|
25.2.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 65/1 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/328
tal-24 ta’ Frar 2021
li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ prodotti tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament kontinwu li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 18 tiegħu,
Billi:
1. PROĊEDURA
1.1. Miżuri fis-seħħ
|
(1) |
Permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 248/2011 (2) il-Kunsill impona dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament kontinwu li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“RPĊ” jew “iċ-Ċina”). Id-dazju, ibbażat fuq il-livell ta’ tneħħija ta’ dannu, varja minn 7,3 % sa 13,8 %. |
|
(2) |
Permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1379/2014 (3) wara investigazzjoni antisussidji u rieżami interim parzjali tal-miżuri anti-dumping, il-Kummissjoni emendat id-dazju anti-dumping oriġinali għal valuri li jvarjaw bejn 0 % u 19,9 % u imponiet dazju kumpensatorju addizzjonali li jvarja minn 4,9 % sa 10,3 %. |
|
(3) |
Permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/724 (4) wara rieżami ta’ skadenza tal-miżuri anti-dumping, il-Kummissjoni estendiet id-dazji anti-dumping għal ħames snin oħra. |
|
(4) |
Il-miżuri kumpensatorji u anti-dumping ikkombinati li jirriżultaw għalhekk ivarjaw bejn 4,9 % u 30,2 %. |
|
(5) |
Huma fis-seħħ ukoll miżuri fuq l-importazzjonijiet ta’ GFR li joriġinaw mill-Eġittu. Permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/870 (5) wara investigazzjoni antisussidji, il-Kummissjoni imponiet dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament kontinwu li joriġinaw mill-Eġittu. Id-dazju, ibbażat fuq il-livell ta’ sussidjar, kien ta’ 13,1 %. |
1.2. Il-bidu ta’ rieżami ta’ skadenza
|
(6) |
Fis-17 ta’ Diċembru 2019, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) bdiet rieżami ta’ skadenza fir-rigward tal-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ prodotti tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament kontinwu (“GFR”) li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. Il-Kummissjoni ppubblikat Notifika ta’ Bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (“Notifika ta’ Bidu”). (6) |
|
(7) |
Il-Kummissjoni bdiet l-investigazzjoni wara talba għal rieżami ppreżentata mill-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Produtturi tal-Fibra tal-Ħġieġ (“APFE” jew “l-applikant”) f’isem produtturi li jirrappreżentaw aktar minn 50 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta’ prodotti tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament kontinwu. It-talba kienet tinkludi evidenza tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni tas-sussidjar u l-kontinwazzjoni u r-rikorrenza tad-dannu lill-industrija tal-Unjoni li kienet biżżejjed biex tiġġustifika l-bidu tal-investigazzjoni. |
|
(8) |
Qabel il-bidu tal-investigazzjoni antisussidji, il-Kummissjoni nnotifikat lill-Gvern taċ-Ċina (“GTĊ”) (7) li hija rċeviet talba ddokumentata kif dovut u stiednet lill-GTĊ għal konsultazzjonijiet f’konformità mal-Artikolu 10(7) tar-Regolament bażiku. Il-GTĊ ma weġibx u għalhekk ma kienx hemm konsultazzjonijiet. |
1.3. Perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami u l-perjodu taħt kunsiderazzjoni
|
(9) |
L-investigazzjoni tas-sussidjar u tad-dannu kopriet il-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2019 u l-31 ta’ Diċembru 2019 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami” jew “PIR”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tad-dannu kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2016 sat-tmiem l-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami (“il-perjodu kkunsidrat”). |
1.4. Partijiet interessati
|
(10) |
Fin-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati biex jikkuntattjawha sabiex jipparteċipaw fl-investigazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għarrfet speċifikament lill-applikanti, lill-GTĊ, lil produtturi oħra magħrufa tal-Unjoni, lill-produtturi esportaturi magħrufa, lil importaturi u lil utenti magħrufa dwar il-bidu tal-investigazzjoni u stednithom jipparteċipaw. |
|
(11) |
Il-partijiet ikkonċernati kellhom l-opportunità jikkummentaw dwar il-bidu tal-investigazzjoni u li jitolbu seduta ta’ smigħ mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Smigħ fil-proċedimenti kummerċjali. Madankollu ma ntalab l-ebda smigħ. |
1.5. Kampjunar
|
(12) |
Fin-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni ddikjarat li setgħet tirrikorri għat-teħid ta’ kampjun tal-partijiet ikkonċernati f’konformità mal-Artikolu 27 tar-Regolament bażiku. |
1.5.1. Kampjunar tal-produtturi tal-Unjoni
|
(13) |
Fin-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni ddikjarat li kienet iddeċidiet li tillimita l-investigazzjoni tagħha għal għadd raġonevoli ta’ produtturi tal-Unjoni billi tapplika l-proċedura tal-kampjunar. Il-Kummissjoni għażlet il-kampjun abbażi tal-ogħla kwantità rappreżentattiva ta’ produzzjoni li setgħet tiġi investigata b’mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli. Il-kampjun magħżul oriġinarjament kien l-istess bħal dak tal-investigazzjoni separata antisussidji li tikkonċerna l-istess prodott li joriġina mill-Eġittu. Il-kampjun tqies li kien rappreżentattiv tal-industrija tal-Unjoni. Ma wasal l-ebda kumment dwar il-kampjun. |
1.5.2. Kampjunar ta’ importaturi mhux relatati
|
(14) |
Sabiex tiddeċiedi jekk il-kampjunar kienx meħtieġ u, jekk iva, sabiex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lil importaturi mhux relatati jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta’ Bidu. |
|
(15) |
Ma waslet l-ebda risposta. |
1.5.3. Kampjunar ta’ produtturi esportaturi fir-RPĊ
|
(16) |
Sabiex tiddeċiedi jekk kienx meħtieġ kampjunar u jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-produtturi esportaturi magħrufin kollha fir-RPĊ sabiex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta’ Bidu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet lill-Missjoni tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-Unjoni Ewropea sabiex tidentifika u/jew tikkuntattja lil produtturi esportaturi oħrajn, jekk hemm, li jistgħu jkunu interessati jipparteċipaw fl-investigazzjoni. |
|
(17) |
Tliet produtturi esportaturi jew gruppi ta’ produtturi esportaturi fir-RPĊ ipprovdew l-informazzjoni mitluba u qablu li jkunu inklużi fil-kampjun. |
|
(18) |
Bħala riżultat, il-Kummissjoni ddeċidiet li t-teħid ta’ kampjuni ma kienx meħtieġ u talbet lill-partijiet kollha li kkooperaw biex jimlew u jibagħtu lura l-kwestjonarju għall-produtturi esportaturi. |
1.6. Tweġibiet għall-kwestjonarju u żjarat ta’ verifika
|
(19) |
Il-kwestjonarji għall-produtturi, għall-importaturi, għall-utenti tal-Unjoni, u għall-produtturi esportaturi fir-RPĊ kienu disponibbli online (8) fil-jum tal-bidu. Barra minn hekk, fil-jum tal-bidu, il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju lill-GTĊ. |
|
(20) |
Ma waslet l-ebda tweġiba għall-kwestjonarju mingħand l-ebda produttur esportatur Ċiniżi. |
|
(21) |
Il-Kummissjoni ma rċevietx tweġiba għall-kwestjonarju mibgħut lill-GTĊ. |
|
(22) |
Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha meqjusa neċessarja u magħmula disponibbli mill-partijiet fil-ħin għad-determinazzjoni tas-sussidju, id-dannu u l-interess tal-Unjoni. |
|
(23) |
Fid-dawl tat-tifqigħa tal-COVID-19 u tal-miżuri tal-lockdown stabbiliti minn diversi Stati Membri kif ukoll minn diversi pajjiżi terzi, il-Kummissjoni ma setgħetx twettaq żjarat ta’ verifika skont l-Artikolu 26 tar-Regolament bażiku. |
|
(24) |
Il-Kummissjoni wettqet kontroverifika mill-bogħod tal-informazzjoni kollha meqjusa neċessarja għad-determinazzjonijiet tagħha. Il-Kummissjoni wettqet kontroverifiki mill-bogħod (“RCC”) tal-kumpaniji/partijiet li ġejjin: |
Produtturi tal-Unjoni
|
— |
European Owens Corning Fiberglass SPRL, il-Belġju |
|
— |
Johna Manville Slovakia a.s., is-Slovakkja |
|
— |
3B Fiberglass SPRL, il-Belġju |
1.7. In-nuqqas ta’ kooperazzjoni tal-GTĊ
|
(25) |
Il-GTĊ ma weġibx il-kwestjonarju li ntbagħat lilu sad-data tal-iskadenza stabbilita fin-notifika ta’ bidu. |
|
(26) |
Fl-10 ta’ Marzu 2020 il-Kummissjoni bagħtet Note Verbale lill-GTĊ. In-Note Verbale infurmat lill-GTĊ li l-Kummissjoni ma kinitx irċeviet tweġiba għall-kwestjonarju li kien intbagħat lill-GTĊ sad-data tal-iskadenza pprovduta, u talbet li l-GTĊ iwieġeb fi żmien 10 ijiem. |
|
(27) |
Ma waslet l-ebda tweġiba mingħand il-GTĊ. |
|
(28) |
Għalhekk, fin-nuqqas ta’ tweġiba għall-kwestjonarju, il-Kummissjoni użat il-fatti disponibbli skont it-termini tal-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku fir-rigward tal-informazzjoni mitluba mill-GTĊ. |
|
(29) |
Dawn il-fatti disponibbli kienu bbażati l-aktar fuq is-sejbiet tal-investigazzjoni dwar is-sussidjar ta’ importazzjonijiet ta’ drappijiet tal-fibra tal-ħġieġ (“l-investigazzjoni GFF”) li ġiet ippubblikata fil-15 ta’ Ġunju 2020 (9). |
|
(30) |
Il-Kummissjoni nnotat li l-GFF huwa magħmul mill-GFR, li huwa l-akbar input fil-produzzjoni tal-GFF li jammonta għal madwar 70 % tal-kost tal-manifattura tal-GFF. Għalhekk hemm koinċidenza sinifikanti bejn il-prodotti. |
|
(31) |
Skont l-informazzjoni tal-Kummissjoni, il-produtturi esportaturi tal-GFR huma l-istess produtturi esportaturi investigati reċentement fil-każ tal-GFF, għalhekk hemm koinċidenza wkoll minn din il-perspettiva. |
|
(32) |
Għalhekk, l-iskemi kollha ta’ sussidju orizzontali bħall-inċentivi tat-taxxa, is-self preferenzjali eċċ. jibbenefikaw lill-attivitajiet kollha ta’ dawn il-kumpaniji, inkluża l-GFR. Il-PI tal-każ tal-GFF kienet is-sena kalendarja 2018, għalhekk qrib ħafna tal-PIR ta’ din l-investigazzjoni. |
|
(33) |
Ma hemm l-ebda evidenza fil-fajl li tissuġġerixxi li s-sussidji għall-produtturi tal-GFF sadanittant twaqqfu jew li l-politiki preferenzjali rilevanti sottostanti ma għadhomx applikabbli. Għal dawn ir-raġunijiet kollha, is-sejbiet tal-każ tal-GFF jikkostitwixxu fatti xierqa disponibbli f’dan il-każ. |
|
(34) |
Fejn il-fatti tal-każ tal-GFF mhumiex rilevanti jew jeħtieġ li jiġu ssupplimentati b’aktar fatti u evidenza, il-Kummissjoni qagħdet fuq l-informazzjoni li tinsab fit-talba għal rieżami, fuq deċiżjonijiet rilevanti oħra preċedenti f’investigazzjonijiet dwar id-dazju kumpensatorju li jikkonċernaw ir-RPĊ, jew fuq evidenza rilevanti oħra. |
1.8. Nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi Ċiniżi
|
(35) |
It-tliet produtturi esportaturi Ċiniżi li ġew mistiedna biex jibagħtu t-tweġibiet għall-kwestjonarju ma għamlux dan sal-iskadenza stabbilita fin-Notifika ta’ Bidu. |
|
(36) |
Fl-10 ta’ Marzu 2020, il-Kummissjoni bagħtet ittri lit-tliet produtturi esportaturi Ċiniżi fejn infurmathom li ma kinitx irċeviet it-tweġiba tagħhom għall-kwestjonarju, u talbet li jwieġbu fi żmien 10 ijiem. |
|
(37) |
Produttur esportatur Ċiniż wieħed ma weġibx. |
|
(38) |
Iż-żewġ produtturi esportaturi Ċiniżi l-oħra wieġbu għall-ittra mibgħuta fl-10 ta’ Marzu 2020 iżda t-tnejn talbu li dawn jiġu skużati mir-responsabbiltà li jwieġbu għall-kwestjonarju tal-Kummissjoni. Din it-talba ma kinitx konnessa mat-tifqigħa tal-COVID u ma kinitx raġuni valida għaliex ma kkooperatx. |
|
(39) |
Għalhekk, fin-nuqqas ta’ tweġibiet għall-kwestjonarju, il-Kummissjoni użat fatti disponibbli skont it-termini tal-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku fir-rigward tal-informazzjoni li kellha tingħata mill-produtturi esportaturi Ċiniżi. |
|
(40) |
Dawn il-fatti disponibbli kienu jinkludu s-sejbiet speċifiċi għall-kumpaniji tal-investigazzjoni tal-GFF fir-rigward tal-benefiċċju għall-produtturi esportaturi Ċiniżi li hija s-sena tal-kalendarju 2018, u safejn dawn is-sejbiet huma relatati mal-GFR. |
|
(41) |
Il-Kummissjoni kkunsidrat, fin-nuqqas ta’ evidenza għall-kuntrarju, li l-benefiċċju misjub fl-investigazzjoni tal-GFF u li jista’ jintrabat mal-GFR kompla fis-sena kalendarja 2019 u matulha. |
|
(42) |
Minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni kemm mill-produtturi esportaturi Ċiniżi tal-GFR kif ukoll mill-GTĊ, il-Kummissjoni ma setgħetx tikkalkula l-benefiċċju li rċevew il-produtturi esportaturi Ċiniżi tal-GFR minn dawn il-prattiki ta’ sussidju matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami. |
|
(43) |
Madankollu, il-Kummissjoni setgħet tieħu s-sejbiet tar-Regolament GFF fir-rigward tal-benefiċċju, u tqis li dawn is-sejbiet kienu applikabbli għall-produtturi esportaturi Ċiniżi tal-GFR matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami. |
|
(44) |
Dan minħabba li l-ebda waħda mill-prattiki ta’ sussidju investigati ma kienet marbuta direttament mal-produzzjoni jew mal-esportazzjoni tal-GFF, iżda pjuttost kienu sussidji li kienu ta’ benefiċċju għall-kumpaniji kollha jew għall-grupp ta’ kumpaniji Ċiniżi li wkoll jagħmlu l-GFR. Il-Kummissjoni għalhekk fl-investigazzjoni GFF l-ewwel iddeterminat il-benefiċċju li rċieva l-produttur esportatur, u mbagħad allokat dak il-benefiċċju fuq il-fatturat totali tagħhom għall-prodotti kollha mibjugħa mill-produttur esportatur, inkluż il-GFR. |
2. IL-PRODOTT TAĦT RIEŻAMI U PRODOTT SIMILI
2.1. Il-prodott taħt rieżami
|
(45) |
Il-prodott soġġett għal dan ir-rieżami huwa l-iswiegel imqattgħin tal-fibra tal-ħġieġ, ta’ tul ta’ mhux aktar minn 50 mm (“swiegel imqattgħin”); ħjut mibruma tal-fibri tal-ħġieġ, esklużi l-ħjut mibruma tal-fibri tal-ħġieġ li huma mxappin u miksija u li għandhom telf mat-tqabbid ta’ aktar minn 3 % (kif determinat mill-Istandard ISO 1887) (“ħjut mibruma”); u twapet magħmula minn filamenti tal-fibra tal-ħġieġ minbarra twapet tal-ħġieġ f’forma ta’ fibri (“twapet”) li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċi tan-NM 7019 11 00, ex 7019 12 00 (il-kodiċi TARIC 7019120022, 7019120025, 7019120026, 7019120039) u 7019 31 00 (“il-prodott taħt rieżami”). |
|
(46) |
Il-prodott taħt rieżami huwa l-materja prima li ħafna drabi tintuża biex jissaħħu r-reżini termoplastiċi u termoriġidi fl-industrija tal-kompożiti. Il-materjali komposti li jirriżultaw (plastik imsaħħaħ mill-fibra tal-ħġieġ bil-filament) jintużaw f’għadd kbir ta’ industriji: l-industrija tal-karozzi, elettrika/elettronika, xfafar ta’ turbini tar-riħ, bini/kostruzzjoni, tankijiet/pajpijiet, oġġetti tal-konsumatur, ajruspazjali/militari, eċċ. |
2.2. Prodott simili
|
(47) |
L-investigazzjoni wriet li dawn il-prodotti li ġejjin għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi kif ukoll l-istess użi bażiċi:
|
|
(48) |
Il-Kummissjoni kkunsidrat li dawn il-prodotti huma għalhekk prodotti simili skont it-tifsira tal-Artikolu 2(c) tar-Regolament bażiku. |
3. SUSSIDJAR
3.1. Introduzzjoni: Preżentazzjoni tal-pjanijiet, tal-proġetti u ta’ dokumenti oħrajn tal-GTĊ
|
(49) |
Qabel analizzat l-allegat sussidjar fil-forma ta’ sussidji speċifiċi jew programmi ta’ sussidju, il-Kummissjoni vvalutat il-pjanijiet, il-proġetti u dokumenti oħrajn tal-gvern, li kienu rilevanti għal aktar minn wieħed mis-sussidji jew mill-programmi ta’ sussidju. Minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-GTĊ, kif stabbilit hawn fuq, il-Kummissjoni użat l-informazzjoni stabbilita fit-talba għal rieżami u s-sejbiet tal-investigazzjoni tal-GFF safejn dawn kienu relatati mal-GFR. |
|
(50) |
