8.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 201/1


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/916

tat-12 ta’ Marzu 2021

li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2018/1240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) fir-rigward tal-lista predeterminata tal-gruppi ta’ impjiegi użata fil-formola tal-applikazzjoni

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/1240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Settembru 2018 li jistabbilixxi Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1077/2011, (UE) Nru 515/2014, (UE) 2016/399, (UE) 2016/1624 u (UE) 2017/2226 (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 17(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2018/1240 jistabbilixxi s-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (European Travel Information and Authorisation System, “ETIAS”) għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li huma eżentati mir-rekwiżit li jkollhom viża fil-pussess tagħhom għall-finijiet tad-dħul u s-soġġorn fit-territorju tal-Istati Membri.

(2)

Bħala parti mill-formola ta’ applikazzjoni tal-ETIAS li għandha timtela minn kull applikant, l-applikanti se jkunu meħtieġa jipprovdu data personali relatata mal-okkupazzjoni attwali tagħhom. Biex isir hekk, l-applikanti jenħtieġ li jagħżlu l-okkupazzjoni attwali tagħhom abbażi ta’ lista predeterminata ta’ gruppi ta’ impjiegi.

(3)

Għalhekk jenħtieġ li tiġi stabbilita lista predeterminata ta’ gruppi ta’ impjiegi. Il-lista jenħtieġ li tuża l-Klassifika Internazzjonali Standard tal-Impjiegi (ISCO) adottata mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol. Sabiex jiġi żgurat li d-data dwar l-impjiegi tal-applikanti tkun speċifika biżżejjed, l-applikanti jenħtieġ li jkunu mitluba jagħżlu gruppi ta’ impjiegi għal mill-inqas il-livell 2 (grupp sub maġġuri) tal-Istandard, iżda wkoll għal-livelli 3 (grupp minuri) jew 4 (grupp ta’ unitajiet), fejn disponibbli.

(4)

Sabiex jiġi żgurat li l-formola tkun kemm jista’ jkun faċli għall-utent, jenħtieġ li l-formola elettronika tiżgura li jintwerew biss l-għażliet rilevanti u tassisti b’mod attiv lill-applikant biex isib il-grupp ta’ impjieg rilevanti tiegħu jew tagħha billi jiffiltra l-għażliet abbażi ta’ għażliet li jkunu saru fl-imgħoddi.

(5)

F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma ħaditx sehem fl-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2018/1240 u mhijiex marbuta bih jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu. Madankollu, peress li r-Regolament (UE) 2018/1240 jimxi fuq il-passi tal-acquis ta’ Schengen, fil-21 ta’ Diċembru 2018, id-Danimarka, f’konformità mal-Artikolu 4 ta’ dak il-Protokoll, innotifikat id-deċiżjoni tagħha li timplimenta r-Regolament (UE) 2018/1240 fil-liġi nazzjonali tagħha.

(6)

Dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li fihom l-Irlanda mhix qed tieħu sehem, f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE (2); Għalhekk l-Irlanda mhix qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u mhix marbuta bih jew suġġetta għall-applikazzjoni tiegħu.

(7)

Fir-rigward tal-Iżlanda u n-Norveġja, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawn [tal-aħħar] mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (3), li jaqgħu fil-qasam imsemmi fil-punt A tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE (4).

(8)

Fir-rigward tal-Iżvizzera, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (5), li jaqgħu fil-qasam imsemmi fil-punt A tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 1999/437/KE, moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE (6).

(9)

Fir-rigward tal-Liechtenstein, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (7), li jaqgħu fil-qasam imsemmi fil-punt A tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 1999/437/KE, moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE (8).

(10)

Fir-rigward ta’ Ċipru, il-Bulgarija, ir-Rumanija u l-Kroazja, dan ir-Regolament jikkostitwixxi att li jibni fuq l-acquis ta’ Schengen, jew huwa marbut mod ieħor miegħu, fit-tifsira, rispettivament, tal-Artikolu 3(1) tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2003, l-Artikolu 4(1) tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2005 u l-Artikolu 4(1) tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2011.

(11)

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat skont l-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) u ta l-opinjoni tiegħu fl-4 ta’ Settembru 2020,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Impjieg attwali fil-formola tal-applikazzjoni

1.   Skont l-Artikolu 17(3) tar-Regolament (UE) 2018/1240, għall-ikkompletar tal-qasam tal-okkupazzjoni attwali fil-formola tal-applikazzjoni, l-applikant għandu jagħżel waħda mill-għażliet li ġejjin:

(a)

impjegat;

(b)

ħaddiem għal rasek;

(c)

qiegħed/mhux impjegat;

(d)

irtirat; jew

(e)

student.

2.   Meta l-applikant jagħżel il-punt (a) jew il-punt (b) tal-paragrafu 1, huwa għandu jagħżel il-grupp ta’ impjieg tal-livell 1 (grupp maġġuri) u l-livell 2 (grupp sub maġġuri) li jikkorrispondi għall-okkupazzjoni attwali tiegħu mil-lista predeterminata ta’ gruppi ta’ impjiegi stabbilita fl-Anness.

3.   Meta l-grupp ta’ impjieg fil-livell magħżul ikun fih għażliet li jippermettu identifikazzjoni aktar speċifika tal-okkupazzjoni tal-applikant taħt gruppi ta’ impjiegi tal-livell 3 (grupp minuri) jew ta’ livell 4 (grupp ta’ unità), l-applikant għandu jkun meħtieġ jagħżel l-aktar livell ta’ grupp ta’ impjieg dettaljat disponibbli.

4.   Meta l-applikant ikun minorenni, l-għażliet fil-punti (a), (b), (c) jew (e) tal-Artikolu 1 biss għandhom ikunu viżibbli u disponibbli għall-għażla.

5.   Il-formola tal-applikazzjoni għandha tassisti l-applikant biex isib il-grupp tal-impjiegi relevanti tiegħu jew tagħha billi jiffiltra l-għażliet fuq il-bażi tal-għażliet li jkun għażel qabel.

Artikolu 2

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Marzu 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 236, 19.9.2018, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta’ Frar 2002 rigward it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f’xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20).

(3)  ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36.

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawn iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31).

(5)  ĠU L 53, 27.2.2008, p. 52.

(6)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE tat-28 ta’ Jannar 2008 dwar il-konklużjoni f’isem il-Komunità Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 53, 27.2.2008, p. 1).

(7)  ĠU L 160, 18.6.2011, p. 21.

(8)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE tas-7 ta’ Marzu 2011 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen, relatat mal-abolizzjoni tal-verifiki mal-fruntieri interni u l-moviment tal-persuni (ĠU L 160, 18.6.2011, p. 19).

(9)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).


ANNESS

Lista predeterminata ta’ gruppi ta’ impjiegi użati fil-formola tal-applikazzjoni

L-applikanti, meta japplikaw għal awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar tal-ETIAS, għandhom jagħżlu grupp ta’ impjiegi wieħed mil-lista ta’ gruppi ta’ impjiegi predeterminati hawn taħt. Il-lista li tista’ tintgħażel hija disponibbli biss wara li l-applikanti jindikaw li huma “impjegati” jew “jaħdmu għal rashom”.

Il-lista hija bbażata fuq il-gruppi ewlenin, gruppi submaġġuri, gruppi minuri u gruppi ta’ unitajiet tal-Klassifikazzjoni Standard Internazzjonali tal-Impjiegi 2008 (ISCO-08):

Livell 1: Gruppi ewlenin

Livell 2: Gruppi submaġġuri

Livell 3: Gruppi minuri

Livell 4: Gruppi ta’ unitajiet

1.   Maniġer

1.1.

Kap eżekuttiv, uffiċjal anzjan jew leġiżlatur

1.1.1.

Leġiżlatur jew uffiċjal anzjan

1.1.1.1.

Leġiżlatur

1.1.1.2.

Uffiċjal anzjan tal-gvern

1.1.1.3.

Kapijiet tradizzjonali jew kapijiet tal-irħula

1.1.1.4.

Uffiċjal anzjan ta’ organizzazzjonijiet ta’ interess speċjali

1.1.2.

Direttur maniġerjali jew kap eżekuttiv

1.2.

Maniġer amministrattiv jew kummerċjali

1.2.1.

Maniġer tas-servizzi tan-negozju jew tal-amministrazzjoni

1.2.1.1.

Maniġer tal-finanzi

1.2.1.2.

Maniġer tar-riżorsi umani

1.2.1.3.

Maniġer tal-politika jew tal-ippjanar

1.2.1.4.

Maniġer tas-servizzi kummerċjali jew tal-amministrazzjoni mhux ikklassifikat xi mkien ieħor

1.2.2.

Maniġer tal-kummercjalizzazzjoni jew l-iżvilupp

1.2.2.1.

Maniġer tal-bejgħ jew tal-kummerċjalizzazzjoni

1.2.2.2.

Maniġer tar-reklamar jew tar-relazzjonijiet pubbliċi

1.2.2.3.

Maniġer tar-riċerka jew żvilupp

1.3.

Maniġer tal-produzzjoni jew tas-servizzi speċjalizzati

1.3.1.

Maniġer ta’ produzzjoni fl-agrikoltura, forestrija jew sajd

1.3.1.1.

Maniġer tal-produzzjoni agrikola jew tal-forestrija

1.3.1.2.

Maniġer tal-produzzjoni tal-akkwakultura jew tas-sajd

1.3.2.

Maniġer tal-manifattura, tal-estrazzjoni, tal-kostruzzjoni jew tad-distribuzzjoni

1.3.2.1.

Maniġer tal-manifattura

1.3.2.2.

Maniġer tal-estrazzjoni

1.3.2.3.

Maniġer tal-kostruzzjoni

1.3.2.4.

Maniġer tal-provvista, tad-distribuzzjoni jew relatat

1.3.3.

Maniġer tas-servizzi tat-teknoloġiji tal-informazzjoni jew tal-komunikazzjoni

1.3.4.

Maniġer tas-servizzi professjonali

1.3.4.1.

Maniġer tas-servizzi għall-indukrar tat-tfal

1.3.4.2.

Maniġer tas-servizzi tas-saħħa

1.3.4.3.

Maniġer tas-servizzi għall-indukrar tal-persuni mdaħħla fiż-żmien

1.3.4.4.

Maniġer tal-protezzjoni soċjali

1.3.4.5.

Maniġer tal-edukazzjoni

1.3.4.6.

Maniġer ta’ fergħat tas-servizzi finanzjarji jew tal-assigurazzjoni

1.3.4.7.

Maniġer tas-servizzi professjonali mhux ikklassifikat xi mkien ieħor

1.4.

Maniġer tas-servizzi tal-ospitalità, dawk fil-livell tal-konsumatur jew servizzi oħra

1.4.1.

Maniġer tal-lukandi jew ristoranti

1.4.1.1.

Maniġer tal-lukandi

1.4.1.2.

Maniġer tar-ristoranti

1.4.2.

Maniġer tan-negozju fil-livell tal-konsumatur jew tal-kummerċ

1.4.3.

Maniġer ta’ servizzi oħra

1.4.3.1.

Maniġer ta’ ċentri sportivi, ta’ rikreazzjoni jew kulturali

1.4.3.2.

Maniġer tas-servizzi mhux ikklassifikat xi mkien ieħor

2.   Professjonist

2.1.

Professjonist tax-xjenza jew tal-inġinerija

2.1.1.

Professjonist tax-xjenza fiżika jew tad-dinja

2.1.1.1.

Fiżiku jew astronomu

2.1.1.2.

Meteorologu

2.1.1.3.

Spiżjar

2.1.1.4.

Ġeoloġist jew ġeofiżiku

2.1.2.

Matematiku, attwarju jew statistiku

2.1.3.

Professjonist tax-xjenza dwar il-ħajja

2.1.3.1.

Bijoloġist, botanist, żooloġist jew professjonist relatat

2.1.3.2.

Konsulent tal-biedja, tal-forestrija jew tas-sajd

2.1.3.3.

Professjonist tal-ħarsien tal-ambjent

2.1.4.

Professjonist tal-Inġinerija (eżkluża t-teknoloġija elettrika)

2.1.4.1.

Inġinier industrijali jew tal-produzzjoni

2.1.4.2.

Inġinier ċivili

2.1.4.3.

Inġinier ambjentali

2.1.4.4.

Inġinier mekkaniku

2.1.4.5.

Inġinier kimiku

2.1.4.6.

Inġinier tal-estrazzjoni, metallurġist jew professjonist relatat

2.1.4.7.

Professjonist tal-inġinerija mhux ikklassifikat xi mkien ieħor

2.1.5.

Inġinier tal-elettroteknoloġija

2.1.5.1.

Inġinier tal-elettriku

2.1.5.2.

Inġinier tal-elettronika

2.1.5.3.

Inġinier tat-telekomunikazzjoni

2.1.6.

Arkitett, pjanifikatur, servejer jew disinjatur

2.1.6.1.

Arkitett tal-bini

2.1.6.2.

Arkitett tal-pajsaġġ

2.1.6.3.

Disinjatur tal-prodotti jew tal-ilbies

2.1.6.4.

Pjanifikatur tal-bliet jew tat-traffiku

2.1.6.5.

Kartografu jew servejer

2.1.6.6.

Disinjatur grafiku jew multimedju

2.2.

Professjonist tas-saħħa

2.2.1.

Tabib

2.2.1.1.

Prattikant mediku ġenerali

2.2.1.2.

Prattikant mediku speċjalista

2.2.2.

Professjonist tal-infermerija jew tal-qwiebel

2.2.2.1.

Professjonist tal-infermerija

2.2.2.2.

Professjonist tal-qwiebel

2.2.3.

Professjonist tal-mediċina tradizzjonali jew komplimentari

2.2.3.1.

