22.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 60/1


REGOLAMENT (UE) 2021/267 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-16 ta’ Frar 2021

li jistabbilixxi miżuri speċifiċi u temporanji fid-dawl tal-persistenza tal-kriżi tal-COVID-19 rigward it-tiġdid jew l-estensjoni ta’ ċerti ċertifikati, liċenzji u awtorizzazzjonijiet, il-posponiment ta’ ċerti kontrolli perjodiċi u taħriġ perjodiku f’ċerti oqsma tal-leġiżlazzjoni dwar it-trasport u l-estensjoni ta’ ċerti perjodi msemmija fir-Regolament (UE) 2020/698

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 91 u l-Artikolu 100(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara t-trażmissjoni tal-abbozz ta’ att leġiżlattiv lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkonsultaw il-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu f’konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

Il-persistenza tal-pandemija tal-COVID-19 u l-kriżi tas-saħħa pubblika assoċjata magħha jirrappreżentaw sfida bla preċedent għall-Istati Membri u jimponu piż kbir fuq l-awtoritajiet nazzjonali, iċ-ċittadini tal-Unjoni, u l-operaturi ekonomiċi, b’mod partikolari l-operaturi tat-trasport. Il-kriżi tas-saħħa pubblika ħolqot ċirkostanzi straordinarji li jaffettwaw l-attività normali tal-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri, kif ukoll il-ħidma tal-impriżi tat-trasport fir-rigward tal-formalitajiet amministrattivi li jridu jitlestew f’setturi differenti tat-trasport, u li b’mod raġonevoli ma setgħux jiġu antiċipati fil-ħin tal-adozzjoni tal-miżuri rilevanti. Dawk iċ-ċirkostanzi straordinarji għandhom impatt sinifikanti fuq bosta oqsma koperti mil-liġi tal-Unjoni dwar it-trasport.

(2)

B’mod partikolari, l-operaturi tat-trasport u persuni kkonċernati oħrajn jaf ma jkunux jistgħu jlestu l-formalitajiet jew il-proċeduri meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ ċerti dispożizzjonijiet tal-liġi tal-Unjoni relatati mat-tiġdid jew l-estensjoni ta’ ċertifikati, liċenzji u awtorizzazzjonijiet jew sabiex ilestu l-passi l-oħra meħtieġa biex iżommu l-validità tagħhom. Għall-istess raġunijiet, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jaf ma jkunux jistgħu jikkonformaw mal-obbligi stabbiliti mil-liġi tal-Unjoni u jiżguraw li t-talbiet rilevanti introdotti mill-operaturi tat-trasport jiġu trattati qabel ma jiskadu l-iskadenzi applikabbli.

(3)

Ir-Regolament (UE) 2020/698 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) jistabbilixxi miżuri speċifiċi u temporanji rigward it-tiġdid u l-estensjoni tal-perjodu ta’ validità ta’ ċerti ċertifikati, liċenzji u awtorizzazzjonijiet u l-posponiment ta’ ċerti kontrolli perjodiċi u taħriġ perjodiku li, skont l-atti legali tal-Unjoni msemmija f’dak ir-Regolament, jenħtieġ li jkunu saru fil-perjodu bejn l-1 ta’ Marzu 2020, jew f’ċerti każijiet l-1 ta’ Frar 2020, sal-31 ta’ Awwissu 2020. Skont dak ir-Regolament, dawk iċ-ċertifikati, liċenzji u awtorizzazzjonijiet, kif ukoll ċerti kontrolli perjodiċi u taħriġ perjodiku, ġew imġedda, estiżi jew posposti, kif xieraq, għal perjodu ta’ sitt xhur jew, f’ċerti każijiet, ta’ seba’ xhur.

(4)

Ċerti Stati Membri li sal-1 ta’ Awwissu 2020 qiesu li t-tiġdid ta’ ċerti ċertifikati, liċenzji u awtorizzazzjonijiet u t-tlestija ta’ ċertu kontrolli perjodiċi jew taħriġ perjodiku x’aktarx li jibqgħu mhux prattikabbli wara l-31 ta’ Awwissu 2020, minħabba miżuri li kienu ħadu biex jipprevjenu jew biex irażżnu t-tixrid tal-COVID-19, ippreżentaw talbiet motivati lill-Kummissjoni għal awtorizzazzjoni biex japplikaw estensjonijiet individwali ulterjuri. Il-Kummissjoni adottat sitt deċiżjonijiet li jawtorizzaw tali estensjonijiet (4).

(5)

Minkejja ċertu titjib fil-kriżi relatata mal-pandemija tal-COVID-19 matul is-sajf tal-2020, il-persistenza u, f’ċerti każijiet, l-aggravar tal-effetti ta’ dik il-kriżi matul it-tielet kwart tal-2020 obbligaw lill-Istati Membri jżommu u, f’ċerti każijiet, issaħħu l-miżuri li ħadu għall-prevenzjoni tat-tixrid tal-COVID-19. Waħda mill-konsegwenzi ta’ dawk il-miżuri hija li l-operaturi tat-trasport u persuni kkonċernati oħrajn jistgħu ma jkunux f’pożizzjoni li jtemmu l-formalitajiet jew il-proċeduri meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ ċerti dispożizzjonijiet tal-liġi tal-Unjoni relatati mat-tiġdid jew mal-estensjoni taċ-ċertifikati, tal-liċenzji u tal-awtorizzazzjonijiet jew mat-tlestija ta’ kontrolli perjodiċi jew taħriġ perjodiku, jew li jtemmu passi oħra meħtieġa biex iżommu l-validità tagħhom, kif kien il-każ matul ir-rebbiegħa tal-2020. Għall-istess raġunijiet, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jaf ma jkunux jistgħu jikkonformaw mal-obbligi stabbiliti mil-liġi tal-Unjoni u jiżguraw li t-talbiet rilevanti introdotti mill-operaturi tat-trasport jiġu trattati qabel ma jiskadu l-iskadenzi applikabbli.

(6)

Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġu adottati miżuri biex jegħlbu dawk il-problemi u biex jiżguraw iċ-ċertezza legali u l-funzjonament tajjeb tal-atti legali kkonċernati. Jenħtieġ li jiġu previsti adattamenti għal dak il-għan, b’mod partikolari fir-rigward ta’ ċerti limiti ta’ żmien, flimkien mal-possibbiltà li l-Kummissjoni tawtorizza estensjonijiet abbażi ta’ talba mressqa minn kwalunkwe Stat Membru.

(7)

Id-Direttiva 2003/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) tistabbilixxi regoli applikabbli għall-kwalifika inizjali u għat-taħriġ perjodiku ta’ sewwieqa ta’ ċerti vetturi tat-triq għat-trasport ta’ merkanzija jew passiġġieri. Dawk is-sewwieqa jrid ikollhom ċertifikat ta’ kompetenza professjonali (“CPC”) u jridu jagħtu prova li jkunu lestew it-taħriġ perjodiku billi jkollhom fil-pussess tagħhom liċenzja tas-sewqan jew kard tal-kwalifika tas-sewwieq, li fuqha jkun hemm irreġistrat it-taħriġ perjodiku. Minħabba d-diffikultajiet għad-detentur ta’ CPC fit-tlestija tat-taħriġ perjodiku u fit-tiġdid tas-CPC li jiċċertifika t-tlestija ta’ dak it-taħriġ perjodiku bħala konsegwenza taċ-ċirkostanzi straordinarji kkawżati mill-persistenza tal-kriżi tal-COVID-19, wara l-31 ta’ Awwissu 2020, jeħtieġ li l-validità ta’ dak is-CPC tiġi estiża għal perjodu ta’ 10 xhur mid-data tal-iskadenza tiegħu, sabiex tiġi żgurata l-kontinwità tat-trasport bit-triq. Is-CPCs li l-validità tagħhom diġà ġiet estiża f’konformità mar-Regolament (UE) 2020/698 jenħtieġ li jibbenefikaw ukoll minn estensjoni addizzjonali waħda għal ammont raġonevoli ta’ żmien fid-dawl tar-restrizzjonijiet attwali kif ukoll għal raġunijiet ta’ sikurezza fit-toroq.

(8)

Id-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) tistabbilixxi regoli dwar il-liċenzji tas-sewqan. Din tipprevedi r-rikonoxximent reċiproku tal-liċenzji tas-sewqan maħruġa mill-Istati Membri abbażi ta’ mudell tal-Unjoni ta’ liċenzja tas-sewqan, u tistabbilixxi serje ta’ rekwiżiti minimi għal dawk il-liċenzji. B’mod partikolari, is-sewwieqa tal-vetturi bil-mutur irid ikollhom liċenzja tas-sewqan valida, li trid tiġi mġedda jew, f’xi każijiet, skambjata meta tiskadi l-validità amministrattiva tagħha. Minħabba d-diffikultajiet fit-tiġdid tal-liċenzji tas-sewqan bħala konsegwenza taċ-ċirkostanzi straordinarji kkawżati mill-persistenza tal-kriżi tal-COVID-19, wara l-31 ta’ Awwissu 2020, huwa neċessarju li l-validità ta’ ċerti liċenzji tas-sewqan tiġi estiża għal perjodu ta’ 10 xhur mid-data tal-iskadenza tagħhom, sabiex tiġi żgurata l-kontinwità tal-mobbiltà bit-triq. Il-liċenzji tas-sewqan li l-validità tagħhom diġà ġiet estiża f’konformità mar-Regolament (UE) 2020/698 jenħtieġ li jibbenefikaw ukoll minn estensjoni addizzjonali waħda għal ammont raġonevoli ta’ żmien fid-dawl tar-restrizzjonijiet attwali kif ukoll għal raġunijiet ta’ sikurezza fit-toroq.

(9)

Ir-Regolament (UE) Nru 165/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) jistabbilixxi regoli dwar it-takografi fit-trasport bit-triq. Il-konformità mar-regoli dwar il-ħin tas-sewqan, il-ħin tax-xogħol u l-perjodi ta’ mistrieħ, kif stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) u d-Direttiva 2002/15/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9), hija essenzjali biex tiġi żgurata kemm il-kompetizzjoni ġusta kif ukoll is-sikurezza fit-toroq. Minħabba l-ħtieġa li tiġi żgurata l-kontinwità fil-forniment ta’ servizzi tat-trasport bit-triq, minkejja diffikultajiet fit-twettiq tal-ispezzjonijiet regolari tat-takografi bħala konsegwenza taċ-ċirkostanzi straordinarji kkawżati mill-persistenza tal-kriżi tal-COVID-19, l-ispezzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 23(1) tar-Regolament (UE) Nru 165/2014 li kellhom jitwettqu bejn l-1 ta’ Settembru 2020 u t-30 ta’ Ġunju 2021 issa jenħtieġ li jitwettqu mhux aktar tard minn 10 xhur wara d-data li fiha kellhom jitwettqu skont dak l-Artikolu. Għall-istess raġuni, id-diffikultajiet fit-tiġdid u fis-sostituzzjoni tal-kards tas-sewwieqa bħala konsegwenza taċ-ċirkostanzi straordinarji kkawżati mill-persistenza tal-kriżi tal-COVID-19 jiġġustifikaw l-għoti, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, ta’ żmien addizzjonali għal dawk il-finijiet. F’tali każijiet, jenħtieġ li s-sewwieqa jitqiegħdu f’pożizzjoni, u jenħtieġ li jkunu obbligati, li jirrikorru għal alternattivi vijabbli għar-reġistrazzjoni tal-informazzjoni meħtieġa relatata mal-ħin tas-sewqan, mal-ħin tax-xogħol u mal-perjodi ta’ mistrieħ sakemm jirċievu kard ġdida.

(10)

Id-Direttiva 2014/45/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) tistabbilixxi regoli dwar testijiet perjodiċi tal-affidabilità stradali għal vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom. L-ittestjar perjodiku tal-affidabilità stradali huwa kompitu kumpless maħsub biex jiżgura li l-vetturi jinżammu f’kundizzjoni sikura u ambjentalment aċċettabbli matul l-użu tagħhom. Minħabba diffikultajiet fit-twettiq ta’ testijiet perjodiċi tal-affidabilità stradali bħala konsegwenza taċ-ċirkostanzi straordinarji kkawżati mill-persistenza tal-kriżi tal-COVID-19, wara l-31 ta’ Awwissu 2020, it-testijiet perjodiċi tal-affidabilità stradali li kellhom jitwettqu bejn l-1 ta’ Settembru 2020 u t-30 ta’ Ġunju 2021 issa jenħtieġ li jitwettqu f’data aktar tard, iżda mhux aktar tard minn 10 xhur wara l-limitu ta’ żmien oriġinali, u ċ-ċertifikati kkonċernati jenħtieġ li jibqgħu validi sa dik id-data aktar tard.

(11)

Ir-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11) jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kondizzjonijiet li jridu jiġu rispettati għall-eżerċizzju tal-professjoni ta’ operatur tat-trasport bit-triq. Il-persistenza tal-pandemija tal-COVID-19 u l-kriżi assoċjata tas-saħħa pubblika wara l-31 ta’ Awwissu 2020 jimplikaw li xi impriżi tat-trasport ma għadhomx jissodisfaw ir-rekwiżiti dwar il-vettura jew il-vetturi li jridu jinżammu għad-dispożizzjoni tagħhom u li jridu jintużaw minnhom. Dawk iċ-ċirkostanzi għandhom ukoll riperkussjonijiet serji għas-sitwazzjoni finanzjarja tas-settur, u xi impriżi tat-trasport ma għadhomx jissodisfaw ir-rekwiżit tal-kapaċità finanzjarja. Minħabba l-livell imnaqqas ta’ attività li jirriżulta mill-kriżi tas-saħħa pubblika, huwa antiċipat li l-impriżi se jieħdu aktar żmien mis-soltu biex juru li r-rekwiżiti dwar il-vettura jew il-vetturi li għandhom jinżammu għad-dispożizzjoni tagħhom u li jintużaw minnhom jew ir-rekwiżit tal-kapaċità finanzjarja huma ssodisfati mill-ġdid fuq bażi permanenti. Għalhekk huwa xieraq li l-limiti ta’ żmien massimi stabbiliti għal dawk il-finijiet fl-Artikolu 13(1), il-punti (b) u (c), tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009 jiġu estiżi minn 6 xhur għal 12-il xahar, fir-rigward tal-valutazzjoni tar-rekwiżiti dwar il-vettura jew il-vetturi li għandhom jinżammu għad-dispożizzjoni tagħhom u li għandhom jintużaw mill-impriżi tat-trasport bit-triq ikkonċernati, kif imsemmi fl-Artikolu 5, punti (b) u (c), ta’ dak ir-Regolament, u tar-rekwiżit rigward il-kapaċità finanzjarja ta’ dawk l-impriżi, sa fejn dawk il-valutazzjonijiet ikopru l-perjodu kollu jew parti minnu bejn l-1 ta’ Settembru 2020 u t-30 ta’ Ġunju 2021. Fejn in-nuqqas ta’ konformità ma’ kwalunkwe wieħed minn dawk ir-rekwiżiti jkun diġà ġie stabbilit u l-limitu ta’ żmien stabbilit mill-awtorità kompetenti ma jkunx għadu skada, l-awtorità kompetenti jenħtieġ li tkun tista’ testendi dak il-limitu ta’ żmien għal total ta’ 12-il xahar.

