30.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 360/1


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1588

tal-25 ta’ Ġunju 2020

li jemenda l-Anness I għar-Regolament (UE) 2017/821 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi limiti ta’ volum għal minerali u konċentrati tat-tantalju jew nijobju, minerali u konċentrati tad-deheb, ossidi u idrossidi tal-landa, tantalati, u karburi tat-tantalju

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2017/821 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2017 li jistabbilixxi obbligi tad-diliġenza dovuta tal-katina tal-provvista għall-importaturi tal-Unjoni ta’ landa, tantalu u tungstenu, il-minerali tagħhom, u deheb li joriġinaw minn żoni affettwati minn kunflitti u ta’ riskju għoli (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 1(4) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (UE) 2017/821 fih lista ta’ minerali u metalli fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dak ir-Regolament u jistabbilixxi ċerti limiti annwali ta’ volum ta’ importazzjonijiet fir-rigward ta’ dawk il-minerali u l-metalli.

(2)

Skont l-Artikolu 1(3) tar-Regolament (UE) 2017/821, dak ir-Regolament ma japplikax għal importaturi tal-Unjoni fejn il-volum annwali ta’ importazzjoni tagħhom ta’ kull wieħed mill-minerali jew metalli kkonċernati jkun anqas mil-limiti stabbiliti fl-Anness I ta’ dak ir-Regolament. Dawk il-limiti huma stabbiliti f’livell li jiżgura li mhux inqas minn 95 % tal-volumi totali importati fl-Unjoni ta’ kull mineral u metall ikunu soġġetti għall-obbligi tal-importaturi tal-Unjoni stipulati fir-Regolament.

(3)

Fiż-żmien meta ġie adottat ir-Regolament fl-2017, ma kienx hemm kodiċijiet tan-Nomenklatura Magħquda diżaggregati b’mod suffiċjenti fir-rigward ta’ ħames minerali u metalli speċifiċi elenkati fl-Anness I. Bħala riżultat, id-data dwar l-importazzjoni fir-rigward ta’ dawk il-minerali u l-metalli ma kinitx disponibbli u għalhekk għad iridu jiġu stabbiliti ħames limiti ta’ volum fl-Anness I.

(4)

Skont l-Artikolu 1(4) tar-Regolament (UE) 2017/821, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-limiti ta’ volum li għad iridu jiġu stabbiliti fl-Anness I billi tadotta att delegat, skont l-Artikoli 18 u 19 tar-Regolament (UE) 2017/821, sabiex temenda l-Anness I. Jekk dan ikun fattibbli, l-att delegat għandu jiġi adattat sal-1 ta’ April 2020 iżda mhux aktar tard mill-1 ta’ Lulju 2020.

(5)

Ir-Regolament (UE) 2017/821 ħoloq ħames sottodiviżjonijiet tat-Tariffa Integrata ġdida tal-Komunitajiet Ewropej (“TARIC”) li jikkorrispondu għall-ħames minerali u l-metalli b’limiti li għad iridu jiġu stabbiliti, li fir-rigward tagħhom l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri ġabru data doganali minn meta r-Regolament daħal fis-seħħ f’Ġunju 2017.

(6)

Skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2017/821, il-Kummissjoni għandha toqgħod fuq l-informazzjoni dwar l-importazzjoni għal kull importatur tal-Unjoni pprovduta mill-Istati Membri għas-sentejn ta’ qabel, u għalhekk għall-2018 u l-2019.

(7)

L-Anness I għar-Regolament (UE) 2017/821 jenħtieġ għalhekk li jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (UE) 2017/821 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament Delegat.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament Delegat għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament Delegat għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Ġunju 2020.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 130, 19.5.2017, p. 1.


ANNESS

L-Anness I għar-Regolament (UE) 2017/821 huwa emendat kif ġej:

(1)

fil-“Parti A: Minerali”, it-tabella hija emendata kif ġej:

(a)

it-tielet ringiela hija sostitwita b’dan li ġej:

“Minerali u konċentrati tat-tantalu jew in-nijobju

Ex26159000

10

100 000 ”

(b)

ir-raba’ ringiela hija sostitwita b’dan li ġej:

“Minerali u konċentrati tad-deheb

Ex26169000

10

4 000 000 ”

(2)

fil-“Parti B: Metalli”, it-tabella hija emendata kif ġej:

(a)

it-tieni ringiela hija sostitwita b’dan li ġej:

“Ossidi u idrossidi tal-landa

Ex28259085

10

3 600 ”

(b)

il-ħames ringiela hija sostitwita b’dan li ġej:

“Tantalati

Ex28419085

30

30”

(c)

is-seba’ ringiela hija sostitwita b’dan li ġej:

“Karbidi tat-tantalu

Ex28499050

10

770”.