14.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 210/1

REGOLAMENT (UE) 2021/943 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-14 ta’ Mejju 2021

li jemenda r-Regolament (UE) 2015/534 dwar ir-rapportar ta' informazzjoni finanzjarja superviżorja (BĊE/2021/24)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 1024/2013 tal-15 ta’ Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(1), l-Artikolu 4(3), l-Artikolu 6(2), l-Artikolu 6(5)(d) u l-Artikolu 10 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament Nru 468/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi l-qafas għal kooperazzjoni fi ħdan il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali u mal-awtoritajiet nazzjonali nominati (Regolament Qafas tal-MSU) (BĊE/2014/17) (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(1), l-Artikolu 140 u l-Artikolu 141(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Kummissjoni Ewropea, abbażi tal-abbozz tal-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni ppreżentati mill-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA), reċentement adottat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/451 (3), li jħassar u jissostitwixxi r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014 (4).

(2)

Peress li r-Regolament (UE) 2015/534 tal-Bank Ċentrali Ewropew (ECB/2015/13) (5) (ir- “Regolament tal-BĊE FINREP”) jipprevedi l-użu, għall-finijiet tiegħu, ta’ formoli żviluppati mill-EBA u ppromulgati fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014, ir-referenzi għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014 fir-Regolament tal-BĊE dwar il-FINREP jeħtieġ li jiġu aġġornati kif meħtieġ. Huwa meħtieġ ukoll li jitqiesu bidliet oħra li jeħtieġu aġġornamenti għal kontroreferenzi għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/451 biex jiġi żgurat li r-Regolament tal-BĊE dwar il-FINREP jibqa’ konsistenti mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni applikabbli. Dawk il-bidliet jinkludu ċerti bidliet fl-isem u l-istruttura ta’ ċerti formoli fl-Annessi tar-Regolament tal-BĊE dwar il-FINREP sabiex ikun hemm allinjament mat-tismija u l-istruttura tal-formoli fl-Annessi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/451.

(3)

Fl-20 ta’ Mejju 2019, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea adottaw ir-Regolament (UE) 2019/876 (6) li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7). Ir-referenzi għar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-Regolament tal-BĊE dwar il-FINREP għandhom jiġu aġġornati kif meħtieġ.

(4)

Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali, jeħtieġ li jiġi żgurat li l-bidliet fir-referenzi japplikaw mill-istess data tat-tħassir tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014. Għalhekk, jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika mid-data tal-applikazzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/451, fit-28 ta’ Ġunju 2021.

(5)

Għalhekk, ir-Regolament (UE) 2015/534 (BĊE/2003/13) għandu jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi

Ir-Regolament (UE) 2015/2003 (BĊE/2003/13) huwa emendat kif ġej:

1.

l-Artikolu 1 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 2, ir-referenza għar-“Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014” hija sostitwita b’referenza għar-“Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/451 (*);

(*)

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/451 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rapportar superviżorju tal-istituzzjonijiet u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014 (ĠU L 97, 19.3.2021, p. 1).”;

(b)

il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.   Meta l-awtoritajiet kompetenti, inkluż il-BĊE, jeħtieġu li l-istituzzjonijiet jikkonformaw mal-obbligi stabbiliti fil-Partijiet Tnejn sa Tmienja tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u fit-Titolu VII tad-Direttiva 2013/36/UE fuq bażi subkonsolidata skont l-Artikolu 11(6) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, dawk l-istituzzjonijiet għandhom jikkonformaw ukoll fuq bażi subkonsolidata mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament fuq bażi konsolidata.”;

2.

L-Artikolu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 4

Il-format u l-frekwenza tar-rapportar fuq bażi kkonsolidata u d-dati ta’ referenza tar-rapportar u d-dati ta’ rimessa għal istituzzjonijiet ta’ kreditu sinifikanti li japplikaw IFRS għal rapportar superviżorju fuq bażi konsolidata skont l-Artikolu 24(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

Skont l-Artikolu 430(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, istituzzjonijiet ta’ kreditu sinifikanti li japplikaw l-IFRS skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 għal rapportar superviżorju fuq bażi konsolidata skont l-Artikolu 24(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għandhom jirrapportaw informazzjoni finanzjarja superviżorja, kif previst fl-Artikolu 11 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/451, fuq bażi konsolidata.”;

3.

L-Artikolu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 5

Il-format u l-frekwenza tar-rapportar fuq bażi kkonsolidata u d-dati ta’ referenza tar-rapportar u d-dati ta’ rimessa għal istituzzjonijiet ta’ kreditu sinifikanti li japplikaw oqfsa tal-kontabilità nazzjonali fuq bażi kkonsolidata bbażati fuq id-Direttiva 86/635/KEE

Skont l-Artikolu 430(9) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, istituzzjonijiet ta’ kreditu sinifikanti għajr dawk imsemmija fl-Artikolu 4, li huma soġġetti għal oqfsa kontabilistiċi nazzjonali fuq bażi konsolidata abbażi tad-Direttiva 86/635/KEE, għandhom jirrapportaw informazzjoni finanzjarja superviżorja fuq bażi konsolidata kif previst fl-Artikolu 12 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/451.”;

