2.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

LI 430/16


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2021/2125

tat-2 ta’ Diċembru 2021

li timplimenta d-Deċiżjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK tal-15 ta’ Ottubru 2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-15 ta’ Ottubru 2012, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja.

(2)

Fil-21 u t-22 ta’ Ottubru 2021, il-Kunsill Ewropew adotta l-konklużjonijiet fejn iddikjara li mhu ser jaċċetta l-ebda tentattiv minn pajjiżi terzi biex jistrumentalizzaw lill-migranti għal finijiet politiċi, ikkundanna kull attakk ibridu fil-fruntieri tal-Unjoni u afferma li ser jirreaġixxi kif xieraq. Huwa ssottolinja li l-Unjoni ser tkompli tiġġieled l-attakk ibridu li għaddej imniedi mir-reġim Belarussu, inkluż billi tadotta, b’mod urġenti, aktar miżuri restrittivi kontra persuni u entitajiet legali, f’konformità mal-approċċ gradwali tagħha.

(3)

Fid-Deċiżjoni tiegħu (PESK) 2021/1990 (2) tal-15 ta’ Novembru 2021, il-Kunsill emenda l-kriterji ta’ deżinjazzjoni fid-Deċiżjoni 2012/642/PESK biex tkun possibbli l-applikazzjoni ta’ miżuri restrittivi mmirati kontra persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi li jorganizzaw jew jikkontribwixxu għal attivitajiet mir-reġim ta’ Lukashenka li jiffaċilitaw il-qsim illegali tal-fruntieri esterni tal-Unjoni jew it-trasferiment ta’ oġġetti pprojbiti u t-trasferiment illegali ta’ oġġetti ristretti, inkluż oġġetti perikolużi, fit-territorju ta’ Stat Membru.

(4)

Minħabba l-gravità tas-sitwazzjoni fil-Belarussja, jenħtieġ li 17-il persuna u 11-il entità jinżiedu mal-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi li jinsabu fl-Anness għad-Deċiżjoni 2012/642/PESK.

(5)

Għaldaqstant jenħtieġ li l-Anness għad-Deċiżjoni 2012/642/PESK jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness I għad-Deċiżjoni 2012/642/PESK huwa b’dan emendat kif jinsab fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Diċembru 2021.

Għall-Kunsill

Il-President

J. VRTOVEC


(1)  ĠU L 285, 17.10.2012, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/1990 tal-15 ta’ Novembru 2021 li temenda d-Deċiżjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja (ĠU L 405, 16.11.2021, p. 10).


ANNESS

L-Anness I għad-Deċiżjoni 2012/642/PESK huwa emendat kif ġej:

(1)

il-persuni fiżiċi li ġejjin jiżdiedu fit-tabella “A. Persuni fiżiċi msemmijin fl-Artikoli 3(1) u 4(1)”:

 

Ismijiet

Trażlitterazzjoni tal-ortografija Belarussa

Trażlitterazzjoni tal-ortografija Russa

Ismijiet

(ortografija Belarussa)

(ortografija Russa)

Informazzjoni ta’ identifikazzjoni

Raġunijiet għall-elenkar

Data tal-elenkar

“167.

Ihar Anatolevich KRUCHKOU

Igor Anatolevich KRIUCHKOV

Iгар Анатольевiч КРУЧКОЎ

Игорь Анатольевич КРЮЧКОВ

Kap tas-Servizz Separat għal Miżuri Attivi (ASAM) tal-Forzi Speċjali tal-Kumitat tal-Istat għall-Fruntieri

Data tat-twelid: 13.4.1976

Sess: raġel

Nazzjonalità: Belarussa

ID personali: 3130476M077PB6

Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Kap tas-Servizz Separat għal Miżuri Attivi (ASAM) tal-Forzi Speċjali tal-Kumitat tal-Istat għall-Fruntieri, Ihar Kruchkou huwa responsabbli għall-azzjonijiet tal-forzi taħt il-kmand tiegħu, li huma involuti fit-trasportazzjoni fiżika tal-migranti ġewwa l-Belarussja lejn il-fruntiera bejn il-Belarussja u l-Istati Membri tal-Unjoni. L-ASAM titlob lill-migranti trasportati ħlas biex jaqsmu l-fruntiera. Dawk l-azzjonijiet huma implimentati bħala parti mill-operazzjoni “Gate”.

Huwa għaldaqstant qed jikkontribwixxi għal attivitajiet tar-reġim ta’ Lukashenka li jiffaċilitaw il-qsim illegali tal-fruntieri esterni tal-Unjoni.

2.12.2021

168.

Anatol Piatrovich LAPO

Anatoliy Petrovich LAPPO

Анатоль Пятровiч ЛАПО/ЛАППО

Анатолии Петрович ЛАППО

Logutenent Ġeneral, President tal-Kumitat tal-Istat għall-Fruntieri tar-Repubblika tal-Belarussja (maħtur fid-29 ta’ Diċembru 2016), Delegat Kap fil-Fruntieri tal-Istat

Data tat-twelid: 24.5.1963

Post tat-twelid: Kulakovka, Reġjun/Oblast ta’ Mogilev, eks USSR (issa l-Belarussja)

Sess: raġel

Nazzjonalità: Belarussa

Numru tal-passaport: MP4098888

ID personali: 3240563K033PB5

Fil-pożizzjoni tiegħu bħala President tal-Kumitat tal-Istat għall-Fruntieri, Anatol Lapo huwa responsabbli għall-azzjonijiet tal-korpi ta’ kontroll fuq il-fruntiera taħt il-kmand tiegħu, f’liema korpi l-gwardjani tal-fruntiera ġew dokumentati li qed jidderieġu, jiggwidaw jew jisfurzaw lill-migranti jaqsmu illegalment il-fruntiera bejn il-Belarussja u l-Istati Membri tal-Unjoni, u li n-nuqqas intenzjonat tagħhom li jwettqu dmirijiethom sew jiffaċilita t-tentattivi mill-migranti li jaqsmu dik il-fruntiera.

