14.12.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 420/6 |
IR-REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/2041
tal-11 ta’ Diċembru 2020
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/585 fir-rigward tal-għadd ta’ kampjuni li jridu jittieħdu u jiġu analizzati minn kull Stat Membru fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta’ residwu ta’ pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 29(2) tiegħu,
Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (2),
Billi:
(1) |
Fl-Anness II tiegħu, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/585 (3) jistabbilixxi l-għadd ta’ kampjuni għal kull Stat Membru li jridu jittieħdu għall-finijiet tal-programm ta’ kontroll previst minn dak ir-Regolament sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-livelli massimi ta’ residwi tal-pestiċidi u biex jiġi vvalutat l-esponiment tal-konsumatur għar-residwi tal-pestiċidi. |
(2) |
Mal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni u ma’ tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni fil-31 ta’ Diċembru 2020, huma meħtieġa adattamenti biex jiġi żgurat li l-programm jibqa’ rappreżentattiv tas-suq tal-Unjoni u li l-għadd kumplessiv ta’ kampjuni jibqa’ suffiċjenti biex jintlaħqu l-objettivi ta’ dak il-programm. |
(3) |
Fil-passat, ir-Renju Unit ikkontribwixxa b’ammont sinifikanti ta’ kampjuni, proporzjonat mad-daqs tal-popolazzjoni tiegħu. Minn issa ’l quddiem, jenħtieġ li l-għadd ta’ kampjuni li għandhom jinġabru mir-Renju Unit jiġi adattat fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq u skont id-daqs tal-popolazzjoni ta’ dak it-territorju. |
(4) |
Jenħtieġ li l-għadd ta’ kampjuni miġbura mill-Istati Membri wkoll jiġi adattat skont dan sabiex jinżamm għadd ġenerali suffiċjenti ta’ kampjuni fir-rigward tal-premessa 3 tar-Regolament (UE) 2020/585. |
(5) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/585 jiġi emendat skont dan. |
(6) |
Biex l-Istati Membri jkunu jistgħu jissodisfaw l-obbligi ta’ analiżi tagħhom, jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika fl-1 ta’ Jannar 2021. |
(7) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/585 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2021.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Diċembru 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/585 tas-27 ta’ April 2020 dwar programm ikkoordinat ta’ kontroll pluriennali tal-Unjoni għall-2021, l-2022 u l-2023 biex tiġi żgurata l-konformità mal-livelli massimi ta’ residwi ta’ pestiċidi fl-ikel u fuq l-ikel li joriġina mill-pjanti u mill-annimali, u biex jiġi vvalutat l-esponiment tal-konsumatur għalihom (ĠU L 135, 29.4.2020, p. 1).
ANNESS
Fil-punt (5) tal-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/585, it-tabella hija sostitwita bit-tabella li ġejja:
BE |
15 |
BG |
15 |
CZ |
15 |
DK |
12 |
DE |
106 |
EE |
12 |
IE |
12 |
EL |
15 |
ES |
55 |
FR |
78 |
HR |
12 |
IT |
75 |
CY |
12 |
LV |
12 |
LT |
12 |
LU |
12 |
HU |
15 |
MT |
12 |
NL |
20 |
AT |
15 |
PL |
51 |
PT |
15 |
RO |
22 |
SI |
12 |
SK |
12 |
FI |
12 |
SE |
15 |
Ir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq (1) |
12 |
GĦADD TOTALI TA’ KAMPJUNI: 683 |
(1) F’konformità mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 5(4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Protokoll, dan ir-Regolament japplika għar-Renju Unit u fih, fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq.