31.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 111/3 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/551
tat-30 ta’ Marzu 2021
dwar l-awtorizzazzjoni tal-estratt taż-żagħfran tal-Indja, iż-żejt taż-żagħfran tal-Indja, l-oleoreżina taż-żagħfran tal-Indja mir-riżoma tal-Curcuma longa L. bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali u tat-tintura taż-żagħfran tal-Indja mir-riżoma tal-Curcuma longa L. bħala addittiv fl-għalf għaż-żwiemel u l-klieb
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni tal-addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u jipprevedi r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ din l-awtorizzazzjoni. L-Artikolu 10(2) ta’ dak ir-Regolament jipprevedi l-evalwazzjoni mill-ġdid tal-addittivi awtorizzati skont id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE (2). |
(2) |
L-estratt taż-żagħfran tal-Indja, iż-żejt taż-żagħfran tal-Indja, l-oleoreżina taż-żagħfran tal-Indja mir-riżoma tal-Curcuma longa L. ġew awtorizzati mingħajr limitu ta’ żmien skont id-Direttiva 70/524/KEE bħala addittivi fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali. Dawn l-addittivi mbagħad ġew irreġistrati fir-Reġistru tal-addittivi tal-għalf bħala prodotti eżistenti, b’konformità mal-Artikolu 10(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(3) |
Skont l-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 flimkien mal-Artikolu 7 tiegħu, ġiet ippreżentata applikazzjoni għall-evalwazzjoni mill-ġdid tal-estratt taż-żagħfran tal-Indja, iż-żejt taż-żagħfran tal-Indja, l-oleoreżina taż-żagħfran tal-Indja mir-riżoma tal-Curcuma longa L. bħala addittivi fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali u għat-tintura taż-żagħfran tal-Indja mir-riżoma tal-Curcuma longa L. għaż-żwiemel u l-klieb. |
(4) |
L-applikant talab li l-estratt taż-żagħfran tal-Indja, iż-żejt taż-żagħfran tal-Indja, l-oleoreżina taż-żagħfran tal-Indja u t-tintura taż-żagħfran tal-Indja mir-riżoma tal-Curcuma longa L. jiġu awtorizzati wkoll għall-użu fl-ilma tax-xorb. Iżda r-Regolament (KE) Nru 1831/2003 ma jippermettix l-awtorizzazzjoni ta’ “komposti aromatizzanti” għall-użu fl-ilma tax-xorb. Għalhekk, jenħtieġ li l-użu tal-estratt taż-żagħfran tal-Indja, iż-żejt taż-żagħfran tal-Indja, l-oleoreżina taż-żagħfran tal-Indja mir-riżoma tal-Curcuma longa L. fl-ilma tax-xorb ma jkunx permess. |
(5) |
L-applikant talab biex l-addittiv jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi sensorjali” u fil-grupp funzjonali “komposti aromatizzanti”. Mal-applikazzjoni ntbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(6) |
Fl-opinjoni tagħha tas-7 ta’ Mejju 2020 (3), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li skont il-kundizzjonijiet proposti tal-użu, l-estratt taż-żagħfran tal-Indja, iż-żejt taż-żagħfran tal-Indja, l-oleoreżina taż-żagħfran tal-Indja u t-tintura taż-żagħfran tal-Indja mir-riżoma tal-Curcuma longa L. ma għandhomx effetti negattivi fuq is-saħħa tal-annimali, is-saħħa tal-konsumaturi jew fuq l-ambjent. L-awtorità kkonkludiet ukoll li l-estratt taż-żagħfran tal-Indja, iż-żejt taż-żagħfran tal-Indja, l-oleoreżina taż-żagħfran tal-Indja u t-tintura taż-żagħfran tal-Indja mir-riżoma tal-Curcuma longa L. jenħtieġ li jitqiesu bħala irritanti għall-ġilda u għall-għajnejn u għas-sistema respiratorja u bħala sensitizzaturi tal-ġilda. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li jenħtieġ jittieħdu miżuri protettivi xierqa biex ikunu evitati effetti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem, b’mod partikolari fir-rigward tal-utenti tal-addittiv. |
(7) |
