25.6.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 201/10 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/870
tal-24 ta’ Ġunju 2020
li jimponi dazju kumpensatorju definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju kumpensatorju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ prodotti tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament kontinwu li joriġinaw mill-Eġittu, u li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet irreġistrati ta’ prodotti tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament kontinwu li joriġinaw mill-Eġittu
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 15 u l-Artikolu 16(4) tiegħu,
Billi:
1. PROĊEDURA
1.1. Il-bidu
(1) |
Fis-7 ta’ Ġunju 2019, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) tat bidu għal investigazzjoni antisussidji fir-rigward tal-importazzjonijiet fl-Unjoni Ewropea (“l-Unjoni”) ta’ prodotti tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament kontinwu (“GFR”) li joriġinaw mill-Eġittu fuq il-bażi tal-Artikolu 10 tar-Regolament bażiku. |
(2) |
Il-Kummissjoni ppubblikat Notifika ta’ bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2) (“in-Notifika ta’ bidu”). |
(3) |
Il-Kummissjoni tat bidu għall-investigazzjoni wara lment ippreżentat fl-24 ta’ April 2019 mill-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Produtturi tal-Fibra tal-Ħġieġ (“l-ilmentatur” jew “APFE”) f’isem produtturi li jirrappreżentaw 71 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni. |
(4) |
Matul l-investigazzjoni, il-Kummissjoni sabet evidenza addizzjonali ta’ sussidji rilevanti, li ma kinux kompletament inklużi fin-Notifika ta’ bidu. Għalhekk, il-Kummissjoni ddeċidiet, f’konformità mal-Artikolu 10(7) tar-Regolament bażiku, li tinkludi dawn is-sussidji fl-ambitu tal-investigazzjoni attwali u li temenda kif xieraq in-Notifika ta’ bidu. |
(5) |
Fit-12 ta’ Frar 2020, il-Kummissjoni ppubblikat Notifika li temenda n-Notifika ta’ bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3). F’dan ir-rigward żdiedet nota fil-fajl u l-Gvern tal-Eġittu (“GTE”) ġie mistieden għal konsultazzjonijiet dwar dawk is-sussidji addizzjonali. |
1.2. Miżuri provviżorji
(6) |
Fis-7 ta’ Marzu 2020, il-Kummissjoni imponiet dazji kumpensatorji provviżorji fuq l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ GFR li joriġinaw mill-Eġittu permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/379 (4) (“ir-Regolament provviżorju”). |
(7) |
Kif iddikjarat fil-premessa (27) tar-Regolament provviżorju, l-investigazzjoni tas-sussidjar u tad-dannu kopriet il-perjodu mill-1 ta’ April 2018 sal-31 ta’ Marzu 2019 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni” jew “PI”) u l-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tad-dannu kopra l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2016 sa tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni (“il-perjodu kkunsidrat”). |
1.3. Proċedura sussegwenti
(8) |
Abbażi tal-pubblikazzjoni ta’ Notifika li temenda n-Notifika ta’ bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (ara l-premessa (4) ta’ hawn fuq), il-Kummissjoni bagħtet talba għal informazzjoni lill-GTE u lill-produttur esportatur u lill-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“GTĊ”). |
(9) |
It-talba għal informazzjoni lill-GTE ntbagħtet sabiex tiġi investigata bis-sħiħ il-kooperazzjoni bejn il-GTE u l-GTĊ għall-benefiċċju tal-produttur esportatur. Fid-dawl tal-involviment tal-GTĊ u l-kooperazzjoni mill-qrib mal-GTE fir-rigward tas-sussidjar mogħti lill-GFR li joriġina fl-Eġittu (“il-prodott investigat”), il-Kummissjoni identifikat lill-GTĊ bħala parti interessata għall-investigazzjoni u bagħtet it-talba għal informazzjoni mibgħuta lill-GTE lill-GTĊ bi stedina sabiex jikkoopera fl-investigazzjoni. Madankollu, il-GTĊ qatt ma wieġeb għall-istedina tal-Kummissjoni u ma rreġistrax bħala parti interessata fl-investigazzjoni. |
(10) |
Wara l-pubblikazzjoni tan-Notifika li temenda n-Notifika ta’ bidu u t-talba għal informazzjoni riċevuta mill-GTE, il-GTE l-ewwel innota li huwa ma setax jintalab jipprovdi informazzjoni jew jikkoordina r-rispons tal-entitajiet, governattivi jew privati, li huma barra mill-ġurisdizzjoni tiegħu. |
(11) |
It-tieni, il-GTE innota li l-informazzjoni mitluba mill-Kummissjoni ma kinitx fil-ġurisdizzjoni tiegħu. Skont il-GTE, il-Kummissjoni tefgħet piż mhux raġonevoli fuqu billi talbitu jipprovdi informazzjoni li mhijiex neċessarja għall-investigazzjoni. |
(12) |
It-tielet, il-GTE afferma li l-Kummissjoni fil-fatt kienet qed tinkludi r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“RPĊ” jew “iċ-Ċina”) fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din l-investigazzjoni mingħajr ma stednitha għal konsultazzjoni qabel il-bidu. |
(13) |
Ir-raba’, il-GTE nnota li r-Regolament bażiku anti-sussidji jistabbilixxi li sussidju jeżisti biss jekk “hemm kontribuzzjoni finanzjarja minn gvern fil-pajjiż tal-oriġini jew tal-esportazzjoni”. Il-GTE nnota li n-Notifika li temenda n-Notifika ta’ bidu kienet tikkonċerna sussidji allegatament mogħtija mill-Gvern tar-RPĊ (“GTĊ”). Konsegwentement, il-Kummissjoni, permezz tan-Notifika li temenda n-Notifika ta’ bidu, kisret ir-Regolament bażiku anti-sussidji billi inkludiet fl-investigazzjoni kontribuzzjonijiet finanzjarji li ma jistgħux jitqiesu bħala sussidji skont id-dritt tal-UE. |
(14) |
Fl-aħħar, il-GTE sostna li t-talba għal informazzjoni kienet fir-realtà l-kwestjonarju inizjali li kellu jintbagħat lill-GTĊ. Għalhekk, billi tat 15-il jum għat-tweġibiet minflok 30 jum, il-Kummissjoni kisret l-Artikolu 12.1.1. tal-Ftehim dwar is-Sussidji u l-Miżuri ta’ Kumpens (“il-Ftehim dwar is-SCM”) u l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. |
(15) |
Il-Kummissjoni ma qablitx mal-fehmiet tal-GTE. Fir-rigward tan-nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-GTE u l-inklużjoni de facto tal-GTĊ fl-investigazzjoni bħala l-pajjiż tal-esportazzjoni, il-Kummissjoni kkunsidrat li s-sussidji investigati mill-Kummissjoni huma mogħtija fil-qafas ta’ kooperazzjoni bejn il-GTE u l-GTĊ. Għalhekk, is-sussidji setgħu kienu attribwibbli lill-Eġittu bis-saħħa tar-rikonoxximent u l-adozzjoni tal-miżuri tal-GTĊ mill-Eġittu daqs li kieku kienu tiegħu. Is-sejbiet dwar dan il-punt huma żviluppati fit-tul fit-Taqsima 3.2.2 hawn taħt. |
(16) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni nnotat li hija talbet lill-GTE biex jipprovdi l-informazzjoni relatata mal-qafas ġuridiku ġenerali tas-settur bankarju fiċ-Ċina, kif ukoll dwar l-istituzzjonijiet finanzjarji fiċ-Ċina, minħabba li l-GTE huwa l-gvern ikkonċernat minn din l-investigazzjoni u dawn is-sussidji setgħu jiġu attribwiti lilhom kif spjegat fit-Taqsima 3.2.2 hawn taħt. L-informazzjoni mitluba għalhekk kienet meħtieġa biex il-Kummissjoni tistabbilixxi l-eżistenza ta’ sussidju. |
(17) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni tat ukoll opportunità diretta lill-GTĊ biex jirreġistra bħala parti interessata u biex jipprovdi direttament l-informazzjoni mitluba dwar dawn il-kwistjonijiet. Fil-fatt, kif spjegat fil-premessi (96) u (97) hawn taħt, il-GTE flimkien mal-GTĊ stabbilew mekkaniżmu ta’ ġestjoni bi tliet livelli amministrattivi previsti fl-Artikolu 8 tal-Ftehim tal-2016 dwar iż-Żona ta’ Kooperazzjoni Ekonomika u Kummerċjali tal-Kanal tas-Suez fl-Eġittu bejn il-Ministeru tal-Kummerċ tar-RPĊ u l-Awtorità Ġenerali għaż-Żona Ekonomika tal-Kanal tas-Suez. Dan il-mekkaniżmu huwa stabbilit, inter alia, biex jiġu ttrattati l-kwistjonijiet li jistgħu jaffettwaw l-operat taż-Żona ta’ Kooperazzjoni (għalhekk jinkludi l-impożizzjoni ta’ dazji kumpensatorji fuq l-esportazzjonijiet minn dik iż-żona). |
(18) |
Għalhekk, anki jekk xi informazzjoni mitluba lill-GTE ma kinitx fil-pussess tiegħu, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-GTE kellu l-mezzi neċessarji kollha biex jikseb l-informazzjoni mitluba mingħand il-GTĊ. |
(19) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma qablitx mal-GTE dwar il-kwalifika tat-talba għal informazzjoni. Din it-talba ntbagħtet xhur wara li ntbagħat il-kwestjonarju inizjali intiż għall-GTE. It-talba għal informazzjoni wieġbet għall-ħtieġa tal-Kummissjoni li tiġbor data addizzjonali li kienet saret meħtieġa wara l-evidenza addizzjonali li kienet ġabret matul l-investigazzjoni. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni nnotat li l-GTE kien diġà rċieva l-kwestjonarju inizjali u ngħata 37 jum biex iwieġeb. |
(20) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni nnotat li l-kontenut proprju tat-talba għal informazzjoni kien limitat għal sussidji rilevanti oħra li nstabu matul l-investigazzjoni, u l-livell u l-ammont tat-talba għal informazzjoni bl-ebda mod ma huma komparabbli ma’ dawk ta’ kwestjonarju inizjali. Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni nnotat li ż-żmien totali mogħti lill-GTE, wara talba għal estensjoni, biex iwieġeb għal din it-talba addizzjonali għal informazzjoni kien jammonta għal 22 jum, minkejja l-istadju tard ħafna tal-proċediment |
(21) |
Għalhekk, meta jitqabbel l-ammont ta’ żmien allokat lill-GTE biex jirrispondi l-aktar talba estensiva għal informazzjoni fil-kwestjonarju inizjali mal-perjodu mogħti għat-talba għal informazzjoni addizzjonali, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-GTE kien ingħata biżżejjed żmien. |
(22) |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, dawn l-affermazzjonijiet mill-GTE ġew miċħuda. |
(23) |
Wara d-divulgazzjoni tal-fatti essenzjali u tal-kunsiderazzjonijiet li abbażi tagħhom ġew imposti dazji kumpensatorji provviżorji (“divulgazzjoni provviżorja”), il-GTE u l-produttur esportatur Eġizzjan għamlu sottomissjonijiet bil-miktub li fihom esprimew il-fehmiet tagħhom dwar is-sejbiet provviżorji. |
(24) |
Il-GTE u l-produttur esportatur Eġizzjan ingħataw opportunità li jinstemgħu. |
(25) |
Il-GTE kellu wkoll seduta ta’ smigħ mal-Uffiċjal tas-Smigħ fil-proċedimenti kummerċjali. |
(26) |
Il-Kummissjoni kkunsidrat il-kummenti mressqa mill-partijiet interessati u indirizzathom kif spjegat fid-dettall f’dan ir-Regolament. |
(27) |
Minħabba t-theddida tat-trażmissjoni tal-COVID-19 u l-miżuri konsegwenti meħuda biex tiġi indirizzata t-tifqigħa (5), il-Kummissjoni ma setgħetx tivverifika bis-sħiħ id-data sottomessa mill-produttur esportatur u mill-GTE. Minħabba li din is-sitwazzjoni seħħet fi stadju tard ħafna tal-proċediment u minħabba li ma kinitx għadha possibbli soluzzjoni oħra (bħall-organizzazzjoni ta’ sessjoni biex l-informazzjoni sottomessa tiġi kontroverifikata mill-bogħod ma’ sorsi verifikabbli oħrajn f’konformità man-Notifika tal-COVID-19 maħruġa mill-Kummissjoni), il-Kummissjoni użat b’mod eċċezzjonali l-informazzjoni sottomessa minn dawn il-partijiet għall-kalkolu tas-sussidju, li ġiet ivverifikata abbażi tal-informazzjoni disponibbli kollha. |
1.4. Id-divulgazzjoni finali
(28) |
Il-Kummissjoni għarrfet lill-partijiet interessati kollha dwar il-fatti essenzjali u l-kunsiderazzjonijiet li abbażi tagħhom kellha l-ħsieb li timponi dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ GFR li joriġinaw mill-Eġittu (“divulgazzjoni finali”). |
(29) |
Wara d-divulgazzjoni finali, il-GTE, Jushi Group, l-ilmentaturi u grupp ta’ utenti u distributuri Ewropej tal-GFR għamlu sottomissjonijiet bil-miktub dwar il-fehmiet tagħhom dwar is-sejbiet definittivi. |
(30) |
Dawk il-partijiet li talbu ngħataw l-opportunità li jinstemgħu. Wara d-divulgazzjoni finali, is-servizzi tal-Kummissjoni kellhom seduti ta’ smigħ mal-GTE u ma’ Jushi Group. |
(31) |
Il-Kummissjoni kkunsidrat il-kummenti mressqa mill-partijiet interessati wara d-divulgazzjoni finali u indirizzathom f’dan ir-Regolament. |
1.5. Il-perjodu ta’ investigazzjoni u l-perjodu kkunsidrat
(32) |
Fin-nuqqas ta’ kummenti dwar il-perjodu ta’ investigazzjoni u l-perjodu kkunsidrat, il-premessa (27) tar-Regolament provviżorju ġiet ikkonfermata. |
2. PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI
2.1. Affermazzjonijiet rigward l-ambitu tal-prodott
(33) |
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment fir-rigward tal-ambitu tal-prodott, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi (44) u (48) tar-Regolament provviżorju. |
3. SUSSIDJAR
3.1. Is-sussidji u l-programmi ta’ sussidju fl-ambitu tal-investigazzjoni attwali
(34) |
Fuq il-bażi tal-informazzjoni li tinsab fl-ilment, fin-Notifika ta’ bidu, fin-Notifika li temenda n-Notifika ta’ bidu u t-tweġibiet għall-kwestjonarju tal-Kummissjoni u għat-talba għal informazzjoni addizzjonali, ġie investigat l-allegat sussidjar permezz tas-sussidji li ġejjin mill-GTE:
|
3.2. Iż-Żona tal-Kooperazzjoni Ekonomika u Kummerċjali tas-Suez (“iż-żona SETC”)
(35) |
L-allegat sussidjar fl-Eġittu jikkonċerna kumpanija fiż-Żona tal-Kooperazzjoni Ekonomika u Kummerċjali tas-Suez bejn iċ-Ċina u l-Eġittu (“iż-żona SETC”). Iż-żona tkopri erja ta’ 7,34 km2, li hija maqsuma f’erja tal-bidu ta’ 1,34 km2 u erja ta’ espansjoni ta’ 6 km2. |
(36) |
Din iż-żona ekonomika speċjali twaqqfet miċ-Ċina u l-Eġittu flimkien, u l-istorja tagħha tmur lura għas-snin disgħin tas-seklu l-ieħor (1990s). F’dak iż-żmien, il-President Eġizzjan ta’ dak iż-żmien żar iż-żoni ekonomiċi speċjali taċ-Ċina u esprima x-xewqa li juża l-esperjenza taċ-Ċina fir-rigward ta’ żoni bħal dawn, sabiex jistabbilixxi struttura simili fl-Eġittu. B’riżultat ta’ dan, fl-1997, il-Prim Ministri taċ-Ċina u tal-Eġittu ffirmaw memorandum ta’ qbil, li fih iż-żewġ pajjiżi “jaqblu li jikkooperaw fl-iżvilupp taż-żona ekonomika ħielsa fit-tramuntana tal-Golf tas-Suez, billi jikkondividu l-esperjenza Ċiniża fl-istabbiliment ta’ żoni ekonomiċi speċjali, jipparteċipaw fl-immodernizzar tal-istudji relatati maż-żona u jħeġġu lis-settur tan-negozju rilevanti fiċ-Ċina biex jipprovdi kontribuzzjonijiet għall-proġetti li kellhom jiġu stabbiliti fiż-żon a” (6). |
(37) |
Wara dan il-ftehim, iċ-Ċina ħatret lil Tianjin Teda Investment Holding Co., Ltd. (“Tianjin TEDA”), intrapriża tal-Istat (SOE) taħt il-Gvern Muniċipali ta’ Tianjin, biex twettaq il-kompitu min-naħa Ċiniża. Tianjin TEDA mbagħad ingħaqdet mal-Amministrazzjoni Eġizzjana tal-Kanal tas-Suez, mal-Bank Nazzjonali tal-Eġittu, u ma’ erba’ intrapriżi oħrajn tal-Istat Eġizzjan biex flimkien joħolqu l-hekk imsejħa Egypt China Joint Venture Company (“ECJV”), sabiex tiġi żviluppata u tinbena ż-żona ekonomika. In-naħa Ċiniża kellha 10 % tal-ishma tal-ECJV, filwaqt li n-naħa Eġizzjana kellha 90 %. Fl-1998, l-art korrispondenti fiż-Żona tal-Majjistral tal-Golf tas-Suez ġiet ittrasferita mill-Governorat tas-Suez lill-ECJV. Madankollu, wara dan it-trasferiment, il-proġett ma għamilx wisq avvanzi għal bosta snin (7). |
(38) |
Fl-2002, iż-żona usa’ ta’ 20 km2, fejn kienet tinsab iż-Żona SETC, iż-Żona Ekonomika tal-Majjistral tal-Golf tas-Suez, ġiet ikklassifikata uffiċjalment bħala żona ekonomika speċjali (“SEZone”) mill-GTE (8). Bħala tali, id-dispożizzjonijiet tal-Liġi Eġizzjana Nru. 83/2002 dwar iż-Żoni Ekonomiċi ta’ Natura Speċjali (“il-Liġi 83/2002”) issa saru applikabbli wkoll għaż-Żona SETC. |
(39) |
Fl-2006, beda jingħata impetu ġdid, meta ċ-Ċina ddeċidiet li tkompli tinkoraġġixxi l-Politika “Go Global” biex il-kumpaniji Ċiniżi jinvestu barra mill-pajjiż. F’dan il-kuntest, il-Ministeru għall-Kummerċ taċ-Ċina (“MOFCOM”) ippropona l-istabbiliment tal-hekk imsejħa “żoni ta’ kummerċ u kooperazzjoni barra mill-pajji ż”, u ż-Żona SETC saret waħda mill-ewwel 18-il żona uffiċjalment approvati (9). Waqt is-Summit ta’ Beijing tal-Forum dwar il-Kooperazzjoni bejn iċ-Ċina u l-Afrika fl-2006, il-President Ċiniż Hu Jintao ħabbar li “fit-tliet snin li ġejjin ser jiġu stabbiliti minn tlieta sa ħames żoni ta’ kooperazzjoni ekonomika u kummerċjali barra mill-pajjiż f’pajjiżi Afrikani.” (10) |
(40) |
Fl-2007, il-MOFCOM organizza sejħa għall-offerti biex jinħatru l-iżviluppaturi għat-tieni lott ta’ żoni ta’ kooperazzjoni kummerċjali u ekonomika barra mill-pajjiż uffiċjalment approvati. Tianjin TEDA rebħet l-offerta għaż-Żona SETC. F’Ottubru 2008, Tianjin TEDA stabbiliet impriża konġunta bil-Fond għall-Iżvilupp bejn iċ-Ċina u l-Afrika biex twaqqaf il-kumpanija China-Africa TEDA Investment Co., Ltd. (“China-Africa TEDA”), bħala l-entità ta’ investiment ewlenija taċ-Ċina fiż-żona ta’ kooperazzjoni. China-Africa TEDA ngħaqdet mal-ECJV biex toħloq kumpanija ġdida, imsejħa Egypt TEDA Investment Co. (“Egypt TEDA”), bl-għan li tmexxi l-iżvilupp taż-Żona SETC fl-Eġittu. Din id-darba, in-naħa Ċiniża kellha 80 % tal-ishma, filwaqt li n-naħa Eġizzjana (irrappreżentata mill-ECJV) kellha 20 %. Wara li l-kumpanija ġiet stabbilita b’mod formali fl-2008, ix-xogħol fiż-żona avvanza malajr. Fis-7 ta’ Novembru 2009, il-Prim Ministri taż-żewġ pajjiżi f’dak iż-żmien inawguraw iż-żona tal-bidu, u elenkaw iż-Żona SETC bħala proġett ta’ kooperazzjoni importanti tal-ekonomija u l-kummerċ bejn iż-żewġ pajjiżi (11). Sal-aħħar tal-2011, l-infrastruttura kollha fiż-żona tal-bidu kienet tlestiet (12). |
(41) |
Fl-2012, wara l-inkwiet ċivili fl-Eġittu, il-President Morsi għamel żjara Statali fiċ-Ċina, li matulha rrefera għaż-Żona bħala proġett ewlieni ta’ kooperazzjoni bilaterali bejn iż-żewġ pajjiżi, u esprima t-tama tiegħu li jkun hemm aktar u aktar intrapriżi Ċiniżi li jinvestu fl-Eġittu permezz taż-żona u permezz ta’ proġetti sussegwenti, u b’hekk jipparteċipaw fil-programm ta’ Rkupru tal-Eġittu (13). |
(42) |
Fl-2013, Egypt TEDA u l-awtoritajiet Eġizzjani ffirmaw kuntratt għall-art tal-erja ta’ espansjoni ta’ 6 km2. Mill-2013, iż-żoni ta’ kooperazzjoni kummerċjali u ekonomika barra mill-pajjiż, bħaż-Żona SETC, ġew ukoll żviluppati aktar taħt il-kappa tal-Inizjattiva “Belt and Road”. B’hekk, il-parks barra mill-pajjiż saru mezz importanti għall-investimenti ta’ kumpaniji Ċiniżi li jfittxu swieq barranin. B’riżultat ta’ dan, speċjalment mill-2013, iż-żona SETC ġiet inkluża kważi fit-testi importanti kollha dwar il-kooperazzjoni bejn iż-żewġ gvernijiet (14). |
(43) |
Fl-2014, l-Eġittu nieda l-“Pjan ta’ Żvilupp tal-Kuritur tal-Kanal tas-Suez”. Fil-kuntest ta’ dan il-Pjan, fl-2015, iż-Żona SE ġiet inkorporata uffiċjalment fiż-Żona Ekonomika usa’ tal-Kanal tas-Suez (“SCZone”), li tinkludi ż-żona kollha madwar il-Kanal tas-Suez ta’ 461 km2. Iż-żona kollha issa hija meqjusa bħala “żona ekonomika ta’ natura speċjali” f’konformità mal-Liġi 83/2002 u l-emendi tagħha (15). |
(44) |
F’Diċembru 2015, il-President Sisi għamel żjara fiċ-Ċina, fejn iddikjara li l-Eġittu aċċetta l-offerta tal-President Xi Jinping li jikkoopera fl-inizjattiva “One Belt, One Road” u li jkompli jiżviluppa proġetti fl-Eġittu. Fil-21 ta’ Jannar 2016, iż-żewġ Presidenti inawguraw uffiċjalment il-proġett ta’ espansjoni taż-żona SETC għall-erja ta’ espansjoni ta’ 6 km2. Matul iż-żjata Statali ta’ Xi Jinping fl-Eġittu, iż-żewġ gvernijiet iffirmaw ukoll il-“Ftehim bejn il-Ministeru tal-Kummerċ tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u l-Awtorità Ġenerali għaż-Żona Ekonomika tal-Kanal tas-Suez tar-Repubblika Għarbija tal-Eġittu dwar iż-Żona ta’ Kooperazzjoni Ekonomika u Kummerċjali tal-Kanal tas-Suez” tal-21 ta’ Jannar 2016 (“il-Ftehim ta’ Kooperazzjoni”). Il-Ftehim ta’ Kooperazzjoni kompla jikkjarifika s-sinifikat u l-istatus legali taż-Żona SETC (16). |
