14.12.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 420/9 |
IR-REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/2042
tal-11 ta’ Diċembru 2020
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/464 fir-rigward tad-data tal-applikazzjoni tiegħu u ċerti dati oħra li huma rilevanti għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-produzzjoni organika
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(6), l-Artikolu 14(3), l-Artikolu 15(3), l-Artikolu 16(3), l-Artikolu 17(3) u l-Artikolu 26(7)(d) tiegħu,
Billi:
(1) |
Minħabba t-tifqigħa tal-pandemija tal-COVID-19 u l-kriżi tas-saħħa pubblika relatata, ir-Regolament (UE) 2020/1693 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) ippospona b’sena d-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/848, flimkien ma’ dati relatati oħra msemmija fir-Regolament (UE) 2018/848. |
(2) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/464 (3) stabbilixxa ċerti regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/848, b’mod partikolari fir-rigward tad-dokumenti meħtieġa għar-rikonoxximent retroattiv tal-perjodi għall-finijiet tal-konverżjoni, il-produzzjoni ta’ prodotti organiċi u l-informazzjoni li għandha tingħata mill-Istati Membri. Fl-interess taċ-ċertezza tad-dritt, jenħtieġ li dawk ir-regoli japplikaw mid-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/848. |
(3) |
Għalhekk, jeħtieġ li d-data tal-applikazzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/464 u d-dati konsegwenti l-oħra inklużi fih, jiġu allinjati mad-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/848. |
(4) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/464 jiġi emendat skont dan. |
(5) |
Fid-dawl tal-ħtieġa li tiġi żgurata minnufih iċ-ċertezza tad-dritt għas-settur organiku dwar il-posponiment tad-data tal-applikazzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/464, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ malajr kemm jista’ jkun. |
(6) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Produzzjoni Organika, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/464 huwa emendat kif ġej:
(1) |
fil-paragrafu 4 tal-Artikolu 25, it-tieni sentenza hija sostitwita b’dan li ġej: “Dik l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta kull sena sat-30 ta’ Ġunju, u għall-ewwel darba sat-30 ta’ Ġunju 2023 rigward is-sena 2022.”; |
(2) |
fil-paragrafi 1, 5, 6 u 7 tal-Artikolu 26, il-kliem “sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2029” huma sostitwiti bil-kliem “sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2030”; |
(3) |
fil-paragrafi 2, 3 u 4 tal-Artikolu 26, il-kliem “sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2024” huma sostitwiti bil-kliem “sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2025”; |
(4) |
fl-Artikolu 27, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2022”. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Diċembru 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 150, 14.6.2018, p. 1.
(2) Ir-Regolament (UE) 2020/1693 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Novembru 2020 li jemenda r-Regolament (UE) 2018/848 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi fir-rigward tad-data tal-applikazzjoni tiegħu u ta’ ċerti dati oħra msemmija f’dak ir-Regolament, ĠU L 381, 13.11.2020, p. 1.
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/464 tas-26 ta’ Marzu 2020 li jistabbilixxi ċerti regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-dokumenti meħtieġa għar-rikonoxximent retroattiv tal-perjodi għall-konverżjoni, il-produzzjoni ta’ prodotti organiċi u l-informazzjoni li għandha tingħata mill-Istati Membri (ĠU L 98, 31.3.2020, p. 2).