Huwa għaldaqstant responsabbli għall-organizzazzjoni ta’ attivitajiet mir-reġim ta’ Lukashenka li jiffaċilitaw il-qsim illegali tal-fruntieri esterni tal-Unjoni.

2.12.2021

169.

Kanstantsin Henadzevich MOLASTAU

Konstantin Gennadevich MOLOSTOV

Канстанцiн Генадзьевiч МОЛАСТАЎ

Константин Геннадьевич МОЛОСТОВ

Kurunell, Kap tal-Grupp tal-Fruntiera ta’ Grodno (maħtur fl-1 ta’ Ottubru 2014), Unità Militari 2141, Delegat fil-Fruntieri tal-Istat

Data tat-twelid: 30.5.1970

Post tat-twelid: Krasnoarmeysk, Reġjun ta’ Saratov, Federazzjoni Russa

Sess: raġel

Nazzjonalità: Belarussa

Numru tal-passaport: KH2479999 ID personali: 3300570K025PB3

Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Kap tal-Grupp tal-Fruntiera ta’ Grodno, Kanstantsin Molastau huwa responsabbli għall-azzjonijiet tal-gwardjani tal-fruntiera taħt il-kmand tiegħu. In-nuqqas intenzjonat tal-Grupp tal-Fruntiera ta’ Grodno li jwettaq dmirijietu sew jiffaċilita t-tentattivi mill-migranti li jaqsmu l-fruntiera mal-Istati Membri tal-Unjoni.

Huwa għaldaqstant qed jikkontribwixxi għal attivitajiet tar-reġim ta’ Lukashenka li jiffaċilitaw il-qsim illegali tal-fruntieri esterni tal-Unjoni.

2.12.2021

170.

Pavel Mikalaevich KHARCHANKA

Pavel Nikolaevich KHARCHENKO

Павел Мiкалаевiч Харчанка

Павел Николаевич ХАРЧЕНКО

Kap tat-Taqsima Distakkata tal-Fruntiera ta’ Polotsk

Data tat-twelid: 29.3.1981

Post tat-twelid: Chita, eks USSR (issa l-Federazzjoni Russa)

Sess: raġel

Nazzjonalità: Belarussa

Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Kap tat-Taqsima Distakkata tal-Fruntiera ta’ Polotsk, Pavel Kharchanka huwa responsabbli għall-azzjonijiet tal-gwardjani tal-fruntiera taħt il-kmand tiegħu. In-nuqqas intenzjonat tat-Taqsima Distakkata tal-Fruntiera ta’ Polotsk li twettaq dmirijietha sew jiffaċilita t-tentattivi mill-migranti li jaqsmu l-fruntiera mal-Istati Membri tal-Unjoni.

Huwa għaldaqstant qed jikkontribwixxi għal attivitajiet tar-reġim ta’ Lukashenka li jiffaċilitaw il-qsim illegali tal-fruntieri esterni tal-Unjoni.

2.12.2021

171.

Ihar Mikalaevich GUTNIK

Igor Nikolaevich GUTNIK

Iгар Мiкалаевiч ГУТНIК

Игорь Николаевич ГУТНИК

Kap tal-Grupp tal-Fruntiera ta’ Brest, kurunell

Data tat-twelid: 17.12.1974

Post tat-twelid: ir-raħal ta’ Zabolotye, Distrett ta’ Smolevichi, Reġjun/Oblast ta’ Minsk, eks USSR (issa l-Belarussja)

Indirizz: 90 Heroes of Defense of the Brest Fortress St., 224018, Brest, Belarus

Sess: raġel

Nazzjonalità: Belarussa

Numru tal-passaport: BM1962867

Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Kap tal-Grupp tal-Fruntiera ta’ Brest, Ihar Gutnik, li fl-2018 sar deputat fil-Kunsill Reġjonali ta’ Brest bħala wieħed mill-kandidati leali għal Lukashenka, huwa responsabbli għall-azzjonijiet tal-gwardjani tal-fruntiera taħt il-kmand tiegħu. In-nuqqas intenzjonat tal-Grupp tal-Fruntiera ta’ Brest li jwettaq dmirijietu sew jiffaċilita t-tentattivi mill-migranti li jaqsmu l-fruntiera mal-Istati Membri tal-Unjoni.

Huwa għaldaqstant qed jikkontribwixxi għal attivitajiet tar-reġim ta’ Lukashenka li jiffaċilitaw il-qsim illegali tal-fruntieri esterni tal-Unjoni.

2.12.2021

172.

Aliaksandr Barysavich DAVIDZIUK

Aleksandr Borisovich DAVIDIUK

Аляксандр Барысавiч ДАВIДЗЮК

Александр Борисович ДАВИДЮК

Kurunell, Kap tat-Taqsima Distakkata tal-Fruntiera ta’ Lida, Unità Militari 1234 (maħtur fis-27 ta’ Settembru 2016), Delegat fil-Fruntieri tal-Istat

Membru tal-Kunsill tad-Deputati tad-Distrett ta’ Lida tat-28 konvokazzjoni (ħa l-kariga fit-2 ta’ Frar 2018)

Data tat-twelid: 4.5.1973

Post tat-twelid: Novograd-Volynsky, reġjun ta’ Zhytomyr, eks USSR (issa l-Ukrajna)

Sess: raġel

Nazzjonalità: Belarussa

Numru tal-passaport: KH2613034

ID personali: 3040573E050PB7

Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Kap tat-Taqsima Distakkata tal-Fruntiera ta’ Lida, Aliaksandr Davidziuk huwa responsabbli għall-azzjonijiet tal-gwardjani tal-fruntiera taħt il-kmand tiegħu. In-nuqqas intenzjonat tat-Taqsima Distakkata tal-Fruntiera ta’ Lida li twettaq dmirijietha sew jiffaċilita t-tentattivi mill-migranti li jaqsmu l-fruntiera mal-Istati Membri tal-Unjoni. Huwa għaldaqstant qed jikkontribwixxi għal attivitajiet tar-reġim ta’ Lukashenka li jiffaċilitaw il-qsim illegali tal-fruntieri esterni tal-Unjoni.

2.12.2021

173.

Maksim Viktaravich BUTRANETS

Maxim Viktorovich BUTRANETS

Максiм Вiктаравiч БУТРАНЕЦ

Максим Викторович БУТРАНЕЦ

Kap tal-Grupp tal-Fruntiera ta’ Smorgon, Unità Militari 2044 (maħtur f’Marzu 2018), Delegat fil-Fruntieri tal-Istat

Data tat-twelid: 12.12.1978

Post tat-twelid: Sverdlovsk, eks USSR (issa l-Federazzjoni Russa)

Sess: raġel

Nazzjonalità: Belarussa

Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Kap tal-Grupp tal-Fruntiera ta’ Smorgon, Maksim Butranets huwa responsabbli għall-azzjonijiet tal-gwardjani tal-fruntiera taħt il-kmand tiegħu. In-nuqqas intenzjonat tal-Grupp tal-Fruntiera ta’ Smorgon li jwettaq dmirijietu sew jiffaċilita t-tentattivi mill-migranti li jaqsmu l-fruntiera mal-Istati Membri tal-Unjoni. Maksim Butranets iddikjara wkoll li l-għadd ta’ migranti fil-fruntiera bejn il-Belarussja u l-Litwanja baqa’ fil-livell tas-soltu, minkejja ż-żieda sostanzjali osservata min-naħa tal-Litwanja. Huwa għaldaqstant qed jikkontribwixxi għal attivitajiet tar-reġim ta’ Lukashenka li jiffaċilitaw il-qsim illegali tal-fruntieri esterni tal-Unjoni.

2.12.2021

174.

Anatol Anatolyevich GLAZ

Anatoliy Anatolyevich GLAZ

Анатоль Анатольевiч ГЛАЗ

Анатолий Анатольевич ГЛАЗ

Kap tad-Dipartiment tal-Informazzjoni u tad-Diplomazija Diġitali (kelliem) tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin tal-Belarussja

Data tat-twelid: 31.7.1982

Sess: raġel

Nazzjonalità: Belarussa

Anatol Glaz ilu Kap tad-Dipartiment tal-Informazzjoni u tad-Diplomazija Diġitali u Kelliem tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin tal-Belarussja mill-11 ta’ Ġunju 2018. F’din il-kapaċità, għamel għadd ta’ dikjarazzjonijiet pubbliċi, fejn appoġġa l-politika tar-reġim ta’ Lukashenka fl-aktar tentattivi reċenti tiegħu biex jiffaċilita l-qsim illegali tal-fruntieri esterni ta’ Stati Membri tal-Unjoni. Huwa ddefenda wkoll pubblikament l-inżul furzat tat-titjira tal-passiġġieri FR4978 fl-ajruport ta’ Minsk mingħajr ġustifikazzjoni xierqa fit-23 ta’ Mejju 2021. Din id-deċiżjoni politikament motivata kellha l-għan tal-arrest u d-detenzjoni tal-ġurnalist tal-oppożizzjoni Raman Pratasevich u Sofia Sapega u hija forma ta’ repressjoni kontra s-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fil-Belarussja.

Huwa għalhekk qed jappoġġa r-reġim ta’ Lukashenka.

2.12.2021

175.

Siarhei Aliaksandravich EPIKHAU

Sergei Aleksandrovich EPIKHOV

Сяргей Аляксандравiч ЕПIХАЎ

Сергей Александрович ЕПИХОВ

Imħallef fil-Qorti Reġjonali ta’ Minsk

Data tat-twelid: 16.5.1966

Indirizz: 38 Timoshenko St., apt. 198, Minsk, Belarus;

59 L.Tolstoy St., apt. 80, Vileika, Belarus;

14 Kedyshko St., apt. 11, Minsk, Belarus

Sess: raġel

Nazzjonalità: Belarussa

ID personali: 3160566B046PB4

Fil-pożizzjoni tiegħu bħala mħallef fil-Qorti Reġjonali ta’ Minsk Siarhei Epikhau huwa responsabbli għal deċiżjonijiet politikament motivati kontra mexxejja tal-oppożizzjoni u attivisti, b’mod partikolari għas-sentenzjar ta’ Maria Kolesnikova u Maksim Znak, li huma meqjusa bħala priġunieri politiċi mill-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem. Waqt proċessi mwettqa taħt is-superviżjoni tiegħu, kien hemm rapporti ta’ ksur tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt ta’ proċess ġust.

Għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u d-dgħajfien serju tal-istat tad-dritt, kif ukoll għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika.

2.12.2021

176.

Ihar Viachaslavavich LIUBAVITSKI

Igor Viacheslavovich LIUBOVITSKI

Iгар Вячаслававiч ЛЮБАВIЦКI

Игорь Вячеславович ЛЮБОВИЦКИЙ

Imħallef fil-Qorti Suprema tar-Repubblika tal-Belarussja

Data tat-twelid: 21.7.1983

Indirizz: Vogel 1K St., apt. 17, Minsk, Belarus

Sess: raġel

Nazzjonalità: Belarussa

ID personali: 3210783C002PB2

Fil-pożizzjoni tiegħu bħala mħallef fil-Qorti Suprema tar-Repubblika tal-Belarussja, Ihar Liubavitski huwa responsabbli għal deċiżjonijiet politikament motivati kontra mexxejja tal-oppożizzjoni, attivisti u ġurnalisti, b’mod partikolari għas-sentenzjar tal-kandidat presidenzjali tal-oppożizzjoni Viktar Babarika, li hu meqjus bħala priġunier politiku mill-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem.

Għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u d-dgħajfien serju tal-istat tad-dritt, kif ukoll għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika.

2.12.2021

177.

Siarhei Siarheevich GIRGEL

Sergei Sergeevich GIRGEL

Сяргей Сяргеевiч ГIРГЕЛЬ

Сергей Сергеевич ГИРГЕЛЬ

Prosekutur Anzjan tad-Dipartiment tal-Prosekuzzjoni Pubblika tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali

Data tat-twelid: 16.6.1978

Indirizz: 16 Lidskaya St., apt. 165, Minsk, Belarus

Sess: raġel

Nazzjonalità: Belarussa

ID personali: 3160678H018PB5

Fil-pożizzjoni tiegħu bħala l-Prosekutur Anzjan tad-Dipartiment tal-Prosekuzzjoni Pubblika tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali, Siarhei Girgel irrappreżenta r-reġim ta’ Lukashenka f’kawżi politikament motivati kontra mexxejja tal-oppożizzjoni u membri tas-soċjetà ċivili. B’mod partikolari huwa ħarrek lill-kandidat presidenzjali tal-oppożizzjoni Viktar Babarika, li hu rikonoxxut bħala priġunier politiku mill-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem. Siarhei Girgel kontinwament talab lill-imħallef għal sentenzi ta’ ħabs fit-tul.

Għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u d-dgħajfien serju tal-istat tad-dritt, kif ukoll għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika.

2.12.2021

178.

Valiantsina Genadzeuna KULIK

Valentina Gennadevna KULIK

Валянцiна Генадзьеўна КУЛIК

Валентина Геннадьевна КУЛИК

Imħallef fil-Qorti Suprema tar-Repubblika tal-Belarussja

Data tat-twelid: 15.1.1960

Indirizz: 54 Angarskaya St., apt. 48, Minsk, Belarus

Sess: mara

Nazzjonalità: Belarussa

ID personali: 4150160A119PB2

Fil-pożizzjoni tagħha bħala mħallef fil-Qorti Suprema tar-Repubblika tal-Belarussja, Valiantsina Kulik hija responsabbli għal deċiżjonijiet politikament motivati kontra attivisti u mexxejja tal-oppożizzjoni. B’mod partikolari hija ċaħdet l-ilment ta’ Viktar Babarika biex tinbeda kawża ċivili abbażi tal-ilmenti tiegħu kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali li tirrifjuta r-reġistrazzjoni tiegħu bħala kandidat presidenzjali.

Għalhekk hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u d-dgħajfien serju tal-istat tad-dritt, kif ukoll għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika.

2.12.2021

179.

Andrei Andreevich PRAKAPUK

Andrey Andreevich PROKOPUK

Андрэй Андрэевiч ПРАКАПУК

Андрей Андреевич ПРОКОПУК

Viċi Direttur tad-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Finanzjarji tal-Kumitat tal-Kontroll tal-Istat tar-Repubblika tal-Belarussja

Kurunell tal-Pulizija Finanzjarja

Data tat-twelid: 22.7.1973

Post tat-twelid: Kobrin, reġjun ta’ Brest, il-Belarussja

Indirizz: 22 Mira St., apt. 88, Priluki, Minsk, Belarus

Sess: raġel

Nazzjonalità: Belarussa

ID personali: 3220773C061PB1

Fil-pożizzjoni tiegħu bħala l-Viċi Direttur tad-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Finanzjarji tal-Kumitat tal-Kontroll tal-Istat tar-Repubblika tal-Belarussja, Andrei Prakapuk huwa responsabbli għall-kampanji politikament motivati ta’ dak id-dipartiment kontra ġurnalisti u entitajiet tal-media indipendenti Belarussi. Huwa approva personalment deċiżjoni biex issir tfittxija tal-bini tal-entità tal-media indipendenti TUT.by u beda kawża tal-qorti kontra TUT.by u l-ġurnalisti impjegati minn TUT.by, kif ukoll imblokka l-aċċess għas-sit web ta’ TUT.by.

Għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u r-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika kif ukoll għad-dgħajfien serju tal-istat tad-dritt.

2.12.2021

180.

Ihar Anatolevich MARSHALAU

Igor Anatolevich MARSHALOV

Iгар Анатольевiч МАРШАЛАЎ

Игорь Анатольевич МАРШАЛОВ

Viċi President tal-Kumitat tal-Kontroll tal-Istat, Direttur tad-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Finanzjarji tal-Kumitat tal-Kontroll tal-Istat

Maġġur Ġeneral tal-Pulizija Finanzjarja

Data tat-twelid: 12.1.1972

Post tat-twelid: Shkolv, Reġjun/Oblast ta’ Mogilev, eks USSR (issa l-Belarussja)

Indirizz: 15 Shchukina St., Minsk, Belarus;

43 A Franciska St., apt. 41, Minsk, Belarus

Sess: raġel

Nazzjonalità: Belarussa

ID personali: 3120172H018PB4

Ihar Marshalau huwa l-Viċi President tal-Kumitat tal-Kontroll tal-Istat tal-Belarussja u d-Direttur tad-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Finanzjarji tal-Kumitat tal-Kontroll tal-Istat. F’dik il-pożizzjoni, huwa responsabbli għall-bidu tal-kawża politikament motivata dwar l-evażjoni tat-taxxa kontra l-entità tal-media TUT.by, allegatament ibbażata fuq l-Artikolu 243 tal-Kodiċi Kriminali tar-Repubblika tal-Belarussja, li thedded il-libertà tal-media fil-Belarussja. Huwa responsabbli wkoll għat-tfittxijiet li saru f’Mejju 2021 fl-uffiċċju ta’ TUT.by f’Minsk, fl-uffiċċji reġjonali u fid-djar ta’ diversi membri tal-persunal ta’ TUT.by.

Huwa responsabbli wkoll għad-detenzjoni ta’ membri tal-Belarus Press Club f’Diċembru 2020, it-tfittxija u l-konfiska ta’ oġġetti fl-uffiċċju tad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabbiltà inkluż l-interrogazzjoni vjolenti ta’ Aleh Hrableuski u Syarhei Drazdouski f’Jannar 2021, id-detenzjoni tal-membru tal-Kunsill ta’ Koordinazzjoni Liliya Ulasavau u l-akkużi ta’ evażjoni tat-taxxa kontriha, kif ukoll it-tfittxija u d-detenzjonijiet li affettwaw lill-impjegati tal-kumpannija tas-software PandaDoc, li kienet qed tmexxi l-inizjattiva “Protect Belarus” f’Settembru 2021

Għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u r-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika kif ukoll għad-dgħajfien serju tal-istat tad-dritt.

2.12.2021

181.

Hanna Mikhailauna SAKALOUSKAYA

Anna Mikhaylovna SOKOLOVSKAYA

Ганна Мiхайлаўна САКАЛОЎСКАЯ

Анна Михайловна СОКОЛОВСКАЯ

Imħallef tal-Collegium Ġudizzjarju għal Każijiet Ċivili fil-Qorti Suprema

Data tat-twelid: 18.9.1955

Indirizz: 22 Surhanava St., apt. 1, Minsk, Belarus

Sess: mara

Nazzjonalità: Belarussa

ID personali: 4180955A015P80

Fil-pożizzjoni tagħha bħala mħallef fil-Qorti Suprema tar-Repubblika tal-Belarussja, Hanna Sakalouskaya hija responsabbli għad-deċiżjoni politikament motivata biex tiġi likwidata il-Belarus PEN Center – organizzazzjoni tas-soċjetà ċivili Belarussa. Hija responsabbli wkoll għal deċiżjoni politikament motivata li wasslet għal-likwidazzjoni tal-Kumitat Helsinki tal-Belarussja (BHC), peress li fit-2 ta’ Settembru 2021 ċaħdet l-ilment mill-BHC dwar it-twissija mmirata lejn il-BHC mill-Ministeru għall-Ġustizzja Belarussu.

Għalhekk hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u d-dgħajfien serju tal-istat tad-dritt, kif ukoll għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika.

2.12.2021

182.

Marat Siarheevich MARKAU

Marat Sergeevich MARKOV

Марат Сяргеевiч МАРКАЎ

Марат Сергеевич МАРКОВ

President tal-Bord tat-Tmexxija tal-istazzjon televiżiv ikkontrollat mill-Istat ONT, preżentatur tal-programm “Markov: Nothing Personal”

Data tat-twelid: 1.5.1969

Post tat-twelid: Luninets, eks USSR (issa l-Belarussja)

Sess: raġel

Nazzjonalità: Belarussa

Marat Markau huwa l-President tal-Bord tat-Tmexxija tal-istazzjon televiżiv ikkontrollat mill-Istat ONT u l-preżentatur tal-programm “Markov: Nothing Personal”. F’din il-pożizzjoni huwa qed jagħti volontarjament informazzjoni falza lill-pubbliku Belarussu dwar l-eżitu tal-elezzjonijiet, il-protesti u r-repressjoni pperpetwata mill-awtoritajiet tal-Istat, u ċ-ċirkostanzi tal-inżul furzat tat-titjira tal-passiġġieri FR4978 fl-ajruport ta’ Minsk mingħajr ġustifikazzjoni xierqa fit-23 ta’ Mejju 2021. Huwa direttament responsabbli għall-mod li bih l-istazzjon ONT jippreżenta l-informazzjoni dwar is-sitwazzjoni fil-pajjiż, u b’hekk jagħti appoġġ lill-awtoritajiet, inkluż lil Lukashenka. Huwa għalhekk qed jappoġġa r-reġim ta’ Lukashenka.

Markov għamel l-ewwel intervista furzata ma’ Raman Pratasevich, wara li Pratasevich ġie detenut u skont rapporti numerużi ttorturat mill-awtoritajiet Belarussi. Markov ukoll hedded u intimida ħaddiema tal-ONT li kienu qed jisstrajkjaw wara l-elezzjonijiet presidenzjali frodulenti tal-2020 u r-repressjoni mill-awtoritajiet. Għaldaqstant huwa responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika

2.12.2021

183.

Dzmitry Siarheevich KARSIUK

Dmitriy Sergeevich KARSIUK

Дзмiтрый Сяргеевiч КАРСЮК

Дмитрий Сергеевич КАРСЮК

Imħallef fil-Qorti tad-Distrett Ċentrali tal-Belt ta’ Minsk

Data tat-twelid: 7.7.1995

Sess: raġel

Nazzjonalità: Belarussa

Fil-pożizzjoni tiegħu bħala mħallef fil-Qorti tad-Distrett Ċentrali tal-Belt ta’ Minsk, Dzmitriy Karsiuk huwa responsabbli għal bosta deċiżjonijiet motivati politikament kontra dimostranti, b’mod partikolari għall-kundanna ta’ Yahor Viarshynin, Pavel Lukoyanov, Artsiom Sakovich u Mikalai Shemetau, meqjusa priġunieri politiċi minn Viasna, organizzazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem Belarussa. Huwa ta kundanni ta’ kolonja penali, ħabs u detenzjoni domiċiljari lil nies talli ħadu sehem fi protesti paċifiċi, minħabba posts fuq il-media soċjali, l-użu tal-bandiera bajda, ħamra u bajda tal-Belarussja u eżerċizzji oħra ta’ libertajiet ċivili.

Għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u d-dgħajfien serju tal-istat tad-dritt, kif ukoll għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika.

2.12.2021”;

(2)

il-persuni ġuridiċi li ġejjin jiżdiedu fit-tabella “B. Persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi msemmija fl-Artikolu 4(1)":

 

Ismijiet

Trażlitterazzjoni tal-ortografija Belarussa

Trażlitterazzjoni tal-ortografija Russa

Ismijiet

(Ortografija Belarussa)

(Ortografija Russa)

Informazzjoni ta’ identifikazzjoni

Raġunijiet għall-elenkar

Data tal-elenkar

“16

Open Joint Stock Company “Belavia Belarusian Airlines”

ААТ “Авiякампанiя Белавiя”

ОАО “Авиакомпания Белавиа”

Indirizz: 14 A Nemiga St., Minsk, Belarus, 220004

Data ta’ reġistrazzjoni: 4.1.1996

Numru ta’ reġistrazzjoni: 600390798

Open Joint Stock Company “Belavia” huwa t-trasportatur tal-linja tal-ajru nazzjonali tal-Istat. Aliaksandr Lukashenka wiegħed li l-amministrazzjoni tiegħu ser tagħti kull appoġġ possibbli lil Belavia wara li l-Unjoni ddeċidiet li ddaħħal projbizzjoni fuq it-titjir li jgħaddi minn fuq l-ispazju tal-ajru tal-Unjoni u fuq l-aċċess għall-ajruporti tal-Unjoni mit-trasportaturi tal-ajru Belarussi kollha. Għal dak il-għan, huwa qabel mal-President Russu Vladimir Putin dwar l-ippjanar tal-ftuħ ta’ rotot ġodda tal-linji tal-ajru għal Belavia.

Il-maniġment ta’ Belavia qal ukoll lill-impjegati tiegħu biex ma jipprotestawx kontra l-irregolaritajiet tal-elezzjoni u d-detenzjonijiet tal-massa fil-Belarussja, għall-fatt li Belavia hija intrapriża tal-Istat.

Għaldaqstant, Belavia qed tibbenefika mir-reġim ta’ Lukashenka u tappoġġah.

Belavia kienet involuta biex jinġiebu migranti mil-Lvant Nofsani lejn il-Belarussja. Migranti li jixtiequ jaqsmu l-fruntiera esterna tal-Unjoni qed itiru lejn Minsk abbord titjiriet operati minn Belavia minn għadd ta’ pajjiżi mil-Lvant Nofsani, b’mod partikolari il-Libanu, l-Emirati Għarab Magħquda u t-Turkija. Biex tiffaċilita dan, Belavia fetħet rotot tal-ajru ġodda u żiedet l-għadd ta’ titjiriet fuq rotot eżistenti. Operaturi turistiċi lokali ħadmu bħala intermedjarji fil-bejgħ ta’ biljetti ta’ Belavia lil migranti prospettivi, u b’hekk għenu lil Belavia żżomm profil baxx.

Belavia għaldaqstant qed tikkontribwixxi għal attivitajiet tar-reġim ta’ Lukashenka li jiffaċilitaw il-qsim illegali tal-fruntieri esterni tal-Unjoni.

2.12.2021

17.

Republican unitary enterprise “TSENTRKURORT”

Рэспублiканскае унiтарнае прадпрыемства “ЦЭНТРКУРОРТ” Республиканское унитарное предприятие “ЦЕНТРКУРОРТ”

Indirizz: 39 Myasnikova St., Minsk, Belarus, 220030

Data ta’ reġistrazzjoni: 12.8.2003

Numru ta’ reġistrazzjoni: 100726604

Il-kumpannija turistika tal-istat Tsentrkurort tagħmel parti mid-Dipartiment tal-Affarijiet Presidenzjali tal-Belarussja. Huwa rrappurtat li Tsentrkurort hija waħda mill-kumpanniji li tikkoordina l-fluss ta’ migranti li għandhom l-intenzjoni li jaqsmu l-fruntiera bejn il-Belarussja u l-Istati Membri tal-Unjoni. Tsentrkurort għenet lil mill-anqas 51 ċittadin Iraqi jakkwistaw viżi għaż-żjara tagħhom fil-Belarussja, u ffirmat kuntratt għal servizzi tat-trasport mal-kumpannija Belarussa Stroitur, li toffri kiri ta’ xarabankijiet bix-xufier. Ix-xarabankijiet ibbukkjati minn Tsentrkurort ittrasportaw lill-migranti, inkluż tfal, mill-ajruport ta’ Minsk sal-lukandi.

Għaldaqstant Tsentrkurort qed tikkontribwixxi għal attivitajiet tar-reġim ta’ Lukashenka li jiffaċilitaw il-qsim illegali tal-fruntieri esterni tal-Unjoni.

2.12.2021

18.

LLC Oskartour

ООО Оскартур

Indirizz: 25 Karl Marx St., room 1n, Minsk, Belarus

Data ta’ reġistrazzjoni: 18.10.2016

Numru ta’ reġistrazzjoni: 192721937

Oskartur huwa operatur turistiku, li ffaċilita l-kisba ta’ viżi għal migranti ġejjin mill-Iraq u organizza l-vjaġġ sussegwenti tagħhom lejn il-Belarussja permezz ta’ titjiriet minn Bagdad għal Minsk. Dawk il-migranti Iraqin aktar tard ġew ittrasporati sal-fruntiera ta’ bejn il-Belarussja u l-Unjoni bil-għan li jaqsmuha b’mod illegali. Bis-saħħa ta’ Oskartur u l-kuntatti tiegħu mal-linji tal-ajru Iraqin, l-awtoritajiet Belarussi u l-kumpannija tal-Istat Tsentrkurort, tnedew titjiriet regolari minn Bagdad għal Minsk mit-trasportatur tal-ajru Iraqi, sabiex jinġiebu aktar persuni lejn il-Belarussja biex jaqsmu b’mod illegali l-fruntieri esterni tal-Unjoni. Oskartur ħa sehem f’din l-iskema għall-qsim illegali tal-fruntieri mwettqa mis-servizzi tas-sigurtà Belarussi u kumpanniji tal-Istat.

Għaldaqstant qed jikkontribwixxi għal attivitajiet tar-reġim ta’ Lukashenka li jiffaċilitaw il-qsim illegali tal-fruntieri esterni tal-Unjoni.

2.12.2021

19.

Republican subsidiary unitary enterprise “HOTEL MINSK”

Гатэль “Мiнск”

Республиканское дочернее унитарное предприятие “Отель Минск”

Indirizz: 11 Nezavisimosti Ave., Minsk, Belarus

Tel. +375 (17) 209-90-61

Fax +375 (17) 200-00-72

Indirizz elettroniku: hotelminsk@udp.gov.by; marketing@hotelminsk.by

Sit web: http://hotelminsk.by/

Data ta’ reġistrazzjoni: 26.12.2016/3.4.2017

Numru ta’ reġistrazzjoni: 192750964

Hotel Minsk hija kumpannija sussidjarja tal-Belarus President Property Management Directorate – aġenzija tal-gvern li tirrapporta direttament lill-President. Hotel Minsk ħadet sehem f’din l-iskema ta’ qsim illegali tal-fruntieri mwettqa mis-servizzi tas-sigurtà Belarussi u kumpanniji tal-Istat. Il-migranti ngħataw akkomodazzjoni fil-lukanda qabel ma ġew ittrasportati lejn il-fruntiera bejn il-Belarussja u l-Istati Membri tal-Unjoni sabiex jaqsmuha b’mod illegali. Il-migranti Iraqin elenkaw lill-Hotel Minsk bħala residenza temporanja fl-applikazzjonijiet tal-viża Belarussa tagħhom, li ġew ippreżentati immedjatament qabel il-wasla tagħhom fil-Belarussja.

Għaldaqstant, Hotel Minsk qed tikkontribwixxi għal attivitajiet tar-reġim ta’ Lukashenka li jiffaċilitaw il-qsim illegali tal-fruntieri esterni tal-Unjoni.

2.12.2021

20.

Open Joint Stock Company “HOTEL PLANETA”

ААТ “Гасцiнiца Планета”

OAO “Гостиница Планета”

Indirizz: 31 Pobediteley Ave., Minsk, Belarus

Tel. +375 (17) 226-78-53

Fax +375 (17) 226-78-55

Indirizz elettroniku: planeta@udp.gov.by

Sit web: https://hotelplaneta.by/

Data ta’ reġistrazzjoni: 1.2.1994/6.3.2000

Numru ta’ reġistrazzjoni: 100135173

Hotel Planeta hija kumpannija sussidjarja tal-Belarus President Property Management Directorate – aġenzija tal-gvern li tirrapporta direttament lill-President. Hotel Planeta ħadet sehem fl-iskema għall-qsim illegali tal-fruntieri mwettqa mis-servizzi tas-sigurtà Belarussi u l-kumpanniji tal-Istat. Il-migranti ngħataw akkomodazzjoni fil-lukanda qabel ma ġew ittrasportati lejn il-fruntiera bejn il-Belarussja u l-Istati Membri tal-Unjoni sabiex jaqsmuha b’mod illegali. Huma ħallsu USD 1 000 lil aġent tal-ivjaġġar f’Bagdad għat-titjira, viża turistika u soġġorn fil-lukanda.

Għaldaqstant, Hotel Planeta qed tikkontribwixxi għal attivitajiet tar-reġim ta’ Lukashenka li jiffaċilitaw il-qsim illegali tal-fruntieri esterni tal-Unjoni.

2.12.2021

21.

ASAM (Asobnaia sluzhba aktyunykh merapryemstvau)

OSAM (Otdiel’naya sluzhba aktivnykh mieropriyatiy)

Асобная служба актыўных мерапрыемстваў (АСАМ)

Отдельная служба активных мероприятий (ОСАМ)

Indirizz: State Border Committee of the Republic of Belarus, 24 Volodarsky St., 220050, Minsk, Belarus

ASAM (Separate Service for Active Measures) hija unità speċjali Belarussa tal-gwardji tal-fruntiera kkontrollata minn Viktar Lukashenka u mmexxija minn Ihar Kruchkou. Il-forzi ta’ ASAM taħt l-operazzjoni speċjali “Gate” jorganizzaw qsim tal-fruntieri illegali mill-Belarussja lejn Stati Membri tal-Unjoni u huma involuti direttament fit-trasportazzjoni fiżika tal-migranti lejn in-naħa l-oħra tal-fruntiera. Barra minn hekk, ASAM tiċċarġja lill-migranti trasportati għall-qsim tal-fruntiera.

Għaldaqstant, ASAM qed tikkontribwixxi għal attivitajiet tar-reġim ta’ Lukashenka li jiffaċilitaw il-qsim illegali tal-fruntieri esterni tal-Unjoni.

2.12.2021

22.

Cham Wings Airlines

 

Indirizz: P.O. Box 30588 Damascus, Syria

Sit web: https://chamwings.com/

Cham Wings Airlines huwa operatur ta’ titjiriet charter mis-Sirja għall-Belarussja. Il-kumpannija żiedet l-għadd ta’ titjiriet minn Damasku għal Minsk mis-sajf tal-2021 sabiex tittrasporta migranti lejn il-Belarussja, li kellhom l-intenzjoni li jaqsmu illegalment il-fruntieri esterni tal-Unjoni. Fil-ħarifa tal-2021, Cham Wings fetħet ukoll żewġ uffiċċji ġodda f’Minsk sabiex tkun tista’ torganizza t-titjiriet bejn Damasku u Minsk.

Għaldaqstant, Cham Wings Airlines qed tikkontribwixxi għal attivitajiet tar-reġim ta’ Lukashenka li jiffaċilitaw il-qsim illegali tal-fruntieri esterni tal-Unjoni.

2.12.2021

23.

VIP Grub

 

Indirizz: Büyükdere Cad., No:201, Istanbul, Turkey

VIP Grub huwa servizz tal-passaporti u l-viża bbażat f’Istanbul, it-Turkija, li jorganizza vjaġġi lejn il-Belarussja bl-intenzjoni espliċita li jiffaċilita l-migrazzjoni lejn l-Unjoni. VIP Grub jirreklama b’mod attiv il-migrazzjoni lejn l-Unjoni. Għaldaqstant, VIP Grub qed jikkontribwixxi għal attivitajiet tar-reġim ta’ Lukashenka billi jiffaċilita l-qsim illegali tal-fruntieri esterni tal-Unjoni.

2.12.2021

24.

Open Joint Stock Company “Grodno Azot”

Inkluż il-fergħa “Khimvolokno Plant” JSC “Grodno Azot”

ААТ “Гродна Азот”

ОАО “Гродно Азот”

Фiлiял “Завод Хiмвалакно” ААТ “Гродна Азот”

Филиал “Завод Химволокно” ОАО “Гродно Азот”

Indirizz: 100 Kosmonavtov Ave., Grodno, Belarus

Data ta’ reġistrazzjoni: 1965

Numru ta’ reġistrazzjoni: 500036524

Sit web: https://azot.by/en/

Indirizz: 4 Slavinskogo, St., Grodno, 230026, Belarus

Data ta’ reġistrazzjoni: 12.5.2000

Numru ta’ reġistrazzjoni: 590046884

Grodno Azot huwa produttur kbir tal-Istat li jipproduċi komponenti tan-nitroġenu, ibbażat fi Grodno. Lukashenka iddeskriviha bħala “intrapriża importanti ħafna, waħda strateġika”. Grodno Azot huwa l-proprjetarju wkoll ta’ Khimvolokno Plant, li huwa manifattur kbir ta’ poliamidi u poliester u materjali kompożiti. Grodno Azot u Khimvolokno Plant tiegħu huma sors ta’ dħul sostanzjali għar-reġim ta’ Lukashenka. Għaldaqstant, Grodno Azot qed jappoġġa lir-reġim ta’ Lukashenka.

Lukashenka żar il-kumpannija u ltaqa’ mar-rappreżentanti tagħha, waqt li ddiskutew il-modernizzazzjoni tal-impjant u forom varji ta’ għajnuna tal-Istat. Lukashenka wiegħed ukoll li ser jintuża self għall-bini ta’ impjant ġdid tan-nitroġenu fi Grodno. Għaldaqstant, Grodno Azot qed tibbenefika mir-reġim ta’ Lukashenka.

Il-ħaddiema ta’ Grodno Azot, inkluż l-impjegati tagħha fi Khimvolokno Plant, li ħadu sehem fi protesti paċifiċi kontra r-reġim u ħarġu bi strajk, ingħataw s-sensja, ġew intimidati u mhedda kemm mill-maniġment ta’ Grodno Azot kif ukoll mir-rappreżentati tar-reġim. Għaldaqstant, Grodno Azot hija responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili.

2.12.2021

25.

State Production Association Belorusneft

Дзяржаўнае вытворчае аб’яднанне “Беларуснафта”

Государственное производственное объединение “Белоруснефть”

Indirizz: 9 Rogachevskaya St., Gomel, 246003, Belarus

Data ta’ reġistrazzjoni: 25.2.1966

Numru ta’ reġistrazzjoni: 400051902

Belorusneft hija kumpannija tal-istat li topera fis-settur petrokimiku. Il-maniġment tal-kumpannija ta s-sensja lill-ħaddiema li ħarġu fuq strajk, ħadu sehem fil-protesti kontra r-reġim jew appoġġaw pubblikament dawn il-protesti. Għaldaqstant Belorusneft hija responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili.

2.12.2021

26.

Open Joint Stock Company Belshina

AAT “Белшина”

ОАО “Белшина”

Indirizz: 4 Minskoe Shosse St., Bobruisk, 213824 Belarus

Data ta’ reġistrazzjoni: 10.1.1994

Numru ta’ reġistrazzjoni: 700016217

Sit web: http://www.belshinajsc.by/

Belshina hija waħda mill-kumpanniji ewlenin tal-Istat fil-Belarussja u manifattur kbir tat-tyres tal-vetturi. Bħala tali, hija sors sostanzjali ta’ dħul għar-reġim ta’ Lukashenka. L-Istat tal-Belarussja qed jagħmel profitt dirett mill-qligħ ta’ Belshina. Għaldaqstant, Belshina tappoġġa r-reġim ta’ Lukashenka.

L-impjegati ta’ Belshina li pprotestaw u ħarġu fuq strajk wara l-elezzjonijiet presidenzjali tal-2020 fil-Belarussja ngħataw is-sensja. Għaldaqstant, Belshina hija responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili.

2.12.2021".