10.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 46/40


ID-DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZOJNI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/157

tad-9 ta’ Frar 2021

li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1616 fir-rigward ta’ valvijiet industrijali, proċeduri tal-iwweldjar, apparat għas-sistemi ta’ refriġerazzjoni u pompi tas-sħana, shell boilers, pajpijiet industrijali metalliċi, ram u ligi tar-ram, tagħmir u aċċessorji tal-LPG u apparati ta’ sikurezza għall-protezzjoni minn pressjoni eċċessiva

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(6) tiegħu,

Billi:

(1)

F’konformità mal-Artikolu 12 tad-Direttiva 2014/68/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), l-apparat jew l-assemblaġġi ta’ pressjoni msemmija fl-Artikolu 4(1) u (2) ta’ dik id-Direttiva li jkunu konformi ma’ standards armonizzati jew partijiet minnhom, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, iridu jkunu preżunti konformi mar-rekwiżiti ta’ sikurezza essenzjali koperti minn dawk l-istandards jew partijiet minnhom, imsemmija fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva.

(2)

Permezz tal-ittra M/071 tal-1 ta’ Awwissu 1994, il-Kummissjoni talbet lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN) biex ifassal, fir-rigward tal-apparat ta’ pressjoni, l-istandards relatati mal-prodotti u l-istandards ta’ natura orizzontali b’appoġġ għad-Direttiva 97/23/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). Dik id-Direttiva ġiet sostitwita bid-Direttiva 2014/68/UE mingħajr ma nbidlu r-rekwiżiti essenzjali tas-sikurezza msemmija fl-Anness I tad-Direttiva 97/23/KE.

(3)

Abbażi tat-talba M/071 u biex ikun jirrifletti l-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku, is-CEN irreveda u emenda wħud mill-istandards armonizzati eżistenti. B’mod speċifiku, is-CEN irreveda l-istandards armonizzati EN ISO 4126-3:2006, EN 12542:2010 u EN 13175:2014 li wassal għall-adozzjoni tal-istandards armonizzati EN ISO 4126-3:2020 dwar l-apparati ta’ sikurezza, EN 12542:2020 u EN 13175:2019+A1:2020 dwar it-tagħmir u l-aċċessorji tal-LPG; l-istandard armonizzat EN 12735-1:2016 li wassal għall-adozzjoni tal-istandard armonizzat EN 12735-1:2020 dwar ir-ram u l-ligi tar-ram; u l-istandard armonizzat EN 12953-5:2002 li wassal għall-adozzjoni tal-istandard armonizzat EN 12953-5:2020 dwar ix-shell boilers. Is-CEN irreveda wkoll l-istandards armonizzati EN 14276-1:2006+A1:2011 u EN 14276-2:2007+A1:2011 li wassal għall-adozzjoni tal-istandards armonizzati EN 14276-1:2020 u EN 14276-2:2020 dwar apparat ta’ pressjoni għal sistemi ta’ refriġerazzjoni u pompi tas-sħana kif ukoll l-istandard armonizzat EN ISO 15620:2000 li wassal għall-adozzjoni tal-istandard armonizzat EN ISO 15620:2019 dwar l-iwweldjar.

(4)

Barra minn hekk, is-CEN irreveda u emenda serje ta’ standards armonizzati dwar il-valvijiet industrijali. Jiġifieri, is-CEN emenda l-istandards armonizzati EN ISO 16135:2006, EN ISO 16136:2006, EN ISO 16137:2006, EN ISO 16138:2006, EN ISO 16139:2006 u EN ISO 21787:2006. Is-CEN irreveda wkoll l-istandard armonizzat EN 16767:2016 li wassal għall-adozzjoni tal-istandard armonizzat EN 16767:2020 dwar il-valvijiet industrijali.

(5)

Is-CEN emenda wkoll l-istandards armonizzati EN 13480-2:2017 u EN 13480-3:2017 dwar il-pajpijiet industrijali metalliċi.

(6)

Il-Kummissjoni, flimkien mas-CEN, ivvalutat jekk dawk l-istandards dwar l-apparat ta’ pressjoni kif emendati jew riveduti mis-CEN humiex konformi mat-talba M/071.

(7)

L-istandards dwar l-apparat ta’ pressjoni kif emendati jew riveduti mis-CEN jissodisfaw ir-rekwiżiti li għandhom l-għan ikopru u li jissemmew fl-Anness I tad-Direttiva 2014/68/UE. Għalhekk huwa xieraq li r-referenzi ta’ dawk l-istandards jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(8)

Ir-referenzi tal-verżjonijiet emendati jew riveduti tal-istandards EN 12542:2010, EN 12735-1:2016, EN 12953-5:2002, EN 13175:2014, EN 13480-2:2017, EN 13480-3:2017, EN 14276-1:2006+A1:2011, EN 14276-2:2007+A1:2011, EN 16767:2016, EN ISO 15620:2000, EN ISO 16135:2006, EN ISO 16136:2006, EN ISO 16137:2006, EN ISO 16138:2006, EN ISO 16139:2006, EN ISO 21787:2006 u EN ISO4126-3:2006 iridu jiġu ppubblikati. Għalhekk, jeħtieġ li minn Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (4) jitneħħew ir-referenzi tal-istandards EN 12542:2010, EN 12735-1:2016, EN 12953-5:2002, EN 13175:2014, EN 13480-3:2017, EN 14276-1:2006+A1:2011, EN 14276-2:2007+A1:2011, EN 16767:2016, EN ISO 15620:2000, EN ISO 16135:2006, EN ISO 16136:2006, EN ISO 16137:2006, EN ISO 16138:2006, EN ISO 16139:2006, EN ISO 21787:2006 u EN ISO 4126-3:2006.

(9)

Sabiex il-manifatturi jingħataw biżżejjed żmien biex jadattaw il-prodotti tagħhom għall-verżjonijiet emendati jew riveduti tal-istandards armonizzati għal valvijiet industrijali, proċeduri tal-iwweldjar, apparat għal sistemi ta’ refriġerazzjoni u pompi tas-sħana, shell boilers, pajpijiet industrijali metalliċi, ram u ligi tar-ram, tagħmir u aċċessorji tal-LPG u apparati ta’ sikurezza għall-protezzjoni minn pressjoni eċċessiva, jeħtieġ li jiġi differit l-irtirar tar-referenzi ta’ dawk l-istandards.

(10)

L-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1616 (5) jelenka r-referenzi tal-istandards armonizzati abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2014/68/UE. Ir-referenzi tal-istandards armonizzati EN ISO 4126-3:2020, EN 12542:2020, EN 12735-1:2020, EN 12953-5:2020, EN 13175:2019+A1:2020, EN 13480-3:2017, EN 13480-3:2017/A2:2020, EN 13480-3:2017/A3:2020, EN 14276-1:2020, EN 14276-2:2020, EN ISO 15620:2019, EN ISO 16135:2006, EN ISO 16135:2006/A1:2019, EN ISO 16136:2006, EN ISO 16136:2006/A1:2019, EN ISO 16137:2006, EN ISO 16137:2006/A1:2019, EN ISO 16138:2006, EN ISO 16138:2006/A1:2019, EN ISO 16139:2006, EN ISO 16139:2006/A1:2019, EN 16767:2020, EN ISO21787:2006 u EN ISO 21787:2006/A1:2019 jenħtieġ li jiġu inklużi f’dak l-Anness.

(11)

L-Anness II tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1616 jelenka r-referenzi tal-istandards armonizzati abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2014/68/UE li ġew irtirati minn Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Ir-referenzi tal-istandards armonizzati EN 12542:2010, EN 12735-1:2016, EN 12953-5:2002, EN 13175:2014, EN 13480-3:2017, EN 14276-1:2006+A1:2011, EN 14276-2:2007+A1:2011, EN 16767:2016, EN ISO 15620:2000, EN ISO 16135:2006, EN ISO 16136:2006, EN ISO 16137:2006, EN ISO 16138:2006, EN ISO 16139:2006, EN ISO 21787:2006 u EN ISO4126-3:2006 jenħtieġ li jiġu inklużi f’dak l-Anness.

(12)

Ir-referenza tal-istandard armonizzat EN13480-2:2017 u r-referenzi tal-emendi tiegħu EN 13480-2:2017/A1:2018, EN 13480-2:2017/A2:2018 u EN 13480-2:2017/A3:2018 huma inklużi fl-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1616. Saret emenda oħra għall-istandard EN 13480-2:2017. Huwa xieraq li tiġi sostitwita l-entrata rilevanti f’dak l-Anness, u tiżdied ir-referenza tal-emenda EN 13480-2:2017/A7:2020.

(13)

Għalhekk, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1616 jenħtieġ li tiġi emendata skont dan.

(14)

Il-konformità ma’ standard armonizzat tikkonferixxi preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti essenzjali korrispondenti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni mid-data tal-pubblikazzjoni tar-referenza ta’ tali standard f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1616 huwa emendat f’konformità mal-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

L-Anness II tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1616 huwa emendat f’konformità mal-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Frar 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12.

(2)  Id-Direttiva 2014/68/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mat-tqegħid fis-suq ta’ apparat ta’ pressjoni (ĠU L 189, 27.6.2014, p. 164).

(3)  Id-Direttiva 97/23/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ Mejju 1997 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ apparat ta’ pressjoni (ĠU L 181, 9.7.1997, p. 1).

(4)  ĠU C 326, 14.9.2018, p. 94.

(5)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1616 tas-27 ta’ Settembru 2019 dwar l-istandards armonizzati għall-apparat ta’ pressjoni abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2014/68/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 250, 30.9.2019, p. 95).


ANNESS I

L-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1616 huwa emendat kif ġej:

(1)

l-entrata Nru 11 hija sostitwita b’dan li ġej:

Nru

Referenza tal-istandard

“11.

EN 13480-2:2017

Pajpijiet industrijali metalliċi – Parti 2: Materjali

EN 13480-2:2017/A1:2018

EN 13480-2:2017/A2:2018

EN 13480-2:2017/A3:2018

EN 13480-2:2017/A7:2020”;

(2)

jiżdiedu l-entrati li ġejjin:

Nru

Referenza tal-istandard

“24.

EN ISO 4126-3:2020

Apparati ta’ sikurezza għall-protezzjoni minn pressjoni eċċessiva – Parti 3: Valvijiet tas-sikurezza u apparati tas-sikurezza b’disk li jinfaqa’ kkombinati (ISO 4126-3:2020)

25.

EN 12542:2020

Tagħmir u aċċessorji tal-LPG – Reċipjenti taħt pressjoni statiċi, ċilindriċi, tal-azzar u wweldjati, prodotti f’serje għall-ħżin ta’ Gass Likwifikat miż-Żejt (LPG) b’volum mhux akbar minn 13-il m3 – Disinn u manifattura

26.

EN 12735-1:2020

Ram u ligi tar-ram – Tubi tondi seamless għall-kundizzjonament tal-arja u għar-refriġerazzjoni – Parti 1: Tubi għas-sistemi ta’ pajpijiet

27.

EN 12953-5:2020

Shell boilers – Parti 5: Spezzjoni waqt il-kostruzzjoni, dokumentazzjoni u mmarkar tal-partijiet taħt pressjoni tal-boiler

28.

EN 13175:2019+A1:2020

Tagħmir u aċċessorji tal-LPG – Speċifikazzjoni u ttestjar għal valvijiet u fittings tar-reċipjent taħt pressjoni tal-Gass Likwifikat miż-Żejt (LPG)

29.

EN 13480-3:2017

Pajpijiet industrijali metalliċi – Parti 3: Disinn u kalkolu

EN 13480-3:2017/A2:2020

EN 13480-3:2017/A3:2020

30.

EN 14276-1:2020

Apparat ta’ pressjoni għal sistemi ta’ refriġerazzjoni u pompi tas-sħana – Parti 1: Reċipjenti – Rekwiżiti ġenerali

31.

EN 14276-2:2020

Apparat ta’ pressjoni għal sistemi ta’ refriġerazzjoni u pompi tas-sħana – Parti 2: Pajpijiet – Rekwiżiti ġenerali

32.

EN ISO 15620:2019

Iwweldjar – Iwweldjar bil-frizzjoni ta’ materjali metalliċi (ISO 15620:2019)

33.

EN ISO 16135:2006

Valvijiet industrijali – Valvijiet sferiċi ta’ materjali termoplastiċi (ISO 16135:2006)

EN ISO 16135:2006/A1:2019

34.

EN ISO 16136:2006

Valvijiet industrijali – Valvijiet farfett ta’ materjali termoplastiċi (ISO 16136:2006)

EN ISO 16136:2006/A1:2019

35.

EN ISO 16137:2006

Valvijiet industrijali – Valvijiet unidirezzjonali ta’ materjali termoplastiċi (ISO 16137:2006)

EN ISO 16137:2006/A1:2019

36.

EN ISO 16138:2006

Valvijiet industrijali – Valvijiet bid-dijaframma ta’ materjali termoplastiċi (ISO 16138:2006)

EN ISO 16138:2006/A1:2019

37.

EN ISO 16139:2006

Valvijiet industrijali – Gate valves ta’ materjali termoplastiċi (ISO 16139:2006)

EN ISO 16139:2006/A1:2019

38.

EN 16767:2020

Valvijiet industrijali – Valvijiet unidirezzjonali metalliċi

39.

EN ISO 21787:2006

Valvijiet industrijali – Globe valves ta’ materjali termoplastiċi (ISO 21787:2006)

EN ISO 21787:2006/A1:2019”


ANNESS II

Fl-Anness II tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1616 jiżdiedu l-entrati li ġejjin:

Nru

Referenza tal-istandard

Data tal-irtirar

“22.

EN 12542:2010

Tagħmir u aċċessorji tal-LPG – Tankijiet taħt pressjoni statiċi, ċilindriċi, tal-azzar u wweldjati, prodotti f’serje għall-ħżin ta’ Gass Likwifikat miż-Żejt (LPG) b’volum mhux akbar minn 13-il m3 – Disinn u manifattura

l-10 ta’ Awwissu 2022

23.

EN 12735-1:2016

Ram u ligi tar-ram – Tubi tondi seamless għall-kundizzjonament tal-arja u għar-refriġerazzjoni – Parti 1: Tubi għas-sistemi ta’ pajpijiet

l-10 ta’ Awwissu 2022

24.

EN 12953-5:2002

Shell boilers – Parti 5: Spezzjoni waqt il-kostruzzjoni, dokumentazzjoni u mmarkar tal-partijiet taħt pressjoni tal-boiler

l-10 ta’ Awwissu 2022

25.

EN 13175:2014

Tagħmir u aċċessorji tal-LPG – Speċifikazzjoni u ttestjar għal valvijiet u fittings tar-reċipjent taħt pressjoni tal-Gass Likwifikat miż-Żejt (LPG)

l-10 ta’ Awwissu 2022

26.

EN 13480-3:2017

Pajpijiet industrijali metalliċi – Parti 3: Disinn u kalkolu

l-10 ta’ Awwissu 2022

27.

EN 14276-1:2006+A1:2011

Apparat ta’ pressjoni għal sistemi ta’ refriġerazzjoni u pompi tas-sħana – Parti 1: Reċipjenti – Rekwiżiti ġenerali

l-10 ta’ Awwissu 2022

28.

EN 14276-2:2007+A1:2011

Apparat ta’ pressjoni għal sistemi ta’ refriġerazzjoni u pompi tas-sħana – Parti 2: Pajpijiet – Rekwiżiti ġenerali

l-10 ta’ Awwissu 2022

29.

EN 16767:2016

Valvijiet industrijali – Valvijiet unidirezzjonali tal-azzar u tal-ħadid fondut

l-10 ta’ Awwissu 2022

30.

EN ISO 15620:2000

Iwweldjar – Iwweldjar bil-frizzjoni ta’ materjali metalliċi (ISO 15620:2000)

l-10 ta’ Awwissu 2022

31.

EN ISO 16135:2006

Valvijiet industrijali – Valvijiet sferiċi ta’ materjali termoplastiċi (ISO 16135:2006)

l-10 ta’ Awwissu 2022

32.

EN ISO 16136:2006

Valvijiet industrijali – Valvijiet farfett ta’ materjali termoplastiċi (ISO 16136:2006)

l-10 ta’ Awwissu 2022

33.

EN ISO 16137:2006

Valvijiet industrijali – Valvijiet unidirezzjonali ta’ materjali termoplastiċi (ISO 16137:2006)

l-10 ta’ Awwissu 2022

34.

EN ISO 16138:2006

Valvijiet industrijali – Valvijiet bid-dijaframma ta’ materjali termoplastiċi (ISO 16138:2006)

l-10 ta’ Awwissu 2022

35.

EN ISO 16139:2006

Valvijiet industrijali – Gate valves ta’ materjali termoplastiċi (ISO 16139:2006)

l-10 ta’ Awwissu 2022

36.

EN ISO 21787:2006

Valvijiet industrijali – Globe valves ta’ materjali termoplastiċi (ISO 21787:2006)

l-10 ta’ Awwissu 2022

37.

EN ISO 4126-3:2006

Apparati ta’ sikurezza għall-protezzjoni minn pressjoni eċċessiva – Parti 3: Valvijiet tas-sikurezza u apparati tas-sikurezza b’disk li jinfaqa’ kkombinati (ISO 4126-3:2006)

l-10 ta’ Awwissu 2022”