L-Awtorità kkonkludiet, li l-estratt taż-żagħfran tal-Indja, iż-żejt taż-żagħfran tal-Indja, l-oleoreżina taż-żagħfran tal-Indja u t-tintura taż-żagħfran tal-Indja mir-riżoma tal-Curcuma longa L. huma rikonoxxuti li jagħtu t-togħma lill-ikel u billi l-funzjoni tagħhom fl-għalf tkun essenzjalment l-istess bħal dik fl-ikel, ma hemmx bżonn demostrazzjoni ulterjuri tal-effikaċja. L-Awtorità ma tqisx li hemm bżonn ta’ rekwiżiti speċifiċi għas-sorveljanza ta’ wara t-tqegħid fis-suq. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodi ta’ analiżi tal-addittivi tal-għalf li ġie ppreżentat mil-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(8) |
Il-valutazzjoni l-estratt taż-żagħfran tal-Indja, iż-żejt taż-żagħfran tal-Indja, l-oleoreżina taż-żagħfran tal-Indja u t-tintura taż-żagħfran tal-Indja mir-riżoma tal-Curcuma longa L. turi li huma ssodisfati l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni kif previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Għaldaqstant, l-użu ta’ dawn is-sustanzi jenħtieġ jiġi awtorizzat [kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament]. |
(9) |
Jenħtieġ li jiġu previsti restrizzjonijiet u kundizzjonijiet biex ikun hemm kontroll aħjar. B’mod partikolari, jenħtieġ jiġi indikat kontenut rakkomandat fuq it-tikketta tal-addittivi tal-għalf. Meta jinqabeż dan il-kontenut, fuq it-tikketta tat-taħlitiet lesti minn qabel jenħtieġ tiġi indikata ċerta informazzjoni. |
(10) |
Il-fatt li l-estratt taż-żagħfran tal-Indja, iż-żejt taż-żagħfran tal-Indja, l-oleoreżina taż-żagħfran tal-Indja u t-tintura taż-żagħfran tal-Indja mir-riżoma tal-Curcuma longa L. mhumiex awtorizzati għall-użu bħala aromatizzanti fl-ilma tax-xorb, ma jipprekludix l-użu tagħhom fl-għalf kompost li jiġi mitmugħ mal-ilma. |
(11) |
Peress li r-raġunijiet ta’ sikurezza ma jirrikjedux l-applikazzjoni immedjata tal-modifiki fil-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni għas-sustanzi kkonċernati, jixraq li jingħata perjodu tranżizzjonali biex il-partijiet interessati jħejju ruħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-awtorizzazzjoni. |
(12) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Awtorizzazzjoni
Is-sustanzi speċifikati fl-Anness, li jaqgħu taħt il-kategorija tal-addittivi “addittivi sensorjali” u l-grupp funzjonali “komposti aromatizzanti”, huma awtorizzati bħala addittivi tal-għalf fin-nutrizzjoni tal-annimali soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Użu fl-ilma tax-xorb
Is-sustanzi awtorizzati speċifikati fl-Anness ma għandhomx jintużaw fl-ilma tax-xorb.
Artikolu 3
Miżuri tranżizzjonali
1. Is-sustanzi speċifikati fl-Anness u t-taħlitiet lesti minn qabel li jkun fihom minn dawn is-sustanzi, li huma prodotti u ttikkettati qabel l-20 ta’ Ottubru 2021 skont ir-regoli applikabbli qabel l-20 ta’ April 2021 jistgħu jibqgħu jiġu kkummerċjalizzati u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti.
2. L-għalf kompost u l-materjali tal-għalf li fihom is-sustanzi kif speċifikat fl-Anness, li jiġu prodotti u ttikkettati qabel l-20 ta’ April 2022 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel l-20 ta’ April 2021 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw l-istokkijiet eżistenti jekk ikunu maħsuba għall-annimali li jipproduċu l-ikel.
3. L-għalf kompost u l-materjali tal-għalf li fihom is-sustanzi kif speċifikat fl-Anness li jiġu prodotti u ttikkettati qabel l-20 ta’ April 2023 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel l-20 ta’ April 2021 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw l-istokkijiet eżistenti jekk dawn ikunu maħsubin għall-annimali li ma jipproduċux l-ikel.
Artikolu 4
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Marzu 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) Id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE ta’ 23 ta’ Novembru 1970 dwar l-addittivi fl-għalf tal-annimali (ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1).
(3) EFSA Journal 2020;18(6):6146.
ANNESS
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku. |
Speċi jew kategorija tal-annimali |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħrajn |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||||||||||||||||||||||||||||
mg ta’ sustanza attiva/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Kategorija: Addittivi sensorjali. Grupp funzjonali: Komposti aromatizzanti |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
2b163-eo |
- |
Żejt essenzjali taż-żagħfran tal-Indja |
Kompożizzjoni tal-addittiv Żejt essenzjali derivat mid-distillazzjoni bil-fwar mir-riżomi mnixxfa tal-Curcuma longa L. Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Żejt essenzjali derivat mid-distillazzjoni bil-fwar mir-riżomi mnixxfa tal-Curcuma longa L. kif definit mill-Kunsill tal-Ewropa (1):
Numru CAS:8024-37-1 (2) Numru EINECS 283-882-1 (1) Numru FEMA 3085 (1) Numru CoE 163 Forma likwida Metodu analitiku (3) Għall-kwantifikazzjoni tal-markaturi fitokimiċi: ar-turmerone u beta-turmerone fl-addittiv tal-għalf (żejt taż-żagħfran tal-Indja):
|
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
— |
— |
— |
|
20.4.2031 |
||||||||||||||||||||||||||||||
2b163-or |
|
Oleoreżina taż-żagħfran tal-Indja |
Kompożizzjoni tal-addittiv Oleoreżina miksuba bl-estrazzjoni b’solvent tar-riżomi mnixxfa tal-Curcuma longa L. Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Oleoreżina miksuba bl-estrazzjoni b’solvent tar-riżomi mnixxfa tal-Curcuma longa L. kif definit mill-Kunsill tal-Ewropa (4). Żejt essenzjali: 30-33 % (piż skont il-piż) Kurkuminojdi totali: 20-35 % (piż skont il-piż)
Umdità: 12-30 % (piż skont il-piż) Metodu analitiku (5) Għall-kwantifikazzjoni tal-markaturi fitokimiċi (kurkuminojdi totali) fl-addittiv tal-għalf (oleoreżina taż-żagħfran tal-Indja):
|
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
— |
— |
— |
|
20.4.2031 |
||||||||||||||||||||||||||||||
2b163-ex |
|
Estratt taż-żagħfran tal-Indja |
Kompożizzjoni tal-addittiv Estratt tar-riżomi mnixxfa tal-Curcuma longa L. bl-użu ta’ solventi organiċi. Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Estratt tar-riżomi mnixxfa tal-Curcuma longa L. bl-użu ta’ solventi organiċi kif definit mill-Kunsill tal-Ewropa (6). Kurkuminojdi totali: ≥ 90 % (piż skont il-piż)
Ilma: 0,30-1,7 % (piż skont il-piż) Numru EINECS: 283-882-1 (4) Numru FEMA: 3086 (4) Numru CAS 8024-37-1 (4) Numru CoE: 163 Għamla solida (trab) Metodu analitiku (7) Għall-kwantifikazzjoni tal-markaturi fitokimiċi (kurkuminojdi totali) fl-addittiv tal-għalf (estratt taż-żagħfran tal-Indja):
|
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
— |
— |
— |
|
20.4.2031 |
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku. |
Speċi jew kategorija tal-annimali |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħrajn |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||||||||||||||||||||
mL ta’ sustanza attiva/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
|||||||||||||||||||||||||||||||
Kategorija: Addittivi sensorjali. Grupp funzjonali: Komposti aromatizzanti |
|||||||||||||||||||||||||||||||
2b163-t |
|
Tintura taż-żagħfran tal-Indja |
Kompożizzjoni tal-addittiv Tintura prodotta bl-estrazzjoni ta’ riżomi mnixxfa u mitħuna tal-Curcuma longa L. bl-użu ta’ taħlita ta’ ilma/etanol (55/45 % volum skont il-volum). Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Tintura prodotta bl-estrazzjoni ta’ riżomi mnixxfa u mitħuna tal-Curcuma longa L. bl-użu ta’ taħlita ta’ ilma/etanol (55/45 % v/v), kif definit mill-Kunsill tal-Ewropa (8). Fenoli (bħala ekwivalenti ta’ aċidu galliku): 1 100 –1 500 μg/mL Kurkuminojdi totali (9) (bħala kurkumina): 0,04 sa 0,09 % (skont il-volum) Kurkumina (I): 83–182 μg/mL Desmetossikurkumina (II): 80-175 μg/mL Bis-desmetossikurkumina (III): 139-224 μg/mL Żejt essenzjali: 1 176 -1 537 μg/mL Materja niexfa: 2,62-3,18 % (piż skont il-piż) Solvent (ilma/etanol, 55/45):96-97,5 % (piż skont il-piż) Forma likwida CoE No.163 Metodu analitiku (10) Għall-kwantifikazzjoni tal-markaturi fitokimiċi (kurkuminojdi totali) fl-addittiv tal-għalf (tintura taż-żagħfran tal-Indja):
|
|
— |
— |
— |
|
20.4.2031 |
(1) Natural sources of flavourings - Report No. 2 (2007)
(2) L-istess identifikatur japplika mingħajr distinzjoni għal tipi differenti ta’ estratti u derivattivi mill-Curcuma longa bħaż-żejt essenzjali taż-żagħfran tal-Indja, l-estratt taż-żagħfran tal-Indja u t-tintura taż-żagħfran tal-Indja.
(3) Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports
(4) Natural sources of flavourings - Report No. 2 (2007)
(5) Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports
(6) Natural sources of flavourings - Ir-Rapport Nru. 2 (2007)
(7) Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports
(8) Natural sources of flavourings - Report No. 2 (2007)
(9) Iddeterminat mill-ispektrofotometrija bħala derivattivi tal-metan diċinammoil
(10) Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports