3.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 73/16


REGOLAMENT (UE) 2021/379 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tat-22 ta’ Jannar 2021

dwar l-entrati tal-karta bilanċjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tas-settur tal-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (riformulazzjoni) (BĊE/2021/2)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 5 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 tat-23 ta’ Novembru 1998 dwar il-ġbir ta’ tagħrif statistiku mill-Bank Ċentrali Ewropew (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 5(1) u 6(4) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2531/98 tat-23 ta’ Novembru 1998 li għandu x’jaqsam mal-applikazzjoni ta’ riżervi minimi tal-Bank Ċentrali Ewropew (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 1071/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2013/33) (3) ġie emendat u jeħtieġ aktar emendi sostanzjali, b’mod partikolari fid-dawl tal-emendi riċenti għar-Regolament (KE) Nru 1745/2003 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2003/9) (4), ir-Regolament (UE) 2017/1131 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) u r-Regolament (UE) 2019/2033 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6). Għaldaqstant, jenħtieġ li jiġi rriformulat għall-finijiet ta’ ċarezza.

(2)

Il-Kummissjoni Ewropea ġiet ikkonsultata dwar l-emendi għar-rekwiżiti tal-istatistika stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33) skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 2533/98.

(3)

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2533/98 jeżiġi li l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) jispeċifika l-popolazzjoni attwali li tirrapporta fil-limiti tal-popolazzjoni ta’ rapportar ta’ referenza u jintitolah sabiex jeżenta totalment jew parzjalment klassijiet speċifiċi ta’ aġenti tar-rapportar mir-rekwiżiti ta’ rapportar tal-istatistika tiegħu. L-Artikolu 6(4) jipprovdi li l-BĊE jista’ jadotta regolamenti li jispeċifikaw il-kundizzjonijiet li taħthom jista’ jiġi eżerċitat id-dritt għall-verifika jew biex isir il-ġbir obbligatorju ta’ tagħrif statistiku.

(4)

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 2533/98 jeżiġi li l-Istati Membri jorganizzaw ruħhom fil-qasam tal-istatistika u jikkooperaw bis-sħiħ mas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ) biex jiżguraw it-twettiq tal-obbligi li jirriżultaw mill-Artikolu 5 tal-Istatut tas-SEBĊ.

(5)

Is-SEBĊ teżiġi, għat-twettiq tal-kompiti tagħha, tagħrif statistiku dwar l-assi u l-obbligazzjonijiet finanzjarji, f’termini ta’ ammonti u tranżazzjonijiet pendenti, dwar is-settur tal-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (MFIs) u dwar l-istituzzjonijiet ta’ kreditu kif definit fid-dritt tal-Unjoni. Sabiex il-BĊE jingħata stampa statistika komprensiva tal-iżviluppi monetarji fl-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (minn hawn ’il quddiem l-“Istati Membri taż-żona tal-euro”, li huma meqjusa bħala territorju ekonomiku wieħed, jeħtieġ li tiġi prodotta karta bilanċjali konsolidata tas-settur tal-MFIs ibbażata fuq popolazzjoni ta’ rapportar kompluta u omoġenja. Jeħtieġ ukoll tagħrif statistiku dettaljat biżżejjed biex tiġi żgurata l-utilità analitika kontinwa tal-aggregati monetarji taż-żona tal-euro u l-kontropartijiet.

(6)

Ir-Regolament (UE) 2019/2033 jemenda, fost l-oħrajn, id-definizzjoni ta’ “istituzzjonijiet ta’ kreditu” fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) sabiex tinkludi d-ditti tal-investiment sistemiċi. Għaldaqstant, jeħtieġ li r-referenza fid-definizzjoni ta’ “istituzzjoni finanzjarja monetarja” fir-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33) għad-dispożizzjoni emendata rilevanti fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 sabiex tinżamm il-konsistenza fl-istandards, id-definizzjonijiet u l-klassifikazzjonijiet komuni għall-klassifikazzjoni statistika ta’ korporazzjonijiet li jieħdu depożitu, u l-omoġeneità tas-settur tal-MFIs. Madankollu, jeħtieġ ukoll li tiġi żgurata d-disponibbiltà kontinwa tat-tagħrif statistiku dwar l-istituzzjonijiet ta’ kreditu kollha kif definit fl-Artikolu 4(1)(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, kif emendat, inkluż għall-kalkolu tal-bażijiet ta’ riżerva għal dawk l-istituzzjonijiet ta’ kreditu skont ir-Regolament (UE) 2021/378 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2021/1) (8). L-istituzzjonijiet ta’ kreditu li mhumiex MFIs huma għalhekk inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-riformulazzjoni.

(7)

Sabiex jitnaqqas il-piż ġenerali tar-rapportar ikun aħjar jekk it-tagħrif statistiku dwar il-karta bilanċjali ta’ kull xahar jintuża għall-kalkolu regolari tal-bażi ta’ riżerva tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu li huma soġġetti għas-sistema ta’ riżerva minima tal-BĊE, skont ir-Regolament (UE) 2021/378 (BĊE/2021/1). Barra minn hekk, ir-rekwiżiti ta’ rapportar relatati mal-bażi ta’ riżerva jenħtieġ li jkunu adattati sabiex jakkomodaw ir-rapportar ta’ depożiti mqiegħda mal-istituzzjonijiet ta’ kreditu soġġetti għal rekwiżiti ta’ riżerva minima mingħajr referenza għal klassifikazzjoni statistika speċifika.

(8)

Sabiex jiġi ffaċilitat l-issodisfar ta’ rekwiżiti statistiċi minn gruppi ta’ aġenti li jirrapportaw relatati, huwa xieraq li l-MFIs jistgħu jitħallew jirrapportaw f’isem aġenti li jirrapportaw oħrajn li jkunu wkoll MFIs residenti fl-istess Stat Membru. Madankollu huwa meħtieġ li t-tagħrif statistiku rrapportat għal dawk il-gruppi jkun suffiċjenti, fejn relevanti, għall-kalkolu tal-bażi ta’ riżerva ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu skont ir-Regolament (UE) 2021/378 (BĊE/2021/1). Għalhekk, it-tagħrif statistiku meħtieġ għall-kalkolu tal-bażi ta’ riżerva ta’ kull membru ta’ dawk il-gruppi għandu jiġi rrapportat, ħlief meta l-grupp ikun ġie awtorizzat jirrapporta riżervi fuq bażi aggregata għall-grupp bħala ħaġa sħiħa skont ir-Regolament (UE) 2021/378 (BĊE/2021/1).

(9)

Jista’ jkun xieraq li l-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) jiġbru mingħand il-popolazzjoni attwali li tirrapporta it-tagħrif statistiku meħtieġ biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti statistiċi tal-BĊE bħala parti minn qafas ta’ rapportar statistiku usa’ li l-BĊNi jistabbilixxu taħt ir-responsabbiltà tagħhom stess skont id-dritt nazzjonali jew tal-Unjoni jew il-prattika stabbilita u li jservi wkoll skopijiet ta’ statistika oħrajn, sakemm ma jiġix mhedded l-issodisfar tar-rekwiżiti statistiċi tal-BĊE. Dan jista’ jnaqqas ukoll il-piż tar-rapportar. Sabiex titrawwem it-trasparenza, huwa xieraq, f’dawn il-każijiet, li l-aġenti ta’ rapportar jiġu infurmati li d-data tiġi miġbura biex jiġu ssodisfati għanijiet statistiċi oħrajn. F’każijiet speċifiċi, il-BĊE jista’ jibbaża fuq tagħrif statistiku miġbur għal għanijiet bħal dawn biex jissodisfa r-rekwiżiti tiegħu.

(10)

Jeħtieġ li l- BĊE jissorvelja t-trażmissjoni tal-politika monetarja u b’mod partikolari l-impatt tal-bidliet fir-rati tal-imgħax applikati għall-operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament, operazzjonijiet immirati ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal u tax-xiri mwettaq taħt il-programmi ta’ xiri ta’ assi fuq il-kundizzjonijiet ta’ self għall-unitajiet domestiċi u l-korporazzjonijiet mhux finanzjarji. Sabiex il-BĊE jissorvelja l-kundizzjonijiet ta’ kreditu fl-ekonomija reali u r-rwol tiegħu bħala kontroparti għall-aggregati monetarji b’mod aktar effettiv u f’waqtu, jeħtieġ li jinġabar aktar tagħrif statistiku dwar it-titolizzazzjonijiet u trasferimenti oħrajn mill-MFIs fuq bażi ta’ kull xahar, b’mod partikolari dawk relatati ma’ self lil unitajiet domestiċi maqsuma skont l-iskop u self lil korporazzjonijiet mhux finanzjarji maqsuma skont il-maturità.

(11)

Il-BĊE jeħtieġ tagħrif statistiku dwar l-ippuljar ta’ flus kontanti nozzjonali sabiex tkun tista’ ssir distinzjoni bejn l-impatt ta’ depożiti u self f’pools ta’ flus kontanti nozzjonali u dak ta’ depożiti u self oħrajn fl-analiżi tal-iżviluppi monetarji u ta’ kreditu.

(12)

Sabiex tiġi ffaċilitata l-analiżi tal-iżviluppi ta’ kreditu, ċerti definizzjonijiet u prattiki ta’ rapportar jenħtieġ li jkunu allinjati ma’ dawk ta’ rekwiżiti ta’ rapportar regolatorji oħrajn stabbiliti mill-BĊE.

(13)

Jeħtieġ ukoll li d-definizzjoni ta’ fondi tas-suq monetarju (MMFs) tiġi allinjata għal skopijiet ta’ statistika ma’ regoli superviżorji sabiex tiżdied it-trasparenza fis-suq u jiġi ffaċilitat ir-rapportar, sa fejn l-impriżi ta’ investiment kollettiv awtorizzati taħt ir-Regolament (UE) 2017/1131 joħorġu strumenti finanzjarji li huma meqjusa sostituti mill-qrib għal depożiti.

(14)

Sabiex titjieb l-analiżi tal-karta bilanċjali tas-settur tal-MFIs għaż-żona tal-euro kollha kemm hi, jeħtieġ li titħeġġeġ l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta’ rapportar għal ċerti entrati ma’ tagħrif statistiku komplementari pprovdut mill- BĊNi skont il-Linja Gwida BĊE/2014/15 tal-Bank Ċentrali Ewropew (9).

(15)

Sabiex il-BĊE jissorvelja b’mod effettiv l-attività interbankarja, jeħtieġ li jinġabar tagħrif dwar l-assi u l-obbligazzjonijiet bi tqassim skont il-kontropartijiet tal-MFIs u li titjieb il-konsistenza bejn it-tagħrif dwar il-kontropartijiet miġbur fuq bażi ta’ kull xahar u dak miġbur fuq bażi ta’ kull trimestru.

(16)

Barra minn hekk, sabiex tiġi ċċarata r-relazzjoni bejn l-MFIs u partijiet oħrajn tas-settur finanzjarju, inklużi intermedjarji finanzjarji għajr istituzzjonijiet finanzjarji monetarji, u sabiex jingħata appoġġ għall-kompilazzjoni ta’ kontijiet finanzjarji tal-unjoni monetarja, jeħtieġ li jinġabar tagħrif statistiku dwar id-depożiti u l-ekwitajiet bi tqassim tal-kontropartijiet skont is-subsetturi.

(17)

It-tagħrif dwar l-investimenti f’titoli ta’ dejn tal-MFIs maħruġa mill-gvernijiet ta’ kull Stat Membru jrid jinġabar f’waqtu sabiex jiġu mmonitorjati bir-reqqa l-iskoperturi għal dawn it-titoli. It-tagħrif dwar l-Istati Membri jenħtieġ li jkun ikkomplementat b’tagħrif dwar l-assi u l-obbligazzjonijiet mill-awtoritajiet tal-Unjoni, inklużi l-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB) u l-Faċilità Ewropea ta’ Stabbiltà Finanzjarja (EFSF). Barra minn hekk, jeħtieġu aġġornamenti minħabba l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni.

(18)

Jeħtieġ ukoll li jinġabar tagħrif relatat mal-investimenti totali fi proprjetà immobbli sabiex jiġi mmonitorjat il-grad ta’ sjieda ta’ tali assi mill-MFIs, u jinftiehmu aħjar l-iżviluppi fl-assi mhux finanzjarji totali tagħhom.

(19)

Jenħtieġ li jiġu introdotti l-aktar rekwiżiti riċenti ta’ kull xahar u ta’ kull trimestru fir-rigward tal-perijodi ta’ referenza li jaqgħu fi trimestru tas-sena kalendarja sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tagħhom mill-aġenti ta’ rapportar. Għaldaqstant l-ewwel rapportar tar-rekwiżiti ta’ kull xahar huwa għall-perijodu ta’ referenza Jannar 2022, u l-ewwel rapportar tar-rekwiżiti trimestrali jirreferi għall-ewwel trimestru tal-2022. Sabiex tiġi żgurata d-disponibbiltà kontinwa tad-data meħtieġa, jenħtieġ li jinżammu r-rekwiżiti tad-data trimestrali fir-rigward tal-perijodu ta’ referenza tar-raba’ trimestru tal-2021. Ir-rekwiżiti ta’ rapportar stabbiliti skont dan ir-Regolament jenħtieġ għalhekk li japplikaw wara l-perijodu ta’ referenza rispettiv għat-tagħrif ta’ kull xahar li għandu jiġi rrapportat, jiġifieri l-1 ta’ Frar 2022.

(20)

Jeħtieġ li tiġi stabbilita proċedura sabiex isiru emendi tekniċi għall-Annessi ta’ dan ir-Regolament b’mod effettiv, kemm-il darba dawk l-emendi la jibdlu l-qafas kunċettwali sottostanti u lanqas ma jżidu l-piż tar-rapportar. Meta tkun qiegħda tiġi segwita din il-proċedura, jenħtieġ li jitqiesu l-fehmiet tal-Kumitat tal-Istatistika tas-SEBĊ. Jenħtieġ li l-BĊNi jipproponu tali emendi tekniċi għall-Annessi ta’ dan ir-Regolament permezz tal-Kumitat tal-Istatistika.

(21)

Madankollu, sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza tad-dritt, jeħtieġ li d-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament li huma konsegwenza diretta tal-emenda għad-definizzjoni ta’ “istituzzjonijiet ta’ kreditu” skont ir-Regolament (UE) 2019/2033 japplikaw fl-istess ħin tal-emenda fis-26 ta’ Ġunju 2021.

(22)

Għal raġunijiet ta’ konsistenza u ċertezza tad-dritt, jeħtieġ ukoll li d-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament li jirreferu għar-Regolament (UE) 2021/378 (BĊE/2021/1) japplikaw mill-istess data bħad-dispożizzjonijiet ta’ dak ir-Regolament,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti ta’ rapportar għall-aġenti tar-rapportar li ġejjin li huma residenti fit-territorju tal-Istati Membri taż-żona tal-euro fir-rigward tat-tagħrif statistiku dwar l-entrati tal-karta bilanċjali:

(a)

istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (MFIs) għajr istituzzjonijiet ta’ kreditu;

(b)

istituzzjonijiet ta’ kreditu li jkunu jew:

(i)

awtorizzati skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10); jew

(ii)

eżenti minn tali awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 2(5) tad-Direttiva 2013/36/UE;

(c)

fergħat ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu, inklużi fergħat stabbiliti fi Stat Membru taż-żona tal-euro ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu li la l-uffiċċju reġistrat tagħhom u lanqas l-uffiċċju prinċipali tagħhom ma jinsab fi Stat Membru taż-żona tal-euro; iżda esklużi fergħat stabbiliti barra minn Stat Membru taż-żona tal-euro ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu li huma stabbiliti fi Stat Membru taż-żona tal-euro.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“istituzzjoni finanzjarja monetarja” (MFI) tfisser entità li tappartjeni lil xi wieħed mis-setturi li ġejjin:

(a)

banek ċentrali;

(b)

MFIs oħrajn, li jinkludu korporazzjonijiet li jieħdu d-depożitu ħlief għal banek ċentrali, u fondi tas-suq monetarju (MMFs);

(2)

“istituzzjoni ta’ kreditu” tfisser “istituzzjoni ta’ kreditu” kif definit fl-Artikolu 4(1)(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(3)

“korporazzjonijiet li jieħdu d-depożitu ħlief għal banek ċentrali” tfisser kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

dawk l-istituzzjonijiet ta’ kreditu li n-negozju tagħhom huwa msemmi fl-Artikolu 4(1)(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(b)

istituzzjonijiet finanzjarji għajr dawk imsemmija fil-punt (a) li l-attività prinċipali tagħhom hija l-intermedjazzjoni finanzjarja kif imsemmi fil-paragrafu 2.56 fl-Anness A tar-Regolament (UE) Nru 549/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11), u li n-negozju tagħhom huwa li jirċievu depożiti u/jew sostituti mill-qrib għal depożiti, kif imsemmi fil-Parti 1 tal-Anness I, minn unitajiet istituzzjonali inkluż minn dawk li mhumiex MFIs u li jagħtu self u/jew jinvestu f’titoli f’isimhom stess;

(c)

istituzzjonijiet ta’ flus elettroniċi li huma prinċipalment involuti f’intermedjazzjoni finanzjarja kif imsemmi fil-punt (b) fil-forma ta’ ħruġ ta’ flus elettroniċi;

(4)

“istituzzjoni ta’ kreditu li mhijiex MFI” tfisser istituzzjoni ta’ kreditu li n-negozju tagħha ma jikkonsistix fl-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 4(1)(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(5)

“fondi tas-suq monetarju” jew “MMFs” tfisser impriżi ta’ investiment kollettiv li ġew awtorizzati skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2017/1131 u li joħorġu ishma jew unitajiet li huma sostituti mill-qrib għal depożiti kif imsemmi fil-Parti 1 tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament;

(6)

“aġenti tar-rapportar” tfisser “aġenti tar-rapportar” kif definit fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 2533/98;

(7)

“residenti” tfisser “residenti” kif definit fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 2533/98;

(8)

“BĊN rilevanti” tfisser il-bank ċentrali nazzjonali tal-Istat Membru taż-żona tal-euro fejn l-aġent tar-rapportar huwa residenti;

(9)

“korporazzjoni ta’ veikoli finanzjarji” jew “FVC” tfisser “korporazzjoni ta’ veikoli finanzjarji” kif definit fl-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) Nru 1075/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2013/40) (12);

(10)

“titolizzazzjoni” tfisser tranżazzjoni li hija jew: titolizzazzjoni tradizzjonali kif definit fl-Artikolu 2(9) tar-Regolament (UE) 2017/2402 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13), jew titolizzazzjoni kif definit fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) Nru 1075/2013 (BĊE/2013/40) li fiha hemm disponiment ta’ self li jkun qiegħed jiġi titolizzat lil FVC;

(11)

“istituzzjoni tal-flus elettroniċi” tfisser “istituzzjoni tal-flus elettroniċi” kif definit fl-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14);

(12)

“flus elettroniċi” tfisser “flus elettroniċi” kif definit fl-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 2009/110/KE;

(13)

“tniżżil fil-valur” tfisser it-tnaqqis dirett tal-ammont riportat ta’ self fuq il-karta bilanċjali minħabba l-indeboliment tiegħu;

(14)

“tħassir” tfisser tħassir tal-ammont riportat sħiħ ta’ self li jwassal għat-tneħħija tiegħu mill-karta bilanċjali.

(15)

“servizzjant” tfisser MFI li tiġġestixxi self sottostanti għal titolizzazzjoni jew self li ġie ttrasferit b’xi mod ieħor f’termini tal-ġbir ta’ kapital u ta’ imgħax mingħand l-obbliganti;

(16)

“pożizzjonijiet intragrupp” tfisser self lil jew dipożiti mingħand korporazzjonijiet taż-żona tal-euro li jieħdu depożiti li jappartjenu għall-istess grupp, li jikkonsisti f’korporazzjoni omm u l-membri tal-grupp residenti fiż-żona tal-euro li huma kkontrollati minnha direttament jew indirettament;

(17)

“istituzzjoni żgħira (“tail”)” tfisser MFI li ngħatat deroga skont l-Artikolu 9(1) u (2), jew istituzzjoni ta’ kreditu li mhijiex MFI li ngħatat deroga skont l-Artikolu 9(5)(a);

(18)

“proviżjonament għat-telf mis-self” tfisser konċessjonijiet imwarrba mill-aġent tar-rapportar għal telf mis-self skont il-prattiki tal-kontabilità applikabbli;

(19)

“investimenti f’titoli” tfisser titoli miżmuma mill-aġent tar-rapportar emittenti, li jirriżultaw minn waħda jew oħra minn dawn li ġejjin:

(a)

ir-ritenzjoni tat-titoli mal-ħruġ jew ix-xiri mill-aġent tar-rapportar ta’ titoli mibjugħin preċedentement, li jkunu rreġistrati fil-karta bilanċjali tal-kontabilità tal-aġent tar-rapportar emittenti;

(b)

ir-ritenzjoni tat-titoli mal-ħruġ jew ix-xiri mill-aġent tar-rapportar ta’ titoli mibjugħin preċedentement, li ma jkunux irreġistrati fil-karta bilanċjali tal-kontabilità iżda jintużaw jew ikunu disponibbli għall-użu mill-emittent għal operazzjonijiet tas-suq;

(20)

“ippuljar ta’ flus kontanti nozzjonali” tfisser arranġamenti ta’ ppuljar ta’ flus kontanti pprovduti minn MFI jew MFIs lil grupp ta’ entitajiet (“parteċipanti fl-ippuljar”) meta l-imgħax li jkollha tħallas jew tirċievi l-MFI jkun ikkalkulat fuq il-bażi ta’ pożizzjoni netta “nozzjonali” tal-kontijiet kollha fil-pool u meta dak il-grupp ta’ entitajiet:

(a)

kull waħda minnhom iżżomm kontijiet separati; u

(b)

tista’ tippreleva overdrafts fuq bażi ta’ depożiti ta’ parteċipanti oħrajn fil-pool, mingħajr trasferiment ta’ fondi bejn il-kontijiet;

(21)

“fergħa” tfisser “fergħa” kif definit fl-Artikolu 4(1)(17) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(22)

“irtirar tar-rikonoxximent” tfisser it-tneħħija ta’ self jew ta’ parti minnu mill-ammonti pendenti skont il-Partijiet 2 u 3 tal-Anness I;

(23)

“trasferiment ta’ self” tfisser akkwist jew disponiment mill-aġent tar-rapportar ta’ self jew pool ta’ self, miksub jew bi trasferiment tas-sjieda jew b’subparteċipazzjoni;

(24)

“fużjoni” tfisser operazzjoni li biha istituzzjoni waħda jew aktar (l-istituzzjonijiet akkwistati), meta jiġu xolti mingħajr ma jidħlu f’likwidazzjoni, jittrasferixxu l-assi u l-obbligazzjonijiet kollha tagħhom lil istituzzjoni oħra (l-istituzzjoni akkwirenti), li tista’ tkun istituzzjoni li tkun għadha kemm ġiet stabbilita;

Artikolu 3

Popolazzjoni attwali tar-rapportar

1.   Il-popolazzjoni attwali tar-rapportar għandha tikkonsisti minn MFIs u istituzzjonijiet ta’ kreditu li mhumiex MFIs li jkunu residenti fit-territorju tal-Istati Membri taż-żona tal-euro.

2.   Meta l-BĊNi jiġbru tagħrif statistiku dwar ir-residenza tad-detenturi ta’ ishma/unitajiet tal-MMF minn intermedjarji finanzjarji oħrajn ħlief għal korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni u fondi ta’ pensjoni (OFIs), kif definit fil-paragrafi 2.86 sa 2.94 tal-Anness A tar-Regolament (UE) Nru 549/2013, skont l-Artikolu 5(4) ta’ dan ir-Regolament, dawk il-BĊNi jistgħu jinkludu dawk l-OFIs bħala parti mill-popolazzjoni attwali tar-rapportar għall-finijiet tal-Artikolu 5(4) ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 4

Lista ta’ MFIs għal skopijiet statistiċi

1.   Il-Bord Eżekuttiv għandu jistabbilixxi u jżomm lista ta’ MFIs ibbażata fuq it-tagħrif statistiku reġistrat mill-BĊNi kif imsemmi fl-Artikolu 4 tal-Linja Gwida (UE) 2018/876 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2018/16) (15).

2.   Il-BĊE għandu jippubblika l-lista aġġornata tal-MFIs għal skopijiet statistiċi, inkluż b’mezzi elettroniċi.

3.   Meta l-aħħar verżjoni aċċessibbli tal-lista ma tkunx korretta, il-BĊE ma għandux jimponi sanzjonijiet fuq xi aġent tar-rapportar li ma jissodisfax kif xieraq ir-rekwiżiti ta’ rapportar statistiku tiegħu taħt dan ir-Regolament sakemm dak l-aġent tar-rapportar ikun ibbaża in bona fide fuq il-lista mhux korretta.

L-aġenti tar-rapportar għandhom jirrapportaw it-tagħrif statistiku meħtieġ skont dan ir-Regolament meta l-esklużjoni tagħhom mil-lista tkun manifestament żbaljata.

Artikolu 5

Rekwiżiti ta’ rapportar statistiku

1.   L-MFIs għandhom jirrapportaw it-tagħrif statistiku kollu li ġej lill-BĊN rilevanti:

(a)

l-ammonti pendenti fl-aħħar tax-xahar speċifikati fit-Tabella 1 fil-Parti 2 tal-Anness I;

(b)

l-aġġustamenti fir-rivalwazzjoni ta’ kull xahar speċifikati bħala rekwiżiti minimi fit-Tabella 1 A fil-Parti 4 tal-Anness 1, u l-aġġustamenti fir-rivalwazzjoni l-oħrajn ta’ kull xahar f’dik it-tabella fejn meħtieġ mill-BĊN rilevanti;

(c)

it-trasferimenti ta’ self nett ta’ kull xahar speċifikati fit-Tabella 5a fil-Parti 5 tal-Anness I;

(d)

l-ammonti pendenti fl-aħħar tax-xahar u l-aġġustamenti fir-rivalwazzjoni ta’ kull xahar ta’ self trasferit speċifikat fit-Tabella 5b fil-Parti 5 tal-Anness I;

(e)

l-ammonti pendenti fl-aħħar tat-trimestru speċifikati fit-Tabelli 2, 3 u 4 fil-Parti 3 tal-Anness I;

(f)

l-aġġustamenti fir-rivalwazzjoni ta’ kull trimestru speċifikati bħala rekwiżiti minimi fit-Tabella 2 A fil-Parti 4 tal-Anness 1, u l-aġġustamenti fir-rivalwazzjoni l-oħrajn ta’ kull trimestru f’dik it-tabella fejn meħtieġ mill-BĊN rilevanti.

Il-BĊNi jistgħu jiġbru t-tagħrif statistiku trimestrali speċifikat fil-punti (e) u (f) tal-ewwel subparagrafu fuq bażi ta’ kull xahar meta dan il-ġbir jiffaċilita l-proċess tal-produzzjoni tad-data.

2.   L-istituzzjonijiet ta’ kreditu li mhumiex MFIs għandhom jirrapportaw lill-BĊN rilevanti t-tagħrif statistiku kollu li ġej:

(a)

l-ammonti pendenti fl-aħħar tax-xahar speċifikati fit-Tabella 1 fil-Parti 2 tal-Anness I, bl-eċċezzjoni ta’ dan li ġej:

(i)

pożizzjonijiet ta’ pools ta’ flus kontanti nozzjonali;

(ii)

ishma/unitajiet tal-MMF maħruġa;

(b)

l-aġġustamenti fir-rivalwazzjoni ta’ kull xahar speċifikati bħala rekwiżiti minimi fit-Tabella 1 A fil-Parti 4 tal-Anness 1, u l-aġġustamenti fir-rivalwazzjoni l-oħrajn ta’ kull xahar f’dik it-tabella fejn meħtieġ mill-BĊN rilevanti, bl-eċċezzjoni ta’ dan li ġej:

(i)

pożizzjonijiet ta’ pools ta’ flus kontanti nozzjonali;

(ii)

ishma/unitajiet tal-MMF maħruġa;

(c)

l-ammonti pendenti fl-aħħar tat-trimestru speċifikati fit-Tabella 2 fil-Parti 3 tal-Anness I, bl-eċċezzjoni tal-entrati li jirreferu għal tqassim ta’ self skont il-maturitajiet residwi;

(d)

l-ammonti pendenti fl-aħħar tat-trimestru speċifikati fit-Tabelli 3 u 4 fil-Parti 3 tal-Anness I;

(e)

l-aġġustamenti fir-rivalwazzjoni ta’ kull trimestru speċifikati bħala rekwiżiti minimi fit-Tabella 2 A fil-Parti 4 tal-Anness 1, u l-aġġustamenti fir-rivalwazzjoni l-oħrajn ta’ kull trimestru f’dik it-tabella fejn meħtieġ mill-BĊN rilevanti.

Il-BĊNi jistgħu jiġbru t-tagħrif statistiku trimestrali speċifikat fil-punti (c) sa (e) tal-ewwel subparagrafu fuq bażi ta’ kull xahar meta dan il-ġbir jiffaċilita l-proċess tal-produzzjoni tad-data.

3.   Il-BĊNi jistgħu jiġbru t-tagħrif statistiku skont il-paragrafi 1 u 2 dwar it-titoli maħruġa u miżmuma fuq bażi ta’ titolu b’titolu meta t-tagħrif statistiku jkun derivat skont l-istandards minimi speċifikati fl-Anness IV.

4.   Il-BĊNi jistgħu jiġbru tagħrif statistiku dwar ir-residenza tad-detenturi ta’ ishm/unitajiet ta’ MMFs maħruġa mill-MFIs minn sorsi disponibbli oħrajn kif stabbilit fit-Taqsima 5.7 tal-Parti 2 tal-Anness I meta dak it-tagħrif jikkonforma mal-istandards minimi definiti fl-Anness IV.

Artikolu 6

Rapportar dwar il-gruppi mill-MFIs

1.   Meta kumpanija omm u s-sussidjarji tagħha jkunu MFIs residenti fl-istess Stat Membru, il-kumpanija omm tista’ tikkonsolida t-tagħrif statistiku dwar in-negozju ta’ dawn is-sussidjarji fit-tagħrif statistiku rapportat skont l-Artikolu 5(1). Meta l-grupp ikun jinkludi istituzzjonijiet ta’ kreditu u MFIs oħrajn, dak it-tagħrif statistiku għandu jiġi rrapportat separatament għal istituzzjonijiet ta’ kreditu u MFIs oħrajn.

2.   Il-BĊN rilevanti jista’ jawtorizza lil istituzzjoni ta’ kreditu tirrapporta t-tagħrif statistiku msemmi fl-Artikolu 5(1) f’isem grupp ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu fuq bażi aggregata, fejn japplikaw dawn kollha li ġejjin:

(a)

l-istituzzjoni ta’ kreditu ma tkunx qiegħda tikkonsolida t-tagħrif statistiku dwar in-negozju ta’ dawn is-sussidjarji fit-tagħrif statistiku rrapportat b’applikazzjoni tal-Artikolu 5(1) skont il-paragrafu 1;

(b)

il-BĊN rilevanti jkun ta permess li jinżammu riżervi minimi permezz ta’ dik l-istituzzjoni ta’ kreditu skont l-Artikolu 10(5) tar-Regolament (UE) 2021/378 (BĊE/2021/1) u meta dik l-istituzzjoni ta’ kreditu tkun l-istituzzjoni intermedjarja fit-tifsira tal-Artikolu 10(1) ta’ dak ir-Regolament;

(c)

il-membri kollha tal-grupp ikunu MFIs residenti fl-istess Stat Membru.

Meta istituzzjoni ta’ kreditu tkun ġiet awtorizzata mill-BĊN rilevanti skont l-ewwel subparagrafu, dik l-istituzzjoni ta’ kreditu għandha tirrapporta t-tagħrif statistiku fil-karta bilanċjali tagħha stess u fuq il-karta bilanċjali ta’ kull membru tal-grupp, fuq bażi aggregata, skont l-Artikolu 5(1).

3.   Meta l-MFIs jirrapportaw fuq bażi ta grupp skont il-paragrafi 1 u 2, huma għandhom jirrapportaw, bħala minimu, it-tagħrif stipulat fit-Tabella 1 fil-Parti 1 tal-Anness III għall-finijiet tal-kalkolu tal-bażi ta’ riżerva ta’ kull membru tal-grupp skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2021/378 (BĊE/2021/1).

Meta MFI li tirrapporta fuq il-bażi ta’ grupp skont il-paragrafi 1 u 2 tkun ingħatat permess sabiex tirrapporta l-bażi ta’ riżerva fuq bażi aggregata skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2021/378 (BĊE/2021/1), l-ewwel subparagrafu ma għandux japplika.

4.   Il-membri kollha tal-gruppi msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jiġu inklużi separatament fil-lista tal-MFIs imsemmija fl-Artikolu 4.

Artikolu 7

Tempesitività

1.   Il-BĊNi għandhom jiddeterminaw il-frekwenza u t-tempesitività li bihom jirċievu t-tagħrif statistiku mill-aġenti tar-rapportar skont dan ir-Regolament sabiex jissodisfaw l-iskadenzi tar-rapportar imsemmija fil-paragrafi 2 u 3, u għandhom jinformaw lill-aġenti tar-rapportar dwarhom.

2.   Il-BĊNi għandhom jittrażmettu l-istatistika ta’ kull xahar lill-BĊE sa tmiem il-15-il jum ta’ xogħol ta’ wara l-aħħar tax-xahar li tirreferi għalih.

3.   Il-BĊNi għandhom jittrażmettu l-istatistika ta’ kull trimestru lill-BĊE sa tmiem it-28 jum ta’ xogħol ta’ wara l-aħħar tat-trimestru li tirreferi għalih.

Artikolu 8

Regoli ta’ kontabilità għal skopijiet ta’ rapportar statistiku

1.   Għall-iskopijiet ta’ rapportar skont dan ir-Regolament u sakemm ma jkunx ipprovdut mod ieħor, l-aġenti tar-rapportar għandhom isegwu r-regoli ta’ kontabilità stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 86/635/KEE (16) u fi kwalunkwe standard internazzjonali applikabbli ieħor.

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, l-aġenti tar-rapportar għandhom jirrapportaw l-assi u l-obbligazzjonijiet finanzjarji kollha fuq bażi gross.

2.   Meta l-aġenti tar-rapportar jirrapportaw obbligazzjonijiet ta’ depożitu u self, għandu japplika dan li ġej:

(a)

l-aġenti tar-rapportar għandhom jirrapportaw l-ammonti ta’ kapital pendenti fl-aħħar tax-xahar ta’ obbligazzjonijiet ta’ depożitu u self.

(b)

l-aġenti tar-rapportar għandhom jeskludu tħassir u tniżżil fil-valur kif determinat mill-prattiki kontabilistiċi rilevanti mill-ammont imsemmi fil-punt (a).

(c)

l-aġenti tar-rapportar ma għandhomx jinnettjaw l-obbligazzjonijiet ta’ depożitu u self kontra kwalunkwe assi jew obbligazzjoni oħra.

3.   Il-BĊNi jistgħu jippermettu lill-aġenti tar-rapportar kollha sabiex jirrapportaw self wara t-tnaqqis tal-proviżjonament għat-telf mis-self meta jkunu ppermettew lill-aġenti tar-rapportar kollha jagħmlu dan qabel l-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament skont l-Artikolu 8(4) tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33).

4.   L-MFIs għandhom jeskludu mill-ammonti ta’ assi u obbligazzjonijiet rispettivi l-investimenti proprji f’titoli ta’ dejn u ekwitajiet li jkunu ħarġu. Il-BĊNi jistgħu jippermettu lill-MFIs jirrapportaw l-investimenti proprji f’titoli fi ħdan l-assi u l-obbligazzjonijiet rispettivi, inkluż fuq bażi ta’ titolu b’titolu skont l-Artikolu 5(3), meta l-BĊN ikun jista’ joħroġ it-tqassim tal-assi u l-obbligazzjonijiet neċessarji speċifikati fl-Anness I, minbarra l-ammonti tal-investimenti proprji f’titoli.

Artikolu 9

Derogi

1.   Il-BĊNi jistgħu jagħtu derogi lil MFIs żgħar mir-rekwiżiti ta’ rapportar statistiku msemmija fl-Artikolu 5(1) sakemm dawn it-tnejn li ġejjin japplikaw:

(a)

il-kontribuzzjoni kombinata tal-MFIs żgħar kollha li jingħataw deroga ma taqbiżx il-5 % tal-ammonti pendenti tal-assi totali tal-karta bilanċjali tal-MFIs nazzjonali;

(b)

il-kontribuzzjoni kombinata tal-MMFs kollha li jingħataw deroga ma taqbiżx wieħed jew l-ieħor mil-livelli limiti li ġejjin:

(i)

10 % tal-ammonti pendenti tal-assi totali tal-karta bilanċjali tal-MMFs nazzjonali, meta dik il-karta bilanċjali tal-MMFs nazzjonali tkun tammonta għal iżjed minn 15 % tal-karta bilanċjali totali tal-MMFs taż-żona tal-euro;

(ii)

30 % tal-ammonti pendenti tal-assi totali tal-karta bilanċjali tal-MMFs nazzjonali, meta dik il-karta bilanċjali tal-MMFs nazzjonali tkun tammonta għal inqas minn 15 % tal-karta bilanċjali totali tal-MMFs taż-żona tal-euro, ħlief meta dik il-karta bilanċjali tal-MMFs nazzjonali tkun tammonta għal inqas minn 1 % tal-karta bilanċjali totali tal-MMFs taż-żona tal-euro, f’liema każ ma għandu japplika ebda livell limitu.

Meta l-BĊNi jagħtu derogi skont l-ewwel subparagrafu, bħala minimu għandhom jiġbru t-tagħrif statistiku kollu li ġej:

(a)

l-ammont pendenti tal-assi totali fuq bażi annwali;

(b)

it-tagħrif statistiku msemmi fl-Anness III meħtieġ biex tiġi kkalkulata l-bażi ta’ riżerva tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2021/378 (BĊE/2021/1).

2.   Il-BĊNi jistgħu jagħtu derogi lil MFIs żgħar li jkunu istituzzjonijiet ta’ kreditu mir-rekwiżiti ta’ rapportar statistiku stabbiliti fl-Anness I, skont il-Parti 6 ta’ dak l-Anness, diment li dawn it-tnejn li ġejjin japplikaw:

(a)

il-kontribuzzjoni kombinata tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu kollha li jingħataw derogi ma tkunx taqbeż l-10 % tal-ammonti pendenti tal-assi totali tal-karta bilanċjali tal-MFIs nazzjonali; u

(b)

il-kontribuzzjoni kombinata tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu kollha li jingħataw derogi ma tkunx taqbeż il-1 % tal-ammonti pendenti tal-assi totali tal-karta bilanċjali tal-MFIs aggregati taż-żona tal-euro.

3.   Istituzzjonijiet żgħar (“tail”) jistgħu jew japplikaw id-derogi li jkunu ngħataw mill-BĊNi skont il-paragrafi 1, 2 jew 5(a) jew jirrapportaw it-tagħrif statistiku skont l-Artikolu 5.

4.   Il-BĊNi jistgħu ukoll jagħtu derogi lil MMFs mir-rekwiżiti tar-rapportar statistiku li ġejjin:

(a)

ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5(1), meta dawn kollha li ġejjin japplikaw:

(i)

L-MMFs jirrapportaw tagħrif statistiku dwar entrati tal-karta bilanċjali skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 1073/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2013/38) (17);

(ii)

L-MMFs jirrapportaw it-tagħrif statistiku msemmi fil-punt (i) fuq bażi ta’ kull xahar skont il-paragrafu 1 tal-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1073/2013 (BĊE/2013/38), u fit-tempesitività deċiża mill-BĊNi skont l-Artikolu 9 tiegħu;

(iii)

L-MMFs jirrapportaw l-ammonti pendenti fl-aħħar tax-xahar ta’ ishma/unitajiet ta’ MMF maħruġa fit-tempesitività determinata mill-BĊNi skont l-Artikolu 7 ta’ dan ir-Regolament;

(b)

kwalunkwe wieħed mir-rekwiżiti ta’ rapportar statistiku li ġejjin stabbiliti fl-Anness I:

(i)

it-tqassim ta’ depożiti ta’ u self mogħti lil kontropartijiet li mhumiex MFIs kif imsemmi fit-Taqsima 5.1 tal-Parti 2 tal-Anness I u t-tqassim ta’ pożizzjonijiet ma’ kontropartijiet MFIs kif imsemmi fit-Taqsima 5.2 tal-Parti 2 tal-Anness I;

(ii)

it-tagħrif dwar l-imgħax akkumulat fuq self u depożiti msemmi fit-Taqsima 7 tal-Parti 2 tal-Anness I;

(iii)

it-tqassim separat skont is-setturi tas-settur tal-korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni u tas-settur tal-fondi tal-pensjoni msemmija fit-Taqsima 5.1 tal-Parti 2 tal-Anness I;

(iv)

it-tagħrif dwar is-self u d-depożiti intragrupp imsemmija fit-Taqsima 5.3 tal-Parti 2 tal-Anness I;

(v)

it-tqassim skont is-setturi msemmi fit-Taqsima 3 tal-Parti 3 tal-Anness I;

(vi)

it-tqassim skont il-pajjiżi msemmi fit-Taqsima 7 tal-Parti 3 tal-Anness I;

(vii)

it-tagħrif dwar l-investimenti fil-proprjetà immobbli msemmija fit-Taqsima 4 tal-Parti 3 tal-Anness I;

(viii)

it-tqassim tal-ekwità msemmija fit-Taqsima 6 tal-Parti 3 tal-Anness I;

(ix)

it-tagħrif dwar titolizzazzjonijiet u trasferimenti ta’ self oħrajn imsemmija fil-Parti 5 tal-Anness I.

(c)

ir-rekwiżiti ta’ rapportar statistiku dwar ir-residenza tad-detenturi ta’ ishma jew unitajiet ta’ MMFs imsemmija fit-Taqsima 5.7 tal-Parti 2 tal-Anness I, meta tapplika kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(i)

l-ishma/unitajiet ta’ MMF jinħarġu għall-ewwel darba;

(ii)

it-tagħrif statistiku meħtieġ dwar ir-residenza tad-detenturi ta’ ishma/unitajiet ta’ MMF jinġabar minn sorsi oħrajn skont it-Taqsima 5.7 tal-Parti 2 tal-Anness I;

(iii)

ma jkunx aktar possibbli, minħabba żviluppi fis-suq, għall-BĊNi li jiġbru t-tagħrif meħtieġ dwar ir-residenza tad-detenturi ta’ ishma/unitajiet ta’ MMF kif imsemmi fil-punt (ii).

Meta l-BĊNi jagħtu derogi lil MMFs skont is-subpunti (i), (ii), (v) jew (vi) tal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, huma għandhom jiżguraw li l-kontribuzzjoni kombinata tad-derogi għall-ammont pendenti totali korrispondenti għal kull entrata fil-karta bilanċjali tal-MFIs nazzjonali ma taqbiżx il-5 %.

Meta l-BĊNi jagħtu derogi lill-MMFs skont is-subpunt (iii) tal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, huma għandhom jiddistingwu blokki separati għall-pożizzjonijiet ta’ assi u obbligazzjonijiet u għar-residenti domestiċi u r-residenti ta’ Stati Membri oħrajn taż-żona tal-euro u jiżguraw li l-kontribuzzjoni tas-setturi tal-korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni u tal-fondi ta’ pensjoni kombinata f’kull blokka li għaliha tapplika d-deroga, ma taqbiżx il-5 % tal-blokka rilevanti tal-karta bilanċjali tal-MMFs nazzjonali

Meta l-BĊNi jagħtu derogi lill-MMFs skont is-subpunti (i) u (iii) tal-punt (c) tal-ewwel subparagrafu, dawk id-derogi għandhom japplikaw għal perijodu ta’ 12-il xahar.

5.   Il-BĊNi jistgħu jagħtu derogi lil istituzzjonijiet ta’ kreditu li mhumiex MFIs minn kwalunkwe wieħed mir-rekwiżiti tar-rapportar statistiku li ġejjin:

(a)

ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 5(2) meta l-ammonti pendenti tal-assi totali tal-aġent tar-rapportar ikunu EUR 350 miljun jew inqas;

(b)

kwalunkwe wieħed mir-rekwiżiti ta’ rapportar statistiku li ġejjin stabbiliti fl-Anness I:

(i)

it-tagħrif dwar it-tqassim skont il-maturità ta’ self denominat f’euro lil korporazzjonijiet mhux finanzjarji;

(ii)

it-tagħrif dwar il-maturità u t-tqassim skont l-iskop tas-self ta’ self denominat f’euro lil unitajiet domestiċi u istituzzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ li jservu l-unitajiet domestiċi;

(iii)

it-tqassim ta’ kapital u riżervi msemmija fit-Taqsima 6 tal-Parti 2 tal-Anness I;

(iv)

it-tagħrif dwar l-investimenti fil-proprjetà immobbli msemmija fit-Taqsima 4 tal-Parti 3 tal-Anness I;

(v)

it-tqassim tal-ekwità msemmija fit-Taqsima 7 tal-Parti 3 tal-Anness I;

(vi)

it-tagħrif dwar l-imgħax akkumulat fuq self u depożiti msemmi fit-Taqsima 7 tal-Parti 2 tal-Anness I;

(vii)

it-tagħrif dwar l-investiment proprji f’titoli stabbilit fit-Tabella 1 fil-Parti 2 tal-Anness I.

Meta l-BĊNi jagħtu derogi skont il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, bħala minimu għandhom jiġbru t-tagħrif statistiku kollu li ġej:

(a)

l-ammont pendenti tal-assi totali fuq bażi annwali;

(b)

it-tagħrif statistiku msemmi fl-Anness III meħtieġ biex tiġi kkalkulata l-bażi ta’ riżerva tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2021/378 (BĊE/2021/1).

6.   Il-BĊNi jistgħu jagħtu d-derogi li ġejjin lil MFIs u lil istituzzjonijiet ta’ kreditu li mhumiex MFIs mir-rekwiżit li jirrapportaw aġġustamenti fir-rivalwazzjoni skont l-Artikolu 5(1) u (2):

(a)

deroga lill-MMFs mir-rekwiżit li jirrapportaw aġġustamenti fir-rivalwazzjoni stabbiliti fil-Parti 4 tal-Anness I;

(b)

deroga lil MFIs u lil istituzzjonijiet ta’ kreditu li mhumiex MFIs mir-rekwiżit li jirrapportaw aġġustamenti fir-rivalwazzjoni dwar titoli stabbiliti fit-Tabella 1 A fil-Parti 4 tal-Anness I fuq bażi ta’ kull xahar. Meta tingħata deroga skont dan il-punt, l-aġenti tar-rapportar għandhom jirrapportaw dawk l-aġġustamenti fir-rivalwazzjoni fuq bażi ta’ kull trimestru u għandhom jipprovdu lill-BĊNi dawn it-tnejn li ġejjin meta jkunu mitluba:

(i)

il-metodi ta’ valwazzjoni użati għar-rapportar ta’ tagħrif statistiku dwar titoli u tagħrif dwar is-sehem tal-investimenti tagħhom li għalihom japplikaw id-diversi metodi ta’ valwazzjoni; u

(ii)

l-identifikazzjoni tax-xahar li fih isseħħ rivalwazzjoni sostanzjali tal-prezz fit-trimestru.

(c)

Il-BĊNi jistgħu jagħtu derogi lil MFIs u lil istituzzjonijiet ta’ kreditu li mhumiex MFIs mir-rekwiżit li jirrapportaw aġġustamenti fir-rivalwazzjoni stabbiliti fil-Parti 4 tal-Anness I meta l-aġent tar-rapportar jirrapporta l-ammonti pendenti ta’ titoli fl-aħħar tax-xahar fuq bażi ta’ titolu b’titolu. Meta tingħata deroga skont dan il-punt, dawn it-tnejn li ġejjin għandhom japplikaw:

(i)

it-tagħrif rapportat ikun jinkludi, għal kull titolu, il-valur kontabilistiku tiegħu fuq il-karta bilanċjali; u

(ii)

għal titoli mingħajr kodiċijiet ta’ identifikazzjoni disponibbli pubblikament, it-tagħrif rapportat ikun jinkludi tagħrif dwar il-kategorija ta’ strumenti, il-maturità u l-emittent li huwa suffiċjenti biex jiġi dderivat it-tqassim speċifikat bħala “rekwiżiti minimi” fit-Tabelli 1 A u 2 A tal-Parti 4 tal-Anness I.

7.   Il-BĊNi jistgħu jagħtu derogi lil MFIs mir-rekwiżiti ta’ rapportar statistiku msemmija fit-Taqsimiet 7 sa 9 tal-Parti 3 tal-Anness I relatati ma’ Stat Membru mhux fiż-żona tal-euro meta xi waħda minn dawn li ġejjin japplikaw:

(a)

it-tagħrif statistiku miġbur f’livell ogħla ta’ aggregazzjoni jkun juri li l-pożizzjonijiet ma’ kontropartijiet residenti f’dak l-Istat Membru mhux fiż-żona tal-euro huma insinifikanti;

(b)

it-tagħrif statistiku miġbur f’livell ogħla ta’ aggregazzjoni jkun juri li l-pożizzjonijiet fil-munita ta’ dak l-Istat Membru mhux fiż-żona tal-euro huma insinifikanti;

Meta BĊN jagħti derogi lil MFIs skont l-ewwel subparagrafu relatati ma’ pajjiż li jaderixxi mal-Unjoni, il-BĊN jista’ jirtira dawk id-derogi 12-il xahar wara li jinforma lill-MFIs dwar l-intenzjoni tiegħu li jirtira dawk id-derogi.

Meta BĊNi jagħtu derogi lil MFIs skont l-ewwel subparagrafu, jistgħu wkoll jagħtu dawk l-istess derogi lil istituzzjonijiet ta’ kreditu li mhumiex MFIs.

8.   Il-BĊNi jistgħu jagħtu derogi lil MFIs mir-rekwiżiti ta’ rapportar statistiku dwar l-ippuljar ta’ flus kontanti nozzjonali kif stabbilit fil-Parti 2 tal-Anness I fil-każijiet li ġejjin:

(a)

meta l-ammonti pendenti ta’ depożiti ta’ flus kontanti nozzjonali minn, jew self lil, residenti fiż-żona tal-euro (minbarra MFIs) fil-karta bilanċjali tal-MFIs nazzjonali ma jaqbżux iż-EUR 2 biljun;

(b)

meta l-livell limitu msemmi fil-punt (a) jinqabeż, il-BĊNi jistgħu jagħtu derogi lil MFI meta l-ammonti pendenti tad-depożiti ta’ pools ta’ flus kontanti nozzjonali minn, jew self li, residenti taż-żona tal-euro (minbarra MFIs) ma jaqbżux il-EUR 500 miljun.

9.   Il-BĊNi jistgħu jagħtu derogi lil MFIs fir-rigward tar-rekwiżit li jidentifikaw separatament is-self lil kumpaniji b’membru wieħed/soċjetajiet mingħajr status legali msemmi fit-Taqsima 3 tal-Parti 2 tal-Anness I meta dak is-self ikun jinkludi inqas minn 5 % tas-self totali lil unitajiet domestiċi fil-karta bilanċjali tal-MFIs nazzjonali.

Meta l-BĊNi jagħtu derogi lil MFIs skont l-ewwel subparagrafu, huma għandhom jagħtu wkoll dawk l-istess derogi lil istituzzjonijiet ta’ kreditu li mhumiex MFIs.

10.   Meta l-BĊNi jagħtu derogi skont il-paragrafi 1, 2, 4, 5 u 9, huma għandhom jivverifikaw li l-livelli limiti msemmija fihom ma jinqabżux. Il-verifika għandha ssir fi żmien xieraq sabiex jagħtu jew jirtiraw, jekk ikun meħtieġ, kwalunkwe deroga b’effett mill-bidu tas-sena sussegwenti.

Meta l-BĊNi jagħtu derogi skont il-paragrafu 8, huma għandhom jivverifikaw li l-livelli limiti msemmija fih ma jinqabżux. Dik il-verifika għandha ssir mill-inqas darba kull sentejn u fi żmien xieraq sabiex jagħtu jew jirtiraw, jekk ikun meħtieġ, kwalunkwe deroga b’effett mill-bidu tas-sena sussegwenti.

Artikolu 10

Standards minimi u arranġamenti ta’ rapportar nazzjonali

1.   L-aġenti tar-rapportar għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tar-rapportar statistiku li għalihom ikunu soġġetti skont l-istandards minimi għat-trażmissjoni, l-akkuratezza, il-konformità mal-kunċetti u r-reviżjonijiet speċifikati fl-Anness IV.

2.   Il-BĊNi għandhom jiddefinixxu u jimplimentaw l-arranġamenti tar-rapportar li jridu jiġu segwiti mill-popolazzjoni attwali tar-rapportar skont ir-rekwiżiti nazzjonali. Il-BĊNi għandhom jiżguraw li dawn l-arranġamenti tar-rapportar jipprovdu t-tagħrif statistiku meħtieġ u jippermettu verifika akkurata li l-istandards minimi għat-trażmissjoni, l-akkuratezza u l-konformità mal-kunċetti u r-reviżjonijiet speċifikati fl-Anness IV ikunu ssodisfati.

Artikolu 11

Fużjonijiet, diviżjonijiet u riorganizzazzjonijiet

1.   Aġent attwali tar-rapportar għandu jinnotifika lill-BĊN rilevanti dwar fużjoni, diviżjoni jew kwalunkwe riorganizzazzjoni oħra meta:

(a)

dik il-fużjoni, id-diviżjoni jew riorganizzazzjoni oħra x’aktarx li taffettwa l-issodisfar tar-rekwiżiti tar-rapportar ta’ aġent attwali tar-rapportar; u

(b)

l-intenzjoni li tiġi implimentata l-operazzjoni msemmija fil-punt (a) tkun magħrufa mill-pubbliku.

2.   In-notifika msemmija fil-paragrafu 1 għandha:

(a)

tingħata fi żmien raġonevoli qabel ma l-fużjoni, id-diviżjoni jew kwalunkwe riorganizzazzjoni oħra ssir effettiva; u

(b)

tispeċifika l-proċeduri li jkunu se jintużaw sabiex ir-rekwiżiti ta’ rapportar statistiku stabbiliti f’dan ir-Regolament jiġu ssodisfati.

3.   Meta fużjoni bejn aġenti tar-rapportar isseħħ bejn it-tmiem tal-perijodu ta’ referenza u l-iskadenza għar-rapportar tat-tagħrif statistiku għal dak il-perijodu ta’ referenza determinat mill-BĊN rilevanti skont l-Artikolu 7(1), l-istituzzjoni akkwirenti għandha tissodisfa r-rekwiżiti ta’ rapportar tal-istituzzjonijiet akkwistati għal dak il-perijodu ta’ referenza daqslikieku dik il-fużjoni ma seħħitx.

4.   Meta fużjoni bejn aġenti tar-rapportar isseħħ waqt perijodu ta’ referenza, il-BĊNi jistgħu jippermettu lill-istituzzjoni akkwirenti tirrapporta tagħrif statistiku għall-istituzzjonijiet akkwistati separatament mit-tagħrif statistiku tagħha għal dak il-perijodu ta’ referenza u għal perijodi ta’ referenza sussegwenti.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-BĊNi ma jistgħux jippermettu lill-istituzzjoni akkwirenti tirrapporta tagħrif statistiku għall-istituzzjonijiet akkwistati separatament mit-tagħrif statistiku tagħha għal perijodu ta’ aktar minn sitt xhur wara l-fużjoni.

Artikolu 12

Rapportar ta’ tagħrif statistiku dwar il-bażi ta’ riżerva

1.   L-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jirrapportaw lill-BĊN rilevanti t-tagħrif statistiku msemmi fl-Anness III li jkun meħtieġ biex tiġi kkalkulata l-bażi ta’ riżerva tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2021/378 (BĊE/2021/1).

2.   L-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jirrapportaw, bħala minimu, it-tagħrif statistiku stabbilit fit-Tabella 1 fil-Parti 1 tal-Anness III fuq bażi trimestrali meta japplikaw dawn li ġejjin:

(a)

l-istituzzjoni ta’ kreditu tkun istituzzjoni żgħira (“tail”);

(b)

l-istituzzjoni ta’ kreditu tkun tirrapporta f’isem grupp, skont l-Artikolu 6, li jikkonsisti biss f’istituzzjonijiet żgħar (“tail”).

Artikolu 13

Verifika u ġbir obbligatorju

Il-BĊNi għandhom jeżerċitaw id-dritt li jivverifikaw jew jiġbru b’mod obbligatorju t-tagħrif li l-aġenti tar-rapportar huma mitluba jipprovdu bis-saħħa ta’ dan ir-Regolament, mingħajr ħsara għad-dritt tal-BĊE li jeżerċità dawn id-drittijiet huwa stess. B’mod partikolari, il-BĊNi għandhom jeżerċitaw dan id-dritt meta istituzzjoni inkluża fil-popolazzjoni attwali tar-rapportar ma tissodisfax l-istandards minimi ta’ trażmissjoni, akkuratezza, konformità mal-kunċetti u reviżjonijiet speċifikati fl-Anness IV.

Artikolu 14

L-ewwel rapportar

1.   L-ewwel rapportar ta’ tagħrif statistiku ta’ kull xahar skont l-Artikolu 5(1) u (2) għandu jibda b’data għal Jannar 2022.

2.   L-ewwel rapportar ta’ tagħrif statistiku ta’ kull trimestru skont l-Artikolu 5(1) u (2) għandu jibda b’data għall-ewwel trimestru tal-2022.

Artikolu 15

proċedura ta’ emenda simplifikata

Wara li jqis il-fehmiet tal-Kumitat tal-Istatistika tas-SEBĊ, il-Bord Eżekuttiv tal-BĊE għandu jagħmel kwalunkwe emenda teknika meħtieġa fl-Annessi, sakemm dawk l-emendi la jibdlu l-qafas kunċettwali sottostanti, u lanqas ma jaffettwaw il-piż tar-rapportar tal-aġenti tar-rapportar fl-Istati Membri. Il-Bord Eżekuttiv għandu jinforma lill-Kunsill Governattiv bi kwalunkwe emenda bħal din mingħajr dewmien żejjed..

Artikolu 16

Revoka

1.   Ir-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33) huwa mħassar b’effett mis-26 ta’ Ġunju 2021.

2.   Referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni stabbilita fl-Anness VI.

Artikolu 17

Dispożizzjonijiet tranżitorji

1.   L-MFIs kif imsemmija fl-Artikolu 2(1) għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33) mis-26 ta’ Ġunju 2021 sal-1 ta’ Frar 2022.

2.   L-istituzzjonijiet ta’ kreditu li mhumiex MFIs kif imsemmija fl-Artikolu 2(4) għandhom japplikaw ir-rekwiżiti ta’ rapportar applikabbli għall-MFIs stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33) mis-26 ta’ Ġunju 2021 sal-1 ta’ Frar 2022, bl-eċċezzjoni tar-rekwiżiti ta’ rapportar stabbiliti fl-Artikolu 6 ta’ dak ir-Regolament. Bl-eċċezzjoni tat-tagħrif statistiku msemmi fl-Anness III meħtieġ biex tiġi kkalkulata l-bażi ta’ riżerva tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2021/378 (BĊE/2021/1), il-BĊNi jistgħu jispeċifikaw data għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu li mhumiex MFIs sabiex jirrapportaw it-tagħrif skont dan il-paragrafu. Dik id-data ma għandhiex tkun aktar tard mill-31 ta’ Marzu 2022.

3.   Il-BĊNi jistgħu jagħtu derogi lil istituzzjonijiet ta’ kreditu li mhumiex MFIs mir-rekwiżiti ta’ rapportar statistiku msemmija fil-paragrafu 1 meta l-ammonti pendenti tal-assi totali tal-aġent tar-rapportar ikunu EUR 350 miljun jew inqas.

Meta l-BĊNi jagħtu derogi skont l-ewwel subparagrafu, bħala minimu għandhom jiġbru t-tagħrif statistiku msemmi fl-Anness III li jkun meħtieġ biex tiġi kkalkulata l-bażi ta’ riżerva tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2021/378 (BĊE/2021/1).

4.   Għall-finijiet tal-paragrafi 1 u 2, l-aġenti tar-rapportar ma għandhomx ikunu meħtieġa jirrapportaw it-tqassim skont il-kollateral immobiljari ta’ kreditu msemmi fit-Taqsima 1 tal-Parti 3 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33).

5.   L-aġenti tar-rapportar għandhom ikomplu jirrapportaw ċerti entrati tat-tagħrif tal-karta bilanċjali fuq bażi trimestrali, skont it-tielet sentenza tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33) u kif speċifikat fl-Anness I ta’ dak ir-Regolament, sat-28 ta’ Frar 2022.

6.   Għall-perijodu ta’ bejn is-26 ta’ Ġunju 2021 u l-1 ta’ Fraf 2022, meta l-aġenti tar-rapportar imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 jirrapportaw obbligazzjonijiet dovuti lil istituzzjonijiet ta’ kreditu li jkunu soġġetti għal rekwiżiti ta’ riżerva minimi taħt ir-Regolament (UE) 2021/378 (BĊE/2021/1), huma għandhom jinkludu l-obbligazzjonijiet tagħhom dovuti lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu li mhumiex MFIs f’dak ir-rapportar.

Artikolu 18

Dispożizzjoni finali

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ħames jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għandu japplika mis-26 ta’ Ġunju 2021.

Madankollu, l-Artikoli 5, 8 u 9 għandhom japplikaw mill-1 ta’ Frar 2022.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri f’konformità mat-Trattati.

Magħmul fi Frankfurt am Main, it-22 ta’ Jannar 2021.

Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE

Il-President tal-BĊE

Christine LAGARDE


(1)  ĠU L 318, 27.11.1998, p. 8.

(2)  ĠU L 318, 27.11.1998, p. 1.

(3)  Regolament (UE) Nru 1071/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-24 ta’ Settembru 2013 dwar il-karta tal-bilanċ ikkonsolidata tas-settur tal-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (riformulazzjoni) (BĊE/2013/33) (ĠU L 297, 7.11.2013, p. 1).

(4)  Ir-Regolament (KE) Nru 1745/2003 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-12 ta’ Settembru tal-2003 dwar l-applikazzjoni ta’ riżervi minimi (BĊE/2003/9) (ĠU L 250, 2.10.2003, p. 10). Emendi reċenti għar-Regolament (KE) Nru 1745/2003 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2003/9) huma inklużi fir-riformulazzjoni ta’ dak ir-Regolament fir-Regolament (UE) 2021/378 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Jannar 2021 dwar l-applikazzjoni ta’ riżervi minimi (BĊE/2021/1) (Ara paġna 1 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(5)  Regolament (UE) 2017/1131 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar il-fondi tas-suq monetarju (ĠU L 169, 30.6.2017, p. 8).

(6)  Regolament (UE) 2019/2033 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2019 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali tad-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 575/2013, (UE) Nru 600/2014 u (UE) Nru 806/2014 (ĠU L 314, 5.12.2019, p. 1).

(7)  Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1.).

(8)  Regolament (UE) 2021/378 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Jannar 2021 dwar l-applikazzjoni ta’ riżervi minimi (BĊE/2021/1) (Ara paġna 1 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(9)  Linja Gwida BĊE/2014/15 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-4 ta’ April 2014 dwar statistika monetarja u finanzjarja (ĠU L 340, 26.11.2014, p. 1).

(10)  Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).

(11)  Ir-Regolament (UE) Nru 549/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar is-sistema Ewropea tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 174, 26.6.2013, p. 1).

(12)  Regolament (UE) Nru 1075/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-18 ta’ Ottubru 2013 dwar statistika fuq l-attiv u l-passiv ta’ korporazzjonijiet finanzjarji vettura nvoluti fi tranżazzjonijiet ta’ titolizzazzjoni (BĊE/2013/40) (ĠU L 297, 7.11.2013, p. 107).

(13)  Regolament (UE) 2017/2402 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2017 li jistabbilixxi qafas ġenerali għat-titolizzazzjoni u li joħloq qafas speċifiku għal titolizzazzjoni sempliċi, trasparenti u standardizzata, u li jemenda d-Direttivi 2009/65/KE, 2009/138/KE u 2011/61/UE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 347, 28.12.2017, p. 35).

(14)  Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar il-bidu, l-eżerċizzju u s-superviżjoni prudenzjali tan-negozju tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi li temenda d-Direttivi 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 2000/46/KE (ĠU L 267, 10.10.2009, p. 7).

(15)  Il-Linja Gwida (UE) 2018/876 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-1 ta’ Ġunju 2018 dwar id-Database tar-Reġistru tal-Istituzzjonijiet u l-Affiljati (RIAD) (BĊE/2018/16) (ĠU L 154, 18.6.2018, p. 3).

(16)  Direttiva tal-Kunsill 86/635/KEE tat-8 ta’ Diċembru 1986 dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati tal-banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħra (ĠU L 372, 31.12.1986, p. 1).

(17)  Regolament (UE) Nru 1073/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-18 ta’ Ottubru 2013 dwar statistika dwar l-attiv u l-passiv ta’ fondi ta’ investiment (BĊE/2013/38) (ĠU L 297, 7.11.2013, p. 73).


ANNESS I

REKWIŻITI TA’ RAPPORTAR STATISTIKU

PARTI 1

Identifikazzjoni ta’ ċerti MFIs ibbażata fuq prinċipji ta’ sostitwibbilità ta’ depożiti

1.1

Istituzzjonijiet finanzjarji minbarra istituzzjonijiet ta’ kreditu li joħorġu strumenti finanzjarji kkunsidrati bħala sostituti mill-qrib għal depożiti għandhom jiġu kklassifikati bħala MFIs sakemm jissodisfaw id-definizzjoni ta’ MFI f’aspetti oħra. Il-klassifikazzjoni għandha tkun ibbażata fuq il-kriterji tas-sostitwibbiltà tad-depożiti, jiġifieri jekk l-obbligazzjonijiet għandhomx ikunu kklassifikati bħala depożiti, li jiġi ddeterminat mil-likwidità tagħhom, mill-kombinazzjoni ta’ karatteristiċi ta’ trasferibbiltà, konvertibbiltà, ċertezza u kummerċjabilità, u billi jitqies, fejn xieraq, it-terminu tal-ħruġ tagħhom.

Dawn il-kriterji għas-sostitwibbiltà tad-depożiti għandhom jiġu applikati wkoll biex jiġi ddeterminat jekk l-obbligazzjonijiet għandhomx jiġu kklassifikati bħala depożiti, sakemm ma jkunx hemm kategorija separata għal dawn l-obbligazzjonijiet.

1.2.

Għall-finijiet kemm tad-determinazzjoni tas-sostitwibbiltà tad-depożiti kif ukoll tal-klassifikazzjoni ta’ obbligazzjonijiet bħala depożiti:

(a)

trasferibbiltà tirreferi għall-possibbiltà li jiġu mmobilizzati fondi mqiegħda fi strument finanzjarju permezz ta’ faċilitajiet ta’ ħlas, bħalma huma ċekkijiet, ordnijiet ta’ trasferiment, debiti diretti jew mezzi simili;

(b)

konvertibbiltà tirreferi għall-possibbiltà u l-kost tal-konverżjoni ta’ strumenti finanzjarji f’munita jew f’depożiti trasferibbli; it-telf ta’ vantaġġi fiskali fil-każ ta’ din il-konverżjoni jista’ jitqies bħala penali li tnaqqas il-grad ta’ likwidità;

(c)

ċertezza tfisser li jkun magħruf eżattament minn qabel il-valur kapitali ta’ strument finanzjarju f’termini ta’ munita nazzjonali;

(d)

titoli kkwotati u nnegozjati regolarment f’suq organizzat jitqiesu bħala negozjabbli. Għal ishma f’impriżi ta’ investiment kollettiv bla żmien speċifiku, ma hemm l-ebda suq fis-sens tas-soltu. Madankollu, l-investituri jkunu jafu l-kwotazzjoni tal-ishma ta’ kuljum u jistgħu jiġbdu l-fondi b’dan il-prezz.

1.3.

Ishma/unitajiet maħruġa minn impriżi ta’ investiment kollettiv li joperaw biss bħala skemi ta’ tfaddil għall-impjegati u meta taħt dawk l-iskemi l-investituri jkollhom permess biss li jifdu l-investiment tagħhom skont termini ta’ tifdija restrittivi mhux marbuta ma’ żviluppi tas-suq ma għandhomx jitqiesu bħala sostituti viċini għad-depożiti.

PARTI 2

Il-karta bilanċjali (ammonti pendenti ta’ kull xahar)

Biex jikkompila l-aggregati monetarji taż-żona tal-euro u l-kontrapartijiet, il-BĊE jeħtieġ id-data fit-Tabella 1. Data addizzjonali hija meħtieġa għall-finijiet tas-sistema ta’ riżerva minima tal-BĊE. Ir-rekwiżiti ta’ kull xahar huma kif ġej:

1.   Kategoriji ta’ strumenti

(a)   Obbligazzjonijiet

Il-kategoriji ta’ strumenti rilevanti huma: muniti fiċ-ċirkolazzjoni, obbligazzjonijiet ta’ depożiti, ishma/unitajiet ta’ MMF maħruġa, titoli ta’ dejn maħruġa, kapital u riżervi u l-obbligazzjonijiet li jifdal. Sabiex l-obbligazzjonijiet monetarji jiġu separati minn dawk mhux monetarji, l-obbligazzjonijiet ta’ depożiti għandhom jinqasmu wkoll f’depożiti ta’ matul il-lejl, depożiti b’maturità miftiehma, depożiti li jistgħu jiġu mifdija b’avviż u ftehimiet ta’ riakkwist (repos). Ara d-definizzjonijiet fl-Anness II.

(b)   Assi

Il-kategoriji ta’ strumenti rilevanti huma: flus kontanti, self, titoli ta’ dejn miżmuma, ekwità, ishma f’fond ta’ investiment, assi mhux finanzjarji u assi li jifdal. Ara d-definizzjonijiet fl-Anness II.

2.   Tqassim skont il-maturità

L-iskadenzi tal-maturità oriġinali jipprovdu sostitut għad-dettall tal-istrument meta l-istrumenti finanzjarji ma jkunux kompletament paragunabbli bejn is-swieq.

(a)   Obbligazzjonijiet

Il-punti ta’ skadenza għall-faxex tal-maturità, jew għal perijodi ta’ avviż, huma: għal depożiti b’maturità miftiehma, b’maturità ta’ sena u ta’ sentejn meta jinħarġu; u għal depożiti li jistgħu jiġu mifdija b’avviż, b’avviż ta’ tliet xhur u ta’ sentejn. Ir-riakkwisti ma għandhomx jinqasmu skont il-maturità peress illi dawn normalment ikunu strumenti għal żmien qasir ħafna, jiġifieri b’maturità ta’ inqas minn tliet xhur meta jinħarġu. Titoli ta’ dejn maħruġa mill-MFIs għandhom jinqasmu f’dawk ta’ sena u dawk ta’ sentejn. L-ebda tqassim skont il-maturità ma huwa meħtieġ għal ishma/unitajiet maħruġa minn MMFs.

(b)   Assi

Il-punti ta’ skadenza għall-faxex tal-maturità huma: għal self lil residenti taż-żona tal-euro (minbarra MFIs) skont is-subsettur u wkoll għal self lil unitajiet domestiċi skont l-iskop, b’faxex ta’ maturità ta’ sena u ta’ ħames snin, b’punt ta’ skadenza addizzjonali ta’ sentejn għal self lil korporazzjonijiet mhux finanzjarji taż-żona tal-euro u lil unitajiet domestiċi skont l-iskop denominat f’euro; u għal investimenti f’titoli ta’ dejn maħruġin minn MFIs li jinsabu fiż-żona tal-euro, b’faxex ta’ maturita ta’ sena u sentejn.

3.   Tqassim skont l-iskop u identifikazzjoni separata ta’ self lil kumpaniji b’membru wieħed/soċjetajiet mingħajr status legali

Self lil unitajiet domestiċi u lil istituzzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ li jservu l-unitajiet domestiċi għandu jkompli jinqasam skont l-iskop tas-self (kreditu għall-konsum, self għal xiri ta’ dar, self ieħor). Fil-kategorija “self ieħor”, is-self mogħti lil kumpaniji b’membru wieħed/soċjetajiet mingħajr status legali għandu jiġi identifikat separatament.

4.   Tqassim skont il-munita

Għal entrati tal-karta bilanċjali li jistgħu jintużaw fil-kompilazzjoni ta’ aggregati monetarji, il-bilanċi f’euro jridu jiġu identifikati separatament sabiex il-BĊE jkollu l-għażla li jiddefinixxi l-aggregati monetarji f’termini ta’ bilanċi denominati fil-muniti kollha kombinati jew fl-euro biss.

5.   Tqassim skont is-settur u r-residenza tal-kontropartijiet

5.1.

Il-kompilazzjoni tal-aggregati monetarji taż-żona tal-euro u tal-kontrapartijiet tirrikjedi l-identifikazzjoni ta’ dawk il-kontrapartijiet li jifformaw is-settur taż-żamma tal-flus li jinsabu fit-territorju taż-żona tal-euro. Għal dan il-għan, il-kontrapartijiet li mhumiex MFIs għandhom jinqasmu, kif stabbilit fis-Sistema Ewropea ta’ Kontijiet riveduta (minn hawn ’il quddiem “ESA 2010”) stabbilita mir-Regolament (UE) Nru 549/2013 (ara l-Parti 3 tal-Anness II), fi gvern ġenerali (S.13), bil-gvern ċentrali (S.1311) identifikat separatament fit-total tal-obbligazzjonijiet ta’ depożiti, u setturi residenti oħra. Sabiex tiġi kkalkolata diżaggregazzjoni tas-settur ta’ kull xahar tal-aggregati monetarji u tal-kontrapartijiet ta’ kreditu, setturi residenti oħrajn għandhom jinqasmu ulterjorment skont is-subsetturi li ġejjin: korporazzjonijiet mhux finanzjarji (S.11), unitajiet domestiċi + istituzzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ li jservu l-unitajiet domestiċi (S.14 + S.15), korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni (S.128), fondi ta’ pensjoni (S.129), fondi tal-investiment mhux MMFs (S.124), intermedjarji finanzjarji oħrajn (S.125), awżiljarji finanzjarji (S.126), u istituzzjonijiet finanzjarji kaptivi u selliefa tal-flus (S.127). Għall-finijiet ta’ rapportar ta’ ċerti entrati tal-karta bilanċjali, bħal self u titoli ta’ dejn, dawn l-aħħar tliet setturi għandhom jingħaqdu flimkien (S.125 + S.126 + S.127). Għandha ssir distinzjoni addizzjonali għal kontropartijiet li huma FVCs u kontropartijiet ċentrali tal-ikklerjar, fi ħdan intermedjarji finanzjarji oħrajn (S.125). Għal kumpaniji b’membru wieħed/soċjetajiet mingħajr status legali ara t-Taqsima 3.

Għall-finijiet tas-sistema ta’ riżerva minima tal-BĊE, għandha ssir distinzjoni fit-Tabella 1 għall-gvern ċentrali fir-rigward tat-total tal-obbligazzjonijiet ta’ depożiti u l-kategoriji ta’ depożitu “depożiti b’maturità miftiehma ta’ aktar minn sentejn”, “depożiti li jistgħu jiġu mifdija b’avviż ta’ aktar minn sentejn” u “riakkwisti”. Barra minn hekk għall-kalkolu tal-bażi ta’ riżerva, għandu jinġabar tagħrif rigward l-obbligazzjonijiet lil istituzzjonijiet ta’ kreditu oħrajn soġġetti għal rekwiżiti minimi ta’ riżerva, kif speċifikat fil-Parti 1 tal-Anness III.

5.2.

Il-kontropartijiet tal-MFIs għandhom jinqasmu f’banek ċentrali (S.121), b’identifikazzjoni separata tal-BĊE, korporazzjonijiet li jieħdu depożiti minbarra l-banek ċentrali (S.122), u MMFs (S.123). Dan biex ikun hemm fehim aħjar tal-politiki ta’ self u finanzjament fis-settur bankarju u biex jitjieb il-monitoraġġ tal-attivitajiet interbankarji.

5.3.

Fir-rigward ta’ pożizzjonijiet intragrupp, għandha ssir distinzjoni addizzjonali għall-pożizzjonijiet ta’ self u ta’ depożiti tal-aġenti tar-rapportar u tranżazzjonijiet ma’ korporazzjonijiet li jieħdu d-depożiti minbarra l-banek ċentrali (S.122) sabiex tkun tista’ ssir l-identifikazzjoni ta’ interkonnessjonijiet bejn entitajiet li jappartjenu għall-istess grupp (domestiċi u ta’ Stati Membri oħrajn taż-żona tal-euro).

5.4.

Fir-rigward ta’ investimenti f’titoli ta’ dejn b’maturità oriġinali sa sena, bi tqassim skont il-munita, għandha ssir distinzjoni addizzjonali għall-gvern ġenerali (S.13) sabiex tiġi żgurata stampa aħjar tal-interkonnessjonijiet bejn sovrani u banek.

5.5.

Ċerti depożiti/self li jirriżultaw minn riakkwisti/retro riakkwisti jew operazzjonijiet simili jistgħu jkunu relatati ma’ tranżazzjonijiet ma’ kontropartijiet ċentrali. Kontraparti ċentrali hija entità li legalment tintervjeni bejn il-kontrapartijiet għal kuntratti negozjati fi swieq finanzjarji, u ssir ix-xerrej għal kull bejjiegħ u l-bejjiegħ ghal kull xerrej. Skont l-Artikolu 8(2), tali negozju jrid jiġi rrapportat taħt depożiti u self, irrispettivament mit-trattament li japplika għal finijiet ta’ rapportar oħrajn. Minħabba li tali tranżazzjonijiet spiss huma sostituti għal negozju bilaterali fost l-MFIs, għandha ssir distinzjoni addizzjonali għar-riakkwisti u għar-retro riakkwisti li jinvolvu kontropartjiet ċentrali li jkunu kklassifikati bħala intermedjarji finanzjarji oħrajn (S.125).

5.6.

Il-kontropartijiet “domestiċi” għandhom ikunu identifikati separatament minn kontropartijiet “taż-żona tal-euro ħlief dawk domestiċi” fir-rigward tat-tqassim statistiku kollu. Kontropartijiet li jinsabu fl-Istati Membri għandhom jiġu identifikati skont is-settur domestiku tagħhom jew il-klassifikazzjoni istituzzjonali skont il-listi miżmuma mill-BĊE għal skopijiet statistiċi, il-“Manual on MFI balance sheet statistics” tal-BĊE u l-ESA 2010. L-istituzzjonijiet tal-UE li huma residenti taż-żona tal-euro iżda mhumiex residenti ta’ Stat Membru (il-BĊE huwa eżempju) għandhon jiġu rrapportati bħala kontropartijiet “taż-żona tal-euro għajr dawk domestiċi”. Il-kontropartijiet li jinsabu barra mill-Istati Membri għandhom jiġu kklassifikati skont is-Sistema tal-Kontijiet Nazzjonali (iktar ’il quddiem l-“SNA 2008”).

5.7.

Fil-każ ta’ ishma/unitajiet ta’ MMFs maħruġin mill-MFIs tal-Istati Membri taż-żona tal-euro, l-aġenti tar-rapportar għandhom jirrapportaw bħala minimu d-data dwar ir-residenza tad-detenturi skont tqassim f’domestiċi/taż-żona tal-euro għajr dawk domestiċi/bqija tad-dinja sabiex ikunu jistgħu jiġi esklużi l-investimenti ta’ non-residenti taż-żona tal-euro. Il-BĊNi jistgħu jiksbu t-tagħrif statistiku neċessarju mid-data li tinġabar fuq il-bażi tar-Regolament (UE) Nru 1011/2012 (BĊE/2012/24), sakemm id-data tkun konformi mat-tempestività skont l-Artikolu 7 ta’ dan ir-Regolament u mal-istandards minimi definiti fl-Anness IV.

(a)

Fir-rigward ta’ ishma/unitajiet ta’ MMF li għalihom, b’konformità mad-dritt nazzjonali, jinżamm reġistru li jidentifika d-detenturi tagħhom, inkluż tagħrif dwar ir-residenza tad-detenturi, l-MMFs emittenti jew il-persuni li jirrappreżentawhom legalment għandhom jirrapportaw data dwar it-tqassim skont ir-residenza tad-detenturi tal-ishma/unitajiet maħruġa tagħhom fil-karta bilanċjali ta’ kull xahar.

(b)

Fir-rigward ta’ ishma/unitajiet ta’ MMFs li għalihom ma jinżammx reġistru li jidentifika d-detenturi tagħhom, b’konformità mad-dritt nazzjonali, jew li għalihom jinżamm reġistru iżda ma jkunx fih tagħrif dwar ir-residenza tad-detenturi, l-aġenti tar-rapportar għandhom jirrapportaw data dwar it-tqassim skont ir-residenza skont l-approċċ deċiż mill-BĊN rilevanti bi ftehim mal-BĊE. Dan ir-rekwiżit huwa limitat għal waħda mill-opzjonijiet li ġejjin, jew kombinazzjoni tagħhom; dawn l-opzjonijiet għandhom jintgħażlu wara li jitqiesu l-organizzazzjoni tas-swieq rilevanti u l-arranġamenti legali nazzjonali fl-Istat Membru inkwistjoni. Dan ir-rekwiżit se jkun immonitorjat minn żmien għal żmien mill-BĊN.

(i)

MMFs emittenti:

L-MMFs emittenti jew il-persuni li jirrappreżentawhom legalment għandhom jirrapportaw data dwar it-tqassim skont ir-residenza tad-detenturi tal-ishma/unitajiet maħruġa tagħhom. Dan it-tagħrif jista’ jiġi mingħand l-aġent li jqassam l-ishma/unitajiet jew mingħand xi entità oħra involuta fil-ħruġ, ix-xiri lura jew it-trasferiment tal-ishma/unitajiet.

(ii)

MFIs u OFIs bħala kustodji ta’ ishma/unitajiet tal-MMF:

Bħala aġenti tar-rapportar, l-MFIs u l-OFIs li jaġixxu bħala kustodji tal-ishma/unitajiet tal-MMF għandhom jirrapportaw data dwar it-tqassim skont ir-residenza tad-detenturi tal-ishma/unitajiet maħruġa minn MMFs residenti u miżmuma f’kustodja f’isem id-detentur jew intermedjarju ieħor li jaġixxi wkoll bħala kustodju. Din l-opzjoni hija applikabbli jekk: (i) il-kustodju jiddistingwi ishma/unitajiet tal-MMFs miżmuma f’kustodja f’isem id-detenturi minn dawk miżmuma f’isem kustodji oħrajn; u (ii) il-biċċa l-kbira tal-ishma/unitajiet tal-MMF ikunu fil-kustodja ta’ istituzzjonijiet domestiċi residenti li huma kklassifikati bħala intermedjarji finanzjarji (MFIs jew OFIs).

(iii)

MFIs u OFIs bħala aġenti tar-rapportar ta’ tranżazzjonijiet ta’ residenti ma’ non-residenti li jinvolvu ishma/unitajiet ta’ MMF residenti:

Bħala aġenti tar-rapportar, l-MFIs u l-OFIs li jaġixxu bħala aġenti tar-rapportar ta’ tranżazzjonijiet ta’ residenti ma’ non-residenti li jinvolvu ishma/unitajiet ta’ MMF residenti għandhom jirrapportaw id-data dwar it-tqassim skont ir-residenza tad-detenturi tal-ishma/unitajiet maħruġa minn MMFs residenti, li jinnegozjaw f’isem id-detentur jew intermedjarju ieħor involut ukoll fit-tranżazzjoni. Din l-opzjoni hija applikabbli jekk: (i) il-kopertura tar-rapportar tkun komprensiva, jiġifieri tkopri b’mod sostanzjali t-tranżazzjonijiet kollha mwettqa mill-aġenti tar-rapportar; (ii) tingħata data akkurata dwar ix-xiri u l-bejgħ ma’ non-residenti taż-żona tal-euro; (iii) id-differenzi bejn il-valur tal-ħruġ u l-valur tal-fidi, bl-esklużjoni tat-tariffi, tal-istess ishma/unitajiet ikunu minimi; (iv) l-ammont ta’ ishma/unitajiet miżmuma minn non-residenti taż-żona tal-euro u maħruġa minn MMFs residenti jkun baxx.

(iv)

Jekk l-opzjonijiet (i) sa (ii) ma japplikawx, l-aġenti tar-rapportar, inklużi l-MFIs u l-OFIs, għandhom jirrapportaw id-data rilevanti fuq il-bażi tat-tagħrif disponibbli.

6.   Tqassim ta’ kapital u riżervi

Dan it-tqassim huwa meħtieġ biex jingħata tagħrif dwar il-komponenti tal-kontabbiltà ta’ kapital u riżervi u biex tiġi mmonitorjata l-interazzjoni ta’ din l-entrata ma’ żviluppi oħrajn tal-karta bilanċjali.

7.   L-identifikazzjoni ta’ pożizzjonijiet fil-karta bilanċjali għal derivattivi u imgħax akkumulat fuq self u depożiti fl-assi li jifdal u fl-obbligazzjonijiet li jifdal.

Dan it-tqassim huwa meħtieġ sabiex tissaħħaħ il-konsistenza fl-istatistika.

8.   Investimenti proprji f’titoli

It-Tabella 1 teħtieġ tagħrif dwar l-investimenti proprji tal-MFIs fit-titoli ta’ dejn u ekwitajiet, li huma esklużi mill-assi u l-obbligazzjonijiet skont l-Artikolu 8(4).

Image 1

Image 2

Image 3

Image 4

PARTI 3

Il-karta bilanċjali (ammonti pendenti ta’ kull trimestru)

Sabiex ikun hemm analiżi ulterjuri tal-iżviluppi monetarji u biex iservu skopijiet statistiċi oħra, il-BĊE jeħtieġ dan li ġej fir-rigward ta’ entrati ewlenin:

1.

Tqassim skont is-subsettur u l-maturità ta’ kreditu lil istituzzjonijiet li mhumiex MFIs fiż-żona tal-euro (ara t-Tabella 2).

Dan hu meħtieġ sabiex ikun jista’ jsir monitoraġġ tal-istruttura sħiħa tas-subsettur u tal-maturità tal-finanzjament ta’ kreditu ġenerali (self u titoli) fir-rigward tas-settur taż-żamma tal-flus.

Għal self denominat f’euro b’maturità oriġinali ta’ aktar minn sena u b’maturità oriġinali ta’ aktar minn sentejn lil korporazzjonijiet mhux finanzjarji u unitajiet domestiċi, huma meħtieġa aktar pożizzjonijiet “li minnhom” għal ċerti maturitajiet residwi u perijodi ta’ risettjar mill-ġdid tar-rata tal-imgħax (ara t-Tabella 2). Ir-risettjar ta’ rata tal-imgħax għandu jinftiehem bħala bidla fir-rata tal-imgħax ta’ self stipulata fil-kuntratt ta’ self kurrenti. Self soġġett għar-risettjar tar-rata tal-imgħax għandu jinkludi, fost l-oħrajn, self b’rati tal-imgħax li jiġu riveduti perjodikament skont l-evoluzzjoni ta’ indiċi, eż. Euribor, self b’rati tal-imgħax li jiġu riveduti fuq bażi kontinwa, jiġifieri rati varjabbli, u self b’rati tal-imgħax rivedibbli fid-diskrezzjoni tas-sellief.

2.

Tqassim skont is-subsettur tal-obbligazzjonijiet ta’ depożiti lill-gvern ġenerali (minbarra l-gvern ċentrali) tal-Istati Membri taż-żona tal-euro (ara t-Tabella 2).

Dan hu meħtieġ bħala tagħrif komplementari għar-rapportar ta’ kull xahar.

3.

Tqassim skont is-settur ta’ pożizzjonijiet mal-kontrapartijiet barra miż-żona tal-euro (ara t-Tabella 2).

Il-klassifikazzjoni tas-setturi skont l-SNA 2008 għandha tapplika fejn l-ESA 2010 ma tkunx fis-seħħ.

4.

L-identifikazzjoni ta’ proprjetà immobbli fi ħdan assi mhux finanzjarji.

Dan it-tqassim huwa meħtieġ sabiex jingħata tagħrif addizzjonali dwar assi mhux finanzjarji u sabiex tiġi mmonitorjata l-importanza relattiva ta’ investimenti fi proprjetà immobbli mis-settur bankarju.

5.

Identifikazzjoni ta’ pożizzjonijiet fil-karta bilanċjali għal derivattivi bi tqassim skont is-settur fl-assi u l-obbligazzjonijiet li jifdal (ara t-Tabella 2).

Dan it-tqassim huwa meħtieġ sabiex tissaħħaħ il-konsistenza fl-istatistika u jikkomplementa r-rapportar ta’ kull xahar.

6.

Tqassim tal-ekwitajiet miżmuma f’ishma elenkati, ishma mhux elenkati u ekwità oħra (ara t-Tabella 2).

Dan jikkomplementa r-rapportar ta’ kull xahar billi jipprovdi tagħrif dwar kif l-ekwitajiet jistgħu jiġu nnegozjati.

7.

Tqassim skont il-pajjiż u pożizzjonijiet mal-Bank Ewropew tal-Investiment, il-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà, il-Faċilità Ewropea ta’ Stabbiltà Finanzjarja, u l-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (ara t-Tabella 3).

Dan it-tqassim huwa meħtieġ sabiex jiġu analizzati aktar l-iżviluppi monetarji, sabiex jingħata tagħrif statistiku dwar l-Istati Membri li jistgħu jadottaw l-euro, u għal kontrolli tal-kwalità tad-data.

It-tqassim skont il-pajjiż għandu jiġi pprovdut fir-rigward ta’ kull Stat Membru. Meta pajjiż jaderixxi mal-Unjoni, ir-rapportar tat-tqassim għal dak l-Istat Membru jibda bil-perijodu ta’ referenza trimestrali li jinkludi d-data tal-adeżjoni tiegħu.

It-tqassim skont il-pajjiż għandu jiġi pprovdut ukoll fir-rigward ta’ pajjiżi li joħorġu, jew ħarġu, mill-Unjoni, jiġifieri bħala tqassim separat fil-“Bqija tad-dinja (minbarra l-UE)”.

8.

It-tqassim skont is-settur għal depożiti transkonfinali fiż-żona tal-euro minn u self lil istituzzjonijiet li mhumiex MFIs (ara t-Tabella 3).

Dan it-tqassim huwa meħtieġ biex jiġu evalwati l-pożizzjonijiet tal-aġenti tar-rapportar f’kull Stat Membru individwali mal-kontropartijiet residenti fl-Istati Membri l-oħrajn taż-żona tal-euro.

Meta Stat Membru jadotta l-euro, ir-rapportar tat-tqassim għal dak l-Istat Membru jibda bil-perijodu ta’ referenza trimestrali li jinkludi d-data ta’ meta jkun adotta l-euro.

9.

Tqassim skont il-munita (ara t-Tabella 4).

Dan it-tqassim skont il-munita huwa meħtieġ għal self fir-rigward tal-munita nazzjonali ta’ kull Stat Membru li mhuwiex fiż-żona tal-euro u għal depożiti, self u titoli ta’ dejn miżmuma għal ċerti muniti (GBP, USD, CHF u JPY).

Dan it-tqassim huwa meħtieġ sabiex ikun jista’ jsir il-kalkolu ta’ tranżazzjonijiet għal aggregati monetarji u kontrapartijiet aġġustati għall-bidliet fir-rata tal-kambju meta dawn l-aggregati jinkludu l-muniti kollha kkombinati flimkien.

Image 5

Image 6

Tabella 3

Ammonti pendenti trimestrali (diżaggregazzjoni skont il-pajjiż)

PARTITI TAL-KARTA TAL-BILANĊ

UE

Bqija tad-dinja (eskluża l-UE)

 

 

Stat Membru ieħor taż-żona tal-euro

Stat Membru lil mhuwiex fiż-żona tal-euro

Istituzzjonijiet magħżula tal-UE (*1)

 

li minnhom: ir-Renju Unit

PASSIV

 

 

 

 

 

8.

Muniti fiċ-ċirkolazzjoni

 

 

 

 

 

9.

Depożiti

 

 

 

 

 

minn IFM

 

 

 

 

 

minn dawk li mhumiex IFM

 

 

 

 

 

gvern ġenerali

 

 

 

 

 

intermedjarji finanzjarji oħrajn + awżiljarji finanzjarji + istituzzjonijiet finanzjarji kaptivi u selliefa tal-flus

 

 

 

 

 

korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni

 

 

 

 

 

fondi tal-pensjoni

 

 

 

 

 

fondi ta’ investiment li mhumiex MMF

 

 

 

 

 

korporazzjonijiet mhux finanzjarji

 

 

 

 

 

unitajiet domestiċi + istituzzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ li jservu l-unitajiet domestiċi

 

 

 

 

 

10.

Titoli ta’ dejn maħruġin

 

 

 

 

 

11.

Ishma/unitajiet tal-MMF

 

 

 

 

 

12.

Kapital u riżervi

 

 

 

 

 

13.

Passiv li jifdal

 

 

 

 

 

ATTIV

 

 

 

 

 

1.

Flus kontanti

 

 

 

 

 

2.

Self

 

 

 

 

 

lil IFM

 

 

 

 

 

lil dawk li mhumiex IFM

 

 

 

 

 

gvern ġenerali

 

 

 

 

 

intermedjarji finanzjarji oħrajn + awżiljarji finanzjarji + istituzzjonijiet finanzjarji kaptivi u selliefa tal-flus

 

 

 

 

 

korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni

 

 

 

 

 

fondi tal-pensjoni

 

 

 

 

 

fondi ta’ investiment li mhumiex MMF

 

 

 

 

 

korporazzjonijiet mhux finanzjarji

 

 

 

 

 

unitajiet domestiċi + istituzzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ li jservu l-unitajiet domestiċi

 

 

 

 

 

3.

Titoli ta’ dejn miżmuma

 

 

 

 

 

sa sena

 

 

 

 

 

aktar minn sena u sa mhux aktar minn sentejn

 

 

 

 

 

aktar minn sentejn

 

 

 

 

 

maħruġa minn IFM

 

 

 

 

 

sa sena

 

 

 

 

 

aktar minn sena u sa mhux aktar minn sentejn

 

 

 

 

 

aktar minn sentejn

 

 

 

 

 

maħruġa minn dawk li mhumiex IFM

 

 

 

 

 

li minnhom: gvern ġenerali

 

 

 

 

 

4.

Ekwità

 

 

 

 

 

5.

Ishma/unitajiet ta’ fondi ta’ investiment

 

 

 

 

 

Ishma/unitajiet tal-MMF

 

 

 

 

 

Ishma/unitajiet f’fondi tal-investiment mhux MMFs

 

 

 

 

 

6.

Attiv mhux finanzjarju

 

 

 

 

 

7.

Attiv li jifdal

 

 

 

 

 


Tabella 4

Ammonti pendenti trimestrali (diżaggregazzjoni skont il-munita)

PARTITI TAL-KARTA TAL-BILANĊ

Il-muniti kollha flimkien

Euro

Muniti tal-UE minbarra l-euro

Muniti li mhumiex tal-UE

Muniti magħżula

 

 

 

Total

Il-munita ta’ kull Stat Membru tal-UE

 

GBP

USD

JPY

CHF

PASSIV

 

 

 

 

 

 

 

 

 

9.

Depożiti

 

 

 

 

 

 

 

 

 

A.

Domestiċi

 

 

 

 

 

 

 

 

 

minn IFM

M

M

 

 

 

 

 

 

 

minn dawk li mhumiex IFM

M

 

 

 

 

 

 

 

 

B.

Żona tal-euro ħlief għal dawk domestiċi

 

 

 

 

 

 

 

 

 

minn IFM

M

M

 

 

 

 

 

 

 

minn dawk li mhumiex IFM

M

 

 

 

 

 

 

 

 

Ċ.

Bqija tad-dinja

 

 

 

 

 

 

 

 

 

sa sena

M

 

 

 

 

 

 

 

 

aktar minn sena

M

 

 

 

 

 

 

 

 

minn IFM

Q

 

 

 

 

 

 

 

 

minn dawk li mhumiex IFM

Q

 

 

 

 

 

 

 

 

10.

Titoli ta’ dejn maħruġin

M

M

 

 

 

 

 

 

 

ATTIV

 

 

 

 

 

 

 

 

 

2.

Self

 

 

 

 

 

 

 

 

 

A.

Domestiku

 

 

 

 

 

 

 

 

 

lil IFM

M

 

 

 

 

 

 

 

 

lil dawk li mhumiex IFM

M

M

 

 

 

 

 

 

 

B.

Żona tal-euro ħlief għal dawk domestiċi

 

 

 

 

 

 

 

 

 

lil IFM

M

 

 

 

 

 

 

 

 

lil dawk li mhumiex IFM

M

M

 

 

 

 

 

 

 

Ċ.

Bqija tad-dinja

 

 

 

 

 

 

 

 

 

sa sena

M

 

 

 

 

 

 

 

 

aktar minn sena

M

 

 

 

 

 

 

 

 

lil IFM

Q

 

 

 

 

 

 

 

 

lil dawk li mhumiex IFM

Q

 

 

 

 

 

 

 

 

3.

Titoli ta’ dejn miżmuma

 

 

 

 

 

 

 

 

 

A.

Domestiċi

 

 

 

 

 

 

 

 

 

maħruġa minn IFM

M

M

 

 

 

 

 

 

 

maħruġa minn dawk li mhumiex IFM

M

M

 

 

 

 

 

 

 

B.

Żona tal-euro ħlief għal dawk domestiċi

 

 

 

 

 

 

 

 

 

maħruġa minn IFM

M

M

 

 

 

 

 

 

 

maħruġa minn dawk li mhumiex IFM

M

M

 

 

 

 

 

 

 

Ċ.

Bqija tad-dinja

 

 

 

 

 

 

 

 

 

maħruġa minn IFM

Q

 

 

 

 

 

 

 

 

maħruġa minn dawk li mhumiex IFM

Q

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

M

Obbligi ta’ data ta’ kull xahar, ara t-Tabella 1.

Q

Obbligi ta’ data trimestrali, ara t-Tabella 2.

PARTI 4

Rapportar ta’ aġġustamenti fir-rivalwazzjoni għall-kompilazzjoni ta’ tranżazzjonijiet

L-aġġustamenti fir-rivalwazzjoni huma meħtieġa sabiex jippermettu lill-BĊE jikkalkula t-tranżazzjonijiet finanzjarji. Dawn jipprovdu tagħrif dwar l-impatt ta’ bidliet fil-prezzijiet jew valwazzjonijiet oħrajn fuq l-ammonti pendenti ta’ assi u obbligazzjonijiet fl-aħħar tal-perijodu rapportati fil-karta bilanċjali. Bidliet fl-ammonti pendenti minħabba l-impatt ta’ movimenti fir-rata tal-kambju fuq l-assi u l-obbligazzjonijiet mhux denominati f’euro ma għandhomx jiġu inklużi fl-aġġustamenti fir-rivalwazzjoni rapportata (l-aġġustamenti fir-rata tal-kambju għall-finijiet ta’ kompilazzjoni ta’ tranżazzjonijiet huma derivati separatament).

Ir-rekwiżiti minimi għar-rapportar tal-aġġustamenti fir-rivalwazzjoni huma stipulati fit-Tabella 1 A u 2 A. Kunsiderazzjonijiet speċifiċi għar-rapportar ta’ aġġustamenti fir-rivalwazzjoni ta’ self u titoli huma deskritti hawn taħt.

1.   Rivalwazzjonijiet ta’ self (inkluż tniżżil fil-valur/tħassir)

L-aġġustamenti fir-rivalwazzjoni għandhom jirriflettu kwalunkwe bidla fl-ammonti pendenti ta’ self rapportat skont il-Partijiet 2 u 3 ikkawżata mill-applikazzjoni ta’ tniżżil fil-valur, inkluż it-tniżżil fil-valur tal-ammont pendenti kollu ta’ self (tħassir), u t-treġġigħ lura ta’ tniżżil fil-valur/tħassir. L-aġġustament għandu jirrifletti wkoll il-bidliet fil-proviżjonament għat-telf mis-self jekk BĊN jippermetti li l-ammonti pendenti fil-karta bilanċjali jiġu rreġistrati wara t-tnaqqis tal-proviżjonament għat-telf mis-self skont l-Artikolu 8(3). Aġġustament fir-rivalwazzjoni għandu jiġi rreġistrat ukoll sabiex jingħata kont tad-differenza bejn il-bidla fl-ammonti pendenti ta’ self li jirriżulta minn disponiment ta’ self (bl-irtirar tar-rikonoxximent mill-karta bilanċjali) u l-valur tat-tranżazzjoni (jiġifieri l-prezz tal-bejgħ). Bl-istess mod, l-akkwist ta’ self bi prezz inqas mill-ammonti pendenti rapportati jirriżulta f’rivalwazzjoni pożittiva.

2.   Rivalwazzjoni fil-prezz ta’ titoli

L-aġġustament fir-rigward tar-rivalwazzjoni tal-prezz ta’ titoli jirreferi għal ċaqliq fil-valwazzjoni ta’ titoli li jirriżulta minħabba bidla fil-prezz li bih jiġu rreġistrati jew innegozjati t-titoli. L-aġġustament għandu jinkludi l-bidliet li jseħħu maż-żmien fil-valur tal-ammonti pendenti fil-karta bilanċjali fl-aħħar tal-perijodu minħabba bidliet fil-valur ta’ referenza li fih jiġu rreġistrati t-titoli, jiġifieri qligħ/telf potenzjali. L-aġġustament jista’ jinkludi wkoll bidliet fil-valwazzjoni li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet fit-titoli jiġifieri qligħ/telf realizzat.

L-ebda rekwiżit ta’ rapportar minimu ma hu stabbilit għat-titoli ta’ dejn maħruġa. Madankollu, jekk il-prattiki tal-valwazzjoni li japplikaw l-aġenti tar-rapportar għat-titoli ta’ dejn maħruġa jirriżultaw f’bidliet fl-ammonti pendenti tagħhom fl-aħħar tal-perijodu, il-BĊNi għandhom il-permess li jiġbru data dwar dawn il-bidliet.

Image 7

Image 8

Image 9

Image 10

Image 11

Image 12

PARTI 5

Rekwiżiti ta’ rapportar statistiku għal titolizzazzjonijiet ta’ self u trasferimenti ta’ self oħrajn

1.   Rekwiżiti ġenerali

1.1.

Id-data għandha tiġi rrapportata skont l-Artikolu 8(2), ikkwalifikata b’dik tal-Artikolu 8(3) fejn applikabbli. L-entrati kollha tad-data għandhom jinqasmu skont ir-residenza u s-subsettur tal-obbligant tas-self kif indikat fl-intestaturi tal-kolonni tat-Tabella 5.

1.2.

Għandha ssir distinzjoni bejn it-titolizzazzjonijiet u trasferimenti ta’ self oħrajn. Self dispost matul fażi ta’ realizzazzjoni f’titolizzazzjoni għandu jiġi ttrattat bħallikieku kien diġà titolizzat. Identifikazzjoni separata hija meħtieġa għal titolizzazzjonijiet li jinvolvu FVCs residenti fiż-żona tal-euro. Għal trasferimenti ta’ self oħrajn, hija meħtieġa identifikazzjoni separata meta l-kontroparti tkun MFI domestika jew MFI mhux domestika taż-żona tal-euro.

1.3.

It-trasferimenti ta’ self għandhom jiġu distinti wkoll skont l-impatt fuq l-ammonti pendenti tas-self rapportati skont il-Partijiet 2 u 3 tal-Anness I:

(a)

trasferimenti li jkollhom impatt fuq l-ammonti pendenti rapportati huma disponimenti li jirriżultaw fl-irtirar tar-rikonoxximent u akkwiżizzjonijiet li jirriżultaw fir-rikonoxximent jew ir-rikonoxximent mill-ġdid ta’ self; u

(b)

trasferimenti li ma jkollhomx impatt fuq l-ammonti pendenti rapportati huma disponimenti li ma jirriżultawx fl-irtirar tar-rikonoxximent tas-self, minħabba l-applikazzjoni tal-IFRS 9 jew ta’ regoli simili, u l-akkwiżizzjoni ta’ self li qabel kien ittrasferit mill-MFI mingħajr l-irtirar tar-rikonoxximent mill-karta bilanċjali tagħha. Self provdut bħala kollateral lill-Eurosistema għall-operazzjonijiet ta’ kreditu tal-politika monetarja fil-forma ta’ pretensjonijiet ta’ kreditu li jirriżultaw fi trasferiment mingħajr l-irtirar tar-rikonoxximent mill-karta bilanċjali għandu jkun eskluż mill-ammonti rapportati taħt it-Tabella 5.

1.4.

Fir-rigward ta’ trasferimenti li jkollhom impatt fuq l-ammonti pendenti ta’ self rapportati, l-MFIs għandhom jagħmlu distinzjoni ulterjuri għat-trasferimenti li fihom jaġixxu bħala servizzjant tal-ammont pendenti ta’ self trasferit.

2.   Rekwiżiti għar-rapportar ta’ trasferimenti ta’ self

2.1.

L-MFIs għandhom jikkalkolaw it-trasferimenti ta’ self netti bħala akkwiżizzjonijiet matul ix-xahar nieqes id-disponimenti matul ix-xahar. Għal dan il-għan, l-MFIs għandhom japplikaw il-valuri tat-tranżazzjoni tal-akkwiżizzjonijiet u d-disponimenti (jiġifieri l-valur tax-xiri u tal-bejgħ, rispettivament).

2.2.

