6.11.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 370/4 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1641
tal-5 ta’ Novembru 2020
dwar l-importazzjonijiet mill-Istati Uniti tal-Amerika ta’ molluski bivalvi, ekinodermi, tunikati u gasteropodi tal-baħar ħajjin, imkessħin, iffriżati jew ipproċessati għall-konsum mill-bniedem
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 129(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2017/625 jistabbilixxi r-regoli ġenerali għat-twettiq ta’ kontrolli uffiċjali biex tkun ivverifikata l-konformità mar-regoli għandhom l-għan li jipprevjenu, jeliminaw jew inaqqsu r-riskji għall-bnedmin u għall-annimali għal livelli aċċettabbli, b’mod dirett jew permezz tal-ambjent. |
(2) |
B’mod partikolari, ir-Regolament (UE) 2017/625 jistabbilixxi l-kundizzjonijiet ġenerali għad-dħul fl-Unjoni ta’ annimali jew oġġetti minn pajjiżi terzi jew mir-reġjuni tagħhom, inkluż ikel maħsub għall-konsum mill-bniedem. L-Artikolu 129 tar-Regolament (UE) 2017/625 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni li tirrikonoxxi li l-miżuri applikati minn pajjiżi terzi jew mir-reġjuni tagħhom, ikunu ekwivalenti għar-rekwiżiti stabbiliti f’ċerti regoli msemmija fl-Artikolu 1(2) ta’ dak ir-Regolament, jekk il-pajjiżi terzi jagħtu prova oġġettiva f’dan ir-rigward. Jagħti wkoll is-setgħa lill-Kummissjoni li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li jirregolaw id-dħul fl-Unjoni ta’ dawn l-annimali u l-oġġetti minn tali pajjiżi terzi jew mir-reġjuni tagħhom, b’mod partikolari fir-rigward tan-natura u l-kontenut taċ-ċertifikati jew id-dikjarazzjonijiet uffiċjali li jeħtieġ jakkumpanjaw lil dawk il-komoditajiet. |
(3) |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/258/KE (2) tapprova l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika dwar miżuri sanitarji biex jipproteġu s-saħħa pubblika u dik tal-annimali fin-negozju ta’ annimali ħajjin u prodotti tal-annimali, bl-objettiv li jiġi ffaċilitat il-kummerċ, fost l-oħrajn, billi jiġi stabbilit mekkaniżmu għar-rikonoxximent tal-ekwivalenza tal-miżuri sanitarji. Il-molluski bivalvi, l-ekinodermi, it-tunikati u l-gasteropodi tal-baħar ħajjin, imkessħin, iffriżati jew ipproċessati għall-konsum mill-bniedem jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim (l-Anness I “Prodotti koperti”). |
(4) |
Il-kontrolli tal-Unjoni fl-Istati Uniti twettqu mis-17 sas-27 ta’ Marzu 2015 biex tiġi evalwata s-sistema ta’ kontroll fis-seħħ li tirregola l-produzzjoni tal-molluski bivalvi u l-prodotti tas-sajd derivati minnhom, maħsuba għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni (il-kontrolli tal-Unjoni). Fil-kuntest ta’ dawk il-kontrolli, l-awtoritajiet tal-Istati Uniti taw informazzjoni dwar ir-regoli sanitarji applikabbli għall-molluski bivalvi, l-ekinodermi, it-tunikati u l-gasteropodi tal-baħar fit-territorju tagħhom, il-proċeduri għall-valutazzjoni ta-riskju u l-fatturi meqjusa għall-valutazzjoni tar-riskji u għad-determinazzjoni tal-livell xieraq ta’ protezzjoni sanitarja fir-rigward ta’ dawk l-oġġetti u l-kontroll, il-proċeduri ta’ spezzjoni u l-mekkaniżmi taċ-ċertifikazzjoni uffiċjali. |
(5) |
L-ekinodermi, it-tunikati u l-gasteropodi tal-baħar huma soġġetti għar-regoli tal-iġjene applikabbli għall-molluski bivalvi ħajjin, imkessħin u ffriżati stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) skont il-punt 1 tat-Taqsima VII tal-Anness III tiegħu. Għalhekk, is-sejba fir-rigward tal-molluski bivalvi ħajjin fil-kuntest tal-kontrolli tal-Unjoni, tapplika għall-ekinodermi, għat-tunikati u għall-gasteropodi tal-baħar. |
(6) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/626 (4) jistabbilixxi l-listi tal-pajjiżi terzi u tar-reġjuni tagħhom li minnhom il-kunsinni ta’ ċerti annimali u oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem għandhom jiġu awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni mill-perspettiva tas-sikurezza tal-ikel, f’konformità mal-Artikolu 126(2)(a) tar-Regolament (UE) 2017/625, li jirrikjedi l-konformità mar-rekwiżiti rilevanti stabbiliti bir-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2) tiegħu jew mar-rekwiżiti rikonoxxuti bħala tal-inqas ekwivalenti għalihom. Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/626 jipprevedi li l-kunsinni ta’ molluski bivalvi, ekinodermi, tunikati u gasteropodi tal-baħar ħajjin, imkessħin, iffriżati jew ipproċessati maħsuba għall-konsum mill-bniedem, għandhom jiġu awtorizzati biss għad-dħul fl-Unjoni jekk jiġu minn pajjiżi terzi jew mir-reġjuni tagħhom li huma elenkati fl-Anness I. L-Istati ta’ Massachusetts u Washington tal-Istati Uniti jidhru f’dik il-lista. |
(7) |
Il-kontrolli tal-Unjoni, l-assigurazzjonijiet sussegwenti mogħtija mill-Istati Uniti u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/626 jagħtu raġunijiet biex jiġi stabbilit li l-miżuri applikati fl-Istati ta’ Massachusetts u Washington tal-Istati Uniti għall-protezzjoni tas-saħħa pubblika fir-rigward tal-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta’ molluski bivalvi, ekinodermi, ttunikati u gasteropodi tal-baħar ħajjin, imkessħin, iffriżati jew ipproċessati għall-konsum mill-bniedem, huma ekwivalenti għar-rekwiżiti stabbiliti fir-regoli dwar is-sikurezza tal-ikel imsemmija fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) 2017/625. |
