28.4.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 145/37


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/701

tas-27 ta’ April 2021

li tikkoreġi d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/665/UE dwar ir-reġistru Ewropew tat-tipi ta’ vetturi ferrovjarji awtorizzati

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 48(2) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/665/UE (2) ġiet emendata bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/776 (3) fir-rigward tal-allinjament mad-Direttiva (UE) 2016/797 u l-implimentazzjoni ta’ objettivi speċifiċi stabbiliti fid-Deċiżjoni Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2017/1474 (4).

(2)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/665/UE fiha diversi żbalji fit-Tabella 2 tal-Anness II, jiġifieri diversi parametri tar-reġistru Ewropew tat-tipi ta’ vetturi ferrovjarji awtorizzati ma għandhomx japplikaw għall-vaguni tal-merkanzija.

(3)

Għaldaqstant, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/665/UE titħassar.

(4)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 51(1) tad-Direttiva (UE) 2016/797,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

It-Tabella 2 tal-Anness II tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/665/UE hija kkoreġuta f’konformità mal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ April 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 138, 26.5.2016, p. 44.

(2)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/665/UE tal-4 ta’ Ottubru 2011 dwar ir-reġistru Ewropew tat-tipi ta’ vetturi ferrovjarji awtorizzati (ĠU L 264, 8.10.2011, p. 32).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/776 tas-16 ta’ Mejju 2019 li jemenda r-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nru 321/2013, (UE) Nru 1299/2014, (UE) Nru 1301/2014, (UE) Nru 1302/2014, (UE) Nru 1303/2014 u (UE) 2016/919 u d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/665/UE fir-rigward tal-allinjament mad-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-implimentazzjoni tal-objettivi speċifiċi stipulati fid-Deċiżjoni Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2017/1474 (ĠU L 139I, 27.5.2019, p. 108).

(4)  Id-Deċiżjoni Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2017/1474 tat-8 ta’ Ġunju 2017 li tissupplimenta d-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b’rabta mal-objettivi speċifiċi għall-abbozzar, l-adozzjoni u r-reviżjoni tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-interoperabbiltà (ĠU L 210, 15.8.2017, p. 5).


ANNESS

Fit-Tabella 2 tal-Anness II tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/665/UE, ir-ringieli bil-parametri Numru 4.5.2 sa 4.8.6 jinbidlu b’dan li ġej:

Parametru

Format tad-data

Applikabbiltà għal kategoriji tal-vetturi (Iva, Le, Fakultattiv, Punt Mhux Konkluż)

Parametri għal kompatibbiltà teknika bejn Vettura u n-netwerk(s) taż-żona tal-użu>

1. Vetturi tal-ġbid

2. Vetturi tal-passiġġieri rmonkati

3. Vaguni għall-Merkanzija

4. Vetturi speċjali

4.5.2

Massa tad-disinn

Intestatura (l-ebda data)

 

 

 

 

 

4.5.2.1

Massa tad-disinn f’kundizzjoni operattiva

[numru] kg

Iva

Iva

Le

Iva

Iva

4.5.2.2

Massa tad-disinn taħt tagħbija utli normali

[numru] kg

Iva

Iva

Le

Iva

Iva

4.5.2.3

Massa tad-disinn taħt tagħbija utli eċċezzjonali

[numru] kg

Iva

Iva

Le

Iva

Iva

4.5.3

Tagħbija statika fuq il-fus

Intestatura (l-ebda data)

 

 

 

 

 

4.5.3.1

Tagħbija statika fuq il-fus f’kundizzjoni operattiva

[numru] kg

Iva

Iva

Le

Iva

Iva

4.5.3.2

Tagħbija statika fuq il-fus taħt tagħbija utli normali

[numru] kg

Iva

Iva

Le

Iva

Iva

4.5.3.3

Tagħbija statika fuq il-fus taħt tagħbija utli eċċezzjonali

[numru] kg

Iva

Iva

Le

Iva

Iva

4.5.3.4

Pożizzjoni tal-fusien tul l-unità (spazjar tal-fusien):

a: Distanza bejn il-fusien

b: Distanza mit-tarf tal-fus sat-tarf tal-eqreb pjan tal-igganċjar

c: distanza bejn żewġ fusien interni

a [numru] m

b [numru] m

c [numru] m

Spjegazzjoni tal-valuri ta’ a, b u c [sekwenza ta’ karattri]

Iva

Iva

Le

Iva

Iva

4.5.5

Massa totali tal-vettura (għal kull vettura tal-unità)

[numru] kg

Iva

Iva

Le

Iva

Iva

4.5.6

Massa għal kull rota

[numru] kg

Iva

Iva

Le

Iva

Iva

4.6

Imġiba dinamika ta’ vettura ferrovjarja

Intestatura (l-ebda data)

 

 

 

 

 

4.6.4

Kombinament tal-veloċità massima u l-insuffiċjenza massima tas-sopraelevazzjoni li il-vettura ġiet ivvalutata għalih

[numru] km/h - [numru] mm

Iva

Iva

Iva

Iva

Iva

4.6.5

Inklinazzjoni tal-linja ferrovjarja

[sekwenza ta’ karattri] minn lista predefinita

Iva

Iva

Iva

Iva

Iva

4.7

Ibbrejkjar

Intestatura (l-ebda data)

 

 

 

 

 

4.7.1

Deċellerazzjoni medja massima

[numru] m/s2

Iva

Le

Le

Iva

Le

4.7.2

Kapaċità termali

Intestatura (l-ebda data)

 

 

 

 

 

4.7.2.1

Il-prestazzjoni tal-brejkijiet fuq gradjenti weqfin ħafna bit-tagħbija utli normali

Intestatura (l-ebda data)

 

 

 

 

 

4.7.2.1.1

Każ ta’ referenza tat-TSI

[sekwenza ta’ karattri] minn lista predefinita

Iva

Iva

Iva

Iva

Le

4.7.2.1.2

Veloċità (jekk ma jkun indikat l-ebda każ ta’ referenza)

[numru] km/h

Iva

Iva

Iva

Iva

Le

4.7.2.1.3

Gradjent (jekk ma jkun indikat l-ebda każ ta’ referenza)

[numru] ‰ (mm/m)

Iva

Iva

Iva

Iva

Le

4.7.2.1.4

Distanza (jekk ma jkun indikat l-ebda każ ta’ referenza)

[numru] km

Iva

Iva

Iva

Iva

Le

4.7.2.1.5

Ħin (jekk id-distanza ma tkunx indikata) (jekk ma jkun indikat l-ebda każ ta’ referenza)

[numru] min

Iva

Iva

Iva

Iva

Le

4.7.2.1.6

Kapaċità tal-enerġija termali massima tal-brejk

[numru] kJ

Iva

Iva

Iva

Iva

Le

4.7.3

Brejk tal-ipparkjar

Intestatura (l-ebda data)

 

 

 

 

 

4.7.3.3

Gradjent massimu li fuqu l-unità tinżamm immobilizzata permezz tal-brejk tal-ipparkjar waħdu (jekk il-vettura tkun installata bih)

[numru] ‰ (mm/m)

Iva

Iva

Le

Iva

Le

4.7.3.4

Brejk tal-ipparkjar

[Boolean] Iva/Le

Le

Le

Iva

Le

Le

4.7.4

Sistemi tal-ibbrekkjar installati fuq il-vettura

Intestatura (l-ebda data)

 

 

 

 

 

4.7.4.1

Brejk b’eddy current

Intestatura (l-ebda data)

 

 

 

 

 

4.7.4.1.1

Binjarju installat bi brejk b’eddy current

[Boolean] Iva/Le

Iva

Iva

Le

Iva

Iva

4.7.4.1.2

Possibbiltà li jiġi evitat l-użu tal-brejk tal-binarju b’eddy current (jekk ikun installat bi brejk tal-binarju b’eddy current)

[Boolean] Iva/Le

Iva

Iva

Le

Iva

Iva

4.7.4.2

Brejk manjetiku

Intestatura (l-ebda data)

 

 

 

 

 

4.7.4.2.1

Installat bi brejk tal-binarju manjetiku

[Boolean] Iva/Le

Iva

Iva

Le

Iva

Iva

4.7.4.2.2

Possibbiltà li jiġi evitat l-użu tal-brejk tal-binarju manjetiku (jekk ikunu installat bi brejk manjetiku biss)

[Boolean] Iva/Le

Iva

Iva

Le

Iva

Iva

4.7.4.3

Brejk riġenerattiv (għal vetturi bi trazzjoni elettrika biss)

Intestatura (l-ebda data)

 

 

 

 

 

4.7.4.3.1

Brejk riġenerattiv installat

[Boolean] Iva/Le

Iva

Le

Le

Iva

Iva

4.7.4.3.2

Possibbiltà li jiġi evitat l-użu tal-brejk riġenerattiv (jekk ikun installat bi brejk riġenerattiv biss)

[Boolean] Iva/Le

Iva

Le

Le

Iva

Iva

4.7.5

Brejk ta’ emerġenza: Distanza ta’ waqfien u profil ta’ deċellerazzjoni għal kull kundizzjoni ta’ tagħbija għal kull veloċità massima tad-disinn

[numru] m [numru] m/s2

Iva

Iva

Le

Iva

Le

4.7.6

Għal operat ġenerali:

Perċentwal tal-piż ibbrejkjat (lambda) jew il-Massa bbrejkjata

Lambda (%) [numru] tunnellati

Iva

Iva

Iva

Iva

Le

4.7.7

Brejk ta’ servizz:

Fi brejk massimu ta’ servizz: Distanza ta’ waqfien, Deċellerazzjoni massima, għall-kundizzjoni tat-tagħbija “massa tad-disinn taħt tagħbija utli normali” bil-veloċità massima tad-disinn.

[numru] m [numru] m/s2

Iva

Iva

Iva

Iva

Le

4.7.8

Sistema ta’ protezzjoni kontra ż-żliq tar-roti

[Boolean] Iva/Le

Iva

Iva

Iva

Iva

Le

4.8

Karatteristiċi ġeometriċi

Intestatura (l-ebda data)

 

 

 

 

 

4.8.1

Tul tal-vettura

[numru] m

Iva

Iva

Le

Iva

Le

4.8.2

Dijametru minimu tar-rotifis-servizz

[numru] mm

Iva

Iva

Iva

Iva

Iva

4.8.4

Kapaċità tar-raġġ minimu ta’ kurva orizzontali

[numru] m

Iva

Iva

Le

Iva

Iva

4.8.5

Kapaċità tar-raġġ minimu ta’ kurva konvessa vertikali

[numru] m

Iva

Iva

Iva

Iva

Le

4.8.6

Kapaċità tar-raġġ minimu ta’ kurva konkavi vertikali

[numru] m

Iva

Iva

Iva

Iva

Le”