22.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 99/75


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/477

tat-18 ta’ Marzu 2021

li tapprova emendi ippreżentati mill-Finlandja u mill-Iżvezja għall-programmi nazzjonali għall-kontroll tas-salmonella f’ċerti annimali ħajjin u prodotti ġejjin mill-annimali

(notifikata bid-dokument C(2021) 1672)

(It-testi bil-Finlandiż u bl-Iżvediż biss huma awtentiċi)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Novembru 2003 fuq il-kontroll tas-salmonella u aġenti zoonotiċi oħra speċifiċi li jkun hemm ġewwa l-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-programm operattiv ippreżentat mill-Finlandja għall-kontroll tas-salmonella f’ċerti annimali ħajjin u l-prodotti tal-annimali, li jkopri fost l-oħrajn l-annimali bovini u l-majjali għat-tkabbir, il-produzzjoni u l-qatla, kif ukoll iċ-ċanga, il-majjal u l-laħam tat-tjur, ġie approvat bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/968/KE (2).

(2)

Il-programm operattiv ippreżentat mill-Iżvezja għall-kontroll tas-salmonella f’ċerti annimali ħajjin u l-prodotti tal-annimali, li jkopri fost l-oħrajn l-annimali bovini u l-majjali għat-tkabbir, il-produzzjoni u l-qatla, kif ukoll iċ-ċanga u l-majjal, ġie approvat bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/50/KE (3).

(3)

Il-programm nazzjonali għall-kontroll tas-salmonella f’qatgħat għat-tgħammir ta’ Gallus gallus ippreżentat mill-Finlandja ġie approvat bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/759/KE (4), il-programm nazzjonali għall-kontroll tas-salmonella f’qatgħat ta’ tiġieġ Gallus gallus li jbidu ppreżentat mill-Finlandja ġie approvat bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/848/KE (5), il-programm nazzjonali għall-kontroll tas-salmonella f’qatgħat ta’ brojlers Gallus gallus ippreżentat mill-Finlandja ġie approvat bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/815/KE (6) u l-programm nazzjonali għall-kontroll tas-salmonella fid-dundjani ppreżentat mill-Finlandja ġie approvat bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/771/KE (7).

(4)

L-emendi tal-programm għall-kontroll tas-salmonella f’qatgħat għat-tgħammir ta’ Gallus gallus ippreżentat mill-Finlandja ġew approvati bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/849/KE (8).

(5)

Fl-10 ta’ Marzu 2020, il-Finlandja ppreżentat lill-Kummissjoni l-emendi għall-approvazzjoni tal-programm operattiv tagħha għall-kontroll tas-salmonella f’ċerti annimali ħajjin u prodotti tal-annimali fir-rigward taċ-ċanga u l-majjal, il-laħam tat-tjur u l-annimali bovini u l-majjali għat-tkabbir, il-produzzjoni u l-qatla, kif ukoll l-emendi tal-programmi nazzjonali tagħha għall-kontroll tas-salmonella f’qatgħat għat-tgħammir ta’ Gallus gallus, f’qatgħat ta’ tiġieġ ta’ Gallus gallus li jbidu, f’qatgħat ta’ brojlers ta’ Gallus gallus, u fid-dundjani.

(6)

Fis-26 ta’ Novembru 2019, l-Iżvezja ppreżentat lill-Kummissjoni l-emendi għall-approvazzjoni tal-programm operattiv tagħha għall-kontroll tas-salmonella f’ċerti annimali ħajjin u prodotti tal-annimali fir-rigward taċ-ċanga u l-majjal, l-annimali bovini u l-majjali għat-tkabbir, il-produzzjoni u l-qatla.

(7)

L-emendi proposti għal dawn il-programmi ġew ippreżentati lill-Istati Membri fil-laqgħa tal-10 ta’ Diċembru 2020 tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf. Dawn iqisu l-evoluzzjoni fis-sitwazzjoni tal-Finlandja u tal-Iżvezja u jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 2160/2003.

(8)

Għaldaqstant, jenħtieġ li l-emendi proposti jiġu approvati.

(9)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-emendi fir-rigward taċ-ċanga, il-majjal, il-laħam tat-tjur, u l-annimali bovini u l-majjali għat-tkabbir, il-produzzjoni u l-qatla, li l-Finlandja ppreżentat fl-10 ta’ Marzu 2020 fir-rigward tal-programm operattiv tagħha għall-kontroll tas-salmonella f’ċerti annimali ħajjin u prodotti tal-annimali, li ġew approvati bid-Deċiżjoni 94/968/KE, huma approvati.

Artikolu 2

L-emendi fir-rigward taċ-ċanga, il-majjal, il-laħam tat-tjur, u l-annimali bovini u l-majjali għat-tkabbir, il-produzzjoni u l-qatla, li l-Iżvezja ppreżentat fis-26 ta’ Novembru 2019 fir-rigward tal-programm operattiv tagħha għall-kontroll tas-salmonella f’ċerti annimali ħajjin u prodotti tal-annimali, li ġew approvati bid-Deċiżjoni 95/50/KE, huma approvati.

Artikolu 3

L-emendi, li l-Finlandja ppreżentat fl-10 ta’ Marzu 2020 fir-rigward tal-programm nazzjonali tagħha għall-kontroll tas-salmonella fil-qatgħat għat-tgħammir ta’ Gallus gallus, li ġew approvati bid-Deċiżjoni 2006/759/KE, huma approvati.

Artikolu 4

L-emendi, li l-Finlandja ppreżentat fl-10 ta’ Marzu 2020 fir-rigward tal-programm nazzjonali tagħha għall-kontroll tas-salmonella f’qatgħat tat-tiġieġ ta’ Gallus gallus li jbidu, li ġew approvati bid-Deċiżjoni 2007/848/KE, huma approvati.

Artikolu 5

L-emendi, li l-Finlandja ppreżentat fl-10 ta’ Marzu 2020 fir-rigward tal-programm nazzjonali tagħha għall-kontroll tas-salmonella f’qatgħat ta’ brojlers Gallus gallus, li ġew approvati bid-Deċiżjoni 2008/815/KE, huma approvati.

Artikolu 6

L-emendi, li l-Finlandja ppreżentat fl-10 ta’ Marzu 2020 fir-rigward tal-programm nazzjonali tagħha għall-kontroll tas-salmonella fid-dundjani, li ġew approvati bid-Deċiżjoni 2009/771/KE, huma approvati.

Artikolu 7

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Finlandja u lir-Renju tal-Iżvezja.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Marzu 2021.

Għall-Kummissjoni

Stella KYRIAKIDES

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 325, 12.12.2003, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/968/KE tat-28 ta’ Diċembru 1994 li tapprova l-programm operattiv għall-kontroll tas-salmonella f’ċerti annimali ħajjin u l-prodotti tal-annimali ippreżentat mill-Finlandja (ĠU L 371, 31.12.1994, p. 36).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/50/KE tat-23 ta’ Frar 1995 li tapprova l-programm operattiv għall-kontroll tas-salmonella f’ċerti annimali ħajjin u l-prodotti tal-annimali ppreżentat mill-Iżvezja (ĠU L 53, 9.3.1995, p. 31).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/759/KE tat-8 ta’ Novembru 2006 li tapprova ċerti programmi nazzjonali għall-kontroll tas-salmonella f’qatgħat għat-tgħammir ta’ Gallus gallus (ĠU L 311, 10.11.2006, p. 46).

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/848/KE tal-11 ta’ Diċembru 2007 li tapprova ċerti programmi nazzjonali għall-kontroll tas-salmonella f’qatgħat ta’ tiġieġ ta’ Gallus gallus li jbidu (ĠU L 333, 19.12.2007, p. 83).

(6)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/815/KE tal-20 ta’ Ottubru 2008 li tapprova ċerti programmi nazzjonali għall-kontroll tas-salmonella f’qatgħat ta’ brojlers tal-Gallus gallus (ĠU L 283, 28.10.2008, p. 43).

(7)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/771/KE tal-20 ta’ Ottubru 2009 li tapprova ċerti programmi nazzjonali għall-kontroll tas-salmonella fid-dundjani (ĠU L 275, 21.10.2009, p. 28).

(8)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/849/KE tat-12 ta’ Diċembru 2007 li tapprova l-emendi tal-programm nazzjonali għall-kontroll tas-salmonella f’qatgħat għat-tgħammir ta’ Gallus gallus ippreżentat mill-Finlandja (ĠU L 333, 19.12.2007, p. 85).