|
21.6.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
LI 219/67 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2021/1001
tal-21 ta' Ġunju 2021
li temenda d-Deċiżjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fil-15 ta' Ottubru 2012, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2012/642/PESK (1) dwar miżuri restrittivi kontra l-Belarussja. |
|
(2) |
Fl-24 u l-25 ta' Mejju 2021, il-Kunsill Ewropew adotta konklużjonijiet li fihom ikkundanna bil-qawwa l-inżul furzat ta' titjira tar-Ryanair f'Minsk, il-Belarussja, fit-23 ta' Mejju 2021 fejn ġiet ipperikolata s-sikurezza tal-avjazzjoni, u d-detenzjoni mill-awtoritajiet Belarussi tal-ġurnalist Raman Pratasevich u ta' Sofia Sapega. Huwa appella lill-Kunsill biex jadotta elenkar addizzjonali ta' persuni u entitajiet mill-aktar fis possibbli abbażi tal-qafas ta' sanzjonijiet rilevanti. |
|
(3) |
Fid-dawl tal-gravità ta' dak l-inċident, jenħtieġ li entità oħra tiġi inkluża fil-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi stabbilita fl-Anness għad-Deċiżjoni 2012/642/PESK. Sabiex jiġu evitati konsegwenzi mhux mixtieqa ta' dan l-elenkar, huwa meħtieġ li tiġi emendata l-lista ta' każijiet fejn l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru tista' tawtorizza derogi għall-iffriżar tal-assi u l-projbizzjoni li fondi jew riżorsi ekonomiċi jkunu disponibbli għal persuni jew entitajiet elenkati. |
|
(4) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2012/642/PESK tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2012/642/PESK hija emendata kif ġej:
|
(1) |
l-Artikolu 5(1) huwa sostitwit b'dan li ġej: "Artikolu 5 1. L-awtorità kompetenti ta' Stat Membru tista' tawtorizza r-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati jew li ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi jsiru disponibbli, taħt tali kondizzjonijiet li hi tikkunsidra adatti, wara li tkun iddeterminat li l-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi konċernati huma:
L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija taħt dan l-Artikolu." |
|
(2) |
L-Anness għad-Deċiżjoni 2012/642/PESK huwa emendat f'konformità mal-Anness għal din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fil-Lussemburgu, il-21 ta’ Ġunju 2021.
Għall-Kunsill
Il-President
J. BORRELL FONTELLES
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK tal-15 ta' Ottubru 2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja (ĠU L 285, 17.10.2012, p. 1).
ANNESS
L-Anness għad-Deċiżjoni 2012/642/PESK huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
il-persuna ġuridika li ġejja tiżdied mat-tabella "B. Persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi msemmija fl-Artikolu 4(1)"
|