22.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 222/3


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1006

tat-12 ta’ April 2021

li jemenda r-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-mudell taċ-ċertifikat li jattesta l-konformità mar-regoli dwar il-produzzjoni organika

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 35(9) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness VI tar-Regolament (UE) 2018/848 jistabbilixxi l-mudell taċ-ċertifikat li jeħtieġ li jinħareġ lil kull operatur jew grupp ta’ operaturi li jkun innotifika l-attività tiegħu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih titwettaq l-attività u jikkonforma ma’ dak ir-Regolament. Sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni armonizzata, il-mudell taċ-ċertifikat fih elementi komuni li huma obbligatorji fl-Istati Membri kollha, bħall-isem u l-indirizz, l-attivitajiet tal-operaturi u l-kategoriji tal-prodotti. Madankollu, l-awtoritajiet kompetenti, jew meta xieraq, l-awtoritajiet ta’ kontroll jew il-korpi ta’ kontroll li joħorġu ċ-ċertifikat, jistgħu jiddeċiedu li jitolbu informazzjoni addizzjonali speċifika bħal lista dettaljata tal-prodotti, informazzjoni dwar l-art u l-postijiet, lista tas-sottokuntratturi u informazzjoni dwar l-akkreditazzjoni tal-korp ta’ kontroll. Għalhekk, jixraq li tiżdied parti ddedikata għaċ-ċertifikat.

(2)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2018/848 jiġi emendat skont dan.

(3)

Fl-interess taċ-ċarezza u taċ-ċertezza tad-dritt, jenħtieġ li dan ir-Regolament jibda japplika mid-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/848,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness VI tar-Regolament (UE) 2018/848 huwa sostitwit bit-test fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2022.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ April 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 150, 14.6.2018, p. 1.


ANNESS

“ANNESS VI

MUDELL TA’ ĊERTIFIKAT

Ċertifikat skont l-Artikolu 35(1) tar-Regolament (UE) 2018/848 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi

Parti I: Elementi obbligatorji

1.

Numru tad-dokument

2.

(agħżel kif xieraq)

Operatur

Grupp ta’ operaturi – ara l-punt 9

3.

Isem u indirizz tal-operatur jew tal-grupp ta’ operaturi:

4.

Isem u indirizz tal-awtorità kompetenti, jew, meta xieraq, tal-awtorità ta’ kontroll jew tal-korp ta’ kontroll tal-operatur jew tal-grupp ta’ operaturi u n-numru tal-kodiċi fil-każ ta’ awtorità ta’ kontroll jew korp ta’ kontroll:

5.

Attività jew attivitajiet tal-operatur jew tal-grupp ta’ operaturi (agħżel kif xieraq)

Produzzjoni

Preparazzjoni

Distribuzzjoni/Tqegħid fis-suq

Ħżin

Importazzjoni

Esportazzjoni

6.

Kategorija jew kategoriji tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 35(7) tar-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) u l-metodi tal-produzzjoni (agħżel kif xieraq)

(a)

pjanti u prodotti tal-pjanti mhux proċessati, inkluż żrieragħ u materjal ieħor għar-riproduzzjoni tal-pjanti

Metodu tal-produzzjoni:

produzzjoni organika għajr waqt il-perjodu ta’ konverżjoni

produzzjoni waqt il-perjodu ta’ konverżjoni

produzzjoni organika bi produzzjoni mhux organika

(b)

bhejjem u prodotti minn bhejjem mhux proċessati

Metodu tal-produzzjoni:

produzzjoni organika għajr waqt il-perjodu ta’ konverżjoni

produzzjoni waqt il-perjodu ta’ konverżjoni

produzzjoni organika bi produzzjoni mhux organika

(c)

alga u prodotti mhux proċessati tal-akkwakultura

Metodu tal-produzzjoni:

produzzjoni organika għajr waqt il-perjodu ta’ konverżjoni

produzzjoni waqt il-perjodu ta’ konverżjoni

produzzjoni organika bi produzzjoni mhux organika

(d)

prodotti agrikoli proċessati, inkluż prodotti tal-akkwakultura, għall-użu bħala ikel

Metodu tal-produzzjoni:

produzzjoni ta’ prodotti organiċi

produzzjoni ta’ prodotti fil-fażi ta’ konverżjoni

produzzjoni organika bi produzzjoni mhux organika

(e)

għalf

Metodu tal-produzzjoni:

produzzjoni ta’ prodotti organiċi

produzzjoni ta’ prodotti fil-fażi ta’ konverżjoni

produzzjoni organika bi produzzjoni mhux organika

(f)

inbid

Metodu tal-produzzjoni:

produzzjoni ta’ prodotti organiċi

produzzjoni ta’ prodotti fil-fażi ta’ konverżjoni

produzzjoni organika bi produzzjoni mhux organika

(g)

prodotti oħra elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2018/848 jew mhux koperti minn kategoriji preċedenti

Metodu tal-produzzjoni:

produzzjoni ta’ prodotti organiċi

produzzjoni ta’ prodotti fil-fażi ta’ konverżjoni

produzzjoni organika bi produzzjoni mhux organika

Dan id-dokument inħareġ f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/848 biex jiċċertifika li l-operatur jew il-grupp ta’ operaturi (agħżel kif xieraq) jikkonforma ma’ dak ir-Regolament.

7.

Data, post

Isem u firma f’isem l-awtorità kompetenti emittenti, jew, meta xieraq, l-awtorità ta’ kontroll jew il-korp ta’ kontroll:

8.

Ċertifikat validu minn….[daħħal id-data] sa….[daħħal id-data]

9.

Lista tal-membri tal-grupp ta’ operaturi kif iddefinit fl-Artikolu 36 tar-Regolament (UE) 2018/848

Isem il-membru

Indirizz jew forma oħra ta’ identifikazzjoni tal-membru

 

 

 

 

 

 

Parti II: Elementi fakultattivi speċifiċi

Għandhom jimtlew element wieħed jew aktar jekk jiġi deċiż hekk mill-awtorità kompetenti jew, meta xieraq, mill-awtorità ta’ kontroll jew mill-korp ta’ kontroll li joħorġu ċ-ċertifikat lill-operatur jew lill-grupp ta’ operaturi f’konformità mal-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) 2018/848.

1.

Direttorju tal-prodotti

Isem il-prodott u/jew il-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda (NM) kif imsemmi fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (2) għall-prodotti fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/848

Organiċi

Fil-fażi ta’ konverżjoni

 

 

 

 

 

 

2.

Kwantità tal-prodotti

Isem il-prodott u/jew il-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda (NM) kif imsemmi fir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 għall-prodotti fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/848

Organiċi

Fil-fażi ta’ konverżjoni

Kwantità stmata f’kilogrammi, f’litri jew, meta rilevanti, f’numru ta’ unitajiet

 

 

 

 

 

 

 

 

 

3.

Informazzjoni dwar l-art

Isem il-prodott

Organiċi

Fil-fażi ta’ konverżjoni

Mhux organiċi

Wiċċ f’ettari

 

 

 

 

 

 

 

 

 

4.

Lista ta’ postijiet jew unitajiet fejn titwettaq l-attività mill-operatur jew mill-grupp ta’ operaturi

Indirizz jew ġeolokalizzazzjoni

Deskrizzjoni tal-attività jew l-attivitajiet kif imsemmija fil-punt 5 tal-parti I

 

 

 

 

 

 

5.

Informazzjoni dwar l-attività jew l-attivitajiet imwettqa mill-operatur jew mill-grupp ta’ operaturi u jekk l-attività hijiex, jew l-attivitajiet jitwettqux għall-iskop tagħhom stess jew bħala sottokuntrattur li jwettaq l-attività jew l-attivitajiet għal operatur ieħor, filwaqt li s-subkuntrattur jibqa’ responsabbli għall-attività jew l-attivitajiet imwettqa

Deskrizzjoni tal-attività jew l-attivitajiet kif imsemmija fil-punt 5 tal-parti I

Twettiq ta’ attività/attivitajiet għall-iskop proprju

It-twettiq ta’ attività/attivitajiet bħala sottokuntrattur għal operatur ieħor, filwaqt li s-sottokuntrattur jibqa’ responsabbli għall-attività jew l-attivitajiet imwettqa

 

 

 

 

 

 

6.

Informazzjoni dwar l-attività jew l-attivitajiet imwettqa mill-parti terza sottokuntrattata f’konformità mal-Artikolu 34(3) tar-Regolament (UE) 2018/848

Deskrizzjoni tal-attività jew l-attivitajiet kif imsemmija fil-punt 5 tal-parti I

L-operatur jew il-grupp ta’ operaturi jibqa’ responsabbli

Il-parti terza sottokuntrattata hija responsabbli

 

 

 

 

 

 

7.

Lista ta’ sottokuntratturi li jipprovdu attività jew attivitajiet lill-operatur jew lill-grupp ta’ operaturi f’konformità mal-Artikolu 34(3) tar-Regolament (UE) 2018/848, li l-operatur jew il-grupp ta’ operaturi jibqa’ responsabbli minnhom fir-rigward tal-produzzjoni organika u li ma trasferixxiex ir-responsabbiltà tagħhom lis-sottokuntrattur

Isem u indirizz

Deskrizzjoni tal-attività jew l-attivitajiet kif imsemmija fil-punt 5 tal-parti I

 

 

 

 

 

 

8.

Informazzjoni dwar l-akkreditazzjoni tal-korp ta’ kontroll f’konformità mal-Artikolu 40(3) tar-Regolament (UE) 2018/848

(a)

isem il-korp ta’ akkreditazzjoni;

(b)

iperlink għaċ-ċertifikat ta’ akkreditazzjoni.

9.

Informazzjoni oħra

 


(1)  Ir-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (ĠU L 150, 14.6.2018, p. 1).

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).