4.

l-Artikolu 6 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Ir-rapportar finanzjarju superviżorju msemmi fil-paragrafu 1 għandu jinkludi l-informazzjoni speċifikata fl-Artikolu 11 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2021/451, inkluża informazzjoni speċifikata fil-formola 40.1 tal-Anness III ta' dak ir-Regolament, u għandu jsir bil-frekwenza speċifikata f'dak l-Artikolu.”;

(b)

il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“4.   Ir-rapportar finanzjarju superviżorju msemmi fil-paragrafu 3 għandu jinkludi l-informazzjoni speċifikata fl-Artikolu 12 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2021/451, inkluża informazzjoni speċifikata fil-formola 40.1 tal-Anness IV ta' dak ir-Regolament, u għandu jsir bil-frekwenza speċifikata f'dak l-Artikolu.”;

(c)

fil-paragrafi 7 u 8, ir-referenza għar-“Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014” hija sostitwita b’referenza għal “Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/451”;

5.

l-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:

(a)

l-aħħar sentenza tal-paragrafu 1 hija sostwita b'dan li ġej:

“Ir-rapportar finanzjarju superviżorju msemmi minn dawn l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandu jsir bil-frekwenza speċifikata fl-Artikolu 11 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2021/451 u għandu jinkludi l-informazzjoni minima komuni speċifikata fl-Anness I.”;

(b)

fil-paragrafu 2, ir-referenza għal “Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014” hija sostitwita b’referenza għal “Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/451”;

(c)

il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“4.   Ir-rapportar finanzjarju superviżorju msemmi fil-paragrafu 3 għandu jsir bil-frekwenza speċifikata fl-Artikolu 12 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2021/451 u għandu jinkludi l-informazzjoni minima komuni speċifikata fl-Anness I.”;

(d)

Fil-paragrafu 5, ir-referenza għar-“Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014” hija sostitwita b’referenza għal “Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/451”;

6.

Fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 8(4), ir-referenza għal “Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014” hija sostitwita b’referenza għal “Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/451”;

7.

l-Artikolu 9(1) huwa emendat kif gej:

(a)

l-aħħar sentenza hija sostitwita b’dan li gej:

“Ir-rapportar superviżorju finanzjarju għandu jseħħ bil-frekwenza speċifikata fl-Artikolu 11 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2021/451.”;

(b)

l-aħħar sentenza tal-punt (b) hija sostitwita b’dan li gej:

“Ir-rapportar superviżorju finanzjarju għandu jseħħ bil-frekwenza speċifikata fl-Artikolu 12 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2021/451.”;

8.

Fl-Artikolu 10(2), ir-referenza għal “Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014” hija sostitwita b’referenza għal “Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/451”;

9.

l-Artikolu 11 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Ir-rapportar finanzjarju superviżorju msemmi fil-paragrafu 1 għandu jsir bil-frekwenza speċifikata fl-Artikolu 11 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2021/451 u għandu jinkludi l-informazzjoni minima komuni speċifikata fil-paragrafu 1 tal-Anness I.”;

(b)

fil-paragrafu 3, ir-referenza għal “Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014” hija sostitwita b’referenza għal “Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/451”;

(c)

l-aħħar sentenza tal-paragrafu 4 hija mibdula b'dan li ġej:

“Dak ir-rapportar finanzjarju superviżorju għandu jsir bil-frekwenza speċifikata fl-Artikolu 12 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2021/451 u għandu jinkludi l-informazzjoni minima komuni speċifikata fil-paragrafu 2 tal-Anness I.”;

(d)

Fil-paragrafu 5, ir-referenza għal “Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014” hija sostitwita b’referenza għal “Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/451”;

10.

Fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 12(4), ir-referenza għal “Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014” hija sostitwita b’referenza għal “Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/451”;

11.

l-Artikolu 13 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Ir-rapportar finanzjarju superviżorju msemmi fil-paragrafu 1 għandu jsir bil-frekwenza speċifikata fl-Artikolu 11 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2021/451 u għandu jinkludi l-informazzjoni minima komuni speċifikata fil-paragrafu 1 tal-Anness I.”

(b)

il-paragrafu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“5.   Ir-rapportar finanzjarju superviżorju msemmi fil-paragrafu 1 għandu jsir bil-frekwenza speċifikata fl-Artikolu 12 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2021/451 u għandu jinkludi l-informazzjoni minima komuni speċifikata fil-paragrafu 1 tal-Anness I.”

(c)

fil-paragrafi 3 u 6, ir-referenza għal “Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014” hija sostitwita b’referenza għal “Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/451”;

12.

l-Artikolu 14 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Ir-rapportar finanzjarju superviżorju msemmi fil-paragrafu 1 għandu jsir bil-frekwenza speċifikata fl-Artikolu 11 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2021/451 u għandu jinkludi l-informazzjoni minima komuni speċifikata fl-Anness II.”

(b)

il-paragrafu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“5.   Ir-rapportar finanzjarju superviżorju msemmi fil-paragrafu 4 għandu jsir bil-frekwenza speċifikata fl-Artikolu 12 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2021/451 u għandu jinkludi l-informazzjoni minima komuni speċifikata fl-Anness II.”

