16.4.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 131/72


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/619

tal-15 ta’ April 2021

li jemenda r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2235, (UE) 2020/2236 u (UE) 2021/403 fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tranżitorji għall-użu taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali, taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali u taċ-ċertifikati uffiċjali

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali(“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 146(2), l-Artikolu 156(2), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a) u l-Artikoli 162(5), 168(4), 213(2), 224(4), 238(3) u 239(3) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 90, l-Artikolu 126(3) u l-Artikolu 134, l-ewwel subparagrafu, il-punt (f) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2235 (3), (UE) 2020/2236 (4) u (UE) 2021/403 (5) jistabbilixxu mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali, mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali u mudelli taċ-ċertifikati uffiċjali meħtieġa biex jakkumpanjaw il-movimenti fl-Unjoni u għad-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ annimali u oġġetti.

(2)

Sabiex tiġi ffaċilitata t-tranżizzjoni għall-użu taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali ġodda u taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali għall-movimenti ta’ kunsinni fl-Unjoni u bejn l-Istati Membri, u biex jiġi permess it-taħriġ xieraq għall-operaturi u għall-persunal tal-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri kollha, jeħtieġ li jiġi stabbilit perjodu tranżitorju li fih jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jużaw iċ-ċertifikati maħruġa f’konformità mal-leġiżlazzjoni applikabbli qabel id-data tal-applikazzjoni tar-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2235, (UE) 2020/2236 u (UE) 2021/403.

(3)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2235 jipprevedi perjodu tranżitorju għad-dħul fl-Unjoni tal-kunsinni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali, prodotti komposti, nebbieta maħsuba għall-konsum mill-bniedem u żrieragħ maħsuba għall-produzzjoni ta’ nebbieta għall-konsum mill-bniedem li huma akkumpanjati minn ċertifikati xierqa maħruġa f’konformità mal-mudelli stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 28/2012 (6) u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/628 (7). Għaldaqstant, fl-interess taċ-ċertezza tad-dritt, jenħtieġ li jiġi ċċarat it-tul tal-perjodu tranżitorju għall-użu ta’ tali ċertifikati.

(4)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2235 iħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 599/2004 (8) b’effett mill-21 ta’ April 2021. Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-mudell armonizzat ta’ ċertifikati għal movimenti intra-Unjoni ta’ kunsinni tal-annimali u tal-oġġetti. Barra minn hekk, dan ir-Regolament jipprevedi għall-kompatibilità ta’ mudell armonizzat ta’ ċertifikati mas-Sistema tal-Kontroll tal-Kummerċ u tal-Esperti Veterinarji (TRACES) u jiffaċilita s-sistema taċ-ċertifikazzjoni u tan-notifika ta’ movimenti intra-Unjoni ta’ tali kunsinni. Sabiex jiġi żgurat l-użu ulterjuri fi TRACES taċ-ċertifikati maħruġa f’konformità mal-leġiżlazzjoni applikabbli qabel il-21 ta’ April 2021, id-data ta’ tħassir ta’ dak ir-Regolament jenħtieġ li tiġi emendata fid-dawl tat-tmiem tal-perjodi tranżitorji tar-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2236 u (UE) 2021/403, kif emendat b’dan ir-Regolament.

(5)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2236 jipprevedi perjodu tranżitorju għad-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ annimali akkwatiċi u ta’ prodotti li ġejjin mill-annimali akkwatiċi li huma akkumpanjati miċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali xierqa, maħruġa f’konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1251/2008 (9) Għaldaqstant, fl-interess taċ-ċertezza tad-dritt, jenħtieġ li jiġi ċċarat it-tul tal-perjodu tranżizzjonali għall-użu ta’ tali ċertifikati.

(6)

Sabiex jiġu ffaċilitati l-arranġamenti meħtieġa mill-awtoritajiet kompetenti biex jiżguraw il-konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2236 għall-movimenti fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ annimali akkwatiċi u ta’ prodotti li ġejjin mill-annimali akkwatiċi, jenħtieġ li jiġi introdott perjodu tranżitorju, li fih il-konsenji jistgħu jiġu akkumpanjati miċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali xierqa maħruġ f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1251/2008.

(7)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/403 jipprevedi perjodu tranżitorju għad-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ annimali terrestri u tal-prodotti ġerminali tagħhom akkumpanjati miċ-ċertifikat xieraq maħruġ f’konformità mal-mudelli stabbiliti fir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 (10) u (UE) Nru 206/2010 (11), ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 139/2013 (12) u (UE) 2018/659 (13), id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2006/168/KE (14) u 2010/472/UE (15), kif ukoll f’konformità mad-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/630/UE (16), 2012/137/UE (17) u (UE) 2019/294 (18). Għaldaqstant, fl-interess taċ-ċertezza tad-dritt, jenħtieġ li jiġi ċċarat it-tul tal-perjodu tranżitorju għall-użu ta’ tali ċertifikati.

(8)

Sabiex jiġu ffaċilitati l-arranġamenti meħtieġa mill-awtoritajiet kompetenti biex jiżguraw il-konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/403 għall-movimenti bejn l-Istati Membri ta’ kunsinni ta’ annimali terrestri u tal-prodotti ġerminali tagħhom, jenħtieġ li jiġi introdott perjodu tranżitorju li fih il-kunsinni jistgħu jiġu akkumpanjati miċ-ċertifikat xieraq maħruġ f’konformità mad-Direttivi tal-Kunsill 64/432/KEE (19), 88/407/KEE (20), 89/556/KEE (21), 90/429/KEE (22), 91/68/KEE (23), 92/65/KEE (24), 2009/156/KE (25) u 2009/158/KE (26), kif ukoll f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/470/UE (27).

(9)

Billi r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2235, (UE) 2020/2236 u (UE) 2021/403 japplikaw b’effett mill-21 ta’ April 2021, jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika wkoll minn dik id-data.

(10)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emenda tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2235

L-Artikolu 35 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2235 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 35

Dispożizzjonijiet tranżitorji

1.   Il-kunsinni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali, prodotti komposti, nebbieta maħsuba għall-konsum mill-bniedem u żrieragħ maħsuba għall-produzzjoni ta’ nebbieta għall-konsum mill-bniedem akkumpanjati miċ-ċertifikati xierqa maħruġa f’konformità mal-mudelli stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 28/2012 u fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/628, għandhom jiġu aċċettati għad-dħul fl-Unjoni sal-20 ta’ Ottubru 2021 dment li ċ-ċertifikat ikun ġie ffirmat mill-persuna awtorizzata li tiffirma ċ-ċertifikat f’konformità ma’ dak ir-Regolament u mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni qabel il-21 ta’ Awwissu 2021.

2.   Il-mudell armonizzat taċ-ċertifikati għall-movimenti intra-Unjoni stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 599/2004 għandu jiġi aċċettat għall-movimenti fl-Unjoni sas-17 ta’ Ottubru 2021.

3.   Ir-referenzi għad-dispożizzjonijiet tal-atti mħassra fiċ-ċertifikati u fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 599/2004 għandhom jinftiehmu bħala referenzi għad-dispożizzjonijiet ta’ sostituzzjoni korrispondenti u għandhom jinqraw f’konformità mat-tabelli ta’ korrelazzjoni, fejn applikabbli.”.

Artikolu 2

Emenda tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2236

L-Artikolu 10 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2236 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 10

Dispożizzjonijiet tranżitorji

1.   Il-konsenji ta’ annimali akkwatiċi u ta’ prodotti li ġejjin mill-annimali akkwatiċi akkumpanjati miċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali xierqa maħruġa f’konformità mal-mudell stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 1251/2008, għandhom jiġu aċċettati għad-dħul fl-Unjoni sal-20 ta’ Ottubru 2021 dment li ċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali jkun ġie ffirmat minn spettur uffiċjali qabel il-21 ta’ Awwissu 2021.

2.   Il-konsenji ta’ annimali akkwatiċi u ta’ prodotti li ġejjin mill-annimali akkwatiċi akkumpanjati miċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali xierqa maħruġa f’konformità mal-mudell stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 1251/2008, għandhom jiġu aċċettati għall-movimenti fl-Unjoni sas-17 ta’ Ottubru 2021.

3.   Ir-referenzi għad-dispożizzjonijiet tal-atti mħassra fiċ-ċertifikati għandhom jinftiehmu bħala referenzi għad-dispożizzjonijiet ta’ sostituzzjoni korrispondenti u għandhom jinqraw f’konformità mat-tabelli ta’ korrelazzjoni, fejn applikabbli.”.