L-MFIs għandhom jipprovdu data dwar it-trasferimenti ta’ self skont it-Tabella 5a kif ġej:

(a)

akkwiżizzjonijiet u disponimenti mill-MFI b’impatt fuq l-ammonti pendenti ta’ self tagħha rapportati skont il-Partijiet 2 u 3 tal-Anness I għandhom jiġu allokati għal Blokka 1 fejn l-MFI taġixxi bħala servizzjant, u għal Blokka 2 fejn l-MFI ma taġixxix bħala servizzjant; u

(b)

akkwiżizzjonijiet u disponimenti mill-MFI mingħajr impatt fuq l-ammonti pendenti ta’ self tagħha rapportati skont il-Partijiet 2 u 3 tal-Anness I għandhom jiġu allokati għal Blokka 3.

2.3.

Fir-rigward tal-allokazzjoni msemmija fit-Taqsima 2.2(a), il-BĊNi jistgħu jagħtu struzzjonijiet lil MFIs sabiex jallokaw trasferimenti ta’ self għal Blokka 1, pjuttost milli għal Blokka 2, meta MFI domestika oħra taġixxi bħala servizzjant tas-self trasferit. Il-BĊNi se jeħtieġu li tali trasferimenti jiġu identifikati separatament fir-rapportar statistiku minn dawk li jiġu ttrasferiti u sservizzjati mill-istess MFI.

3.   Rekwiżiti għar-rapportar ta’ ammonti pendenti ta’ self trasferit

3.1.

L-MFIs għandhom jipprovdu data skont it-Tabella 5b dwar l-ammonti pendenti ta’ self fl-aħħar tax-xahar kif ġej:

(a)

ammonti pendenti ta’ self li ġie ttrasferit mill-MFI b’impatt fuq l-ammonti pendenti rapportati skont il-Partijiet 2 u 3 tal-Anness I u li għalih l-MFI taġixxi bħala servizzjant għandhom jiġu allokati għal Blokka 1; u

(b)

ammonti pendenti ta’ self li ġie ttrasferit mill-MFI mingħajr impatt fuq l-ammonti pendenti rapportati skont il-Partijiet 2 u 3 tal-Anness I, minħabba l-applikazzjoni tal-IFRS 9 jew ta’ regoli simili, għandhom jiġu allokati għal Blokka 3.

3.2.

Fir-rigward tal-allokazzjoni msemmija fit-Taqsima 3.1(a), fejn il-BĊNi jagħtu struzzjonijiet lill-MFIs sabiex jallokaw it-trasferimenti ta’ self skont it-Taqsima 2.3, l-MFIs għandhom jinkludu fi Blokka 1 l-ammonti pendenti ta’ self trasferit minn MFI domestika oħra li għalih jaġixxu bħala servizzjant, sakemm is-self ma jkunx inkluż fl-ammonti pendenti rapportati skont il-Partijiet 2 u 3 tal-Anness I ta’ MFIs domestiċi. Il-BĊNi se jirrikjedu li tali ammonti pendenti jiġu identifikati separatament fir-rapportar statistiku minn dawk li jiġu ttrasferiti u sservizzjati mill-istess MFI.

3.3.

Il-BĊNi jistgħu jitolbu tagħrif addizzjonali mill-MFIs sabiex jispjegaw l-iżviluppi fl-ammonti pendenti ta’ self, b’mod partikolari fir-rigward ta’ bidla fil-kontroparti li żżomm id-dejn trasferit, jew bidla fl-arranġamenti ta’ servizzjar għal self li jkun ġie rtirat ir-rikonoxximent tiegħu, li jista’ jkun jeħtieġ aġġustamenti fir-riklassifikazzjoni sabiex il-BĊE jkun jista’ jaġġusta kif xieraq l-iżviluppi fis-self għall-impatt li jirriżulta mit-titolizzazzjonijiet u trasferimenti oħrajn fuq il-karta bilanċjali tal-MFI.

4.   Rekwiżiti għar-rapportar ta’ aġġustamenti fir-rivalwazzjoni li jaffettwaw l-ammonti pendenti ta’ self trasferit

4.1.

L-MFIs għandhom jipprovdu data skont it-Tabella 5b dwar aġġustamenti fir-rivalwazzjoni li jirriflettu kwalunkwe bidla fl-ammonti pendenti ta’ self fl-aħħar tax-xahar rapportati taħt it-Taqsima 3 li jkunu kkawżati mill-applikazzjoni ta’ tniżżil fil-valur jew tħassir ta’ self, u bidliet fil-proviżjonament għas-self (jekk l-ammonti pendenti jiġu rreġistrati wara li jitnaqqas il-proviżjonament). L-aġġustamenti fir-rivalwazzjoni għandhom jirriflettu wkoll, fix-xahar tat-trasferiment tas-self, kwalunkwe differenza bejn l-ammonti pendenti ta’ self trasferit u l-valur tat-tranżazzjoni tal-akkwiżizzjoni jew tad-disponiment, kif imsemmi taħt it-Taqsima 2.

4.2.

L-MFIs għandhom jipprovdu data dwar l-aġġustamenti fir-rivalwazzjoni skont it-Tabella 5b kif ġej:

(a)

aġġustamenti fir-rivalwazzjoni li jikkorrispondu għall-ammonti pendenti ta’ self trasferit imsemmi fit-Taqsima 3.1(a), u soġġett għat-Taqsima 3.2 fejn applikabbli, għandhom jiġu allokati għal Blokka 1; u

(b)

aġġustamenti fir-rivalwazzjoni li jikkorrispondu għall-ammonti pendenti ta’ self trasferit imsemmi fit-Taqsima 3.1(b) għandhom jiġu allokati għall-Blokka 3.

Image 13

Image 14

Image 15

Image 16

PARTI 6

Rapportar simplifikat għal istituzzjonijiet ta’ kreditu żgħar

Meta l-BĊNi jagħtu derogi lil istituzzjonijiet ta’ kreditu skont l-Artikolu 9(2), huma jistgħu jeżentaw lil dawk l-istituzzjonijiet ta’ kreditu minn dawn ir-rekwiżiti li ġejjin:

1.

It-tqassim skont il-munita msemmi fit-Taqsima 4 tal-Parti 2.

2.

L-identifikazzjoni separata ta’:

(a)

pożizzjonijiet ma’ kontrapartijiet ċentrali kif imsemmi fit-Taqsima 5.5 tal-Parti 2;

(b)

self sindikat kif indikat fit-Tabella 1 tal-Parti 2;

(c)

titoli ta’ dejn b’maturità sa sentejn u garanzija kapital nominali taħt il-100 %, kif indikat fit-Tabella 1 tal-Parti 2;

(d)

investimenti fi proprjetà immobbli kif imsemmi fit-Taqsima 4 tal-Parti 3.

3.

It-tqassim skont is-setturi msemmi fit-Taqsima 3 tal-Parti 3.

4.

It-tqassim skont il-pajjiżi msemmi fit-Taqsima 7 tal-Parti 3.

5.

It-tqassim skont il-munita msemmi fit-Taqsima 9 tal-Parti 3.

Barra minn hekk, dawn l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jistgħu jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-rapportar statistiku msemmija fil-Partijiet 2, 4 u 5 billi jirraportaw data fuq bażi trimestrali biss u skont ir-rekwiżit tat-tempestività mogħti għal statistika trimestrali fl-Arikolu 7(3).

PARTI 7

Sommarju tar-rekwiżiti ta’ rapportar statistiku dwar l-entrati tal-karta bilanċjali(1)

KATEGORIJI TA’ STRUMENTI U MATURITÀ

ENTRATI TAL-KARTA BILANĊJALI

ASSI

OBBLIGAZZJONIJIET

1.

Flus kontanti

2.

Self

 

sa sena  (2)

 

aktar minn sena u sa ħames snin  (2)

 

aktar minn ħames snin  (2)

 

li minnhom: pożizzjonijiet intragrupp

 

li minnhom: self sindakat

 

li minnhom: retro riakkwisti

 

li minnhom: pożizzjonijiet ta’ pools ta’ flus kontanti nozzjonali

 

li minnhom: euro

 

sa sena  (3)

 

aktar minn sena u sa sentejn  (3)

 

aktar minn sentejn u sa ħames snin  (3)

 

aktar minn ħames snin  (3)

 

li minnhom: kreditu rotanti u overdrafts  (3)

 

li minnhom: kreditu tal-kards ta’ kreditu ta’ konvenjenza  (3)

 

li minnhom: kreditu estiż tal-kards ta’ kreditu  (3)

 

li minnhom: pożizzjonijiet ta’ pools ta’ flus kontanti nozzjonali

Self b’maturità oriġinali ta’ aktar minn sena (euro)

 

li minnu: self b’maturità residwa ta’ anqas minn sena

 

li minnu: self b’maturità residwa ta’ aktar minn sena u b’rata ta’ imgħax irrisettjata fit-tnax-il xahar li jsegwu

Self b’maturità oriġinali ta’ aktar minn sentejn (euro)

 

li minnu: self b’maturità residwa ta’ anqas minn sentejn

 

li minnu: self b’maturità residwa ta’ aktar minn sentejn u b’rata ta’ imgħax irrisettjata fl-erbgħa u għoxrin xahar li jsegwu

3.

Titoli ta’ dejn miżmuma

 

sa sena  (4)

 

aktar minn sena u sa sentejn  (4)

 

aktar minn sentejn  (4)

4.

Ekwità

Ishma elenkati

Ishma mhux elenkati

Ekwità oħra

5.

Ishma/unitajiet ta’ fondi ta’ investiment

Ishma/unitajiet tal-MMF Ishma/unitajiet f’fondi tal-investiment mhux MMFs

6.

Assi mhux finanzjarji

li minnhom: proprjetà immobbli

7.

Assi li jifdal

 

li minnhom: derivattivi finanzjarji

 

li minnhom: imgħax akkumulat fuq self

8.

Valuta fiċ-ċirkolazzjoni

9.

Depożiti

 

sa sena  (5)

 

aktar minn sena  (5)

 

li minnhom: pożizzjonijiet intragrupp

 

li minnhom: depożiti trasferibbli

 

li minnhom: sa sentejn

 

li minnhom: self sindakat

9.1.

Depożiti ta’ matul il-lejl

 

li minnhom: depożiti trasferibbli

 

li minnhom: pożizzjonijiet ta’ pools ta’ flus kontanti nozzjonali

9.2.

Depożiti b’maturità miftiehma

 

sa sena

 

aktar minn sena u sa sentejn

 

aktar minn sentejn

9.3.

Depożiti li jistgħu jiġu mifdija b’avviż

 

sa tliet xhur

 

aktar minn tliet xhur

 

li minnhom: aktar minn sentejn  (6)

9.4.

Riakkwisti

10.

Ishma/unitajiet tal-MMF

11.

Titoli ta’ dejn maħruġa

 

sa sena

 

aktar minn sena u sa sentejn

 

li minnhom: sa sentejn u garanzija ta’ kapital nominali taħt 100 %

 

iktar minn sentejn

12.

Kapital u riżervi

Kapital ta’ ekwità miġbur Profitt jew telf akkumulat fil-perijodu ta’ rapportar Dħul u spejjeż rikonoxxuti direttament fl-ekwità Fondi li jirriżultaw minn dħul mhux imqassam lill-azzjonisti Provvedimenti speċifiċi u ġenerali kontra assi

13.

Obbligazzjonijiet li jifdal

 

li minnhom: derivattivi finanzjarji

 

li minnhom: imgħax akkumulat fuq depożiti

 

KATEGORIJI TAL-KONTROPARTIJIET U TAL-ISKOPIJIET

ASSI

OBBLIGAZZJONIJIET

A.

Residenti domestiċi

 

MFIs

 

Banek Ċentrali

 

Korporazzjonijiet li jieħdu d-depożiti għajr għal banek ċentrali

 

MMFs

 

Istituzzjonijiet li mhumiex MFIs

 

Gvern ġenerali

 

gvern ċentrali

 

gvern statali

 

gvern lokali

 

fondi ta’ sigurtà soċjali

 

Setturi residenti oħrajn  (7)

 

fondi ta’ investiment li mhumiex MMFs (S.124)  (7)

 

intermedjarji finanzjarji oħrajn, awżiljarji finanzjarji u istituzzjonijiet finanzjarji kaptivi u selliefa tal-flus (S.125 + S.126 + S.127) (7)

 

li minnhom: kontropartijiet ċentrali

 

li minnhom: FVCs

 

korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni (S.128)  (7)

 

fondi tal-pensjoni (S.129)  (7)

 

korporazzjonijiet mhux finanzjarji (S.11)  (7)

 

unitajiet domestiċi u istituzzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ li jservu l-unitajiet domestiċi (S.14 + S.15)  (7)

 

kreditu għall-konsum

 

self għal xiri ta’ dar

 

self ieħor

 

li minnhom: kumpaniji b’membru wieħed/soċjetajiet mingħajr status legali

A.

Residenti domestiċi

 

MFIs

 

Banek Ċentrali

 

Korporazzjonijiet li jieħdu d-depożiti għajr għal banek ċentrali

 

MMFs

 

Istituzzjonijiet li mhumiex MFIs

 

Gvern ġenerali

 

gvern ċentrali

 

gvern ġenerali ieħor

 

gvern statali

 

gvern lokali

 

fondi ta’ sigurtà soċjali.

 

Setturi residenti oħrajn  (7)

 

fondi ta’ investiment li mhumiex MMFs (S.124)  (7)

 

intermedjarji finanzjarji oħra (S.125)  (7)

 

li minnhom: kontropartijiet ċentrali

 

li minnhom: FVCs

 

awżiljarji finanzjarji (S.126)  (7)

 

Istituzzjonijiet finanzjarji kaptivi u selliefa tal-flus (S.127)  (7)

 

korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni (S.128)  (7)

 

fondi tal-pensjoni (S.129)  (7)

 

korporazzjonijiet mhux finanzjarji (S.11)  (7)

 

unitajiet domestiċi u istituzzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ li jservu l-unitajiet domestiċi (S.14 + S.15)  (7)

B.

Residenti taż-żona tal-euro ħlief għal dawk domestiċi

 

MFIs

 

Banek Ċentrali

 

li minnhom: il-Bank Ċentrali Ewropew

 

Korporazzjonijiet li jieħdu d-depożiti għajr għall-banek ċentrali

 

MMFs

 

Istituzzjonijiet li mhumiex MFIs

 

Gvern ġenerali

 

gvern ċentrali

 

gvern statali

 

gvern lokali

 

fondi ta’ sigurtà soċjali

 

Setturi residenti oħrajn  (7)

 

fondi ta’ investiment li mhumiex MMFs (S.124)  (7)

 

intermedjarji finanzjarji oħrajn, awżiljarji finanzjarji u istituzzjonijiet finanzjarji kaptivi u selliefa tal-flus (S.125 + S.126 + S.127)  (7)

 

li minnhom: kontropartijiet ċentrali  (8)

 

li minnhom: FVCs  (8)

 

korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni (S.128)  (7)

 

fondi tal-pensjoni (S.129)  (7)

 

korporazzjonijiet mhux finanzjarji (S.11)  (7)

 

unitajiet domestiċi u istituzzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ li jservu l-unitajiet domestiċi (S.14 + S.15)  (7)

 

kreditu għall-konsum

 

self għal xiri ta’ dar

 

self ieħor

 

li minnhom: kumpaniji b’membru wieħed/soċjetajiet mingħajr status legali

B.

Residenti taż-żona tal-euro ħlief għal dawk domestiċi

 

MFIs

 

Banek Ċentrali

 

li minnhom: il-Bank Ċentrali Ewropew

 

Korporazzjonijiet li jieħdu d-depożiti għajr għall-banek ċentrali

 

MMFs

 

Istituzzjonijiet li mhumiex MFIs

 

Gvern ġenerali

 

gvern ċentrali

 

gvern ġenerali ieħor

 

gvern statali

 

gvern lokali

 

fondi ta’ sigurtà soċjali

 

Setturi residenti oħrajn  (7)

 

fondi ta’ investiment li mhumiex MMFs (S.124)  (7)

 

intermedjarji finanzjarji oħra (S.125)  (7)

 

li minnhom: kontropartijiet ċentrali  (8)

 

li minnhom: FVCs  (8)

 

awżiljarji finanzjarji (S.126)  (7)

 

Istituzzjonijiet finanzjarji kaptivi u selliefa tal-flus (S.127)  (7)

 

korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni (S.128)  (7)

 

fondi tal-pensjoni (S.129)  (7)

 

korporazzjonijiet mhux finanzjarji (S.11)  (7)

 

unitajiet domestiċi u istituzzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ li jservu l-unitajiet domestiċi (S.14 + S.15) (7)

C.

Residenti tal-bqija tad-dinja

 

MFIs

 

Istituzzjonijiet li mhumiex MFIs

 

Gvern ġenerali

 

Residenti oħrajn

C.

Residenti tal-bqija tad-dinja

 

MFIs

 

Istituzzjonijiet li mhumiex MFIs

 

Gvern ġenerali

 

Residenti oħra

D.

Total

D.

Total

MUNITI

e

euro

x

muniti barranin - muniti oħrajn għajr l-euro (9)


(*1)  Id-data għandha tkun identifikata b’mod separat għall-Bank Ewropew tal-Investiment, il-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà, il-Faċilità Ewropea ta' Stabbiltà Finanzjarja u l-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni.

(1)  It-tqassim tad-data ta’ kull xahar għandu jkun indikat b’tipa ħoxna, it-tqassim tad-data trimestrali għandu jkun indikat b’tipa normali.

(2)  It-tqassim skont il-maturità ta’ kull xahar għandu jkun jirrigwarda s-self lis-setturi prinċipali residenti minbarra MFIs, inkluż il-gvern ġenerali tal-Istati Membri taż-żona tal-euro. It-tqassim korrispondenti skont il-maturità għal self lill-gvern ġenerali, minbarra l-gvern ċentrali tal-Istati Membri taż-żona tal-euro għandu jkun trimestrali.

(3)  Għal self mogħti lil korporazzjonijiet mhux finanzjarji taż-żona tal-euro u lil unitajiet domestiċi. Barra minn hekk, it-tqassim skont il-maturità għandu jinġabar għal self lil unitajiet domestiċi skont l-iskop tas-self.

(4)  It-tqassim skont il-maturità ta’ kull xahar għandu jirrigwarda biss investimenti f’titoli maħruġin minn MFIs li jinsabu fiż-żona tal-euro, u l-investimenti f’titoli maħruġin mill-gvern ġenerali taż-żona tal-euro għandhom jinqasmu “sa sena”. Bħala data trimestrali, l-investimenti f’titoli maħruġa minn istituzzjonijiet li mhumiex MFIs fiż-żona tal-euro għandhom jinqasmu f’“sa sena” u “aktar minn sena”.

(5)  Ma’ kontropartijiet residenti fil-bqija tad-dinja biss.

(6)  Ir-rapportar tal-entrata “depożiti li jistgħu jiġu mifdija b’avviż ta’ aktar minn sentejn” huwa volontarju sakemm ma jingħatax avviż ieħor.

(7)  It-tqassim ta’ kull xahar skont is-subsetturi huwa meħtieġ għal self u depożiti.

(8)  Għar-riakkwisti u r-retro riakkwisti, huwa meħtieġ tqassim għall-kontropartijiet ċentrali klassifikati fis-subsettur S.125. Barra minn hekk, huwa meħtieġ tqassim għall-kontropartijiet li jkunu korporazzjonijiet ta’ veikoli finanzjarji għal self, depożiti u titoli ta’ dejn miżmuma.

(9)  Tqassim trimestrali skont il-munita ta’ kull Stat Membru ieħor tal-UE huwa meħtieġ għal ċerti entrati ta’ self biss. It-tqassim trimestrali għall-muniti GBP, USD, JPY u CHF huwa meħtieġ għal ċerti entrati ta’ depożiti, self u titoli ta’ dejn miżmuma.


ANNESS II

PRINĊIPJI TA’ KONSOLIDAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET

PARTI 1

Konsolidazzjoni għal skopijiet statistiċi fl-istess Stat Membru

1.

Għal kull Stat Membru li l-munita tiegħu hija l-euro (minn hawn ’il quddiem “Stat Membru taż-żona tal-euro”), il-popolazzjoni tar-rapportar tikkonsisti fl-MFIs inklużi fil-lista ta’ MFIs għal skopijiet statistiċi u f’istituzzjonijiet ta’ kreditu residenti li mhumiex MFIs. Dawn huma:

(a)

istituzzjonijiet inkorporati u li jinsabu f’dak it-territorju, inklużi sussidjarji ta’ kumpaniji omm li jkunu jinsabu barra dak it-territorju; u

(b)

fergħat ta’ istituzzjonijiet li jkollhom l-uffiċċju prinċipali tagħhom barra dak it-territorju.

L-aġenti tar-rapportar għandhom jikkonsolidaw għal skopijiet statistiċi n-negozju tal-uffiċċji domestiċi kollha tagħhom (uffiċċju reġistrat jew uffiċċju prinċipali u/jew fergħat) li jinsabu fl-istess Stat Membru. Istituzzjonijiet li jinsabu f’ċentri finanzjarji offshore għandhom jiġu ttrattati statistikament bħala residenti tat-territorji fejn jinsabu ċ-ċentri.

2.

L-aġenti tar-rapportar għandhom jirrapportaw in-negozju tal-uffiċċji mhux domestiċi kollha tagħhom kif ġej:

(a)

Jekk l-aġent tar-rapportar ikollu fergħat li jinsabu fit-territorju tal-Istati Membri l-oħrajn taż-żona tal-euro, l-aġent tar-rapportar għandu jqis il-pożizzjonijiet lejn dawn il-fergħat kollha bħala pożizzjonijiet lejn residenti fl-Istati Membri l-oħrajn taż-żona tal-euro.

(b)

Jekk l-aġent tar-rapportar ikollu fergħat li jinsabu barra mit-territorju tal-Istati Membri l-oħrajn taż-żona tal-euro, l-aġent tar-rapportar għandu jqis il-pożizzjonijiet lejn dawn il-fergħat kollha bħala pożizzjonijiet lejn residenti fil-bqija tad-dinja.

(c)

Meta l-aġent tar-rapportar ikun fergħa, dan għandu jqis il-pożizzjonijiet lejn l-uffiċċju prinċipali tiegħu, jew lejn fergħat oħrajn tal-istess istituzzjoni, li jinsabu fit-territorju tal-Istati Membri l-oħrajn taż-żona tal-euro bħala pożizzjonijiet lejn residenti fl-Istati Membri l-oħrajn taż-żona tal-euro.

(d)

Meta l-aġent tar-rapportar ikun fergħa, dan għandu jqis il-pożizzjonijiet lejn l-uffiċċju prinċipali tiegħu, jew lejn fergħat oħrajn tal-istess istituzzjoni, li jinsabu barra mit-territorju tal-Istati Membri l-oħrajn taż-żona tal-euro bħala pożizzjonijiet lejn residenti fil-bqija tad-dinja.

PARTI 2

Definizzjonijiet ta’ kategoriji ta’ strumenti

1.

Din it-tabella tipprovdi deskrizzjoni dettaljata u standard tal-kategoriji tal-istrumenti li l-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) għandhom jittrasponu f’kategoriji applikabbli fil-livell nazzjonali skont dan ir-Regolament. It-tabella mhijiex lista ta’ strumenti finanzjarji individwali u d-deskrizzjonijiet mhumiex eżawrjenti. Id-definizzjonijiet jirreferu għall-ESA 2010.

2.

Il-maturità oriġinali, jiġifieri l-maturità mal-ħruġ, tirreferi għall-perijodu fiss tal-ħajja ta’ strument finanzjarju li qablu l-istrument finanzjarju ma jistax jiġi mifdi, eż. titoli ta’ dejn, jew li jista’ jiġi mifdi qablu biss jekk titħallas xi tip ta’ penali, eż. xi tipi ta’ depożiti. Il-perijodu ta’ avviż jikkorrispondi għaż-żmien bejn il-mument li d-detentur javża dwar l-intenzjoni li jifdi l-istrument u d-data ta’ meta d-detentur jitħalla jikkonvertih fi flus mingħajr ma jeħel penali. L-istrumenti finanzjarji huma kklassifikati skont il-perijodu ta’ avviż biss meta ma jkunx hemm ebda maturità miftiehma.

3.

Il-pretensjonijiet finanzjarji jistgħu jiġu distinti skont jekk ikunux negozjabbli jew le. Pretensjoni tkun negozjabbli jekk is-sjieda tagħha tkun tista’ tiġi ttrasferita faċilment minn unità għal oħra b’konsenja jew approvazzjoni jew tkun tista’ tiġi paċuta fil-każ ta’ derivattivi finanzjarji. Filwaqt li kwalunkwe strument finanzjarju jista’ potenzjalment jiġi nnegozjat, l-istrumenti negozjabbli huma mfassla biex ikunu nnegozjati f’borża organizzata jew barra l-borża, għalkemm jekk attwalment ikunux innegozjati mhix kundizzjoni neċessarja għan-negozjabbiltà.

Tabella

Kategoriji ta’ strumenti

KATEGORIJI TA’ ASSI

Kategorija

Deskrizzjoni tal-karatteristiċi prinċipali

1.

Flus kontanti

Investimenti f’euro u f’karti tal-flus u muniti barranin fiċ-ċirkolazzjoni li normalment jintużaw sabiex isiru l-pagamenti

2.

Self

Investimenti f’assi finanzjarji maħluqin meta l-kredituri jsellfu fondi lid-debituri, li ma jkunux ipprovati minn dokumenti jew li jkunu pprovati minn dokumenti mhux negozjabbli. Din l-entrata tinkludi wkoll assi fil-forma ta’ depożiti magħmula minn aġenti tar-rapportar. Il-BĊNi jistgħu jirrikjedu wkoll tqassim komplut skont is-settur għal din l-entrata.

1.

Din l-entrata għandha tinkludi:

(a)

self mogħti lil unitajiet domestiċi u istituzzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ li jservu l-unitajiet domestiċi, maqsumin skont:

(i)

kreditu għall-konsum (self mogħti għall-iskop prinċipali ta’ użu personali fil-konsum ta’ oġġetti u servizzi). Il-kreditu għall-konsum mogħti lil kumpaniji b’membru wieħed/soċjetajiet mingħajr status legali għandu jkun inkluż f’din il-kategorija, jekk l-aġent tar-rapportar ikun jaf li s-self jintuża l-aktar għal skopijiet ta’ konsum personali;

(ii)

self għal xiri ta’ dar (kreditu estiż għall-iskop ta’ investiment fi djar għal użu personali jew kiri, inkluż bini u rinnovar). Dan jinkludi self iggarantit fuq proprjetà residenzjali li jintuża għall-iskop ta’ xiri ta’ dar u self ieħor għal xiri ta’ dar li jsir fuq bażi personali jew li jkun iggarantit kontra forom oħrajn ta’ assi. Self għall-abitazzjoni mogħtija lil kumpaniji b’membru wieħed/soċjetajiet mingħajr status legali għandhom ikunu inklużi f’din il-kategorija sakemm l-aġent tar-rapportar ma jkunx jaf li d-dar tintuża b’mod predominanti għal skopijiet relatati ma’ negozju, f’liema każ għandu jiġi rrapportat bħala “self ieħor li minnu kumpaniji b’membru wieħed/soċjetajiet mingħajr status legali”;

(iii)

ieħor (self mogħti għal skopijiet minbarra konsum u xiri ta’ djar, bħal negozju, konsolidazzjoni ta’ dejn, edukazzjoni, eċċ). Din il-kategorija tista’ tinkludi self għal skopijiet ta’ konsum lil kumpaniji b’membru wieħed/soċjetajiet mingħajr status legali (ara l-Parti 3 tal-Anness II) jekk dan ma jiġix irrapportat fil-kategorija “kreditu għall-konsum”;

(b)

dejn tal-kards ta’ kreditu

Għall-fini ta’ dan ir-Regolament, din il-kategorija għandha tkopri kreditu mogħti lil unitajiet domestiċi jew lil korporazzjonijiet mhux finanzjarji jew permezz ta’ kards ta’ debitu ttardjat, jiġifieri kards li jipprovdu kreditu ta’ konvenjenza kif definit hawn isfel, jew permezz ta’ kards ta’ kreditu, jiġifieri kards li jipprovdu kreditu ta’ konvenjenza u kreditu estiż. Dejn tal-kards ta’ kreditu għandu jkun irreġistrat f’kontijiet dedikati għall-kards u għalhekk ma jkunx evidenti f’kontijiet kurrenti jew ta’ overdraft. Kreditu ta’ konvenjenza huwa ddefinit bħala kreditu mogħti b’rata ta’ imgħax ta’ 0 % fil-perijodu bejn it-tranżazzjonijiet tal-pagament imwettqa bil-kard matul ċiklu wieħed ta’ fatturar u d-data li fiha l-bilanċi ta’ debitu minn dan iċ-ċiklu speċifiku ta’ fatturar isiru dovuti. Kreditu estiż huwa ddefinit bħala l-kreditu mogħti wara li d-dati dovuti taċ-ċiklu ta’ fatturar ta’ qabel ikunu għaddew, jiġifieri ammonti ta’ debitu fuq il-kont tal-kard li ma jkunux ġew saldati meta dan kien possibbli l-ewwel darba, li s-soltu fuqhom tiġi ċċarġjata rata ta’ imgħax jew rati ta’ imgħax gradati ta’ aktar minn 0 %. Ħafna drabi jkollhom isiru pagamenti minimi bin-nifs kull xahar, sabiex mill-inqas jitħallas lura parzjalment il-kreditu estiż.

Il-kontroparti ta’ dawn il-forom ta’ kreditu tkun l-entità attwalment responsabbli biex tħallas lura l-ammonti pendenti skont il-ftehim kuntrattwali, li tikkoinċidi mad-detentur tal-kard fil-każ ta’ kards użati privatament, imma mhux fil-każ ta’ kards tal-kumpaniji;

(c)

Kreditu rotanti u overdrafts

Kreditu rotanti huwa self li għandu dawn il-karatteristiċi kollha: (i) min jissellef jista’ juża jew jiġbed fondi sa limitu ta’ kreditu approvat minn qabel mingħajr ma javża minn qabel lil min isellef; (ii) l-ammont ta’ kreditu disponibbli jista’ jiżdied u jonqos hekk kif il-fondi jiġu mislufa u mħallsa lura; (iii) il-kreditu jista’ jintuża b’mod ripetut.

Kreditu rotanti jinkludi l-ammonti akkwistati permezz ta’ linja ta’ kreditu u li jkunu għadhom ma tħallsux (ammonti pendenti). Linja ta’ kreditu hija ftehim bejn min isellef u min jissellef li tippermetti lil min jissellef jieħu flus bil-quddiem, matul perijodu definit u sa ċertu limitu, u jħallas lura fid-diskrezzjoni tiegħu l-flus bil-quddiem qabel data definita. Ammonti disponibbli permezz ta’ linja ta’ kreditu li ma jkunux inġibdu jew li jkunu diġà tħallsu lura m’għandhomx jitqiesu taħt l-ebda kategorija tal-entrati tal-karta bilanċjali. Overdrafts huma bilanċi ta’ debitu fuq kontijiet kurrenti. Kemm il-kreditu rotanti kif ukoll l-overdrafts jeskludu self provdut permezz ta’ kards ta’ kreditu. L-ammont totali dovut minn min jissellef għandu jiġi rrapportat, irrispettivament minn jekk huwiex fi kwalunkwe limitu miftiehem minn qabel bejn min isellef u min jissellef fir-rigward tad-daqs u/jew il-perijodu massimu tas-self, jew ogħla minnu;

(d)

Self sindakat (ftehimiet ta’ self wieħed, li fih jipparteċipaw diversi istituzzjonijiet bħala selliefa).

Is-self sindakat ikopri biss każijiet fejn min jissellef jaf, mill-kuntratt tas-self, li s-self huwa magħmul minn diversi selliefa. Għall-finijiet ta’ statistika, huma biss l-ammonti li attwalment joħorġu s-selliefa (aktar milli linji ta’ kreditu totali) li għandhom jitqiesu bħala self sindakat. Normalment is-self sindakat ikun irranġat u kkoordinat minn istituzzjoni waħda (ħafna drabi msejħa “il-maniġer ewlieni”) u effettivament magħmul minn diversi parteċipanti fis-sindakat. Il-parteċipanti, inkluż il-maniġer ewlieni, ilkoll għandhom jirrapportaw is-sehem tagħhom tas-self lil min jissellef, jiġifieri mhux lill-maniġer ewlieni, fl-assi tal-karta bilanċjali tagħhom;

(e)

depożiti, kif definiti fil-kategorija tal-obbligazzjonijiet 9;

(f)

lokazzjonijiet finanzjarji lil terzi persuni

Il-lokazzjonijiet finanzjarji huma kuntratti li permezz tagħhom is-sid legali ta’ beni durabbli (iktar ’il quddiem il-“lokatur”) jislef dawn l-assi lil terza persuna (iktar ’il quddiem il-“lokatarju”) għall-biċċa l-kbira tal-ħajja ekonomika tal-assi, jekk mhux għal kollha, bi skambju għal ħlasijiet bin-nifs li jkopru l-kost tal-beni flimkien ma’ rata imputata tal-imgħax. Il-lokatarju fil-fatt huwa preżunt li jirċievi l-benefiċċji kollha li jistgħu jinkisbu mill-użu tal-beni u li jġarrab l-ispejjeż u r-riskji assoċjati mas-sjieda. Għal finijiet statistiċi, il-lokazzjonijiet finanzjarji għandhom ikunu ttrattati bħala self mil-lokatur lil-lokatarju li jippermetti lil-lokatarju jixtri l-beni durabbli. L-assi (beni durabbli) li jkunu ġew mislufa lil-lokatarju ma jiġu rreġistrati mkien fuq il-karta bilanċjali;

(g)

self li ma jistax jiġi rkuprat li jkun għadu ma tħallasx lura u lanqas ma tħassar

L-ammont totali ta’ self li l-pagament lura tiegħu jkun ilu dovut jew inkella identifikat bħala parzjalment jew totalment indebolit, skont id-definizzjoni ta’ inadempjenza fl-Artikolu 178 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(h)

investimenti f’titoli mhux negozjabbli

Investimenti f’titoli ta’ dejn li mhumiex negozjabbli u ma jistgħux jiġu nnegozjati fi swieq sekondarji;

(i)

self negozjat

Self li de facto jkun sar negozjabbli għandu jiġi kklassifikat taħt l-entrata tal-assi “self” kemm-il darba ma jkun hemm ebda evidenza ta’ negozjar f’suq sekondarju. Inkella għandu jiġi kklassifikat bħala titoli ta’ dejn (kategorija 3);

(j)

dejn subordinat fil-forma ta’ depożiti jew self

Strumenti ta’ dejn subordinat jipprovdu pretensjoni sussidjarja kontra l-istituzzjoni emittenti li tista’ tiġi eżerċitata biss wara li jkunu ġew issodisfati l-pretensjonijiet kollha bi status ogħla, eż. depożiti/self, li b’hekk jagħtihom uħud mill-karatteristiċi ta’ ekwità. Għal skopijiet ta’ statistika, dejn subordinat għandu jiġi kklassifikat bħala “self” jew “titoli ta’ dejn” skont in-natura tal-istrument finanzjarju. Meta investimenti ta’ kull forma ta’ dejn subordinat ikunu attwalment identifikati bħala ċifra unika għal skopijiet ta’ statistika, din iċ-ċifra għandha tiġi klassifikata taħt l-entrata tal-assi “titoli ta’ dejn”, fuq il-bażi li d-dejn subordinat huwa kkostitwit b’mod predominanti fil-forma ta’ titoli, aktar milli self;

(k)

pretensjonijiet taħt retro riakkwisti jew self ta’ titoli kontra kollateral fi flus

Kontraparti ta’ flus kontanti mħallsa bi skambju għal titoli mixtrija minn aġenti tar-rapportar bi prezz partikolari b’impenn sod biex l-istess titoli jew oħrajn simili jerġgħu jinbiegħu bi prezz fiss f’data futura speċifikata, jew self ta’ titoli kontra kollateral fi flus kontanti (ara l-kategorija tal-obbligazzjonijiet 9.4).

(l)

pożizzjonijiet ta’ pools ta’ flus kontanti nozzjonali

Self (fil-forma ta’ overdrafts) li jinġibed mill-pools ta’ flus kontanti nozzjonali mill-parteċipanti fil-pools. Self mhux kopert kuntrattwalment mill-arranġament tal-pool ta’ flus kontanti imma li jingħata lill-parteċipanti fil-pool ma għandux ikun inkluż.

2.

L-entrata li ġejja ma għandhiex tiġi ttrattata bħala self:

Self mogħti fuq bażi ta’ trust

Self mogħti fuq bażi ta’ trust, jiġifieri self lil trust jew self fiduċjarju, huwa self li jinħareġ fuq isem parti waħda (iktar ’il quddiem il-“fiduċjarju”) f’isem parti terza (iktar ’il quddiem il-“benefiċjarju”). Għal finijiet ta’ statistika, self lil trust ma għandux jiġi rreġistrat fuq il-karta bilanċjali tal-fiduċjarju meta r-riskji u l-benefiċċji tas-sjieda tal-fondi jibqgħu f’idejn il-benefiċjarju. Ir-riskji u l-benefiċċji tas-sjieda jibqgħu f’idejn il-benefiċjarju meta: (a) il-benefiċjarju jassumi r-riskju ta’ kreditu tas-self, jiġifieri l-fiduċjarju jkun responsabbli biss għall-ġestjoni amministrattiva tas-self; jew (b) l-investiment tal-benefiċjarju jkun iggarantit kontra telf jekk il-fiduċjarju jidħol f’likwidazzjoni, jiġifieri s-self lil trust ma jkunx parti mill-assi tal-fiduċjarju li jistgħu jitqassmu fil-każ ta’ falliment.

3.

Titoli ta’ dejn miżmuma

Investimenti f’titoli ta’ dejn, li jkunu strumenti finanzjarji negozjabbli li jservu bħala evidenza ta’ dejn, li normalment ikunu nnegozjati fi swieq sekondarji jew jistgħu jiġu paċuti fis-suq, u ma jagħtu lid-detentur ebda tip ta’ dritt ta’ sjieda fuq l-istituzzjoni emittenti.

Din l-entrata għandha tinkludi:

(a)

investimenti f’titoli li jagħtu lid-detentur id-dritt mingħajr kundizzjoni għal qligħ fiss jew qligħ stabbilit b’kuntratt fil-forma ta’ pagamenti ta’ kupuni u/jew ta’ somma fissa dikjarata f’data jew dati speċifiċi, jew li tibda minn data stabbilita fil-ħin tal-ħruġ;

(b)

self li jkun sar negozjabbli f’suq organizzat, jiġifieri self negozjat, sakemm ikun hemm prova ta’ negozjar f’suq sekondarju, inkluża l-eżistenza ta’ ġeneraturi tas-suq, u l-elenkar frekwenti tal-assi finanzjarju, bħal dak provdut minn bid-offer spreads. Meta dan ma jkunx il-każ, dan għandu jiġi kklassifikat taħt l-entrata tal-assi “self” (ara wkoll “self negozjat” fil-kategorija 2i);

(c)

dejn subordinat fil-forma ta’ titoli ta’ dejn (ara wkoll “dejn subordinat fil-forma ta’ depożiti jew self” fil-kategorija 2j)

Titoli mislufa taħt operazzjonijiet ta’ self ta’ titoli jew mibjugħa taħt ftehim ta’ riakkwist għandhom jibqgħu fuq il-karta bilanċjali tas-sid oriġinali (u ma għandhomx jiġu rreġistrati fuq il-karta bilanċjali tal-akkwirent temporanju) meta jkun hemm impenn sod, u mhux sempliċement opzjoni, li tiġi invertita l-operazzjoni. Meta l-akkwirent temporanju jbiegħ it-titoli rċevuti, dan il-bejgħ għandu jiġi rreġistrat bħala tranżazzjoni ċara f’titoli u mdaħħal fil-karta bilanċjali tal-akkwirent temporanju bħala pożizzjoni negattiva fil-portafoll tat-titoli.

4.

Ekwità

Ekwità tirrappreżenta drittijiet ta’ proprjetà fuq korporazzjonijiet jew kważikorporazzjonijiet; hija pretensjoni fuq il-valur residwu wara li l-pretensjonijiet tal-kredituri kollha jkunu ġew issodisfati.

Din l-entrata għandha tinkludi t-tqassim li ġej:

(a)

Ishma elenkati

L-ishma elenkati huma titoli tal-ekwità elenkati f’borża. Din il-borża tista’ tkun borża rikonoxxuta jew kwalunkwe forma oħra ta’ suq sekondarju. Ishma elenkati huma magħrufa wkoll bħala ishma kwotati. L-eżistenza ta’ prezzijiet kwotati ta’ ishma elenkati f’borża tfisser li l-prezzijiet attwali tas-suq normalment ikunu faċilment disponibbli.

(b)

Ishma mhux elenkati

L-ishma mhux elenkati huma titoli ta’ ekwità mhux elenkati f’borża.

(c)

Ekwità oħra

Ekwità oħra tinkludi l-forom kollha ta’ ekwità minbarra dawk klassifikati f’subkategoriji ishma elenkati u ishma mhux elenkati. B’mod partikolari, dan jinkludi kapital investit minn uffiċċju prinċipali f’fergħat mhux domestiċi.

5.

Ishma/unitajiet ta’ fondi ta’ investiment

Ishma jew unitajiet maħruġa minn fondi ta’ investiment li jkunu impriżi ta’ investiment kollettiv li jinvestu f’assi finanzjarji u/jew mhux finanzjarji, sakemm l-għan ikun l-investiment ta’ kapital miġbur mill-pubbliku

Din l-entrata għandha tinkludi ishma/unitajiet maħruġa minn MMFs skont dan ir-Regolament u ishma/unitajiet maħruġa minn fondi ta’ investiment li mhumiex MMFs kif definit fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament (UE) Nru 1073/2013 (BĊE/2013/38)

6.

Assi mhux finanzjarji

Assi minbarra assi finanzjarji, inklużi assi fissi (assi mhux finanzjarji prodotti li jintużaw ripetutament jew kontinwament fil-produzzjoni għal aktar minn sena).

Din l-entrata tista’ tinkludi:

(a)

proprjetà immobbli, jiġifieri residenzi, bini u strutturi oħrajn (kemm eżistenti kif ukoll fi żvilupp) u art li tappartjeni legalment għall-aġenti tar-rapportar, inkluż għall-użu proprju. Din l-entrata għandha tiġi rrapportata bħala entrata separata “li minnhom”;

(b)

makkinarju u tagħmir;

(c)

oġġetti ta’ valur;

(d)

prodotti tal-proprjetà intellettwali bħal programmi tal-kompjuter u bażijiet tad-data.

7.

Assi li jifdal

L-entrata “assi li jifdal” hija l-entrata residwa fuq in-naħa tal-assi tal-karta bilanċjali, definita bħala “assi mhux inklużi mkien ieħor”. Il-BĊNi jistgħu jirrikjedu r-rapportar ta’ subpożizzjonijiet speċifiċi inklużi f’din l-entrata (minbarra dawk l-entrati “li minnhom” meħtieġa taħt dan ir-Regolament). Assi li jifdal jistgħu jinkludu:

(a)

pożizzjonijiet derivattivi finanzjarji b’valuri tas-suq gross pożittivi

Għal finijiet ta’ statistika, strumenti derivattivi finanzjarji li jkunu soġġetti għal reġistrazzjoni fuq il-karta bilanċjali għandhom ikunu inklużi hawnhekk u għandhom jiġu rrapportati bħala entrata separata “li minnhom”;

(b)

ammonti gross riċevibbli fir-rigward ta’ entrati sospiżi

Entrati sospiżi jkunu bilanċi tal-assi miżmuma fil-karta bilanċjali li ma jkunux irreġistrati f’isem il-konsumaturi iżda li madanakollu jkollhom x’jaqsmu ma’ fondi tal-konsumatur, eż. fondi li jkunu qed jistennew investiment, trasferiment jew saldu;

(c)

ammonti gross riċevibbli fir-rigward ta’ entrati fi tranżitu

Entrati fi tranżitu jirrappreżentaw fondi, li normalment jappartjenu lill-konsumaturi, li jkunu qegħdin jiġu trażmessi bejn l-aġenti tar-rapportar. L-entrati jinkludu ċekkijiet u forom oħra ta’ pagament li jkunu ntbagħtu għall-ġbir lil aġenti tar-rapportar oħrajn;

(d)

imgħax akkumulat riċevibbli fuq self

Skont il-prinċipju ġenerali tal-kontabbiltà abbażi tad-dovuti, l-imgħax riċevibbli fuq is-self għandu jkun irreġistrat fil-karta bilanċjali hekk kif jakkumula, jiġifieri fuq il-bażi tad-dovuti, u mhux meta attwalment jiġi riċevut, jiġifieri fuq il-bażi ta’ flus kontanti. L-imgħax akkumulat fuq is-self għandu jiġi kklassifikat fuq bażi gross fil-kategorija “assi li jifdal”. L-imgħax akkumulat għandu jkun eskluż mis-self li miegħu jkun relatat, u għandu jiġi rrapportat bħala entrata separata “li minnhom”;

(e)

imgħax akkumulat fuq investimenti f’titoli ta’ dejn, meta l-imgħax akkumulat ma jiġix irreġistrat mal-istrument f’“titoli ta’ dejn miżmuma”;

(f)

dividendi li għad iridu jiġu riċevuti;

(g)

ammonti riċevibbli mhux relatati man-negozju ewlieni;

(h)

kontraparti tal-assi għal muniti maħruġa mill-gvern ċentrali (karti bilanċjali tal-BĊNi biss).

“Assi li jifdal” għandhom jeskludu strumenti finanzjarji li jieħdu l-forma ta’ assi finanzjarji (inkluż fl-entrati l-oħrajn tal-karta bilanċjali), ċerti strumenti finanzjarji li ma jieħdux il-forma ta’ assi finanzjarji, bħal garanziji, impenji, self amministrat u self lil trust (reġistrati barra l-karta bilanċjali), u assi mhux finanzjarji (inklużi fil-kategorija 6)

KATEGORIJI TA’ OBBLIGAZZJONIJIET

Kategorija

Deskrizzjoni tal-karatteristiċi prinċipali

8.

Muniti fiċ-ċirkolazzjoni

Il-kategorija tal-obbligazzjonijiet “muniti fiċ-ċirkolazzjoni” hija karti tal-flus u muniti fiċ-ċirkolazzjoni maħruġin jew awtorizzati minn awtoritajiet monetarji. Din il-kategorija tinkludi karti tal-flus maħruġa mill-BĊE u mill-BĊNi. Il-muniti fiċ-ċirkolazzjoni huma parti mill-aggregati monetarji u għandhom ikunu inklużi wkoll f’din il-kategorija anki jekk legalment il-muniti huma obbligazzjoni tal-gvern ċentrali pjuttost milli tal-BĊN. Fejn il-muniti fiċ-ċirkolazzjoni jinħarġu mill-gvern ċentrali, il-BĊN għandu jirreġistra kontroparti għal din l-obbligazzjoni fl-“assi li jifdal” (ara l-kategorija 7)

9.

Depożiti

Ammonti (ishma, depożiti jew oħrajn), li jkunu dovuti lil kredituri mill-aġenti tar-rapportar u li jkunu konformi mal-karatteristiċi deskritti fil-Parti 1 tal-Anness I, ħlief dawk li jirriżultaw mill-ħruġ ta’ titoli negozjabbli jew ishma/unitajiet ta’ MMFs. Għall-finijiet tal-iskema ta’ rapportar, din il-kategorija għandha tinqasam f’depożiti ta’ matul il-lejl, depożiti b’maturità miftiehma, depożiti li jistgħu jiġu mifdija b’avviż u ftehimiet ta’ riakkwist

(a)

depożiti u self

“Depożiti” ikopru wkoll “self” bħala obbligazzjonijiet. F’termini kunċettwali, self jirrappreżenta ammonti riċevuti mill-aġenti tar-rapportar li ma jkunux strutturati fil-forma ta’ “depożiti”. L-ESA 2010 tiddistingwi bejn “self” u “depożiti” fuq il-bażi tal-parti li tieħu l-inizjattiva, jiġifieri jekk tkun il-parti li tissellef, allura jikkostitwixxi self, imma jekk tkun il-parti li ssellef, allura jikkostitwixxi depożitu. Fl-iskema ta’ rapportar f’dan ir-Regolament, “self” mhuwiex rikonoxxut bħala kategorija separata fuq in-naħa tal-obbligazzjonijiet tal-karta bilanċjali. Minflok, bilanċi li huma meqjusa bħala “self” għandhom jiġu kklassifikati bla distinzjoni taħt l-entrata “obbligazzjonijiet ta’ depożitu”, ħlief jekk ikunu rrappreżentati minn strumenti negozjabbli. Dan huwa konformi mad-definizzjoni ta’ “obbligazzjonijiet ta’ depożitu” imsemmija hawn fuq. Self lil aġenti tar-rapportar li huwa kklassifikat bħala “obbligazzjonijiet ta’ depożitu” għandu jinqasam skont ir-rekwiżiti tal-iskema ta’ rapportar, jiġifieri skont is-settur, l-istrument, il-munita u l-maturità. Self sindakat riċevut mill-aġenti tar-rapportar jaqa’ taħt din il-kategorija.

(b)

strumenti ta’ dejn mhux negozjabbli

Strumenti ta’ dejn mhux negozjabbli maħruġa mill-aġenti tar-rapportar ġeneralment għandhom jiġu klassifikati bħala “obbligazzjonijiet ta’ depożitu”. Strumenti li ma jkunux negozjabbli maħruġa minn aġenti tar-rapportar li sussegwentement isiru negozjabbli u li jistgħu jiġu nnegozjati fi swieq sekondarji għandhom jiġu kklassifikati mill-ġdid bħala “titoli ta’ dejn”.

(c)

depożiti marġinali

Depożiti marġinali (marġnijiet) li jsiru skont kuntratti tad-derivattivi għandhom jiġu kklassifikati bħala “obbligazzjonijiet ta’ depożitu” meta jkunu jirrappreżentaw kollateral ta’ flus kontanti depożitat ma’ aġenti tar-rapportar u meta jibqgħu l-proprjetà tad-depożitant u jkunu jistgħu jitħallsu lura lid-depożitant meta jagħlaq il-kuntratt. Fil-prinċipju, marġnijiet riċevuti mill-aġent tar-rapportar għandhom jiġu kklassifikati biss bħala “obbligazzjonijiet ta’ depożitu” sa fejn l-aġent tar-rapportar jingħata fondi li jkunu disponibbli liberament għal self ta’ fondi mislufa; meta parti mill-marġini riċevuta mill-aġent tar-rapportar trid tiġi mgħoddija lil parteċipant ieħor fis-suq tad-derivattivi, eż. il-kamra tal-ikklirjar, dik il-parti biss li tibqa’ għad-dispożizzjoni tal-aġent tar-rapportar għandha fil-prinċipju tiġi kklassifikata bħala “obbligazzjonijiet ta’ depożitu”. Il-kumplessitajiet tal-prattika kurrenti fis-suq jistgħu jagħmluha diffiċli biex jiġu identifikati dawk il-marġnijiet li verament jistgħu jitħallsu lura, minħabba li tipi differenti ta’ marġini jitqiegħdu b’mod li ma jistgħux jintgħarfu fl-istess kont, jew dawk il-marġnijiet li jipprovdu lill-aġent tar-rapportar b’riżorsi għal self ta’ fondi mislufa. F’dawn il-każijiet, huwa aċċettabbli li dawn il-marġnijiet jiġu kklassifikati taħt “obbligazzjonijiet li jifdal” jew bħala “obbligazzjonijiet ta’ depożitu”.

(d)

bilanċi mmarkati

Skont il-prattika nazzjonali, “bilanċi mmarkati” relatati ma’ pereżempju kuntratti ta’ lokazzjoni għandhom jiġu kklassifikati bħala obbligazzjonijiet ta’ depożitu taħt “depożiti b’maturità miftiehma” jew “depożiti li jistgħu jiġu mifdija b’avviż” skont il-maturità/id-dispożizzjonijiet tal-kuntratt sottostanti.

(e)

ishma maħruġa mill-aġenti tar-rapportar klassifikati bħala depożiti

Ishma maħruġa minn aġenti tar-rapportar għandhom jiġu kklassifikati bħala depożiti minflok bħala kapital u riżervi jekk: (i) ikun hemm relazzjoni ekonomika ta’ debitur-kreditur bejn l-emittent u d-detentur, irrispettivament minn kwalunkwe dritt ta’ proprjetà f’dawn l-ishma; u (ii) l-ishma jistgħu jiġu kkonvertiti f’munita jew mifdija mingħajr restrizzjonijiet jew penali sinifikanti. Perijodu ta’ avviż mhuwiex ikkunsidrat bħala restrizzjoni sinifikanti. Barra minn hekk, dawn l-ishma għandhom jikkonformaw mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

id-dispożizzjonijiet regolatorji nazzjonali rilevanti ma jipprovdu ebda dritt mhux kondizzjonat lill-emittent li jirrifjuta l-fidi tal-ishma tiegħu,

l-ishma jkunu “ta’ valur ċert”, jiġifieri taħt ċirkostanzi normali jiġu mħallsa bil-valur nominali tagħhom fil-każ ta’ fidi;

F’każ ta’ insolvenza tal-emittent, id-detenturi tal-ishma tiegħu la jkunu soġġetti legalment għall-obbligu li jkopru l-obbligazzjonijiet pendenti minbarra l-valur nominali tal-ishma, jiġifieri l-parteċipazzjoni tal-azzjonisti fil-kapital sottoskritt, u lanqas għal xi obbligu supplimentari oneruż ieħor. Is-subordinazzjoni tal-ishma għal kwalunkwe strument ieħor maħruġ mill-aġent tar-rapportar ma tikkwalifikax bħala obbligu supplimentari oneruż.