(c)

fil-paragrafi 3 u 6, ir-referenza għal “Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014” hija sostitwita b’referenza għal “Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/451”;

13.

Fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 15(4), ir-referenza għal “Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014” hija sostitwita b’referenza għal “Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/451”;

14.

L-Annessi tar-Regolament (UE) 2015/2014 (BĊE/2014/13) huma emendati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dispożizzjonijiet finali

1.   Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ħames jum wara dak tal-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

2.   Għandu japplika mit-28 ta’ Ġunju 2021.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri f'konformità mat-Trattati.

Magħmul fi Frankfurt am Main, l-14 ta’ Mejju 2021.

Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE

Il-President tal-BĊE

Christine LAGARDE

(1)  ĠU L 287, 29.10.2013, p. 63.

(2)  ĠU L 141, 14.5.2014, p. 1.

(3)  Ir-Regolament ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/451 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rapportar superviżorju tal-istituzzjonijiet u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 680/2014 (ĠU L 97, 19.3.2021, p. 1).

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014 tas-16 ta’ April 2014 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni fir-rigward tar-rappurtar superviżorju ta’ istituzzjonijiet skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 191, 28.6.2014, p. 1).

(5)  Ir-Regolament (UE) 2015/534 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-17 ta’ Marzu 2015 dwar ir-rapportar ta’ informazzjoni finanzjarja superviżorja (BĊE/2015/13) (ĠU L 86, 31.3.2015, p. 13).

(6)  Ir-Regolament (UE) 2019/876 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2019 li jemenda r-Regolament (UE) 575/2013 dwar il-proporzjon ta' lieva finanzjarja, il-proporzjon ta' finanzjament stabbli nett, rekwiżiti għall-fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli, riskju ta' kreditu tal-kontroparti, riskju tas-suq, skoperturi għal kontropartijiet ċentrali, skoperturi għal impriżi ta' investiment kollettiv, skoperturi kbar, rekwiżiti ta' rappurtar u divulgazzjoni, u r-Regolament (UE) 648/2012 (ĠU L 150, 7.6.2019,p. 1).

(7)  Ir-Regolament (UE) 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).

ANNESS

L-Annessi tar-Regolament (UE) 2015/534 (BĊE/2015/13) huma emendati kif ġej:

(1)

L-Anness I huwa sostitwit b’dan li ġej:

"ANNESS I

Rappurtar finanzjarju superviżorju simplifikat

1.   

Għal entitajiet taħt superviżjoni li japplikaw l-IFRS skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002, kif ukoll għal entitajiet taħt superviżjoni li japplikaw oqfsa ta’ kontabilità nazzjonali bbażati fuq id-Direttiva 86/635/KEE li huma kompatibbli mal-IFRS, “Rapportar finanzjarju superviżorju simplifikat” tinkludi l-formoli mill-Anness III tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/451 elenkati fit-Tabella 1.

2.   

Għal entitajiet taħt superviżjoni li japplikaw oqfsa kontabilistiċi nazzjonali bbażati fuq id-Direttiva 86/635/KEE minbarra dawk inklużi fil-paragrafu 1, “Rapportar finanzjarju superviżorju simplifikat” tinkludi l-formoli mill-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/451 elenkati fit-Tabella 2.

2a.   

Bħala eċċezzjoni mill-paragrafu 2, kull ANK tista' tiddeċiedi li l-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 2 u stabbiliti fl-Istat Membru tagħha għandhom jirrapportaw:

(a)

l-informazzjoni speċifikata fil-formola 9.1 jew l-informazzjoni speċifikata fil-formola 9.1.1 mill-Anness IV għar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2021/451;

(b)

l-informazzjoni speċifikata fil-formola 11.1 jew l-informazzjoni speċifikata fil-formola 11.2 mill-Anness IV tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2021/451;

(c)

l-informazzjoni speċifikata fil-formola 12.0 jew l-informazzjoni speċifikata fil-formola 12.1 mill-Anness IV tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2021/451; u

(d)

l-informazzjoni speċifikata fil-formola 16.3 jew l-informazzjoni speċifikata fil-formola 16.4 mill-Anness IV tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2021/451.

3.   

L-informazzjoni fil-paragrafi 1 u 2 hija rrapportata skont l-istruzzjonijiet fl-Anness V tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/451.

4.   

Il-formoli 17.1, 17.2 u 17.3 fit-Tabelli 1 u 2 huma pprovduti biss għal istituzzjonijiet ta' kreditu li jirrapportaw fuq bażi kkonsolidata. Il-mudell 40.1 fit-Tabella 1 u 2 huwa pprovdut għal istituzzjonijiet ta' kreditu li jirrapportaw fuq bażi kkonsolidata u istituzzjonijiet ta' kreditu li mhumiex parti minn grupp li jirrapporta fuq bażi individwali.

5.   

Għall-fini tal-kalkolu tal-livell limitu msemmi fil-Parti 2 tat-Tabelli 1 u 2 f’dan l-Anness, japplika t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(5) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/451.