Artikolu 3

Emenda tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/403

L-Artikolu 27 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/403 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 27

Dispożizzjonijiet tranżitorji

1.   Il-kunsinni ta’ annimali terrestri u l-prodotti ġerminali tagħhom akkumpanjati miċ-ċertifikat xieraq maħruġ f’konformità mal-mudelli stabbiliti fir-Regolamenti (KE) Nru 798/2008 u (UE) Nru 206/2010, mar-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 139/2013 u (UE) 2018/659, mad-Deċiżjonijiet 2006/168/KE, u 2010/472/UE, kif ukoll f’konformità mad-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni 2011/630/UE, 2012/137/UE u (UE) 2019/294, għandhom jiġu aċċettati għad-dħul fl-Unjoni sal-20 ta’ Ottubru 2021 dment li ċ-ċertifikat ikun ġie ffirmat mill-persuna awtorizzata biex tiffirma ċ-ċertifikat f’konformità ma’ dawk ir-Regolamenti, ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni, id-Deċiżjonijiet u d-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni qabel il-21 ta’ Awwissu 2021.

2.   Il-kunsinni ta’ ċerti kategoriji ta’ ungulati akkompanjati miċ-ċertifikat xieraq maħruġ f’konformità mal-mudelli stabbiliti fid-Direttivi tal-Kunsill 64/432/KEE (*1), 91/68/KEE (*2), id-Direttiva 92/65/KEE u d-Direttiva tal-Kunsill 2009/156/KE (*3) għandhom jiġu aċċettati għall-movimenti bejn l-Istati Membri sas-17 ta’ Ottubru 2021.

3.   Il-kunsinni ta’ ċerti kategoriji tal-għasafar u tal-prodotti ġerminali tagħhom akkumpanjati miċ-ċertifikat xieraq maħruġ f’konformità mal-mudell stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE (*4), għandhom jiġu aċċettati għall-movimenti bejn l-Istati Membri sas-17 ta’ Ottubru 2021.

4.   Il-kunsinni ta’ ċerti tipi ta’ prodotti ġerminali tal-annimali bovini akkumpanjati miċ-ċertifikat xieraq maħruġ f’konformità mal-mudelli stabbiliti fid-Direttivi 88/407/KEE u 89/556/KEE, għandhom jiġu aċċettati għall-movimenti bejn l-Istati Membri sas-17 ta’ Ottubru 2021.

5.   Il-kunsinni ta’ ċerti tipi ta’ prodotti ġerminali tal-annimali ovini u kaprini akkumpanjati miċ-ċertifikat xieraq maħruġ f’konformità mal-mudell stabbilit fid-Deċiżjoni 2010/470/UE, għandhom jiġu aċċettati għall-movimenti bejn l-Istati Membri sas-17 ta’ Ottubru 2021.

6.   Il-kunsinni ta’ ċerti tipi ta’ prodotti ġerminali tal-annimali porċini akkumpanjati miċ-ċertifikat xieraq maħruġ f’konformità mal-mudelli stabbiliti fid-Direttiva 90/429/KEE u d-Deċiżjoni 2010/470/UE, għandhom jiġu aċċettati għall-movimenti bejn l-Istati Membri sas-17 ta’ Ottubru 2021.

7.   Il-kunsinni ta’ ċerti tipi ta’ prodotti ġerminali tal-annimali ekwini akkumpanjati miċ-ċertifikat xieraq maħruġ f’konformità mal-mudell stabbilit fid-Deċiżjoni 2010/470/UE, għandhom jiġu aċċettati għall-movimenti bejn l-Istati Membri sas-17 ta’ Ottubru 2021.

8.   Il-kunsinni ta’ ċerti kategoriji ta’ naħal akkumpanjati miċ-ċertifikat xieraq maħruġ f’konformità mal-mudell stabbilit fid-Direttiva 92/65/KEE, għandhom jiġu aċċettati għall-movimenti bejn l-Istati Membri sas-17 ta’ Ottubru 2021.

9.   Il-kunsinni ta’ ċerti kategoriji ta’ annimali terrestri u ta’ ċerti prodotti ġerminali tagħhom akkumpanjati miċ-ċertifikat xieraq maħruġ f’konformità mal-mudell stabbilit fid-Direttiva 92/65/KEE, għandhom jiġu aċċettati għall-movimenti bejn l-Istati Membri sas-17 ta’ Ottubru 2021.

10.   Ir-referenzi għad-dispożizzjonijiet tal-atti mħassra fiċ-ċertifikati għandhom jinftiehmu bħala referenzi għad-dispożizzjonijiet ta’ sostituzzjoni korrispondenti u għandhom jinqraw f’konformità mat-tabelli ta’ korrelazzjoni, fejn applikabbli.

Artikolu 4

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-21 ta’ April 2021.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ April 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1.

(2)  ĠU L 95, 7.4.2017, p. 1.

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2235 tas-16 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolamenti (UE) 2016/429 u (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali, mudelli taċ-ċertifikati uffiċjali u mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali, għad-dħul fl-Unjoni u l-movimenti fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ ċerti kategoriji ta’ annimali u oġġetti, ċertifikazzjoni uffiċjali dwar dawn iċ-ċertifikati u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 599/2004, ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 636/2014 u (UE) 2019/628, id-Direttiva 98/68/KE u d-Deċiżjonijiet 2000/572/KE, 2003/779/KE u 2007/240/KE (ĠU L 442, 30.12.2020 p. 1).

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2236 tas-16 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolamenti (UE) 2016/429 u (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali għad-dħul fl-Unjoni u għall-movimenti fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ annimali akkwatiċi u ta’ ċerti prodotti li ġejjin mill-annimali akkwatiċi, taċ-ċertifikazzjoni uffiċjali rigward tali ċertifikati u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1251/2008 (ĠU L 442, 30.12.2020, p. 410).

(5)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/403 tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolamenti (UE) 2016/429 u (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali u l-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali, għad-dħul fl-Unjoni u l-movimenti bejn l-Istati Membri ta’ kunsinni ta’ ċerti kategoriji ta’ annimali terrestri u tal-prodotti ġerminali tagħhom, iċ-ċertifikazzjoni uffiċjali fir-rigward ta’ tali ċertifikati u li jħassar id-Deċiżjoni 2010/470/UE (ĠU L 113, 31.3.2021, p. 1).

(6)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 28/2012 tal-11 ta’ Jannar 2012 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għaċ-ċertifikazzjoni tal-importazzjoni għall-Unjoni u tat-tranżitu minn ġol-Unjoni ta’ ċerti prodotti komposti u li jemenda d-Deċiżjoni 2007/275/KE u r-Regolament (KE) Nru 1162/2009 (ĠU L 12, 14.1.2012, p. 1).

(7)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/628 tat-8 ta’ April 2019 dwar mudelli taċ-ċertifikati uffiċjali għal ċerti annimali u oġġetti u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2074/2005 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/759 fir-rigward ta’ dawn il-mudelli taċ-ċertifikati (ĠU L 131, 17.5.2019, p. 101).

(8)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 599/2004 tat-30 ta’ Marzu 2004 li jikkonċerna l-adozzjoni ta’ mudell armonizzat ta’ ċertifikat u rapport tal-ispezzjoni marbuta mal-kummerċ intra-Komunitarju fl-annimali u l-prodotti li joriġinaw mill-annimali (ĠU L 94, 31.3.2004, p. 44).

(9)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1251/2008 tat-12 ta’ Diċembru 2008 li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE fir-rigward tal-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni għat-tqegħid fis-suq u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali tal-akkwakultura u prodotti tagħhom u li jistabbilixxi lista ta’ speċi li jgħaddu l-mard (ĠU L 337, 16.12.2008, p. 41).

(10)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 tat-8 ta’ Awwissu 2008 li jistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu impurtati u jsir tranżitu ta’ tjur u prodotti tat-tjur fil-Komunità u r-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni veterinarja (ĠU L 226, 23.8.2008, p. 1).

(11)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 206/2010 tat-12 ta’ Marzu 2010 li jistabbilixxi listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew partijiet minnhom awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta’ annimali partikulari u laħam frisk u r-rekwiżiti relatati maċ-ċertifikazzjoni veterinarja (ĠU L 73, 20.3.2010, p. 1).