(12)

Ir-Regolamenti (KE) Nru 1072/2009 (12) u (KE) Nru 1073/2009 (13) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jistabbilixxu regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tat-trasport bit-triq tal-merkanzija u għall-aċċess għas-suq internazzjonali għas-servizzi bil-kowċ u bix-xarabank rispettivament. It-trasport internazzjonali ta’ merkanzija bit-triq u t-trasport internazzjonali ta’ passiġġieri bil-kowċ u bix-xarabank huma soġġetti, fost l-oħrajn, għall-pussess ta’ liċenzja Komunitarja u, fil-każ ta’ sewwieqa li huma ċittadini ta’ pajjiżi terzi u li jwettqu operazzjonijiet ta’ trasport tal-merkanzija, għal attestazzjoni tas-sewwieq. L-għoti ta’ servizzi regolari bix-xarabank u bil-kowċ jiddependi wkoll mill-awtorizzazzjoni. Dawk il-liċenzji, l-attestazzjonijiet u l-awtorizzazzjonijiet jistgħu jiġġeddu wara verifika li l-kundizzjonijiet rilevanti jkunu għadhom qed jiġu osservati. Minħabba diffikultajiet fit-tiġdid tal-liċenzji u tal-attestazzjonijiet bħala konsegwenza taċ-ċirkostanzi straordinarji kkawżati mill-persistenza tal-kriżi tal-COVID-19 wara l-31 ta’ Awwissu 2020, jeħtieġ li l-validità tagħhom tiġi estiża b’10 xhur mid-data ta’ skadenza tagħhom, sabiex tiġi żgurata l-kontinwità tat-trasport bit-triq.

(13)

Id-Direttiva (UE) 2016/798 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14) tistabbilixxi regoli dwar is-sikurezza ferrovjarja. Minħabba l-miżuri ta’ konfinament, flimkien mal-ammont ta’ xogħol addizzjonali involut fit-trażżin tal-pandemija tal-COVID-19, li ppersistiet wara l-31 ta’ Awwissu 2020, l-awtoritajiet nazzjonali, l-impriżi ferrovjarji u l-maniġers tal-infrastruttura qed jiffaċċjaw diffikultajiet b’rabta mat-tiġdid ta’ ċertifikati ta’ sikurezza uniċi u, fid-dawl tal-iskadenza li ġejja tal-awtorizzazzjonijiet eżistenti tas-sikurezza, b’rabta mal-ħruġ ta’ tali awtorizzazzjonijiet għal perjodu sussegwenti kopert rispettivament mill-Artikoli 10 u 12 ta’ dik id-Direttiva. Il-limitu ta’ żmien għat-tiġdid ta’ ċertifikati ta’ sikurezza uniċi jenħtieġ għalhekk li jiġi estiż b’10 xhur, u ċ-ċertifikati ta’ sikurezza uniċi eżistenti kkonċernati jenħtieġ li jibqgħu validi kif xieraq. Bl-istess mod, il-validità ta’ tali awtorizzazzjonijiet tas-sikurezza jenħtieġ li tiġi estiża b’10 xhur mid-data tal-iskadenza tagħhom.

(14)

Skont l-Artikolu 33(2) tad-Direttiva (UE) 2016/798, ċerti Stati Membri estendew il-perjodu ta’ traspożizzjoni ta’ dik id-Direttiva sas-16 ta’ Ġunju 2020. Id-Direttiva (UE) 2020/700 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15) li temenda d-Direttiva (UE) 2016/798 ipprovdiet il-possibbiltà għal dawk l-Istati Membri li jestendu ulterjorment il-perjodu ta’ traspożizzjoni sal-31 ta’ Ottubru 2020. Ir-regoli tad-Direttiva 2004/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16) għalhekk baqgħu applikabbli f’dawk l-Istati Membri sal-31 ta’ Ottubru 2020, u l-Istati Membri kkonċernati baqgħu intitolati li joħorġu ċertifikati tas-sikurezza u awtorizzazzjonijiet tas-sikurezza skont id-Direttiva 2004/49/KE. Iċ-ċertifikati tas-sikurezza maħruġin skont id-Direttiva 2004/49/KE jibqgħu validi sad-data ta’ skadenza tagħhom, skont id-Direttiva (UE) 2016/798. Għalhekk huwa meħtieġ ukoll li tiġi prevista estensjoni tal-limiti ta’ żmien għat-tiġdid taċ-ċertifikati tas-sikurezza u tal-awtorizzazzjonijiet tas-sikurezza maħruġin skont l-Artikoli 10 u 11 tad-Direttiva 2004/49/KE u li jiġi ċċarat li ċ-ċertifikati tas-sikurezza u l-awtorizzazzjonijiet tas-sikurezza kkonċernati jibqgħu validi kif xieraq.

(15)

Id-Direttiva 2007/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17) tistabbilixxi regoli dwar iċ-ċertifikazzjoni ta’ sewwieqa tal-ferroviji li joperaw lokomotivi u ferroviji fuq is-sistema ferrovjarja fl-Unjoni. L-Artikolu 14(5) u l-Artikolu 16 ta’ dik id-Direttiva jipprevedu li l-validità tal-liċenzji tas-sewwieqa tal-ferroviji hija limitata għal 10 snin u hija soġġetta għal kontrolli perjodiċi. Minħabba d-diffikultajiet fit-tiġdid tal-liċenzji bħala konsegwenza taċ-ċirkostanzi straordinarji kkawżati mill-persistenza tal-kriżi tal-COVID-19 wara l-31 ta’ Awwissu 2020, il-validità tal-liċenzji li jiskadu bejn l-1 ta’ Settembru 2020 u t-30 ta’ Ġunju 2021 jenħtieġ li tiġi estiża għal perjodu ta’ 10 xhur mid-data tal-iskadenza tagħhom. Bl-istess mod, is-sewwieqa tal-ferroviji jenħtieġ li jingħataw perjodu addizzjonali ta’ 10 xhur biex itemmu l-kontrolli perjodiċi.

(16)

Id-Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (18) tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea. Skont l-Artikolu 23(2) ta’ dik id-Direttiva, l-awtoritajiet tal-liċenzjar jistgħu jwettqu rieżami regolari sabiex jivverifikaw li impriża ferrovjarja tkompli tissodisfa l-obbligi stabbiliti fil-Kapitolu III ta’ dik id-Direttiva li jappartjenu għal-liċenzja tagħha. Skont l-Artikolu 24(3) ta’ dik id-Direttiva, l-awtoritajiet tal-liċenzjar jistgħu jissospendu jew jirrevokaw liċenzja għal raġunijiet ta’ nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżit ta’ kapaċità finanzjarja tajba u jistgħu jagħtu liċenzja temporanja sakemm issir ir-riorganizzazzjoni tal-impriża ferrovjarja, sakemm is-sikurezza ma tiġix ipperikolata. Minħabba ċ-ċirkostanzi straordinarji kkawżati mill-persistenza tal-kriżi tal-COVID-19 wara l-31 ta’ Awwissu 2020, l-awtoritajiet tal-liċenzjar għandhom diffikultajiet serji biex iwettqu rieżamijiet regolari fir-rigward tal-liċenzji eżistenti u biex jieħdu d-deċiżjonijiet rilevanti dwar il-ħruġ ta’ liċenzji ġodda wara l-iskadenza ta’ liċenzja temporanja. Għalhekk, il-limiti ta’ żmien għat-twettiq ta’ rieżamijiet regolari li, skont dik id-Direttiva, jiskadu bejn l-1 ta’ Settembru 2020 u t-30 ta’ Ġunju 2021 jenħtieġ li jiġu estiżi b’10 xhur. Bl-istess mod, il-validità tal-liċenzji temporanji li jiskadu bejn l-1 ta’ Settembru 2020 u t-30 ta’ Ġunju 2021 jenħtieġ li tiġi estiża b’10 xhur.

(17)

L-Artikolu 25(2) tad-Direttiva 2012/34/UE jeżiġi li l-awtoritajiet tal-liċenzjar jieħdu deċiżjonijiet dwar l-applikazzjonijiet għal-liċenzji fi żmien tliet xhur wara li l-informazzjoni rilevanti kollha, b’mod partikolari d-dettalji msemmija fl-Anness III għal dik id-Direttiva, tkun ġiet ippreżentata. Minħabba diffikultajiet fit-teħid tad-deċiżjonijiet rilevanti bħala konsegwenza taċ-ċirkostanzi straordinarji kkawżati mill-persistenza tal-kriżi tal-COVID-19 wara l-31 ta’ Awwissu 2020, huwa meħtieġ li dak il-limitu ta’ żmien jiġi estiż b’seba’ xhur.

(18)

L-impriżi ferrovjarji li kienu finanzjarjament stabbli qabel it-tifqigħa tal-COVID-19 qed jiffaċċjaw problemi ta’ likwidità li jistgħu jwasslu għas-sospensjoni jew għar-revoka tal-liċenzja operattiva tagħhom jew għas-sostituzzjoni tagħha b’liċenzja temporanja mingħajr ma jkun hemm ħtieġa ekonomika strutturali biex dan iseħħ. L-għoti ta’ liċenzja temporanja skont l-Artikolu 24(3) tad-Direttiva 2012/34/UE jista’ jibgħat sinjal negattiv lis-suq dwar il-kapaċità tal-impriżi ferrovjarji li jissopravvivu, li mbagħad jaggrava l-problemi finanzjarji, li kieku kienu jkunu temporanji biss. Minbarra r-Regolament (UE) 2020/698 u minħabba l-persistenza tal-kriżi tal-COVID-19 wara l-31 ta’ Awwissu 2020, jenħtieġ għalhekk li jiġi pprovdut li fejn l-awtorità tal-liċenzjar, abbażi tal-kontroll imwettaq matul il-perjodu bejn l-1 ta’ Settembru 2020 u t-30 ta’ Ġunju 2021, issib li impriża ferrovjarja ma tistax tibqa’ tissodisfa r-rekwiżiti relatati mal-kapaċità finanzjarja, jenħtieġ li tkun tista’ tiddeċiedi, qabel it-30 ta’ Ġunju 2021, li ma tissospendix jew li ma tirrevokax il-liċenzja tal-impriża ferrovjarja kkonċernata, sakemm is-sikurezza ma tkunx f’riskju u sakemm ikun hemm prospett realistiku ta’ rikostruzzjoni finanzjarja sodisfaċenti tal-impriża ferrovjarja fis-seba’ xhur ta’ wara. Wara t-30 ta’ Ġunju 2021, jenħtieġ li l-impriża ferrovjarja tkun soġġetta għar-regoli ġenerali stabbiliti fl-Artikolu 24(1) tad-Direttiva 2012/34/UE.

(19)

Id-Direttiva tal-Kunsill 96/50/KE (19) tistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-akkwist taċ-ċertifikati tas-sidien tad-dgħajjes għat-trasport ta’ merkanzija u passiġġieri permezz ta’ passaġġi tal-ilma interni fl-Unjoni. Malli jagħlqu 65 sena, id-detenturi taċ-ċertifikati tas-sidien tad-dgħajjes huma meħtieġa jagħmlu eżamijiet mediċi perjodiċi. Fid-dawl tal-miżuri meħuda fir-rigward tal-persistenza tal-kriżi tal-COVID-19 wara l-31 ta’ Awwissu 2020, u b’mod partikolari fid-dawl tal-aċċess limitat għas-servizzi mediċi biex iwettqu l-eżamijiet mediċi, jista’ jiġri li d-detenturi taċ-ċertifikati tas-sidien tad-dgħajjes ma jkunux jistgħu jagħmlu l-eżamijiet mediċi meħtieġa dovuti fil-perjodu kkonċernat b’dawk il-miżuri. Għalhekk, għal każijiet fejn il-limitu ta’ żmien biex persuna tagħmel eżamijiet mediċi li altrimenti kien jiskadi jew li kien inkella jiskadi bejn l-1 ta’ Settembru 2020 u t-30 ta’ Ġunju 2021, dak il-limitu ta’ żmien jenħtieġ li jiġi estiż b’10 xhur f’kull wieħed mill-każijiet ikkonċernati. Iċ-ċertifikati tas-sidien tad-dgħajjes ikkonċernati jenħtieġ li jibqgħu validi kif xieraq.

(20)

Id-Direttiva (UE) 2016/1629 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (20) tistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni. L-Artikolu 10 ta’ dik id-Direttiva jipprovdi għal limitazzjoni tal-perjodu ta’ validità taċ-ċertifikati tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna. Barra minn hekk, l-Artikolu 28 tad-Direttiva (UE) 2016/1629 jipprevedi li d-dokumenti li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dik id-Direttiva li jinħarġu mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri qabel is-6 ta’ Ottubru 2018 skont id-Direttiva li kienet applikabbli qabel, jiġifieri d-Direttiva 2006/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (21), għandhom jibqgħu validi sakemm jiskadu. Il-miżuri meħudin fid-dawl tal-persistenza tal-kriżi tal-COVID-19 wara l-31 ta’ Awwissu 2020 jistgħu jagħmluha mhux prattikabbli, u xi drabi impossibbli, għall-awtoritajiet kompetenti sabiex iwettqu spezzjonijiet tekniċi sabiex jestendu l-validità taċ-ċertifikati rilevanti jew, fil-każ ta’ dokumenti msemmija fl-Artikolu 28 tad-Direttiva (UE) 2016/1629, jissostitwixxuhom. Għalhekk, sabiex il-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni rilevanti jkunu jistgħu jkomplu joperaw, huwa xieraq li l-validità taċ-ċertifikati tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna u tad-dokumenti li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 28 tad-Direttiva (UE) 2016/1629, li altrimenti kienu jiskadu jew li kienu nkella jiskadu bejn l-1 ta’ Settembru 2020 u t-30 ta’ Ġunju 2021, tiġi estiża b’perjodu ta’ 10 xhur.

(21)

Ir-Regolament (KE) Nru 725/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (22) jistabbilixxi regoli dwar it-tisħiħ tas-sigurtà fuq il-bastimenti u fil-faċilitajiet tal-portijiet. Id-Direttiva 2005/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (23) tistabbilixxi miżuri biex tissaħħaħ is-sigurtà tal-portijiet fid-dawl tat-theddid ta’ inċidenti relatati mas-sigurtà. Tiżgura wkoll li l-miżuri tas-sigurtà meħudin skont ir-Regolament (KE) Nru 725/2004 jibbenefikaw minn titjib tas-sigurtà fil-portijiet. Il-persistenza tal-kriżi tal-COVID-19 wara l-31 ta’ Awwissu 2020 tagħmilha diffiċli għall-awtoritajiet tal-Istati Membri biex iwettqu spezzjonijiet u stħarriġ tas-sigurtà marittima bil-għan li jiġġeddu ċerti dokumenti fil-qasam tas-sigurtà marittima. Għalhekk, huwa meħtieġ li l-limiti ta’ żmien għar-rieżami tal-valutazzjonijiet tas-sigurtà u tal-pjanijiet ta’ sigurtà meħtieġa minn dawk l-atti legali tal-Unjoni jiġu estiżi b’ammont raġonevoli ta’ żmien sabiex l-Istati Membri u l-industrija tat-tbaħħir ikunu jistgħu jieħdu approċċ flessibbli u pragmatiku, u biex il-ktajjen tal-provvista essenzjali jinżammu miftuħin, filwaqt li ma tiġix kompromessa s-sigurtà. Jenħtieġ li tingħata wkoll flessibbiltà fir-rigward tal-perijodu ta’ żmien li fih dawk l-atti legali tal-Unjoni jeħtieġu li jitweqqtu eżerċizzji ta’ sigurtà marittima.

(22)

Meta Stat Membru jqis li l-applikazzjoni tar-regoli li jidderoga minnhom dan ir-Regolament, relatati, fost l-oħrajn, mat-tiġdid jew mal-estensjoni ta’ ċertifikati, liċenzji u awtorizzazzjonijiet, x’aktarx li tibqa’ mhux prattikabbli lil hinn mid-dati speċifikati f’dan ir-Regolament minħabba miżuri li tkun ħadet biex tipprevjeni jew trażżan it-tixrid tal-COVID-19, il-Kummissjoni jenħtieġ li, jekk tintalab minn dak l-Istat Membru sal-31 ta’ Mejju 2021, tkun awtorizzata li tippermetti lill-Istat Membru kkonċernat jestendi ulterjorment il-perjodi speċifikati f’dan ir-Regolament, kif rilevanti, dment li tali estensjoni ma twassalx għal riskju disproporzjonat, b’mod partikolari f’termini tas-sikurezza jew is-sigurtà tat-trasport. Sabiex tiġi żgurata kemm iċ-ċertezza legali kif ukoll is-sikurezza jew is-sigurtà tat-trasport, tali estensjoni jenħtieġ li tkun limitata għal dak li huwa meħtieġ biex jiġi rifless il-perjodu li matulu t-tlestija tal-formalitajiet, tal-proċeduri, tal-kontrolli u tat-taħriġ x’aktarx li tibqa’ mhux prattikabbli u, fi kwalunkwe każ, dan ma għandux ikun itwal minn sitt xhur.

(23)

Il-kriżi tal-COVID-19 affettwat lill-Unjoni kollha iżda ma għamlitx dan b’mod uniformi. L-Istati Membri ġew affettwati fi gradi differenti u fi żminijiet differenti. Minħabba li d-derogi mir-regoli li normalment japplikaw jenħtieġ li jkunu limitati għal dak li huwa meħtieġ, jenħtieġ li, fir-rigward tad-Direttiva 2003/59/KE, tad-Direttiva 2006/126/KE, tar-Regolament (UE) Nru 165/2014, tad-Direttiva 2014/45/UE, tar-Regolament (KE) Nru 1072/2009, tar-Regolament (KE) Nru 1073/2009, tad-Direttiva (UE) 2016/798, tad-Direttiva 2004/49/KE, tad-Direttiva 2007/59/KE, tad-Direttiva 2012/34/UE, tad-Direttiva 96/50/KE, tad-Direttiva (UE) 2016/1629, tar-Regolament (KE) Nru 725/2004 u tad-Direttiva 2005/65/KE, ikun possibbli għall-Istati Membri li jkomplu japplikaw dawk l-atti legali mingħajr ma japplikaw id-derogi previsti f’dan ir-Regolament, fejn l-applikazzjoni ta’ dawk l-atti legali baqgħet prattikabbli. L-istess jenħtieġ li japplika meta Stat Membru jkun ġie kkonfrontat b’tali diffikultajiet iżda jkun adotta miżuri nazzjonali xierqa biex itaffihom. L-Istati Membri li jagħżlu li jagħmlu użu minn dik il-possibbiltà ma għandhomx, madankollu, jimpedixxu kwalunkwe operatur ekonomiku jew individwu milli jibbaża fuq id-derogi previsti f’dan ir-Regolament li japplikaw fi Stat Membru ieħor, u b’mod partikolari jenħtieġ li jirrikonoxxu kwalunkwe ċertifikat, liċenzja u awtorizzazzjoni li l-validità tagħha tkun ġiet estiża b’dan ir-Regolament. Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali, l-Istat Membru kkonċernat jenħtieġ li jinnotifika lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tiegħu li ma japplikax id-derogi previsti f’dan ir-Regolament fit-territorju tiegħu qabel ma dan isir applikabbli bis-sħiħ fis-6 ta’ Marzu 2021.

(24)

Dan ir-Regolament jenħtieġ li ma jaffettwax id-drittijiet mogħtija mid-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni, adottati skont ir-Regolament (UE) 2020/698, li jawtorizzaw lill-Istati Membri sabiex jestendu ċerti perjodi msemmija f’dak ir-Regolament, s li wasslu għal estensjonijiet li jmorru lil hinn minn dawk previsti f’dan ir-Regolament.

(25)

L-Istati Membri għandhom jagħmlu ħilithom biex jittrattaw minnufih it-tiġdid jew l-estensjoni ta’ ċertifikati, liċenzji u awtorizzazzjonijiet li l-validità tagħhom ma tkunx ġiet estiża f’konformità ma’ dan ir-Regolament.

(26)

Il-perjodu ta’ tranżizzjoni stabbilit fil-Ftehim dwar l-irtirar tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (24) intemm fil-31 ta’ Diċembru 2020, għalhekk l-ebda waħda mid-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament ma tapplika għar-Renju Unit, anki fejn dawn id-dispożizzjonijiet jikkonċernaw perjodi qabel dik id-data.

(27)

Minħabba li l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li jiġu estiżi l-limiti taż-żmien stabbiliti fil-liġi tal-Unjoni għat-tiġdid u għall-estensjoni tal-perjodu ta’ validità ta’ ċerti ċertifikati, liċenzji u awtorizzazzjonijiet u għall-posponiment ta’ ċerti kontrolli perjodiċi u taħriġ perjodiku b’rispons għaċ-ċirkostanzi straordinarji kkawżati mill-persistenza tal-kriżi tal-COVID-19 wara l-31 ta’ Awwissu 2020 fl-oqsma tat-trasport bit-triq, bil-ferrovija u bil-passaġġi tal-ilma interni u tas-sigurtà marittima, ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jistgħu pjuttost, minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni proposta, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE). F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet.

(28)

Fid-dawl tal-urġenza minħabba ċ-ċirkostanzi eċċezzjonali kkawżati mill-persistenza tal-kriżi tal-COVID-19 wara l-31 ta’ Awwissu 2020, jitqies li huwa xieraq li tiġi prevista eċċezzjoni għall-perjodu ta’ tmien ġimgħat imsemmi fl-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 1 dwar ir-rwol tal-Parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea, anness mat-TUE, mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika.

(29)

Minħabba n-natura mhux prevedibbli u f’daqqa tat-tifqigħa tal-COVID-19, kif ukoll minħabba d-durata mhux mistennija tagħha, kien impossibbli li jiġu adottati l-miżuri rilevanti kollha fil-ħin. Għal dik ir-raġuni, jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament ikopru wkoll il-perjodu qabel id-dħul fis-seħħ tiegħu. Minħabba n-natura ta’ dawk id-dispożizzjonijiet, tali approċċ ma jirriżultax fi ksur tal-aspettattivi leġittimi tal-persuni kkonċernati.

(30)

Fid-dawl tal-ħtieġa ewlenija li jiġu indirizzati mingħajr dewmien iċ-ċirkostanzi kkawżati mill-kriżi tal-COVID-19 fil-oqsma tat-trasport bit-triq, bil-ferrovija u bil-passaġġi tal-ilma interni u tas-sigurtà marittima, filwaqt li, fejn rilevanti, l-Istati Membri jiġu pprovduti b’perjodu raġonevoli ta’ żmien biex jinfurmaw lill-Kummissjoni jekk huma jiddeċiedu li ma japplikawx ċerti derogi stabbiliti f’dan ir-Regolament, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ b’urġenza fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sabiex jiġi żgurat li s-sitwazzjonijiet ta’ inċertezza legali li jaffettwaw lil ħafna awtoritajiet u operaturi tat-trasport f’setturi differenti, b’mod partikolari meta l-limiti taż-żmien rilevanti jkunu diġà skadew, jibqgħu qosra kemm jista’ jkun,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi miżuri speċifiċi u temporanji applikabbli għat-tiġdid u għall-estensjoni tal-perjodu ta’ validità ta’ ċerti ċertifikati, liċenzji u awtorizzazzjonijiet u għall-posponiment ta’ ċerti kontrolli perjodiċi u taħriġ perjodiku b’rispons għaċ-ċirkostanzi straordinarji kkawżati mill-persistenza tal-kriżi tal-COVID-19 fl-oqsma tat-trasport bit-triq, bil-ferrovija u bil-passaġġi fuq l-ilma interni u tas-sigurtà marittima u jestendi ċerti perjodi msemmija fir-Regolament (UE) 2020/698.

Artikolu 2

Estensjoni tal-limiti ta’ żmien previsti fid-Direttiva 2003/59/KE

1.   Minkejja l-Artikolu 8(2) u (3) tad-Direttiva 2003/59/KE, il-limiti ta’ żmien għat-twettiq, mid-detentur ta’ ċertifikat ta’ kompetenza professjonali (“CPC”), ta’ taħriġ perjodiku li, skont dawk id-dispożizzjonijiet, altrimenti kienu jiskadu jew li kienu nkella jiskadu bejn l-1 ta’ Settembru 2020 u t-30 ta’ Ġunju 2021, għandhom jitqiesu bħala li huma, jew li ġew, estiżi għal perjodu ta’ 10 xhur f’kull każ. Is-CPC għandu jibqa’ validu kif xieraq.

2.   Il-limiti ta’ żmien għat-tlestija, mid-detentur ta’ CPC, ta’ taħriġ perjodiku li, bl-applikazzjoni tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2020/698, altrimenti kienu jiskadu jew li kienu nkella jiskadu bejn l-1 ta’ Settembru 2020 u t-30 ta’ Ġunju 2021 għandhom jitqiesu bħala li huma, jew li ġew, estiżi għal sitt xhur jew sal-1 ta’ Lulju 2021, skont liema data tiġi l-aktar tard. Is-CPC għandu jibqa’ validu skont dan.

3.   Il-validità tal-immarkar tal-kodiċi armonizzat tal-Unjoni, “95” previst fl-Anness I tad-Direttiva 2006/126/KE magħmul mill-awtoritajiet kompetenti jew fuq il-liċenzja tas-sewqan jew fuq il-kard tal-kwalifika tas-sewwieq imsemmija fl-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 2003/59/KE abbażi tas-CPC li hemm referenza għalih fil-paragrafu 1 ta’ dak l-Artikolu għandha titqies bħala li hija, jew li ġiet, estiża għal perjodu ta’ 10 xhur mid-data indikata fuq kull liċenzja tas-sewqan jew kard tal-kwalifika tas-sewwieq bħal din.

4.   Il-validità tal-immarkar tal-kodiċi armonizzat tal-Unjoni, “95” previst fl-Anness I tad-Direttiva 2006/126/KE magħmul mill-awtoritajiet kompetenti jew fuq il-liċenzja tas-sewqan jew fuq il-kard tal-kwalifika tas-sewwieq imsemmija fl-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 2003/59/KE abbażi tas-CPC msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dak l-Artikolu, li bl-applikazzjoni tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2020/698, altrimenti kienu jiskadu jew li kienu nkella jiskadu bejn l-1 ta’ Settembru 2020 u t-30 ta’ Ġunju 2021, għandha titqies bħala li hija, jew li ġiet, estiża għal sitt xhur, jew sal-1 ta’ Lulju 2021, skont liema data tiġi l-aktar tard.

5.   Il-validità tal-kards ta’ kwalifika tas-sewwieq imsemmija fl-Anness II tad-Direttiva 2003/59/KE li altrimenti kienu jiskadu jew li kienu nkella jiskadu bejn l-1 ta’ Settembru 2020 u t-30 ta’ Ġunju 2021 għandha titqies li hija, jew li ġiet, estiża għal perjodu ta’ 10 xhur mid-data tal-iskadenza indikata fuq kull waħda minn dawk il-kards.

6.   Il-validità tal-kards ta’ kwalifika tas-sewwieq imsemmija fl-Anness II tad-Direttiva 2003/59/KE, li bl-applikazzjoni tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2020/698, altrimenti kienu jiskadu jew li kienu nkella jiskadu bejn l-1 ta’ Settembru 2020 u t-30 ta’ Ġunju 2021 għandha titqies li hija, jew li ġiet, estiża għal sitt xhur, jew sal-1 ta’ Lulju 2021, skont liema data tiġi l-aktar tard.

7.   Meta Stat Membru jqis li t-tlestija tat-taħriġ perjodiku jew taċ-ċertifikazzjoni tiegħu, l-immarkar tal-kodiċi armonizzat tal-Unjoni, “95”, jew it-tiġdid tal-kards ta’ kwalifika tas-sewwieq aktarx jibqgħu mhux prattikabbli lil hinn mit-30 ta’ Ġunju 2021, minħabba miżuri li jkun ħa biex jipprevjeni jew biex irażżan it-tixrid tal-COVID-19, dak l-Istat Membru jista’ jippreżenta talba motivata għal awtorizzazzjoni biex japplika estensjoni tal-perjodi speċifikati fil-paragrafi 1, 3 u 5, kif rilevanti. Dik it-talba tista’ tikkonċerna l-perjodu bejn l-1 ta’ Settembru 2020 u t-30 ta’ Ġunju 2021, jew il-perjodi ta’ 10 xhur speċifikati fil-paragrafi 1, 3 u 5, kif rilevanti, jew it-tnejn. It-talba għandha tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Mejju 2021.

8.   Meta, fuq talba ppreżentata skont il-paragrafu 7, il-Kummissjoni ssib li r-rekwiżiti stabbiliti f’dak il-paragrafu huma ssodisfati, u li l-estensjoni mitluba ma twassalx għal riskji sproporzjonati f’termini ta’ sikurezza u sigurtà tat-trasport, hija għandha tadotta deċiżjoni li tawtorizza lill-Istat Membru kkonċernat japplika estensjoni tal-perjodi speċifikati fil-paragrafi 1, 3 u 5 rispettivament, kif iġġustifikat f’kull każ. L-estensjoni għandha tkun limitata biex tirrifletti l-perjodu li matulu, it-tlestija tat-taħriġ perjodiku inkwistjoni jew iċ-ċertifikazzjoni tiegħu, l-immarkar tal-kodiċi armonizzat tal-Unjoni, “95”, jew it-tiġdid tal-kards tal-kwalifika tas-sewwieq x’aktarx li jibqgħu mhux prattikabbli u, fi kwalunkwe każ, ma għandhiex tkun itwal minn sitt xhur.

Il-Kummissjoni għandha tippubblika dik id-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

9.   Fejn Stat Membru ma kienx, u x’aktarx ma jkunx, ikkonfrontat b’diffikultajiet li għamlu t-tlestija tat-taħriġ perjodiku jew taċ-ċertifikazzjoni tiegħu, l-immarkar tal-kodiċi armonizzat tal-Unjoni, “95”, jew it-tiġdid tal-kards tal-kwalifika tas-sewwieqa mhux prattikabbli matul il-perjodu bejn l-1 ta’ Settembru 2020 u t-30 ta’ Ġunju 2021 bħala konsegwenza taċ-ċirkostanzi straordinarji kkawżati mill-persistenza tal-kriżi tal-COVID-19, jew ikun ħa miżuri nazzjonali xierqa biex inaqqas dawn id-diffikultajiet, dak l-Istat Membru jista’ jiddeċiedi li ma japplikax il-paragrafi 1, 2, 3, 4, 5 jew 6. L-Istat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni dwar id-deċiżjoni tiegħu sat-3 ta’ Marzu 2021. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħrajn dwar dan u għandha tippubblika avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Istat Membru li jkun iddeċieda li ma japplikax il-paragrafi 1, 2, 3, 4, 5 jew 6 kif previst fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu ma għandux jimpedixxi l-attivitajiet transfruntiera ta’ kwalunkwe operatur ekonomiku jew individwu li jkun iddependa fuq derogi stabbiliti fil-paragrafi 1, 2, 3, 4, 5 jew 6 li japplikaw fi Stat Membru ieħor.

Artikolu 3

Estensjoni tal-limiti ta’ żmien previsti fid-Direttiva 2006/126/KE

1.   Minkejja l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2006/126/KE u l-punt 3(d) tal-Anness I ta’ dik id-Direttiva, il-validità tal-liċenzji tas-sewqan li, skont dawk id-dispożizzjonijiet, altrimenti kienu jiskadu jew li kienu nkella jiskadu bejn l-1 ta’ Settembru 2020 u t-30 ta’ Ġunju 2021, għandha titqies bħala li hija estiża, jew li ġiet estiża għal perjodu ta’ 10 xhur mid-data ta’ skadenza msemmija f’kull liċenzja tas-sewqan bħal din.

2.   Il-validità tal-liċenzji tas-sewqan imsemmija fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 2006/126/KE u fil-punt 3(d) tal-Anness I ta’ dik id-Direttiva, li, bl-applikazzjoni tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2020/698, altrimenti kienu jiskadu jew li kienu nkella jiskadu bejn l-1 ta’ Settembru 2020 u t-30 ta’ Ġunju 2021, għandha titqies li hija, jew li ġiet, estiża għal sitt xhur, jew sal-1 ta’ Lulju 2021, skont liema data tiġi l-aktar tard.

3.   Meta Stat Membru jqis li t-tiġdid tal-liċenzji tas-sewqan x’aktarx li jibqa’ mhux prattikabbli wara t-30 ta’ Ġunju 2021, minħabba miżuri li jkun ħa biex jipprevjeni jew biex irażżan it-tixrid tal-COVID-19, dak l-Istat Membru jista’ jippreżenta talba motivata għal awtorizzazzjoni biex japplika estensjoni tal-perjodi speċifikati fil-paragrafu 1. Dik it-talba tista’ tikkonċerna l-perjodu bejn l-1 ta’ Settembru 2020 u t-30 ta’ Ġunju 2021 jew il-perjodu ta’ 10 xhur, jew it-tnejn. It-talba għandha tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Mejju 2021.

4.   Meta, fuq talba ppreżentata skont il-paragrafu 3, il-Kummissjoni ssib li r-rekwiżiti stabbiliti f’dak il-paragrafu huma ssodisfati u li l-estensjoni mitluba ma twassalx għal riskji sproporzjonati f’termini ta’ sikurezza u sigurtà tat-trasport, hija għandha tadotta deċiżjoni li tawtorizza lill-Istat Membru kkonċernat japplika estensjoni tal-perjodi speċifikati fil-paragrafu 1, kif iġġustifikat f’kull każ. L-estensjoni għandha tkun limitata biex tirrifletti l-perjodu li matulu t-tiġdid tal-liċenzji tas-sewqan x’aktarx li jibqa’ mhux prattikabbli u, fi kwalunkwe każ, ma għandhiex tkun itwal minn sitt xhur.

Il-Kummissjoni għandha tippubblika dik id-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

5.   Fejn Stat Membru ma kienx, u x’aktarx ma jkunx, ikkonfrontat b’diffikultajiet li wasslu biex it-tiġdid tal-liċenzji tas-sewqan isir mhux prattikabbli matul il-perjodu bejn l-1 ta’ Settembru 2020 u t-30 ta’ Ġunju 2021 bħala konsegwenza taċ-ċirkostanzi straordinarji kkawżati mill-persistenza tal-kriżi tal-COVID-19, jew ħa miżuri nazzjonali xierqa biex inaqqas dawn id-diffikultajiet, dak l-Istat Membru jista’ jiddeċiedi li ma japplikax il-paragrafu 1 jew 2. L-Istat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni dwar id-deċiżjoni tiegħu sat-3 ta’ Marzu 2021. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħrajn dwar dan u għandha tippubblika avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Istat Membru li jkun iddeċieda li ma japplikax il-paragrafu 1 jew 2 kif previst fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu ma għandux jimpedixxi l-attivitajiet transfruntiera ta’ kwalunkwe operatur ekonomiku jew individwu li jkun iddependa fuq derogi stabbiliti fil-paragrafu 1 jew 2 li japplikaw fi Stat Membru ieħor.

Artikolu 4

Estensjoni tal-limiti ta’ żmien previsti fir-Regolament (UE) Nru 165/2014

1.   Minkejja l-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) Nru 165/2014, l-ispezzjonijiet regolari previsti fil-paragrafu 1 ta’ dak l-Artikolu li altrimenti kellhom jitwettqu jew li altrimenti kien ikollhom jitwettqu bejn l-1 ta’ Settembru 2020 u t-30 ta’ Ġunju 2021 skont dak il-paragrafu għandhom jitwettqu mhux aktar tard minn 10 xhur wara d-data li fiha altrimenti kien ikollhom jitwettqu skont dak l-Artikolu.

2.   Minkejja l-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 165/2014, fejn sewwieq japplika għat-tiġdid ta’ kard tas-sewwieq skont il-paragrafu 1 ta’ dak l-Artikolu bejn l-1 ta’ Settembru 2020 u t-30 ta’ Ġunju 2021, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom joħorġu kard tas-sewwieq ġdida mhux aktar tard minn xahrejn wara li jirċievu t-talba. Sakemm is-sewwieq jirċievi kard tas-sewwieq ġdida mill-awtoritajiet li joħorġu l-kard, l-Artikolu 35(2) ta’ dak ir-Regolament għandu japplika għas-sewwieq mutatis mutandis, sakemm is-sewwieq ikun jista’ juri li t-tiġdid tal-kard tas-sewwieq intalab skont l-Artikolu 28(1) ta’ dak ir-Regolament.

3.   Minkejja l-Artikolu 29(4) tar-Regolament (UE) Nru 165/2014, fejn sewwieq japplika għas-sostituzzjoni ta’ kard tas-sewwieq skont il-paragrafu 4 ta’ dak l-Artikolu bejn l-1 ta’ Settembru 2020 u t-30 ta’ Ġunju 2021, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom joħorġu kard ta’ sostituzzjoni mhux aktar tard minn xahrejn wara li jirċievu t-talba. Minkejja l-Artikolu 29(5) tar-Regolament (UE) Nru 165/2014, is-sewwieq jista’ jkompli jsuq sakemm tasal kard tas-sewwieq ġdida mill-awtoritajiet li joħorġu l-kard dment li s-sewwieq ikun jista’ juri li l-kard tas-sewwieq ġiet irritornata lill-awtorità kompetenti meta kellha ħsara jew meta ma kinitx qed taħdem sew u li kienet saret talba għas-sostituzzjoni tagħha.

4.   Meta Stat Membru jqis li l-ispezzjonijiet regolari, it-tiġdid tal-kards tas-sewwieqa jew is-sostituzzjoni tal-kards tas-sewwieqa kif meħtieġ mir-Regolament (UE) Nru 165/2014 x’aktarx li jibqgħu mhux prattikabbli wara t-30 ta’ Ġunju 2021, minħabba miżuri li jkun ħa biex jipprevjeni jew irażżan it-tixrid tal-COVID-19, dak l-Istat Membru jista’ jippreżenta talba motivata għal awtorizzazzjoni biex japplika estensjoni tal-perjodi speċifikati fil-paragrafi 1, 2 u 3, kif rilevanti. Dik it-talba tista’ tikkonċerna l-perjodu bejn l-1 ta’ Settembru 2020 u t-30 ta’ Ġunju 2021, il-perjodu ta’ 10 xhur jew l-iskadenzi applikabbli għall-ħruġ ta’ kard tas-sewwieq ġdida, jew kwalunkwe kombinazzjoni tagħhom. It-talba għandha tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Mejju 2021.

5.   Fejn, fuq talba ppreżentata skont il-paragrafu 4, il-Kummissjoni ssib li r-rekwiżiti stabbiliti f’dak il-paragrafu huma ssodisfati u li l-estensjoni mitluba ma twassalx għal riskji sproporzjonati f’termini ta’ sikurezza u sigurtà tat-trasport, hija għandha tadotta deċiżjoni li tawtorizza lill-Istat Membru kkonċernat japplika estensjoni tal-perjodi speċifikati fil-paragrafi 1, 2 u 3, rispettivament, kif iġġustifikat f’kull każ. L-estensjoni għandha tkun limitata biex tirrifletti l-perjodu li matulu l-ispezzjonijiet regolari jew it-tiġdid jew is-sostituzzjoni ta’ kards tas-sewwieqa x’aktarx li jibqgħu mhux prattikabbli u, fi kwalunkwe każ, ma għandhiex tkun itwal minn sitt xhur.

Il-Kummissjoni għandha tippubblika dik id-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

6.   Fejn Stat Membru ma kienx, u x’aktarx mhux se jkun, ikkonfrontat b’diffikultajiet li għamlu spezzjonijiet regolari, it-tiġdid tal-kards tas-sewwieqa jew is-sostituzzjoni tal-kards tas-sewwieqa mhux prattikabbli matul il-perjodu bejn l-1 ta’ Settembru 2020 u t-30 ta’ Ġunju 2021 bħala konsegwenza taċ-ċirkostanzi straordinarji kkawżati mill-persistenza tal-kriżi tal-COVID-19, jew ikun ħa miżuri nazzjonali xierqa biex itaffi tali diffikultajiet, dak l-Istat Membru jista’ jiddeċiedi li ma japplikax il-paragrafi 1, 2 u 3. L-Istat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni dwar id-deċiżjoni tiegħu sat-3 ta’ Marzu 2021. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħrajn dwar dan u għandha tippubblika avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Istat Membru li jkun iddeċieda li ma japplikax il-paragrafi 1, 2 u 3 kif previst fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu ma għandux jimpedixxi l-attivitajiet transfruntiera ta’ kwalunkwe operatur ekonomiku jew individwu li jkun iddependa fuq derogi stabbiliti fil-paragrafi 1, 2 u 3 li japplikaw fi Stat Membru ieħor.

Artikolu 5

Estensjoni tal-limiti ta’ żmien previsti fid-Direttiva 2014/45/UE

1.   Minkejja l-Artikolu 5(1) u l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 2014/45/UE u l-punt 8 tal-Anness II ta’ dik id-Direttiva, il-limiti ta’ żmien għat-testijiet tal-affidabilità stradali, li skont dawk id-dispożizzjonijiet, altrimenti kellhom isiru jew altrimenti jridu jsiru bejn l-1 ta’ Settembru 2020 u t-30 ta’ Ġunju 2021, għandhom jitqiesu bħala li huma, jew li ġew estiżi, għal perjodu ta’ 10 xhur.

2.   Minkejja l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2014/45/UE u l-punt 8 tal-Anness II ta’ dik id-Direttiva, il-validità taċ-ċertifikati tal-affidabilità stradali b’data ta’ skadenza ta’ bejn l-1 ta’ Settembru 2020 u t-30 ta’ Ġunju 2021 għandha titqies li hija, jew li ġiet, estiża għal perjodu ta’ 10 xhur.

3.   Meta Stat Membru jqis li t-twettiq ta’ testijiet tal-affidabilità stradali jew iċ-ċertifikazzjoni tagħhom x’aktarx li jibqgħu mhux prattikabbli wara t-30 ta’ Ġunju 2021, minħabba miżuri li jkun ħa biex jipprevjeni jew biex irażżan it-tixrid tal-COVID-19, dak l-Istat Membru jista’ jippreżenta talba motivata għal awtorizzazzjoni biex japplika estensjoni tal-perjodi speċifikati fil-paragrafi 1 u 2, kif rilevanti. Dik it-talba tista’ tikkonċerna l-perjodu bejn l-1 ta’ Settembru 2020 u t-30 ta’ Ġunju 2021 jew il-perjodu ta’ 10 xhur, jew it-tnejn. It-talba għandha tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Mejju 2021.

4.   Meta, fuq talba ppreżentata skont il-paragrafu 3, il-Kummissjoni ssib li r-rekwiżiti stabbiliti f’dak il-paragrafu huma ssodisfati u li l-estensjoni mitluba ma twassalx għal riskji sproporzjonati f’termini ta’ sikurezza u sigurtà tat-trasport, hija għandha tadotta deċiżjoni li tawtorizza lill-Istat Membru kkonċernat japplika estensjoni tal-perjodi speċifikati fil-paragrafi 1 u 2, rispettivament, kif iġġustifikat f’kull każ. L-estensjoni għandha tkun limitata biex tirrifletti l-perjodu li matulu, il-prestazzjoni tat-testijiet tal-affidabilità stradali jew iċ-ċertifikazzjoni tagħhom x’aktarx li jibqgħu mhux prattikabbli u, fi kwalunkwe każ, ma għandhiex tkun itwal minn sitt xhur.

Il-Kummissjoni għandha tippubblika dik id-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

5.   Fejn Stat Membru ma kienx, u x’aktarx li ma jkunx, ikkonfrontat b’diffikultajiet li wasslu biex it-twettiq tat-testijiet tal-affidabilità stradali jew iċ-ċertifikazzjoni tiegħu jkun mhux prattikabbli matul il-perjodu bejn l-1 ta’ Settembru 2020 u t-30 ta’ Ġunju 2021 bħala konsegwenza taċ-ċirkostanzi straordinarji kkawżati mill-persistenza tal-kriżi tal-COVID-19, jew ħa miżuri nazzjonali xierqa biex itaffi tali diffikultajiet, dak l-Istat Membru jista’ jiddeċiedi li ma japplikax il-paragrafi 1 u 2. L-Istat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni dwar id-deċiżjoni tiegħu sat-3 ta’ Marzu 2021. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħrajn dwar dan u għandha tippubblika avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Istat Membru li jkun iddeċieda li ma japplikax il-paragrafi 1 u 2 kif previst fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu ma għandux jimpedixxi l-attivitajiet transfruntiera ta’ kwalunkwe operatur ekonomiku jew individwu li jkun iddependa fuq derogi stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 li japplikaw fi Stat Membru ieħor.

Artikolu 6

Estensjoni tal-limiti ta’ żmien previsti fir-Regolament (KE) Nru 1071/2009

1.   Minkejja l-Artikolu 13(1), il-punti (b) u (c), tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009, fejn awtorità kompetenti tistabbilixxi fir-rigward tal-perjodu ta’ bejn l-1 ta’ Settembru 2020 u t-30 ta’ Ġunju 2021, li r-rekwiżiti rigward il-vettura jew il-vetturi li għandhom jinżammu għad-dispożizzjoni tal-impriża tat-trasport bit-triq u li jintużaw minnha, kif stabbilit fl-Artikolu 5, punti (b) u (c), ta’ dak ir-Regolament, mhumiex issodisfati, jew tistabbilixxi, abbażi tal-kontijiet annwali u ċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 7(1) u (2) ta’ dak ir-Regolament għas-snin ta’ kontabbiltà li jkopru l-perjodu kollu ta’ bejn l-1 ta’ Settembru 2020 u t-30 ta’ Ġunju 2021 jew parti minnu, li impriża tat-trasport ma tissodisfax ir-rekwiżit ta’ kapaċità finanzjarja stabbilit fl-Artikolu 3(1), il-punt (c), ta’ dak ir-Regolament, il-limiti ta’ żmien stabbiliti mill-awtorità kompetenti għall-finijiet tal-Artikolu 13(1), il-punti (b) u (c), ta’ dak ir-Regolament, ma għandhomx jaqbżu t-12-il xahar.

2.   Minkejja l-Artikolu 13(1), il-punti (b) u (c), tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009, meta l-awtorità kompetenti tkun stabbiliet bejn it-28 ta’ Mejju 2020 u t-23 ta’ Frar 2021 li impriża tat-trasport ma tissodisfax ir-rekwiżiti dwar il-vettura jew il-vetturi li għandhom jinżammu għad-dispożizzjoni tal-impriża tat-trasport bit-triq u li jintużaw minnha, kif stabbilit fl-Artikolu 5, punti (b) u (c), ta’ dak ir-Regolament, jew ir-rekwiżit ta’ kapaċità finanzjarja stabbilit fl-Artikolu 3(1), il-punt (c), ta’ dak ir-Regolament u stabbiliet limitu ta’ żmien biex l-impriża tat-trasport tikkoreġi s-sitwazzjoni, l-awtorità kompetenti tista’ testendi dak il-limitu ta’ żmien, sakemm il-limitu ta’ żmien ma jkunx skada sat-23 ta’ Frar 2021. Il-limitu ta’ żmien b’hekk estiż ma jistax jaqbeż it-12-il xahar.

Artikolu 7

Estensjoni tal-limiti ta’ żmien previsti fir-Regolament (KE) Nru 1072/2009

1.   Minkejja l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 1072/2009, il-validità tal-liċenzji tal-Komunità li altrimenti kienu jiskadu jew li kienu nkella jiskadu bejn l-1 ta’ Settembru 2020 u t-30 ta’ Ġunju 2021 għandha titqies li hija, jew li ġiet estiża, għal perjodu ta’ 10 xhur. Kopji ċċertifikati veri għandhom jibqgħu validi kif xieraq.

2.   Minkejja l-Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 1072/2009, il-validità tal-attestazzjonijiet tax-xufiera li altrimenti kienu jiskadu jew li kienu nkella jiskadu bejn l-1 ta’ Settembru 2020 u t-30 ta’ Ġunju 2021 għandha titqies li hija, jew li ġiet estiża, għal perjodu ta’ 10 xhur.

3.   Meta Stat Membru jqis li t-tiġdid tal-liċenzji Komunitarji jew tal-attestazzjonijiet tas-sewwieqa x’aktarx li jibqa’ mhux prattikabbli wara t-30 ta’ Ġunju 2021, minħabba miżuri li jkun ħa biex jipprevjeni jew biex irażżan it-tixrid tal-COVID-19, dak l-Istat Membru jista’ jippreżenta talba motivata għal awtorizzazzjoni biex japplika estensjoni tal-perjodi speċifikati fil-paragrafi 1 u 2, kif rilevanti. Dik it-talba tista’ tikkonċerna l-perjodu bejn l-1 ta’ Settembru 2020 u t-30 ta’ Ġunju 2021 jew il-perjodu ta’ 10 xhur, jew it-tnejn. It-talba għandha tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Mejju 2021.

4.   Meta, fuq talba ppreżentata skont il-paragrafu 3, il-Kummissjoni ssib li r-rekwiżiti stabbiliti f’dak il-paragrafu huma ssodisfati u li l-estensjoni mitluba ma twassalx għal riskji sproporzjonati f’termini ta’ sikurezza u sigurtà tat-trasport, hija għandha tadotta deċiżjoni li tawtorizza lill-Istat Membru kkonċernat japplika estensjoni tal-perjodi speċifikati fil-paragrafi 1 u 2, rispettivament, kif iġġustifikat f’kull każ. L-estensjoni għandha tkun limitata biex tirrifletti l-perjodu li matulu t-tiġdid tal-liċenzji Komunitarji jew tal-attestazzjonijiet tax-xufiera x’aktarx li jibqa’ mhux prattikabbli u, fi kwalunkwe każ, ma għandhiex tkun itwal minn sitt xhur.

Il-Kummissjoni għandha tippubblika dik id-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

5.   Fejn Stat Membru ma kienx, u x’aktarx ma jkunx, ikkonfrontat b’diffikultajiet li għamlu t-tiġdid tal-liċenzji Komunitarji jew tal-attestazzjonijiet tas-sewwieqa mhux prattikabbli matul il-perjodu bejn l-1 ta’ Settembru 2020 u t-30 ta’ Ġunju 2021 bħala konsegwenza taċ-ċirkostanzi straordinarji kkawżati mill-persistenza tal-kriżi tal-COVID-19, jew ħa miżuri nazzjonali xierqa biex itaffi dawn id-diffikultajiet, dak l-Istat Membru jista’ jiddeċiedi li ma japplikax il-paragrafi 1 u 2. L-Istat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni dwar id-deċiżjoni tiegħu sat-3 ta’ Marzu 2021. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħrajn dwar dan u għandha tippubblika avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Istat Membru li jkun iddeċieda li ma japplikax il-paragrafi 1 u 2 kif previst fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu ma għandux jimpedixxi l-attivitajiet transfruntiera ta’ kwalunkwe operatur ekonomiku jew individwu li jkun iddependa fuq derogi stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 li japplikaw fi Stat Membru ieħor.

Artikolu 8

Estensjoni tal-limiti ta’ żmien previsti fir-Regolament (KE) Nru 1073/2009

1.   Minkejja l-Artikolu 4(4) tar-Regolament (KE) Nru 1073/2009, il-validità tal-liċenzji tal-Komunità li altrimenti kienu jiskadu jew li kienu nkella jiskadu bejn l-1 ta’ Settembru 2020 u t-30 ta’ Ġunju 2021 għandha titqies li hija, jew li ġiet estiża għal perjodu ta’ 10 xhur. Kopji ċċertifikati veri għandhom jibqgħu validi kif xieraq.

2.   Minkejja l-Artikolu 8(3) tar-Regolament (KE) Nru 1073/2009, id-deċiżjonijiet dwar l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta’ servizzi regolari ppreżentata mit-trasportatur bejn l-1 ta’ Settembru 2020 u t-30 ta’ Ġunju 2021 għandhom jittieħdu mill-awtorità awtorizzanti fi żmien sitt xhur mid-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni. Minkejja l-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 1073/2009, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li jkun intalab il-qbil tagħhom fir-rigward ta’ tali applikazzjonijiet skont il-paragrafu 1 ta’ dak l-Artikolu, għandhom jinnotifikaw lill-awtorità awtorizzanti bid-deċiżjoni tagħhom dwar l-applikazzjoni fi żmien tliet xhur. Meta l-awtorità awtorizzanti ma tirċevix tweġiba fi żmien tliet xhur, l-awtoritajiet ikkonsultati għandhom jitqiesu li jkunu taw il-qbil tagħhom, u l-awtorità awtorizzanti tista’ tagħti l-awtorizzazzjoni.

3.   Meta Stat Membru jqis li t-tiġdid tal-liċenzji Komunitarji x’aktarx li jibqa’ mhux prattikabbli wara t-30 ta’ Ġunju 2021, minħabba miżuri li jkun ħa biex jipprevjeni jew biex irażżan it-tixrid tal-COVID-19, dak l-Istat Membru jista’ jippreżenta talba motivata għal awtorizzazzjoni biex japplika għal estensjoni tal-perjodi speċifikati fil-paragrafu 1. Dik it-talba tista’ tikkonċerna l-perjodu bejn l-1 ta’ Settembru 2020 u t-30 ta’ Ġunju 2021 jew il-perjodu ta’ 10 xhur, jew it-tnejn. It-talba għandha tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Mejju 2021.

4.   Meta, fuq talba ppreżentata skont il-paragrafu 3, il-Kummissjoni ssib li r-rekwiżiti stabbiliti f’dak il-paragrafu huma ssodisfati u li l-estensjoni mitluba ma twassalx għal riskji sproporzjonati f’termini ta’ sikurezza u sigurtà tat-trasport, hija għandha tadotta deċiżjoni li tawtorizza lill-Istat Membru kkonċernat japplika estensjoni tal-perjodi speċifikati fil-paragrafu 1, kif iġġustifikat f’kull każ. L-estensjoni għandha tkun limitata biex tirrifletti l-perjodu li matulu t-tiġdid tal-liċenzji tal-Komunità x’aktarx li jibqa’ mhux prattikabbli u, fi kwalunkwe każ, ma għandhiex tkun itwal minn sitt xhur.

Il-Kummissjoni għandha tippubblika dik id-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

5.   Fejn Stat Membru ma kienx, u x’aktarx ma jkunx, ikkonfrontat b’diffikultajiet li wasslu biex it-tiġdid tal-liċenzji Komunitarji ikun mhux prattikabbli matul il-perjodu bejn l-1 ta’ Settembru 2020 u t-30 ta’ Ġunju 2021 bħala konsegwenza taċ-ċirkostanzi straordinarji kkawżati mill-persistenza tal-kriżi tal-COVID-19, jew ikun ħa miżuri nazzjonali xierqa biex inaqqas dawn id-diffikultajiet, dak l-Istat Membru jista’ jiddeċiedi li ma japplikax il-paragrafu 1. L-Istat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni dwar id-deċiżjoni tiegħu sat-3 ta’ Marzu 2021. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħrajn dwar dan u għandha tippubblika avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Istat Membru li jkun iddeċieda li ma japplikax il-paragrafu 1 kif previst fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu ma għandux jimpedixxi l-attivitajiet transfruntiera ta’ kwalunkwe operatur ekonomiku jew individwu li jkun iddependa fuq derogi stabbiliti fil-paragrafu 1 li japplikaw fi Stat Membru ieħor.

Artikolu 9

Estensjoni tal-limiti ta’ żmien previsti fid-Direttiva (UE) 2016/798

1.   Minkejja l-Artikolu 10(13) tad-Direttiva (UE) 2016/798, il-limiti ta’ żmien għat-tiġdid ta’ ċertifikati ta’ sikurezza uniċi li altrimenti kienu jiskadu jew li kienu nkella jiskadu bejn l-1 ta’ Settembru 2020 u t-30 ta’ Ġunju 2021 għandhom jitqiesu li huma, jew li ġew, estiżi għal perjodu ta’ 10 xhur. Iċ-ċertifikata ta’ sikurezza uniku kkonċernat għandu jibqa’ validu kif xieraq.

2.   Minkejja l-Artikolu 12(2) tad-Direttiva (UE) 2016/798, il-validità tal-awtorizzazzjonijiet tas-sikurezza li, f’konformità ma’ dik id-dispożizzjoni, altrimenti kienu jiskadu jew li kienu nkella jiskadu bejn l-1 ta’ Settembru 2020 u t-30 ta’ Ġunju 2021 għandha titqies li hija, jew li ġiet, estiża għal perjodu ta’ 10 xhur.

3.   Meta Stat Membru jqis li t-tiġdid ta’ ċertifikati ta’ sikurezza uniċi maħruġin skont l-Artikolu 10(8) tad-Direttiva (UE) 2016/798 jew l-estensjoni tal-perjodu ta’ validità tal-awtorizzazzjonijiet tas-sikurezza x’aktarx li tibqa’ mhux prattikabbli wara t-30 ta’ Ġunju 2021 minħabba miżuri li jkun ħa biex jipprevjeni jew biex irażżan it-tixrid tal-COVID-19, dak l-Istat Membru jista’ jippreżenta talba motivata għal awtorizzazzjoni biex tiġi applikata estensjoni tal-perjodi speċifikati fil-paragrafi 1 u 2, kif rilevanti. Dik it-talba tista’ tikkonċerna l-perjodu bejn l-1 ta’ Settembru 2020 u t-30 ta’ Ġunju 2021 jew il-perjodu ta’ 10 xhur speċifikat fil-paragrafi 1 u 2 rispettivament, jew it-tnejn. It-talba għandha tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Mejju 2021.

4.   Meta, abbażi ta’ talba ppreżentata f’konformità mal-paragrafu 3, il-Kummissjoni ssib li r-rekwiżiti stabbiliti f’dak il-paragrafu huma ssodisfati u li l-estensjoni mitluba ma twassalx għal riskji sproporzjonati f’termini ta’ sikurezza u sigurtà tat-trasport, hija għandha tadotta deċiżjoni li tawtorizza lill-Istat Membru kkonċernat biex japplika estensjoni tal-perjodi speċifikati fil-paragrafi 1 u 2 rispettivament, kif iġġustifikat f’kull każ. L-estensjoni għandha tkun limitata biex tirrifletti l-perjodu li matulu t-tiġdid ta’ ċertifikati ta’ sikurezza uniċi jew l-estensjoni tal-perjodu ta’ validità tal-awtorizzazzjonijiet tas-sikurezza x’aktarx li tibqa’ mhux prattikabbli u, fi kwalunkwe każ, ma għandhiex tkun itwal minn sitt xhur.

Il-Kummissjoni għandha tippubblika dik id-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

5.   Fejn Stat Membru ma kienx, u x’aktarx mhux se jkun, ikkonfrontat b’diffikultajiet li għamlu t-tiġdid taċ-ċertifikati ta’ sikurezza uniċi maħruġa skont l-Artikolu 10(8) tad-Direttiva (UE) 2016/798 jew l-estensjoni tal-perjodu ta’ validità tal-awtorizzazzjonijiet tas-sikurezza mhux prattikabbli matul il-perjodu bejn l-1 ta’ Settembru 2020 u t-30 ta’ Ġunju 2021 bħala konsegwenza taċ-ċirkostanzi straordinarji kkawżati mill-persistenza tal-kriżi tal-COVID-19, jew ikun ħa miżuri nazzjonali xierqa biex itaffi tali diffikultajiet, dak l-Istat Membru jista’ jiddeċiedi li ma japplikax il-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu. L-Istat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni dwar id-deċiżjoni tiegħu sat-3 ta’ Marzu 2021. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħrajn dwar dan u għandha tippubblika avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Istat Membru li jkun iddeċieda li ma japplikax il-paragrafi 1 u 2 kif previst fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu ma għandux jimpedixxi l-attivitajiet transfruntiera ta’ kwalunkwe operatur ekonomiku jew individwu li jkun iddependa fuq derogi stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 li japplikaw fi Stat Membru ieħor.

Artikolu 10

Estensjoni tal-limiti ta’ żmien previsti fid-Direttiva 2004/49/KE

1.   Minkejja l-Artikolu 10(5) tad-Direttiva 2004/49/KE, il-limiti ta’ żmien għat-tiġdid taċ-ċertifikati tas-sikurezza li altrimenti kienu jiskadu jew li kienu nkella jiskadu bejn l-1 ta’ Settembru 2020 u t-30 ta’ Ġunju 2021 għandhom jitqiesu li huma, jew li ġew, estiżi għal perjodu ta’ 10 xhur. Iċ-ċertifikati ta’ sikurezza kkonċernati għandhom jibqgħu validi kif xieraq.

2.   Minkejja l-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 2004/49/KE, il-limiti ta’ żmien għat-tiġdid tal-awtorizzazzjonijiet tas-sikurezza li altrimenti kienu jiskadu jew li kienu nkella jiskadu bejn l-1 ta’ Settembru 2020 u t-30 ta’ Ġunju 2021 għandhom jitqiesu li huma, jew li ġew, estiżi għal perjodu ta’ 10 xhur. L-awtorizzazzjoni tas-sikurezza kkonċernata għandha tibqa’ valida kif xieraq.

3.   Meta Stat Membru jqis li t-tiġdid taċ-ċertifikati ta’ sikurezza jew tal-awtorizzazzjonijiet tas-sikurezza aktarx jibqa’ mhux prattikabbli lil hinn mit-30 ta’ Ġunju 2021, minħabba miżuri li jkun ħa biex jipprevjeni jew biex irażżan it-tixrid tal-COVID-19, dak l-Istat Membru jista’ jippreżenta talba motivata għal awtorizzazzjoni biex japplika għal estensjoni tal-perjodi speċifikati fil-paragrafi 1 u 2, kif rilevanti. Dik it-talba tista’ tikkonċerna l-perjodu bejn l-1 ta’ Settembru 2020 u t-30 ta’ Ġunju 2021 jew il-perjodi ta’ 10 xhur speċifikati fil-paragrafi 1 u 2 rispettivament, jew it-tnejn. It-talba għandha tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Mejju 2021.

4.   Meta, abbażi ta’ talba ppreżentata f’konformità mal-paragrafu 3, il-Kummissjoni ssib li r-rekwiżiti stabbiliti f’dak il-paragrafu huma ssodisfati u li l-estensjoni mitluba ma twassalx għal riskji sproporzjonati f’termini ta’ sikurezza u sigurtà tat-trasport, hija għandha tadotta deċiżjoni li tawtorizza lill-Istat Membru kkonċernat biex japplika estensjoni tal-perjodi speċifikati fil-paragrafi 1 u 2 rispettivament, kif iġġustifikat f’kull każ. L-estensjoni għandha tkun limitata sabiex tirrifletti l-perjodu li matulu t-tiġdid taċ-ċertifikati ta’ sikurezza jew tal-awtorizzazzjonijiet tas-sikurezza aktarx li jibqa’ mhux prattikabbli, u fi kwalunkwe każ, din ma għandhiex tkun itwal minn sitt xhur.

Il-Kummissjoni għandha tippubblika dik id-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

5.   Fejn Stat Membru ma kienx, u x’aktarx mhux se jkun, ikkonfrontat b’diffikultajiet li għamlu t-tiġdid taċ-ċertifikati tas-sikurezza jew tal-awtorizzazzjonijiet tas-sikurezza mhux prattikabbli matul il-perjodu bejn l-1 ta’ Settembru 2020 u t-30 ta’ Ġunju 2021 bħala konsegwenza taċ-ċirkostanzi straordinarji kkawżati mill-persistenza tal-kriżi tal-COVID-19, jew ikun ħa miżuri nazzjonali xierqa biex itaffi tali diffikultajiet, dak l-Istat Membru jista’ jiddeċiedi li ma japplikax il-paragrafi 1 u 2. L-Istat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni dwar id-deċiżjoni tiegħu sat-3 ta’ Marzu 2021. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħrajn dwar dan u għandha tippubblika avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Istat Membru li jkun iddeċieda li ma japplikax il-paragrafi 1 u 2 kif previst fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu ma għandux jimpedixxi l-attivitajiet transfruntiera ta’ kwalunkwe operatur ekonomiku jew individwu li jkun iddependa fuq derogi stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 li japplikaw fi Stat Membru ieħor.

Artikolu 11

Estensjoni tal-limiti ta’ żmien previsti fid-Direttiva 2007/59/KE

1.   Minkejja l-Artikolu 14(5) tad-Direttiva 2007/59/KE, il-liċenzji li altrimenti kienu jiskadu jew li kienu nkella jiskadu bejn l-1 ta’ Settembru 2020 u t-30 ta’ Ġunju 2021 għandhom jitqiesu li huma, jew li ġew, estiżi għal perjodu ta’ 10 xhur mid-data ta’ skadenza ta’ kull liċenzja bħal din.

2.   Minkejja l-Artikolu 16 u l-Annessi II u VII tad-Direttiva 2007/59/KE, il-limiti ta’ żmien għat-tlestija tal-kontrolli perjodiċi li, skont dawk id-dispożizzjonijiet, altrimenti kienu jiskadu jew li kienu nkella jiskadu bejn l-1 ta’ Settembru 2020 u t-30 ta’ Ġunju 2021 għandhom jitqiesu li huma, jew li ġew, estiżi għal perjodu ta’ 10 xhur f’kull każ. Il-liċenzji msemmija fl-Artikolu 14 u ċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 15 ta’ dik id-Direttiva għandhom jibqgħu validi kif xieraq.

3.   Meta Stat Membru jqis li t-tiġdid tal-liċenzji jew it-tlestija tal-kontrolli perjodiċi x’aktarx jibqgħu mhux prattikabbli lil hinn mit-30 ta’ Ġunju 2021, minħabba miżuri li jkun ħa biex jipprevjeni jew biex irażżan it-tixrid tal-COVID-19, dak l-Istat Membru jista’ jippreżenta talba motivata għal awtorizzazzjoni biex japplika estensjoni tal-perjodi speċifikati fil-paragrafi 1 u 2, kif rilevanti. Dik it-talba tista’ tikkonċerna l-perjodu bejn l-1 ta’ Settembru 2020 u t-30 ta’ Ġunju 2021 jew il-perjodu ta’ 10 xhur speċifikat fil-paragrafi 1 u 2 rispettivament, jew it-tnejn. It-talba għandha tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Mejju 2021.

4.   Meta, abbażi ta’ talba ppreżentata f’konformità mal-paragrafu 3, il-Kummissjoni ssib li r-rekwiżiti stabbiliti f’dak il-paragrafu huma ssodisfati u li l-estensjoni mitluba ma twassalx għal riskji sproporzjonati f’termini ta’ sikurezza u sigurtà tat-trasport, hija għandha tadotta deċiżjoni li tawtorizza lill-Istat Membru kkonċernat biex japplika estensjoni tal-perjodi speċifikati fil-paragrafi 1 u 2 rispettivament, kif iġġustifikat f’kull każ. L-estensjoni għandha tkun limitata biex tirrifletti l-perjodu li matulu t-tiġdid tal-liċenzji jew it-tlestija tal-kontrolli perjodiċi x’aktarx li jibqgħu mhux prattikabbli u, fi kwalunkwe każ, ma għandhiex tkun itwal minn sitt xhur.

Il-Kummissjoni għandha tippubblika dik id-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

5.   Fejn Stat Membru ma jkunx, u x’aktarx mhux se jkun, ikkonfrontat b’diffikultajiet li jrendu t-tiġdid tal-liċenzji jew it-tlestija ta’ kontrolli perjodiċi mhux prattikabbli matul il-perjodu ta’ bejn l-1 ta’ Settembru 2020 u t-30 ta’ Ġunju 2021 bħala konsegwenza taċ-ċirkostanzi straordinarji kkawżati mill-persistenza tal-kriżi tal-COVID-19, jew ikun ħa miżuri nazzjonali adatti biex itaffi tali diffikultajiet, dak l-Istat Membru jista’ jiddeċiedi li ma japplikax il-paragrafi 1 u 2. L-Istat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni dwar id-deċiżjoni tiegħu sat-3 ta’ Marzu 2021. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħrajn dwar dan u għandha tippubblika avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Istat Membru li jkun iddeċieda li ma japplikax il-paragrafi 1 u 2 kif previst fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, ma għandux jimpedixxi l-attivitajiet transfruntiera ta’ kwalunkwe operatur ekonomiku jew individwu li jkun iddependa fuq derogi stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 li japplikaw fi Stat Membru ieħor.

Artikolu 12

Estensjoni tal-limiti ta’ żmien previsti fid-Direttiva 2012/34/UE

1.   Minkejja l-Artikolu 23(2) tad-Direttiva 2012/34/UE, fejn awtorità tal-liċenzjar tkun għamlet dispożizzjoni għal rieżami regolari, il-limiti ta’ żmien għat-twettiq ta’ rieżami regolari li, skont dawk id-dispożizzjonijiet, altrimenti kienu jiskadu jew li kienu nkella jiskadu bejn l-1 ta’ Settembru 2020 u t-30 ta’ Ġunju 2021, għandhom jitqiesu li huma, jew li ġew estiżi għal perjodu ta’ 10 xhur.

2.   Minkejja l-Artikolu 24(3) tad-Direttiva 2012/34/UE, il-validità tal-liċenzji temporanji li altrimenti kienu jiskadu jew li kienu nkella jiskadu bejn l-1 ta’ Settembru 2020 u t-30 ta’ Ġunju 2021 għandha titqies li hija, jew li ġiet estiża għal perjodu ta’ 10 xhur mid-data tat-tmiem tal-validità indikata fuq kull liċenzja temporanja.

3.   Minkejja l-Artikolu 25(2) tad-Direttiva 2012/34/UE, l-awtorità tal-liċenzjar għandha tieħu deċiżjoni fir-rigward tal-applikazzjonijiet sottomessi bejn l-1 ta’ Settembru 2020 u t-30 ta’ Ġunju 2021, mhux aktar tard minn 10 xhur wara li tkun ġiet ippreżentata l-informazzjoni rilevanti kollha, b’mod partikolari d-dettalji msemmija fl-Anness III ta’ dik id-Direttiva.

4.   Meta Stat Membru jqis li t-twettiq ta’ rieżami regolari jew it-terminazzjoni tas-sospensjoni tal-liċenzji jew il-ħruġ ta’ liċenzji ġodda f’każijiet fejn il-liċenzji jkunu ġew revokati qabel x’aktarx li jibqgħu mhux prattikabbli wara t-30 ta’ Ġunju 2021, minħabba miżuri li jkun ħa biex jipprevjeni jew biex irażżan it-tixrid tal-COVID-19, dak l-Istat Membru jista’ jippreżenta talba motivata għal awtorizzazzjoni biex japplika għal estensjoni tal-perjodi speċifikati fil-paragrafi 1 u 2, kif rilevanti. Dik it-talba tista’ tikkonċerna l-perjodu bejn l-1 ta’ Settembru 2020 u t-30 ta’ Ġunju 2021 jew il-perjodu ta’ 10 xhur, jew it-tnejn. It-talba għandha tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Mejju 2021.

5.   Fejn, fuq talba ppreżentata skont il-paragrafu 4, il-Kummissjoni ssib li r-rekwiżiti stabbiliti f’dak il-paragrafu huma ssodisfati u li l-estensjoni mitluba ma twassalx għal riskji sproporzjonati f’termini ta’ sikurezza u sigurtà tat-trasport, hija għandha tadotta deċiżjoni li tawtorizza lill-Istat Membru kkonċernat japplika estensjoni tal-perjodi speċifikati fil-paragrafi 1 u 2, kif iġġustifikat f’kull każ. L-estensjoni għandha tkun limitata biex tirrifletti l-perjodu li matulu, it-terminazzjoni tas-sospensjoni tal-liċenzji jew tal-ħruġ ta’ liċenzji ġodda f’każijiet fejn il-liċenzji jkunu ġew revokati qabel, x’aktarx li tibqa’ mhux prattikabbli u, fi kwalunkwe każ, ma għandhiex tkun itwal minn sitt xhur.

Il-Kummissjoni għandha tippubblika dik id-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

6.   Fejn Stat Membru ma kienx, u x’aktarx ma jkunx, ikkonfrontat b’diffikultajiet li għamlu t-twettiq ta’ rieżami regolari jew it-terminazzjoni tas-sospensjoni tal-liċenzji jew il-ħruġ ta’ liċenzji ġodda f’każijiet fejn il-liċenzji jkunu ġew irrevokati qabel mhux prattikabbli matul il-perjodu bejn l-1 ta’ Settembru 2020 u t-30 ta’ Ġunju 2021, bħala konsegwenza taċ-ċirkostanzi straordinarji kkawżati mill-persistenza tal-kriżi tal-COVID-19, jew ħa miżuri nazzjonali xierqa biex itaffi dawn id-diffikultajiet, dak l-Istat Membru jista’ jiddeċiedi li ma japplikax il-paragrafi 1 u 2. L-Istat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni dwar id-deċiżjoni tiegħu sat-3 ta’ Marzu 2021. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħrajn dwar dan u għandha tippubblika avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Istat Membru li jkun iddeċieda li ma japplikax il-paragrafi 1 u 2 kif previst fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, ma għandux jimpedixxi l-attivitajiet transfruntiera ta’ kwalunkwe operatur ekonomiku jew individwu li jkun iddependa fuq derogi stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 li japplikaw fi Stat Membru ieħor.

Artikolu 13

It-trattament tal-liċenzji tal-impriżi ferrovjarji skont id-Direttiva 2012/34/UE fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti tal-kapaċità finanzjarja

Minkejja l-Artikolu 24(1) tad-Direttiva 2012/34/UE, fejn awtorità tal-liċenzjar, abbażi ta’ kontroll imsemmi f’dik id-dispożizzjoni, imwettaq matul il-perjodu bejn l-1 ta’ Settembru 2020 u t-30 ta’ Ġunju 2021, issib li impriża ferrovjarja ma tistax tissodisfa iktar ir-rekwiżiti relatati mal-kapaċità finanzjarja tajba msemmija fl-Artikolu 20 ta’ dik id-Direttiva, hija tista’, qabel it-30 ta’ Ġunju 2021, tiddeċiedi li ma tissospendix jew ma tirrevokax il-liċenzja tal-impriża ferrovjarja kkonċernata, sakemm is-sikurezza ma tkunx f’riskju u sakemm ikun hemm prospett realistiku ta’ rikostruzzjoni finanzjarja sodisfaċenti tal-impriża ferrovjarja fis-seba’ xhur ta’ wara.

Artikolu 14

Estensjoni tal-limiti ta’ żmien previsti fid-Direttiva 96/50/KE

1.   Minkejja l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 96/50/KE, il-limiti ta’ żmien biex persuna tagħmel eżamijiet mediċi li, skont dik id-dispożizzjoni, altrimenti kienu jiskadu jew li kienu nkella jiskadu bejn l-1 ta’ Settembru 2020 u t-30 ta’ Ġunju 2021 għandhom jitqiesu li huma, jew li ġew estiżi għal perjodu ta’ 10 xhur. Iċ-ċertifikati tas-sidien tad-dgħajjes ta’ persuni li huma soġġetti għall-obbligu li jagħmlu eżamijiet mediċi kif imsemmi fl-Artikolu 6(2) ta’ dik id-Direttiva għandhom jibqgħu validi kif xieraq.

2.   Fejn Stat Membru jqis li t-tlestija tal-eżamijiet mediċi aktarx li tibqa’ mhux prattikabbli wara t-30 ta’ Ġunju 2021 minħabba miżuri li jkun ħa biex jipprevjeni jew biex irażżan it-tixrid tal-COVID-19, dak l-Istat Membru jista’ jippreżenta talba motivata għal awtorizzazzjoni biex japplika għal estensjoni tal-perjodi speċifikati fil-paragrafu 1. Dik it-talba tista’ tikkonċerna l-perjodu bejn l-1 ta’ Settembru 2020 u t-30 ta’ Ġunju 2021 jew il-perjodu ta’ 10 xhur speċifikat fil-paragrafu 1, jew it-tnejn. It-talba għandha tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Mejju 2021.

3.   Meta, fuq talba ppreżentata skont il-paragrafu 2, il-Kummissjoni ssib li r-rekwiżiti stabbiliti f’dak il-paragrafu huma ssodisfati u li l-estensjoni mitluba ma twassalx għal riskji sproporzjonati f’termini ta’ sikurezza u sigurtà tat-trasport, hija għandha tadotta deċiżjoni li tawtorizza lill-Istat Membru kkonċernat japplika estensjoni tal-perjodi speċifikati fil-paragrafu 1, kif iġġustifikat f’kull każ. L-estensjoni għandha tkun limitata sabiex tirrifletti l-perjodu li matulu t-tlestija tal-eżamijiet mediċi aktarx tibqa’ mhux prattikabbli, u fi kwalunkwe każ, ma għandhiex tkun itwal minn sitt xhur.

Il-Kummissjoni għandha tippubblika dik id-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

4.   Fejn Stat Membru ma kienx, u x’aktarx ma jkunx, ikkonfrontat b’diffikultajiet li għamlu l-konformità mal-limiti ta’ żmien biex isiru eżamijiet mediċi mhux prattikabbli matul il-perjodu bejn l-1 ta’ Settembru 2020 u t-30 ta’ Ġunju 2021, bħala konsegwenza taċ-ċirkostanzi straordinarji kkawżati mill-persistenza tal-kriżi tal-COVID-19, jew ikun ħa miżuri nazzjonali xierqa biex inaqqas dawn id-diffikultajiet, dak l-Istat Membru jista’ jiddeċiedi li ma japplikax il-paragrafu 1. L-Istat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni dwar id-deċiżjoni tiegħu sat-3 ta’ Marzu 2021. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħrajn dwar dan u għandha tippubblika avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Istat Membru li jkun iddeċieda li ma japplikax il-paragrafu 1 kif previst fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu ma għandux jimpedixxi l-attivitajiet transfruntiera ta’ kwalunkwe operatur ekonomiku jew individwu li jkun iddependa fuq derogi stabbiliti fil-paragrafu 1 li japplikaw fi Stat Membru ieħor.

Artikolu 15

Estensjoni tal-limiti ta’ żmien previsti fid-Direttiva (UE) 2016/1629

1.   Minkejja l-Artikolu 10 tad-Direttiva (UE) 2016/1629, il-validità taċ-ċertifikati tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna, li altrimenti kienu jiskadu jew li kienu nkella jiskadu bejn l-1 ta’ Settembru 2020 u t-30 ta’ Ġunju 2021 għandha titqies li hija, jew li ġiet estiża, għal perjodu ta’ 10 xhur.

2.   Minkejja l-Artikolu 28 tad-Direttiva (UE) 2016/1629, il-validità tad-dokumenti li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dik id-Direttiva u li jinħarġu mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri skont id-Direttiva 2006/87/KE qabel is-6 ta’ Ottubru 2018, li, skont dik id-dispożizzjoni, altrimenti kienu jiskadu jew li kienu nkella jiskadu bejn l-1 ta’ Settembru 2020 u t-30 ta’ Ġunju 2021, għandha titqies li hija, jew li ġiet estiża għal perjodu ta’ 10 xhur.

3.   Meta Stat Membru jqis li t-tiġdid taċ-ċertifikati tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna jew tad-dokumenti msemmija fil-paragrafu 2 x’aktarx li jibqa’ mhux prattikabbli wara t-30 ta’ Ġunju 2021, minħabba miżuri li jkun ħa biex jipprevjeni jew biex irażżan it-tixrid tal-COVID-19, dak l-Istat Membru jista’ jippreżenta talba motivata għal awtorizzazzjoni biex huwa japplika estensjoni tal-perjodi speċifikati fil-paragrafi 1 u 2, kif rilevanti. Dik it-talba tista’ tikkonċerna l-perjodu bejn l-1 ta’ Settembru 2020 u t-30 ta’ Ġunju 2021 jew il-perjodi ta’ 10 xhur speċifikati fil-paragrafi 1 u 2 rispettivament, jew it-tnejn. It-talba għandha tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Mejju 2021.

4.   Meta, abbażi ta’ talba ppreżentata f’konformità mal-paragrafu 3, il-Kummissjoni ssib li r-rekwiżiti stabbiliti f’dak il-paragrafu huma ssodisfati u li l-estensjoni mitluba ma twassalx għal riskji sproporzjonati f’termini ta’ sikurezza u sigurtà tat-trasport, hija għandha tadotta deċiżjoni li tawtorizza lill-Istat Membru kkonċernat biex japplika estensjoni tal-perjodi speċifikati fil-paragrafi 1 u 2 rispettivament, kif iġġustifikat f’kull każ. L-estensjoni għandha tkun limitata biex tirrifletti l-perjodu li matulu t-tiġdid taċ-ċertifikati tan-navigazzjoni interna tal-Unjoni jew tad-dokumenti msemmija fil-paragrafu 2 x’aktarx li jibqa’ mhux prattikabbli u, fi kwalunkwe każ, ma għandhiex tkun itwal minn sitt xhur.

Il-Kummissjoni għandha tippubblika dik id-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

5.   Fejn Stat Membru ma kienx, u x’aktarx ma jkunx, ikkonfrontat b’diffikultajiet li wasslu biex it-tiġdid taċ-ċertifikati tan-navigazzjoni interna tal-Unjoni jew tad-dokumenti msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ikun mhux prattikabbli matul il-perjodu ta’ bejn l-1 ta’ Settembru 2020 u t-30 ta’ Ġunju 2021, bħala konsegwenza taċ-ċirkostanzi straordinarji kkawżati mill-persistenza tal-kriżi tal-COVID-19, jew ħa miżuri nazzjonali xierqa biex inaqqas dawn id-diffikultajiet, dak l-Istat Membru jista’ jiddeċiedi li ma japplikax il-paragrafi 1 u 2. L-Istat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni dwar id-deċiżjoni tiegħu sat-3 ta’ Marzu 2021. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħrajn dwar dan u għandha tippubblika avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Istat Membru li jkun iddeċieda li ma japplikax il-paragrafi 1 u 2, kif previst fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, ma għandux jimpedixxi l-attivitajiet transfruntiera ta’ kwalunkwe operatur ekonomiku jew individwu li jkun iddependa fuq derogi stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 li japplikaw fi Stat Membru ieħor.

Artikolu 16

Estensjoni tal-limiti ta’ żmien previsti fir-Regolament (KE) Nru 725/2004

1.   Minkejja l-Artikolu 3(6) tar-Regolament (KE) Nru 725/2004, il-limiti ta’ żmien għat-twettiq tar-rieżami perjodiku tal-valutazzjonijiet tas-sigurtà tal-faċilità portwarja li, skont dik id-dispożizzjoni, altrimenti kienu jiskadu jew li kienu nkella jiskadu bejn l-1 ta’ Settembru 2020 u t-30 ta’ Ġunju 2021 għandhom jitqiesu li huma, jew li ġew estiżi sat-30 ta’ Settembru 2021.

2.   Minkejja l-Parti B, it-Taqsimiet 13.7 u 18.6, tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 725/2004, il-limiti ta’ żmien ta’ 18-il xahar għat-twettiq tad-diversi tipi ta’ eżerċizzji li, skont dawk id-dispożizzjonijiet, altrimenti kienu jiskadu jew li kienu nkella jiskadu bejn l-1 ta’ Settembru 2020 u t-30 ta’ Ġunju 2021, għandhom jitqiesu li huma, jew li ġew, estiżi b’10 xhur f’kull każ, iżda fi kwalunkwe każ mhux lil hinn mit-30 ta’ Settembru 2021.

3.   Meta Stat Membru jqis li t-twettiq ta’ valutazzjonijiet tas-sigurtà tal-faċilità portwarja msemmija fl-Artikolu 3(6) tar-Regolament (KE) Nru 725/2004 jew tad-diversi tipi ta’ eżerċizzji msemmija fil-Parti B, fit-Taqsimiet 13.7 u 18.6, tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 725/2004 x’aktarx li jibqa’ mhux prattikabbli wara t-30 ta’ Ġunju 2021, minħabba miżuri li jkun ħa biex jipprevjeni jew biex irażżan it-tixrid tal-COVID-19, dak l-Istat Membru jista’ jippreżenta talba motivata għal awtorizzazzjoni biex huwa japplika estensjoni tal-perjodi u l-iskadenzi speċifikati fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu, kif rilevanti. Dik it-talba tista’ tikkonċerna l-perjodu bejn l-1 ta’ Settembru 2020 u t-30 ta’ Ġunju 2021, l-iskadenzi jew il-perjodu ta’ 10 xhur speċifikati fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu rispettivament, jew kwalunkwe kombinazzjoni tagħhom. It-talba għandha tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Mejju 2021.