Tabella 1

Numru tal-formola

ISEM IL-FORMOLA JEW TAL-GRUPP TA’ FORMOLI

PARTI 1 [FREKWENZA TRIMESTRALI]

Rapport tal-Karta Bilanċjali [Rapport tal-Pożizzjoni Finanzjarja]

1.1

Rapport tal-Karta Bilanċjali: assi

1.2

Rapport tal-Karta Bilanċjali: obbligazzjonijiet

1.3

Rapport tal-Karta Bilanċjali: ekwità

2

Rapport ta' profitt jew telf

Diżaggregazzjoni tal-assi finanzjarji skont l-istrument u skont is-settur tal-kontroparti:

4.1

Diżaggregazzjoni tal-assi finanzjarji skont l-istrument u skont is-settur tal-kontroparti: assi finanzjarji miżmumin għan-negozjar

4.2.1

Diżaggregazzjoni tal-assi finanzjarji skont l-istrument u skont is-settur tal-kontroparti: assi finanzjarji mhux tan-negozjar b’mod obbligatorju bil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf

4.2.2

Diżaggregazzjoni tal-assi finanzjarji skont l-istrument u skont is-settur tal-kontroparti: assi finanzjarji indikati bil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf

4.3.1

Diżaggregazzjoni tal-assi finanzjarji skont l-istrument u skont is-settur tal-kontroparti: assi finanzjarji bil-valur ġust permezz ta' introjtu ieħor komprensiv

4.4.1

Diżaggregazzjoni tal-assi finanzjarji skont l-istrument u skont is-settur tal-kontroparti: assi finanzjarji bil-kost amortizzat

4.5

Assi finanzjarji subordinati

5.1

Self u avvanzi minbarra dawk miżmuma għan-negozjar u assi tan-negozjar skont il-prodott

6.1

Diżaggregazzjoni ta' self u avvanzi minbarra dawk miżmumin għan-negozjar lil korporazzjonijiet mhux finanzjarji skont il-kodiċijiet tan-NACE

Diżaggregazzjoni tal-obbligazzjonijiet finanzjarji

8.1

Diżaggregazzjoni tal-obbligazzjonijiet finanzjarji skont il-prodott u skont is-settur tal-kontroparti

8.2

Obbligazzjonijiet finanzjarji subordinati

Impenji ta' self, garanziji finanzjarji u impenji oħrajn

9.1.1

Skoperturi li ma jidhrux fil-karta bilanċjali: impenji ta' self, garanziji finanzjarji u impenji oħrajn mogħtija

9.2

Impenji ta' self, garanziji finanzjarji u impenji oħrajn riċevuti

10

Derivattivi - Negozjar u ħeġġijiet ekonomiċi

Kontabilità għall-iħħeġġjar

11.1

Derivattivi – Kontabilità tal-ħeġġ: Diżaggregazzjoni skont it-tip ta' riskju u tip ta' ħeġġ

Movimenti fil-provvedimenti u dispożizzjonijiet għat-telf ta’ kreditu

12.1

Movimenti fil-provvedimenti u dispożizzjonijiet għat-telf ta’ kreditu

Kollateral u garanziji rċevuti

13.1

Diżaggregazzjoni tal-kollateral u garanziji skont self u avvanzi għajr miżmumin għan-negozjar

13.2.1

Kollateral miksub bit-teħid f'pussess matul il-perjodu [miżmum fid-data ta' rapportar]

13.3.1

Kollateral miksub bit-teħid ta' pussess akkumulat

14

Ġerarkija tal-valur ġust: strumenti finanzjarji bil-valur ġust

Diżaggregazzjoni ta' rapport magħżul ta’ entrati ta’ profitt jew telf

16.1

Introjtu mill-imgħax u spejjeż skont l-istrument u s-settur tal-kontroparti

16.3

Qligħ jew telf fuq assi u obbligazzjonijiet finanzjarji miżmumin għan-negozjar u negozjar ta’ assi finanzjarji u negozjar ta’ obbligazzjonijiet finanzjarji skont l-istrument

Rikonċiljazzjoni bejn il-kontabilità u l-ambitu tas-CRR ta' konsolidazzjoni: Karta Bilanċjali

17.1

Rikonċiljazzjoni bejn il-kontabilità u l-ambitu tas-CRR ta' konsolidazzjoni: Assi

17.2

Rikonċiljazzjoni bejn il-kontabilità u l-ambitu tas-CRR ta' konsolidazzjoni: Skoperturi li ma jidhrux fil-karta bilanċjali - impenji ta' self, garanziji finanzjarji u impenji oħrajn mogħtija

17.3

Rikonċiljazzjoni bejn il-kontabilità u l-ambitu tas-CRR ta' konsolidazzjoni: Obbligazzjonijiet

Informazzjoni dwar skoperturi produttivi u mhux produttivi

18

Informazzjoni dwar skoperturi produttivi u mhux produttivi

18.1

Dħul u ħruġ ta' skoperturi mhux produttivi - self u avvanzi skont is-settur kontroparti