Professjonist tal-mediċina tradizzjonali jew komplimentari

2.2.3.2.

Prattikant paramediku

2.2.3.3.

Prattikant paramediku

2.2.4.

Veterinarju

2.2.5.

Professjonist tas-saħħa ieħor

2.2.5.1.

Dentist

2.2.5.2.

Spiżjar

2.2.5.3.

Professjonist tas-saħħa tal-ambjent jew tal-impjiegi tas-sanità

2.2.5.4.

Fiżjoterapist

2.2.5.5.

Djetiku jew nutrizzjonista

2.2.5.6.

Awdjologu jew terapista tad-diskors

2.2.5.7.

Optometrist jew ottiku oftalmiku

2.2.5.8.

Professjonist tas-saħħa mhux ikklassifikat xi mkien ieħor

2.3.

Professjonist tat-tagħlim

2.3.1.

Għalliem universitarju jew tal-edukazzjoni għolja

2.3.2.

Għalliem tal-edukazzjoni vokazzjonali

2.3.3.

Għalliem tal-edukazzjoni sekondarja

2.3.4.

Għalliem tal-iskola primarja jew tat-tfulija bikrija

2.3.4.1.

Għalliema ta’ skola primarja

2.3.4.2.

Edukatur tat-tfulija bikrija

2.3.5.

Professjonist ieħor tat-tagħlim

2.3.5.1.

Speċjalista tal-metodi tal-edukazzjoni

2.3.5.2.

Għalliem tal-bżonnijiet speċjali

2.3.5.3.

Għalliem tal-lingwi oħra

2.3.5.4.

Għalliem tal-mużika ieħor

2.3.5.5.

Għalliem tal-arti ieħor

2.3.5.6.

Ħarrieġ tat-teknoloġija tal-informazzjoni

2.3.5.7.

Professjonist tat-tagħlim mhux ikklassifikat xi mkien ieħor

2.4.

Professjonist tan-negozju jew tal-amministrazzjoni

2.4.1.

Professjonist tal-finanzi

2.4.1.1.

Kontabilist

2.4.1.2.

Konsulent finanzjarju jew tal-investiment

2.4.1.3.

Analista finanzjarju

2.4.2.

Professjonist tal-amministrazzjoni

2.4.2.1.

Analista tal-immaniġġjar jew tal-organizzazzjoni

2.4.2.2.

Professjonist tal-amministrazzjoni tal-politika

2.4.2.3.

Professjonist tal-persunal jew tal-karrieri

2.4.2.4.

Professjonist tat-taħriġ jew tal-iżvilupp tal-persunal

2.4.3.

Professjonist tal-bejgħ, tqegħid fis-suq jew relazzjonijiet pubbliċi

2.4.3.1.

Professjonist tar-reklamar jew tal-kummerċjalizzazzjoni

2.4.3.2.

Professjonist tar-relazzjonijiet pubbliċi

2.4.3.3.

Professjonist tal-bejgħ tekniku jew mediku (esklużi l-ICT)

2.4.3.4.

Professjonist tal-bejgħ tat-teknoloġiji tal-informazzjoni jew tal-komunikazzjoni

2.5.

Professjonist tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni jew tal-Komunikazzjoni

2.5.1.

Żviluppatur jew analista tas-softwer jew tal-applikazzjonijiet

2.5.1.1.

Analista tas-sistemi

2.5.1.2.

Żviluppatur tas-softwer

2.5.1.3.

Żviluppatur tal-web jew tal-multimedja

2.5.1.4.

Programmatur tal-applikazzjonijiet

2.5.1.5.

Żviluppatur jew analista tas-softwer jew tal-applikazzjonijiet li mhux ikklassifikat xi mkien ieħor

2.5.2.

Professur tal-bażi tad-data jew tan-netwerk

2.5.2.1.

Disinjatur jew amministratur tal-bażi tad-data

2.5.2.2.

Amministratur tas-sistemi

2.5.2.3.

Professjonist tan-netwerks tal-kompjuters

2.5.2.4.

Professjonist tal-bażijiet tad-data jew tan-netwerks mhux ikklassifikat xi mkien ieħor

2.6.

Professjonist legali, soċjali jew kulturali

2.6.1.

Professjonist legali

2.6.1.1.

Avukat

2.6.1.2.

Imħallef

2.6.1.3.

Professjonist legali mhux ikklassifikat xi mkien ieħor

2.6.2.

Librara, arkivisti jew kuratur

2.6.2.1.

Arkivisti jew kuratur

2.6.2.2.

Librar jew professjonist tal-informazzjoni relatat

2.6.3.

Professjonist soċjali jew reliġjuż

2.6.3.1.

Ekonomist

2.6.3.2.

Soċjologu, antropoloġu jew professjonist relatat

2.6.3.3.

Filosfu, storiku jew xjenzat politiku

2.6.3.4.

Psikologu

2.6.3.5.

Professjonist tal-ħidma soċjali jew tal-konsulenza

2.6.3.6.

Professjonist reliġjuż

2.6.4.

Awtur, ġurnalisti jew lingwista

2.6.4.1.

Awtur jew kittieb relatat

2.6.4.2.

Ġurnalista

2.6.4.3.

Traduttur, interpretu jew lingwista oħra

2.6.5.

Artist kreattiv jew tal-ispettaklu

2.6.5.1.

Artist viżiv

2.6.5.2.

Mużiċista, kantant jew kompożitur

2.6.5.3.

Żeffien jew koreografu

2.6.5.4.

Direttur jew produtturi ta’ films, tal-palk jew relatat

2.6.5.5.

Attur

2.6.5.6.

Avżat fuq ir-radju, it-televiżjoni jew midja oħra

2.6.5.7.

Artist kreattiv jew tal-ispettaklu li mhuwiex ikklassifikat xi mkien ieħor

3.   Tekniku jew professjonist assoċjat

3.1.

Professjonist assoċjat tax-xjenza jew tal-inġinerija

3.1.1.

Tekniku tax-xjenza fiżika jew tal-inġinerija

3.1.1.1.

Tekniku tax-xjenza kimika jew fiżika

3.1.1.2.

Tekniku tal-inġinerija ċivili

3.1.1.3.

Tekniku tal-inġinerija elettrika

3.1.1.4.

Tekniku tal-inġinerija tal-elettronika

3.1.1.5.

Tekniku tal-inġinerija mekkanika

3.1.1.6.

Tekniku tal-inġinerija tal-kimiki

3.1.1.7.

Tekniku tal-minjieri jew tal-metallurġija

3.1.1.8.

Draughtsperson

3.1.1.9.

Tekniku tax-xjenza fiżika jew tal-inġinerija mhux ikklassifikat xi mkien ieħor

3.1.2.

Superviżur tal-minjieri, tal-manifattura jew tal-kostruzzjoni

3.1.2.1.

Kontrollur tal-minjieri

3.1.2.2.

Superviżur tal-manifattura

3.1.2.3.

Superviżur tal-kostruzzjoni

3.1.3.

Tekniku tal-kontroll tal-ipproċessar

3.1.3.1.

Operatur tal-impjanti tal-produzzjoni tal-enerġija

3.1.3.2.

Operatur tal-impjanti tal-inċinerazzjoni jew tat-trattament tal-ilma

3.1.3.3.

Kontrollur ta’ impjant tal-ipproċessar kimiku

3.1.3.4.

Operatur tal-impjanti tar-raffinar taż-żejt jew tal-gass naturali

3.1.3.5.

Kontrollur tal-proċess tal-produzzjoni tal-metall

3.1.3.6.

Tekniku tal-kontroll tal-proċess mhux ikklassifikat xi mkien ieħor

3.1.4.

Tekniku tax-xjenza tal-ħajja jew professjonist assoċjat relatat

3.1.4.1.

Tekniku tax-xjenza tal-ħajja (eskluż dik medika)

3.1.4.2.

Tekniku agrikolu

3.1.4.3.

Tekniku tal-forestrija

3.1.5.

Kontrollur jew tekniku tal-vapur jew tal-inġenji tal-ajru

3.1.5.1.

Inġinier tal-vapuri

3.1.5.2.

Uffiċjal jew bdot tal-gverta tal-vapuri

3.1.5.3.

Bdot tal-inġenji tal-ajru jew professjonist assoċjat relatat

3.1.5.4.

Kontrollur tat-traffiku tal-ajru

3.1.5.5.

Tekniku tal-elettronika tas-sikurezza tat-traffiku tal-ajru

3.2.

Professjonist assoċjat tas-saħħa

3.2.1.

Tekniku mediku jew farmaċewtiku

3.2.1.1.

Tekniku tat-tagħmir terapewtiku jew tal-immaġnijiet mediċi

3.2.1.2.

Tekniku tal-laboratorju mediku jew tal-patoloġija

3.2.1.3.

Tekniku jew assistenti farmaċewtiċi

3.2.1.4.

Tekniku prostetiku mediku jew dentali

3.2.2.

Professjonist assoċjat tal-infermerija jew fix-xogħol tal-qwiebel

3.2.2.1.

Professjonist assoċjat tal-infermerija

3.2.2.2.

Professjonist assoċjat fix-xogħol tal-qwiebel

3.2.3.

Professjonist assoċjat tal-mediċina tradizzjonali jew komplimentari

3.2.3.1.

Professjonist assoċjat tal-mediċina tradizzjonali jew komplimentari

3.2.4.

Tekniku jew assistent veterinarju

3.2.4.1.

Tekniku jew assistent veterinarju

3.2.5.

Professjonist assoċjat tas-saħħa

3.2.5.1.

Assistent jew terapista dentali

3.2.5.2.

Tekniku tar-rekords mediċi jew tal-informazzjoni dwar is-saħħa

3.2.5.3.

Ħaddiem tas-saħħa tal-komunità

3.2.5.4.

Ottiku tad-distribuzzjoni

3.2.5.5.

Tekniku jew assistent tal-fiżjoterapija

3.2.5.6.

Assistent tas-saħħa

3.2.5.7.

Spettur jew assoċjat tas-saħħa ambjentali jew okkupazzjonali

3.2.5.8.

Ħaddiem tal-ambulanzija

3.2.5.9.

Professjonist assoċjat tas-saħħa mhux ikklassifikat xi mkien ieħor

3.3.

Professjonist assoċjat tan-negozju jew tal-amministrazzjoni

3.3.1.

Professjonist assoċjat tal-finanzi jew tal-matematika

3.3.1.1.

Negozjant jew sensar tat-titoli jew tal-finanzi

3.3.1.2.

Uffiċjal tal-kreditu jew tas-self

3.3.1.3.

Professjonist assoċjat tal-kontabilità

3.3.1.4.

Professjonist statistiku, matematiku jew relatat

3.3.1.5.

Valutatur jew valutatur tat-telf

3.3.2.

Aġent tal-bejgħ jew tax-xiri jew sensar

3.3.2.1.

Rappreżentant tal-assigurazzjoni

3.3.2.2.

Rappreżentant tal-bejgħ kummerċjali

3.3.2.3.

Xerrej

3.3.2.4.

Sensar kummerċjali

3.3.3.

Aġent tas-servizzi tan-negozju

3.3.3.1.

Aġent tal-ikklirjar jew tat-twassil

3.3.3.2.

Pjanifikatur tal-konferenzi jew tal-avvenimenti

3.3.3.3.

Aġent jew kuntrattur tal-impjieg

3.3.3.4.

Aġent tal-proprjetà immobbli jew maniġer tal-proprjetà

3.3.3.5.

Aġent ta’ servizzi tan-negozju li mhux ikklassifikat xi mkien ieħor

3.3.4.

Segretarju amministrattiv jew speċjalizzat

3.3.4.1.

Superviżur tal-uffiċċju

3.3.4.2.

Segretarju ġuridiku

3.3.4.3.

Segretarju amministrattiv jew eżekuttiv

3.3.4.4.

Segretarju mediku

3.3.5.

Professjonist assoċjat regolatorju tal-gvern

3.3.5.1.

Spettur tad-dwana jew tal-fruntieri

3.3.5.2.

Uffiċjal tat-taxxa jew tas-sisa tal-gvern

3.3.5.3.

Uffiċjal tal-benefiċċji soċjali tal-gvern

3.3.5.4.

Uffiċjal tal-ħruġ tal-liċenzji tal-governanza

3.3.5.5.

Spettur tal-pulizija jew ditektiv

3.3.5.6.

Professjonist regolatorju assoċjat tal-gvern mhux ikklassifikat xi mkien ieħor

3.4.

Professjonist assoċjat legali, soċjali, kulturali jew relatat

3.4.1.

Professjonist assoċjat legali, soċjali jew reliġjużi

3.4.1.1.

Professjonist legali jew relatat

3.4.1.2.

Professjonist assoċjat tal-ħidma soċjali

3.4.1.3.

Professjonist assoċjat reliġjuż

3.4.2.

Ħaddiem tal-isport jew tal-fitness

3.4.2.1.

Atleta jew plejer sportiv

3.4.2.2.

Kowċ, għalliem jew uffiċjal sportiv

3.4.2.3.

Għalliem jew mexxej tal-programm tal-fitness jew tar-rikreazzjoni

3.4.3.

Professjonist assoċjat tal-arti, kultura jew kċina

3.4.3.1.

Fotografu

3.4.3.2.

Disinjatur jew dekoratur intern

3.4.3.3.

Tekniku tal-gallerija, tal-mużewijiet jew tal-librerija

3.4.3.4.

Chef

3.4.3.5.

Professjonist assoċjat ieħor artistiku jew kulturali

3.5.

Tekniku tal-informazzjoni jew tal-komunikazzjoni

3.5.1.

Operazzjonijiet tat-teknoloġija tal-informazzjoni jew tal-komunikazzjoni jew tekniku tal-appoġġ tal-utent

3.5.1.1.

Tekniku tal-operazzjonijiet tat-teknoloġija tal-informazzjoni jew tal-komunikazzjoni

3.5.1.2.

Tekniku tal-appoġġ għall-utenti tat-teknoloġija tal-informazzjoni jew tal-komunikazzjoni

3.5.1.3.

Tekniku tan-netwerk jew tas-sistemi tal-kompjuter

3.5.1.4.

Tekniku tal-web

3.5.2.

Tekniku tat-telekomunikazzjoni jew tax-xandir

3.5.2.1.

Tekniku tax-xandir jew awdjoviżiv

3.5.2.2.

Tekniku tal-inġinerija tat-telekomunikazzjoni

4.   Ħaddiem ta’ appoġġ krerikali

4.1.

Skrivan ġenerali jew bit-tastiera

4.1.1.

Skrivan ġenerali tal-uffiċċju

4.1.1.1.

Skrivan ġenerali tal-uffiċċju

4.1.2.

Segretarju (ġenerali)

4.1.2.1.

Segretarju (ġenerali)

4.1.3.

Operatur tat-tastijiet

4.1.3.1.

Operatur tat-tipista jew tal-word processation

4.1.3.2.

Skrivan tad-dħul tad-data

4.2.

Skrivan tas-servizzi tal-klijenti

4.2.1.

Skrivan tal-għadd jew tal-ġbir tal-flus jew skrivan relatat

4.2.1.1.

Kaxxiera tal-bank jew skrivan relatat

4.2.1.2.

Aġent tal-imħatri, krupiera jew ħaddiem tal-logħob relatat

4.2.1.3.

Sensar tar-rahan jew mutwanti tal-flus

4.2.1.4.

Ħaddiem tal-kollettur tad-dejn jew ħaddiem relatat

4.2.2.

Ħaddiem tal-informazzjoni għall-klijent

4.2.2.1.

Konsulent jew skrivan tal-ivvjaġġar

4.2.2.2.

Skrivan tal-informazzjoni taċ-ċentru tal-kuntatt

4.2.2.3.

Operatur tas-swiċċbord tat-telefoni

4.2.2.4.

Receptionist ta’ lukanda

4.2.2.5.

Skrivan tal-inkjesta

4.2.2.6.

Receptionist (ġenerali)

4.2.2.7.

Intervistatur tal-istħarriġ jew tar-riċerka tas-suq

4.2.2.8.

Ħaddiem tal-informazzjoni tal-klijent li mhuwiex ikklassifikat xi mkien ieħor

4.3.

Skrivan tar-reġistrar numeriku jew tal-materjali

4.3.1.

Skrivan numeriku

4.3.1.1.

Skrivan tal-kontabilità jew taż-żamma tal-kotba

4.3.1.2.

Skrivan tal-istatistika, tal-finanzi jew tal-assigurazzjoni

4.3.1.3.

Skrivan tal-pagi

4.3.2.

Skrivan tar-reġistrar tal-materjali jew tat-trasport

4.3.2.1.

Skrivan tal-istokkijiet

4.3.2.2.

Skrivan tal-produzzjoni

4.3.2.3.

Skrivan tat-trasport

4.4.

Ħaddiem soċjali klerikali oħra

4.4.1.

Ħaddiem soċjali klerikali oħra

4.4.1.1.

Skrivan tal-librerija

4.4.1.2.

Trasportatur tal-posta jew skrivan tal-issortjar

4.4.1.3.

Uffiċjal klerikali tal-kodifikazzjoni, tal-qari tal-provi jew relatat

4.4.1.4.

Scribes jew ħaddiem relatat

4.4.1.5.

Skrivan tal-iffajljar jew tal-ikkuppjar

4.4.1.6.

Skrivan tal-persunal

4.4.1.7.

Ħaddiem ta’ appoġġ klerikali li mhuwiex ikklassifikat xi mkien ieħor

5.   Ħaddiem tas-servizz jew tal-bejgħ

5.1.

Ħaddiem tas-servizz personali

5.1.1.

Ħaddiem, kunduttur jew gwida tal-ivvjaġġar

5.1.1.1.

Assistenti tal-ivvjaġġar jew stewards tal-ivvjaġġar

5.1.1.2.

Konduttur tat-trasport

5.1.1.3.

Gwida tal-ivvjaġġar

5.1.2.

Kok

5.1.3.

Wejter jew barista

5.1.3.1.

Wejter

5.1.3.2.

Barista

5.1.4.

Parrukkier, estetista jew ħaddiem f’qasam relatat

5.1.4.1.

Parrukkiera

5.1.4.2.

Ħaddiem tas-sbuħija jew relatat

5.1.5.

Superviżur tal-bini jew tat-tindif tad-dar

5.1.5.1.

Superviżur tat-tindif jew tat-tindif tad-djar fl-uffiċċji, fil-lukandi jew fi stabbilimenti oħra

5.1.5.2.

Min jieħu ħsieb id-dar domestiku

5.1.5.3.

Persuna li tieħu ħsieb il-bini

5.1.6.

Ħaddiem ieħor tas-servizzi personali

5.1.6.1.

Astrologu, qarrejja tax-xorti jew ħaddiem f’qasam relatat

5.1.6.2.

Akkumpanjatur jew valet

5.1.6.3.

Deffien jew keffien

5.1.6.4.

Groomer tal-annimali domestiċi jew ħaddiem tal-kura tal-annimali

5.1.6.5.

Għalliem tas-sewqan

5.1.6.6.

Ħaddiem tas-servizzi personali li mhuwiex ikklassifikat xi mkien ieħor

5.2.

Ħaddiem tal-bejgħ

5.2.1.

Bejjiegħ tat-triq jew tas-suq

5.2.1.1.

Bejjiegħ tal-waqfien jew tal-kummerċjalizzazzjoni

5.2.1.2.

Bejjiegħ tal-ikel tat-triq

5.2.2.

Bejjiegħ fil-ħwienet

5.2.2.1.

Tal-ħanut

5.2.2.2.

Superviżur tal-ħwienet

5.2.2.3.

Assistent tal-bejgħ fil-ħanut

5.2.3.

Kaxxier jew skrivan tal-biljetti

5.2.3.1.

Kaxxier jew skrivan tal-biljetti

5.2.4.

Ħaddiem tal-bejgħ ieħor

5.2.4.1.

Mudell tal-ħwejjeġ jew affarijiet oħra

5.2.4.2.

Dimostratur tal-bejgħ

5.2.4.3.

Bejjiegħ bieb bieb

5.2.4.4.

Bejjiegħ taċ-ċentru ta’ kuntatt

5.2.4.5.

Inkarigat tal-istazzjonijiet tal-fjuwil

5.2.4.6.

Inkarigat tal-bank tas-servizz tal-ikel

5.2.4.7.

Ħaddiem tal-bejgħ li mhuwiex ikklassifikat xi mkien ieħor

5.3.

Ħaddiem tal-kura personali

5.3.1.

