18.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 368/5


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2021/1818

tal-15 ta’ Ottubru 2021

li tniedi l-Missjoni ta’ Taħriġ Militari tal-Unjoni Ewropea fil-Mozambique (EUTM Mozambique)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 42(4) u l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/1143 tat-12 ta’ Lulju 2021 dwar Missjoni ta’ Taħriġ Militari tal-Unjoni Ewropea fil-Mozambique (EUTM Mozambique) (1),

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-12 ta’ Lulju 2021, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2021/1143 dwar Missjoni ta’ Taħriġ Militari tal-Unjoni Ewropea fil-Mozambique (EUTM Mozambique).

(2)

Fit-28 ta’ Settembru 2021, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà qabel li jenħtieġ li jiġi approvat il-Pjan tal-Missjoni, inkluż ir-Regoli ta’ Parteċipazzjoni, għall-EUTM Mozambique.

(3)

Wara r-rakkomandazzjoni tal-Kmandant tal-Missjoni, jenħtieġ li EUTM Mozambique titnieda fil-15 ta’ Ottubru 2021.

(4)

F’konformità mal-Artikolu 5 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tiħux sehem fl-elaborazzjoni u fl-implimentazzjoni ta’ deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni li għandhom implikazzjonijiet ta’ difiża. Konsegwentement, id-Danimarka mhix qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, u la hija marbuta biha u lanqas ma hija soġġetta għall-applikazzjoni tagħha, u ma tiħux sehem fil-finanzjament ta’ EUTM Mozambique.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Pjan tal-Missjoni, inkluż ir-Regoli ta’ Parteċipazzjoni, għall-EUTM Mozambique huwa b’dan approvat.

Artikolu 2

L-EUTM Mozambique għandha titnieda fil-15 ta’ Ottubru 2021.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, il-15 ta’ Ottubru 2021.

Għall-Kunsill

Il-President

J. CIGLER KRALJ


(1)   ĠU L 247, 13.7.2021, p. 93.