(8) |
Biex jiġi permess id-dħul fl-Unjoni tal-molluski bivalvi, tal-ekinodermi, tat-tunikati u tal-gasteropodi tal-baħar ħajjin, imkessħin, iffriżati jew ipproċessati għall-konsum mill-bniedem, jeħtieġ jiġi stabbilit mudell ta’ ċertifikat uffiċjali għall-importazzjonijiet mill-Istati Uniti tal-Amerika ta’ molluski bivalvi, ekinodermi, tunikati u gasteropodi tal-baħar ħajjin, imkessħin, iffriżati jew ipproċessati għall-konsum mill-bniedem, li jirrikjedi ċertifikazzjoni li l-miżuri applikati għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta’ dawk l-oġġetti huma ekwivalenti għar-rekwiżiti stabbiliti fir-regoli dwar is-sikurezza tal-ikel imsemmija fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) 2017/625. |
(9) |
Meta jiġu stabbiliti r-rekwiżiti għad-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ ċerti annimali u oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem, jenħtieġ li ssir referenza għall-kodiċijiet tan-Nomenklatura Magħquda f’konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (5), li jistabbilixxi l-kodiċijiet għall-molluski bivalvi, l-ekinodermi, it-tunikati u l-gasteropodi tal-baħar ħajjin, imkessħin, iffriżati jew ipproċessati għall-konsum mill-bniedem. |
(10) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli dwar id-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ molluski bivalvi, ekinodermi, tunikati u gasteropodi tal-baħar ħajjin, imkessħin, iffriżati jew ipproċessati maħsuba għall-konsum mill-bniedem, mill-Istati ta’ Massachusetts u Washington tal-Istati Uniti.
Artikolu 2
Definizzjoni
Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, għandha tapplika d-definizzjoni li ġejja:
“Molluski bivalvi” tfisser molluski bivalvi kif definit fil-punt 2.1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004.
Artikolu 3
Ekwivalenza
Il-miżuri applikati fl-Istati ta’ Massachusetts u Washington tal-Istati Uniti għall-protezzjoni tas-saħħa pubblika fir-rigward tal-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta’ molluski bivalvi, ekinodermi, tunikati u gasteropodi tal-baħar ħajjin, imkessħin, iffriżati jew ipproċessati għall-konsum mill-bniedem, li għalihom ġew stabbiliti l-kodiċijiet tan-Nomenklatura Magħquda fil-Parti II tal-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huma ekwivalenti għar-rekwiżiti stabbiliti fir-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2)(a) tar-Regolament (UE) 2017/625.
Artikolu 4
Ċertifikat uffiċjali
|
Kull kunsinna ta’ molluski bivalvi, ekinodermi, tunikati u gasteropodi tal-baħar ħajjin, imkessħin, iffriżati jew ipproċessati maħsuba għall-konsum mill-bniedem, kif imsemmi fl-Artikolu 1, għandha tidħol biss fl-Unjoni jekk tkun akkumpanjata b’ċertifikat uffiċjali mimli kif meħtieġ f’konformità mal-mudell stabbilit fl-Anness. |
Artikolu 5
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Novembru 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/258/KE tas-16 ta’ Marzu 1998 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika dwar miżuri sanitarji biex jipproteġu s-saħħa pubblika u dik tal-annimali fin-negozju ta’ annimali ħajjin u prodotti tal-annimali (ĠU L 118, 21.4.1998, p. 1).
(3) Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55).
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/626 tal-5 ta’ Marzu 2019 li jikkonċerna listi ta’ pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li minnhom hu awtorizzat id-dħul fl-Unjoni Ewropea ta’ ċerti annimali u oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem, u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/759 fir-rigward ta’ dawn il-listi (ĠU L 131, 17.5.2019, p. 31).
(5) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).
ANNESS
MUDELL TA’ ĊERTIFIKAT UFFIĊJALI GĦALL-IMPORTAZZJONIJIET MILL-ISTATI UNITI TAL-AMERIKA TA’ MOLLUSKI BIVALVI, EKINODERMI, TUNIKATI U GASTEROPODI TAL-BAĦAR ĦAJJIN, IFFRIŻATI, IMKESSĦIN JEW IPPROĊESSATI MAĦSUBA GĦALL-KONSUM MILL-BNIEDEM
L-Istati Uniti (US) |
Ċertifikat veterinarju għall-UE |
Parti II: Ċertifikazzjoni |
II. Informazzjoni dwar is-Saħħa |
II.a. Numru tar-referenza taċ-ċertifikat |
II.b. |
||||||||||||||
|
|||||||||||||||||
|
|||||||||||||||||
Noti
Parti I:
Il-kulur tat-timbru u l-firma jridu jkunu differenti mill-kulur tad-dettalji l-oħra fiċ-ċertifikat. |
|||||||||||||||||
Spettur uffiċjali: Isem (b’ittri kbar) .......................................................................... Kwalifika u titlu .............................................................................. Data ............................................................................................. Firma ............................................................................................ Timbru |