Il-perijodi ta’ avviż għall-konverżjoni ta’ dawn l-ishma f’munita jintużaw sabiex dawn l-ishma jiġu kklassifikati skont it-tqassim skont il-perijodu ta’ avviż fil-kategorija tal-istrumenti “depożiti”. Dawn il-perijodi ta’ avviż japplikaw ukoll meta jiġi ddeterminat il-proporzjon ta’ riżerva li jrid jiġi applikat taħt l-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2021/378 (BĊE/2021/1). Kwalunkwe sehem immarkat relatat ma’ self mogħti mill-aġent tar-rapportar għandu jiġi kklassifikat bħala obbligazzjoni ta’ depożitu, bl-istess tqassim skont il-maturità oriġinali bħas-self sottostanti, jiġifieri bħala “depożiti b’maturità miftiehma” jew “depożiti li jistgħu jiġu mifdija b’avviż”, skont id-dispożizzjonijiet dwar il-maturità tal-kuntratt ta’ self sottostanti.

Meta aġent tar-rapportar ikollu ishma klassifikati bħala depożiti li jkunu nħarġu minn aġenti tar-rapportar oħrajn, l-investimenti għandhom jiġu kklassifikati bħala self fuq in-naħa tal-assi tal-karta bilanċjali tiegħu minflok bħala “ekwità”.

(f)

obbligazzjonijiet ta’ titolizzazzjoni

Il-kontroparti għall-pagament riċevut bi skambju għal self u/jew assi oħrajn mibjugħin f’titolizzazzjoni imma li xorta waħda jkunu rikonoxxuti fuq il-karta bilanċjali tal-istatistika

L-entrata li ġejja ma għandhiex tiġi ttrattata bħala depożitu:

Fondi (depożiti) riċevuti fuq bażi ta’ trust ma għandhomx jiġu rreġistrati fuq il-karta bilanċjali tal-istatistika (ara “Self mogħti fuq bażi ta’ trust” taħt il-kategorija 2)

9.1.

Depożiti ta’ matul il-lejl

Depożiti li jistgħu jiġu kkonvertiti f’munita u/jew li jkunu trasferibbli fuq talba permezz ta’ ċekk, ordni bankarja, dħul ta’ dejn jew mezz simili, mingħajr dewmien, restrizzjoni jew penali sinifikanti. Din l-entrata għandha tinkludi:

(a)

bilanċi (bl-imgħax jew le) li jistgħu jiġu kkonvertiti immedjatament f’munita fuq talba jew fi tmiem il-ġurnata tax-xogħol ta’ wara dik li fiha tkun saret it-talba, mingħajr xi penali jew restrizzjoni sinifikanti, imma li ma jkunux trasferibbli;

(b)

bilanċi (bl-imgħax jew le) li jirrappreżentaw ammonti mħallsa bil-quddiem fil-kuntest ta’ flejjes elettroniċi, eż. kards imħallsa bil-quddiem;

(c)

self li jkun irid jitħallas lura sa tmiem il-ġurnata tax-xogħol ta’ wara dik li fiha jkun ingħata s-self;

(d)

pożizzjonijiet ta’ pools ta’ flus kontanti nozzjonali li jkunu depożiti ta’ matul il-lejl miżmuma f’pools ta’ flus kontanti nozzjonali mill-parteċipanti fil-pools.

9.1a.

Depożiti trasferibbli

Depożiti trasferibbli huma dawk id-depożiti fil-kategorija “depożiti ta’ matul il-lejl” li jkunu trasferibbli direttament fuq talba biex isiru pagamenti lil aġenti ekonomiċi oħrajn permezz ta’ mezzi ta’ ħlas użati normalment, bħal trasferiment ta’ kreditu u debitu dirett, possibbilment ukoll permezz ta’ kard ta’ kreditu jew ta’ debitu, tranżazzjonijiet ta’ flus elettroniċi, ċekkijiet, jew mezzi simili, mingħajr dewmien, restrizzjonijiet jew penali sinifikanti. Depożiti li jistgħu jintużaw biss għal ġbid ta’ flus u/jew depożiti li minnhom il-fondi jistgħu jinġibdu jew jiġu ttrasferiti biss permezz ta’ kont ieħor tal-istess sid, ma għandhomx jiddaħħlu bħala depożiti trasferibbli.

9.2.

Depożiti b’maturità miftiehma

Depożiti li ma jkunux trasferibbli li ma jistgħux jiġu kkonvertiti f’munita qabel terminu fiss miftiehem jew li jkunu jistgħu jiġu kkonvertiti biss f’munita qabel dak it-terminu miftiehem kemm-il darba d-detentur iħallas xi tip ta’ penali. Din l-entrata għandha tinkludi wkoll depożiti ta’ tfaddil irregolati amministrattivament meta l-kriterju relatat mal-maturità ma jkunx rilevanti; dawn għandhom jiġu kklassifikati fil-faxxa ta’ maturità ta’ “aktar minn sentejn”. Prodotti finanzjarji bi provvedimenti roll-over iridu jiġu kklassifikati skont il-maturità l-aktar bikrija. Għalkemm depożiti b’maturità miftiehma jista’ jkollhom il-possibbiltà li jiġu mifdija aktar kmieni wara notifika minn qabel, jew jistgħu jiġu mifdija fuq talba soġġett għal ċerti penali, dawn il-karatteristiċi mhumiex meqjusa bħala rilevanti għall-finijiet ta’ klassifikazzjoni

9.2a/9.2b/9.2c

Depożiti b’maturità miftiehma sa u inkluża sena waħda/aktar minn sena u sa u inklużi sentejn/aktar minn sentejn

Dawn l-entrati għandhom jinkludu għal kull tqassim skont il-maturità:

(a)

Bilanċi mqiegħda b’terminu fiss ta’ maturità sa u inkluża sena waħda/aktar minn sena u sa u inklużi sentejn/aktar minn sentejn li ma jkunux trasferibbli u li ma jkunux jistgħu jiġu kkonvertiti f’munita qabel dik il-maturità;

(b)

Bilanċi mqiegħda b’terminu fiss ta’ maturità sa u inkluża sena waħda/aktar minn sena u sa u inklużi sentejn/aktar minn sentejn li ma jkunux trasferibbli imma li jkunu jistgħu jiġu mifdija qabel dak it-terminu wara avviż minn qabel; meta jkun ingħata avviż, dawn il-bilanċi għandhom jiġu klassifikati f’9.3a jew 9.3b, fejn xieraq;

(c)

Bilanċi mqiegħda b’terminu fiss ta’ maturità sa u inkluża sena waħda/aktar minn sena u sa u inklużi sentejn/aktar minn sentejn li ma jkunux trasferibbli imma li jkunu jistgħu jiġu mifdija fuq talba soġġett għal ċerti penali;

(d)

Pagamenti marġinali li jsiru taħt kuntratti tad-derivattivi li jkunu jridu jingħalqu fi żmien sena/bejn sena u sentejn/wara aktar minn sentejn, li jirrappreżentaw kollateral ta’ flus kontanti mqiegħed biex jipproteġi kontra riskju ta’ kreditu imma li jibqa’ fil-pussess tad-depożitant u li jkun jista’ jerġa’ jitħallas lid-depożitant meta jingħalaq il-kuntratt;

(e)

Self, li tiegħu jkun hemm prova permezz ta’ dokumenti mhux negozjabbli jew inkella li ma jkunx hemm prova tiegħu permezz ta’ dokumenti, b’maturità oriġinali sa sena/aktar minn sena u sa u inklużi sentejn/aktar minn sentejn;

(f)

Titoli ta’ dejn mhux negozjabbli maħruġa li jkollhom maturità oriġinali sa u inkluża sena/aktar minn sena u sa u inklużi sentejn/aktar minn sentejn;

(g)

Dejn subordinat maħruġ fil-forma ta’ depożiti jew self b’maturità oriġinali sa u inkluża sena/aktar minn sena u sa u inklużi sentejn/aktar minn sentejn.

(h)

Obbligazzjonijiet ta’ titolizzazzjoni.

Il-kontroparti għall-pagament riċevut bi skambju għal self u/jew assi oħrajn mibjugħin f’titolizzazzjoni imma li xorta waħda jkunu rikonoxxuti fuq il-karta bilanċjali tal-istatistika. B’konvenzjoni dawn l-obbligazzjonijiet għandhom jiġu assenjati għat-tqassim skont il-maturità ta’ “maturità miftiehma ta’ aktar minn sentejn”.

Barra minn hekk, depożiti b’maturità miftiehma ta’ aktar minn sentejn għandhom jinkludu:

Bilanċi (irrispettivament mill-maturità) li fihom ir-rati tal-imgħax u/jew it-termini u l-kundizzjonijiet ikunu speċifikati fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u li jkunu mfassla biex jinżammu għal għanijiet speċifiċi, eż. finanzjament għal djar, li jseħħu wara sentejn, anke jekk teknikament ikunu jistgħu jiġu mifdija fuq talba

9.3.

Depożiti li jistgħu jinfdew b’avviż

Depożiti li ma jkunux trasferibbli mingħajr ebda maturità miftiehma li ma jistgħux jiġu kkonvertiti f’munita mingħajr perijodu ta’ avviż minn qabel; il-konverżjoni f’munita ma tkunx possibbli qabel l-iskadenza jew tkun possibbli biss b’penali. Dawn jinkludu depożiti li, għalkemm forsi jkunu jistgħu jiġu rtirati legalment fuq talba, ikunu soġġetti għal penali u restrizzjonijiet skont il-prattika nazzjonali (klassifikati fil-faxxa ta’ maturità “sa u inklużi tliet xhur”), u kontijiet ta’ investimenti mingħajr perijodu ta’ avviż jew maturità miftiehma, imma li fihom dispożizzjonijiet restrittivi dwar ġbid ta’ flus (klassifikati fil-faxxa ta’ maturità ta’ “aktar minn tliet xhur”)

9.3a/9.3b

Depożiti li jkunu jistgħu jiġu mifdija b’avviż sa u inklużi tliet xhur/ta’ aktar minn tliet xhur li minnhom b’avviż ta’ aktar minn sentejn

Dawn l-entrati għandhom jinkludu:

(a)

Bilanċi mqiegħda mingħajr maturità fissa li jistgħu jinġibdu biss soġġett għal avviż minn qabel sa u inklużi tliet xhur/aktar minn tliet xhur li minnhom aktar minn sentejn; jekk ikun possibbli li jiġu mifdija qabel dak il-perijodu tal-avviż (jew anke fuq talba), ikun jinvolvi l-ħlas ta’ penali; u

(b)

Bilanċi mqiegħda b’terminu fiss ta’ maturità li ma jkunux trasferibbli imma li jkunu ġew soġġetti għal avviż ta’ inqas minn tliet xhur/ta’ aktar minn tliet xhur, li minnhom ta’ aktar minn sentejn, għal fidi aktar bikrija

Barra minn hekk, depożiti li jistgħu jiġu mifdija b’avviż sa u inklużi tliet xhur għandhom jinkludu depożiti ta’ domanda mhux trasferibbli u tipi oħrajn ta’ depożiti fil-livell tal-konsumatur li, għalkemm ikunu jistgħu jiġu mifdija legalment fuq talba, ikunu soġġetti għal penali sinifikanti

Depożiti li jistgħu jiġu mifdija b’avviż ta’ aktar minn tliet xhur li minnhom b’avviż ta’ aktar minn sentejn (fejn applikabbli) għandhom jinkludu kontijiet ta’ investiment mingħajr perijodu ta’ avviż jew maturità miftiehma, iżda li jkunu jinkludu dispożizzjonijiet restrittivi dwar ġbid ta’ flus

9.4.

Riakkwisti

Kontraparti ta’ flus riċevuta bi skambju għal titoli mibjugħin minn aġenti tar-rapportar bi prezz partikolari b’impenn sod biex l-istess titoli jew oħrajn simili jerġgħu jinxtraw bi prezz fiss f’data speċifikata fil-futur. Ammonti riċevuti minn aġenti tar-rapportar bi skambju għal titoli trasferiti lil parti terza, jiġifieri l-akkwirent temporanju, għandhom jiġu kklassifikati taħt “ftehim ta’ riakkwist” meta jkun hemm impenn sod u mhux sempliċement opzjoni biex tiġi invertita l-operazzjoni. Dan jimplika li l-aġenti tar-rapportar iżommu r-riskji u l-benefiċċji kollha tat-titoli sottostanti waqt l-operazzjoni.

Il-varjanti li ġejjin ta’ operazzjonijiet tat-tip riakkwist għandhom jiġu klassifikati kollha taħt “ftehimiet ta’ riakkwist”:

(a)

ammonti riċevuti bi skambju għal titoli trasferiti temporanjament lil parti terza fil-forma ta’ self ta’ titoli kontra kollateral ta’ flus kontanti; u

(b)

ammonti riċevuti bi skambju għal titoli trasferiti temporanjament lil parti terza fil-forma ta’ ftehim ta’ bejgħ/xiri lura.

It-titoli sottostanti għal operazzjonijiet tat-tip riakkwist għandhom jiġu rreġistrati skont ir-regoli fl-entrata tal-assi 3 “titoli ta’ dejn”. Operazzjonijiet li jinvolvu t-trasferiment temporanju ta’ deheb kontra kollateral ta’ flus kontanti għandhom jiġu inklużi wkoll taħt din l-entrata

10.

Ishma/unitajiet tal-MMF

Ishma jew unitajiet maħruġa minn MMFs. Din l-entrata għandha tirrappreżenta l-obbligazzjoni totali lejn l-azzjonisti tal-MMFs. Fondi li jirriżultaw minn benefiċċji mhux distribwiti jew minn fondi mwarrba mill-MMF b’antiċipazzjoni ta’ pagamenti jew obbligi futuri probabbli għandhom ikunu inklużi wkoll

11.

Titoli ta’ dejn maħruġin

Titoli għajr ekwità maħruġin minn aġenti tar-rapportar, li jkunu strumenti li normalment jistgħu jiġu nnegozjati u kkummerċjalizzati fi swieq sekondarji jew li jistgħu jiġu kkumpensati fis-suq u li ma jagħtu lid-detentur ebda dritt ta’ sjieda fuq l-istituzzjoni emittenti. Din l-entrata għandha tinkludi:

(a)

Titoli li jagħtu lid-detentur id-dritt mhux kondizzjonat għal qligħ fiss jew qligħ stabbilit b’kuntratt fil-forma ta’ pagamenti b’kupuni u/jew somma fissa dikjarata f’data speċifika (jew f’dati speċifiċi) li tibda minn data definita fil-ħin tal-ħruġ;

(b)

Strumenti li ma jkunux negozjabbli maħruġin minn aġenti tar-rapportar li sussegwentement isiru negozjabbli għandhom jiġu kklassifikati mill-ġdid bħala “titoli ta’ dejn” (ara wkoll il-kategorija 9);

(c)

Dejn subordinat maħruġ irid jiġi ttrattat bl-istess mod bħal dejn ieħor ghall-finijiet ta’ statistika monetarja u finanzjarja. Għalhekk, dejn subordinat maħruġ fil-forma ta’ titoli għandu jiġi kklassifikat bħala “titoli ta’ dejn maħruġa”, waqt li dejn subordinat maħruġ fil-forma ta’ depożiti jew self għandu jiġi kklassifikat bħala “obbligazzjonijiet ta’ depożitu”. Meta d-dejn subordinat kollu maħruġ jiġi identifikat bħala ammont waħdieni għal finijiet ta’ statistika, din iċ-ċifra għandha tiġi kklassifikata taħt l-entrata “titoli ta’ dejn maħruġa”, fuq il-bażi li dejn subordinat ikun kostitwit prinċipalment fil-forma ta’ titoli aktar milli bħala self. Dejn subordinat ma għandux jiġi kklassifikat taħt l-entrata tal-obbligazzjonijiet “kapital u riżervi”

(d)

Strumenti ibridi. Strumenti negozjabbli b’taħlita ta’ komponenti ta’ dejn u derivattivi, inklużi:

(i)

strumenti ta’ dejn negozjabbli li jinkludu derivattivi inkorporati;

(ii)

strumenti negozjabbli li l-valur ta’ fidi u/jew il-kupun tagħhom ikun marbut mal-iżvilupp ta’ assi ta’ referenza sottostanti, mal-prezz tal-assi jew ma’ indikatur ta’ referenza ieħor fuq il-maturità tal-istrument

11a/11b/11c

Titoli ta’ dejn b’maturità oriġinali sa u inkluża sena waħda/aktar minn sena u sa u inklużi sentejn/aktar minn sentejn

Dawn l-entrati għandhom jinkludu għal kull tqassim skont il-maturità:

(a)

Titoli ta’ dejn negozjabbli maħruġa li jkollhom maturità oriġinali sa u inkluża sena/aktar minn sena u maturità oriġinali sa u inklużi sentejn/aktar minn sentejn; u

(b)

Dejn subordinat maħruġ fil-forma ta’ titoli ta’ dejn b’maturità oriġinali sa u inkluża sena/aktar minn sena u maturità oriġinali sa u inklużi sentejn/aktar minn sentejn

11d

Li minnhom titoli ta’ dejn sa mhux aktar minn sentejn u garanzija kapitali nominali anqas minn 100 %

Strumenti ibridi maħruġa b’maturità oriġinali ta’ mhux aktar minn sentejn, u li malli jimmaturaw jistgħu jkollhom valur ta’ fidi kuntrattwali fil-munita tal-ħruġ anqas mill-ammont li jkun ġie investit oriġinarjament minħabba t-taħlita tagħhom ta’ komponenti ta’ dejn u ta’ derivattivi

12.

Kapital u riżervi

Għall-għanijiet tal-iskema ta’ rapportar, din il-kategorija għandha tinkludi l-ammonti li jinħolqu mill-ħruġ ta’ kapital ta’ ekwità minn aġenti tar-rapportar lil azzjonisti jew proprjetarji oħra, li għad-detentur jirrappreżentaw drittijiet ta’ proprjetà fl-aġent tar-rapportar u ġeneralment dritt għal sehem fil-profitt tiegħu u sehem fil-fondi proprji tiegħu f’każ ta’ likwidazzjoni.

Din il-kategorija għandha tinkludi t-tqassim li ġej:

(a)

kapital ta’ ekwità miġbur;

Dan għandu jinkludi l-fondi kollha kkontribwiti mis-sidien, mill-kontribuzzjoni inizjali għal kwalunkwe ħruġ sussegwenti ta’ forom ta’ sjieda u għandu jirrifletti l-ammont sħiħ ta’ kapital miġbur, inkluż il-premium azzjonarju.

(b)

profitt jew telf akkumulat fil-perijodu ta’ kontabbiltà

Dan għandu jinkludi l-introjtu kollu tal-perijodu kurrenti tal-kontabbiltà kif irreġistrat fir-rapport tal-introjtu li jkun għadu ma ġiex ittrasferit għall-qligħ imfaddal.

(c)

dħul u spejjeż rikonoxxuti direttament fl-ekwità

Dawn għandhom jinkludu l-kontroparti għar-rivalwazzjonijiet netti tal-assi u l-obbligazzjonijiet li jkunu reġistrati direttament fl-ekwità u mhux fir-rapport tal-introjtu skont il-qafas tal-kontabbiltà.

(d)

fondi li jirriżultaw minn dħul mhux imqassam lill-azzjonisti

Dawn għandhom jinkludu riżervi u fondi oħrajn (eż. profitt jew telf riportati wara tmiem tal-perijodu ta’ kontabbiltà u qabel ma tkun ittieħdet deċiżjoni dwar id-distribuzzjoni ta’ dividendi jew approprjazzjoni bħala riżervi) mhux imqassma lill-azzjonisti.

(e)

provvedimenti speċifiċi u ġenerali kontra self, titoli u tipi oħrajn ta’ assi.

Dawn il-provvedimenti għandhom jinkludu l-koperturi għall-indebolimenti u telf minn self sakemm ma jkunux imnaqqsa mill-kategorija tal-assi li jirreferu għaliha fil-karta bilanċjali statistika.

13.

Obbligazzjonijiet li jifdal

L-entrata “obbligazzjonijiet li jifdal” għandha tkun l-entrata residwa fuq in-naħa tal-obbligazzjonijiet tal-karta bilanċjali, definita bħala “obbligazzjonijiet mhux inklużi x’imkien ieħor”. Il-BĊNi jistgħu jeħtieġu r-rapportar ta’ subpożizzjonijiet speċifiċi inklużi f’din l-entrata (minbarra dawk l-entrati “li minnhom” meħtieġa taħt dan ir-Regolament).

Obbligazzjonijiet li jifdal jistgħu jinkludu:

(a)

pożizzjonijiet ta’ derivattivi finanzjarji b’valuri tas-suq gross negattivi

Għal finijiet ta’ statistika, strumenti derivattivi finanzjarji li jkunu soġġetti għal reġistrazzjoni fuq il-karta bilanċjali għandhom ikunu inklużi hawnhekk u għandhom jiġu rrapportati bħala entrata separata “li minnhom”;

(b)

ammonti grossi pagabbli fir-rigward ta’ entrati sospiżi

Entrati sospiżi jkunu bilanċi miżmuma fil-karta bilanċjali li ma jkunux irreġistrati f’isem il-konsumaturi iżda li madanakollu jkollhom x’jaqsmu ma’ fondi tal-konsumatur, eż. fondi li jkunu qed jistennew investiment, trasferiment jew saldu;

(c)

ammonti grossi pagabbli fir-rigward ta’ entrati fi tranżitu

Entrati fi tranżitu jirrappreżentaw fondi, li normalment jappartjenu lill-konsumaturi, li jkunu fil-proċess li jiġu trażmessi bejn l-aġenti tar-rapportar. L-entrati għandhom jinkludu trasferimenti ta’ kreditu li ġew iddebitati minn kontijiet tal-konsumaturi u entrati oħrajn li l-pagament korrespondenti għalihom ma jkunx għadu sar mill-aġent tar-rapportar;

(d)

imgħax akkumulat pagabbli fuq id-depożiti

Skont il-prinċipju ġenerali tal-kontabbiltà abbażi tad-dovuti, l-imgħax pagabbli fuq id-depożiti għandu jkun soġġett għal reġistrazzjoni fuq il-karta bilanċjali hekk kif jakkumula, jiġifieri fuq il-bażi tad-dovuti, u mhux meta attwalment jitħallas, jiġifieri fuq il-bażi ta’ flus kontanti. L-imgħax akkumulat fuq id-depożiti għandu jiġi kklassifikat fuq bażi gross fil-kategorija “obbligazzjonijiet li jifdal”. L-imgħax akkumulat għandu jkun eskluż mid-depożitu li miegħu jkun relatat, u għandu jiġi rrapportat bħala entrata separata “li minnu”;

(e)

imgħax akkumulat fuq titoli ta’ dejn maħruġin, meta l-imgħax akkumulat ma jiġix irreġistrat mal-istrument f’“titoli ta’ dejn maħruġa”

(f)

dividendi li għad iridu jitħallsu;

(g)

ammonti pagabbli mhux relatati man-negozju prinċipali, eż. ammonti dovuti lil fornituri, taxxi, pagi, kontribuzzjonijiet soċjali;

(h)

provvedimenti li jirrappreżentaw obbligazzjonijiet kontra partijiet terzi, eż. pensjonijiet u dividendi;

(i)

pagamenti marġinali magħmula taħt kuntratti derivattivi

Pagamenti marġinali (marġnijiet) magħmula taħt kuntratti tad-derivattivi normalment jiġu kklassifikati bħala “obbligazzjonijiet ta’ depożitu” (ara l-kategorija 9). Il-kumplessitajiet tal-prattika kurrenti fis-suq jistgħu jagħmluha diffiċli biex jiġu identifikati dawk il-marġnijiet li verament jistgħu jitħallsu lura, minħabba li tipi differenti ta’ marġini jitqiegħdu b’mod li ma jistgħux jintgħarfu fl-istess kont, jew dawk il-marġnijiet li jipprovdu lill-aġent tar-rapportar b’riżorsi għal self ta’ fondi mislufa. F’dawn il-każijiet, huwa aċċettabbli li dawn il-marġnijiet jiġu kklassifikati taħt “obbligazzjonijiet li jifdal” jew bħala “obbligazzjonijiet ta’ depożitu”, skont il-prattika nazzjonali;

(j)

ammonti netti pagabbli fir-rigward ta’ saldu futur ta’ tranżazzjonijiet f’titoli jew operazzjonijiet f’muniti barranin

“Obbligazzjonijiet li jifdal” tista’ teskludi kważi l-istrumenti finanzjarji kollha li jieħdu l-forma ta’ obbligazzjonijiet finanzjarji (inklużi fl-entrati l-oħrajn tal-karta bilanċjali), strumenti finanzjarji li ma jieħdux il-forma ta’ obbligazzjonijiet finanzjarji bħal garanziji, impenji, self amministrat u self lil trust (irreġistrati barra l-karta bilanċjali), u obbligazzjonijiet mhux finanzjarji bħal entrati ta’ kapital fuq in-naħa tal-obbligazzjonijiet (inklużi fil-“kapital u riżervi”).

PARTI 3

Definizzjoni tas-setturi

L-ESA 2010 tipprovdi l-istandard għall-klassifikazzjoni tas-setturi fl-Istati Membri. Din it-tabella tipprovdi deskrizzjoni standard dettaljata tas-setturi li l-BĊNi għandhom jittrasponu fil-kategoriji nazzjonali b’mod konformi ma’ dan ir-Regolament. Il-kontrapartijiet li jinsabu fiż-żona tal-euro għandhom jiġu identifikati skont is-settur tagħhom b’mod konformi mal-listi miżmuma mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għal finijiet ta’ statistika, fejn rilevanti, u gwida oħra għall-klassifikazzjoni statistika tal-kontropartijiet ipprovduta mill-BĊE.

Il-klassifikazzjoni tas-setturi ta’ kontropartijiet li jinsabu barra l-Istati Membri għandha ssir skont l-SNA 2008. It-terminu “MFI” jirreferi biss għall-Istati Membri. Għall-finijiet ta’ klassifikazzjoni ta’ residenti mhux tal-UE, it-terminu “MFI” għandu jiġi interpretat bħala li jfisser is-setturi tal-SNA 2008 “bank ċentrali”, “korporazzjonijiet li jieħdu d-depożitu minbarra l-bank ċentrali” u “fondi tas-suq monetarju”.

Tabella

Definizzjoni tas-setturi

Settur

Definizzjoni

MFIs

Ara l-Artikolu 1

Gvern ġenerali

Is-settur tal-gvern ġenerali (S.13) jikkonsisti fl-unitajiet istituzzjonali kollha li huma produtturi mhux għas-suq li l-output tagħhom huwa maħsub għall-konsum individwali jew kollettiv, u li huma ffinanzjati minn pagamenti obbligatorji magħmula minn unitajiet li jappartjenu lil setturi oħra, u l-unitajiet istituzzjonali li huma prinċipalment involuti fir-ridistribuzzjoni tal-introjtu u l-ġid nazzjonali (ESA 2010, paragrafi 2.111 sa 2.113)

Gvern ċentrali

Dan is-subsettur (S.1311) jinkludi d-dipartimenti amministrattivi kollha tal-Istat u aġenziji ċentrali oħrajn li l-kompetenza tagħhom normalment testendi fuq it-territorju ekonomiku kollu, għajr l-amministrazzjoni tal-fondi tas-sigurtà soċjali (ESA 2010, paragrafu 2.114)

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, gvern ċentrali jinkludi wkoll l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni li huma kklassifikati fis-settur tal-gvern ġenerali (S.13).

Gvern statali

Dan is-subsettur (S.1312) jikkonsisti f’dawk it-tipi ta’ amministrazzjoni pubblika li huma unitajiet istituzzjonali separati li jwettqu wħud mill-funzjonijiet tal-gvern, għajr għall-amministrazzjoni tal-fondi tas-sigurtà soċjali, f’livell taħt dak ta’ gvern ċentrali u ogħla minn ta’ unitajiet istituzzjonali governattivi li jeżistu fil-livell lokali (ESA 2010, paragrafu 2.115).

Gvern lokali

Dan is-subsettur jinkludi dawk it-tipi ta’ amministrazzjoni pubblika li l-kompetenza tagħha testendi biss għal parti lokali mit-territorju ekonomiku, minbarra l-aġenziji lokali tal-fondi tas-sigurtà soċjali (ESA 2010, paragrafu 2.116).

Fondi tas-sigurtà soċjali

Is-subsettur tal-fondi tas-sigurtà soċjali (S.1314) jinkludi l-unitajiet istituzzjonali ċentrali, tal-istat, u lokali li l-attività prinċipali tagħhom hija li jipprovdu benefiċċji soċjali u li jissodisfaw iż-żewġ kriterji li ġejjin: (a) bil-liġi jew b’regolamentazzjoni, ċerti gruppi tal-popolazzjoni huma obbligati li jipparteċipaw fl-iskema jew li jħallsu kontribuzzjonijiet; u (b) il-gvern ġenerali huwa responsabbli għall-ġestjoni tal-istituzzjoni fejn għandhom x’jaqsmu s-saldu jew l-approvazzjoni tal-kontribuzzjonijiet u l-benefiċċji, indipendentement mir-rwol tiegħu bħala korp sorveljanti u bħala entità li tipprovdi l-impjieg (ESA 2010, paragrafu 2.117)

Fondi ta’ investiment li mhumiex MMFs

L-IFs kid definit fir-Regolament (UE) Nru 1073/2013 (BĊE/2013/38). Dan is-subsettur jikkonsisti fl-impriżi kollha ta’ investiment kollettiv, minbarra l-MMFs, li jinvestu f’assi finanzjarji u/jew mhux finanzjarji, sal-punt li l-objettiv ikun l-investiment ta’ kapital miġbur mill-pubbliku

Intermedjarji finanzjarji oħrajn, ħlief għal korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni u fondi tal-pensjonijiet + awżiljari finanzjarji + istituzzjonijiet finanzjarji kaptivi u selliefa ta’ flus

L-intermedjarji finanzjarji oħrajn, għajr għas-subsettur tal-korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni u l-fondi ta’ pensjoni (S.125) jinkludi l-korporazzjonijiet u l-kważikorporazzjonijiet finanzjarji kollha li huma prinċipalment involuti f’intermedjazzjoni finanzjarja billi jidħlu għal passivi f’forom li ma jinkludux il-flus, id-depożiti (jew sostituti mill-qrib għal depożiti), unitajiet/ishma ta’ fondi ta’ investiment, jew b’rabta ma’ assigurazzjoni, pensjoni u skemi ta’ garanzija standardizzati minn unitajiet istituzzjonali (ESA 2010, paragrafi 2.86 sa 2.94).

Is-subsettur tal-awżiljarji finanzjarji (S.126) jikkonsisti fil-korporazzjonijiet u l-kważikorporazzjonijiet finanzjarji kollha li huma involuti prinċipalment f’attivitajiet marbuta mill-qrib mal-intermedjazzjoni finanzjarja iżda li huma nfushom mhumiex intermedjarji finanzjarji. Dan is-subsettur jinkludi wkoll l-uffiċċji ċentrali li s-sussidjarji tagħhom kollha jew fil-parti l-kbira tagħhom huma korporazzjonijiet finanzjarji (ESA 2010, paragrafi 2.95 sa 2.97).

Is-subsettur tal-istituzzjonijiet finanzjarji kaptivi u tas-selliefa tal-flus (S.127) jinkludi l-korporazzjonijiet u l-kważikorporazzjonijiet finanzjarji kollha li la huma involuti f’intermedjazzjoni finanzjarja u lanqas ma jipprovdu servizzi awżiljarji finanzjarji, u fejn il-parti l-kbira jew tal-assi tagħhom jew il-passivi tagħhom mhumiex innegozjati fis-swieq miftuħa. Dan is-subsettur jinkludi kumpaniji holding li għandhom fil-pussess tagħhom is-sjieda ta’ livelli ta’ kontroll tal-ekwità ta’ grupp ta’ korporazzjonijiet sussidjarji u li l-attività prinċipali tagħhom hija s-sjieda tal-grupp mingħajr ma jipprovdu ebda servizz ieħor lin-negozji li fihom tkun qed tinżamm din l-ekwità, jiġifieri, ma jkunux jamministraw jew jiġġestixxu unitajiet oħra (ESA 2010, paragrafi 2.98 sa 2.99)

Korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni

Is-subsettur tal-korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni (S.128) jinkludi l-korporazzjonijiet u l-kważikorporazzjonijiet finanzjarji kollha li huma involuti prinċipalment f’intermedjazzjoni finanzjarja bħala konsegwenza tal-ġbir komuni tar-riskji prinċipalment fil-forma ta’ assigurazzjoni jew riassigurazzjoni diretta (ESA 2010, paragrafi 2.100 sa 2.104).

Fondi tal-pensjoni

Is-subsettur tal-fondi tal-pensjoni (S.129) jinkludi l-korporazzjonijiet u l-kważikorporazzjonijiet finanzjarji kollha li huma involuti prinċipalment f’intermedjazzjoni finanzjarja bħala konsegwenza tal-ġbir komuni tar-riskji soċjali u l-ħtiġijiet tal-persuni assigurati (assigurazzjoni soċjali). Fondi tal-pensjoni bħal skemi tal-assigurazzjoni soċjali jipprovdu introjtu waqt il-pensjoni, u ħafna drabi benefiċċji għal mewt u diżabbiltà (ESA 2010, paragrafi 2.105 sa 2.110).

Korporazzjonijet mhux finanzjarji

Is-settur tal-korporazzjonijiet mhux finanzjarji (S.11) jikkonsisti fl-unitajiet istituzzjonali li huma entitajiet legali indipendenti u li huma produtturi tas-suq u li l-attività prinċipali tagħhom hija l-produzzjoni ta’ oġġetti u servizzi mhux finanzjarji. Dan is-settur jinkludi wkoll kważikorporazzjonijiet mhux finanzjarji (ESA 2010, paragrafi 2.45 sa 2.54).

Unitajiet domestiċi + istituzzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ li jservu l-unitajiet domestiċi

Is-settur tal-unitajiet domestiċi (S.14) jikkonsisti f’individwi jew gruppi ta’ individwi bħala konsumaturi u bħala intraprendituri li jipproduċu oġġetti għas-suq u servizzi finanzjarji u mhux finanzjarji (produtturi għas-suq) sakemm, il-produzzjoni ta’ prodotti u servizzi ma tkunx minn entitajiet separati ttrattati bħala kważikorporazzjonijiet. Jinkludi wkoll individwi jew gruppi ta’ individwi bħala produtturi ta’ oġġetti u servizzi mhux finanzjarji għal użu aħħari proprju b’mod esklużiv (ESA 2010, paragrafi 2.118 sa 2.128).

Is-settur tal-istituzzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ li jservu l-unitajiet domestiċi (NPISHs) (S.15) jinkludi istituzzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ li huma entitajiet legali separati, li jservu lill-unitajiet domestiċi u li huma produtturi privati mhux għas-suq. Ir-riżorsi prinċipali tagħhom huma l-kontribuzzjonijiet volontarji fi flus kontanti jew ħlas b’oġġetti, minn unitajiet domestiċi fil-kapaċità tagħhom ta’ konsumaturi, minn pagamenti magħmula minn gvern ġenerali u minn introjtu minn proprjetà (ESA 2010, paragrafi 2.129 sa 2.130)

Kumpaniji b’membru wieħed u soċjetajiet mingħajr status legali (subpopolazzjoni ta’ “Unitajiet domestiċi”)

Kumpaniji b’membru wieħed u soċjetajiet mingħajr status legali, minbarra dawk stabbiliti bħala kważikorporazzjonijiet, u li huma produtturi għas-suq. (ESA 2010, paragrafu 2.119d).


ANNESS III

RAPPORTAR GĦALL-FINI TA’ RIŻERVI MINIMI

PARTI 1

Regoli ġenerali

1.

Ċelloli mmarkati b’* fit-Tabella 1 fil-Parti 2 tal-Anness I għandhom jintużaw fil-kalkolu tal-bażi ta’ riżerva għall-finijiet tar-Regolament (UE) 2021/378 (BĊE/2021/1). F’dak li għandu x’jaqsam mat-titoli ta’ dejn, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jew jippreżentaw prova tal-obbligazzjonijiet li jridu jiġu esklużi mill-bażi ta’ riżerva jew japplikaw tnaqqis standard ta’ persentaġġ fiss speċifikat mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE). Ċelloli bid-disinni għandhom jiġu rrapportati biss mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu soġġetti għal rekwiżiti ta’ riżerva.

2.

Iċ-ċelloli fit-Tabella 1 dwar id-depożiti ma’ “istituzzjonijiet ta’ kreditu soġġetti għal rekwiżiti ta’ riżerva”, ma jridux jinkludu l-obbligazzjonijiet ta’ aġenti tar-rapportar dovuti lil istituzzjonijiet elenkati bħala eżenti mis-sistema ta’ riżerva minima tal-BĊE, jiġifieri istituzzjonijiet li huma eżenti għal raġunijiet oħra għajr li huma soġġetti għal miżuri ta’ riorganizzazzjoni. L-istituzzjonijiet li jkunu temporanjament eżenti mir-rekwiżiti ta’ riżerva minima minħabba li jkunu soġġetti għal miżuri ta’ riorganizzazzjoni għandhom jiġu ttrattati bħala istituzzjonijiet soġġetti għal rekwiżiti ta’ riżerva minima u, għalhekk, l-obbligazzjonijiet dovuti lil dawn l-istituzzjonijiet għandhom ikunu koperti mit-Tabella 1 f’din il-Parti. L-obbligazzjonijiet lil istituzzjonijiet li mhumiex attwalment meħtieġa li jżommu ħażniet ta’ riżerva mas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali minħabba l-applikazzjoni tar-remunerazzjoni f’somma f’daqqa għandhom ukoll ikunu koperti minn din it-Tabella.

3.

Skont is-sistemi nazzjonali ta’ ġbir u mingħajr preġudizzju għall-konformità sħiħa mad-definizzjonijiet u l-prinċipji ta’ klassifikazzjoni stabbiliti f’dan ir-Regolament, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu soġġetti għal rekwiżiti ta’ riżerva jistgħu alternattivament jirrapportaw id-data meħtieġa għall-kalkolu tal-bażi tar-riżerva, minbarra dik dwar strumenti negozjabbli, skont it-Tabella 1 f’din il-Parti, sakemm l-ebda waħda mill-pożizzjonijiet fiċ-ċelloli mingħajr disinn tat-Tabella 1 fil-Parti 2 tal-Anness I ma tiġi affettwata.

4.

Għal rapportar skont it-tabella hawn taħt, irid jiġi żgurat qbil strett mat-Tabella 1 fil-Parti 2 tal-Anness I.

Tabella 1

Bażi ta’ riżerva

 

Ammonti pendenti ta’ obbligazzjonijiet dovuti, minbarra lill-BĊE, lill-BĊNi u lil istituzzjonijiet ta’ kreditu oħrajn soġġetti għal rekwiżiti ta’ riżerva  (1)

PASSIV TAD-DEPOŻITI

(L-euro u l-muniti barranin ikkombinati)

 

 

 

9.

DEPOŻITI TOTALI

 

 

9.1e + 9.1x

 

9.2e + 9.2x

 

9.3e + 9.3x

 

9.4e + 9.4x

 

 

 

li minnhom:

 

 

9.2e + 9.2x b'maturità miftiehma

 

ta’ aktar minn sentejn

 

 

 

li minnhom:

Rapportar volontarju  (2)

9.3e + 9.3x li jistgħu jiġu mifdija b’avviż

ta’ aktar minn sentejn

 

 

li minnhom:

 

9.4e + 9.4x repos

 

 

 

Ammonti pendenti ta’ obbligazzjonijiet dovuti  (3)

STRUMENTI NEGOZJABBLI

(L-euro u l-muniti barranin ikkombinati)

 

11.

TITOLI TA’ DEJN MAĦRUĠIN

 

11e + 11x b'maturità miftiehma

 

sa sentejn

 

ta’ aktar minn sentejn

 

 

PARTI 2

Regoli speċjali fil-każ ta’ fużjonijiet li jinvolvu istituzzjonijiet ta’ kreditu

1.

Meta sseħħ fużjoni bejn istituzzjonijiet ta’ kreditu, il-bażi ta’ riżerva tal-istituzzjoni akkwirenti għall-perijodu ta’ manteniment li jsegwi immedjatament il-fużjoni għandu jiġi kkalkolat, skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2021/378 (BĊE/2021/1), bħala l-aggregat tal-bażi ta’ riżerva tagħha u tal-bażijiet ta’ riżerva tal-istituzzjonijiet akkwistati daqslikieku l-fużjoni ma seħħitx, permezz tat-tagħrif statistiku rapportat skont dan ir-Regolament.

2.

Meta l-istituzzjoni akkwirenti fil-fużjoni msemmija fl-ewwel paragrafu ma tkunx istituzzjoni żgħira (“tail”), il-perijodi ta’ referenza rilevanti tat-tagħrif statistiku rrapportat skont dan ir-Regolament biex jintuża għall-finijiet tal-kalkolu msemmi fil-paragrafu 1 għandhom ikunu dawn li ġejjin:

(a)

għal istituzzjonijiet akkwistati li jkunu istituzzjonijiet żgħar (“tail”), il-perijodu ta’ referenza għall-perijodu ta’ manteniment rilevanti stabbilit fl-Artikolu 5(6) tar-Regolament (UE) 2021/378 (BĊE/2021/1);

(b)

għal istituzzjonijiet akkwistati li ma jkunux istituzzjonijiet żgħar (“tail”), il-perijodu ta’ referenza għall-perijodu ta’ manteniment rilevanti stabbilit fl-Artikolu 5(5) tar-Regolament (UE) 2021/378 (BĊE/2021/1);

3.

Meta l-istituzzjoni akkwirenti fil-fużjoni msemmija fil-paragrafu 1 tkun istituzzjoni żgħira (“tail”), il-perijodi ta’ referenza rilevanti tat-tagħrif statistiku rrapportat skont dan ir-Regolament biex jintuża għall-finijiet tal-kalkolu msemmi fil-paragrafu 1 għandhom ikunu dawn li ġejjin:

(a)

għal istituzzjonijiet akkwistati li jkunu istituzzjonijiet żgħar (“tail”), il-perijodu ta’ referenza għall-perijodu ta’ manteniment rilevanti stabbilit fl-Artikolu 5(6) tar-Regolament (UE) 2021/378 (BĊE/2021/1);

(b)

għal istituzzjonijiet akkwistati li ma jkunux istituzzjonijiet żgħar (“tail”), il-perijodu ta’ referenza li jiġi l-ewwel minn dawn li ġejjin:

i.

il-perijodu ta’ referenza rilevanti għall-perijodu ta’ manteniment skont l-Artikolu 5(5) tar-Regolament (UE) 2021/378 (BĊE/2021/1); jew

ii.

il-perijodu ta’ referenza ta’ qabel il-perijodu ta’ referenza li fih seħħet il-fużjoni.

4.

Il-kalkolu msemmi fil-paragrafu 1 għandu japplika wkoll għal perijodi ta’ manteniment sussegwenti meta dawn it-tnejn li ġejjin japplikaw:

(a)

l-istituzzjoni akkwirenti fil-fużjoni msemmija fil-paragrafu 1 tkun istituzzjoni żgħira (“tail”); u

(b)

il-perijodu ta’ referenza rilevanti għal dak il-perijodu ta’ manteniment skont l-Artikolu 5(6) tar-Regolament (UE) 2021/378 (BĊE/2021/1), jippreċedi l-perijodu ta’ referenza li fih tkun daħlet fis-seħħ il-fużjoni.


(1)  Ikkalkulati bħala s-somma ta’:

 

Il-kolonni (a)-(b)+(c)+(d)+(e)+(f)-(g)+(h)+(i)+(j)+(k) fit-Tabella 1 (Obbligazzjonijiet) fil-Parti 2 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33); jew

 

il-Kolonni (a)-(b)-(c)+(d)+(e)+(f)+(g)-(h)-(i)+(j)+(k)+(l)+(m) fit-Tabella 1 (Passiv) fil-Parti 2 tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament

(2)  L-aġenti li jirrapportaw għandhom l-għażla li jissodisfaw dan l-obbligu ta’ rapportar permezz ta’ rapportar volontarju, jiġifieri huma jistgħu jirrapportaw jew ċifri veri (inklużi pożizzjonijiet nulli) jew “tagħrif nieqes”. Meta jagħżlu li jirrapportaw ċifri veri, l-aġenti li jirrapportaw ma jkunux jistgħu jirrapportaw aktar “tagħrif nieqes”.

(3)  Ikkalkulati minn:

 

Il-Kolonna (l) fit-Tabella 1 (Obbligazzjonijiet) fil-Parti 2 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33); jew

 

il-Kolonni (n) fit-Tabella 1 (Obbligazzjonijiet) fil-Parti 2 tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament


ANNESS IV

STANDARDS MINIMI LI JRIDU JIĠU APPLIKATI MILL-POPOLAZZJONI ATTWALI TAR-RAPPORTAR

L-aġenti tar-rapportar jeħtiġilhom jilħqu l-istandards minimi li ġejjin sabiex jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ rapportar statistiku tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE).

1.

Standards minimi għat-trażmissjoni:

(a)

ir-rapportar irid ikun f’waqtu u fl-iskadenzi stabbiliti mill-BĊN rilevanti;

(b)

ir-rapporti ta’ statistika jridu jieħdu l-forma u l-format tagħhom mir-rekwiżiti ta’ rapportar tekniċi stabbiliti mill-BĊN rilevanti;

(c)

l-aġent tar-rapportar għandu jagħti d-dettalji ta’ persuna ta’ kuntatt waħda jew aktar lill-BĊN rilevanti;

(d)

l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għat-trażmissjoni ta’ data lill-BĊN rilevanti jridu jiġu segwiti.

2.

Standards minimi għall-akkuratezza:

(a)

it-tagħrif statistiku jrid ikun korrett: ir-restrizzjonijiet lineari kollha jridu jiġu ssodisfati (eż. l-assi u l-obbligazzjonijiet jridu jibbilanċjaw, is-subtotali jridu jaqblu mat-totali), u d-data trid tkun konsistenti fil-frekwenzi kollha;

(b)

l-aġenti tar-rapportar għandhom ikunu jistgħu jipprovdu tagħrif dwar l-iżviluppi implikati mid-data trażmessa;

(c)

it-tagħrif statistiku jrid ikun komplut u ma jridx ikun fih lakuni kontinwi u strutturali; il-lakuni eżistenti jridu jiġu rikonoxxuti, spjegati lill-BĊN rilevanti u, fejn applikabbli, magħluqa mill-aktar fis;

(d)

l-aġenti tar-rapportar għandhom isegwu d-dimensjonijiet, il-politika tal-approssimazzjoni u d-deċimali stabbiliti mill-BĊN rilevanti għat-trażmissjoni teknika tad-data.

3.

Standards minimi għal konformità mal-kunċetti:

(a)

it-tagħrif statistiku jrid jikkonforma mad-definizzjonijiet u l-klassifikazzjonijiet li jinsabu f’dan ir-Regolament;

(b)

f’każ ta’ devjazzjonijiet minn dawn id-definizzjonijiet u klassifikazzjonijiet, l-aġenti tar-rapportar għandhom jimmonitorjaw u jikkwantifikaw id-differenza bejn il-kejl użat u l-kejl li jinsab f’dan ir-Regolament fuq bażi regolari;

(c)

l-aġenti tar-rapportar għandhom ikunu jistgħu jispjegaw interruzzjonijiet fid-data trażmessa meta mqabbla maċ-ċifri tal-perijodi preċedenti.

4.

Standards minimi għal reviżjonijiet:

Il-politika u l-proċeduri tar-reviżjonijiet stabbiliti mill-BĊE u l-BĊN rilevanti jridu jiġu segwiti. Reviżjonijiet li jiddevjaw mir-reviżjonijiet regolari jridu ikunu akkumpanjati minn noti ta’ spjegazzjoni.


ANNESS V

Regolament imħassar bl-emenda għalih

Regolament (UE) Nru 1071/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-24 ta’ Settembru 2013 dwar il-karta tal-bilanċ ikkonsolidata tas-settur tal-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (riformulazzjoni) (BĊE/2013/33) (ĠU L 297, 7.11.2013, p. 1).

Regolament (UE) Nru 1375/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-10 ta’ Diċembru 2014 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1071/2013 dwar il-karta tal-bilanċ tas-settur tal-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (BĊE/2014/51)(ĠU L 366, 20.12.2014, p. 77).


ANNESS VI

Tabella ta’ korrelazzjoni

Regolament (UE) Nru 1071/2013

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

Artikolu 2

Artikolu 2

Artikolu 2(5) u Anness I, Parti 1, Taqsima 1.3

Artikolu 3(1)

Artikolu 3(1)

Artikolu 3(2)

-

Artikolu 3(3)

Artikolu 1(b)(ii)

Artikolu 3(4)

Artikolu 3(2)

Artikolu 4

Artikolu 4

Artikolu 5(1) u (3)

Artikolu 5(1) u (2)

Artikolu 5(2)

Artikolu 5(3)

Artikolu 5(4)

-

Artikolu 5(5)

-

Artikolu 6(a) sa (c)

Artikolu 5(1), l-ewwel subparagrafu punti (c) u (d)

Artikolu 6(d)

-

Artikolu 7

Artikolu 7

Artikolu 8(1)

Artikolu 8(1)

Artikolu 8(2) u (3)

Artikolu 8(2)

Artikolu 8(4)

Artikolu 8(3)

Artikolu 9(1)(a)

Artikolu 9(1), l-ewwel subparagrafu punt (a)

Artikolu 9(1)(b)

Artikolu 9(1), it-tieni subparagrafu u l-Artikolu 9(5), it-tieni subparagrafu

Artikolu 9(1)(c)

Artikolu 9(1), it-tieni subparagrafu

Artikolu 9(1)(d)

Artikolu 9(2)

Artikolu 9(1)(e)

Artikolu 9(10), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 9(1)(f)

Artikolu 9(3)

Artikolu 9(2)

Artikolu 9(4)

Artikolu 9(3)

Artikolu 9(6)

Artikolu 9(4)

-

Artikolu 9(5)

Artikolu 9(7), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 10

Artikolu 10

Artikolu 11

Artikolu 11

Artikolu 12

Artikolu 12

Artikolu 13

Artikolu 13

Artikolu 14(1)

Artikolu 14

Artikolu 14(2)

Anness I, Parti 3, Taqsima 8, it-tielet subparagrafu

Artikolu 14(3), l-ewwel sentenza

Anness I, Parti 3, Taqsima 7, it-tielet subparagrafu, it-tieni sentenza

Artikolu 14(3), it-tieni sentenza

Artikolu 9(7), it-tieni subparagrafu

Artikolu 15

Artikolu 15

Artikolu 16

Artikolu 18

Anness I, Parti 1, Taqsima 1

Anness I, Parti 1

Anness I, Parti 1, Taqsima 2

-

Anness I, Parti 2

Anness I, Parti 2

Anness I, Parti 3

Anness I, Parti 3

Anness I, Parti 4

Anness I, Parti 4

Anness I, Parti 5

Anness I, Parti 5

Anness I, Parti 6

Anness I, Parti 6

Anness I, Parti 7

Anness I, Parti 7

Anness II

Anness II, Parti 1, paragrafu 1

Anness II, Parti 1, paragrafu 2(a)

Artikolu 6(1)

Anness II, Parti 1, paragrafu 2(b)

Anness II, Parti 1, paragrafu 2(a) u (c)

Anness II, Parti 1, paragrafu 2(c)

Anness II, Parti 1, paragrafu 2(b) u (d)

Anness II, Parti 2

Anness II, Parti 2

Anness II, Parti 2, Taqsima 3, l-aħħar sentenza

Artikolu 9(9)

Anness II, Parti 3

Anness II, Parti 3

Anness III, Parti 1, Taqsima 1

Anness III, Parti 1

Anness III, Parti 2, Taqsima 1

Artikolu 6

Anness III, Parti 2, Taqsima 2, paragrafu 2.1

Artikolu 2(24)

Anness III, Parti 2, Taqsima 2, paragrafi 2.2 sa 2.3, u t-tabella

Anness III, Parti 2

Anness III, Parti 2, Taqsima 2, paragrafu 2.4

Artikolu 11(3) u (4)

Anness IV

Anness IV