15.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 50/4


IR-REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/171

tat-12 ta’ Frar 2021

li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/626 fir-rigward tal-listi ta’ pajjiżi terzi u reġjuni tagħhom li minnhom hu awtorizzat id-dħul ta’ kunsinni ta’ insetti fl-Unjoni

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 127(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2017/625 jistabbilixxi regoli għall-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri sabiex jivverifikaw il-konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam, fost l-oħrajn, tas-sikurezza tal-ikel fl-istadji kollha tal-proċess tal-produzzjoni, tal-ipproċessar u tad-distribuzzjoni. B’mod partikolari, jipprevedi li ċerti annimali u oġġetti jridu jidħlu fl-Unjoni biss minn pajjiż terz jew minn reġjun tiegħu li jidher f’lista mfassla mill-Kummissjoni għal dak l-iskop.

(2)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/625 (2) jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625. B’mod partikolari, l-Artikolu 3 ta’ dak ir-Regolament Delegat jistabbilixxi regoli dwar ċerti annimali u oġġetti li huma awtorizzati jidħlu fl-Unjoni biss minn pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom inklużi fil-lista għal tali annimali u oġġetti stabbilita fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/626 (3) [kif awtorizzat għad-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ ċerti annimali u oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem].

(3)

L-Artikolu 20 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/626 jipprevedi li l-kunsinni ta’ insetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem għandhom jiġu awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni biss jekk tali prodotti tal-ikel ikunu oriġinaw u jkunu ġew ikkunsinnati minn pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom, elenkati fl-Anness IIIa ta’ dak ir-Regolament. Jenħtieġ li l-pajjiżi terzi u r-reġjuni tagħhom jingħataw awtorizzazzjoni għad-dħul ta’ kunsinni ta’ insetti fl-Unjoni u jiġu elenkati fil-lista biss meta jipprovdu evidenza u garanziji xierqa li jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 127(3) tar-Regolament (UE) 2017/625 u fl-Artikolu 4 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/625.

(4)

Fil-15 ta’ Settembru 2020, il-Vjetnam ipprovda biżżejjed evidenza u garanziji lill-Kummissjoni biex jiġi inkluż fil-lista ta’ pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom awtorizzati għad-dħul ta’ kunsinni ta’ insetti fl-Unjoni. Għalhekk jenħtieġ li l-Vjetnam jiġi inkluż fil-lista stabbilita fl-Anness IIIa tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/626, u dak l-Anness jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

(5)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness IIIa tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/626 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Frar 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 95, 7.4.2017, p. 1.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/625 tal-4 ta’ Marzu 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ rekwiżiti għad-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ ċerti annimali u oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem (ĠU L 131, 17.5.2019, p. 18).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/626 tal-5 ta’ Marzu 2019 li jikkonċerna listi ta’ pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li minnhom hu awtorizzat id-dħul fl-Unjoni Ewropea ta’ ċerti annimali u oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem, u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/759 fir-rigward ta’ dawn il-listi (ĠU L 131, 17.5.2019, p. 31).


ANNESS

Fl-Anness IIIa tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/626, l-entrata li ġejja tiżdied wara l-entrata għat-Tajlandja:

“VN

Il-Vjetnam”