18.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 94/5


Rettifika għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/1749 tas-7 ta’ Ottubru 2020 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009 li jistabbilixxi reġim Komunitarju għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, it-trasferiment, is-senserija u t-tranżitu ta’ oġġetti b’użu doppju

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 421 tal-14 ta’ Diċembru 2020 )

Fil-paġna 94, il-punti 2B206.c.1 u 2B206.c.2 jinbidlu b’dan li ġej:

“1.

Li fihom ‘laser’; kif ukoll

2.

Li kapaċi jżommu, mill-inqas għal 12-il siegħa, f’temperatura ta’ ± 1 K (± 1 °C); madwar temperatura standard u pressjoni standard, dan kollu li ġej:

a.

‘Riżoluzzjoni’ fuq l-iskala kollha tagħhom ta’ 0,1 μm jew aħjar; u

b.

B’‘inċertezza tal-kejl’ daqs jew aħjar (inqas) minn (0,2 + L/2 000) μm (L huwa t-tul imkejjel f’millimetri).”;

Fil-paġna 142, il-punti 3B001.f.3 sa 3B001.g jinbidlu b’dan li ġej:

“3.

Tagħmir iddisinjat apposta għall-produzzjoni ta' maskri li għandu dan kollu li ġej:

a.

Raġġ ta’ elettroni ffukat iddevjat, raġġ ta’ joni jew raġġ tal-‘lejżer’; u

b.

Li għandu xi waħda mill-proprjetajiet li ġejjin:

1.

Daqs ta’ spot b’wisa’ ta’ nofs id-daqs (full-width half-maximum (FWHM)) iżgħar minn 65 nm b’kollokament ta’ immaġni (image placement) ta’ inqas minn 17-il nm (medja + 3 sigma); jew

2.

Mhux użat;

3.

Żball ta' kopertura għat-tieni saffa ta' inqas minn 23 nm (medja + 3 sigma) fuq il-maskra;

4.

Tagħmir iddisinjat għall-ipproċessar ta' apparat li juża metodi ta' kitba diretti, li għandu dan kollu li ġej:

a.

Raġġ ta’ elettroni ffukat iddevjat; u

b.

Li għandu xi waħda mill-proprjetajiet li ġejjin:

1.

Daqs minimu ta’ raġġ ugwali għal jew iżgħar minn 15-il nm; jew

2.

Żball ta' kopertura ta' inqas minn 27 nm (medja + 3 sigma);

g.

Maskri u retikoli, iddisinjati għaċ-ċirkwiti integrati speċifikati fi 3A001;”;

Fil-paġna 160, il-punti 5E001.d sa 5E001.e.2 jinbidlu b’dan li ġej:

“d.

‘Teknoloġija’ skont in-Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija għall-‘iżvilupp’ jew il-‘produzzjoni’ ta’ amplifikaturi b’Ċirkwit Integrat Monolitiku b’Microwaves (‘MMIC’) iddisinjati apposta għat-telekomunikazzjoni u li huma xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

Nota Teknika:

Għall-finijiet ta’ 5E001.d., il-parametru tal-ogħla output ta’ enerġija saturata jista’ jissemma’ wkoll fuq karti tad-data dwar il-prodott bħala output ta’ enerġija, output ta’ enerġija saturata, output ta’ enerġija massima, l-ogħla output ta’ enerġija, jew l-ogħla output ta’ enerġija output.

1.

Previsti għall-operazzjoni fi frekwenzi li jaqbżu 2,7 GHz sa u inkluż 6,8 GHz b’‘wisa’ tal-banda frazzjonali’ ta’ aktar minn 15 %, u li għandhom xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

a.

L-ogħla output ta’ enerġija saturata ta’ aktar minn 75 W (48,75 dBm) bi kwalunkwe frekwenza li taqbeż 2,7 GHz sa u inkluż 2,9 GHz;

b.

L-ogħla output ta’ enerġija saturata ta’ aktar minn 55 W (47,4 dBm) bi kwalunkwe frekwenza li taqbeż 2,9 GHz sa u inkluż 3,2 GHz;

c.

L-ogħla output ta’ enerġija saturata ta’ aktar minn 40 W (46 dBm) bi kwalunkwe frekwenza li taqbeż 3,2 GHz sa u inkluż 3,7 GHz; jew

d.

L-ogħla output ta’ enerġija saturata ta’ aktar minn 20 W (43 dBm) bi kwalunkwe frekwenza li taqbeż 3,7 GHz sa u inkluż 6,8 GHz;

2.

Previsti għal tħaddim fi frekwenzi li jaqbżu 6,8 GHz sa u inkluż 16 GHz b’‘faxxa tal-frekwenza frazzjonali’ ta’ aktar minn 10 %, u li għandhom xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

a.

L-ogħla output ta’ enerġija saturata ta’ aktar minn 10W (40 dBm) bi kwalunkwe frekwenza li taqbeż 6,8 GHz sa u inkluż 8,5 GHz; jew

b.

L-ogħla output ta’ enerġija saturata ta’ aktar minn 5W (37 dBm) bi kwalunkwe frekwenza li taqbeż 8,5 GHz sa u inkluż 16 GHz;

3.

Ikklassifikati għall-operazzjoni bl-ogħla output ta’ enerġija saturata ta’ aktar minn 3 W (34,77 dBm) bi kwalunkwe frekwenza li taqbeż 16 GHz sa u inkluż 31,8 GHz u b’‘wisa’ tal-banda frazzjonali’ ta’ aktar minn 10 %;

4.

Ikklassifikati għall-operazzjoni bl-ogħla output ta’ enerġija saturata ta’ aktar minn 0,1 nW (– 70 dBm) bi kwalunkwe frekwenza li taqbeż 31,8 GHz sa u inkluż 37 GHz;

5.

Ikklassifikati għall-operazzjoni bl-ogħla output ta’ enerġija saturata ta’ aktar minn 1 W (30 dBm) bi kwalunkwe frekwenza li taqbeż 37 GHz sa u inkluż 43,5 GHz u b’‘wisa’ tal-banda frazzjonali’ ta’ aktar minn 10 %;

6.

Ikklassifikati għall-operazzjoni bl-ogħla output ta’ enerġija saturata ta’ aktar minn 31,62 mW (15 dBm) bi kwalunkwe frekwenza li taqbeż 43,5 GHz sa u inkluż 75 GHz u b’“wisa’ tal-banda frazzjonali” ta’ aktar minn 10 %;

7.

Ikklassifikati għall-operazzjoni bl-ogħla output ta’ enerġija saturata ta’ aktar minn 10 mW (10 dBm) bi kwalunkwe frekwenza li taqbeż 75 GHz sa u inkluż 90 GHz u b’‘wisa’ tal-banda frazzjonali’ ta’ aktar minn 5 %; jew

8.

Ikklassifikati għall-operazzjoni bl-ogħla output ta’ enerġija saturata ta’ aktar minn 0,1 nW (– 70 dBm) bi kwalunkwe frekwenza ta’ aktar minn 90 GHz;

e.

‘Teknoloġija’ skont in-Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija għall-‘iżvilupp’ jew il-‘produzzjoni’ ta’ apparat elettroniku u ċirkwiti, iddisinjati apposta għat-telekomunikazzjoni u li fihom komponenti mmanifatturati minn materjali ‘superkonduttivi’, iddisinjati apposta għal tħaddim f’temperaturi taħt ‘it-temperatura kritika’ ta’ mill-anqas wieħed mill-kostitwenti ‘superkonduttivi’, u li għandhom xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

1.

Swiċċjar tal-kurrent għal ċirkwiti diġitali li jużaw bibien ‘superkonduttivi’ bir-riżultat tal-multiplikazzjoni tal-ħin ta’ dewmien għal kull bieb (f’sekondi) bil-ħela ta’ qawwa għal kull bieb (f’watts) ta’ anqas minn 10-14 J; jew

2.

Għażla tal-frekwenza fil-frekwenzi kollha bl-użu ta’ ċirkwiti reżonanti b’valuri Q ta’ aktar minn 10 000.”;

Fil-paġna 175, il-punti 6A002.a.1.a sa 6A002.a.1.d jinbidlu b’dan li ġej:

“a.

Detetturi ottiċi kif ġej:

1.

Detetturi fi stat solidu ‘kkwalifikati għall-użu spazjali’ kif ġej:

Nota: Għall-fini ta’ 6A002.a.1., detetturi fi stat solidu jinkludu ‘matriċijiet fuq il-pjan fokali’.

a.

Detetturi fi stat solidu ‘kkwalifikati għall-użu spazjali’ li għandhom dan kollu li ġej:

1.

Rispons massimu fil-medda tat-tul ta’ mewġ ta’ iżjed minn 10 nm, iżda mhux iżjed minn 300 nm; u

2.

Rispons ta’ inqas minn 0,1 % imqabbel mar-reazzjoni massima f’tul ta’ mewġ ta’ aktar minn 400 nm;

b.

Detetturi fi stat solidu ‘kkwalifikati għall-użu spazjali’ li għandhom dan kollu li ġej:

1.

Rispons massimu fil-medda tat-tul ta’ mewġ ta’ aktar minn 900 nm iżda mhux iktar minn 1 200 nm; u

2.

‘Kostanti tal-ħin’ tar-rispons ta’ 95 ns jew inqas;

c.

Detetturi fi stat solidu ‘kkwalifikati għall-użu spazjali’ li għandhom l-ogħla rispons fil-medda tat-tul ta’ mewġ ta’ aktar minn 1 200 nm iżda mhux iktar minn 30 000 nm;

d.

‘Matriċijiet fuq pjan fokali’‘kwalifikati għall-użu spazjali’ b’aktar minn 2 048 element għal kull matriċi u rispons massimu fil-medda tat-tul ta’ mewġ ta’ iżjed minn 300 nm iżda mhux iżjed minn 900 nm;”;

Fil-paġna 179, il-punti 6A002.b sa 6A002.f jinbidlu b’dan li ġej:

“b.

‘Sensuri monospettrali li juru l-immaġni’ u ‘sensuri multispettrali li juru l-immaġni’, iddisinjati għal applikazzjonijiet ta’ telerilevament u li għandhom xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

1.

Kamp ta’ viżjoni istantanju (IFOV) ta’ inqas minn 200 μrad (mikroradjanti); jew

2.

Speċifikati sabiex jaħdmu fil-medda tat-tul ta’ mewġ ta’ iżjed minn 400 nm iżda mhux iżjed minn 30 000 nm u li għandhom dan kollu li ġej:

a.

Jipprovdu output ta’ data tal-immaġni f’format diġitali; u

b.

Li għandhom xi waħda mill-karatteristiċi li ġejjin:

1.

‘Kwalifikati għall-użu spazjali’; jew

2.

Iddisinjati għall-ħidma fl-ajru, bl-użu ta’ detetturi li mhumiex tas-siliċju, u li għandhom IFOV ta’ inqas minn 2,5 mrad (milliradjani);

Nota: 6A002.b.1. ma jikkontrollax ‘sensuri monospettrali li juru l-immaġni’ b’rispons massimu fil-medda tat-tulijiet ta’ mewġ ogħla minn 300 nm iżda mhux iktar minn 900 nm u li jinkorporaw biss xi wieħed minn dawn id-detetturi mhux ‘kwalifikati għall-użu spazjali’ jew ‘matriċijiet fuq pjan fokali’ mhux ‘kwalifikati għall-użu spazjali’ li ġejjin:

1.

Apparati għat-Trasferiment ta’ Ċarġ (CCD) mhux iddisinjati jew modifikati biex iwettqu l-‘multiplikazzjoni ta’ ċarġ’; jew

2.

Apparat Semikonduttur tal-Ossidu tal-Metall Komplimentari (CMOS) mhux iddisinjat jew modifikat biex jikseb ‘multiplikazzjoni taċ-ċarġ’.

c.

Tagħmir għall-immaġni ta’ ‘viżjoni diretta’ li jinkorpora xi wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

1.

Tubi li jintensifikaw l-immaġni speċifikati f’6A002.a.2.a. jew 6A002.a.2.b.;

2.

‘Matriċi fuq pjan fokali’ speċifikati f’6A002.a.3.; jew

3.

Detetturi fi stat solidu speċifikati f’6A002.a.1.;

Nota Teknika:

 

‘Viżjoni diretta’ tirreferi għal tagħmir għall-immaġni li juri immaġni viżiva lill-osservatur uman mingħajr ma jbiddel l-immaġni f’sinjal elettroniku għall-viżjoni televiżiva, u li ma jistax jirreġistra jew jaħżen l-immaġni b’mezzi fotografiċi, elettroniċi jew b’xi mezz ieħor.

Nota: 6A002.c. ma jikkontrollax it-tagħmir kif ġej, meta jinkorpora fotokatodi li mhumiex GaAs jew GaInAs:

a.

Sistemi ta’ allarm kontra l-intrużjoni industrijali jew ċivili, ta’ kontroll jew kunteġġ tat-traffiku jew tal-moviment fl-industrija;

b.

Tagħmir mediku;

c.

Tagħmir industrijali użat għall-ispezzjoni, l-issortjar jew l-analiżi tal-karatteristiċi tal-materjali;

d.

Detetturi tal-fjammi għall-fran industrijali;

e.

Tagħmir iddisinjat apposta għall-użu fil-laboratorju.

d.

Komponenti ta’ sapport speċjali għas-sensuri ottiċi, kif ġej:

1.

Sistemi ta’ tkessiħ krijoġeniċi ‘kwalifikati għall-użu spazjali’;

2.

Sistemi ta’ tkessiħ krijoġeniċi mhux ‘kwalifikati għall-użu spazjali’ b’temperatura tas-sors li jkessaħ taħt il-218 K (– 55 °C), kif ġej:

a.

Tip biċ-ċiklu magħluq b’Ħin Medju Qabel il-Ħsara (MTTF) jew Ħin Medju Bejn il-Ħsarat (MTBF) speċifikat, ta’ aktar minn 2 500 siegħa;

b.

Sistemi żgħar awtoregolatorji ta’ tkessiħ Joule-Thomson (JT) b’dijametri esterni tal-kanna ta’ inqas minn 8 mm;

3.

Fibri sensuri ottiċi fabbrikati apposta kompożizzjonalment jew strutturalment, jew modifikati b’kisja, sabiex ikunu sensittivi għall-effetti akustiċi, termiċi, inerzjali, elettromanjetiċi jew għar- radjazzjoni nukleari;

Nota: 6A002.d.3. ma jikkontrollax fibri sensuri ottiċi miġburin iddisinjati apposta għal applikazzjonijiet ta’ sensuri ta’ spieri.

e.

Mhux użat.

f.

‘Ċirkwiti integrati tal-qari’ (Read-out integrated circuits, ‘ROIC’) ddisinjati apposta għal ‘matriċijiet fuq il-pjan fokali’ speċifikati f’6A002.a.3.

Nota: 6A002.f. ma jikkontrollax ‘ċirkwiti integrati tal-qari’ ddisinjati b’mod speċjali għall-applikazzjonijiet awtopropulsivi ċivili.

Nota Teknika:

‘Ċirkwit integrat tal-qari’ (‘ROIC’) huwa ċirkwit integrat iddisinjat biex ikun sottostanti għal ‘matriċi fuq il- pjan lokali’ (focal plane array, ‘FPA’) jew marbut miegħu, u jintuża biex jaqra (jiġifieri jislet u jirreġistra) sinjali prodotti mill-elementi tad-detettur. Mill-inqas, ir-‘ROIC’ jaqra ċ-ċarġ mill-elementi tad-detettur billi jislet iċ-ċarġ u japplika funzjoni ta’ multiplexing b’mod li jżomm il-pożizzjoni spazjali relattiva u l-informazzjoni tal-orjentazzjoni tal-elementi tad-detettur għall-ipproċessar fir-‘ROIC’ u barra minnu.”.