3.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 289/315


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1227

tat-12 ta’ Novembru 2019

li jistabbilixxi l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni fir-rigward ta’ mudelli għall-forniment ta’ informazzjoni skont ir-rekwiżiti ta’ notifika STS

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2017/2402 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2017 li jistabbilixxi qafas ġenerali għat-titolizzazzjoni u li joħloq qafas speċifiku għal titolizzazzjoni sempliċi, trasparenti u standardizzata, u li jemenda d-Direttivi 2009/65/KE, 2009/138/KE u 2011/61/UE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 648/2012 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 27(7) tiegħu,

Billi:

(1)

Biex jiġu ffaċilitati n-notifiki armonizzati, jenħtieġ li l-informazzjoni rigward it-titolizzazzjonijiet li jissodisfaw ir-rekwiżiti dwar kriterji sempliċi, trasparenti u standardizzati (STS) stabbiliti fl-Artikoli 19 sa 22 u l-Artikoli 23 sa 26 tar-Regolament (UE) 2017/2402 tiġi rrapportata lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) f’format konsistenti u f’konformità ma’ standards uniformi.

(2)

Il-provvediment ta’ informazzjoni f’format armonizzat tippermetti ġbir effiċjenti tad-data mill-ESMA u tiffaċilita verifiki ta’ konsistenza u l-valutazzjoni tal-kompletezza mill-investituri u l-awtoritajiet kompetenti. Jenħtieġ li jiġi speċifikat il-format għal kull wieħed mill-oqsma li għandhom jiġu rrapportati f’notifika STS u kwalunkwe informazzjoni ppreżentata lill-ESMA għandha tiġi ppreżentata elettronikament.

(3)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji ppreżentat lill-Kummissjoni mill-ESMA, skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2).

(4)

L-ESMA wettqet konsultazzjoni pubblika miftuħa dwar l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni li fuqu huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kosti u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq stabbilit mill-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Mudelli għal notifika STS

1.   L-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(1)(a) u l-Artikolu 1(2)(a) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/1226 (3) għandha tiġi pprovduta bl-użu tal-mudell stabbilit fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

2.   L-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(1)(b) u l-Artikolu 1(2)(b) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/1226 għandha tiġi pprovduta bl-użu tal-mudell stabbilit fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

3.   L-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(1)(c) u l-Artikolu 1(2)(c) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/1226 għandha tiġi pprovduta bl-użu tal-mudell stabbilit fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament.

4.   Jekk l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta skont dan l-Artikolu ma tkunx disponibbli jew meħtieġa minħabba l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tranżitorji stabbiliti fl-Artikolu 43 tar-Regolament (UE) 2017/2402, in-notifika għandha tiddikjara “Mhux applikabbli minħabba l-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet tranżitorji” fil-qasam jew l-oqsma rilevanti tal-Annessi ta’ dan ir-Regolament.

5.   L-informazzjoni msemmija f’dan l-Artikolu għandha tiġi ppreżentata f’forma elettronika u li tinqara mill-magni.

6.   L-“Informazzjoni addizzjonali” msemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/1226 għandha tiġi inkluża fil-qasam “Kaxxa li trid timtela” tal-Annessi I sa III ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Novembru 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 347, 28.12.2017, p. 35.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).

(3)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/1226 tat-12 ta’ Novembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/2402 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jistabbilixxi standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw l-informazzjoni li għandha tingħata skont ir-rekwiżiti ta’ notifika STS (Ara paġna 285 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).


ANNESS I

Formats ta’ qasam li għandhom jiġu applikati fil-formola ta’ notifika STS

SIMBOLU

TIP TA’ DATA

DEFINIZZJONI

{ALPHANUM-n}

Sa n karattri alfanumeriċi

Kaxxa għal test liberu. Għandu jiddaħħal f’format ASCII (ebda karattru aċċentat).

{COUNTRYCODE_2}

2 karattri alfanumeriċi

Kodiċi tal-pajjiż b’2 ittri, kif definit mill-kodiċi tal-pajjiż ISO 3166-1 alpha-2. Għandu jiddaħħal f’format ASCII (ebda karattru aċċentat).

{CURRENCYCODE_3}

3 karattri alfanumeriċi

Kodiċi tal-pajjiż bi 3 ittri, kif definit mill-kodiċijiet tal-pajjiż ISO 4217. Għandu jiddaħħal f’format ASCII (ebda karattru aċċentat).

{DATEFORMAT}

Format tad-data skont l-ISO 8601

Id-dati għandu jkollhom il-format li ġej: SSSS-XX-JJ

{Y/N}

karattru alfanumeriku wieħed (1)

‘veru’- Y

‘falz’ – N

{ISIN}

12-il karattru alfanumeriku

Kodiċi ISIN kif definit f’ISO 6166

{LEI}

20 karattru alfanumeriku

Identifikatur ta’ entità ġuridika kif definit f’ISO 17442

Formola ta’ notifika STS għal titolizzazzjonijiet mhux ABCP

KODIĊI TAL-QASAM

ISEM TAL-QASAM

KAXXA LI TRID TIMTELA

FORMAT TAL-QASAM

STSS0

L-ewwel punt ta’ kuntatt

 

{ALPHANUM-1000}

STSS1

Kodiċi tal-identifikazzjoni tal-istrument

 

{ISIN}

STSS2

Il-LEI tal-oriġinatur jew l-isponsor jew il-mutwant oriġinali

 

{LEI}

STSS3

Identifikatur tan-notifika

 

{ALPHANUM-100}

STSS4

Identifikatur Uniku

 

{ALPHANUM-100}

STSS5

Identifikatur tal-Prospett

 

ALPHANUM-100

STSS6

Repożitorju tat-titolizzazzjoni

 

{ALPHANUM-1000}

STSS7

Isem tat-titolizzazzjoni

 

ALPHANUM-100

STSS8

Pajjiż ta’ stabbiliment

 

{COUNTRYCODE_2}

STSS9

Klassifikazzjoni tat-titolizzazzjoni

 

{LIST}

STSS10

Tip ta’ Skoperturi Sottostanti

 

{LIST}

STSS11

Data tal-ħruġ

 

{DATEFORMAT}

STSS12

Data ta’ notifika

 

{DATEFORMAT}

STSS13

Parti terza awtorizzata

 

ALPHANUM-100

STSS14

Parti terza awtorizzata (isem u pajjiż ta’ stabbiliment)

 

{ALPHANUM-1000}

{COUNTRYCODE_2}

STSS15

L-awtorità kompetenzi li tkun awtorizzat il-parti terza

 

ALPHANUM-100

STSS16

Status STS

 

{ALPHANUM-1000}

STSS17

Oriġinatur (jew mutwant oriġinali) mhux istituzzjoni ta’ kreditu tal-UE

 

{Y/N}

STSS18

Konferma ta’ kriterji tal-għoti ta’ kreditu

 

{ALPHANUM-1000}

STSS19

Dikjarazzjoni li l-kriterji tal-għoti ta’ kreditu huma soġġetti għal superviżjoni

 

{ALPHANUM-1000}

STSS20

Skoperturi sottostanti li jinkisbu permezz ta’ bejgħ veru

 

{ALPHANUM-10000}

STSS21

Ebda rkupru serju

 

{ALPHANUM-10000}

STSS22

Eżenzjoni għad-dispożizzjonijiet ta’ rkupru fil-liġijiet nazzjonali dwar ta’ insolvenza

 

{ALPHANUM-1000}

STSS23

Trasferiment meta l-bejjiegħ ma jkunx il-mutwant oriġinali

 

{ALPHANUM-1000}

STSS24

Trasferiment li jitwettaq permezz ta’ assenjazzjoni u li jiġi pperfezzjonat fi stadju aktar tard

 

{ALPHANUM-10000}

STSS25

Rappreżentazzjonijiet u garanziji

 

{ALPHANUM-10000}

STSS26

Kriterji għal Immaniġġjar tal-Portafoll attiv

 

{ALPHANUM-10000}

STSS27

Omoġeneità tal-assi

 

{ALPHANUM}

STSS28

Obbligi tal-Iskopertura Sottostanti/ebda rititolizzazzjoni

 

{ALPHANUM-1000}

STSS29

Solidità tal-istandard ta’ sottoskrizzjoni

 

{ALPHANUM}

STSS30

Għarfien espert tal-Orġinatur/tal-Mutwanti

 

{ALPHANUM}

STSS31

Assi Inadempjenti

 

{ALPHANUM}

STSS32

Mill-inqas pagament wieħed fil-mument tat-trasferiment

 

{ALPHANUM-1000}

STSS33

Ripagament tad-detenturi/bejgħ tal-assi.

 

{ALPHANUM}

STSS34

Konformità mar-rekwiżiti tar-ritenzjoni tar-riskju

 

{LIST}

STSS35

Mitigazzjoni tar-Riskji tar-Rati tal-Imgħax (IR) u tar-riskji tal-kambju (FX)

 

{ALPHANUM-10000}

STSS36

Derivattivi Mixtrija/Mibjugħa minn SSPE

 

{ALPHANUM-10000}

STSS37

Derivattivi permezz ta’ standards komuni

 

{ALPHANUM-10000}

STSS38

Pagamenti tal-imgħax imsemmija bbażati fuq rati tal-imgħax li jintużaw b’mod ġenerali

 

{ALPHANUM-10000}

STSS39

Ebda qbid ta’ flus kontanti wara l-eżekuzzjoni jew avviż ta’ aċċellerazzjoni

 

{ALPHANUM-10000}

STSS40

Ebda ammont ta’ flus kontanti ma għandu jiġi maqbud

 

{ALPHANUM-1000}

STSS41

Rikavati prinċipali għandhom jgħaddu lill-investituri

 

{ALPHANUM-1000}

STSS42

Ripagament ma għandux jitreġġa’ lura fir-rigward tas-superjorità tagħhom

 

{ALPHANUM-1000}

STSS43

Ma għandu jkun hemm ebda dispożizzjoni li tesiġi likwidazzjoni awtomatika tal-iskoperturi sottostanti bil-valur tas-suq.

 

{ALPHANUM-1000}

STSS44

Titolizzazzjonijiet li jinkludu prijorità mhux sekwenzjali ta’ pagamenti

 

{ALPHANUM-1000}

STSS45

Titolizzazzjoni rotanti b’avvenimenti ta’ amortizzazzjoni antiċipata għat-terminazzjoni ta’ perjodu rotanti abbażi ta’ skattaturi preskritti

 

{ALPHANUM-10000}

STSS46

Deterjorament fil-kwalità kreditizja tal-iskoperturi sottostanti

 

{ALPHANUM-10000}

STSS47

L-okkorrenza ta’ avveniment relatat ma’ insolvenza fir-rigward tal-oriġinatur jew tas-servizzjant

 

{ALPHANUM-10000}

STSS48

Il-valur tal-iskoperturi sottostanti miżmuma mill-SSPE jaqa’ taħt limitu predefinit

 

{ALPHANUM-10000}

STSS49

Nuqqas li jiġu ġġenerati biżżejjed skoperturi sottostanti ġodda li jissodisfaw il-kwalità kreditizja predefinita (skattatur għat-tmiem tal-perjodu rotanti)

 

{ALPHANUM-10000}

STSS50

Informazzjoni dwar l-obbligi kuntrattwali tas-servizzjant, it-trustee u fornituri oħrajn ta’ servizzi anċillari

 

{ALPHANUM-1000}

STSS51

Dispożizzjonijiet dwar il-Kontinwità tas-Servizzjar

 

{ALPHANUM-1000}

STSS52

Dispożizzjonijiet dwar il-Kontinwità tal-Kontroparti Derivattiva

 

{ALPHANUM-1000}

STSS53

Dispożizzjonijiet dwar il-kontinwità tal-fornituri tal-likwidità u tal-banek tal-kontijiet

 

{ALPHANUM-1000}

STSS54

Għarfien espert meħtieġ mis-servizzjant u politiki u proċeduri u kontrolli ta’ mmaniġġjar tar-riskju xierqa fis-seħħ

 

{ALPHANUM}

STSS55

Definizzjonijiet ċari u konsistenti (self problematiku)

 

{ALPHANUM-1000}

STSS56

Prijoritajiet ta’ pagament u avvenimenti skattaturi

 

{ALPHANUM-1000}

STSS57

Soluzzjoni f’waqtha ta’ kunflitti bejn il-klassijiet ta’ investituri u responsabbiltajiet ta’ trustees

 

{ALPHANUM-1000}

STSS58

Data dwar Prestazzjonijiet Storiċi fir-rigward ta’ Inadempjenzi u Telf

 

{ALPHANUM-1000}

STSS59

Kampjun tal-iskoperturi sottostanti soġġetti għal verifiki esterni

 

{ALPHANUM-1000}

STSS60

Disponibbiltà ta’ mudell tal-fluss tal-flus tal-obbligazzjonijiet għal investituri potenzjali

 

{ALPHANUM-1000}

STSS61

Prestazzjoni ambjentali/self residenzjali jew self jew kirjiet għal karozzi

 

{ALPHANUM-10000}

STSS62

L-oriġinatur u l-isponsor responsabbli għall-konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2017/2402

 

{ALPHANUM-1000}


ANNESS II

Formats ta’ qasam li għandhom jiġu applikati fil-formola ta’ notifika STS

SIMBOLU

TIP TA’ DATA

DEFINIZZJONI

{ALPHANUM-n}

Sa n karattri alfanumeriċi

Kaxxa għal test liberu. Għandu jiddaħħal f’format ASCII (ebda karattru aċċentat).

{COUNTRYCODE_2}

2 karattri alfanumeriċi

Kodiċi tal-pajjiż b’2 ittri, kif definit mill-kodiċi tal-pajjiż ISO 3166-1 alpha-2. Għandu jiddaħħal f’format ASCII (ebda karattru aċċentat).

{CURRENCYCODE_3}

3 karattri alfanumeriċi

Kodiċi tal-pajjiż bi 3 ittri, kif definit mill-kodiċijiet tal-pajjiż ISO 4217. Għandu jiddaħħal f’format ASCII (ebda karattru aċċentat).

{DATEFORMAT}

Format tad-data skont l-ISO 8601

Id-dati għandu jkollhom il-format li ġej: SSSS-XX-JJ

{Y/N}

karattru alfanumeriku wieħed (1)

‘veru’- Y

‘falz’ – N

{ISIN}

12-il karattru alfanumeriku

Kodiċi ISIN kif definit f’ISO 6166

{LEI}

20 karattru alfanumeriku

Identifikatur ta’ entità ġuridika kif definit f’ISO 17442

Formola ta’ notifika STS għal titolizzazzjonijiet ABCP

KODIĊI TAL-QASAM

ISEM TAL-QASAM

KAXXA LI TRID TIMTELA

FORMAT TAL-QASAM

STSAT0

L-ewwel punt ta’ kuntatt

 

{ALPHANUM-1000}

STSAT1

Kodiċi tal-identifikazzjoni tal-istrument

 

{ISIN}

STSAT2

Il-LEI tal-oriġinatur jew l-isponsor jew il-mutwant oriġinali

 

{LEI}

STSAT3

Identifikatur tan-notifika

 

{ALPHANUM-100}

STSAT4

Identifikatur Uniku

 

{ALPHANUM-100}

STSAT5

Identifikatur tal-Prospett

 

ALPHANUM-100

STSAT6

Repożitorju tat-titolizzazzjoni

 

{ALPHANUM-1000}

STSAT7

Isem tat-titolizzazzjoni

 

ALPHANUM-100

STSAT8

Il-post ta’ stabbiliment

 

{ALPHANUM-1000}

STSAT9

Tip ta’ titolizzazzjoni

 

{LIST}

STSAT10

Tip ta’ Skoperturi Sottostanti

 

{LIST}

STSAT11

Data tal-ħruġ

 

{DATEFORMAT}

STSAT12

Data ta’ notifika

 

{DATEFORMAT}

STSAT13

Parti terza awtorizzata

 

ALPHANUM-100

STSAT14

Parti terza awtorizzata (isem u pajjiż ta’ stabbiliment)

 

{ALPHANUM-1000}

{COUNTRYCODE_2}

STSAT15

L-awtorità kompetenzi li tkun awtorizzat il-parti terza

 

ALPHANUM-100

STSAT16

Status STS

 

{ALPHANUM-1000}

STSAT17

Oriġinatur (jew mutwant oriġinali) mhux istituzzjoni ta’ kreditu tal-UE

 

{Y/N}

STSAT18

Konferma ta’ kriterji tal-għoti ta’ kreditu

 

{ALPHANUM-1000}

STSAT19

Dikjarazzjoni li l-kriterji tal-għoti ta’ kreditu huma soġġetti għal superviżjoni

 

{ALPHANUM-1000}

STSAT20

Skoperturi sottostanti li jinkisbu permezz ta’ bejgħ veru

 

{ALPHANUM-10000}

STSAT21

Ebda rkupru serju

 

{ALPHANUM-10000}

STSAT22

Eżenzjoni għad-dispożizzjonijiet ta’ rkupru fil-liġijiet nazzjonali dwar ta’ insolvenza

 

{ALPHANUM-1000}

STSAT23

Trasferiment meta l-bejjiegħ ma jkunx il-mutwant oriġinali

 

{ALPHANUM-1000}

STSAT24

Trasferiment li jitwettaq permezz ta’ assenjazzjoni u li jiġi pperfezzjonat fi stadju aktar tard

 

{ALPHANUM-10000}

STSAT25

Rappreżentazzjonijiet u garanziji

 

{ALPHANUM-10000}

STSAT26

Kriterji għal Immaniġġjar tal-Portafoll attiv

 

{ALPHANUM-10000}

STSAT27

Ebda rititolizzazzjoni

 

{ALPHANUM-1000}

STSAT28

Skoperturi sottostanti ttrasferiti mingħajr skoperturi inadempjenti

 

{ALPHANUM}

STSAT29

Mill-inqas pagament wieħed magħmul fil-mument tat-trasferiment

 

{ALPHANUM-1000}

STSAT30

Ripagament tad-detenturi/bejgħ tal-assi.

 

{ALPHANUM}

STSAT31

Mitigazzjoni tar-Riskji tar-Rati tal-Imgħax (IR) u tar-riskji tal-kambju (FX)

 

{ALPHANUM-10000}

STSAT32

Derivattivi Mixtrija/Mibjugħa minn SSPE

 

{ALPHANUM-10000}

STSAT33

Derivattivi fi Skoperturi Sottostanti

 

{ALPHANUM-10000}

STSAT34

Derivattivi permezz ta’ standards komuni

 

{ALPHANUM-10000}

STSAT35

Definizzjonijiet ċari u konsistenti relatati mal-indirizzar tas-self problematiku

 

{ALPHANUM-1000}

STSAT36

Prijoritajiet ta’ pagament u avvenimenti skattaturi

 

{ALPHANUM-1000}

STSAT37

Data dwar Prestazzjonijiet Storiċi fir-rigward ta’ Inadempjenzi u Telf

 

{ALPHANUM-1000}

STSAT38

Omoġeneità tal-assi

 

{ALPHANUM}

STSAT39

Obbligi ta’ Skopertura Sottostanti

 

{ALPHANUM-1000}

STSAT40

Obbligi ta’ Skopertura Sottostanti

 

{ALPHANUM-1000}

STSAT41

Pagamenti tal-imgħax imsemmija bbażati fuq rati tal-imgħax li jintużaw b’mod ġenerali

 

{ALPHANUM-10000}

STSAT42

Ebda qbid ta’ flus kontanti wara l-eżekuzzjoni jew avviż ta’ aċċellerazzjoni

 

{ALPHANUM-10000}

STSAT43

Ebda qbid ta’ flus kontanti wara l-eżekuzzjoni jew l-aċċellerazzjoni

 

{ALPHANUM-1000}

STSAT44

Rikavati prinċipali għandhom jgħaddu lill-investituri

 

{ALPHANUM-1000}

STSAT45

Ma għandu jkun hemm ebda dispożizzjoni li tesiġi likwidazzjoni awtomatika tal-iskoperturi sottostanti bil-valur tas-suq.

 

{ALPHANUM-1000}

STSAT46

Solidità tal-istandards ta’ sottoskrizzjoni

 

{ALPHANUM}

STSAT47

Għarfien espert tal-Bejjiegħ

 

{ALPHANUM}

STSAT48

Tranżazzjoni ABCP/skattatur tal-kwalità kreditizja rotanti

 

{ALPHANUM}

STSAT49

Dmirijiet ta’ Parteċipant għat-Titolizzazzjoni

 

{ALPHANUM-1000}

STSAT50

Dispożizzjonijiet dwar il-Kontinwità tas-Servizzjar

 

{ALPHANUM-1000}

STSAT51

Dispożizzjonijiet dwar il-kontinwità tal-kontropartijiet derivattivi u tal-banek tal-kontijiet

 

{ALPHANUM-1000}

STSAT52

Sodezza tal-Isponsor

 

{ALPHANUM-1000}


ANNESS III

Formats ta’ qasam li għandhom jiġu applikati fil-formola ta’ notifika STS

SIMBOLU

TIP TA’ DATA

DEFINIZZJONI

{ALPHANUM-n}

Sa n karattri alfanumeriċi

Kaxxa għal test liberu. Għandu jiddaħħal f’format ASCII (ebda karattru aċċentat).

{COUNTRYCODE_2}

2 karattri alfanumeriċi

Kodiċi tal-pajjiż b’2 ittri, kif definit mill-kodiċi tal-pajjiż ISO 3166-1 alpha-2. Għandu jiddaħħal f’format ASCII (ebda karattru aċċentat).

{CURRENCYCODE_3}

3 karattri alfanumeriċi

Kodiċi tal-pajjiż bi 3 ittri, kif definit mill-kodiċijiet tal-pajjiż ISO 4217. Għandu jiddaħħal f’format ASCII (ebda karattru aċċentat).

{DATEFORMAT}

Format tad-data skont l-ISO 8601

Id-dati għandu jkollhom il-format li ġej: SSSS-XX-JJ

{Y/N}

karattru alfanumeriku wieħed (1)

‘veru’- Y

‘falz’ – N

{ISIN}

12-il karattru alfanumeriku

Kodiċi ISIN kif definit f’ISO 6166

{LEI}

20 karattru alfanumeriku

Identifikatur ta’ entità ġuridika kif definit f’ISO 17442

Formola ta’ notifika STS għal Programm ABCP

KODIĊI TAL-QASAM

ISEM TAL-QASAM

KAXXA LI TRID TIMTELA

FORMAT TAL-QASAM

STSAP0

L-ewwel punt ta’ kuntatt

 

{ALPHANUM-1000}

STSAP1

Kodiċi tal-identifikazzjoni tal-istrument

 

{ISIN}

STSAP2

LEI tal-isponsor

 

{LEI}

STSAP3

Identifikatur tan-notifika

 

{ALPHANUM-100}

STSAP4

Identifikatur Uniku

 

{ALPHANUM-100}

STSAP5

Identifikatur tal-Prospett

 

ALPHANUM-100

STSAP6

Repożitorju tat-titolizzazzjoni

 

{ALPHANUM-1000}

STSAP7

L-isem tal-programm ABCP

 

ALPHANUM-100

STSAP8

Pajjiż ta’ stabbiliment

 

{ALPHANUM-1000}

STSAP9

Klassifikazzjoni tal-istrument

 

{LIST}

STSAP10

Data tal-ħruġ

 

{DATEFORMAT}

STSAP11

Data ta’ notifika

 

{DATEFORMAT}

STSAP12

Parti terza awtorizzata

 

ALPHANUM-100

STSAP13

Parti terza awtorizzata (isem u pajjiż ta’ stabbiliment)

