2016/128, fid-dawl ta’ emendi futuri għar-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
(6) |
Għaldaqstant ir-Regolament Delegat (UE) 2016/128 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Artikolu 3(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2016/128 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“1. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, “residwu” tfisser ir-residwu ta’ pestiċida kif imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.”
Artikolu 2
L-Annessi II u III tar-Regolament Delegat (UE) 2016/128 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ April 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 181, 29.6.2013, p. 35.
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/128 tal-25 ta’ Settembru 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 609/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti speċifiċi dwar il-kompożizzjoni u l-informazzjoni għall-ikel għal skopijiet mediċi speċjali (ĠU L 25, 2.2.2016, p. 30).
(3) Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1).
(4) Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta’ residwu ta’ pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1).
ANNESS
L-Annessi II u III tar-Regolament Delegat (UE) 2016/128 huma emendati kif ġej:
(1) |
L-Anness II huwa sostitwit b’dan li ġej: “ANNESS II SUSTANZI ATTIVI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 3(3)
|
(2) |
L-Anness III huwa sostitwit b’dan li ġej: “ANNESS III SUSTANZI ATTIVI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 3(4)
|
(1) Tapplika l-aktar definizzjoni aġġornata tar-residwu kif stabbilita fl-Annessi II, III, IV jew V rilevanti tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 (id-definizzjoni tar-residwu hija msemmija fil-parenteżi wara l-kompost oriġinarju tas-sustanza).