Hija sabet li s-sussidji jew il-programmi ta’ sussidju kollha taħt valutazzjoni jifformaw parti mill-implimentazzjoni tal-ippjanar ċentrali tal-GTĊ biex jinkoraġġixxi l-industrija tal-GFR għar-raġunijiet li ġejjin. |
|
(51) |
It-12-il Pjan ta’ Ħames Snin għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali Nazzjonali tar-RPĊ (“it-12-il Pjan ta’ Ħames Snin”) enfasizza l-importanza tal-industrija tal-materjali l-ġodda, li jinkludi l-GFR, bħala “industrija strateġika emerġenti” u jistipula li din tenħtieġ li tiġi żviluppata f’“industrija pilastru ewlenija” permezz ta’ appoġġ u gwida ta’ politika komprensivi (10). Barra minn hekk, it-13-il Pjan ta’ Ħames Snin għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali Nazzjonali tar-RPĊ (“it-13-il Pjan ta’ Ħames Snin”), li jkopri l-perjodu 2016-2020, għandu l-għan li jiżviluppa aktar l-industriji tal-materjali ġodda billi jsaħħaħ ir-riċerka u l-iżvilupp u jtejjeb il-kapaċità tal-innovazzjoni tal-industrija tal-manifattura (11). |
|
(52) |
It-13-il Pjan ta’ Ħames Snin jenfasizza l-viżjoni strateġika tal-GTĊ għat-titjib u għall-promozzjoni tal-industriji ewlenin. Dan jenfasizza r-rwol tal-innovazzjoni teknoloġika fl-iżvilupp ekonomiku tar-RPĊ, kif ukoll l-importanza kontinwata tal-prinċipji tal-iżvilupp “ekoloġiku”. Skont il-Kapitolu 5 tiegħu, waħda mil-linji prinċipali tal-iżvilupp hija l-promozzjoni u t-titjib tal-istruttura industrijali tradizzjonali, kif kien diġà l-każ fit-12-il Pjan ta’ Ħames Snin. Il-Kapitolu 22 jelabora aktar din l-idea u jispjega l-istrateġija għall-immodernizzar tal-industrija tradizzjonali fir-RPĊ permezz tal-promozzjoni tal-konverżjoni teknoloġika tagħha. F’dan ir-rigward, it-13-il Pjan ta’ Ħames Snin jgħid li l-kumpaniji se jiġu appoġġati sabiex “jitjiebu b’mod komprensiv f’oqsma bħat-teknoloġija tal-prodotti, it-tagħmir industrijali, il-ħarsien tal-ambjent u l-effiċjenza enerġetika”. |
|
(53) |
It-13-il Pjan ta’ Ħames Snin isemmi l-materjali l-ġodda f’xi każijiet: “Aħna se nħaffu l-pass biex nagħmlu rivoluzzjonijiet f’teknoloġiji ewlenin f’oqsma bħall-informazzjoni u l-komunikazzjoni tal-ġenerazzjoni li jmiss, l-enerġija l-ġdida, il-materjali l-ġodda [… ]” (12). Il-pjan jipprevedi wkoll li jitwettqu proġetti relatati ma’ riċerka, żvilupp u applikazzjoni ta’ materjali ġodda ewlenin (13). |
|
(54) |
L-industrija tal-materji ġodda hija wkoll industrija mħeġġa taħt l-inizjattiva Made in China 2025 (14), u għalhekk eliġibbli biex tibbenefika minn finanzjament konsiderevoli mill-Istat. Numru ta’ fondi nħolqu biex jappoġġaw l-inizjattiva Made in China 2025 u għalhekk b’mod indirett l-industrija tal-GFR bħall-fond Nazzjonali taċ-Ċirkwiti Integrati, il-Fond ta’ Manifattura Avvanzata u l-Fond ta’ Investiment tal-Industriji Emerġenti (15). |
|
(55) |
Barra minn hekk, sikwit issir referenza għall-GFR taħt il-kappa ta’ “materjali ġodda”. Il-Pjan Direzzjonali Made in China 2025 (16) fih 10 setturi strateġiċi, li huma l-industriji ewlenin għall-GTĊ. Dan jiddeskrivi t-Taqsima 9 “materjali ġodda” u s-sottokategoriji tagħha, inklużi materjali fundamentali avvanzati (punt 9.1), materjali strateġiċi ewlenin (punt 9.2) inklużi fibri u materjali kompożiti ta’ prestazzjoni għolja, materjali tal-enerġija ġodda (17). Il-materjali ġodda, għalhekk, jibbenefikaw mill-vantaġġi li jirriżultaw mill-mekkaniżmi ta’ appoġġ elenkati fid-dokument, inklużi, fost l-oħrajn, Politiki ta’ Appoġġ Finanzjarju, Politika Fiskali u tat-Tassazzjoni, Sorveljanza u Appoġġ tal-Kunsill tal-Istat (18). |
|
(56) |
Barra minn hekk, bħala żieda mal-Pjan Direzzjonali Made in China 2025, f’Novembru 2016, il-lista ta’ 10 setturi strateġiċi ġiet irfinata f’Katalgu ta’ Erba’ Elementi Essenzjali ppubblikati mill-Kumitat Konsultattiv Nazzjonali dwar l-Istrateġija għall-Manifattura (NMSAC), grupp konsultattiv għall-Grupp Żgħir Nazzjonali ta’ Tmexxija dwar il-Bini ta’ Potenza tal-Manifattura Nazzjonali. F’dan il-katalgu, kull wieħed mill-10 setturi strateġiċi huwa maqsum f’erba’ kapitoli: (i) spare parts essenzjali ewlenin, (ii) materjali essenzjali ewlenin, (iii) proċessi/teknoloġiji essenzjali avvanzati u (iv) pjattaformi tat-teknoloġija industrijali. Il-fibra tal-ħġieġ tinstab fis-settur 7: tagħmir elettriku, il-punt II materjal essenzjali ewlieni: is-sottopunt 16 pjanċi ta’ insulazzjoni tal-fibra tal-ħġieġ u s-settur 9: materjali ġodda, punt II materjali essenzjali ewlenin, sottopunt 10. Fibra ta’ prestazzjoni għolja, monomeru u materjali kompożiti u 24. Materjali bbażati fuq il-ħġieġ. |
|
(57) |
Barra minn hekk, il-Pjan għall-Iżvilupp tal-Industrija tal-Materjali tal-Bini (2016-2020) jippromwovi wkoll l-industrija tal-GFR. Dan il-pjan jitlob li tittejjeb l-istruttura industrijali billi, inter alia, jiġu estiżi industriji emerġenti bħal materjali bbażati fuq il-ħġieġ, ċeramika industrijali, lentijiet intraokulari, fibri u materjali kompożiti ta’ prestazzjoni għolja, u grafen u materjali modifikati. Dan se jinkiseb permezz tal-finanzjament tal-gvern, tat-tassazzjoni, tal-politiki finanzjarji, tal-ipprezzar, tal-enerġija u tal-protezzjoni tal-ambjent, u tal-appoġġ għall-kapital għall-parteċipazzjoni fil-fużjonijiet, fl-akkwiżizzjonijiet u fir-ristrutturar tal-intrapriżi tal-materjali tal-bini permezz ta’ diversi mezzi inkluż is-self (19). |
|
(58) |
L-industrija tal-GFR hija koperta wkoll mill-pjan ta’ Ħames Snin għall-Manifattura Intelliġenti għall-2016-2020 ippubblikat mill-Ministeru Ċiniż tal-Industrija u tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni (l-“MIIT”), li jistabbilixxi 10 kompiti ewlenin li għandhom l-għan li jqassru ċ-ċiklu tal-iżvilupp tal-prodott, itejbu l-effiċjenza tal-produzzjoni, il-kwalità tal-prodott, inaqqsu l-ispiża operatorja, il-konsum tar-riżorsi u tal-enerġija, u jaċċelleraw l-iżvilupp tal-manifattura intelliġenti. |
|
(59) |
Barra minn hekk, il-Katalogu taċ-Ċina ta’ Prodotti ta’ Teknoloġija Avvanzata maħruġ mill-Ministeru tax-Xjenza u t-Teknoloġija, il-Ministeru tal-Kummerċ Barrani u l-Amministrazzjoni Ġenerali tad-dwana jelenka 1900 prodott tat-teknoloġija avvanzata fi 8 kategoriji li huma mmirati lejn politiki ta’ esportazzjoni preferenzjali mill-GTĊ. Waħda mill-kategoriji hija dik tal-“Materjali Ġodda”, li tinkludi l-GFR (20). Barra minn hekk, il-Katalogu taċ-Ċina ta’ Prodotti ta’ Teknoloġija Avvanzata taċ-Ċina maħruġ mill-Ministeru tax-Xjenza u t-Teknoloġija, il-Ministeru tal-Finanzi u l-Amministrazzjoni Statali tat-Tassazzjoni jirreferi għal 11-il qasam, li fosthom hemm il-“kategorija tal-materjali l-ġodda”. |
|
(60) |
Barra minn hekk, skont il-Liġi tar-RPĊ dwar il-Progress tax-Xjenza u t-Teknoloġija, l-intrapriżi tat-teknoloġija avvanzata stabbiliti fiż-Żoni tal-Iżvilupp tat-Teknoloġija Avvanzata jistgħu jibbenefikaw minn lista ta’ politiki preferenzjali, li tinkludi: (i) rata ta’ Taxxa fuq l-Introjtu tal-Intrapriżi (“EIT”) ta’ 15 %, minflok ir-rata normali ta’ 25 %; (ii) jekk il-valur tal-produzzjoni tal-prodotti għall-esportazzjoni jilħaq is-70 % tal-valur totali għal dik is-sena, ir-rata tal-EIT titnaqqas ulterjorment għal 10 %; (ii) l-intrapriżi tat-teknoloġija avvanzata li għadhom kif jiġu stabbiliti huma eżentati mit-taxxa tal-EIT għall-ewwel sentejn mid-data tal-bidu tal-produzzjoni; (iv) l-intrapriżi tat-teknoloġija avvanzata li għadhom kif jiġu stabbiliti huma eżentati mit-taxxa fuq il-kostruzzjoni; (v) għal kumpaniji ta’ produzzjoni u operat u żvilupp tat-teknoloġija avvanzata ġodda, l-art R&Ż hija mingħajr taxxa; (vi) it-tagħmir użat minn intrapriżi ta’ teknoloġija avvanzata għall-produzzjoni u l-iżvilupp ta’ teknoloġija avvanzata huwa soġġett għal deprezzament aċċellerat; (vii) il-prodotti esportati prodotti minn intrapriżi ta’ teknoloġija avvanzata huma eżentati mit-tariffi ta’ esportazzjoni ħlief dawk ristretti mill-Istat jew li jikkonċernaw prodotti speċifiċi, eċċ. (21) |
3.2. Sussidji u programmi ta’ sussidju fl-ambitu tal-investigazzjoni attwali
|
(61) |
Fuq il-bażi tal-informazzjoni li tinsab fit-talba għal rieżami u n-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni investigat l-iskemi ta’ sussidju li ġejjin:
|
|
(62) |
B’mod aktar preċiż, il-Kummissjoni investigat:
|
|
(63) |
Il-Kummissjoni investigat ukoll il-forniment mill-gvern ta’ art u enerġija kif ukoll materja prima għal remunerazzjoni li mhix adegwata. |
|
(64) |
Dawn il-prattiki ta’ sussidju ġew ikkumpensati fl-investigazzjoni antisussidji oriġinali bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1379/2014. |
3.3. Finanzjament preferenzjali
3.3.1. Istituzzjonijiet finanzjarji li jipprovdu finanzjament preferenzjali
|
(65) |
Skont l-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni, l-Export-Import Bank of China (“EXIM Bank”) jipprovdi self kontinġenti fuq l-esportazzjoni b’rati preferenzjali lill-kumpaniji Ċiniżi li jipproduċu prodotti ġodda u ta’ teknoloġija avvanzata, prodotti bi drittijiet intellettwali indiġeni, ditti li huma proprjetà tagħhom infushom, prodotti b’valur miżjud għoli u prodotti tas-software li huma rreġistrati mal-awtoritajiet għall-industrija u għall-kummerċ (22). |
|
(66) |
Skont l-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni, il-produtturi Ċiniżi tal-GFR jikkwalifikaw għal self orjentat lejn l-esportazzjoni bħala prodotti ġodda u ta’ teknoloġija avvanzata u/jew bħala ditti li huma proprjetà tagħhom infushom, minħabba li bosta produtturi huma rikonoxxuti bħala “Intrapriżi Nazzjonali ta’ Teknoloġija Avvanzata” jew ingħataw status ta’ ditta famuża, ditta mill-aqwa, eċċ. |
|
(67) |
Barra minn hekk, l-EXIM Bank jassisti wkoll lill-esportaturi permezz tal-krediti tax-xerrejja tal-esportazzjoni. Il-krediti tax-xerrejja tal-esportazzjoni huma pprovduti lil kumpaniji barranin biex jiffinanzjaw l-importazzjoni tagħhom ta’ prodotti, teknoloġiji u servizzi Ċiniżi (23). |
|
(68) |
F’investigazzjonijiet preċedenti, u b’mod partikolari fl-investigazzjoni tal-GFF, il-Kummissjoni vverifikat jekk il-banek tal-Istat kinux qegħdin jaġixxu bħala korpi pubbliċi fis-sens tal-Artikoli 3 u 2(b) tar-Regolament bażiku. F’dan ir-rigward, it-test applikabbli sabiex jiġi stabbilit jekk impriża tal-Istat hijiex korp pubbliku huwa kif ġej (24): |
|
(69) |
“Li jgħodd huwa jekk entità għandhiex l-awtorità li teżerċita funzjonijiet governattivi, aktar milli kif tinkiseb tali awtorità. Hemm modi differenti ta’ kif il-gvern fis-sens ristrett jista’ jipprovdi lill-entitajiet b’awtorità. Għaldaqstant, hemm tipi differenti ta’ evidenza li jistgħu jkunu rilevanti biex jintwera li entità partikolari ngħatat tali awtorità. Evidenza li entità, fil-fatt, qiegħda teżerċita funzjonijiet governattivi tista’ sservi bħala evidenza li hi għandha jew ingħatat awtorità governattiva, b’mod partikolari meta tali evidenza tindika prattika sostnuta u sistematika. Jirriżulta, fil-fehma tagħna, li l-evidenza li gvern jeżerċita kontroll sinifikanti fuq entità u l-aġir tagħha tista’ sservi, f’ċerti ċirkostanzi, bħala evidenza li l-entità rilevanti għandha awtorità governattiva u teżerċita tali awtorità fit-twettiq ta’ funzjonijiet governattivi. Madankollu, aħna nenfasizzaw li, apparti minn delega espliċita ta’ awtorità fi strument legali, l-eżistenza ta’ sempliċi rabtiet formali bejn entità u gvern fis-sens dejjaq tal-kelma x’aktarx ma jkunx biżżejjed biex jiġi stabbilit il-pussess neċessarju ta’ awtorità governattiva. Għalhekk, pereżempju, is-sempliċi fatt li gvern huwa l-azzjonista maġġoritarju ta’ entità ma jurix li l-gvern jeżerċita kontroll sinifikanti fuq l-aġir ta’ dik l-entità, u ferm anqas li l-gvern taha awtorità governattiva. Madankollu, f’xi każijiet, fejn l-evidenza turi li l-indikazzjonijiet formali tal-kontroll tal-gvern huma diversi, u fejn ikun hemm ukoll evidenza li tali kontroll ikun ġie eżerċitat b’mod sinifikanti, mela tali evidenza tista’ tippermetti li ssir inferenza li l-entità kkonċernata qiegħda teżerċita awtorità governattiva.” |
|
(70) |
Il-Kummissjoni fittxet informazzjoni dwar is-sjieda tal-Istat, kif ukoll indikazzjonijiet formali ta’ kontroll tal-gvern fil-banek tal-Istat. Madankollu, minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni tal-GTĊ u l-produtturi esportaturi fil-kampjun, il-Kummissjoni kellha tiddependi kompletament fuq il-fatti disponibbli. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni kkunsidrat is-sejbiet tal-investigazzjoni tal-GFF bħala sors affidabbli ta’ informazzjoni. Dawn is-sejbiet huma fil-fatt riċenti ħafna u analizzaw l-istess imġiba tal-istess istituzzjonijiet finanzjarji u l-istess skemi applikabbli f’dan il-każ. |
|
(71) |
Fl-investigazzjoni tal-GFF u investigazzjonijiet oħra, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-banek li ġejjin kienu parzjalment jew kompletament proprjetà tal-Istat innifsu jew ta’ persuni ġuridiċi miżmuma mill-Istat: EXIM Bank, China Development Bank, China Construction Bank, Industrial and Commercial Bank of China, Bank of Communications, China Everbright Bank, Postal Savings Bank, China Merchants Bank, Shanghai Pudong Development Bank, China Industrial Bank, Shenyang Rural Commercial Bank, Bank of Shanghai, Ningbo Bank, China CITIC Bank, China Guangfa Bank, China Bohai Bank, Huaxia Bank. Hankou Bank, Hubei Bank, Huishang Bank, Dongying Bank, Bank of Tianjin, Bank of Kunlun, Shanghai Rural Commercial Bank, China Industrial International Trust Limited, Daye Trust Co., Ltd., Sinotruk Finance Co., Ltd. Peress li ma ġiet ipprovduta l-ebda informazzjoni li tindika mod ieħor, il-Kummissjoni żammet l-istess konklużjoni f’din l-investigazzjoni. |
|
(72) |
Il-Kummissjoni stabbiliet ukoll, fin-nuqqas ta’ informazzjoni speċifika li tindika mod ieħor, is-sjieda u l-kontroll tal-GTĊ abbażi ta’ indikazzjonijiet formali. B’mod partikolari, abbażi tal-fatti disponibbli, il-maniġers u s-superviżuri fil-banek tal-Istat li ma kkooperawx jidhru li huma maħtura mill-GTĊ u huma akkontabbli lejn il-GTĊ. |
|
(73) |
F’dawk l-investigazzjonijiet, il-Kummissjoni kkonkludiet ukoll li l-GTĊ jeżerċita l-kontroll tiegħu fuq dawn l-istituzzjonijiet finanzjarji b’mod sinifikanti. |
|
(74) |
Fl-analiżi tagħha, il-Kummissjoni qieset id-dokumenti regolatorji li ġejjin:
|
|
(75) |
Waqt li kienet qed tirrevedi dawn id-dokumenti regolatorji, il-Kummissjoni sabet li l-istituzzjonijiet finanzjarji fir-RPĊ joperaw f’ambjent legali ġenerali li jidderiġihom sabiex jallinjaw ruħhom mal-objettivi tal-politika industrijali tal-GTĊ meta jieħdu deċiżjonijiet finanzjarji, għar-raġunijiet stipulati hawn taħt. |
|
(76) |
L-Artikolu 34 tal-Liġi Bankarja, li tapplika għall-istituzzjonijiet finanzjarji kollha li joperaw fiċ-Ċina, jistabbilixxi li l-“Banek kummerċjali għandhom iwettqu n-negozju ta’ self tagħhom skont il-ħtiġijiet tal-iżvilupp ekonomiku u soċjali nazzjonali u taħt il-gwida tal-politiki industrijali tal-Istat”. |
|
(77) |
Għalkemm l-Artikolu 4 tal-Liġi tal-Banek jgħid li “Banek kummerċjali għandhom, skont il-liġi, iwettqu operazzjonijiet tan-negozju mingħajr interferenza minn kwalunkwe unità jew individwu. Il-banek kummerċjali għandhom b’mod indipendenti jassumu responsabbiltà ċivili bil-proprjetà tagħhom kollha bħala persuna ġuridika”. Din tiġi applikata soġġetta għall-Artikolu 34 tal-Liġi tal-Banek. Fejn l-Istat jistabbilixxi politika pubblika, il-banek jimplimentawha u jsegwu l-istruzzjonijiet tal-Istat. |
|
(78) |
Barra minn hekk, l-Artikolu 15 tar-Regoli Ġenerali dwar is-Self jipprovdi li “F’konformità mal-politika tal-Istat, id-dipartimenti rilevanti jistgħu jissussidjaw l-imgħaxijiet fuq is-self, bil-ħsieb li ssir promozzjoni tat-tkabbir ta’ ċerti industriji u l-iżvilupp ekonomiku f’xi oqsma.” |
|
(79) |
Bl-istess mod, id-Deċiżjoni Nru 40 tagħti struzzjonijiet lill-istituzzjonijiet finanzjarji kollha sabiex jipprovdu appoġġ kreditizju speċifikament lill-proġetti “inċentivati”. Kif diġà ġie spjegat fit-Taqsima 3.1, l-industrija tal-GFR tagħmel parti mill-kategorija “inċentivata”. Id-Deċiżjoni Nru 40 għalhekk tikkonferma li l-banek jeżerċitaw awtorità governattiva fil-forma ta’ operazzjonijiet ta’ kreditu preferenzjali. Il-Kummissjoni sabet ukoll li s-CBIRC għandha awtorità ta’ approvazzjoni estensiva fuq l-aspetti kollha tal-ġestjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji kollha stabbiliti fir-RPĊ (inklużi istituzzjonijiet finanzjarji bi sjieda privata u bi sjieda barranija), bħal (25):
|
|
(80) |
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe indikazzjoni kuntrarja, ibbażata fuq il-fatti disponibbli, il-Kummissjoni f’dan il-każ waslet għall-istess konklużjoni. |
|
(81) |
Fuq dik il-bażi, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-banek tal-Istat kienu korpi pubbliċi fis-sens tal-Artikolu 2(b) ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 3(1)(a)(i) tar-Regolament bażiku. |
3.3.2. Finanzjament preferenzjali: self
|
(82) |
F’investigazzjonijiet preċedenti, u b’mod partikolari l-investigazzjoni tal-GFF, il-Kummissjoni sabet li l-gruppi kollha fil-kampjun ta’ produtturi esportaturi bbenefikaw minn self preferenzjali matul l-2018. Fid-dawl tal-eżistenza ta’ kontribuzzjoni finanzjarja, tal-benefiċċju lill-produtturi esportaturi u tal-ispeċifiċità, il-Kummissjoni kkunsidrat is-self preferenzjali bħala sussidju kumpensabbli. |
|
(83) |
Fl-investigazzjoni tal-GFF, il-Kummissjoni sabet li l-kumpaniji kollha li kienu fil-kampjun ibbenefikaw minn self preferenzjali. |
|
(84) |
Il-Kummissjoni osservat li (i) kumpaniji attivi fl-industrija tal-GFF kienu ġeneralment integrati vertikalment u għalhekk attivi wkoll fl-industrija tal-GFR; u (ii) il-perjodu tal-investigazzjoni tal-GFF kien qrib il-PIR. Għalhekk, fin-nuqqas ta’ kwalunkwe informazzjoni kuntrarja, il-Kummissjoni qieset li s-sejbiet f’dak il-każ kienu japplikaw ukoll għal dan il-każ. Għalhekk, is-sejba tal-investigazzjoni tal-GFF dwar din il-kwistjoni ntużat bħala fatti disponibbli skont l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku. |
|
(85) |
Il-Kummissjoni għalhekk ikkonkludiet li l-kumpaniji attivi fl-industrija tal-GFR ibbenefikaw minn self preferenzjali matul il-PIR. |
3.3.2.1. Benefiċċju
|
(86) |
F’investigazzjonijiet preċedenti, u b’mod partikolari fl-investigazzjoni tal-GFF, il-Kummissjoni kkonkludiet li skont l-Artikolu 6(b) tar-Regolament bażiku, il-benefiċċju mogħti lir-riċevituri huwa d-differenza bejn l-ammont ta’ imgħax li l-kumpanija tħallas fuq is-self preferenzjali u l-ammont li l-kumpanija kieku tħallas għal self kummerċjali komparabbli li jista’ jinkiseb fis-suq. |
|
(87) |
F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni nnutat li s-self fornut minn istituzzjonijiet finanzjarji Ċiniżi rrifletta intervent sostanzjali mill-gvern u ma rriflettiex ir-rati li normalment jinstabu f’suq li jiffunzjona. Fil-kuntest tar-rieżami tal-iskadenza, il-Kummissjoni mhijiex meħtieġa tikkalkula l-ammont ta’ benefiċċju mogħti lill-produtturi esportaturi matul il-PIR. Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe informazzjoni kuntrarja, il-Kummissjoni għalhekk ikkunsidrat li s-sejbiet f’dak il-każ (b’ammonti ta’ sussidji li jvarjaw bejn 2,53 % u 7,39 %) (26) kienu japplikaw ukoll għal dan il-każ. Għalhekk, is-sejba tal-investigazzjoni tal-GFF dwar din il-kwistjoni ntużat bħala fatti disponibbli skont l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni qieset li l-ammont ta’ sussidjar xorta waħda jkun sinifikanti. |
3.3.2.2. Speċifiċità
|
(88) |
Fl-investigazzjoni tal-GFF, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-GTĊ f’diversi dokumenti legali, li speċifikament jimmiraw il-kumpaniji fis-settur, ta struzzjonijiet lill-istituzzjonijiet finanzjarji biex jipprovdu self b’rati preferenzjali lill-industrija tal-GFF. Il-Kummissjoni għalhekk ikkonkludiet li dawn id-dokumenti wrew li l-istituzzjonijiet finanzjarji jipprovdu biss self preferenzjali lil għadd limitat ta’ industriji/kumpaniji li jikkonformaw mal-politiki rilevanti tal-GTĊ. |
|
(89) |
Għalhekk, f’dik l-investigazzjoni l-Kummissjoni kkonkludiet li s-sussidji fil-forma ta’ self preferenzjali ma kinux ġeneralment disponibbli, iżda huma speċifiċi fis-sens tal-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku. Barra minn hekk, l-ebda waħda mill-partijiet ikkonċernati ma ppreżentat evidenza li tissuġġerixxi li s-self preferenzjali huwa bbażat fuq kriterji jew kundizzjonijiet oġġettivi skont l-Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament bażiku. |
|
(90) |
L-industrija tal-GFR għandha l-istess status tal-industrija tal-GFF u l-maġġoranza l-kbira tal-kumpanija attiva f’industrija waħda, li minħabba li hija integrata vertikalment, hija wkoll attiva fl-oħra. Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni u ta’ kwalunkwe indikazzjoni kuntrarja, il-Kummissjoni użat is-sejbiet fl-investigazzjoni tal-GFF bħala fatti disponibbli skont l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku għall-finijiet tal-każ preżenti. |
|
(91) |
Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li s-sussidji fil-forma ta’ self preferenzjali ma kinux disponibbli għal kulħadd, iżda huma speċifiċi fis-sens tal-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku. |
3.3.2.3. Konklużjoni
|
(92) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-industrija tal-GFR kienet sussidjata permezz ta’ self b’rati preferenzjali. |
3.3.3. Finanzjament preferenzjali: tipi eliġibbli ta’ finanzjament
3.3.3.1. Linji ta’ kreditu
|
(93) |
L-applikant sostna wkoll li l-GTĊ ssussidja l-industrija tal-GFR billi fetaħ linji ta’ kreditu kbar lil impriżi attivi f’dik l-industrija. |
|
(94) |
F’investigazzjonijiet preċedenti, u b’mod partikolari l-investigazzjoni tal-GFF, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-linji ta’ kreditu mogħtija lill-produtturi esportaturi fir-RPĊ kienu jikkostitwixxu sussidju kumpensabbli. Dik l-investigazzjoni żvelat li l-istituzzjonijiet finanzjarji Ċiniżi pprovdew ukoll linji ta’ kreditu b’kundizzjonijiet preferenzjali b’rabta mal-għoti ta’ finanzjament lil impriżi attivi fl-industrija tal-GFF. F’dik l-investigazzjoni, il-Kummissjoni setgħet tivverifika li dawn kienu jikkonsistu fi ftehimiet qafas, li taħthom il-bank ippermetta lill-kumpaniji fil-kampjun jużaw diversi strumenti ta’ dejn, bħal self ta’ kapital operatorju, abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja, kontijiet dokumentarji, forom oħra ta’ finanzjament kummerċjali, eċċ., f’ċertu limitu ta’ ammont massimu. |
|
(95) |
L-għan ta’ linja ta’ kreditu huwa li jiġi stabbilit limitu ta’ self li l-kumpanija tista’ tuża fi kwalunkwe ħin biex tiffinanzja l-operazzjonijiet attwali tagħha u b’hekk il-finanzjament tal-kapital operatorju jsir flessibbli u disponibbli immedjatament meta jkun meħtieġ. L-investigazzjoni tal-GFF uriet li l-produtturi esportaturi tal-GFF kellhom ftehimiet ta’ linja ta’ kreditu ma’ banek differenti li koprew diversi strumenti ta’ finanzjament għal żmien qasir bl-għan li jiffinanzjaw spejjeż operatorji. Konsegwentement, il-Kummissjoni qieset li fil-prinċipju, il-finanzjament kollu ta’ terminu qasir tal-kumpaniji fil-kampjun jenħtieġ li jkun kopert minn tip ta’ strument ta’ linja ta’ kreditu, inklużi abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja, li nħarġu fuq bażi regolari biex jiffinanzjaw operazzjonijiet eżistenti. |
|
(96) |
F’dik l-investigazzjoni, il-Kummissjoni qabblet l-ammont tal-linji ta’ kreditu disponibbli għall-kumpaniji li kkooperaw matul l-2018 mal-ammont ta’ finanzjament fuq terminu qasir użat minn dawk il-kumpaniji matul l-istess perjodu biex jiġi stabbilit jekk il-finanzjament kollu fuq terminu qasir kienx kopert minn xi linja ta’ kreditu. F’każ li l-ammont tal-finanzjament fuq terminu qabeż il-limitu tal-linja ta’ kreditu, il-Kummissjoni żiedet l-ammont tal-linja ta’ kreditu eżistenti bl-ammont attwalment użat mill-produtturi esportaturi lil hinn mil-limitu tal-linja ta’ kreditu. |
|
(97) |
F’ċirkostanzi normali tas-suq, il-linji ta’ kreditu jkunu soġġetti għall-hekk imsejħa tariffa “ta’ arranġament” jew “ta’ impenn” biex jikkumpensaw għall-kostijiet u r-riskji tal-bank fil-ftuħ ta’ linja ta’ kreditu, kif ukoll tariffa ta’ tiġdid imposta fuq bażi annwali għat-tiġdid tal-validità tal-linji ta’ kreditu. F’dak il-każ, il-Kummissjoni sabet li l-kumpaniji kollha fil-kampjun ibbenefikaw minn linji ta’ kreditu pprovduti mingħajr ħlas. |
|
(98) |
Il-Kummissjoni mbagħad ikkalkulat il-benefiċċju riċevut bħala d-differenza bejn l-ammont li l-kumpanija ħallset bħala tariffa għall-ftuħ jew għat-tiġdid ta’ linji ta’ kreditu minn istituzzjonijiet finanzjarji Ċiniżi u l-ammont li l-kumpanija kieku tħallas għal linja ta’ kreditu kummerċjali komparabbli, li l-kumpanija setgħet tikseb fis-suq. |
|
(99) |
Il-Kummissjoni kkonkludiet ukoll li l-iskema kienet speċifika għaliex il-GTĊ f’diversi dokumenti legali, li speċifikament jimmiraw lejn il-kumpaniji fis-settur, ta struzzjonijiet lill-istituzzjonijiet finanzjarji biex jipprovdu dawn il-linji ta’ kreditu lill-industrija tal-GFF. Il-Kummissjoni għalhekk ikkonkludiet li dawn id-dokumenti juru li l-istituzzjonijiet finanzjarji jipprovdu biss self preferenzjali lil għadd limitat ta’ industriji/kumpaniji li jikkonformaw mal-politiki rilevanti tal-GTĊ. |
|
(100) |
Kif diġà ssemma, il-Kummissjoni qieset li s-sejbiet tal-GFF kienu partikolarment rilevanti għal dan il-każ minħabba li l-kumpaniji attivi fl-industrija tal-GFF huma ġeneralment attivi wkoll fl-industrija tal-GFR, l-industrija tal-GFR għandha l-istess status bħall-industrija tal-GFF. Barra minn hekk, il-perjodu tal-investigazzjoni tal-GFF huwa qrib ħafna tal-PIR. Il-Kummissjoni għalhekk użat is-sejbiet tal-investigazzjoni tal-GFF li tikkonċerna l-linji ta’ kreditu (27) bħala fatti disponibbli skont l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku. |
|
(101) |
Il-Kummissjoni għalhekk ikkonkludiet li l-GTĊ appoġġa l-industrija tal-GFR billi fetaħ linji ta’ kreditu. Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet ukoll li l-GFR kompliet tkun issussidjata permezz ta’ linji ta’ kreditu f’termini preferenzjali. |
3.4. Assigurazzjoni preferenzjali: assigurazzjoni tal-kreditu għall-esportazzjoni
|
(102) |
L-applikant allega li Sinosure tipprovdi assigurazzjoni tal-kreditu għall-esportazzjoni fuq terminu qasir, medju u twil, assigurazzjoni tal-investiment u obbligazzjonijiet garantiti, fost servizzi oħrajn, fuq bażi aġevolanti lill-industriji inċentivati. Skont studju reċenti mwettaq mill-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (“OECD”), l-industrija Ċiniża tat-teknoloġija avvanzata, li l-industrija tal-GFR tagħmel parti minnha, irċeviet 21 % tat-total tal-assigurazzjoni tal-kreditu għall-esportazzjoni pprovdut minn Sinosure (28). |
|
(103) |
Barra minn hekk, Sinosure ħadet rwol attiv fit-twettiq tal-Inizjattiva “Made in China 2025”, għax tiggwida lill-intrapriżi biex jużaw ir-riżorsi ta’ kreditu nazzjonali, twettaq innovazzjoni xjentifika u teknoloġika u aġġornament teknoloġiku, u tgħin lill-intrapriżi li jfittxu swieq barranin isiru aktar kompetittivi fis-suq globali (29). |
|
(104) |
Il-Kummissjoni analizzat l-iskemi ta’ assigurazzjoni tal-kreditu għall-esportazzjoni offruti minn Sinosure f’diversi investigazzjonijiet, inkluża l-investigazzjoni tal-GFF. |
|
(105) |
Il-Kummissjoni sabet li l-bażi legali tal-azzjoni ta’ Sinosure kienet dan li ġej:
|
|
(106) |
Skont l-informazzjoni pprovduta fl-investigazzjonijiet antisussidji preċedenti, inkluża l-investigazzjoni tal-GFF, Sinosure hija kumpanija tal-assigurazzjoni tal-politika tal-Istat stabbilita u appoġġata mill-Istat biex tappoġġa l-iżvilupp u l-kooperazzjoni ekonomiċi u kummerċjali barranin tar-RPĊ. Il-kumpanija hija 100 % proprjetà tal-Istat. Għandha bord tad-diretturi u bord tas-superviżuri. Il-Gvern għandu s-setgħa li jaħtar u jkeċċi l-maniġers superjuri tal-kumpanija. Abbażi ta’ din l-informazzjoni, il-Kummissjoni kkonkludiet li hemm indikazzjonijiet formali tal-kontroll tal-gvern fir-rigward ta’ Sinosure. |
|
(107) |
Fl-investigazzjonijiet fil-passat, il-Kummissjoni fittxet aktar informazzjoni dwar jekk il-GTĊ eżerċitax kontroll sinifikanti fuq l-aġir ta’ Sinosure fir-rigward tal-industrija tal-GFF. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni nnotat li l-Katalgu tal-Esportazzjoni tal-Prodotti ta’ Teknoloġija Avvanzata u Ġdida taċ-Ċina jelenka speċifikament prodotti tal-fibra tal-ħġieġ, inklużi l-GFF, bħala inċentivati biex jiġu esportati (30). |
|
(108) |
F’dawk l-investigazzjonijiet, il-Kummissjoni sabet ukoll li, skont l-Avviż dwar l-Implimentazzjoni tal-Istrateġija għall-Promozzjoni tal-Kummerċ permezz tax-Xjenza u t-Teknoloġija bl-Użu tal-Assigurazzjoni tal-Kreditu għall-Esportazzjoni, Sinosure jenħtieġ li żżid l-appoġġ tagħha għall-industriji u l-prodotti ewlenin billi ssaħħaħ l-appoġġ ġenerali tagħha għall-esportazzjoni ta’ prodotti ta’ teknoloġija avvanzata u ġdida. Hija jenħtieġ li tittratta industriji bħal “materjali ġodda” u industriji oħra ta’ teknoloġija avvanzata u ġdida elenkati fil-Katalogu tal-Esportazzjoni tal-Prodotti ta’ Teknoloġija Avvanzata u Ġdida taċ-Ċina, bħala l-fokus kummerċjali tagħha u tipprovdi appoġġ komprensiv f’termini ta’ proċeduri ta’ sottoskrizzjoni, approvazzjoni b’limiti, veloċità tal-ipproċessar tat-talbiet u flessibbiltà tar-rata. Fir-rigward tal-flessibbiltà tar-rata, jenħtieġ li tagħti lill-prodotti l-iskont massimu tar-rata tal-primjum fi ħdan il-medda varjabbli pprovduta mill-kumpanija tal-assigurazzjoni tal-kreditu. |
|
(109) |
Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-GTĊ ħoloq qafas normattiv li kellu jiġi rrispettat mill-maniġers u mis-superviżuri ta’ Sinosure maħtura mill-GTĊ u li huma akkontabbli lejn il-GTĊ. Għalhekk, il-GTĊ ddependa fuq il-qafas normattiv sabiex jeżerċita kontroll b’mod sinifikanti fuq l-aġir ta’ Sinosure. |
|
(110) |
Il-Kummissjoni eżaminat ukoll l-imġiba attwali ta’ Sinosure fir-rigward tal-assigurazzjoni pprovduta lill-kumpaniji fil-kampjun u sabet li ma kinitx qed taġixxi fuq il-bażi tal-prinċipji tas-suq. Il-Kummissjoni setgħet fil-fatt tivverifika li l-primjums imħallsa mill-kumpaniji fil-kampjun f’dawk il-każijiet kienu ħafna anqas mit-tariffa minima meħtieġa biex ikopru l-ispejjeż operazzjonali. |
|
(111) |
Il-Kummissjoni sabet ukoll li wħud mill-produtturi esportaturi bbenefikaw minn rifużjoni parzjali jew totali tal-primjums tal-assigurazzjoni tal-kreditu għall-esportazzjoni mħallsa lil Sinosure. |
|
(112) |
Il-Kummissjoni kkonkludiet li l-qafas legali stabbilit hawn fuq kien qiegħed jiġi implimentat minn Sinosure fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet governattivi. Il-Kummissjoni kkonkludiet ukoll li Sinosure aġixxiet bħala korp pubbliku skont it-tifsira tal-Artikolu 2(b) tar-Regolament bażiku kkunsidrat flimkien mal-Artikolu 3(1)(a)(i) tar-Regolament bażiku u skont il-ġurisprudenza rilevanti tad-WTO. |
|
(113) |
Il-Kummissjoni kkonkludiet ukoll li l-azzjoni ta’ Sinosure tat benefiċċju lill-produtturi esportaturi, peress li l-assigurazzjoni ngħatat b’rati anqas mit-tariffa minima meħtieġa għal Sinosure biex tkopri l-kostijiet operatorji tagħha. |
|
(114) |
Il-Kummissjoni ddeterminat ukoll li s-sussidji pprovduti taħt il-programm ta’ assigurazzjoni tal-esportazzjoni kienu speċifiċi, għaliex ma setgħux jinkisbu mingħajr esportazzjoni u għalhekk kienu kontinġenti fuq l-esportazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 4(4)(a) tar-Regolament bażiku. |
|
(115) |
Il-Kummissjoni tinnota li l-industrija tal-GFR hija inkluża fil-kategorija aktar ġenerali ta’ “materjali ġodda” u li r-Rapport Annwali ta’ Sinosure għall-2017 jiddikjara li Sinosure b’mod attiv assigurat tranżazzjonijiet ta’ industriji emerġenti strateġiċi bħalma huma tal-materjali ġodda (31). Għalhekk, il-konsiderazzjoni ta’ hawn fuq tapplika għall-industrija tal-GFR ukoll. |
|
(116) |
Fid-dawl tan-nuqqas ta’ kooperazzjoni tal-GTĊ u l-produtturi esportaturi kollha fil-kampjun f’dan il-każ u fin-nuqqas ta’ kwalunkwe indikazzjoni għall-kuntrarju, Il-Kummissjoni użat is-sejbiet fl-investigazzjoni tal-GFF (32), safejn relatati mal-GFR, bħala fatti disponibbli skont l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku għall-finijiet ta’ dan il-każ. |
|
(117) |
Fid-dawl ta’ dan kollu ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-industrija tal-GFR kompliet tkun issussidjata permezz ta’ assigurazzjoni tal-kreditu għall-esportazzjoni mogħtija minn Sinosure. |
3.5. Il-provvista ta’ prodotti mill-gvern għal remunerazzjoni mhix adegwata
3.5.1. Materja prima għal remunerazzjoni mhix adegwata
|
(118) |
Fit-talba tiegħu għal rieżami, l-applikant innota l-appoġġ ċar għall-industrija tal-GFR fit-13-il Pjan ta’ Ħames snin, u għalhekk qal li kien raġonevoli li jiġi konkluż li l-SOEs u l-kumpaniji privati li joperaw taħt id-direzzjoni tal-gvern jipprovdu materja prima u materjali ta’ input lill-industrija tal-GFR b’remunerazzjoni mhix adegwata. |
|
(119) |
Minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-GTĊ u l-produtturi esportaturi Ċiniżi, il-Kummissjoni ma setgħetx tinvestiga fid-dettall dawn l-allegazzjonijiet. Madankollu, fid-dawl tal-konklużjoni ġenerali dwar l-eżistenza ta’ kontinwazzjoni ta’ sussidjar ibbażat fuq l-iskemi l-oħra kollha ta’ sussidju, u għal raġunijiet ta’ ekonomija amministrattiva, il-Kummissjoni ma qisitx li kien meħtieġ li tkompli l-investigazzjoni dwar dawn l-allegazzjonijiet peress li ma kien se jkollha l-ebda impatt fuq is-sejbiet ta’ dan ir-rieżami. Dan huwa għalhekk mingħajr preġudizzju għal analiżi sostantiva tal-allegazzjonijiet li jinsabu fit-talba. |
3.5.2. Drittijiet għall-użu tal-art (LUR)
|
(120) |
L-art kollha fir-RPĊ hija jew proprjetà tal-Istat jew ta’ kollettiva, magħmula minn villaġġi jew bliet żgħar, qabel ma t-titolu ġuridiku jew ekwitabbli tal-art ikun jista’ jingħata lil sidien korporattivi jew individwali. Il-pakketti kollha tal-art f’żoni urbanizzati huma proprjetà tal-Istat u l-villaġġi jew il-muniċipalitajiet għandhom il-pakketti kollha tal-art f’żoni rurali fihom. |
|
(121) |
Skont il-liġi kostituzzjonali tar-RPĊ u l-Liġi tal-Art, il-kumpaniji u l-individwi madankollu jistgħu jixtru “drittijiet għall-użu tal-art”. Għal art industrijali, il-kera hija normalment ta’ 50 sena, li tiġġedded għal perjodu ieħor ta’ 50 sena. |
|
(122) |
L-Artikolu 137 tal-Liġi dwar il-proprjetà tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina jistipula li “l-art użata għal skopijiet ta’ industrija, negozju, divertiment jew djar residenzjali kummerċjali, eċċ. jew l-art li għaliha hemm żewġ utenti jew aktar intenzjonati għandha tiġi trasferita permezz ta’ rkant, stedina għall-offerti jew kwalunkwe metodu ieħor ta’ offerti pubbliċi .” |
|
(123) |
Barra minn hekk, l-Artikolu 3 tar-Regolamenti Interim tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina dwar l-Għoti u t-Trasferiment tad-Dritt għall-Użu tal-Art tal-Istat f’Żoni Urbani jistipula li “kwalunkwe kumpanija, intrapriża, organizzazzjoni oħra u individwu ġewwa jew barra r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina jistgħu, sakemm ma jkunx previst mod ieħor mil-liġi, jiksbu d-dritt għall-użu tal-art u jwettqu l-iżvilupp, l-użu u l-ġestjoni tal-artijiet, b’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dawn ir-Regolamenti .” |
|
(124) |
Il-GTĊ għamilha ċara f’investigazzjonijiet preċedenti li huwa tal-fehma li fir-RPĊ hemm suq ħieles għall-art u li l-prezz imħallas minn intrapriża industrijali għat-titolu ta’ twellija tal-art jirrifletti l-prezz tas-suq. |
(a) Bażi ġuridika
|
(125) |
L-għoti tad-dritt għall-użu tal-art fir-RPĊ jaqa’ taħt il-Liġi dwar l-Amministrazzjoni tal-Artijiet tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. Barra minn hekk, id-dokumenti li ġejjin huma wkoll parti mill-bażi ġuridika:
|
(b) Sejbiet tal-investigazzjoni
|
(126) |
Skont l-Artikolu 10 tad-“Dispożizzjoni dwar l-Għoti tad-Dritt għall-Użu ta’ Art tal-Istat għall-Kostruzzjoni permezz ta’ Sejħa għall-Offerti, Irkant u Kwotazzjoni”, l-awtoritajiet lokali jistabbilixxu l-prezzijiet tal-art skont is-sistema ta’ valutazzjoni tal-art urbana, li tiġi aġġornata kull tliet snin u skont il-politika industrijali tal-gvern. |
|
(127) |
F’investigazzjonijiet preċedenti tagħha, il-Kummissjoni sabet li l-prezzijiet imħallsa għal-LUR fir-RPĊ mhumiex rappreżentattivi ta’ prezz tas-suq stabbilit mill-provvista u d-domanda tas-suq ħieles, minħabba li s-sistema ta’ rkant instabet li hija ambigwa, mhux trasparenti u mhijiex qed tiffunzjona fil-prattika, filwaqt li l-prezzijiet instabu li huma stabbiliti arbitrarjament mill-awtoritajiet. L-awtoritajiet jistabbilixxu l-prezzijiet skont is-Sistema ta’ Evalwazzjoni tal-Artijiet Urbani, li tagħtihom istruzzjonijiet fost kriterji oħra biex jikkunsidraw ukoll il-politika industrijali meta jistabbilixxu l-prezz tal-art industrijali. |
|
(128) |
Il-Kummissjoni nnotat li hemm ukoll sistema dinamika ta’ monitoraġġ tal-art minbarra s-sistema ta’ monitoraġġ tal-art urbana. Fir-rieżami tal-iskadenza dwar il-Pannelli Solari li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (33), il-Kummissjoni sabet li dawn il-prezzijiet huma ogħla mill-prezzijiet minimi ta’ referenza stabbiliti mis-sistema ta’ evalwazzjoni tal-art urbana u użati mill-gvernijiet lokali, minħabba li dawn tal-aħħar ġew aġġornati kull tliet snin biss, filwaqt li l-prezzijiet dinamiċi ta’ monitoraġġ ġew aġġornati kull tliet xhur. Madankollu, ma kien hemm l-ebda indikazzjoni li l-prezzijiet tal-art huma bbażati fuq il-prezzijiet tal-monitoraġġ dinamiku. |
|
(129) |
Fil-fatt, il-GTĊ ikkonferma waqt dik l-investigazzjoni li s-sistema ta’ monitoraġġ dinamiku tal-prezz tal-art urbana immonitorjat il-varjazzjonijiet fil-livelli tal-prezz tal-art f’ċerti żoni (105 ibliet) fir-RPĊ u kienet iddisinjata biex tevalwa l-evoluzzjoni tal-prezzijiet tal-art. Madankollu, il-prezzijiet inizjali fl-offerti u l-irkantijiet kienu bbażati fuq il-punti ta’ referenza stabbiliti mis-sistema għall-evalwazzjoni tal-art. Dan xorta seħħ matul il-perjodu ta’ dik l-investigazzjoni, jiġifieri, l-1 ta’ Ottubru 2014 sat-30 ta’ Settembru 2015. Barra minn hekk, f’dak il-każ, ħafna mill-gruppi ta’ kumpaniji fil-kampjun irċevew il-biċċiet ta’ art tagħhom permezz ta’ allokazzjoni. |
(c) Konklużjoni
|
(130) |
Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni, il-Kummissjoni qagħdet fuq is-sejbiet tal-investigazzjonijiet preċedenti, inkluża l-investigazzjoni tal-GFF, li wriet li s-sitwazzjoni li tikkonċerna l-akkwist tal-LURs fir-RPĊ mhijiex trasparenti u l-prezzijiet kienu stabbiliti arbitrarjament mill-awtoritajiet u ma jirriflettux il-prezzijiet tas-suq. |
|
(131) |
Għaldaqstant, l-għoti ta’ drittijiet għall-użu tal-art mill-GTĊ jenħtieġ li jitqies bħala sussidju fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a)(iii) u tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku fil-forma ta’ provvista ta’ prodotti li jagħti benefiċċju lill-kumpaniji riċevituri. Ma hemm l-ebda suq funzjonanti għall-art fir-RPĊ u l-użu ta’ valur referenzjarju estern f’investigazzjonijiet preċedenti juri li l-ammont li l-ammont imħallas għad-drittijiet għall-użu tal-art huwa ferm anqas mir-rata normali tas-suq. |
|
(132) |
Fil-kuntest ta’ aċċess preferenzjali għal art industrijali għal kumpaniji li jappartjenu għal ċerti industriji, il-Kummissjoni tinnota li l-prezz stabbilit mill-awtoritajiet lokali għandu jqis il-politika industrijali tal-gvern. F’din il-politika industrijali, l-industrija tal-GFR hija elenkata bħala industrija inċentivata (34). Barra minn hekk, id-Deċiżjoni Nru 40 tal-Kunsill tal-Istat tesiġi li l-awtoritajiet pubbliċi jiżguraw li l-art tiġi pprovduta lil industriji inċentivati. L-Artikolu 18 tad-Deċiżjoni Nru 40 jagħmilha ċara li l-industriji li huma “ristretti” mhumiex se jkollhom aċċess għal drittijiet għall-użu tal-art. |
|
(133) |
Minn dan isegwi li s-sussidju huwa speċifiku skont l-Artikolu 4(2)(a) u 4(2)(c) tar-Regolament bażiku minħabba li l-għoti preferenzjali tal-art huwa limitat għall-kumpaniji li jappartjenu għal ċerti industriji, f’dan il-każ is-settur tal-GFR, u l-prattiki tal-gvern f’dan il-qasam huma ambigwi u mhux trasparenti. |
|
(134) |
Il-Kummissjoni qieset li dan is-sussidju baqa’ kumpensabbli. |
(d) Kalkolu tal-ammont tas-sussidju
|
(135) |
Fid-dawl tan-nuqqas ta’ kooperazzjoni tal-GTĊ u l-produtturi esportaturi kollha fil-kampjun f’dan il-każ u fin-nuqqas ta’ kwalunkwe indikazzjoni għall-kuntrarju, Il-Kummissjoni użat is-sejbiet fl-investigazzjoni tal-GFF (35), safejn relatati mal-GFR, bħala fatti disponibbli skont l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku għall-finijiet ta’ dan il-każ. |
|
(136) |
Fid-dawl ta’ dan kollu ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-industrija tal-GFR kompliet tkun issussidjata permezz tal-forniment ta’ drittijiet tal-użu tal-art għal rimunerazzjoni anqas minn adegwata. |
3.6. Dħul tal-gvern li kien mitluf jew li ma nġabarx
3.6.1. Provvista ta’ elettriku b’rati mnaqqsa
|
(137) |
It-talba għal rieżami nnotat li l-Kummissjoni stabbiliet f’diversi investigazzjonijiet AS li l-industriji inċentivati huma ta’ spiss eliġibbli għal rati tal-enerġija bi skont u kkonfermat din is-sejba fir-Rapport dwar iċ-Ċina. Minħabba li l-industrija tal-GFR hija waħda inċentivata, it-talba qieset li kien raġonevoli li jiġi konkluż li l-industrija tal-GFR tibbenefika wkoll minn rati tal-elettriku preferenzjali. |
(a) Bażi ġuridika
|
— |
Iċ-Ċirkulari tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Iżvilupp u r-Riforma u l-Amministrazzjoni Nazzjonali tal-Enerġija dwar il-Promozzjoni Attiva tat-Tranżazzjonijiet tal-Enerġija Orjentati lejn is-Suq u t-Titjib Ulterjuri tal-Mekkaniżmu Kummerċjali, Fa Gua Yun Xing [2018] Nru 1027, maħruġa fis-16 ta’ Lulju 2018 |
|
— |
Diversi Opinjonijiet tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit Komunista taċ-Ċina u tal-Kunsill tal-Istat dwar Aktar Approfondiment tar-Riforma tas-Sistema tal-Enerġija (Zhong Fa [2015] Nru 9); |
|
— |
Avviż dwar it-Teħid tal-Isforzi għall-Kostruzzjoni tas-Suq tal-Enerġija fl-2017 tal-Kumitat tal-Ekonomija u t-Teknoloġija tal-Informazzjoni ta’ Shandong, LJXDL [2017] Nru 93 |
|
— |
Avviż dwar l-Emenda tar-Regoli Kummerċjali Diretti tal-Elettriku tal-2017 tal-Uffiċċju ta’ Superviżjoni tal-Amministrazzjoni Nazzjonali tal-Enerġija ta’ Shandong, LJNSC [2017] Nru 36 |
(b) Sejbiet tal-investigazzjoni
|
(138) |
Il-Kummissjoni sabet fl-investigazzjoni tal-GFF li xi utenti industrijali kbar ewlenin tal-elettriku huma permessi jixtru elettriku direttament minn ġeneraturi tal-enerġija minflok jixtru mill-grilja, jew billi jiffirmaw ftehimiet ta’ xiri dirett jew billi jkunu kkwalifikati biex jipparteċipaw fis- “Sistema ta’ negozjar tal-elettriku orjentata lejn is-suq”. Il-prezzijiet imħallsa minn dawn l-utenti ewlenin permezz ta’ tali kuntratti/sistema ta’ kummerċ kienu aktar baxxi mill-prezzijiet fissi stabbiliti fil-livell provinċjali għal klijenti industrijali kbar. |
|
(139) |
Il-possibbiltà li wieħed jidħol f’tali kuntratti diretti jew li jkun kwalifikat biex jipparteċipa fis- “Sistema ta’ negozjar tal-elettriku orjentata lejn is-suq” bħalissa mhijiex miftuħa għall-konsumaturi tal-industrija l-kbar kollha. Fil-livell nazzjonali, l-Opinjonijiet tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit Komunista taċ-Ċina u tal-Kunsill tal-Istat dwar it-Tisħiħ Ulterjuri tar-Riforma tas-Sistema tal-Enerġija jispeċifikaw pereżempju li “intrapriżi li ma jikkonformawx mal-politika industrijali nazzjonali u li l-prodotti u l-proċessi tagħhom huma eliminati ma għandhomx jipparteċipaw fi tranżazzjonijiet diretti ” (36). |
|
(140) |
Fil-prattika, in-negozjar dirett fl-elettriku jitwettaq mill-provinċji. Il-kumpaniji jridu japplikaw għand l-awtoritajiet provinċjali għall-approvazzjoni biex jipparteċipaw fl-iskema pilota tal-elettriku dirett, u jridu jissodisfaw ċerti kriterji. |
|
(141) |
Pereżempju, fil-Provinċja ta’ Shandong, l-Avviż dwar l-Emendar tar-Regoli għall-Kummerċ Dirett tal-Elettriku tal-2017 tal-Uffiċċju ta’ Superviżjoni tal-Amministrazzjoni Nazzjonali tal-Enerġija ta’ Shandong jistipula li “l-utenti li jipparteċipaw fil-kummerċ dirett tal-elettriku għandhom jiġu kkonfermati skont il-kundizzjonijiet tal-aċċess tal-2017 approvati mill-Kumitat għall-Ekonomija u t-Teknoloġija tal-Informazzjoni ta’ Shandong. Sabiex jieħdu sehem fin-negozjar dirett tal-elettriku, l-impriżi tal-bejgħ tal-elettriku għandhom iressqu applikazzjoni ta’ reġistrazzjoni liċ-Ċentru tan-Negozjar tal-Enerġija Elettrika ta’ Shandong, u jkunu jistgħu jipparteċipaw fin-negozjar dirett tal-elettriku wara li jiġu rieżaminati u ppubbliċizzati miċ-Ċentru”. F’dak ir-rigward, tiġi stabbilita u mħabbra lista ta’ intrapriżi eliġibbli li jikkwalifikaw biex jipparteċipaw fis-sistema ta’ kummerċ tal-elettriku orjentata lejn is-suq f’avviż tal-Kummissjoni tal-Ekonomija u tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni ta’ Shandong (37). |
|
(142) |
Għal ċerti kumpaniji, ma hemm l-ebda negozjati jew proċess ta’ offerti attwali bbażati fuq is-suq, peress li l-kwantitajiet mixtrija taħt kuntratti diretti mhumiex ibbażati fuq il-provvista u d-domanda reali. Fil-fatt, il-ġeneraturi tal-enerġija u l-utenti tal-enerġija mhumiex ħielsa li jbigħu jew jixtru direttament l-elettriku kollu tagħhom. Huma ristretti minn kwoti kwantitattivi li huma allokati lilhom mill-gvern lokali. |
|
(143) |
Barra minn hekk, għalkemm il-prezzijiet suppost li jiġu nnegozjati direttament bejn il-ġeneraturi tal-enerġija u l-utent tal-enerġija jew permezz ta’ kumpaniji intermedjarji tas-servizzi, il-fatturi lill-kumpaniji fil-fatt jinħarġu mill-Kumpanija tal-Grilja tal-Istat. Pereżempju, l-Avviż dwar l-Emendar tar-Regoli għall-Kummerċ Dirett tal-Elettriku tal-2017 tal-Uffiċċju Nazzjonali ta’ Superviżjoni tal-Amministrazzjoni tal-Enerġija ta’ Shandong jistipula li, “Il-Kumpanija tal-Elettriku tal-Grilja tal-Istat ta’ Shandong se titlob l-imposta għall-kummerċ dirett tal-elettriku” u li “l-Kumpanija tal-Elettriku tal-Grila tal-Istat ta’ Shandong għandha toħroġ fattura tal-VAT lill-utenti, u lill-impriżi tal-produzzjoni tal-enerġija”. |
|
(144) |
Fl-aħħar nett, il-kuntratti kollha ffirmati ta’ xiri dirett jeħtieġ li jiġu sottomessi lill-gvern lokali bħala rekord. |
|
(145) |
Fl-2018, il-GTĊ ħareġ iċ-Ċirkulari tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Iżvilupp u r-Riforma u l-Amministrazzjoni Nazzjonali tal-Enerġija dwar il-Promozzjoni Attiva tat-Tranżazzjonijiet tal-Enerġija Orjentati lejn is-Suq u t-Titjib Ulterjuri tal-Mekkaniżmu Kummerċjali (Fa Gai Yun Xing [2018] Nru 1027). Madankollu, il-Kummissjoni nnotat fl-investigazzjoni tal-GFF li din il-leġiżlazzjoni nħarġet matul l-2018 u kienet għadha ma ġietx implimentata. |
|
(146) |
Barra minn hekk, għalkemm iċ-Ċirkolari għandha l-għan li żżid in-numru ta’ tranżazzjonijiet diretti fis-suq tal-elettriku, issemmi b’mod speċifiku ċerti industriji, inklużi l-industrija tal-materjali tal-bini u l-industriji tat-teknoloġija avvanzata, bħala appoġġati u li jibbenefikaw mil-liberalizzazzjoni tas-suq tal-elettriku. |
|
(147) |
B’mod partikolari, iċ-Ċirkolari tgħid li “utenti ta’ appoġġ b’konsum annwali tal-elettriku ta’ aktar minn 5 miljun kWh għandhom iwettqu tranżazzjonijiet diretti tal-elettriku ma’ intrapriżi li jiġġeneraw l-enerġija. Fl-2018, il-pjanijiet għall-ġenerazzjoni tal-elettriku għall-faħam, il-ħadid u l-azzar, il-metalli mhux tal-ħadid, il-materjali tal-bini u erba’ industriji oħrajn se jiġu liberalizzati”. |
|
(148) |
Barra minn hekk, iċ-Ċirkolari tindika li “l-appoġġ lill-industriji emerġenti b’valur miżjud għoli, bħal industriji ta’ teknoloġija avvanzata, tal-Internet, tal-Big data u tal-manifattura ta’ livell għoli, kif ukoll intrapriżi b’vantaġġi u karatteristiċi distinti u kontenut teknoloġiku għoli, biex jipparteċipaw fi tranżazzjonijiet, ħielsa minn livelli ta’ vultaġġ u restrizzjonijiet ta’ konsum tal-enerġija”. |
|
(149) |
Għalhekk, il-leġiżlazzjoni tipprevedi applikazzjoni selettiva ta’ tranżazzjonijiet diretti fis-suq tal-elettriku għal ċerti industriji bħall-materjali tal-bini u l-industriji ta’ teknoloġija avvanzata. Din l-applikazzjoni selettiva għandha r-riżultat li jiġu applikati prezzijiet orħos għall-elettriku mill-Istat lil kumpaniji minn dawn l-industriji. |
(c) Konklużjoni
|
(150) |
Il-Kummissjoni kienet tal-fehma li r-rata tal-elettriku mnaqqsa inkwistjoni hija sussidju fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku minħabba li hemm kontribuzzjoni finanzjarja fil-forma ta’ dħul mitluf mill-GTĊ (l-operatur tal-grilja) li tagħti benefiċċju lill-kumpaniji kkonċernati. |
|
(151) |
Il-benefiċċju għar-riċevituri huwa ugwali għall-iffrankar tal-prezz tal-elettriku, billi l-elettriku ġie pprovdut b’rati taħt il-prezz normali tal-grilja mħallsa minn utenti industrijali kbar oħra li ma jistgħux jibbenefikaw mill-provvista diretta. |
|
(152) |
Dan is-sussidju huwa speċifiku fis-sens tal-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku minħabba li l-leġiżlazzjoni nnifisha tillimita l-applikazzjoni ta’ din l-iskema għal intrapriżi li jikkonformaw ma’ ċerti objettivi tal-politika industrijali ddeterminati mill-Istat u li l-prodotti jew proċess tagħhom ma ġewx eliminati bħala mhux eliġibbli. |
|
(153) |
Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-iskema ta’ sussidju kienet fis-seħħ matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami u li hija speċifika skont it-tifsira tal-Artikoli 4(2)(a) u 4(3) tar-Regolament bażiku. |
(d) Kalkolu tal-ammont tas-sussidju
|
(154) |
Il-Kummissjoni tqis li l-produtturi esportaturi Ċiniżi tal-GFR għadhom jirċievu sussidji taħt din l-iskema. |
|
(155) |
Fl-investigazzjoni tal-GFF, l-ammont ta’ sussidju kumpensabbli ġie kkalkulat f’termini tal-benefiċċju mogħti lir-riċevituri fl-2018. Dan il-benefiċċju ġie kkalkulat bħala d-differenza bejn il-prezz totali tal-elettriku pagabbli skont ir-rata normali tal-grilja u l-prezz totali tal-elettriku pagabbli skont ir-rata mnaqqsa. |
|
(156) |
Fid-dawl tan-nuqqas ta’ kooperazzjoni tal-GTĊ u l-produtturi esportaturi kollha fil-kampjun f’dan il-każ u fin-nuqqas ta’ kwalunkwe indikazzjoni għall-kuntrarju, Il-Kummissjoni użat is-sejbiet fl-investigazzjoni tal-GFF (38), safejn relatati mal-GFR, bħala fatti disponibbli skont l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku għall-finijiet ta’ dan il-każ. |
|
(157) |
Fid-dawl ta’ dan kollu ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-industrija tal-GFR kompliet tiġi ssussidjata permezz tal-forniment ta’ drittijiet tal-użu tal-art għal rimunerazzjoni anqas minn adegwata. |
3.6.2. Programmi ta’ tnaqqis u ta’ eżenzjoni mit-taxxa
|
(158) |
Fit-talba għal rieżami, l-applikanti allegaw li l-GTĊ pprovda sussidji fil-forma ta’ dħul mitluf tal-gvern jew mhux miġbur, inklużi l-eżenzjoni mit-taxxa u l-programmi ta’ tnaqqis deskritti hawn taħt. |
3.6.2.1. Privileġġi tal-EIT għal Intrapriżi ta’ Teknoloġija Avvanzata u Ġdida
|
(159) |
Fit-talba għal rieżami, l-applikanti allegaw li l-manifatturi tal-GFR fiċ-Ċina jibbenefikaw mill-eżenzjoni mit-taxxa fuq id-dħul tal-intrapriżi għall-“Intrapriżi ta’ Teknoloġija Avvanzata u Ġdida” kif deskritt hawn taħt. |
|
(160) |
Skont il-Liġi tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina dwar it-Taxxa fuq l-Introjtu tal-Intrapriżi (“il-Liġi tal-EIT”) (39), intrapriżi ta’ teknoloġija avvanzata u ġdida li l-Istat jeħtiġlu jagħtihom benefiċċju ewlieni ta’ appoġġ minn rata tat-taxxa fuq l-introjtu tal-intrapriżi mnaqqsa ta’ 15 % minflok ir-rata tat-taxxa standard ta’ 25 %. |
(a) Bażi ġuridika
|
(161) |
Il-bażi ġuridika ta’ dan il-programm hija l-Artikolu 28 tal-liġi dwar l-EIT u l-Artikolu 93 tar-Regoli ta’ Implimentazzjoni għal-Liġi tar-RPĊ dwar it-Taxxa fuq l-Introjtu tal-Intrapriżi (40), kif ukoll:
|
(b) Sejbiet tal-investigazzjoni
|
(162) |
Il-kumpaniji, li jistgħu jibbenefikaw mit-tnaqqis fit-taxxa huma parti minn ċerti oqsma ewlenin tat-teknoloġija avvanzata u ġdida appoġġati mill-Istat, kif ukoll il-prijoritajiet attwali dwar oqsma tat-teknoloġija avvanzata appoġġati mill-Istat, kif elenkat fil-Linji Gwida tal-Aħħar Oqsma Ewlenin ta’ Żvilupp ta’ Prijorità fl-Industriji tat-Teknoloġija Avvanzata. Dawn il-linji gwida jsemmu b’mod ċar it-teknoloġija tal-manifattura u l-materja prima ewlenija għall-ħġieġ, inkluża l-GFR, bħala qasam ta’ prijorità. |
|
(163) |
Barra minn hekk, sabiex ikunu eliġibbli, il-kumpaniji jridu jissodisfaw il-kriterji li ġejjin:
|
|
(164) |
Il-kumpaniji li jibbenifikaw minn din il-miżura jridu jippreżentaw id-dikjarazzjoni tat-taxxa fuq l-introjtu tagħhom u l-annessi rilevanti. L-ammont propju tal-benefiċċju huwa inkluż fid-dikjarazzjoni tat-taxxa. |
|
(165) |
Il-Kummissjoni kienet tal-fehma li t-tpaċija tat-taxxa inkwistjoni hija sussidju fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku minħabba li hemm kontribuzzjoni finanzjarja fil-forma ta’ dħul mitluf mill-GTĊ li tagħti benefiċċju lill-kumpaniji kkonċernati. |
|
(166) |
Il-benefiċċju għar-riċevituri huwa ugwali għall-iffrankar tat-taxxa. Dan is-sussidju huwa speċifiku fis-sens tal-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku minħabba li l-leġiżlazzjoni nnifisha tillimita l-applikazzjoni ta’ din l-iskema għal intrapriżi biss li qegħdin joperaw’ċerti oqsma ta’ prijorità ta’ teknoloġija avvanzata stabbiliti mill-Istat, bħal xi teknoloġiji ewlenin fi ħdan is-settur tal-GFR. |
(c) Kalkolu tal-ammont tas-sussidju
|
(167) |
Il-Kummissjoni tqis li l-produtturi esportaturi Ċiniżi tal-GFR għadhom jirċievu sussidji taħt din l-iskema. |
|
(168) |
Fl-investigazzjoni tal-GFF l-ammont ta’ sussidju kumpensabbli ġie kkalkulat f’termini tal-benefiċċju mogħti lir-riċevituri fl-2018. Dan il-benefiċċju ġie kkalkulat bħala d-differenza bejn it-taxxa totali pagabbli skont ir-rata normali tat-taxxa u t-taxxa totali pagabbli skont ir-rata mnaqqsa tat-taxxa. |
|
(169) |
Fid-dawl tan-nuqqas ta’ kooperazzjoni tal-GTĊ u l-produtturi esportaturi kollha fil-kampjun f’dan il-każ u fin-nuqqas ta’ kwalunkwe indikazzjoni għall-kuntrarju, Il-Kummissjoni użat is-sejbiet fl-investigazzjoni tal-GFF (41), safejn relatati mal-GFR, bħala fatti disponibbli skont l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku għall-finijiet ta’ dan il-każ. |
|
(170) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-industrija tal-GFR kienet sussidjata permezz ta’ self b’rati preferenzjali. |
3.6.2.2. Tpaċija tal-EIT għal spejjeż marbuta mar-riċerka u l-iżvilupp
|
(171) |
Fit-talba għal rieżami, l-applikanti allegaw li l-manifatturi tal-GFR fiċ-Ċina jibbenefikaw mit-tpaċija tat-taxxa fuq id-dħul tal-intrapriżi kif deskritt hawn taħt. |
|
(172) |
It-taxxa paċuta għar-riċerka u l-iżvilupp tintitola lill-kumpaniji għal trattament tat-taxxa preferenzjali għall-attivitajiet tagħhom ta’ R&Ż f’ċerti oqsma ta’ prijorità ta’ teknoloġija avvanzata stabbiliti mill-Istat u meta jkunu ntlaħqu ċerti limiti ta’ nfiq għar-R&Ż. |
|
(173) |
B’mod aktar speċifiku, l-ispejjeż ta’ R&Ż imġarrba għall-iżvilupp ta’ teknoloġiji ġodda, prodotti ġodda u snajja’ ġodda li ma jifformawx assi intanġibbli u li jiġu kontabilizzati fil-profitt u t-telf tat-terminu attwali, huma soġġetti għal tnaqqis addizzjonali ta’ 50 % wara tnaqqis sħiħ fid-dawl tas-sitwazzjoni attwali. Meta l-ispejjeż imsemmija hawn fuq marbuta mar-R&Ż jifformaw assi intanġibbli, huma jkunu soġġetti għal deprezzament ibbażat fuq 150 % tal-kost tal-assi intanġibbli. |
(a) Bażi ġuridika
|
(174) |
Il-bażi ġuridika għall-programm hija l-Artikolu 30(1) tal-Liġi dwar l-EIT, flimkien mar-Regoli ta’ Implimentazzjoni għal-Liġi tar-RPĊ dwar it-Taxxa fuq l-Introjtu tal-Intrapriżi, kif ukoll l-avviżi li ġejjin:
|
(b) Sejbiet tal-investigazzjoni
|
(175) |
Fl-investigazzjoni tal-GFF il-Kummissjoni stabbiliet li t- “teknoloġiji ġodda, il-prodotti ġodda u s-snajja’ ġodda” li jistgħu jibbenifikaw mit-tnaqqis tat-taxxa jagħmlu parti minn ċerti oqsma ta’ teknoloġija avvanzata appoġġati mill-Istat, kif ukoll il-prijoritajiet attwali dwar oqsma ta’ teknoloġija avvanzata appoġġati mill-Istat, kif elenkati fil-Linji Gwida tal-Aħħar Oqsma Ewlenin ta’ Żvilupp ta’ Prijorità fl-Industriji tat-Teknoloġija Avvanzata. |
|
(176) |
Il-Kummissjoni kienet tal-fehma li t-tpaċija tat-taxxa inkwistjoni hija sussidju fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku minħabba li hemm kontribuzzjoni finanzjarja fil-forma ta’ dħul mitluf mill-GTĊ li tagħti benefiċċju lill-kumpaniji kkonċernati. |
|
(177) |
Il-benefiċċju għar-riċevituri huwa ugwali għall-iffrankar tat-taxxa. |
|
(178) |
Dan is-sussidju huwa speċifiku fis-sens tal-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku minħabba li l-leġiżlazzjoni nnifisha tillimita l-applikazzjoni ta’ din il-miżura għal intrapriżi biss li jġarrbu spejjeż marbuta mar-R&Ż f’ċerti oqsma ta’ prijorità ta’ teknoloġija avvanzata stabbiliti mill-Istat, bħas-settur tal-GFR. |
(c) Kalkolu tal-ammont tas-sussidju
|
(179) |
Il-Kummissjoni tqis li l-produtturi esportaturi Ċiniżi tal-GFR għadhom jirċievu sussidji taħt din l-iskema. |
|
(180) |
Fl-investigazzjoni tal-GFF l-ammont ta’ sussidju kumpensabbli ġie kkalkulat f’termini tal-benefiċċju mogħti lir-riċevituri fl-2018. Dan il-benefiċċju ġie kkalkolat bħala d-differenza bejn it-taxxa totali pagabbli skont ir-rata tat-taxxa normali u t-taxxa totali pagabbli wara t-tnaqqis addizzjonali ta’ 50 % tal-ispejjeż attwali fuq ir-R&Ż. |
|
(181) |
Fid-dawl tan-nuqqas ta’ kooperazzjoni tal-GTĊ u l-produtturi esportaturi kollha fil-kampjun f’dan il-każ u fin-nuqqas ta’ kwalunkwe indikazzjoni għall-kuntrarju, Il-Kummissjoni użat is-sejbiet fl-investigazzjoni tal-GFF (42), safejn relatati mal-GFR, bħala fatti disponibbli skont l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku għall-finijiet ta’ dan il-każ. |
|
(182) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-industrija tal-GFR kienet sussidjata permezz ta’ self b’rati preferenzjali. |
3.6.2.3. Eżenzjoni fuq id-dividendi bejn intrapriżi residenti kwalifikati
|
(183) |
Fit-talba għal rieżami, l-applikanti allegaw li l-manifatturi tal-GFR fiċ-Ċina jibbenefikaw minn din l-eżenzjoni tad-dividendi kif deskritt hawn taħt. |
|
(184) |
Il-Liġi tal-EIT toffri preferenzi tat-taxxa fuq id-dħul lil intrapriżi involuti fl-iżvilupp ta’ industriji jew proġetti li huma appoġġati u mħeġġa speċifikament mill-Istat. B’mod partikolari, il-Liġi toffri eżenzjonijiet mit-taxxa fuq id-dħul minn investiment ta’ ekwità, bħal dividendi u bonusijiet, bejn intrapriżi residenti eliġibbli. |
(a) Bażi ġuridika
|
(185) |
Il-bażi ġuridika għall-programm hija l-Artikolu 26(2) tal-Liġi dwar l-EIT, flimkien mar-Regoli ta’ Implimentazzjoni għal-Liġi tar-RPĊ dwar it-Taxxa fuq l-Introjtu tal-Intrapriżi. |
(b) Sejbiet tal-investigazzjoni
|
(186) |
F’investigazzjonijiet preċedenti, il-Kummissjoni sabet li xi kumpaniji spezzjonati rċevew eżenzjoni mit-taxxa fuq id-dħul mid-dividendi bejn intrapriżi residenti kkwalifikati. |
|
(187) |
L-Artikolu 25 tal-IET jgħid li “L-Istat se joffri preferenzi tat-taxxa fuq l-introjtu lil Intrapriżi involuti f’industriji jew proġetti li l-iżvilupp tagħhom huwa appoġġat u mħeġġeġ b’mod speċjali mill-Istat” . L-Artikolu 26(2) jispeċifika li l-eżenzjoni mit-taxxa hija applikabbli għad-dħul minn investimenti ta’ ekwità bejn “intrapriżi residenti eliġibbli” , li tillimita l-kamp ta’ applikazzjoni tagħha għal ċerti intrapriżi residenti biss. |
|
(188) |
Kif ġie konkluż fl-investigazzjoni tal-GFF, din il-politika tat-taxxa preferenzjali hija limitata għal ċerti industriji u proġetti, jiġifieri industriji li huma speċifikament appoġġati u mħeġġa mill-Istat bħall-industrija tal-GFR, u għalhekk speċifiċi. |
|
(189) |
Il-Kummissjoni tqis li din l-iskema hija sussidju fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku minħabba li hemm kontribuzzjoni finanzjarja fil-forma ta’ dħul mitluf mill-GTĊ li tagħti benefiċċju lill-kumpaniji kkonċernati. |
|
(190) |
Il-benefiċċju għar-riċevituri huwa ugwali għall-iffrankar tat-taxxa. |
|
(191) |
Dan is-sussidju huwa speċifiku fis-sens tal-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku peress li l-leġiżlazzjoni nfisha tillimita l-applikazzjoni ta’ din l-eżenzjoni għal intrapriżi residenti kkwalifikati biss li għandhom l-appoġġ ewlieni tal-Istat, u li l-iżvilupp tagħhom huwa mħeġġeġ minnu. |
(c) Kalkolu tal-ammont tas-sussidju
|
(192) |
Il-Kummissjoni tqis li l-produtturi esportaturi Ċiniżi tal-GFR għadhom jirċievu sussidji taħt din l-iskema. |
|
(193) |
Fid-dawl tan-nuqqas ta’ kooperazzjoni tal-GTĊ u l-produtturi esportaturi kollha fil-kampjun f’dan il-każ u fin-nuqqas ta’ kwalunkwe indikazzjoni għall-kuntrarju, Il-Kummissjoni użat is-sejbiet fl-investigazzjoni tal-GFF (43), safejn relatati mal-GFR, bħala fatti disponibbli skont l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku għall-finijiet ta’ dan il-każ. |
|
(194) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-industrija tal-GFR kienet sussidjata permezz ta’ self b’rati preferenzjali. |
3.6.2.4. Eżenzjoni mit-taxxa għall-użu tal-art
|
(195) |
Fit-talba għal rieżami, l-applikanti allegaw li l-manifatturi tal-GFR fiċ-Ċina jibbenefikaw minn din l-eżenzjoni mit-taxxa fuq l-użu tal-art kif deskritt hawn taħt. |
|
(196) |
Organizzazzjoni jew individwu li juża art fi bliet, fi bliet ta’ kontea u fi bliet amministrattivi u f’distretti industrijali u tal-minjieri normalment iħallas taxxa għall-użu ta’ art urbana. It-taxxa għall-użu tal-art tinġabar mill-awtoritajiet tat-taxxa lokali fejn tintuża l-art. |
|
(197) |
Madankollu, ċerti kategoriji ta’ art, bħal art riklamata mill-baħar, art maħsuba biex tintuża minn istituzzjonijiet tal-gvern, organizzazzjonijiet tan-nies u unitajiet militari għall-użu tagħhom stess, art maħsuba biex tintuża mill-istituzzjonijiet iffinanzjati minn allokazzjonijiet tal-gvern mill-Ministeru tal-Finanzi, art użata minn tempji reliġjużi, parks pubbliċi u siti storiċi u xeniċi, toroq, pjazez pubbliċi, meded ta’ ħaxix u art pubblika urbana oħra, huma eżentati mit-taxxa fuq l-użu tal-art. |
(a) Bażi ġuridika
|
(198) |
Il-bażi ġuridika għal dan il-programm hija:
|
(b) Sejbiet tal-investigazzjoni
|
(199) |
Fl-investigazzjoni tal-GFF, il-Kummissjoni sabet li wieħed mill-gruppi tal-kumpaniji fil-kampjun ibbenifika minn rifużjoni tal-pagamenti ta’ taxxi fuq l-użu tal-art mill-Uffiċċju lokali għall-Użu tal-Art, anke jekk ma kien jaqa’ taħt l-ebda waħda mill-kategoriji eżentati stabbiliti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali msemmija hawn fuq. |
(c) Konklużjoni
|
(200) |
Il-Kummissjoni tqis li l-eżenzjoni mit-taxxa inkwistjoni hija sussidju fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a)(i) jew l-Artikolu 3(1)(a)(ii), u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku minħabba li hemm kontribuzzjoni finanzjarja fil-forma ta’ jew trasferiment dirett ta’ fondi (rifużjoni tat-taxxa mħallsa) jew dħul mitluf mill-GTĊ (it-taxxa mhux imħallsa) li tagħti benefiċċju lill-kumpaniji kkonċernati. |
|
(201) |
Il-benefiċċju għar-riċevituri huwa ugwali għall-ammont imħallas lura/iffrankar tat-taxxa. |
|
(202) |
Dan is-sussidju huwa speċifiku skont it-tifsira tal-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku billi waħda mill-kumpaniji fil-kampjun fl-investigazzjoni tal-GFF irċeviet tnaqqis fit-taxxa għalkemm ma kinitx taqbel mal-kriterji oġġettivi. |
(d) Kalkolu tal-ammont tas-sussidju
|
(203) |
Il-Kummissjoni tqis li l-produtturi esportaturi Ċiniżi tal-GFR għadhom jirċievu sussidji taħt din l-iskema. |
|
(204) |
Fl-investigazzjoni tal-GFF l-ammont ta’ sussidju kumpensabbli ġie kkalkulat f’termini tal-benefiċċju mogħti lir-riċevituri fl-2018. Dan il-benefiċċju kien ikkunsidrat bħala l-ammont tar-rifużjoni fl-2018. |
|
(205) |
Fid-dawl tan-nuqqas ta’ kooperazzjoni tal-GTĊ u l-produtturi esportaturi kollha fil-kampjun f’dan il-każ u fin-nuqqas ta’ kwalunkwe indikazzjoni għall-kuntrarju, Il-Kummissjoni użat is-sejbiet fl-investigazzjoni tal-GFF (44), safejn relatati mal-GFR, bħala fatti disponibbli skont l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku għall-finijiet ta’ dan il-każ. |
|
(206) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-industrija tal-GFR kienet sussidjata permezz ta’ self b’rati preferenzjali. |
3.7. Konklużjoni dwar il-kontinwazzjoni tas-sussidjar
|
(207) |
Il-Kummissjoni tikkonkludi, abbażi tal-informazzjoni disponibbli, li l-industrija tal-GFR fir-RPĊ baqgħet issussidjata matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami. Il-konklużjonijiet tal-investigazzjoni tal-GFF b’mod partikolari huma sinifikanti billi jkopru s-sussidji lill-kumpaniji li jimmanifatturaw kemm il-GFF kif ukoll il-GFR, u l-iskemi ta’ sussidju mhumiex speċifiċi għall-prodott. |
|
(208) |
Billi l-iskemi ta’ sussidju jagħtu benefiċċju lill-kumpanija kollha, u mhux biss lill-parti li timmanifattura u tesporta l-GFF, nistgħu nerġgħu nużaw l-informazzjoni disponibbli biex nużaw il-kalkoli tas-sussidju bażiku fil-każ tal-GFF u nassumu, fin-nuqqas ta’ kwalunkwe informazzjoni oħra, li l-kumpaniji li jimmanifatturaw u jesportaw il-GFR lejn l-Unjoni fil-PIR jibbenefikaw minn ammont ta’ sussidjar ogħla sew mil-livell de minimis. Tabilħaqq, wara li ġew ikkunsidrati s-sejbiet fl-investigazzjoni tal-GFF, li inkludiet sussidji mhux ikkumpensati fl-investigazzjoni oriġinali, l-ammont medju ta’ sussidjar instab li huwa ta’ madwar 25 %. |
|
(209) |
Filwaqt li l-ammont ta’ sussidjar ma jistax jiġi stabbilit b’mod preċiż minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni, jista’ jitqies sinifikanti. |
3.8. Żviluppi fil-każ li l-miżuri jiġu revokati
|
(210) |
L-eżistenza ta’ sussidjar kontinwu matul il-PIR hija indikazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni tas-sussidjar jekk il-miżuri jiskadu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni analizzat ukoll jekk kienx hemm probabbiltà li l-volumi tal-esportazzjonijiet issussidjati jiżdidux f’każ li l-miżuri jitħallew jiskadu. |
|
(211) |
Sabiex tagħmel dan, il-Kummissjoni analizzat l-elementi li ġejjin: il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fir-RPĊ u l-attraenza tas-suq tal-Unjoni. |
|
(212) |
Bħala konsegwenza tan-nuqqas ta’ kooperazzjoni tal-produtturi/esportaturi fir-RPĊ u l-GTĊ, il-Kummissjoni bbażat il-valutazzjoni tagħha fuq il-fatti disponibbli skont l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku. |
3.8.1. Kapaċità
|
(213) |
Fit-talba tagħhom għar-rieżami tal-iskadenza, l-applikanti nnutaw li fl-2018 id-domanda globali tal-GFR kienet fil-medda ta’ 5,3 sa 6,5 miljun tunnellata u l-kapaċità globali kienet bejn 6,0 u 6,9 miljun tunnellata. |
|
(214) |
Huma nnutaw li fl-2018 id-differenza bejn il-kapaċità u d-domanda fir-RPĊ kienet ta’ 700 000 tunnellata fis-sena, li tirrappreżenta 70 % tad-domanda tal-Unjoni Ewropea għall-GFR. |
|
(215) |
Fin-nuqqas ta’ informazzjoni oħra, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-produtturi Ċiniżi se jkunu kapaċi jiddirezzjonaw il-kapaċità żejda tagħhom lejn is-suq tal-Unjoni jekk il-miżuri jiskadu. |
3.8.2. Prezzijiet tas-suq tal-Unjoni
|
(216) |
Fit-talba tagħhom għar-rieżami tal-iskadenza, l-applikanti nnutaw li l-UE tibqa’ waħda mill-aqwa ħames destinazzjonijiet għall-esportazzjonijiet tal-GFR Ċiniżi, anke bil-miżuri fis-seħħ. |
|
(217) |
Analiżi tad-data mill-GTA (45) sal-aħħar tal-2019 tikkonferma din it-tendenza.
|
|
(218) |
L-applikanti nnutaw ukoll li meta mqabbla ma’ swieq oħra, il-prezzijiet Ewropej għall-GFR huma għoljin. |
|
(219) |
Analiżi tal-prezzijiet tal-unità, meħuda wkoll mill-GTA sal-aħħar tal-2019, għall-aqwa ħames swieq tal-esportazzjoni Ċiniżi, tikkonferma din it-tendenza.
|
|
(220) |
Il-Kummissjoni tikkonkludi li l-Unjoni hija suq attraenti għall-produtturi Ċiniżi tal-GFR. Dan huwa kkonfermat ukoll mill-produtturi Ċiniżi li jinvestu f’faċilitajiet fil-Bahrain u fl-Eġittu speċifikament biex ikollhom aċċess għas-suq tal-Unjoni mingħajr ma jħallsu d-dazji fis-seħħ fuq l-importazzjonijiet mir-RPĊ. |
3.9. Konklużjoni dwar il-kontinwazzjoni tas-sussidjar
|
(221) |
Abbażi tas-sejbiet tal-investigazzjoni, u permezz tal-applikazzjoni tal-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-iskemi ta’ sussidju speċifiċi għall-industrija tal-GFR fir-RPĊ jibqgħu fis-seħħ, u dawn l-iskemi pprovdew benefiċċju għall-industrija tal-GFR fir-RPĊ matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami. |
|
(222) |
Il-Kummissjoni tikkonkludi wkoll li jekk il-miżuri jitħallew jiskadu, l-importazzjonijiet issussidjati tal-GFR mir-RPĊ ikomplu iżda fi kwantitajiet akbar. |
4. DANNU
4.1. Definizzjoni tal-Industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni
|
(223) |
Matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami, disa’ produtturi fl-Unjoni mmanifatturaw prodott simili. Dawn jikkostitwixxu l-“industrija tal-Unjoni” skont it-tifsira tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament bażiku. |
|
(224) |
Il-Kummissjoni għażlet kampjun ta’ produtturi tal-Unjoni. Il-kampjun kien fih tliet produtturi tal-Unjoni li jirrappreżentaw aktar minn 60 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-prodott simili matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami. |
|
(225) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-produzzjoni totali tal-GFR tal-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami għal madwar 657 750 tunnellata, abbażi tal-informazzjoni miġbura mill-applikant u vverifikata matul l-investigazzjoni. Tabella 1 Produzzjoni tal-Unjoni
|
||||||||||||||||||||
|
(226) |
Il-produzzjoni totali tal-Unjoni baqgħet stabbli bejn l-2016 u l-2018 iżda naqset matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami. |
4.2. Konsum tal-Unjoni
|
(227) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-konsum tal-Unjoni tal-GFR billi żiedet l-importazzjonijiet tal-GFR mal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni. |
|
(228) |
Il-konsum tal-Unjoni żviluppa kif ġej: Tabella 2 Konsum tal-Unjoni
|
||||||||||||||||||||
|
(229) |
Il-konsum tal-Unjoni varja fil-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Dan żdied bejn l-2016 u l-2018 bi 8 % iżda mbagħad naqas drastikament b’7 % matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
4.3. Importazzjonijiet miċ-Ċina
4.3.1. Il-volum u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet miċ-Ċina
|
(230) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-volum tal-importazzjonijiet u s-sehem mis-suq tagħhom abbażi tad-data mill-bażi tad-data ta’ Sorveljanza 2 (46). |
|
(231) |
L-importazzjonijiet tal-GFR miċ-Ċina żviluppaw kif ġej: Tabella 3 Volum tal-importazzjoni u sehem mis-suq
|
|||||||||||||||||||||||||
|
(232) |
L-importazzjonijiet tal-GFR miċ-Ċina għall-UE naqsu f’termini ta’ volum b’35 % bejn l-2016 u l-PIR. Is-sehem mis-suq korrispondenti naqas bi 3 punti perċentwali matul l-istess perjodu. |
4.3.2. Prezzijiet tal-importazzjonijiet miċ-Ċina
|
(233) |
L-evoluzzjoni tal-prezzijiet medji tal-importazzjoni fil-perjodu kkunsidrat kienet kif ġej: Tabella 4 Prezz tal-importazzjonijiet
|
||||||||||||||||||||
|
(234) |
Il-prezzijiet tal-importazzjoni miċ-Ċina naqsu b’7 % matul il-perjodu kkunsidrat. |
4.3.3. Twaqqigħ tal-prezz
|
(235) |
Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni, il-Kummissjoni ddeterminat it-twaqqigħ tal-prezz matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami billi qabblet
|
|
(236) |
Il-prezz CIF mis-Sorveljanza 2 ġie aġġustat għall-prezz tal-ħatt l-art billi żdiedu d-dazji tal-importazzjoni ta’ 7 % minbarra l-prezz CIF u l-ispejjeż tal-importazzjoni ta’ madwar EUR 30 għal kull tunnellata importata. |
|
(237) |
Ir-riżultat tat-tqabbil ġie espress bħala perċentwal tal-fatturat tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
|
(238) |
Għall-importazzjonijiet miċ-Ċina, it-tqabbil wera twaqqigħ tal-prezz medju ta’ aktar minn 24 % matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
|
(239) |
Għalhekk il-Kummissjoni stabbiliet li l-prezzijiet tal-importazzjonijiet miċ-Ċina waqqgħu b’mod sinifikanti l-prezzijiet tal-Industrija tal-Unjoni. |
4.4. Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra
|
(240) |
Il-volum tal-importazzjonijiet, is-sehem mis-suq u l-prezzijiet tal-importazzjoni relatati mal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra żviluppaw kif ġej: Tabella 5 Il-volum tal-importazzjonijiet, is-sehem mis-suq u l-prezzijiet tal-importazzjoni mill-pajjiżi l-oħra kollha minbarra ċ-Ċina
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(241) |
L-akbar importazzjonijiet minn pajjiżi terzi matul il-perjodu kkunsidrat kienu l-volumi dejjem jikbru b’mod sinifikanti mill-Eġittu, u importazzjonijiet relattivament stabbli mill-Malasja u min-Norveġja. Kien hemm ukoll importazzjonijiet stabbli mill-Bahrain b’sehem mis-suq ta’ 2 %. |
|
(242) |
Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-Eġittu żdied minn 5 % fl-2016 għal 14 % fil-PIR. |
|
(243) |
Il-Kummissjoni bdiet l-investigazzjoni dwar l-importazzjonijiet tal-GFR mill-Eġittu fis-16 ta’ Mejju 2019 (47). L-investigazzjoni ġiet konkluża f’Ġunju 2020 u sabet li ż-żieda fl-importazzjonijiet kienet ikkawżata minn esportazzjonijiet ta’ impjant Eġizzjan operat miċ-Chinese CNBM Group. Dan l-esportatur kien stabbilixxa din l-operazzjoni bl-iskop espliċitu li jbigħ il-GFR lis-suq tal-Unjoni mingħajr ħlas tad-dazji fis-seħħ kontra importazzjonijiet li joriġinaw miċ-Ċina (48). |
|
(244) |
Skont l-evidenza li ngħatat lill-Kummissjoni f’dak il-każ, l-ordnijiet tal-GFR lis-CNBM Group jidhru li ġew trasferiti għall-impjant il-ġdid ta’ produzzjoni fl-Eġittu. L-importazzjonijiet mill-Eġittu żdiedu b’rata mgħaġġla mill-2016 sal-2019 u kważi triplikaw fil-volumi. F’Ġunju 2020, il-Kummissjoni imponiet dazju kumpensatorju definittiv ta’ 13,1 % fuq l-importazzjonijiet tal-GFR mill-Eġittu (49). Il-miżuri provviżorji kienu ġew imposti f’Marzu 2020 (50). |
|
(245) |
Il-volumi tal-importazzjonijiet mill-Malasja naqsu bejn l-2018 u l-PIR. Is-sehem mis-suq tagħhom naqas minn 10 %–11 % matul il-perjodu kkunsidrat għal 8 % fil-PIR. Il-Kummissjoni ddeterminat li l-Malasja kienet qed tesporta biss l-iswiegel imqattgħin lejn l-UE (51). Meta wieħed iqabbel il-prezz medju tal-importazzjoni tal-iswiegel imqattgħin mill-Malasja mal-prezzijiet tal-iswiegel imqattgħin tal-industrija tal-Unjoni, instab li l-prezzijiet tal-importazzjonijiet Malasjani kienu konformi mal-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(246) |
L-importazzjonijiet min-Norveġja kellhom sehem mis-suq ta’ 4 %–5 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Barra minn hekk, il-prezzijiet medji tagħhom tal-importazzjonijiet kienu f’livell simili għall-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(247) |
L-importazzjonijiet minn pajjiżi oħra kellhom sehem mis-suq stabbli ta’ 9 % matul il-perjodu kkunsidrat. |
4.5. Is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni
4.5.1. Kummenti ġenerali
|
(248) |
Skont l-Artikolu 8(5) tar-Regolament bażiku, l-eżami tal-impatt tal-importazzjonijiet sussidjati fuq l-industrija tal-Unjoni kien jinkludi valutazzjoni tal-indikaturi ekonomiċi kollha li kellhom effett fuq l-istat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat. |
|
(249) |
Kif imsemmi fil-premessa (13), intuża l-kampjunar għad-determinazzjoni tad-dannu possibbli li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni. |
|
(250) |
Għad-determinazzjoni tad-dannu, il-Kummissjoni għamlet distinzjoni bejn l-indikaturi ta’ dannu makroekonomiku u mikroekonomiku. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi makroekonomiċi fuq il-bażi tad-data li tinsab fit-tweġibiet għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun u abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-applikant u vverifikata mill-Kummissjoni. L-indikaturi mikroekonomiċi kienu bbażati fuq id-data mit-tweġibiet tal-kwestjonarju tal-produtturi fil-kampjun. |
|
(251) |
L-indikaturi makroekonomiċi huma: il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-volum tal-bejgħ, is-sehem mis-suq, it-tkabbir, l-impjiegi, il-produttività u d-daqs tal-ammont tas-sussidju u l-irkupru minn sussidjar preċedenti. |
|
(252) |
L-indikaturi mikroekonomiċi huma: il-prezzijiet medji ta’ kull unità, il-kost unitarju, il-kostijiet lavorattivi, il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investiment, u l-kapaċità ta’ ġenerazzjoni tal-kapital. |
4.5.2. Indikaturi makroekonomiċi
4.5.2.1. Produzzjoni, kapaċità tal-produzzjoni u użu tal-kapaċità
|
(253) |
It-total tal-produzzjoni tal-Unjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni: Tabella 6 Kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità
|
|||||||||||||||||||||||||
|
(254) |
Il-kapaċità tal-produzzjoni baqgħet stabbli matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Dan minħabba li l-kapaċità hija bbażata primarjament fuq l-għadd ta’ fran li jitimgħu l-linji ta’ produzzjoni, u għalhekk iż-żieda fil-kapaċità tinvolvi investiment sinifikanti. |
|
(255) |
L-użu tal-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni wkoll baqa’ għoli u stabbli mill-2016 sal-2018 qabel it-tnaqqis żgħir fil-PIR. |
4.5.2.2. Volum tal-bejgħ u sehem mis-suq
|
(256) |
Il-volum ta’ bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni: Tabella 7 Volum tal-bejgħ u sehem mis-suq
|
|||||||||||||||||||||||||
|
(257) |
Il-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni kellu tnaqqis ta’ 7 % matul il-perjodu kkunsidrat, bl-eċċezzjoni tas-sena 2017 li kienet b’saħħitha ħafna u li rat żieda ta’ 5 % meta mqabbla mal-2016. |
|
(258) |
Is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni naqas matul il-perjodu kkunsidrat minn 64 % għal 59 %. Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet miċ-Ċina naqas ukoll, minn 8 % għal 5 %. L-ishma mis-suq li qed jonqsu kemm tal-importazzjonijiet miċ-Ċina kif ukoll tal-industrija tal-Unjoni jridu jiġu kkunsidrati kontra ż-żieda fl-importazzjonijiet mill-Eġittu. Tabilħaqq, is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-Eġittu kważi triplika matul il-perjodu kkunsidrat, minn 5 % għal 14 %. |
4.5.2.3. Impjiegi u produttività
|
(259) |
L-impjiegi u l-produttività żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni: Tabella 8 Impjiegi u produttività
|
||||||||||||||||||||||||||||||
|
(260) |
L-impjiegi tal-industrija tal-Unjoni baqgħu stabbli matul il-perjodu kkunsidrat. |
|
(261) |
It-tnaqqis fil-produttività tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat irrifletta t-tnaqqis fil-produzzjoni. |
4.5.3. Indikaturi mikroekonomiċi
4.5.3.1. Il-prezzijiet u l-fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet
|
(262) |
Il-prezzijiet medji ponderati tal-bejgħ ta’ unità tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni: Tabella 9 Prezzijiet tal-bejgħ fl-Unjoni
|
||||||||||||||||||||||||||||||
|
(263) |
Il-prezz medju ponderat tal-bejgħ ta’ unità tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun lil klijenti mhux relatati naqas matul il-perjodu kkunsidrat b’5 %. |
|
(264) |
Madankollu, il-kost unitarju tal-produzzjoni għall-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun żdied matul il-perjodu kkunsidrat bi 8 %. |
4.5.3.2. Kostijiet lavorattivi
|
(265) |
Il-kostijiet lavorattivi medji tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun żdiedu gradwalment matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni kif ġej: Tabella 10 Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat
|
||||||||||||||||||||
4.5.3.3. Inventarji
|
(266) |
Il-livelli tal-istokks tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun żdiedu matul il-perjodu kkunsidrat u baqgħu fl-ogħla livell matul il-PIR: Tabella 11 Stokks
|
||||||||||||||||||||
4.5.3.4. Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investiment u l-kapaċità li jiġi ġġenerat kapital
|
(267) |
Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni: Tabella 12 Profittabbiltà, fluss tal-flus, investimenti u redditu fuq l-investimenti
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(268) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-profittabbiltà tat-tliet produtturi tal-Unjoni billi esprimiet il-profitt nett qabel it-taxxa mill-bejgħ tal-prodott simili lil konsumaturi mhux relatati fl-Unjoni bħala perċentwal tal-fatturat ta’ dak il-bejgħ. |
|
(269) |
Il-profittabbiltà u l-fluss tal-flus annwali mill-operazzjonijiet tagħha naqsu b’mod konsiderevoli matul il-perjodu kkunsidrat. |
|
(270) |
L-industrija tal-Unjoni baqgħet tinvesti matul il-perjodu kollu kkunsidrat. L-investimenti żdiedu mill-2016 għall-2018, li jirriflettu ċ-ċikli tal-ħajja tal-fran, li jeħtieġ li jiġu mġedda perjodikament biex jippermettu produzzjoni kontinwa. Madankollu, l-investimenti naqsu b’mod sinifikanti matul il-PIR. |
|
(271) |
Ir-redditu fuq l-investimenti huwa l-profitt f’perċentwal tal-valur nett skont il-kotba tal-investiment. L-iżvilupp negattiv segwa t-tnaqqis fil-marġini tal-profitt matul il-perjodu kkunsidrat. |
|
(272) |
Il-prestazzjoni finanzjara dgħajfa tal-industrija tal-Unjoni f’termini ta’ profitti matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami madankollu llimitat il-kapaċità tagħha li tiġġenera kapital. |
4.6. Konklużjoni dwar id-dannu
|
(273) |
Il-profitti tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat intlaqtu sew, billi naqsu minn profitt ta’ 12,6 % fl-2016 għal profitt ta’ 3,7 % fil-PIR, livell li huwa ferm taħt il-livell sostenibbli għal tali industrija li hija intensiva ħafna fil-kapital. It-tnaqqis sinifikanti fil-profittabbiltà juri s-sitwazzjoni partikolarment prekarja tal-industrija tal-Unjoni matul il-PIR. |
|
(274) |
It-tnaqqis fil-kwantitajiet tal-bejgħ flimkien mat-tnaqqis fil-prezzijiet ikkawża d-deterjorament tal-indikaturi kollha tal-prestazzjoni. Minbarra t-tnaqqis fil-profittabbiltà, il-produttività u l-użu tal-kapaċità naqsu wkoll. L-istokks tal-għeluq żdiedu bi 8 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Il-fluss tal-flus fil-PI naqas b’51 % meta mqabbel mal-2016. Ir-redditu fuq l-investimenti naqas għal biss 6 % minn 18 % fl-2016. |
|
(275) |
It-tnaqqis fil-produzzjoni kellu impatt sinifikanti fuq l-industrija, minħabba l-kostijiet fissi għoljin u l-impossibbiltà tal-flessibbiltà li l-produzzjoni titnaqqas peress li l-fran iridu jintużaw bis-sħiħ f’dan il-proċess ta’ produzzjoni speċifiku. |
|
(276) |
Anke f’dawn iċ-ċirkostanzi negattivi, kienu meħtieġa investimenti kontinwi, l-aktar biex jiġu sostitwiti l-fran li għandhom ħajja strettament limitata. Dan poġġa pressjoni finanzjarja addizzjonali fuq il-produtturi. |
|
(277) |
Fl-istess ħin, l-industrija tal-Unjoni tilfet parti mis-sehem tagħha mis-suq, b’impatt negattiv fuq il-profittabbiltà. |
|
(278) |
Waqt li qieset dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni baqgħet iġġarrab dannu materjali fis-sens tal-Artikolu 8 tar-Regolament bażiku matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami. |
5. KAWŻALITÀ
|
(279) |
Il-Kummissjoni kkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni xorta ġarrbet dannu materjali matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami. |
|
(280) |
Madankollu, il-Kummissjoni sabet li d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni ma setax jiġi attribwit lill-importazzjonijiet sussidjati miċ-Ċina. Kif osservat mill-istatistika tal-importazzjoni, l-importazzjonijiet mill-Eġittu żdiedu drastikament matul il-perjodu kkunsidrat. |
|
(281) |
Kif indikat fil-premessa (243) hawn fuq, dawn l-importazzjonijiet ġew investigati reċentement mill-Kummissjoni u nstabu li kienu ssussidjati u li kkawżaw dannu lill-industrija tal-Unjoni. Fil-fatt, il-Kummissjoni sabet li l-kumpanija Chinese CNBM Group kienet bdiet operazzjoni fl-Eġittu sabiex tevita miżuri ta’ difiża tal-kummerċ, inkluża dik li bħalissa qed tiġi rieżaminata. (52) |
|
(282) |
Minkejja l-effett ta’ ffriżar normali fuq l-importazzjonijiet li l-investigazzjoni antisussidji normalment ikollha fuq l-importazzjonijiet minn pajjiżi li qed jiġu investigati, l-importazzjonijiet mill-Eġittu baqgħu fuq il-livell simili ta’ 141 809 tunnellati fil-perjodu tal-investigazzjoni ta’ dan ir-rieżami meta mqabbla ma’ 144 169 tunnellata għall-perjodu li jintemm fil-31 ta’ Marzu 2019. Fl-istess ħin ix-xejra ta’ tnaqqis fil-prezz tal-importazzjoni kompliet, fejn il-prezz naqas minn EUR 904 għal kull tunnellata għal EUR 890 għal kull tunnellata. |
|
(283) |
Il-pressjoni fuq il-prezzijiet fis-suq, ikkawżata minn dawk l-importazzjonijiet Eġizzjani bi prezzijiet baxxi, wasslet għall-inkapaċità tal-industrija tal-Unjoni li tirrifletti ż-żidiet fil-kostijiet tal-produzzjoni fil-prezz. |
|
(284) |
Ta’ min isemmi wkoll li l-miżuri provviżorji kontra l-importazzjonijiet sussidjati mill-Eġittu ġew stabbiliti biss f’Marzu 2020. Għalhekk, l-industrija tal-Unjoni ma kinitx protetta mill-importazzjonijiet issussidjati Eġizzjani matul il-perjodu kkunsidrat f’din l-investigazzjoni, inkluż il-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami. |
|
(285) |
Filwaqt li l-importazzjonijiet Ċiniżi xorta kienu jammontaw għal sehem mis-suq ta’ 5 % matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami u l-prezzijiet tal-importazzjoni tagħhom kienu għadhom taħt il-prezz osservat għal pajjiżi oħra kif ukoll għall-industrija tal-Unjoni, il-Kummissjoni tinnota li hemm mhux biss miżuri antisussidji iżda anke miżuri anti-dumping fis-seħħ kontra importazzjonijiet inġusti tal-GFR miċ-Ċina. |
|
(286) |
Il-Kummissjoni għalhekk qabblet il-prezzijiet tal-importazzjoni miċ-Ċina biż-żieda taż-żewġ dazji, mal-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(287) |
Minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi Ċiniżi, il-Kummissjoni użat l-istatistika tal-importazzjoni tal-UE u qieset il-kodiċijiet addizzjonali TARIC biex jiġu assenjati r-rati individwali tal-kumpaniji u l-kodiċijiet tan-NM sabiex issir distinzjoni bejn il-ħjut mibruma, it-twapet u s-swiegel imqattgħin. |
|
(288) |
Permezz ta’ dan it-tqabbil, il-Kummissjoni ma sabet l-ebda twaqqigħ tal-prezzijiet għas-swiegel imqattgħin u l-ħjut mibruma, li jirrappreżentaw il-maġġoranza vasta tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni. It-twaqqigħ tal-prezzijiet instab biss fil-każ tat-twapet, li minħabba l-proporzjon baxx ħafna tagħhom fil-produzzjoni totali tal-Unjoni (anqas minn 4 %) instab li ma kellhom l-ebda effett li jista’ jitkejjel fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(289) |
Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li dawn il-miżuri kienu effettivi biex jipproteġu l-industrija tal-Unjoni minn dannu kkawżat minn importazzjonijiet issussidjati mir-RPĊ. |
6. PROBABBILTÀ TA’ RIKORRENZA TAD-DANNU
|
(290) |
Il-Kummissjoni mbagħad ivvalutat jekk kienx hemm probabbiltà ta’ rikorrenza tad-dannu li oriġinarjament kien ikkawżat mill-importazzjonijiet tal-GFR mir-RPĊ jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. |
|
(291) |
Sabiex tiġi stabbilita din il-probabbiltà, il-Kummissjoni analizzat l-elementi li ġejjin: (a) il-livelli probabbli tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet miċ-Ċina fin-nuqqas ta’ miżuri kumpensatorji, (b) l-attraenza tas-suq tal-Unjoni, (c) il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità tar-riżerva fiċ-Ċina. |
6.1. Il-livelli tal-prezzijiet probabbli miċ-Ċina fin-nuqqas ta’ miżuri antisussidju
|
(292) |
L-investigazzjoni wriet li l-importazzjonijiet miċ-Ċina kienu ssussidjati matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami u li kien hemm probabbiltà ta’ kontinwazzjoni ta’ sussidjar jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. |
|
(293) |
Il-prezzijiet tal-importazzjoni Ċiniżi (mingħajr dazji anti-dumping/kumpensatorji) kienu sostanzjalment aktar baxxi mill-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni. Il-prezz medju tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-UE matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami kien ta’ EUR 1 106/tunnellata, filwaqt li l-prezz medju tal-importazzjoni miċ-Ċina kien ta’ EUR 990/tunnellata. Fuq din il-bażi, ġie konkluż li l-esportazzjonijiet Ċiniżi tal-GFR lill-Unjoni jsiru bi prezzijiet dannużi, li jwaqqgħu l-prezz tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. |
6.2. L-attraenza tas-suq tal-Unjoni
|
(294) |
Is-suq tal-Unjoni huwa attraenti fir-rigward tad-daqs u l-prezzijiet tiegħu. |
|
(295) |
Skont l-informazzjoni disponibbli pprovduta mill-applikant, il-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni huma ogħla bħala medja milli f’pajjiżi oħra. L-istatistika tal-esportazzjoni turi wkoll li l-prezzijiet tal-esportazzjoni Ċiniżi lejn swieq oħra tal-esportazzjoni, jiġifieri l-Istati Uniti u l-Korea t’Isfel matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami, bħala medja kienu aktar baxxi (EUR 863/tunnellata fl-Istati Uniti u EUR 780/tunnellata fil-Korea t’Isfel) mill-prezzijiet lejn l-UE (EUR 990/tunnellata) (53). |
|
(296) |
Fl-aħħar nett, l-attraenza tas-suq tal-Unjoni għall-produtturi Ċiniżi tal-GFR hija kkonfermata wkoll mill-fatt li s-CPIC u s-CNBM Group investew sostanzjalment biex jibdew esportazzjonijiet kbar tal-GFR mill-impjanti fil-Bahrain u fl-Eġittu, rispettivament, biex iservu s-suq Ewropew ftit wara l-impożizzjoni tal-miżuri antisussidju u anti-dumping f’Diċembru 2014. |
|
(297) |
Kif ikkonfermat f’investigazzjoni preċedenti, l-impjant fl-Eġittu infetaħ mis-CNBM Group għall-iskop espress tal-bejgħ tal-GFR lis-suq tal-Unjoni biex jiġu evitati d-dazji fis-seħħ kontra l-importazzjonijiet direttament miċ-Ċina (54). |
6.3. Il-kapaċità ta’ riżerva fiċ-Ċina
|
(298) |
Kif spjegat fil-premessi (213) sa (215) hawn fuq, hemm kapaċitajiet sinifikanti mhux użati fiċ-Ċina. |
6.4. Il-probabbiltà ta’ rikorrenza tad-dannu
|
(299) |
L-investigazzjoni wriet li l-importazzjonijiet miċ-Ċina baqgħu jsiru bi prezzijiet li jwaqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni u li ma hemm l-ebda indikazzjoni li s-sussidjar se jieqaf fil-futur. |
|
(300) |
Barra minn hekk, jekk il-miżuri jiġu revokati, jista’ jkun raġonevolment mistenni li, bħala konsegwenza tal-attraenza tas-suq tal-Unjoni, il-kapaċità ta’ riżerva disponibbli fiċ-Ċina, se jkun hemm żieda sostanzjali fl-importazzjonijiet lejn l-Unjoni magħmula bi prezzijiet issussidjati u dannużi, li jwaqqgħu l-prezz tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(301) |
F’tali xenarju, l-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn l-Unjoni malajr jiksbu aktar sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni li taffaċċja tnaqqis immedjat fil-volumi tal-bejgħ tagħha u żieda fil-kostijiet fissi għal kull unità tagħha. |
|
(302) |
Iż-żieda fil-kostijiet fissi flimkien ma’ tnaqqis fil-prezzijiet tal-bejgħ jaffettwaw b’mod negattiv immedjatament il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni, li baqgħet ferm taħt il-profitt fil-mira matul il-perjodu kkunsidrat. Konsegwentement, l-industrija tal-Unjoni tibda’ tagħmel it-telf, is-sitwazzjoni ekonomika ġenerali tal-industrija tal-Unjoni tkun affettwata b’mod negattiv u d-dannu materjali jerġa’ jseħħ. |
|
(303) |
Abbażi ta’ dak li ssemma hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li hemm probabbiltà kbira ta’ rikorrenza ta’ dannu mill-importazzjonijiet Ċiniżi f’każ li l-miżuri jiġu rrevokati. |
7. INTERESS TAL-UNJONI
|
(304) |
F’konformità mal-Artikolu 31 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk setgħetx tikkonkludi b’mod ċar li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li tadotta miżuri kumpensatorji li jikkorrispondu għall-ammont totali ta’ sussidji kumpensatorji f’dan il-każ, minkejja d-determinazzjoni ta’ sussidjar dannuż. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq apprezzament tad-diversi interessi involuti, inklużi dawk tal-industrija tal-Unjoni, tal-utenti u tal-importaturi. |
7.1. L-interess tal-industrija tal-Unjoni
|
(305) |
L-investigazzjoni wriet li l-industrija tal-Unjoni kienet f’sitwazzjoni dannuża u li t-tneħħija tal-miżuri x’aktarx twassal għal żieda fil-kompetizzjoni inġusta minn importazzjonijiet Ċiniżi ssussidjati. |
|
(306) |
Il-Kummissjoni għalhekk ikkonkludiet li kien fl-interess tal-industrija tal-Unjoni li jinżammu l-miżuri fis-seħħ. |
7.2. L-interess tal-utenti
|
(307) |
Il-GFR tintuża għal numru kbir ta’ applikazzjonijiet bħat-trasport (awtomotiv, marittimu, ajruspazjali, militari), l-elettriku/elettronika, l-enerġija mir-riħ, il-bini u l-kostruzzjoni, it-tankijiet/pajpijiet, l-oġġetti tal-konsumatur, |
|
(308) |
Tintuża jew direttament fl-industriji tal-materjali (plastik) jew bħala materjal ta’ input għall-insiġ fin-nisġa tal-fibra tal-ħġieġ (“GFF”) u fin-nisġa bil-malja miftuħa. |
|
(309) |
Għall-użu dirett, meta l-GFR tipprovdi t-tisħiħ fil-materjal, il-proporzjon tagħha fuq il-kost totali materjali baxx ħafna, u l-istess huwa l-impatt tal-miżuri fuq l-kost totali. |
|
(310) |
Għall-insiġ tal-GFF, is-sitwazzjoni hija differenti, peress li l-GFR tirrappreżenta perċentwal importanti tal-kost tal-manifattura u l-industrija tal-GFF tiddependi fuq prezzijiet irħas tal-GFR biex tikkompeti fis-suq tal-Unjoni. Madankollu, l-industrija tal-GFF issa tista’ tibbenefika mill-miżuri anti-dumping u kumpensatorji imposti fuq l-importazzjonijiet tal-GFF kemm miċ-Ċina kif ukoll mill-Eġittu (il-kompetituri ewlenin fis-suq tal-GFF). |
|
(311) |
Peress li l-ebda utent ma ppreżenta ruħu f’din l-investigazzjoni, l-aħjar data disponibbli li l-Kummissjoni għandha f’dan ir-rigward hija l-konklużjonijiet minn investigazzjonijiet preċedenti: ir-rieżami tal-iskadenza tal-miżuri antidumping kif spjegat fid-dettall fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/724 (55), fejn ġie konkluż li l-estensjoni tal-miżuri jkollha impatt limitat fuq is-sitwazzjoni tal-utenti u l-investigazzjoni antisussidji kif spjegat fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/379 (56) fejn ġie konkluż li minħabba s-sorsi alternattivi ta’ provvista disponibbli mhux soġġetti għall-miżuri u peress li ma hemm l-ebda evidenza li turi b’mod ċar li l-kostijiet addizzjonali mill-miżuri imposti fuq l-importazzjonijiet ma setgħux jiġu assorbiti mill-utenti, l-effetti negattivi fuq l-utenti ma wrewx b’mod ċar li mhuwiex fl-interess tal-Unjoni li jiġu applikati l-miżuri. |
7.3. L-interess ta’ importaturi mhux relatati
|
(312) |
Il-Kummissjoni stiednet lill-importaturi mhux relatati kollha biex jipparteċipaw fl-investigazzjoni iżda l-ebda importatur mhux relatat ma ppreżenta ruħu jew ikkoopera b’xi mod fl-investigazzjoni. |
|
(313) |
Il-Kummissjoni qieset li l-GFR hija standardizzata ħafna u s-sorsi ta’ forniment tagħha jistgħu jinbidlu b’mod effiċjenti. |
|
(314) |
Abbażi ta’ dan, u minħabba s-sorsi alternattivi ta’ provvista disponibbli mhux soġġetti għal miżuri, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-miżuri attwalment fis-seħħ ma kellhom l-ebda effett negattiv sinifikanti fuq is-sitwazzjoni tal-importaturi u li t-tkomplija tal-miżuri ma kinitx se taffettwahom aktar milli hemm bżonn. |
7.4. Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni
|
(315) |
Ir-revoka tal-miżuri se jkollha impatt materjali u negattiv fuq il-produtturi tal-Unjoni. |
|
(316) |
L-estensjoni tad-dazju anti-dumping se jkollha impatt limitat fuq l-importaturi u l-utenti. |
|
(317) |
Madankollu, il-Kummissjoni tinnota li sorsi oħra tal-GFR huma disponibbli mingħajr miżuri fis-seħħ. |
|
(318) |
Abbażi ta’ dak, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kienx hemm raġunijiet konvinċenti li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li l-miżuri kumpensatorji fuq l-importazzjonijiet tal-GFR ġejjin miċ-Ċina jitħallew. |
8. MIŻURI KUMPENSATORJI
|
(319) |
Fid-dawl tal-konklużjonijiet milħuqa fir-rigward tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni tas-sussidjar, rikorrenza tad-dannu u skont l-Artikolu 18(1) tar-Regolament bażiku, id-dazji kumpensatorji applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ prodotti tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament kontinwu li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina jenħtieġ li jinżammu. |
|
(320) |
Il-partijiet ikkonċernati ġew mgħarrfa dwar il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom kien hemm il-ħsieb li jiġi impost dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet fl-Unjoni tal-prodott rieżaminat. |
|
(321) |
Il-partijiet ikkonċernati ngħataw l-opportunità jagħtu l-kummenti tagħhom għal din id-divulgazzjoni u jitolbu smigħ mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Smigħ fil-proċedimenti kummerċjali. |
|
(322) |
Wara l-iżvelar tal-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali, waslu żewġ settijiet ta’ kummenti, wieħed minn Chengdu Chang Yuan Shun Co. Ltd., produttur esportatur Ċiniż, u wieħed mill-APFE. |
|
(323) |
Il-produttur esportatur Ċiniż iddikjara n-nuqqas ta’ qbil tiegħu mad-deċiżjoni li jinżammu d-dazji kumpensatorji u ddikjara li ma bbenefika minn ebda sussidju offrut mill-GTĊ. B’mod partikolari, il-kumpanija sostniet li ma bbenefikatx mill-“ippjanar ċentrali tal-GTĊ biex jinkoraġġixxi l-industrija tal-GFR” u ma rċeviet l-ebda appoġġ finanzjarju preferenzjali. Ħlief għal dawn id-dikjarazzjonijiet ġenerali, il-produttur esportatur Ċiniż ma offra l-ebda evidenza biex isostni d-dikjarazzjonijiet tiegħu. Għalhekk dawn ma ntlaqgħux. |
|
(324) |
L-APFE ddikjarat li qablet mas-sejbiet tal-Kummissjoni. L-APFE enfasizzat ukoll li l-produtturi Ċiniżi żammew pożizzjoni b’saħħitha fis-suq tal-UE mhux biss bis-saħħa tal-importazzjonijiet mill-Eġittu u mill-Baħrejn iżda wkoll minħabba l-importazzjonijiet miċ-Ċina. L-APFE sostniet li skont il-Eurostat il-produtturi Ċiniżi waqgħu l-prezzijiet tal-esportazzjoni tagħhom lejn l-Unjoni b’aktar minn 15 % wara l-PIR. L-APFE ma kinitx taf b’xi avvanz teknoloġiku li jikkawża tnaqqis fil-kostijiet tal-produzzjoni fl-industrija tal-GFR li jiġġustifika tali tnaqqis fil-prezz. Għall-kuntrarju, l-APFE stenniet żieda fil-prezzijiet minħabba s-sitwazzjoni ekonomika globali kumplessiva u l-pandemija. |
|
(325) |
L-APFE sostniet li l-importazzjonijiet ta’ GFR miċ-Ċina jkomplu jikkawżaw dannu lill-industrija tal-Unjoni u li l-produtturi Ċiniżi, wara l-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, kienu involuti fi prattika ta’ assorbiment li sostanzjalment neħħiet mid-dazji attwalment fis-seħħ fuq l-importazzjonijiet tal-GFR miċ-Ċina l-effetti rimedjali li kellhom meta ġew imposti fl-2014 u fis-snin immedjatament wara. |
|
(326) |
Il-Kummissjoni tinnota li l-kummenti tal-APFE jmorru fl-istess direzzjoni bħall-konklużjonijiet imsemmija hawn fuq. Kull meta l-industrija tal-Unjoni jkollha evidenza li l-miżuri jenħtieġ jiġu rieżaminati aktar, hija għandha d-dritt li tressaq talba skont ir-Regolament bażiku. |
|
(327) |
Fid-dawl tal-Artikolu 109 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (57), meta ammont ikollu jiġi rimborżat wara sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, l-imgħax li għandu jitħallas jenħtieġ li jkun ir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament ewlenin tiegħu, kif ippubblikata fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fl-ewwel jum kalendarju ta’ kull xahar. |
|
(328) |
l-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 25(1) tar-Regolament (UE) 2016/1037. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Huwa impost dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ swiegel imqattgħin tal-fibra tal-ħġieġ, ta’ tul ta’ mhux aktar minn 50 mm; ħjut mibruma tal-fibri tal-ħġieġ, esklużi l-ħjut mibruma tal-fibri tal-ħġieġ li huma mxappin u miksija u li għandhom telf mat-tqabbid ta’ aktar minn 3 % (kif determinat mill-Istandard ISO 1887); u twapet magħmula minn filamenti tal-fibra tal-ħġieġ esklużi twapet tal-ħġieġ f’forma ta’ fibri (“GFR”) li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċi tan-NM 7019 11 00, ex 7019 12 00 (kodiċi TARIC 7019120022, 7019120025, 7019120026, 7019120039) u 7019 31 00, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.
2. Id-dazju kumpensatorju definittiv applikabbli għall-prezz nett ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, għall-prodotti deskritti fil-paragrafu 1 u prodotti mill-kumpaniji elenkati hawn taħt għandu jkun kif ġej:
|
Kumpanija |
Dazju kumpensatorju definittiv (%) |
Kodiċi addizzjonali tat-TARIC |
|
Jushi Group Co., Ltd; Jushi Group Chengdu Co., Ltd; Jushi Group Jiujiang Co., Ltd. |
10,3 |
B990 |
|
Changzhou New Changhai Fiberglass Co., Ltd; Jiangsu Changhai Composite Materials Holding Co., Ltd; Changzhou Tianma Group Co., Ltd. |
4,9 |
A983 |
|
Chongqing Polycomp International Corporation |
9,7 |
B991 |
|
Kumpaniji oħrajn li jikkooperaw elenkati fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1379/2014 |
10,2 |
|
|
Il-kumpaniji l-oħrajn kollha |
10,3 |
A999 |
3. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ jum wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Frar 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 55.
(3) ĠU L 367, 23.12.2014, p. 22.
(4) ĠU L 107, 25.4.2017, p. 4.
(5) ĠU L 201, 25.6.2020, p. 10.
(6) ĠU C 424,17.12.2019, p. 5.
(7) F’dan ir-Regolament, it-terminu ‘GTĊ’ jintuża f’sens wiesa’, inkluż il-Kunsill tal-Istat, kif ukoll il-Ministeri, id-Dipartimenti, l-Aġenziji u l-Amministrazzjonijiet kollha fil-livell ċentrali, reġjonali jew lokali.
(8) Disponibbli fuq http://trade.ec.europa.eu/tdi/case_details.cfm?id=2423
(9) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/776 (ĠU L 189, 15.6.2020, p. 1), (GFF).
(10) Ara t-12-il Pjan ta’ Ħames Snin, paġna 9.
(11) Ara t-13-il Pjan ta’ Ħames Snin, paġni 23 u 24.
(12) Ara t-13-il Pjan ta’ Ħames Snin għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, parti II, Kapitolu 6, Taqsima 1.
(13) Ibid, il-parti II, il-Kapitolu 6, it-Taqsima 4.
(14) http://www.gov.cn/zhengce/content/2015-05/19/content_9784.htm
(15) Ara l-Kummissjoni ta’ Rieżami Ekonomiku u tas-Sigurtà tal-Istati Uniti-Ċina: Ara t-13-il Pjan ta’ Ħames Snin, paġna 12.
(16) https://www.cae.cn/cae/html/files/2015-10/29/20151029105822561730637.pdf
(17) Ara l-Pjan Direzzjonali Made in China 2025, p. 142, 152.
(18) Ara Made in China 2025, il-Kapitolu 4: L-Appoġġ Strateġiku u l-Forniment.
(19) Ara l-Pjan ta’ Żvilupp tal-Industrija tal-Materjali tal-Bini (2016–2020).
(20) Politiki preferenzjali taż-Żoni tal-Iżvilupp Industrijali Nazzjonali tat-Teknoloġija Avvanzata, paġni 12 sa 14.
(21) Politiki preferenzjali taż-Żoni tal-Iżvilupp Industrijali Nazzjonali tat-Teknoloġija Avvanzata, paġna 1.
(22) Ir-Rapport Annwali tal-EXIM Bank tal-2017, p. 5. Aċċessat minn fuq http://english.eximbank.gov.cn/News/AnnualR/2017/ fis-17.11.2020 u huwa disponibbli fil-fajl miftuħ bir-referenza t20.007533.
(23) EXIM Bank, Rapport Annwali tal-2017, paġna 33
(24) WT/DS379/AB/R (L-Istati Uniti — Dazji Antidumping u Kumpensatorji fuq Ċerti Prodotti miċ-Ċina), Ir-Rapport tal-Korp tal-Appell tal-11 ta’ Marzu 2011, DS 379, il-paragrafu 318. Ara wkoll WT/DS436/AB/R (L-Istati Uniti — Azzar bil-Karbonju (l-Indja)), Ir-Rapport tal-Korp tal-Appell tat-8 ta’ Diċembru 2014, il-paragrafi 4.9 - 4.10, 4.17 – 4.20 u WT/DS437/AB/R (L-Istati Uniti – Miżuri ta’ Dazju Kumpensatorju fuq Ċerti Prodotti miċ-Ċina) Ir-Rapport tal-Korp tal-Appell tat-18 ta’ Diċembru 2014, il-paragrafu 4.92.
(25) Skont il-Miżuri ta’ Implimentazzjoni tas-CBIRC għal Kwistjonijiet ta’ Liċenzjar Amministrattiv għal Banek Kummerċjali Finanzjati miċ-Ċina (Ordni tas-CBIRC [2017] Nru 1), il-Miżuri ta’ Implimentazzjoni tas-CBIRC għal Kwistjonijiet ta’ Liċenzjar Amministrattiv relatati ma’ Banek Iffinanzjati mill-Barranin (Ordni tas-CBIRC [2015] Nru 4) u l-Miżuri Amministrattivi għall-Kwalifiki tad-Diretturi u l-Uffiċjali Għolja tal-Istituzzjonijiet Finanzjarji fis-Settur Bankarju (CBIRC [2013] Nru 3)
(26) Ir-Regolament GFF, il-Premessa (344).
(27) Ir-Regolament GFF, il-premessi (345) - (357).
(28) Studju tal-OECD dwar il-politiki u l-programmi Ċiniżi tal-kreditu għall-esportazzjoni, paġna 7, paragrafu 32.
(29) Ara s-sit web ta’ Sinosure, Profil tal-kumpanija, Nappoġġaw il-prodotti “Made in China”
(30) Il-Katalogu tal-Esportazzjoni tal-Prodotti ta’ Teknoloġija Avvanzata u Ġdida, Nru 531 sa 545.
(31) Ir-Rapport Annwali ta’ Sinosure għall-2017, p. 6.
(32) Ir-Regolament GFF, il-premessa (483).
(33) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/366 (ĠU L 56, 3.3.2017, p. 1), (Pannelli solari), il-premessi 421 u 425.
(34) Ara t-Taqsima 3.1 hawn fuq.
(35) Ir-Regolament GFF, il-premessa (519).
(36) Diversi Opinjonijiet tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit Komunista taċ-Ċina u tal-Kunsill tal-Istat dwar Aktar Approfondiment tar-Riforma tas-Sistema tal-Enerġija (Zhong Fa [2015] Nru 9).
(37) Pereżempju, l-Avviż dwar it-Tħabbir tal-Lista tal-Utenti Pilota tat-Tranżazzjoni Diretta tal-Enerġija fl-2015 tal-Kummissjoni tal-Ekonomija u tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni ta’ Shandong, L.J.X.D.L [2015] Nru 9 u l-Avviż dwar it-Tħabbir tal-Lista tal-Utenti Pilota tat-Tranżazzjoni Diretta tal-Enerġija fl-2017 tal-Kummissjoni tal-Ekonomija u tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni ta’ Shandong, L.J.X.D.L. [2017] Nru 117;
(38) Ir-Regolament GFF, il-premessa (540).
(39) L-Ordni Nru 23 tal-President tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.
(40) ir-Regolament dwar l-Implimentazzjoni tal-Liġi dwar it-Taxxa fuq l-Introjtu tal-Intrapriżi tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (Maħruġ permezz tal-Ordni Nru 512 tal-Kunsill tal-Istat fis-6 ta’ Diċembru 2007; emendat skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-Istat biex Jemenda xi Regolamenti Amministrattivi bl-Ordni Nru 714 tal-Kunsill tal-Istat fit-23 ta’ April 2019).
(41) Ir-Regolament GFF, il-premessa (556).
(42) Ir-Regolament GFF, il-premessa (568).
(43) Ir-Regolament GFF, il-premessa (577).
(44) Ir-Regolament GFF, il-premessa (591).
(45) GTA = Atlas Globali tal-Kummerċ
(46) Bażi tad-data ta’ prodotti speċifiċi taħt “sorveljanza” jew monitoraġġ importati fit-territorju doganali tal-Unjoni miżmuma mid-Direttorat Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali.
(47) Notifika ta’ bidu ta’ proċediment ta’ antisussidji li jikkonċerna importazzjonijiet ta’ prodotti ta’ fibra tal-ħġieġ bil-filament kontinwu li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU C 167, 16.5.2019, p. 11).
(48) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/379, premessa (163).
(49) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/870.
(50) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/379.
(51) L-impjant fil-Malasja huwa proprjetà tal-istess sid bħal wieħed mill-produtturi tal-Unjoni mhux inklużi fil-kampjun.
(52) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/379, premessa (163).
(53) It-Talba għal Rieżami tal-Iskadenza tal-APFE tat-18 ta’ Settembru 2019.
(54) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/379, premessa (163).
(55) ĠU L 107, 25.4.2017, p. 4.