(12)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 139/2013 tas-7 ta’ Jannar 2013 li tistipula l-kondizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali għall-importazzjoni ta’ ċerti għasafar fl-Unjoni u l-kondizzjonijiet ta’ kwarantina tagħhom (ĠU L 47, 20.2.2013, p. 1).

(13)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/659 tat-12 ta’ April 2018 dwar il-kundizzjonijiet biex jidħlu fl-Unjoni ekwidi ħajjin u s-semen, l-ova u l-embrijuni tagħhom (ĠU L 110, 30.4.2018, p. 1).

(14)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/168/KE tal-4 ta’ Jannar 2006 li tistabbilixxi l-ħtiġijiet tas-saħħa tal-annimali u taċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-importazzjoni fil-Komunità ta’ embrijuni bovini u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2005/217/KE (ĠU L 57, 28.2.2006, p. 19).

(15)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/472/UE tas-26 ta’ Awwissu 2010 dwar l-importazzjonijiet ta’ semen, ova u embrijuni ta’ annimali tal-ispeċi ovina u kaprina fl-Unjoni (ĠU L 228, 31.8.2010, p. 74).

(16)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/630/UE tal-20 ta’ Settembru 2011 dwar l-importazzjonijiet fl-Unjoni tas-semen tal-annimali domestiċi tal-ispeċi tal-bovini (ĠU L 247, 24.9.2011, p. 32).

(17)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/137/UE tal-1 ta’ Marzu 2012 dwar l-importazzjonijiet fl-Unjoni tas-semen tal-annimali domestiċi tal-ispeċi porċina (ĠU L 64, 3.3.2012, p. 29).

(18)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/294 tat-18 ta’ Frar 2019 li tistabbilixxi l-lista tat-territorji u tal-pajjiżi terzi awtorizzati biex l-Unjoni timporta minnhom klieb, qtates u inmsa, u l-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għal dawn l-importazzjonijiet (ĠU L 48, 20.2.2019, p. 41).

(19)  Id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa tal-annimali li jaffettwaw il-kummerċ ta’ annimali bovini u suwini ġewwa l-Komunità (ĠU 121, 29.7.1964, p. 1977).

(20)  Id-Direttiva tal-Kunsill 88/407/KEE tal-14 ta’ Ġunju 1988 li tistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju u għal importazzjonijiet ta’ semen ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi tal-bovini (ĠU L 194, 22.7.1988, p. 10).

(21)  Id-Direttiva tal-Kunsill 89/556/KEE tal-25 ta’ Settembru 1989 dwar kondizzjonijiet ta’ saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju fi u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ embrijoni ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi tal-ifrat (ĠU L 302, 19.10.1989, p. 1).

(22)  Id-Direttiva tal-Kunsill 90/429/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 li tistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-bhejjem applikabbli għal kummerċ intra-Komunitarju u għall-importazzjonijiet ta’ semen ta’ bhejjem domestiċi tal-ispeċi tal-majjali (ĠU L 224, 18.8.1990, p. 62).

(23)  Id-Direttiva tal-Kunsill 91/68/KEE tat-28 ta’ Jannar 1991 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju tan-nagħaġ u tal-mogħoż (ĠU L 46, 19.2.1991, p. 19).

(24)  Id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta’ Lulju 1992 li tistabbilixxi l-ħtiġijiet dwar saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ ta’, u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali, semen, ova u embrijuni mhux suġġetti għal ħtiġijiet ta’ saħħa tal-annimali meħtieġa f’regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-Anness A(I) tad-Direttiva 90/425/KEE (ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54).

(25)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2009/156/KE tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ ekwidi (ĠU L 192, 23.7.2010, p. 1).

(26)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ bhejjem li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju, u l-importazzjoni ta’ tajr u bajd għat-tfaqqis minn pajjiżi terzi (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 74).

(27)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/470/UE tas-26 ta’ Awwissu 2010 li tistabbilixxi mudell taċ-ċertifikati tas-saħħa għall-kummerċ fl-Unjoni tas-semen, l-ova u l-embrijuni ta’ annimali tal-ispeċijiet ekwina, ovina u kaprina u tal-ova u l-embrijuni ta’ annimali tal-ispeċi porċina (ĠU L 228, 31.8.2010, p. 15).