18.2

Self fuq Proprjetà Immobbli Kummerċjali (CRE, Commercial Real Estate) u informazzjoni addizzjonali dwar self garantit bi proprjetà immobbli

19

Skoperturi mrażżna

PARTI 2 [TRIMESTRALI B’LIVELL LIMITU: FREKWENZA TA’ RAPPURTAR TRIMESTRALI JEW LE]

Diżaggregazzjoni ġeografika

20.4

Diżaggregazzjoni ġeografika ta' assi skont ir-residenza tal-kontroparti

20.5

Diżaggregazzjoni ġeografika ta' skoperturi barra mill-karta bilanċjali skont ir-residenza tal-kontroparti

20.6

Diżaggregazzjoni ġeografika ta' obbligazzjonijiet skont ir-residenza tal-kontroparti

PARTI 4 [ANNWALI]

Struttura tal-grupp

40.1

Struttura tal-grupp: "entità, entità"

Tabella 2

Numru tal-formola

ISEM IL-FORMOLA JEW TAL-GRUPP TA' FORMOLI

4.6

Diżaggregazzjoni tal-assi finanzjarji skont l-istrument u skont is-settur tal-kontroparti: assi finanzjarji tan-negozjar

4.7

Diżaggregazzjoni tal-assi finanzjarji skont l-istrument u skont is-settur tal-kontroparti: assi finanzjarji mhux tan-negozjar u mhux derivattivi mkejlin bil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf

4.8

Diżaggregazzjoni tal-assi finanzjarji skont l-istrument u skont is-settur tal-kontroparti: assi finanzjarji mhux tan-negozjar u mhux derivattivi mkejlin bil-valur ġust għall-ekwità

4.9

Diżaggregazzjoni tal-assi finanzjarji skont l-istrument u skont is-settur tal-kontroparti: assi finanzjarji mhux tan-negozjar u mhux derivattivi mkejlin b'metodu bbażat fuq il-kost

4.10

Diżaggregazzjoni tal-assi finanzjarji skont l-istrument u skont is-settur tal-kontroparti: assi finanzjarji mhux tan-negozjar u mhux derivattivi oħrajn

9.1

Skoperturi li ma jidhrux fil-karta bilanċjali taħt il-GAAP nazzjonali: impenji ta' self, garanziji finanzjarji u impenji oħrajn mogħtija

11.2

Derivattivi - Kontabilità għall-iħħeġġjar skont il-GAAP nazzjonali: Diżaggregazzjoni skont it-tip ta' riskju

Movimenti fil-provvedimenti u dispożizzjonijiet għat-telf ta’ kreditu

12

Movimenti fil-provvedimenti għat-telf ta' kreditu u indeboliment ta' strumenti tal-ekwità skont il-GAAP nazzjonali

16.4

Qligħ jew telf fuq assi u obbligazzjonijiet finanzjarji miżmumin għan-negozjar u negozjar ta’ assi finanzjarji u negozjar ta’ obbligazzjonijiet finanzjarji skont ir-riskju

Rikonċiljazzjoni bejn il-kontabilità u l-ambitu tas-CRR ta' konsolidazzjoni: Karta Bilanċjali

17.1

Rikonċiljazzjoni bejn il-kontabilità u l-ambitu tas-CRR ta' konsolidazzjoni: Assi

17.2

Rikonċiljazzjoni bejn il-kontabilità u l-ambitu tas-CRR ta' konsolidazzjoni: Skoperturi li ma jidhrux fil-karta bilanċjali - impenji ta' self, garanziji finanzjarji u impenji oħrajn mogħtija

17.3

Rikonċiljazzjoni bejn il-kontabilità u l-ambitu tas-CRR ta' konsolidazzjoni: Obbligazzjonijiet

Informazzjoni dwar skoperturi produttivi u mhux produttivi

18

Informazzjoni dwar skoperturi produttivi u mhux produttivi

18.1

Dħul u ħruġ ta' skoperturi mhux produttivi - self u avvanzi skont is-settur kontroparti

18.2

Self fuq Proprjetà Immobbli Kummerċjali (CRE, Commercial Real Estate) u informazzjoni addizzjonali dwar self garantit bi proprjetà immobbli

19

Skoperturi mrażżna

PARTI 2 [TRIMESTRALI B’LIVELL LIMITU: FREKWENZA TA’ RAPPURTAR TRIMESTRALI JEW LE]

Diżaggregazzjoni ġeografika

20.4

Diżaggregazzjoni ġeografika ta' assi skont ir-residenza tal-kontroparti

20.5

Diżaggregazzjoni ġeografika ta' skoperturi barra mill-karta bilanċjali skont ir-residenza tal-kontroparti

20.6

Diżaggregazzjoni ġeografika ta' obbligazzjonijiet skont ir-residenza tal-kontroparti

PARTI 4 [ANNWALI]

Struttura tal-grupp

40.1

Struttura tal-grupp: "entità, entità"

2.

L-Anness XI huwa sostitwit b’dan li ġej:

“ANNESS II

Rappurtar finanzjarju superviżorju ssimplifikat iżżejjed

1.   

Għal gruppi taħt superviżjoni li japplikaw IFRS skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002, kif ukoll għall-entitajiet taħt superviżjoni li japplikaw oqfsa ta’ kontabilità nazzjonali bbażati fuq id-Direttiva 86/635/KEE li huma kompatibbli ma’ IFRS, “Over-simplified supervisory financial reporting” [Rapportar finanzjarju superviżorju simplifikat ħafna] jinkludi l-formoli mill-Anness III tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/451 elenkati fit-Tabella 3.

Tabella 3

Numru tal-formola

ISEM IL-FORMOLA JEW TAL-GRUPP TA' FORMOLI

PARTI 1 [FREKWENZA TRIMESTRALI]

Rapport tal-Karta Bilanċjali [Rapport tal-Pożizzjoni Finanzjarja]

1.1

Rapport tal-Karta Bilanċjali: assi

1.2

Rapport tal-Karta Bilanċjali: obbligazzjonijiet

1.3

Rapport tal-Karta Bilanċjali: ekwità

2

Rapport ta' profitt jew telf

Diżaggregazzjoni tal-assi finanzjarji skont l-istrument u skont is-settur tal-kontroparti:

4.1

Diżaggregazzjoni tal-assi finanzjarji skont l-istrument u skont is-settur tal-kontroparti: assi finanzjarji miżmumin għan-negozjar

4.2.1

Diżaggregazzjoni tal-assi finanzjarji skont l-istrument u skont is-settur tal-kontroparti: assi finanzjarji mhux tan-negozjar b’mod obbligatorju bil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf

4.2.2

Diżaggregazzjoni tal-assi finanzjarji skont l-istrument u skont is-settur tal-kontroparti: assi finanzjarji indikati bil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf

4.3.1

Diżaggregazzjoni tal-assi finanzjarji skont l-istrument u skont is-settur tal-kontroparti: assi finanzjarji bil-valur ġust permezz ta' introjtu ieħor komprensiv

4.4.1

Diżaggregazzjoni tal-assi finanzjarji skont l-istrument u skont is-settur tal-kontroparti: assi finanzjarji bil-kost amortizzat

4.5

Assi finanzjarji subordinati

5.1

Self u avvanzi minbarra dawk miżmuma għan-negozjar u assi tan-negozjar skont il-prodott

Diżaggregazzjoni tal-obbligazzjonijiet finanzjarji

8.1

Diżaggregazzjoni tal-obbligazzjonijiet finanzjarji skont il-prodott u skont is-settur tal-kontroparti

8.2

Obbligazzjonijiet finanzjarji subordinati

Impenji ta' self, garanziji finanzjarji u impenji oħrajn

9.1.1

Skoperturi li ma jidhrux fil-karta bilanċjali: impenji ta' self, garanziji finanzjarji u impenji oħrajn mogħtija

10

Derivattivi - Negozjar u ħeġġijiet ekonomiċi

Kontabilità għall-iħħeġġjar

11.1

Derivattivi – Kontabilità tal-ħeġġ: Diżaggregazzjoni skont it-tip ta' riskju u tip ta' ħeġġ

Movimenti fil-provvedimenti u dispożizzjonijiet għat-telf ta’ kreditu

12.1

Movimenti fil-provvedimenti u dispożizzjonijiet għat-telf ta’ kreditu

14

Ġerarkija tal-valur ġust: strumenti finanzjarji bil-valur ġust

Informazzjoni dwar skoperturi produttivi u mhux produttivi

18

Informazzjoni dwar skoperturi produttivi u mhux produttivi

18.1

Dħul u ħruġ ta' skoperturi mhux produttivi - self u avvanzi skont is-settur kontroparti

18.2

Self fuq Proprjetà Immobbli Kummerċjali (CRE, Commercial Real Estate) u informazzjoni addizzjonali dwar self garantit bi proprjetà immobbli

19

Skoperturi mrażżna

2.   

Għal entitajiet taħt superviżjoni li japplikaw oqfsa ta’ kontabilità nazzjonali bbażati fuq id-Direttiva 86/635/KEE għajr għal dawk inklużi fil-paragrafu 1, “Rapportar finanzjarju superviżorju simplifikat ħafna” jinkludi l-formoli mill-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/451 elenkati fit-Tabella 4.

Tabella 4

Numru tal-formola

ISEM IL-FORMOLA JEW TAL-GRUPP TA' FORMOLI

PARTI 1 [FREKWENZA TRIMESTRALI]

Rapport tal-Karta Bilanċjali [Rapport tal-Pożizzjoni Finanzjarja]

1.1

Rapport tal-Karta Bilanċjali: assi

1.2

Rapport tal-Karta Bilanċjali: obbligazzjonijiet

1.3

Rapport tal-Karta Bilanċjali: ekwità

2

Rapport ta' profitt jew telf

Diżaggregazzjoni tal-assi finanzjarji skont l-istrument u skont is-settur tal-kontroparti:

4.1

Diżaggregazzjoni tal-assi finanzjarji skont l-istrument u skont is-settur tal-kontroparti: assi finanzjarji miżmumin għan-negozjar

4.2.1

Diżaggregazzjoni tal-assi finanzjarji skont l-istrument u skont is-settur tal-kontroparti: assi finanzjarji mhux tan-negozjar b’mod obbligatorju bil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf

4.2.2

Diżaggregazzjoni tal-assi finanzjarji skont l-istrument u skont is-settur tal-kontroparti: assi finanzjarji indikati bil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf

4.3.1

Diżaggregazzjoni tal-assi finanzjarji skont l-istrument u skont is-settur tal-kontroparti: assi finanzjarji bil-valur ġust permezz ta' introjtu ieħor komprensiv

4.4.1

Diżaggregazzjoni tal-assi finanzjarji skont l-istrument u skont is-settur tal-kontroparti: assi finanzjarji bil-kost amortizzat

4.5

Assi finanzjarji subordinati

4.6

Diżaggregazzjoni tal-assi finanzjarji skont l-istrument u skont is-settur tal-kontroparti: assi finanzjarji tan-negozjar

4.7

Diżaggregazzjoni tal-assi finanzjarji skont l-istrument u skont is-settur tal-kontroparti: assi finanzjarji mhux tan-negozjar u mhux derivattivi mkejlin bil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf

4.8

Diżaggregazzjoni tal-assi finanzjarji skont l-istrument u skont is-settur tal-kontroparti: assi finanzjarji mhux tan-negozjar u mhux derivattivi mkejlin bil-valur ġust għall-ekwità

4.9

Diżaggregazzjoni tal-assi finanzjarji skont l-istrument u skont is-settur tal-kontroparti: assi finanzjarji mhux tan-negozjar u mhux derivattivi mkejlin b'metodu bbażat fuq il-kost

4.10

Diżaggregazzjoni tal-assi finanzjarji skont l-istrument u skont is-settur tal-kontroparti: assi finanzjarji mhux tan-negozjar u mhux derivattivi oħrajn

5.1

Self u avvanzi minbarra dawk miżmuma għan-negozjar u assi tan-negozjar skont il-prodott

Diżaggregazzjoni tal-obbligazzjonijiet finanzjarji

8.1

Diżaggregazzjoni tal-obbligazzjonijiet finanzjarji skont il-prodott u skont is-settur tal-kontroparti

8.2

Obbligazzjonijiet finanzjarji subordinati

Impenji ta' self, garanziji finanzjarji u impenji oħrajn

9.1

Skoperturi li ma jidhrux fil-karta bilanċjali taħt il-GAAP nazzjonali: impenji ta' self, garanziji finanzjarji u impenji oħrajn mogħtija

9.1.1

Skoperturi li ma jidhrux fil-karta bilanċjali: impenji ta' self, garanziji finanzjarji u impenji oħrajn mogħtija

10

Derivattivi - Negozjar u ħeġġijiet ekonomiċi

Kontabilità għall-iħħeġġjar

11.1

Derivattivi – Kontabilità tal-ħeġġ: Diżaggregazzjoni skont it-tip ta' riskju u tip ta' ħeġġ

11.2

Derivattivi - Kontabilità għall-iħħeġġjar skont il-GAAP nazzjonali: Diżaggregazzjoni skont it-tip ta' riskju

Movimenti fil-provvedimenti u dispożizzjonijiet għat-telf ta’ kreditu

12

Movimenti fil-provvedimenti għat-telf ta' kreditu u indeboliment ta' strumenti tal-ekwità skont il-GAAP nazzjonali

12.1

Movimenti fil-provvedimenti u dispożizzjonijiet għat-telf ta’ kreditu

Informazzjoni dwar skoperturi produttivi u mhux produttivi

18

Informazzjoni dwar skoperturi produttivi u mhux produttivi

18.1

Dħul u ħruġ ta' skoperturi mhux produttivi - self u avvanzi skont is-settur kontroparti

18.2

Self fuq Proprjetà Immobbli Kummerċjali (CRE, Commercial Real Estate) u informazzjoni addizzjonali dwar self garantit bi proprjetà immobbli

19

Skoperturi mrażżna

3.   

L-informazzjoni fil-paragrafi 1 u 2 hija rrapportata skont l-istruzzjonijiet fl-Anness V tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/451.

4.   

Bħala eċċezzjoni mill-paragrafu 2, kull ANK tista' tiddeċiedi li l-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 2 u stabbiliti fl-Istat Membru tagħha għandhom jirrapportaw:

(a)

l-informazzjoni speċifikata fil-formola 9.1 jew l-informazzjoni speċifikata fil-formola 9.1.1 mill-Anness IV għar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2021/451;

(b)

l-informazzjoni speċifikata fil-formola 11.1 jew l-informazzjoni speċifikata fil-formola 11.2 mill-Anness IV tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2021/451;

(c)

l-informazzjoni speċifikata fil-formola 12.0 jew l-informazzjoni speċifikata fil-formola 12.1 mill-Anness IV tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2021/451.

”;

3.

L-Anness III huwa sostitwit b’ li ġej:

“ANNESS III

Punti tad-data ta’ rapportar finanzjarju superviżorju

1.   

Għal entitajiet taħt superviżjoni li japplikaw l-IFRS skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002, kif ukoll għal entitajiet taħt superviżjoni li japplikaw oqfsa nazzjonali ta’ kontabbiltà bbażati fuq id-Direttiva 86/635/KEE li huma kompatibbli mal-IFRS, “Punti ta’ data ta’ rapportar finanzjarju superviżorju” tinkludi l-punti ta’ data mill-Anness III tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/451 identifikati fl-Anness IV ta’ dan ir-Regolament.

2.   

Għal entitajiet taħt superviżjoni li japplikaw oqfsa ta’ kontabbiltà nazzjonali bbażati fuq id-Direttiva 86/635/KEE minbarra dawk inklużi fil-paragrafu 1, “Punti ta’ data ta’ rapportar finanzjarju superviżorju” tinkludi l-punti ta’ data mill-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/451 identifikati fl-Anness V ta’ dan ir-Regolament.

3.   

L-informazzjoni fil-paragrafi 1 u 2 tiġi rrapportata skont l-istruzzjonijiet ipprovduti fl-Anness V tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/451

”;

4.

L-Anness IV huwa sostitwit b’dan li ġej:

“ANNESS IV

"Punti ta' data tal-FINREP" taħt l-IFRS jew taħt il-GAAP nazzjonali kompatibbli mal-IFRS

Image 1

1.     Rapport tal-Karta Bilanċjali [Rapport tal-Pożizzjoni Finanzjarja]:

1.1   Assi

Image 2

1.2   Obbligazzjonijiet

Image 3

1.3   Ekwità

Image 4

2.     Rapport ta’ profitt jew telf

Image 5

5.     Diżaggregazzjoni tas-Self mhux tan-negozjar u avvanzi skont il-prodott

5.1   Self u avvanzi minbarra dawk miżmumin għan-negozjar, assi għan-negozjar jew miżmumin għall-bejgħ skont il-prodott

Image 6

8.     Diżaggregazzjoni tal-obbligazzjonijiet finanzjarji

8.1   Diżaggregazzjoni ta’ obbligazzjonijiet finanzjarji skont il-prodott u skont is-settur tal-kontroparti

Image 7

8.2   Obbligazzjonijiet finanzjarji subordinati

Image 8

10.     Derivattivi - Ħeġġijiet għan-negozju jew ekonomiċi

Image 9

11.     Kontabilità għall-iħħeġġjar

11.1   Derivattivi - Kontabilità għall-iħħeġġjar: Diżaggregazzjoni skont it-tip ta’ riskju u t-tip ta’ ħeġġjar

Image 10

18     Informazzjoni fuq skoperturi produttivi u improduttivi

18.0   Informazzjoni fuq skoperturi produttivi u improduttivi

Image 11

Image 12

18     Informazzjoni fuq skoperturi produttivi u improduttivi

18.0   Informazzjoni fuq skoperturi produttivi u improduttivi

Image 13

Image 14

19.     Informazzjoni dwar skoperturi tollerati

Image 15

19.     Informazzjoni dwar skoperturi tollerati

Image 16

5.

L-Anness V huwa sostitwit b’dan li ġej:

“ANNESS V

Rapportar ta’ informazzjoni finanzjarja skont oqfsa ta’ kontabilità nazzjonali

Image 17

1.    Rapport tal-Karta Bilanċjali [Rapport tal-Pożizzjoni Finanzjarja]:

1.1   Assi

Image 18

1.2   Obbligazzjonijiet

Image 19

1.3   Ekwità

Image 20

2.    Rapport ta’ profitt jew telf

Image 21

Image 22

5.    Diżaggregazzjoni tas-Self mhux tan-negozjar u avvanzi skont il-prodott

5.1   Self u avvanzi minbarra dawk miżmumin għan-negozjar, assi tan-negozjar jew miżmumin għall-bejgħ skont il-prodott

Image 23

8.    Diżaggregazzjoni tal-obbligazzjonijiet finanzjarji

8.1   Diżaggregazzjoni ta’ obbligazzjonijiet finanzjarji skont il-prodott u skont is-settur tal-kontroparti

Image 24

8.2   Obbligazzjonijiet finanzjarji subordinati

Image 25

10.    Derivattivi - Ħeġġijiet għan-negozju jew ekonomiċi

Image 26

11.    Kontabilità għall-iħħeġġjar

11.2   Derivattivi - Kontabilità għall-iħħeġġjar: Diżaggregazzjoni skont it-tip ta’ riskju u t-tip ta’ ħeġġjar

Image 27

18    Informazzjoni fuq skoperturi produttivi u improduttivi

18.0   Informazzjoni fuq skoperturi produttivi u improduttivi

Image 28

Image 29

18    Informazzjoni fuq skoperturi produttivi u improduttivi

18.0   Informazzjoni fuq skoperturi produttivi u improduttivi

Image 30

Image 31

19.    Informazzjoni dwar skoperturi tollerati

Image 32

19.    Informazzjoni dwar skoperturi tollerati

Image 33