19.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 256/99


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/1181

tat-13 ta’ Lulju 2021

dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f’isem l-Unjoni Ewropea, fi ħdan il-Kumitat għall-Kummerċ stabbilit bil-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam fir-rigward tal-adozzjoni tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kumitat għall-Kummerċ

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 91(1) u 100(2) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam (“il-Ftehim”) ġie konkluż mill-Unjoni permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/753 (1) u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Awwissu 2020.

(2)

Skont il-punt (f) tal-paragrafu 4 tal-Artikolu 17.1 tal-Ftehim, il-Kumitat għall-Kummerċ stabbilit mill-Ftehim (“il-Kumitat għall-Kummerċ”) jista’ jadotta r-Regoli ta’ Proċedura tiegħu stess.

(3)

Il-Kumitat għall-Kummerċ, waqt l-ewwel laqgħa tiegħu, għandu jadotta r-Regoli ta’ Proċedura tiegħu stess, kif previst fil-Ftehim.

(4)

Għaldaqstant huwa xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni fi ħdan il-Kumitat għall-Kummerċ fir-rigward tal-adozzjoni tar-Regoli ta’ Proċedura għall-Kumitat għall-Kummerċ sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva tal-Ftehim.

(5)

Jenħtieġ li l-pożizzjoni tal-Unjoni fi ħdan il-Kumitat għall-Kummerċ tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f’isem l-Unjoni, fl-ewwel laqgħa tal-Kumitat għall-Kummerċ stabbilit mill-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam, fir-rigward tal-adozzjoni tar-Regoli ta’ Proċedura għall-Kumitat għall-Kummerċ, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ (2).

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Lulju 2021.

Għall-Kunsill

Il-President

A. ŠIRCELJ


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/753 tat-30 ta’ Marzu 2020 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam (ĠU L 186, 12.6.2020, p. 1).

(2)  Ara d-dokument ST 10040/21 fuq http://register.consilium.europa.eu.