2.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 30/34


Rettifika għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/403 ta 24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolamenti (UE) 2016/429 u (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali u l-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali, għad-dħul fl-Unjoni u l-movimenti bejn l-Istati Membri ta’ kunsinni ta’ ċerti kategoriji ta’ annimali terrestri u tal-prodotti ġerminali tagħhom, iċ-ċertifikazzjoni uffiċjali fir-rigward ta’ tali ċertifikati u li jħassar id-Deċiżjoni 2010/470/UE

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 113, tal-31 ta’ Marzu 2021 )

F’paġna 201, fl-Anness I, il-Kapitolu 26, il-punt II.2.7.1,

minflok:

(1) jew

[II.2.7.1.

ikunu nżammu għal perjodu ta’ mill-inqas 60 jum qabel u waqt il-ġbir tal-ooċiti f’pajjiż terz, territorju jew żona tiegħu ħielsa minn infezzjoni bil-virus tal-ilsien blu (serotipi 1-24) u fejn ma jkun ġie kkonfermat l-ebda każ ta’ infezzjoni bil-virus tal-ilsien blu (serotipi 1-24) matul l-aħħar 24 xahar fil-popolazzjoni tal-annimali fil-mira;]”,

aqra:

(1) jew

[II.2.7.1.

ikunu nżammu għal perjodu ta’ mill-inqas 60 jum qabel u waqt il-ġbir tas-semen fi Stat Membru jew żona tiegħu ħielsa minn infezzjoni bil-virus tal-ilsien blu (serotipi 1-24) u fejn ma jkun ġie kkonfermat l-ebda każ ta’ infezzjoni bil-virus tal-ilsien blu (serotipi 1-24) matul l-aħħar 24 xahar fil-popolazzjoni tal-annimali fil-mira;]”;

F’paġna 202, fl-Anness I, il-Kapitolu 26, il-punti II.2.7.2. u II.2.7.3,

minflok:

(1) u/jew

[II.2.7.2.

ikunu nżammu f’żona staġjonalment ħielsa mill-mard, matul il-perjodu staġjonalment ħieles mill-mard, għal perjodu ta’ mill-inqas 60 jum qabel u waqt il-ġbir tal-ooċiti, f’pajjiż terz, territorju jew żona tiegħu bi programm ta’ eradikazzjoni approvat kontra infezzjoni bil-virus tal-ilsien blu (serotipi 1-24);]

(1) u/jew

[II.2.7.3.

ikunu nżammu f’żona staġjonalment ħielsa mill-mard, matul il-perjodu staġjonalment ħieles mill-mard, għal perjodu ta’ mill-inqas 60 jum qabel u waqt il-ġbir tal-ooċiti, f’pajjiż terz, territorju jew żona tiegħu fejn l-awtorità kompetenti tal-post tal-oriġini tal-kunsinna ta’ ooċiti((1)/embrijuni prodotti in vitro (1) tkun kisbet il-kunsens bil-miktub minn qabel tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-destinazzjoni għall-kundizzjonijiet għall-istabbiliment ta’ dik iż-żona staġjonalment ħielsa mill-mard u sabiex tiġi aċċettata l-kunsinna ta’ ooċiti(1)/embrijuni prodotti in vitro (1);]”,

aqra:

(1) u/jew

[II.2.7.2.

ikunu nżammu f’żona staġjonalment ħielsa mill-mard, matul il-perjodu staġjonalment ħieles mill-mard, għal perjodu ta’ mill-inqas 60 jum qabel u waqt il-ġbir tas-semen, fi Stat Membru jew żona tiegħu bi programm ta’ eradikazzjoni approvat kontra infezzjoni bil-virus tal-ilsien blu (serotipi 1-24);]

(1) u/jew

[II.2.7.3.

ikunu nżammu f’żona staġjonalment ħielsa mill-mard, matul il-perjodu staġjonalment ħieles mill-mard, għal perjodu ta’ mill-inqas 60 jum qabel u waqt il-ġbir tal-ooċiti, fi Stat Membru jew żona tiegħu fejn l-awtorità kompetenti tal-post tal-oriġini tal-kunsinna ta’ ooċiti((1)/embrijuni prodotti in vitro (1) tkun kisbet il-kunsens bil-miktub minn qabel tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-destinazzjoni għall-kundizzjonijiet għall-istabbiliment ta’ dik iż-żona staġjonalment ħielsa mill-mard u sabiex tiġi aċċettata l-kunsinna ta’ ooċiti(1)/embrijuni prodotti in vitro (1);]”;

F’paġna 202, fl-Anness I, il-Kapitolu 26, il-punt II.2.8.1,

minflok:

(1) jew

[II.2.8.1.

ikunu nżammu għal perjodu ta’ mill-inqas 60 jum qabel u waqt il-ġbir tal-ooċiti f’pajjiż terz, territorju jew żona tiegħu fejn ma tkunx ġiet irrapportata EHDV 1-7 għal perjodu ta’ mill-inqas is-sentejn preċedenti f’raġġ ta’ 150 km mill-istabbiliment;]”,

aqra:

(1) jew

[II.2.8.1.

ikunu nżammu għal perjodu ta’ mill-inqas 60 jum qabel u waqt il-ġbir tas-semen fi Stat Membru jew żona tiegħu fejn ma tkunx ġiet irrapportata EHDV 1-7 għal perjodu ta’ mill-inqas is-sentejn preċedenti f’raġġ ta’ 150 km mill-istabbiliment;]”;

F’paġna 202, fl-Anness I, il-Kapitolu 26, il-punt II.2.8.3,

minflok:

(1) u/jew

[II.2.8.3.

kienu residenti fil-pajjiż esportatur li fih, skont is-sejbiet uffiċjali, jeżistu s-serotipi li ġejjin tal-EHDV: … u jkunu ġew soġġetti, b’riżultati negattivi f’kull każ, għat-testijiet li ġejjin imwettqa f’laboratorju uffiċjali:]”,

aqra:

(1) u/jew

[II.2.8.3.

kienu residenti fl-Istat Membru li fih, skont is-sejbiet uffiċjali, jeżistu s-serotipi li ġejjin tal-EHDV: … u jkunu ġew soġġetti, b’riżultati negattivi f’kull każ, għat-testijiet li ġejjin imwettqa f’laboratorju uffiċjali:]”.