Ħaddiem tal-kura tat-tfal jew assistenza għall-għalliema

5.3.1.1.

Ħaddiem tal-kura tat-tfal

5.3.1.2.

Assistent għall-għalliema

5.3.2.

Ħaddiem tal-kura personali fis-servizzi tas-saħħa

5.3.2.1.

Assistent għall-kura tas-saħħa

5.3.2.2.

Ħaddiem tal-kura personali bbażat id-dar

5.3.2.3.

Ħaddiem tal-kura personali fis-servizzi tas-saħħa li mhuwiex ikklassifikat xi mkien ieħor

5.4.

Ħaddiem tas-servizzi ta’ protezzjoni

5.4.1.

Ħaddiem tas-servizzi ta’ protezzjoni

5.4.1.1.

Ħaddiem tat-tifi tan-nar

5.4.1.2.

Uffiċjal tal-Pulizija

5.4.1.3.

Gwardjan tal-ħabs

5.4.1.4.

Gwardjan tas-sigurtà

5.4.1.5.

Ħaddiem tas-servizzi protettivi li mhuwiex ikklassifikat xi mkien ieħor

6.   Ħaddiem tas-sengħa fl-agrikoltura, fil-forestrija jew fis-sajd

6.1.

Ħaddiem agrikolu tas-sengħa orjentat lejn is-suq

6.1.1.

Ġardinar tas-suq jew dak li jikkultiva l-għelejjel

6.1.1.1.

Kultivatur tal-għelejjel jew tal-ħxejjex

6.1.1.2.

Kultivatur tal-għelejjel tas-siġar jew tal-arbuxxelli

6.1.1.3.

Ħardinar, ortikulturist jew kultivatur tal-mixtliet

6.1.1.4.

Kultivatur tal-għelejjel imħallta

6.1.2.

Kultivatur tal-annimali

6.1.2.1.

Kultivatur tal-bhejjem jew produttur tal-ħalib

6.1.2.2.

Kultivatur tal-pollam

6.1.2.3.

Naħħal jew serkulturist

6.1.2.4.

Kultivatur tal-annimali li mhuwiex ikklassifikat xi mkien ieħor

6.1.3.

Kultivatur tal-għelejjel imħallta jew tal-annimali

6.2.

Ħaddiem tas-sengħa tal-forestrija, tas-sajd jew tal-kaċċa orjentat lejn is-suq

6.2.1.

Ħaddiem tal-forestrija jew relatat

6.2.2.

Ħaddiem tas-sajd, kaċċatur jew nassab

6.2.2.1.

Ħaddiem tal-akkwakultura

6.2.2.2.

Ħaddiem tas-sajd fl-ilmijiet interni jew kostali

6.2.2.3.

Ħaddiem tas-sajd fil-baħar fondi

6.2.2.4.

Kaċċatur jew nassab

6.3.

Bidwi, sajjied, kaċċatur jew ġabbar tas-sussistenza

6.3.1.

Bidwi tal-għelejjel tas-sussistenza

6.3.2.

Bidwi li jrabbi l-bhejjem ta’ sussistenza

6.3.3.

Bidwi tal-għelejjel imħallta ta’ sussistenza jew bidwi tal-bhejjem

6.3.4.

Sajjied, kaċċatur, nassab jew ġabbar tas-sussistenza

7.   Ħaddiem tal-artiġjanat jew tas-snajja’ relatati

7.1.

Bennej jew ħaddiem tas-sengħa relatat, esklużi l-elettriċisti

7.1.1.

Bennej tal-oqfsa tad-djar jew ħaddiem tas-snajja’ relatati

7.1.1.1.

Bennej tad-djar

7.1.1.2.

Bennej jew ħaddiem relatat

7.1.1.3.

Ħaddiem li jifforma, jaqta’, jofroq jew jonqox il-ġebel

7.1.1.4.

Ħaddiem li jqiegħed jew ilesti l-konkrit jew relatat

7.1.1.5.

Mastrudaxxa jew dak li jgħaqqad l-għamara

7.1.1.6.

Bennej tal-oqfsa tal-bini jew tas-snajja’ relatati mhux ikklassifikat xi mkien ieħor

7.1.2.

Irfinatur tal-bini jew tas-snajja’ relatati

7.1.2.1.

Saqqaf

7.1.2.2.

Ħaddiem li jwitti l-art jew tal-madum

7.1.2.3.

Kaħħal

7.1.2.4.

Ħaddiem tal-iżolazzjoni

7.1.2.5.

Ħaddiem li jwaħħal il-ħġieġ tal-aperturi

7.1.2.6.

Plumber jew fitter tal-pajpijiet

7.1.2.7.

Mekkanik tal-arja kundizzjonata jew refriġeranti

7.1.3.

Bajjad, cleaner jew ħaddiem tas-sengħa relatat

7.1.3.1.

Bajjad jew ħaddiem relatat

7.1.3.2.

Bajjad bl-isprej jew varnitur

7.1.3.3.

Ħaddiem tat-tindif tal-istrutturi tal-bini

7.2.

Ħaddiem fil-qasam tal-metall, tal-makkinarju jew tas-snajja’ relatati

7.2.1.

Ħaddiem tal-folji jew tal-metall strutturali, mudellatur jew welder, jew ħaddiem relatat

7.2.1.1.

Ħaddiem li jifforma jew li jagħmel il-qalba tal-metall

7.2.1.2.

Welder jew flamecutter

7.2.1.3.

Ħaddiem tal-folji tal-metall

7.2.1.4.

Preparatur jew erettur tal-metalli strutturali

7.2.1.5.

Attrezzaturi jew splicers tal-kejbil

7.2.2.

Ħaddied, dak li jagħmel l-għodda jew tas-snajja’ relatati

7.2.2.1.

Ħaddied, ħaddied tal-martell jew ħaddiem tal-morsa tal-ifformar

7.2.2.2.

Ħaddiem li jagħmel l-għodda jew relatat

7.2.2.3.

Setter tal-għodda jew operatur tal-magni li jaħdmu l-metall

7.2.2.4.

Lustratur tal-metall, moli tar-rota jew senniena tal-għodda

7.2.3.

Mekkanik jew sewwej tal-makkinarju

7.2.3.1.

Mekkanik jew sewwej tal-vetturi bil-mutur

7.2.3.2.

Mekkanik jew sewwej tal-magni tal-inġenji tal-ajru

7.2.3.3.

Mekkanik jew sewwej tal-makkinarju agrikolu jew industrijali

7.2.3.4.

Sewwej tar-roti jew sewwej relatat

7.3.

Ħaddiem tal-artiġjanat jew tal-istampar

7.3.1.

Ħaddiem tal-artiġjanat

7.3.1.1.

Produttur jew sewwej tal-istrumenti ta’ preċiżjoni

7.3.1.2.

Produttur jew ħaddiem li jikkorda l-istrumenti mużikali

7.3.1.3.

Ħaddiem tal-ġojjellerija jew metalli prezzjużi

7.3.1.4.

Fuħħari jew ħaddiem relatat

7.3.1.5.

Ħaddiem li jipproduċi, jaqta’, jitħan jew jagħmel il-finitura tal-ħġieġ

7.3.1.6.

Kittieb tas-sinjali, pittur dekorattiv, naqqax jew inċiżur

7.3.1.7.

Ħaddiem tal-artiġġjanat manwali tal-injam, tal-qfief jew ta’ materjal relatat

7.3.1.8.

Ħaddiem tal-artiġġjanat manwali tat-tessut, tal-ġilda jew ta’ materjal relatat

7.3.1.9.

Ħaddiem tal-artiġjanat li mhux ikklassifikat xi mkien ieħor

7.3.2.

Ħaddiem tas-sengħa tal-istampar

7.3.2.1.

Tekniku ta’ qabel l-istampar

7.3.2.2.

Stampatur

7.3.2.3.

Ħaddiem tal-finitura jew tal-legatura tal-istampa

7.4.

Ħaddiem tas-snajja’ elettriċi jew elettroniċi

7.4.1.

Installatur jew sewwej tat-tagħmir elettriku

7.4.1.1.

Elettriċista tal-bini jew relatat

7.4.1.2.

Mekkanik jew fitter elettriku

7.4.1.3.

Installatur jew sewwej tal-linji elettriku

7.4.2.

Installatur jew sewwej tal-elettronika jew tat-telekomunikazzjoni

7.4.2.1.

Mekkanik jew servicer tal-elettronika

7.4.2.2.

Installatur jew servicer tat-teknoloġija tal-informazzjoni jew tal-komunikazzjoni

7.5.

Ħaddiem tal-ipproċessar tal-ikel, tax-xogħol tal-injam, tal-ilbies jew ta’ artiġjanat ieħor jew tas-snajja’ relatati

7.5.1.

Ħaddiem fl-ipproċessar tal-ikel jew tas-snajja’ relatati

7.5.1.1.

Bejjiegħ tal-laħam, tal-ħut jew preparatur relatat tal-ikel

7.5.1.2.

Furnar, kok tal-ħelu jew dulċier

7.5.1.3.

Produttur tal-prodotti tal-ħalib

7.5.1.4.

Preservatur tal-frott, tal-ħaxix jew relatat

7.5.1.5.

Ħaddiem li jduq jew jiggrada l-ikel jew ix-xorb

7.5.1.6.

Preparatur tat-tabakk jew produttur tal-prodotti tat-tabakk

7.5.2.

Ħaddiem li jittratta tal-injam, li jaħdem l-għamara jew relatat

7.5.2.1.

Ħaddiem li jittratta tal-injam

7.5.2.2.

Ħaddiem li jagħmel l-għamara jew relatat

7.5.2.3.

Setter jew tal-għodda tal-magni tal-mastrudaxxa

7.5.3.

Ħaddiem tas-sengħa tal-ħwejjeġ jew tas-snajja’ relatati

7.5.3.1.

Fassal, ħajjat, ħaddiem tal-fer jew ħaddiem li jagħmel il-kpiepel

7.5.3.2.

Ħaddiem li jagħmel il-forom jew jaqta’ d-drapp jew relatat

7.5.3.3.

Ħaddiem li jħit, jirrakkma jew relatat

7.5.3.4.

Ħaddiem tat-tapizzerija jew relatat

7.5.3.5.

Ħaddiem li jlibbes, jikkunza jew jinngeozja l-ġlud

7.5.3.6.

Skarpan jew ħaddiem relatat

7.5.4.

Artiġjanat ieħor jew ħaddiem relatat

7.5.4.1.

Bugħaddas

7.5.4.2.

Estratturi b’tiri jew bi splużjonijiet

7.5.4.3.

Ħaddiem li jiggrada jew jittestja l-prodotti (minbarra l-ikel jew ix-xorb)

7.5.4.4.

Fumigatur jew kontrollur tal-pesti jew tal-ħaxix ħażin oħra

7.5.4.5.

Ħaddiem tal-artiġġjanat jew relatat mhux ikklassifikat xi mkien ieħor

8.   Operatur ta’ impjant jew makkinarju, jew assemblatur

8.1.

Operatur ta’ impjant jew makkinarju stazzjonarju

8.1.1.

Operatur tal-impjanti tal-ipproċessar tal-minjieri jew tal-minerali

8.1.1.1.

Estratturi jew ħaddiem tal-barriera

8.1.1.2.

Operatur tal-impjanti tal-ipproċessar tal-minerali jew tal-ġebel

8.1.1.3.

Ħaddiem li jħaffer il-bjar jew il-ħofor għall-estrazzjoni tal-ilma jew relatat

8.1.1.4.

Operatur tal-magni tas-siment, tal-ġebel jew ta’ prodotti minerali oħrajn

8.1.2.

Operatur tal-impjanti tal-ipproċessar jew tal-irfinar

8.1.2.1.

Operatur tal-impjanti tal-ipproċessar tal-metall

8.1.2.2.

Operatur tal-magni tat-tlestija, tal-kisi jew tal-kisi tal-metall

8.1.3.

Operatur tal-impjanti jew tal-magni tal-prodotti kimiċi jew fotografiċi

8.1.3.1.

Operatur tal-impjanti jew tal-magni tal-prodotti kimiċi

8.1.3.2.

Operatur tal-magni tal-prodotti fotografiċi

8.1.4.

Operatur tal-magni tal-lastku, tal-plastik jew tal-prodotti tal-karta

8.1.4.1.

Operatur tal-magni tal-prodotti tal-lastku

8.1.4.2.

Operatur tal-magni tal-prodotti tal-plastik

8.1.4.3.

Operatur tal-magni tal-prodotti tal-karta

8.1.5.

Operatur tal-magni tat-tessuti, tal-fer jew tal-prodotti tal-ġilda

8.1.5.1.

Operatur tal-magni tat-tħejjija, tal-għażil jew tat-tkebbib tal-fibra

8.1.5.2.

Operatur tal-magni tal-insiġ jew tal-innittjar

8.1.5.3.

Operatur tal-magni tal-ħjata

8.1.5.4.

Operatur tal-magni tal-ibbliċjar, tal-għoti tal-kulur jew tat-tindif tad-drapp

8.1.5.5.

Operatur tal-magni tal-preparazzjoni tal-fer jew tal-ġilda

8.1.5.6.

Operatur tal-magni tal-iskarpan jew maġni relatati

8.1.5.7.

Operatur tal-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ

8.1.5.8.

Operatur ta’ magni ta’ prodotti tat-tessut, tal-fer jew tal-ġilda mhux ikklassifikat xi mkien ieħor

8.1.6.

Operatur tal-magni tal-prodotti tal-ikel jew relatat

8.1.6.1.

Operatur tal-magni tal-prodotti tal-ikel jew relatat

8.1.7.

Operatur tal-impjanti tal-ipproċessar tal-injam jew tal-manifattura tal-karta

8.1.7.1.

Operatur tal-impjanti tal-manifattura tal-polpa jew tal-karta

8.1.7.2.

Operatur tal-impjanti tal-ipproċessar tal-injam

8.1.8.

Operatur ta’ impjant jew makkinarju stazzjonarju ieħor

8.1.8.1.

Operatur tal-impjanti tal-ħġieġ jew taċ-ċeramika

8.1.8.2.

Operatur tal-magni tal-fwar jew tal-bojler

8.1.8.3.

Operatur tal-magni tal-ippakkjar, tal-ibbottiljar jew tat-tikkettar

8.1.8.4.

Operatur ta’ impjant stazzjonarju jew makkinarju mhux klassifikat xi mkien ieħor

8.2.

Muntatur

8.2.1.

Muntatur

8.2.1.1.

Muntatur ta’ makkinarju mekkaniku

8.2.1.2.

Muntatur tat-tagħmir elettriku jew elettroniku

8.2.1.3.

Muntatur mhux klassifikat xi mkien ieħor

8.3.

Operatur tas-sewwieqa jew tal-impjanti mobbli

8.3.1.

Sewwieq tal-ferrovija jew ħaddiem relatat

8.3.1.1.

Sewwieq tal-magni lokomottivi

8.3.1.2.

Operatur tal-brejk tal-ferrovija, tas-sinjal jew tas-switch

8.3.2.

Sewwieq tal-karozzi, tal-vannijiet jew tal-muturi

8.3.2.1.

Sewwieq tal-muturi

8.3.2.2.

Sewwieq tal-karozzi, tat-taksi jew tal-vannijiet

8.3.3.

Sewwieq ta’ trakkijiet tqal jew xarabanks

8.3.3.1.

Sewwieq tal-karozzi tal-linja jew tat-tramm

8.3.3.2.

Sewwieq tat-trakkijiet jew tat-trakkijiet tqal

8.3.4.

Operatur tal-impjanti mobbli

8.3.4.1.

Operatur tal-farms jew tal-impjanti tal-forestrija mobbli

8.3.4.2.

Operatur tal-impjant taċ-ċaqliq tat-terrapien jew relatat

8.3.4.3.

Operatur ta’ impjanti tal-krejnijiet, tal-parank jew relatat

8.3.4.4.

Operatur tat-trakijiet tal-irfigħ

8.3.5.

Ekwipaġġ abbord bastimenti jew ħaddiem relatat

9.   Impjieg elementari

9.1.

Ħaddiem li jnaddaf jew dak li jagħti servizz ta’ għajnuna

9.1.1.

Ħaddiem li jnaddaf jew dak li jagħti servizz ta’ għajnuna domestika, fil-lukandi jew fl-uffiċini

9.1.1.1.

Ħaddiem li jnaddaf jew dak li jagħti servizz ta’ għajnuna domestika

9.1.1.2.

Ħaddiem li jnaddaf jew jagħti servizz ta’ għajnuna fl-uffiċini, lukandi jew stabbilimenti oħra

9.1.2.

Ħaddiem li jnaddaf il-vetturi, it-twieqi, il-ħwejjeġ jew ta’ xi ħaġa oħra tal-idejn

9.1.2.1.

Ħaddiem li jaħsel jew jgħaddi manwalment

9.1.2.2.

Ħaddiem li jnaddaf tal-vetturi

9.1.2.3.

Ħaddiem li jnaddaf tat-twieqi

9.1.2.4.

Ħaddiem li jnaddaf affarijiet oħra

9.2.

Ħaddiem fl-agrikoltura, fil-forestrija jew fis-sajd

9.2.1.

Ħaddiem fl-agrikoltura, fil-forestrija jew fis-sajd

9.2.1.1.

Ħaddiem tal-azjendi tal-għelejjel tal-kultivazzjoni

9.2.1.2.

Ħaddiem tal-farms tal-bhejjem

9.2.1.3.

Ħaddiem tal-farms tal-għelejjel imħallta jew tal-bhejjem

9.2.1.4.

Ħaddiem tal-ġonna jew ortikulturali

9.2.1.5.

Ħaddiem tal-forestrija

9.2.1.6.

Ħaddiem tas-sajd jew tal-akkwakultura

9.3.

Ħaddiem tax-xogħol fil-minjieri, fil-kostruzzjoni, fil-manifattura jew fit-trasport

9.3.1.

Ħaddiem tax-xogħol tal-minjieri jew tal-kostruzzjoni

9.3.1.1.

Ħaddiem tax-xogħol fil-minjieri jew fil-barrieri

9.3.1.2.

Ħaddiem tal-inġinerija ċivili

9.3.1.3.

Ħaddiem tal-kostruzzjoni tal-bini

9.3.2.

Ħaddiem tal-manifattura

9.3.2.1.

Ħaddiem tal-ippakkjar bl-idejn

9.3.2.2.

Ħaddiem tal-manifattura li mhuwiex ikklassifikat xi mkien ieħor

9.3.3.

Ħaddiem tat-trasport jew tal-ħażna

9.3.3.1.

Sewwieq tal-vetturi bl-idejn jew bil-pedali

9.3.3.2.

Sewwieq ta’ vetturi jew makkinarju miġbud mill-annimali

9.3.3.3.

Maniġer tal-merkanzija

9.3.3.4.

Ħaddiem tal-mili tal-ixkafef

9.4.

Assistent tat-tħejjija tal-ikel

9.4.1.

Assistent tat-tħejjija tal-ikel

9.4.1.1.

Preparatur tal-fast food

9.4.1.2.

Assistent tal-kċina

9.5.

Ħaddiem li jbigħ jew jagħti servizz fit-triq jew relatat

9.5.1.

Ħaddiem tas-servizzi fit-triq jew relatat

9.5.2.

Bejjiegħ tat-triq (eskluż l-ikel)

9.6.

Ħaddiem li jiġbor l-iskart jew ħaddiem elementari ieħor

9.6.1.

Ħaddiem li jiġbor l-iskart

9.6.1.1.

Kollettur li jiġbor iż-żibel jew materjal għar-riċiklaġġ

9.6.1.2.

Ħaddiem li jifred l-iskart

9.6.1.3.

Kennies jew ħaddiem relatat

9.6.2.

Ħaddiem elementari ieħor

9.6.2.1.

Messaġġier, pustier tal-pakketti, jew porter tal-bagalji

9.6.2.2.

Persuna b’impjieg okkażjonali

9.6.2.3.

Qarrej tal-miter jew kollettur tal-magni tal-bejgħ awtomatiċi

9.6.2.4.

Kollettur tal-ilma jew tal-injam għan-nar

9.6.2.5.

Ħaddiem elementari li mhuwiex ikklassifikat xi mkien ieħor

10.   Impjieg tal-forzi armati

10.1.

Uffiċjal kkummissjonat tal-forzi armati

10.2.

Uffiċjal tal-forzi armati mhux kummissjonat

10.3.

Impjieg tal-forzi armati, gradi oħra