 

{ALPHANUM-1000}

{COUNTRYCODE_2}

STSAP14

L-awtorità kompetenzi li tkun awtorizzat il-parti terza

 

ALPHANUM-100

STSAP15

Status STS

 

{ALPHANUM-1000}

STSAP16

Sponsor li għandu jkun istituzzjoni ta’ kreditu sorveljata

 

{ALPHANUM-1000}

STSAP17

Appoġġ ta’ Sponsor bħala fornitur tal-likwidità

 

{ALPHANUM-1000}

STSAP18

Dimostrazzjoni għall-awtorità kompetenti ta’ istituzzjoni ta’ kreditu

 

{ALPHANUM-1000}

STSAP19

Konformità mar-rekwiżiti tad-diliġenza dovuta tal-isponsor

 

{ALPHANUM-1000}

STSAP20

Konformità mar-rekwiżiti tar-ritenzjoni tar-riskju (livell tat-tranżazzjoni/livell tal-programm)

 

{LIST}

STSAP21

Konformità fil-livell tal-programm ABCP mal-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2017/2402

 

{ALPHANUM-1000}

STSAP22

Prelevament tal-likwidità meta l-faċilità ta’ likwidità ma tiġġeddidx

 

{ALPHANUM-10000}

STSAP23

Konformità tat-tranżazzjonijiet ABCP fi ħdan programm ABCP mal-Artikolu 24(1) sa (8) u (12) sa (20) tar-Regolament (UE) 2017/2402

 

{ALPHANUM-1000}

STSAP24

Massimu ta’ 5 % tal-ammont aggregat tal-iskoperturi sottostanti li ma jkunux konformi temporanjament

 

{ALPHANUM}

STSAP25

Il-ħajja medja ponderata li jifdal (WAL) mhux aktar minn sentejn

 

{ALPHANUM-1000}

STSAP26

Programm ABCP appoġġjat bis-sħiħ (Appoġġ tal-Isponsor)

 

{ALPHANUM-10000}

STSAP27

Ebda rititolizzazzjoni u l-ebda tisħiħ fil-kreditu li jistabbilixxu t-tieni saff ta’ segmentar fil-livell tal-programm ABCP

 

{ALPHANUM-1000}

STSAP28

Ebda opzjoni ta’ xiri

 

{ALPHANUM-1000}

STSAP29

Rati tal-imgħax u riskji tal-kambju fil-programm ABCP immitigati u ddokumentati kif xieraq

 

{ALPHANUM}

STSAP30

Rekwiżiti għad-dokumentazzjoni tal-programm ABCP (responsabbiltajiet tat-trustee fil-konfront tal-investituri)

 

{ALPHANUM-1000}

STSAP31

Rekwiżiti għad-dokumentazzjoni tal-programm ABCP (obbligi kuntrattwali tal-isponsor)

 

{ALPHANUM-1000}

STSAP32

Rekwiżiti għad-dokumentazzjoni tal-programm ABCP (proċess u responsabbiltajiet fil-każ ta’ servizzjant inadempjenti)

 

{ALPHANUM-1000}

STSAP33

Rekwiżiti għad-dokumentazzjoni tal-programm ABCP (dispożizzjonijiet għas-sostituzzjoni ta’ kontropartijiet derivattivi u l-bank tal-kontijiet)

 

{ALPHANUM-1000}

STSAP34

Rekwiżiti għad-dokumentazzjoni tal-programm ABCP (proċeduri biex tiġi żgurata l-kollateralizzazzjoni tal-finanzjament impenjat)

 

{ALPHANUM-1000}

STSAP35

Rekwiżiti għad-dokumentazzjoni tal-programm ABCP (faċilità ta’ likwidità u titoli li jimmaturaw li għandhom jitħallsu lura meta l-isponsor ma jġeddidx l-impenn ta’ finanzjament tal-faċilità ta’ likwidità qabel ma jiskadi)

 

{ALPHANUM-1000}

STSAP36

Għarfien espert tas-servizzjant

 

{ALPHANUM}