9.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 373/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1646

tas-7 ta’ Novembru 2020

dwar miżuri ta’ politika kummerċjali li jikkonċernaw ċerti prodotti mill-Istati Uniti tal-Amerka wara l-aġġudikazzjoni ta’ tilwima kummerċjali skont il-Fehim dwar is-Soluzzjoni tat-Tilwim tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 654/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-Unjoni għall-applikazzjoni u l-infurzar ta’ regoli kummerċjali internazzjonali u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3286/94 li jistabbilixxi l-proċeduri tal-Komunità fil-qasam ta’ politika kummerċjali komuni sabiex jiżgura l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-Komunità skont ir-regoli internazzjonali tal-kummerċ, b’mod partikolari dawk stabbiliti taħt l-awspiċji tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fil-11 ta’ April 2019, il-Korp għas-Soluzzjoni tat-Tilwim tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (World Trade Organization, “WTO”), adotta r-rakkomandazzjonijiet u d-deċiżjonijiet tiegħu fit-tilwima DS353 United States – Measures Affecting Trade in Large Civil Aircraft (Second complaint) – Recourse to Article 21.5 of the DSU by the European Union, li tikkonferma li l-Istati Uniti naqsu milli jikkonformaw il-miżuri tagħhom, li nstab li huma inkonsistenti mal-Ftehim dwar is-Sussidji u l-Miżuri Kompensatorji (“il-Ftehim SCM”), mal-obbligi skont dak il-Ftehim. Fir-rigward tal-konċessjonijiet tat-taxxa FSC/ETI, il-Korp tal-Appell ikkonferma li l-Istati Uniti ma rtirawx is-sussidji u li għadhom joperaw ir-rakkomandazzjonijiet u d-deċiżjonijiet oriġinali (2).

(2)

Fir-rigward ta’ miżuri oħra rilevanti, f’konformità mal-paragrafu 8 tal-“Proċeduri Miftiehma skont l-Artikoli 21 u 22 tal-Qbil dwar is-Soluzzjoni tat-Tilwim (Dispute Settlement Understanding, “DSU”) (3) u l-Artikolu 7 tal-Ftehim dwar is-SCM” bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti fir-rigward ta’ din it-tilwima, l-Unjoni Ewropea talbet lill-arbitru tal-Artikolu 22.6 tad-DSU biex jerġa’ jibda l-ħidma tiegħu. L-arbitru ħareġ id-deċiżjoni tiegħu fit-13 ta’ Ottubru 2020 (4).

(3)

Id-deċiżjoni tal-arbitru tiddikjara li l-Unjoni Ewropea tista’ titlob l-awtorizzazzjoni mill-Korp għas-Soluzzjoni tat-Tilwim tad-WTO biex tieħu kontromiżuri fir-rigward tal-Istati Uniti tal-Amerka (“l-Istati Uniti”), f’livell li ma jaqbiżx it-USD 3 993 212 564 fis-sena. Dawn il-kontromiżuri jistgħu jieħdu l-forma ta’ (a) sospensjoni tal-konċessjonijiet tat-tariffi u obbligi oħra relatati skont il-GATT tal-1994, (b) sospensjoni tal-konċessjonijiet u obbligi oħra skont il-Ftehim SCM u (c) sospensjoni ta’ impenji orizzontali jew settorjali li jinsabu fl-iskeda tas-servizzi konsolidata tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tas-setturi kollha prinċipali identifikati fil-Lista ta’ Klassifikazzjoni Settorjali tas-Servizzi.

(4)

F’konformità mal-Artikolu 22.7 tad-DSU, il-partijiet għandhom jaċċettaw id-deċiżjoni tal-arbitru bħala finali. Fis-26 ta’ Ottubru 2020] il-Korp għas-Soluzzjoni tat-Tilwim tad-WTO [awtorizza] lill-Unjoni Ewropea biex tieħu kontromiżuri kontra l-Istati Uniti li jkunu konsistenti mad-deċiżjoni tal-arbitru. Il-kontromiżuri se jikkonsistu fis-sospensjoni tal-konċessjonijiet tat-tariffi u l-impożizzjoni ta’ dazji doganali ġodda jew miżjuda.

(5)

Fir-rigward tat-tfassil u l-għażla tal-miżuri xierqa, il-Kummissjoni qieset u applikat il-kriterji oġġettivi kollha f’konformità mal-Artikolu 4(2)(a) u l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (UE) Nru 654/2014. F’konformità mal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 654/2014, il-Kummissjoni tat opportunità lill-partijiet ikkonċernati li jesprimu l-fehmiet tagħhom u jippreżentaw informazzjoni rigward l-interessi ekonomiċi rilevanti tal-Unjoni (5).

(6)

Il-Kummissjoni żgurat li d-dazji doganali addizzjonali ma jaqbżux il-livell awtorizzat mil-Korp għas-Soluzzjoni tat-Tilwim tad-WTO. Fil-preżent, l-ammont huwa kkunsidrat xieraq biex effettivament iwassal għall-konformità u jipprovdi għajnuna lill-operaturi ekonomiċi tal-UE minħabba li, fil-klima ekonomika attwali, jippermetti li jiġu imposti miżuri fuq inġenji tal-ajru ċivili kbar u prodotti oħrajn tal-Istati Uniti li jitqiesu simili biżżejjed għall-kontromiżuri imposti mill-Istati Uniti.

(7)

Dawn il-miżuri jikkonċernaw importazzjonijiet ta’ prodotti li joriġinaw fl-Istati Uniti li l-Unjoni Ewropea mhijiex sostanzjalment dipendenti fuqhom għall-provvista tagħha. Dan l-approċċ jevita kemm jista’ jkun impatt negattiv fuq l-atturi diversi fis-suq tal-Unjoni, inkluż il-konsumaturi.

(8)

Jenħtieġ li l-miżuri ta’ politika kummerċjali fil-forma ta’ dazji ad valorem addizzjonali fuq il-prodotti elenkati fl-Anness I u fl-Anness II jiġu applikati kif ġej:

(a)

dazji ad valorem addizzjonali ta’ rata ta’ 15 % għall-prodotti speċifikati fl-Anness I.

(b)

dazji ad valorem addizzjonali ta’ rata ta’ 25 % għall-prodotti speċifikati fl-Anness II.

(9)

In-negozjati bejn l-Unjoni Ewropa u l-Istati Uniti li għandhom l-għan li jwasslu għal soluzzjoni bilanċjata għat-tilwim tad-WTO dwar inġenji tal-ajru ċivili kbar sa issa ma wasslux għal riżultati. Fl-istess ħin, l-Istati Uniti jkomplu japplikaw kontromiżuri fl-ammont ta’ USD 7,5 biljun fuq l-importazzjonijiet ta’ prodotti mill-Unjoni Ewropea. Il-Kummissjoni beħsiebha temenda dan ir-Regolament, biex tqis l-iżviluppi rilevanti, inkluż fir-rigward tal-konformità tal-Istati Uniti, jew in-nuqqas tagħha. B’mod partikolari, il-Kummissjoni beħsiebha tissospendi l-applikazzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni, jekk l-Istati Uniti jissospendu l-kontromiżuri tagħhom kontra l-importazzjonijiet mill-Unjoni Ewropea, jew jibdlu l-livell tad-dazji doganali, skont kif meħtieġ, biex tirrifletti l-kontromiżuri applikati mill-Istati Uniti.

(10)

Jenħtieġ li dan l-Att jidħol fis-seħħ fil-jum li jiġi wara dak li fih ikun ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(11)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Ostakoli għall-Kummerċ, imwaqqaf permezz tar-Regolament (UE) 2015/1843 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Wara l-aġġudikazzjonijiet fit-tilwima tad-WTO DS353 United States — Measures Affecting Trade in Large Civil Aircraft, u wara l-awtorizzazzjoni tal-Korp għas-Soluzzjoni tat-Tilwim tad-WTO, l-Unjoni Ewropea għandha tissospendi l-applikazzjoni tal-konċessjonijiet tad-dazju fuq l-importazzjoni skont il-GATT tal-1994 għall-kummerċ tal-Istati Uniti fir-rigward tal-prodotti elenkati fl-Anness I u fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

B’konsegwenza ta’ dan, l-Unjoni għandha tapplika dazji doganali addizzjonali dwar l-importazzjonijiet lejn l-Unjoni tal-prodotti elenkati fl-Anness I u II ta’ dan ir-Regolament u li joriġinaw mill-Istati Uniti.