4.   Meta, fuq talba ppreżentata skont il-paragrafu 3, il-Kummissjoni ssib li r-rekwiżiti stabbiliti f’dak il-paragrafu huma ssodisfati u li l-estensjoni mitluba ma twassalx għal riskji sproporzjonati f’termini ta’ sikurezza u sigurtà tat-trasport, hija għandha tadotta deċiżjoni li tawtorizza lill-Istat Membru kkonċernat japplika estensjoni tal-perjodi u tal-iskadenzi speċifikati fil-paragrafi 1 u 2 rispettivament, kif iġġustifikat f’kull każ. L-estensjoni għandha tkun limitata biex tirrifletti l-perjodu li matulu t-twettiq tal-valutazzjonijiet tas-sigurtà tal-faċilità portwarja jew tad-diversi tipi ta’ eżerċizzji x’aktarx li jibqa’ mhux prattikabbli u, fi kwalunkwe każ, ma għandhiex tkun itwal minn sitt xhur.

Il-Kummissjoni għandha tippubblika dik id-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

5.   Fejn Stat Membru ma kienx, u x’aktarx ma jkunx, ikkonfrontat b’diffikultajiet li għamlu t-twettiq ta’ valutazzjonijiet tas-sigurtà tal-faċilitajiet portwarji msemmija fl-Artikolu 3(6) tar-Regolament (KE) Nru 725/2004 jew id-diversi tipi ta’ eżerċizzji msemmija fil-Parti B, fit-Taqsimiet 13.7 u 18.6 tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 725/2004 mhux prattikabbli matul il-perjodu bejn l-1 ta’ Settembru 2020 u t-30 ta’ Ġunju 2021 bħala konsegwenza taċ-ċirkostanzi straordinarji kkawżati mill-persistenza tal-kriżi tal-COVID-19, jew ħa miżuri nazzjonali xierqa biex itaffi tali diffikultajiet, dak l-Istat Membru jista’ jiddeċiedi li ma japplikax il-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu. L-Istat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni dwar id-deċiżjoni tiegħu sat-3 ta’ Marzu 2021. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħrajn dwar dan u għandha tippubblika avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 17

Estensjoni tal-limiti ta’ żmien previsti fid-Direttiva 2005/65/KE

1.   Minkejja l-Artikolu 10 tad-Direttiva 2005/65/KE, il-limiti ta’ żmien għat-twettiq tar-rieżami tal-valutazzjonijiet tas-sigurtà portwarja u tal-pjanijiet tas-sigurtà portwarja li, skont dak l-Artikolu, altrimenti kienu jiskadu jew li kienu nkella jiskadu bejn l-1 ta’ Settembru 2020 u t-30 ta’ Ġunju 2021 għandhom jitqiesu li huma, jew li ġew, estiżi b’10 xhur f’kull każ, iżda fi kwalunkwe każ mhux wara t-30 ta’ Settembru 2021.

2.   Minkejja l-Artikolu 7(7) u l-Anness III tad-Direttiva 2005/65/KE, il-limiti ta’ żmien ta’ 18-il xahar għat-tlestija ta’ eżerċizzji ta’ taħriġ li, skont dak l-Anness, altrimenti kienu jiskadu jew li kienu nkella jiskadu bejn l-1 ta’ Settembru 2020 u t-30 ta’ Ġunju 2021, għandhom jitqiesu li huma, jew li ġew estiżi b’10 xhur f’kull każ, iżda fi kwalunkwe każ mhux lil hinn mit-30 ta’ Settembru 2021.

3.   Meta Stat Membru jqis li t-twettiq tar-rieżami tal-valutazzjonijiet tas-sigurtà portwarja jew tal-pjanijiet tas-sigurtà portwarja jew it-twettiq ta’ eżerċizzji ta’ taħriġ x’aktarx li jibqa’ mhux prattikabbli wara t-30 ta’ Ġunju 2021, minħabba miżuri li jkun ħa biex jipprevjeni jew biex irażżan it-tixrid tal-COVID-19, dak l-Istat Membru jista’ jippreżenta talba motivata għal awtorizzazzjoni biex japplika għal estensjoni tal-perjodi u tal-iskadenzi speċifikati fil-paragrafi 1 u 2, kif rilevanti. Dik it-talba tista’ tikkonċerna l-perjodu bejn l-1 ta’ Settembru 2020 u t-30 ta’ Ġunju 2021, l-iskadenzi jew il-perjodi ta’ 10 xhur speċifikati fil-paragrafi 1 u 2 rispettivament, jew kwalunkwe kombinazzjoni tagħhom. It-talba għandha tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Mejju 2021.

4.   Meta, fuq talba ppreżentata skont il-paragrafu 3, il-Kummissjoni ssib li r-rekwiżiti stabbiliti f’dak il-paragrafu huma ssodisfati u li l-estensjoni mitluba ma twassalx għal riskji sproporzjonati f’termini ta’ sikurezza u sigurtà tat-trasport, hija għandha tadotta deċiżjoni li tawtorizza lill-Istat Membru kkonċernat japplika estensjoni tal-perjodi u tal-iskadenzi speċifikati fil-paragrafi 1 u 2 rispettivament, kif iġġustifikat f’kull każ. L-estensjoni għandha tkun limitata biex tirrifletti l-perjodu li matulu t-tlestija tar-rieżami tal-valutazzjonijiet tas-sigurtà portwarja jew tal-pjanijiet tas-sigurtà portwarja jew it-tlestija ta’ eżerċizzji ta’ taħriġ x’aktarx li tibqa’ mhux prattikabbli u, fi kwalunkwe każ, ma għandhiex tkun itwal minn sitt xhur.

Il-Kummissjoni għandha tippubblika dik id-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

5.   Fejn Stat Membru ma kienx, u x’aktarx ma jkunx, ikkonfrontat b’diffikultajiet li għamlu t-twettiq tar-rieżami tal-valutazzjonijiet tas-sigurtà portwarja jew tal-pjanijiet tas-sigurtà portwarja jew it-twettiq ta’ eżerċizzji ta’ taħriġ mhux prattikabbli matul il-perjodu bejn l-1 ta’ Settembru 2020 u t-30 ta’ Ġunju 2021, bħala konsegwenza taċ-ċirkostanzi straordinarji kkawżati mill-persistenza tal-kriżi tal-COVID-19, jew ħa miżuri nazzjonali xierqa biex inaqqas dawn id-diffikultajiet, dak l-Istat Membru jista’ jiddeċiedi li ma japplikax il-paragrafi 1 u 2. L-Istat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni dwar id-deċiżjoni tiegħu sat-3 ta’ Marzu 2021. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħrajn dwar dan u għandha tippubblika avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 18

Deċiżjonijiet adottati skont ir-Regolament (UE) 2020/698

Dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa d-drittijiet tal-Istati Membri skont id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni, adottati b’konformità mal-Artikolu 2(6), mal-Artikolu 3(3), mal-Artikolu 4(5), mal-Artikolu 11(4), mal-Artikolu 16(6) u mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament (UE) 2020/698, sa fejn dawk id-deċiżjonijiet jirregolaw, fir-rigward tas-suġġett u l-perjodi ta’ żmien rilevanti, l-istess każijiet bħal dan ir-Regolament u jipprevedu estensjonijiet lil hinn minn dawk previsti f’dan ir-Regolament.

Fejn dawk id-deċiżjonijiet jirregolaw, fir-rigward tas-suġġett u l-perjodi ta’ żmien rilevanti, l-istess każijiet bħal dan ir-Regolament u ma jipprovdux għal estensjonijiet lil hinn minn dawk previsti f’dan ir-Regolament, għandu japplika dan ir-Regolament.

Artikolu 19

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mis-6 ta’ Marzu 2021.

Madankollu, l-Artikolu 2(9), l-Artikolu 3(5), l-Artikolu 4(6), l-Artikolu 5(5), l-Artikolu 7(5), l-Artikolu 8(5), l-Artikolu 9(5), l-Artikolu 10(5), l-Artikolu 11(5), l-Artikolu 12(6), l-Artikolu 14(4), l-Artikolu 15(5), l-Artikolu 16(5) u l-Artikolu 17(5) għandhom japplikaw mit-23 ta’ Frar 2021.

L-ewwel, it-tieni u t-tielet paragrafi ta’ dan l-Artikolu ma jaffettwawx l-effetti retroattivi previsti fl-Artikoli 2 sa 18.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Frar 2021.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

D.M. SASSOLI

Għall-Kunsill

Il-President

A. P. ZACARIAS


(1)  L-opinjoni tas-27 ta’ Jannar 2021 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Frar 2021 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-15 ta’ Frar 2021.

(3)  Ir-Regolament (UE) 2020/698 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Mejju 2020 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi u temporanji fid-dawl tat-tifqigħa tal-COVID-19 u rigward it-tiġdid jew l-estensjoni ta’ ċerti ċertifikati, liċenzji u awtorizzazzjonijiet u l-posponiment ta’ ċerti kontrolli perjodiċi u taħriġ perjodiku f’ċerti oqsma tal-leġislazzjoni dwar it-trasport (ĠU L 165, 27.5.2020, p. 10).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1236 tal-25 ta’ Awwissu 2020 li tawtorizza lin-Netherlands japplikaw estensjoni għal ċerti perjodi speċifikati fl-Artikoli 2 u 3 tar-Regolament (UE) 2020/698 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 282, 31.8.2020, p. 19); Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1235 tas-26 ta’ Awwissu 2020 li tawtorizza lill-Greċja tapplika estensjoni għal ċerti perjodi speċifikati fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2020/698 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 282, 31.8.2020, p. 17); Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1219 tal-20 ta’ Awwissu 2020 li tawtorizza lill-Italja tapplika estensjoni għal ċerti perjodi speċifikati fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2020/698 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 277, 26.8.2020, p. 16); Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1240 tal-21 ta’ Awwissu 2020 li tawtorizza lill-Bulgarija tapplika estensjoni għal perjodu speċifikat fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2020/698 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 1.9.2020, p. 7); Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1282 tal-31 ta’ Awwissu 2020 li tawtorizza lil Franza biex tapplika estensjoni għal ċerti perjodi speċifikati fl-Artikoli 11, 16 u 17 tar-Regolament (UE) 2020/698 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 301, 15.9.2020, p. 9); Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1237 tal-25 ta’ Awwissu 2020 li tawtorizza lir-Renju Unit japplika estensjoni għal ċerti perjodi speċifikati fl-Artikoli 3 u 11 tar-Regolament (UE) 2020/698 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 282, 31.8.2020, p. 22).

(5)  Id-Direttiva 2003/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2003 dwar il-kwalifika inizjali u taħriġ perjodiku ta’ sewwieqa ta’ ċerti vetturi tat-triq għat-trasport ta’ prodotti jew passiġġieri, li temenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 u d-Direttiva tal-Kunsill 91/439/KEE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 76/914/KEE (ĠU L 226, 10.9.2003, p. 4).

(6)  Id-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar il-liċenzji tas-sewqan (ĠU L 403, 30.12.2006, p. 18).

(7)  Ir-Regolament (UE) Nru 165/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Frar 2014 dwar takografi fit-trasport bit-triq, li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 dwar apparat ta’ reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport bit-triq (ĠU L 60, 28.2.2014, p. 1).

(8)  Ir-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 u (KE) Nru 2135/98 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 (ĠU L 102, 11.4.2006, p. 1).

(9)  Id-Direttiva 2002/15/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2002 dwar l-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol ta’ ħaddiema li jwettqu attivitajiet mobbli tat-trasport fit-toroq (ĠU L 80, 23.3.2002, p. 35).

(10)  Id-Direttiva 2014/45/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar testijiet perjodiċi tal-affidabbiltà stradali għal vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom u li tħassar id-Direttiva 2009/40/KE (ĠU L 127, 29.4.2014, p. 51).

(11)  Ir-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kondizzjonijiet li għandhom jiġu rispettati għall-eżerċizzju tal-professjoni ta’ operatur tat-trasport bit-triq u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/26/KE (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 51).

(12)  Ir-Regolament (KE) Nru 1072/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tat-trasport bit-triq tal-merkanzija (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 72).

(13)  Ir-Regolament (KE) Nru 1073/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 561/2006 (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 88).

(14)  Id-Direttiva (UE) 2016/798 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar is-sikurezza ferrovjarja (ĠU L 138, 26.5.2016, p. 102).

(15)  Id-Direttiva (UE) 2020/700 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-25 ta’ Mejju 2020 li temenda d-Direttivi (UE) 2016/797 u (UE) 2016/798, fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodu tat-traspożizzjoni tagħhom (ĠU L 165, 27.5.2020, p. 27).

(16)  Id-Direttiva 2004/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-29 ta’ April 2004 fuq is-sigurtà tal-linji tal-ferrovija tal-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 95/18/KE fuq l-għoti tal-liċenzi tal-impriżi tal-linji tal-ferrovija u d-Direttiva 2001/14/KE fuq l-allokazzjoni tal-kapaċità tal-infrastruttura tal-linji tal-ferrovija u l-intaxxar tal-piżijiet għall-użu tal-infrastruttura tal-linji tal-ferrovija u ċ-ċertifikazzjoni tas-sigurtà (Id-Direttiva tas-Sigurtà Tal-Linji tal-Ferrovija) (ĠU L 164, 30.4.2004, p. 44).

(17)  Id-Direttiva 2007/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007 dwar iċ-ċertifikazzjoni ta’ sewwieqa tal-ferroviji li joperaw lokomotivi u ferroviji fuq is-sistema ferrovjarja tal-Komunità (ĠU L 315, 3.12.2007, p. 51).

(18)  Id-Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 li tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea (ĠU L 343, 14.12.2012, p. 32).

(19)  Id-Direttiva tal-Kunsill 96/50/KE tat-23 ta’ Lulju 1996 dwar l-armonizzazzjoni tal-kondizzjonijiet għall-akkwist taċ-ċertifikati nazzjonali tas-sidien tad-dgħajjes għat-trasport ta’ merkanzija u passiġġieri permezz ta’ passaġġi tal-ilma interni fil-Komunità (ĠU L 235, 17.9.1996, p. 31).

(20)  Id-Direttiva (UE) 2016/1629 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-14 ta’ Settembru 2016 li tistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni, li temenda d-Direttiva 2009/100/KE u li tħassar id-Direttiva 2006/87/KE (ĠU L 252, 16.9.2016, p. 118).

(21)  Id-Direttiva 2006/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 li tistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 82/714/KEE (ĠU L 389, 30.12.2006, p. 1).

(22)  Ir-Regolament (KE) Nru 725/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 dwar it-titjib tas-sigurtà fuq il-vapuri u fil-faċilitajiet tal-portijiet (ĠU L 129, 29.4.2004, p. 6).

(23)  Id-Direttiva 2005/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2005 dwar it-titjib tas-sigurtà fil-portijiet (ĠU L 310, 25.11.2005, p. 28).

(24)  ĠU L 29, 31.1.2020, p. 7.