22.4.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 138/1


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/653

tal-20 ta’ April 2021

li temenda d-Deċiżjoni 2011/163/UE dwar l-approvazzjoni tal-pjanijiet sottomessi mill-pajjiżi terzi skont mal-Artikolu 29 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE

(notifikata bid-dokument C(2021) 2587)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE tad-29 ta’ April 1996 dwar miżuri għall-monitoraġġ ta’ ċerti sustanzi u residwi tagħhom f’annimali ħajjin u prodotti tal-annimali u li tħassar id-Direttivi 85/358/KEE u 86/469/KEE u d-Deċiżjonijiet 89/187/KEE u 91/664/KEE (1), u b’mod partikulari r-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 29(1) u l-Artikolu 29(2) tagħha,

Billi:

(1)

L-Artikolu 29(1) tad-Direttiva 96/23/KE jirrikjedi li l-pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri huma awtorizzati jimportaw annimali u prodotti tal-annimali koperti minn dik id-Direttiva, jissottomettu pjanijiet ta’ monitoraġġ tar-residwi li jipprovdu l-garanziji meħtieġa (“il-pjanijiet”). Jenħtieġ li l-pjanijiet jinkludu mill-inqas il-gruppi ta’ residwi u s-sustanzi elenkati fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/163/UE (2) tapprova l-pjanijiet sottomessi minn ċerti pajjiżi terzi fir-rigward tal-annimali u l-prodotti tal-annimali speċifikati elenkati fl-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni (“il-lista”).

(3)

L-Albanija ssottomettiet pjan għall-akkwakultura lill-Kummissjoni. Dak il-pjan jipprovdi biżżejjed garanziji u jenħtieġ li jiġi approvat. Peress li dak il-pjan ma jkoprix il-krustaċji, jenħtieġ li mal-lista tiżdied speċifikazzjoni li teskludi l-krustaċji mill-approvazzjoni għall-akkwakultura.

(4)

Il-Bożnija-Ħerzegovina ssottomettiet pjan għall-akkwakultura lill-Kummissjoni, li ma jkoprix il-krustaċji. Għalhekk, jenħtieġ li mal-lista tiżdied speċifikazzjoni li teskludi l-krustaċji mill-approvazzjoni għall-akkwakultura.

(5)

Il-Gżejjer Falkland ssottomettew pjan għall-akkwakultura lill-Kummissjoni, li ma jkoprix il-krustaċji u pjan għar-ruminanti żgħar, li jkopri biss l-annimali ovini. Għalhekk, jenħtieġ li mal-lista tiżdied speċifikazzjoni li teskludi l-krustaċji mill-approvazzjoni għall-akkwakultura u l-approvazzjoni għar-ruminanti żgħar tkun limitata għall-annimali ovini.

(6)

Il-Gżejjer Faroe ssottomettew pjan għall-akkwakultura lill-Kummissjoni, li ma jkoprix il-krustaċji. Għalhekk, jenħtieġ li mal-lista tiżdied speċifikazzjoni li teskludi l-krustaċji mill-approvazzjoni għall-akkwakultura.

(7)

Il-Gwatemala ssottomettiet pjan għall-akkwakultura lill-Kummissjoni, li ma jkoprix il-ħut bil-pinen. Għalhekk, jenħtieġ li mal-lista tiżdied speċifikazzjoni li teskludi l-ħut bil-pinen mill-approvazzjoni għall-akkwakultura.

(8)

L-Iran issottometta pjan għall-akkwakultura lill-Kummissjoni, li ma jkoprix il-ħut bil-pinen. Għalhekk, jenħtieġ li mal-lista tiżdied speċifikazzjoni li teskludi l-ħut bil-pinen mill-approvazzjoni għall-akkwakultura.

(9)

Il-Kirgiżistan huwa attwalment inkluż fil-lista ta’ approvazzjoni għall-għasel. Dak il-pajjiż terz issottometta pjan għall-għasel lill-Kummissjoni li ma jipprovdix biżżejjed garanziji. Għalhekk, jenħtieġ li l-entrata tal-Kirgiżistan fir-rigward tal-għasel titneħħa mil-lista.

(10)

Il-Moldova ssottomettiet pjan għall-akkwakultura lill-Kummissjoni, li ma jkoprix il-krustaċji, u pjan għall-ħalib. Il-pjan għall-ħalib jipprovdi biżżejjed garanziji u jenħtieġ li jiġi approvat. Għalhekk, jenħtieġ li mal-lista tiżdied speċifikazzjoni li teskludi l-krustaċji mill-approvazzjoni għall-akkwakultura, u jenħtieġ li tiġi inkluża entrata għall-Moldova fil-lista, għall-ħalib.

(11)

Il-Montenegro ssottometta pjan għall-akkwakultura lill-Kummissjoni, li ma jkoprix il-krustaċji u pjan għar-ruminanti żgħar, li jkopri biss l-annimali ovini. Għalhekk, jenħtieġ li mal-lista tiżdied speċifikazzjoni li teskludi l-krustaċji mill-approvazzjoni għall-akkwakultura u l-approvazzjoni għar-ruminanti żgħar tkun limitata għall-annimali ovini.

(12)

Il-Marokk issottometta pjan għall-akkwakultura lill-Kummissjoni, li ma jkoprix il-krustaċji. Għalhekk, jenħtieġ li mal-lista tiżdied speċifikazzjoni li teskludi l-krustaċji mill-approvazzjoni għall-akkwakultura.

(13)

Il-Mozambique ssottometta pjan għall-akkwakultura lill-Kummissjoni, li ma jkoprix il-ħut bil-pinen. Għalhekk, jenħtieġ li mal-lista tiżdied speċifikazzjoni li teskludi l-ħut bil-pinen mill-approvazzjoni għall-akkwakultura.

(14)

In-Namibja ssottomettiet pjan għall-akkwakultura lill-Kummissjoni għall-kaċċa salvaġġa u għar-ruminanti żgħar, li jkopri biss l-annimali ovini. Dak il-pjan jipprovdi biżżejjed garanziji u jenħtieġ li jiġi approvat. Jenħtieġ li fil-lista tiġi inkluża entrata għan-Namibja għall-kaċċa salvaġġa u għall-annimali ovini. Madankollu, jenħtieġ li mal-lista tiżdied speċifikazzjoni li l-approvazzjoni għar-ruminanti żgħar hija limitata għall-annimali ovini.

(15)

In-Nikaragwa ssottomettiet pjan għall-akkwakultura lill-Kummissjoni, li ma jkoprix il-ħut bil-pinen. Għalhekk, jenħtieġ li mal-lista tiżdied speċifikazzjoni li teskludi l-ħut bil-pinen mill-approvazzjoni għall-akkwakultura.

(16)

In-Niġerja ssottomettiet pjan għall-akkwakultura lill-Kummissjoni li ma jkoprix il-ħut bil-pinen. Dak il-pjan jipprovdi biżżejjed garanziji u jenħtieġ li jiġi approvat. Għalhekk jenħtieġ li fil-lista tiġi inkluża entrata għan-Niġerja, bi speċifikazzjoni li teskludi l-ħut bil-pinen.

(17)

New Caledonia ssottomettiet pjan għall-akkwakultura lill-Kummissjoni li ma jkoprix il-ħut bil-pinen. Għalhekk, jenħtieġ li mal-lista tiżdied speċifikazzjoni li teskludi l-ħut bil-pinen mill-approvazzjoni għall-akkwakultura.

(18)

L-Oman issottometta pjan għall-akkwakultura lill-Kummissjoni li ma jkoprix il-krustaċji. Dak il-pjan jipprovdi biżżejjed garanziji u jenħtieġ li jiġi approvat. Għalhekk jenħtieġ li fil-lista tiġi inkluża entrata għall-Oman, bi speċifikazzjoni li teskludi l-krustaċji.

(19)

It-Tajwan issottometta pjan għall-akkwakultura lill-Kummissjoni. Dak il-pjan jipprovdi biżżejjed garanziji u jenħtieġ li jiġi approvat. Għalhekk jenħtieġ li fil-lista tiġi inkluża entrata għat-Tajwan għall-bajd.

(20)

It-Tanżanija ssottomettiet pjan għall-akkwakultura lill-Kummissjoni li ma jkoprix il-ħut bil-pinen. Għalhekk, jenħtieġ li mal-lista tiżdied speċifikazzjoni li teskludi l-ħut bil-pinen mill-approvazzjoni għall-akkwakultura.

(21)

It-Togo ssottometta pjan għall-għasel lill-Kummissjoni. Dak il-pjan jipprovdi biżżejjed garanziji u jenħtieġ li jiġi approvat. Għalhekk jenħtieġ li fil-lista tiġi inkluża entrata għat-Togo għall-għasel.

(22)

It-Tuneżija ssottomettiet pjan għall-akkwakultura lill-Kummissjoni li ma jkoprix il-krustaċji. Għalhekk, jenħtieġ li mal-lista tiżdied speċifikazzjoni li teskludi l-krustaċji mill-approvazzjoni għall-akkwakultura.

(23)

L-Ukrajna ssottomettiet pjan għall-akkwakultura lill-Kummissjoni li ma jkoprix il-krustaċji. Għalhekk, jenħtieġ li mal-lista tiżdied speċifikazzjoni li teskludi l-krustaċji mill-approvazzjoni għall-akkwakultura.

(24)

Filwaqt li l-Kolombja ma pprovdietx pjan għall-bajd lill-Kummissjoni, dak il-pajjiż pprovda garanziji fir-rigward tal-bajd u tal-prodotti tal-bajd li joriġinaw jew mill-Istati Membri jew minn pajjiżi terzi, li huma approvati biex jesportaw dawn il-prodotti lejn l-Unjoni. Għalhekk jenħtieġ li mal-lista tiżdied entrata għall-Kolombja fir-rigward tal-bajd, bin-nota f’qiegħ il-paġna xierqa.

(25)

Għaldaqstant jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2011/163/UE tiġi emendata skont dan.

(26)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni 2011/163/UE huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ April 2021.

Għall-Kummissjoni

Stella KYRIAKIDES

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 125, 23.5.1996, p. 10.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/163/UE tas-16 ta’ Marzu 2011 dwar l-approvazzjoni tal-pjanijiet sottomessi mill-pajjiżi terzi skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE (ĠU L 70, 17.3.2011, p. 40).


ANNESS

“ANNESS

Kodiċi ISO2

Pajjiż  (1)

Bovini

Ovini/ kaprini

Porċini

Ekwini

Tjur

Akkwakultura

Ħalib

Bajd

Fniek

Kaċċa salvaġġa

Kaċċa mrobbija

Għasel

AD

Andorra

X

X

X (3)

X

 

 

 

 

 

 

 

X

AE

L-Emirati Għarab Magħquda

 

 

 

 

 

X (3)

X (13)

 

 

 

 

 

AL

L-Albanija

 

X

 

 

 

X (8)

 

X

 

 

 

 

AM

L-Armenja

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

X

AR

L-Arġentina

X

X

 

X

X

X

X

X

X

X

X

X

AU

L-Awstralja

X

X

 

X

 

X

X

 

 

X

X

X

BA

Il-Bożnija-Ħerzegovina

X

X

X

 

X

X (8)

X

X

 

 

 

X

BD

Il-Bangladesh

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

BF

Il-Burkina Faso

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

BJ

Il-Benin

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

BN

Il-Brunei

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

BR

Il-Brażil

X

 

 

X

X

X

 

 

 

 

 

X

BW

Il-Botswana

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

BY

Il-Belarussja

 

 

 

X (2)

 

X

X

X

 

 

 

X

BZ

Il-Belize

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

CA

Il-Kanada

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

CH

L-Iżvizzera

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

CL

Iċ-Ċilì

X

X

X

 

X

X

X

 

 

X

 

X

CM

Il-Kamerun

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

CN

Iċ-Ċina

 

 

 

 

X

X

 

X

X

 

 

X

CO

Il-Kolombja

 

 

 

 

 

X

X

X (3)

 

 

 

 

CR

Il-Costa Rica

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

CU

Kuba

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

X

DO

Ir-Repubblika Dominicana

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

EC

L-Ekwador

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

ET

L-Etjopja

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

FK

Il-Gżejjer Falkland

X

X (12)

 

 

 

X (8)

 

 

 

 

 

 

FO

Il-Gżejjer Faeroe

 

 

 

 

 

X (8)

 

 

 

 

 

 

GB

Il-Gran Brittanja

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

GE

Il-Georgia

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

GG

Guernsey

X

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

GH

Il-Ghana

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

GL

Greenland

 

X

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

GT

Il-Gwatemala

 

 

 

 

 

X (10)

 

 

 

 

 

X

HN

Il-Honduras

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

ID

L-Indoneżja

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

IL

Iżrael (6)

 

 

 

 

X

X

X

X

 

 

 

X

IM

Isle of Man

X

X

X

 

 

X

X

 

 

 

 

X

IN

L-Indja

 

 

 

 

 

X

 

X

 

 

 

X

IR

L-Iran

 

 

 

 

 

X (10)

 

 

 

 

 

 

JE

Jersey

X

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

JM

Il-Ġamajka

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

JP

Il-Ġappun

X

 

X

 

X

X

X

X

 

 

 

 

KE

Il-Kenja

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

KR

Il-Korea t’Isfel

 

 

 

 

X

X

 

 

 

 

 

 

LK

Is-Sri Lanka

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

MA

Il-Marokk

 

 

 

 

X

X (8)

 

 

 

 

 

 

MD

Il-Moldova

 

 

 

 

X

X (8)

X

X

 

 

 

X

ME

Il-Montenegro

X

X (12)

X

 

X

X (8)

X

X

 

 

 

X

MG

Madagascar

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

X

MK

Il-Maċedonja ta’ Fuq

X

X

X

 

X

X

X

X

 

X

 

X

MM

Il-Myanmar

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

X

MU

Mauritius

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

X (3)

MX

Il-Messiku

 

 

 

 

 

X

 

X

 

 

 

X

MY

Il-Malasja

 

 

 

 

X (3)

X

 

 

 

 

 

 

MZ

Il-Mozambique

 

 

 

 

 

X (10)

 

 

 

 

 

 

NA

In-Namibja

X

X (12)

 

 

 

 

 

 

 

X

 

 

NC

New Caledonia

 

 

 

 

 

X (10)

 

 

 

 

X

X

NI

In-Nikaragwa

 

 

 

 

 

X (10)

 

 

 

 

 

X

NG

In-Niġerja

 

 

 

 

 

X (10)

 

 

 

 

 

 

NZ

New Zealand

X

X

 

X

 

X

X

 

 

X

X

X

OM

L-Oman

 

 

 

 

 

X (8)

 

 

 

 

 

 

PA

Il-Panama

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

PE

Il-Perù

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

PH

Il-Filippini

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

PM

Saint Pierre u Miquelon

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

 

PN

Il-Gżejjer Pitcairn

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

PY

Il-Paragwaj

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

RS

Is-Serbja (4)

X

X

X

X (2)

X

X

X

X

 

X

 

X

RU

Ir-Russja

X

X

X

 

X

 

X

X

 

 

X (5)

X

RW

Ir-Rwanda

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

SA

L-Arabja Sawdija

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

SG

Singapore

X (3)

X (3)

X (3)

X (7)

X (3)

X

X (3)

 

 

X (7)

X (7)

 

SL

Sierra Leone

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

SM

San Marino

X

 

X (3)

 

 

 

X

 

 

 

 

X

SV

El Salvador

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

SZ

L-Eswatini

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

TG

It-Togo

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

TH

It-Tajlandja

 

 

 

 

X

X

 

 

 

 

 

X

TN

It-Tuneżija

 

 

 

 

 

X (8)

 

 

 

X

 

 

TR

It-Turkija

 

 

 

 

X

X

X

X

 

 

 

X

TW

It-Tajwan

 

 

 

 

 

X

 

X

 

 

 

X

TZ

It-Tanzanija

 

 

 

 

 

X (10)

 

 

 

 

 

X

UA

L-Ukrajna

X

 

X

 

X

X (8)

X

X

X

 

 

X

UG

L-Uganda

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

X

US

L-Istati Uniti

X

X (11)

X

 

X

X

X

X

X

X

X

X

UY

L-Urugwaj

X

X

 

X

 

X

X

 

 

X

 

X

VE

Il-Venezwela

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

VN

Il-Vjetnam

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

X

XK

Il-Kosovo

 

 

 

 

X (3)

 

 

 

 

 

 

 

ZA

L-Afrika t’Isfel

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

X (9)

 

ZM

Iż-Żambja

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X


(1)  Din it-tabella fiha l-lista ta’ pajjiżi u territorji. Mhijiex limitata għall-pajjiżi rikonoxxuti mill-UE.

(2)  L-esportazzjoni lejn l-Unjoni ta’ ekwidi ħajjin għall-qatla (annimali li jipproduċu l-ikel biss).

(3)  Il-pajjiżi terzi li jużaw biss materja prima mill-Istati Membri jew minn pajjiżi terzi oħrajn li jkunu approvati għall-importazzjonijiet ta’ din il-materja prima lejn l-Unjoni, f’konformità mal-Artikolu 2.

(4)  Il-Kosovo mhux inkluż (dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244 u mal-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-Dikjarazzjoni tal-Indipendenza tal-Kosovo).

(5)  Iċ-ċriev biss.

(6)  Minn hawn ’il quddiem mifhum bħala l-Istat ta’ Iżrael, bl-esklużjoni tat-territorji li ilhom taħt l-amministrazzjoni ta’ Iżrael minn Ġunju 1967, jiġifieri l-Għoljiet tal-Golan, l-Istrixxa ta’ Gaża, Ġerusalemm tal-Lvant u l-bqija tax-Xatt tal-Punent.

(7)  Għall-prodotti bażiċi ta’ laħam frisk li joriġinaw minn New Zealand biss, li jkunu destinati għall-Unjoni, u li jinħattu u jitgħabbew mill-ġdid u jgħaddu minn Singapore, kemm jekk jinħażnu hemm, kif ukoll jekk le.

(8)  Esklużi l-krustaċji..

(9)  Ir-ratiti biss.

(10)  Esklużi l-ħut bil-pinen.

(11)  L-ispeċi kaprini biss.

(12)  L-ispeċi ovini biss.

(13)  Il-ħalib tal-ġemel biss.