Artikolu 3

1.   Il-prodotti elenkati fl-Annessi, li qabel id-data li fiha daħal fis-seħħ dan ir-Regolament kienet inħarġitilhom liċenzja ta’ importazzjoni b’eżenzjoni mid-dazju jew bi tnaqqis minnu, ma għandhomx ikunu soġġetti għal dawn id-dazji doganali addizzjonali.

2.   Il-prodotti elenkati fl-Annessi li dwarhom l-importaturi jistgħu jippruvaw li ġew esportati mill-Istati Uniti lejn l-Unjoni qabel id-data li fiha jkun ġie applikat dazju addizzjonali fir-rigward ta’ dak il-prodott ma għandhomx ikunu soġġetti għad-dazju addizzjonali.

Artikolu 4

Jenħtieġ li dan l-Att jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Novembru 2020.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 189, 27.6.2014, p. 50.

(2)  Ir-Rapport tal-Korp tal-Appell, US – Large Civil Aircraft (2nd Complaint) (l-Artikolu 21.5 – UE), il-paragrafi 5.172 u 6.4 (b), paragrafi 5.172 u 6.4(b); ir-Rapport tal-Korp tal-Appell, US – Large Civil Aircraft (2nd Complaint), il-paragrafu 1352 u n-nota 2716 f’qiegħ il-paġna; ir-Rapport tal-Bord tal-Arbitraġġ, US – FSC (l-Artikolu 22.6 – US), il-paragrafu 8.1.

(3)  WT/DS353/14.

(4)  WT/DS353/ARB.

(5)  http://trade.ec.europa.eu/consultations/index.cfm?consul_id=261

(6)  Ir-Regolament (UE) 2015/1843 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Ottubru 2015 li jistabbilixxi l-proċeduri tal-Unjoni fil-qasam tal-politika kummerċjali komuni sabiex jiżgura l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-Unjoni skont ir-regoli internazzjonali tal-kummerċ, b’mod partikolari dawk stabbiliti taħt l-awspiċji tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (ĠU L 272, 16.10.2015, p. 1).


ANNESS I

Prodotti soġġetti għal dazji addizzjonali

Il-kodiċijiet TARIC  (1)  (2)

Dazju addizzjonali

8802400013

15 %

8802400015

15 %

8802400017

15 %

8802400019

15 %

8802400021

15 %


(1)  Il-kodiċijiet tan-nomenklatura ttieħdu mit-tariffa integrata, ibbażata fuq in-nomenklatura magħquda, kif definita fl-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).

(2)  Biex jiġi evitat kull dubju, dawn l-intestaturi tariffarji huma maħsuba biex ikopru l-inġenji tal-ajru kollha fil-parametri ta’ piż identifikati importati fl-Unjoni Ewropea (li jidħlu f’ċirkolazzjoni libera) u li għandhom jiġu operati minn kwalunkwe entità li tinsab fl-Unjoni Ewropea għal kwalunkwe perjodu ta’ żmien ekonomikament sinifikanti, kemm fl-Unjoni Ewropea kif ukoll bejn l-Unjoni Ewropea u kwalunkwe pajjiż terz, irrispettivament minn kwalunkwe arranġament formali ta’ finanzjament li jista’ jkun fis-seħħ (bħal arranġamenti ta’ kiri) u b’kunsiderazzjoni ta’ kriterji bħal dawn li ġejjin (li l-ebda wieħed minnhom ma huwa determinanti): il-post ta’ inkorporazzjoni tal-operatur; iċ-ċentru tal-operazzjonijiet tal-operatur; żebgħa esterna u disinn u konfigurazzjoni interni tal-inġenju tal-ajru f’konformità mal-marka tal-operatur; u l-immarkar intenzjonat.


