|
27.9.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 342/48 |
DIRETTIVA DELEGATA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1717
tad-9 ta’ Lulju 2021
li temenda d-Direttiva 2014/45/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-aġġornament ta’ ċerti nominazzjonijiet tal-kategorija ta’ vetturi u ż-żieda tal-eCall mal-lista tal-elementi ta’ test, il-metodi, ir-raġunijiet għal falliment u l-valutazzjoni tan-nuqqasijiet fl-Anness I u fl-Anness III ta’ dik id-Direttiva
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2014/45/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar testijiet perjodiċi tal-affidabbiltà stradali għal vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom u li tħassar id-Direttiva 2009/40/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 17 tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva 2014/45/UE tapplika għal vetturi b’veloċità skont id-disinn ta’ aktar minn 25 km/h tal-kategoriji mniżżla fl-Artikolu 2(1) ta’ dik id-Direttiva. Dawk il-kategoriji huma determinati b’referenza għad-Direttivi 2002/24/KE (2), 2003/37/KE (3) u 2007/46/KE (4) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |
|
(2) |
Id-Direttivi 2002/24/KE, 2003/37/KE u 2007/46/KE tħassru, rispettivament, mir-Regolamenti (UE) Nru 168/2013 (5), (UE) Nru 167/2013 (6) u (UE) 2018/858 (7) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |
|
(3) |
Minħabba l-bidliet fin-nominazzjonijiet tal-kategoriji tal-vetturi li jirriżultaw mit-tħassir tad-Direttiva 2002/24/KE u 2003/37/KE, jenħtieġ li jiġu adattati ċerti nominazzjonijiet tal-kategoriji tal-vetturi msemmija fid-Direttiva 2014/45/UE. Dawk l-aġġornamenti ma jaffettwax il-kamp ta’ applikazzjoni u l-frekwenza tal-ittestjar. |
|
(4) |
Ir-Regolament (UE) 2015/758 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) jistabbilixxi obbligu li ċerti tipi ġodda ta’ vetturi jiġu mgħammra b’sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq in-numru 112 installata b’mod permanenti, b’effett mill-31 ta’ Marzu 2018. |
|
(5) |
Is-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq in-numru 112, bħala sistema ta’ emerġenza, teħtieġ l-ogħla livell possibbli ta’ affidabbiltà. Jenħtieġ li jkunu żgurati l-akkuratezza tas-sett minimu ta’ data u tat-trasmissjoni tal-vuċi, u l-kwalità, u jenħtieġ li tiġi żviluppata sistema ta’ ttestjar uniformi biex tkun żgurata l-lonġevità u d-durabbiltà tas-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq in-numru 112. Għalhekk, jenħtieġ li jitwettqu testijiet perjodiċi tal-affidabbiltà stradali għall-eCall b’mod regolari f’konformità mad-Direttiva 2014/45/UE. Jenħtieġ li jiżdied punt ġdid relatat ma’ tali test fit-Tabella 3 tal-Anness I ta’ dik id-Direttiva. |
|
(6) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Direttiva 2014/45/UE tiġi emendata skont dan, |
ADDOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Id-Direttiva 2014/45/UE hija emendata kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
L-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:
|
|
(3) |
L-Annessi I u III huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ din id-Direttiva. |
Artikolu 2
Traspożizzjoni
1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard mis-27 ta’ Settembru 2022, il-liġijiet, ir-regolamenti u l-miżuri amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.
Għandhom japplikaw il-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw mal-Artikolu 1 l-punt (2) tal-Anness ta’ din id-Direttiva mis-27 ta’ Settembru 2022.
Għandhom japplikaw il-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw mal-punt 1 tal-Anness ta’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-20 ta’ Mejju 2023.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom jinkludu dik ir-referenza meta jiġu pubblikati uffiċjalment. Il-metodi kif issir dik ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tad-dritt nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 3
Id-dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Destinatarji
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Lulju 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) Id-Direttiva 2009/40/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 dwar testijiet tal-kondizzjoni ta’ vetturi u tal-karrijiet tagħhom għat-triq (ĠU L 141, 6.6.2009, p. 12).
(2) Id-Direttiva 2002/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Marzu 2002 li għandha x’taqsam mal-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur b’żewġ roti jew bi tlieta u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 92/61/KEE (ĠU L 124, 9.5.2002, p. 1).
(3) Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 2003/37/KE tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ tratturi għall-agrikoltura jew għall-foresti, il-karrijiet tagħhom u makkinarju rmunkat interkambjabbli, flimkien mas-sistemi tagħhom, komponenti u unitajiet tekniċi separati u r-revoka tad-Direttiva 74/150/KEE (ĠU L 171, 9.7.2003, p. 1).
(4) Id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1).
(5) Ir-Regolament (UE) Nru 168/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2013 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi b’żewġ jew tliet roti u kwadriċikli (ĠU L 60, 2.3.2013, p. 52).
(6) Ir-Regolament (UE) Nru 167/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Frar 2013 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi għall-agrikoltura u għall-forestrija (ĠU L 60, 2.3.2013, p. 1).
(7) Ir-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta' vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 715/2007 u (KE) Nru 595/2009 u li jħassar id-Direttiva 2007/46/KE (ĠU L 151, 14.6.2018, p. 1).
(8) Ir-Regolament (UE) 2015/758 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2015 li jikkonċerna rekwiżiti għall-approvazzjoni skont it-tip għall-iskjerament tas-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq is-servizz 112 u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE (ĠU L 123, 19.5.2015, p. 77).
ANNESS
L-Annessi I u III huma emendati kif ġej:
|
(1) |
fil-punt 3 tal-Anness I, il-punt li ġej jiżdied mat-Taqsima 7:
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(2) |
fl-Anness III, il-punt 4 tat-Tabella I huwa emendat kif ġej:
|