ANNESS II

Prodotti soġġetti għal dazji addizzjonali ulterjuri

NM 2020  (1)

Dazju addizzjonali

0301 11 00

25 %

0301 19 00

25 %

0303 13 00

25 %

0304 81 00

25 %

0305 41 00

25 %

0307 22 90

25 %

0406 10 50

25 %

0406 90 21

25 %

0406 90 86

25 %

0714 20 10

25 %

0714 20 90

25 %

0802 90 85

25 %

0804 10 00

25 %

0805 40 00

25 %

0810 40 50

25 %

0811 90 50

25 %

0811 90 70

25 %

0905 10 00

25 %

0905 20 00

25 %

1001 99 00

25 %

1202 41 00

25 %

1202 42 00

25 %

1212 29 00

25 %

1302 19 70

25 %

1302 39 00

25 %

1515 90 11

25 %

1515 90 29

25 %

1515 90 39

25 %

1515 90 40

25 %

1515 90 51

25 %

1515 90 59

25 %

1515 90 60

25 %

1515 90 91

25 %

1515 90 99

25 %

1703 10 00

25 %

1806 10 15

25 %

1806 10 20

25 %

1806 10 30

25 %

1806 10 90

25 %

1806 20 10

25 %

1806 20 30

25 %

1806 20 50

25 %

1806 20 80

25 %

1806 20 95

25 %

1806 31 00

25 %

1806 32 10

25 %

1806 32 90

25 %

1806 90 11

25 %

1806 90 19

25 %

2008 19 99

25 %

2008 30 59

25 %

2008 30 90

25 %

2009 11 11

25 %

2009 11 19

25 %

2009 11 91

25 %

2009 11 99

25 %

2009 21 00

25 %

2009 29 19

25 %

2101 11 00

25 %

2103 20 00

25 %

2103 90 90

25 %

2104 10 00

25 %

2106 90 59

25 %

2205 10 10

25 %

2208 20 29

25 %

2208 20 40

25 %

2208 20 89

25 %

2208 40 11

25 %

2208 40 39

25 %

2208 40 51

25 %

2208 40 91

25 %

2208 40 99

25 %

2208 60 11

25 %

2208 60 19

25 %

2208 60 91

25 %

2208 60 99

25 %

2303 20 10

25 %

2401 10 35

25 %

2401 10 60

25 %

2401 10 70

25 %

2401 10 85

25 %

2401 10 95

25 %

2401 20 35

25 %

2401 20 60

25 %

2401 20 70

25 %

2401 20 85

25 %

2401 20 95

25 %

2401 30 00

25 %

3301 19 20

25 %

3301 25 10

25 %

3301 25 90

25 %

3502 90 20

25 %

3502 90 70

25 %

3504 00 10

25 %

3504 00 90

25 %

3904 10 00

25 %

3920 10 23

25 %

3920 10 24

25 %

3920 10 81

25 %

4202 19 10

25 %

4202 19 90

25 %

4202 21 00

25 %

4202 22 10

25 %

4202 22 90

25 %

4202 32 10

25 %

4202 32 90

25 %

4202 91 10

25 %

4202 91 80

25 %

4202 92 11

25 %

4202 92 15

25 %

4202 92 19

25 %

4202 92 91

25 %

5203 00 00

25 %

8429 51 10

25 %

8429 51 91

25 %

8429 51 99

25 %

8701 91 10

25 %

8701 91 90

25 %

8701 92 90

25 %

8701 93 10

25 %

8701 93 90

25 %

8701 94 10

25 %

8701 94 90

25 %

8705 90 80

25 %

8714 91 10

25 %

8714 91 30

25 %

8714 91 90

25 %

9504 20 00

25 %

9504 30 10

25 %

9504 30 20

25 %

9504 30 90

25 %

9504 50 00

25 %

9504 90 10

25 %

9504 90 80

25 %

9506 91 10

25 %

9506 91 90

25 %


(1)  1Il-kodiċijiet tan-nomenklatura ttieħdu min-Nomenklatura Magħquda kif definita fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni tad-Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1) u kif stabbilit fl-Anness I tiegħu, li huma validi fiż-żmien tal-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u, mutatis mutandis, kif emendat bil-leġiżlazzjoni sussegwenti, inkluż, mill-aktar reċenti, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1776 tad-9 ta’ Ottubru 2019 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni tad-Dwana (ĠU L 280, 31.10.2019, p. 1).