(45) |
L-iskop ewlieni tal-Ftehim ta’ Kooperazzjoni kien li jipprovdi qafas ċar bil-miktub għal din il-kooperazzjoni u li jifformalizzah fil-qafas tal-inizjattiva “One Belt, One Road”, inkluż l-appoġġ tal-GTĊ lil kumpaniji barra mill-pajjiż. Madankollu, ma ngħatawx aktar dettalji dwar ix-xogħlijiet ta’ tħejjija tal-Ftehim ta’ Kooperazzjoni minkejja t-talbiet espliċiti mill-Kummissjoni. |
(46) |
Skont il-Ftehim ta’ Kooperazzjoni, il-gvernijiet se jiżviluppaw iż-Żona-SETC b’mod konġunt. Huma jagħmlu dan f’konformità mal-istrateġiji nazzjonali rispettivi tagħhom (l-Inizjattiva Belt & Road għaċ-Ċina, u l-Pjan ta’ Żvilupp tal-Kuritur tal-Kanal tas-Suez għall-Eġittu). Għal dak l-iskop, il-GTE jipprovdi l-art, il-ħaddiema u ċertu ħelsien mit-taxxa, filwaqt li l-kumpaniji Ċiniżi li joperaw fiż-żona jmexxu l-faċilità tal-produzzjoni bl-assi u l-maniġers tagħhom. Filwaqt li jikkumpensa għal nuqqas ta’ fondi Eġizzjani, il-GTĊ jappoġġja wkoll dan il-proġett billi jagħmel il-mezzi finanzjarji meħtieġa disponibbli għal Egypt TEDA u għad-ditti Ċiniżi li joperaw fiż-Żona SETC. |
(47) |
Il-produttur tal-GFR li jopera fiż-Żona SETC, Jushi Egypt, huwa inkorporat taħt il-liġi Eġizzjana u ġie stabbilit minn Jushi Group, kumpanija omm Ċiniża. Il-kumpanija omm tal-produttur tal-GFR hija proprjetà tal-Kummissjoni għas-Superviżjoni u l-Amministrazzjoni tal-assi tal-Istat (SASAC). Hija rċeviet l-approvazzjoni mingħand l-awtoritajiet governattivi Ċiniżi rilevanti (17) biex tistabbilixxi sussidjarja fl-Eġittu. Il-kumpanija sussidjarja hija ffinanzjata b’fondi ġejjin miċ-Ċina, qed tuża materjali u tagħmir ta’ input importati miċ-Ċina, hija mmexxija minn maniġers Ċiniżi u qed tuża għarfien Ċiniż. Hija tipproduċi GFR fl-Eġittu, li jiġi esportat lejn l-UE miż-Żona SETC. |
(48) |
Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni bla xkiel tal-Ftehim ta’ Kooperazzjoni msemmi hawn fuq, iż-żewġ gvernijiet stabbilew ukoll mekkaniżmu ta’ konsultazzjoni fuq tliet livelli. F’dan il-kuntest, l-Awtorità Ġenerali għaż-Żona Ekonomika tal-Kanal tas-Suez tar-Repubblika Għarbija tal-Eġittu u l-Kummissjoni Muniċipali ta’ Tianjin għall-Kummerċ tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina ffirmaw “Ftehim ta’ Kooperazzjoni dwar l-Istabbiliment tal-Kummissjoni tal-Amministrazzjoni għaż-Żona ta’ Kooperazzjoni Ekonomika u Kummerċjali tal-Kanal tas-Suez bejn iċ-Ċina u l-Eġittu” għall-konsultazzjonijiet intergovernattivi tal-ewwel livell. Fit-tieni livell, twaqqaf il-Kumitat għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Ekonomika u Kummerċjali tal-Kanal tas-Suez biex jiżgura diskussjonijiet fil-livell tekniku bejn id-dipartimenti tal-amministrazzjoni kompetenti tal-Gvern tal-Muniċipalità ta’ Tianjin fiċ-Ċina u d-dipartimenti kompetenti rilevanti tal-Awtorità taż-Żona Ekonomika tal-Kanal tas-Suez fl-Eġittu. Mill-2017 bdew isiru laqgħat regolari ta’ dawn il-Kummissjonijiet. Fit-tielet livell, Egypt TEDA u l-kontropartijiet Eġizzjani rilevanti jirrapportaw il-problemi u d-diffikultajiet li jinqalgħu lil-livelli governattivi ogħla. |
3.2.1. Nuqqas ta’ kooperazzjoni parzjali u l-użu tal-fatti disponibbli b’rabta maż-Żona SETC
3.2.1.1.
(49) |
Fil-kwestjonarju tagħha, fit-talba għal informazzjoni u matul iż-żjara ta’ verifika, il-Kummissjoni talbet lill-GTE biex jipprovdi ċerta informazzjoni relatata maż-Żona ta’ Kooperazzjoni Ekonomika u Kummerċjali tal-Kanal tas-Suez fl-Eġittu. Dawn it-talbiet għal informazzjoni kienu jinkludu, fost l-oħrajn, kwistjonijiet dwar il-qafas ġuridiku u istituzzjonali, u l-eżistenza ta’ ftehimiet intergovernattivi bejn iċ-Ċina u l-Eġittu. |
(50) |
B’mod partikolari, wara l-emenda tan-Notifika ta’ bidu, il-Kummissjoni talbet lill-GTE informazzjoni dwar il-funzjonament taż-Żona SETC u l-bażi ġuridika li tirfidha b’referenza partikolari għall-kooperazzjoni bejn il-GTE u l-GTĊ fit-twaqqif u t-tiswir taż-Żona SETC bħala ambjent tan-negozju li kapaċi jattira investituri miċ-Ċina. Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet informazzjoni dwar il-kontroll u l-amministrazzjoni taż-Żona SETC mill-Egypt-TEDA Investment Company, mill-azjenda TEDA u mill-Grupp Konġunt ta’ Ħidma Eġizzjan-Ċiniż, kif ukoll dwar ir-rwol tal-fond ta’ Żvilupp bejn iċ-Ċina u l-Afrika (“CAD”) fil-kuntest tal-investiment barrani Ċiniż. Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni staqsiet ukoll lill-GTE dwar l-istatus taż-Żona SETC bħala żona ekonomika u ta’ kooperazzjoni extra-Ewropea approvata mill-MOFCOM. |
(51) |
Meta wieġeb għat-talba għal informazzjoni, il-GTE pprovda biss ftit mill-informazzjoni mitluba, filwaqt li ħalla parti sostanzjali mit-talba mhux imwieġba. |
(52) |
Il-GTE pprovda l-informazzjoni dwar il-bażi ġuridika taż-Żona SETC billi pprovda l-ftehimiet internazzjonali stipulati mill-GTE u l-GTĊ li jifformaw il-bażi ġuridika tal-kooperazzjoni tagħhom li hija maħsuba biex minnha jibbenefikaw il-kumpaniji li huma stabbiliti fiż-żona SETC, bħall-produttur esportatur. |
(53) |
Madankollu, il-Kummissjoni għad ma għandha l-ebda informazzjoni relatata ma’ kwalunkwe ftehim, memorandum ta’ qbil jew dokumenti oħrajn iffirmati bejn il-GTĊ u l-GTE b’rabta maż-Żona SETC. Bħala eżempju, il-Kummissjoni sabet referenzi disponibbli għall-pubbliku għal-linji gwida ta’ Implimentazzjoni ta’ Ħames Snin tal-2016 għat-Tisħiħ tas-Sħubija Strateġika Komprensiva bejn ir-RPĊ u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu. |
(54) |
Barra minn hekk, f’April 2017 ġie stabbilit formalment kumitat ta’ ġestjoni konġunta taż-Żona ta’ Kooperazzjoni Ekonomika u Kummerċjali TEDA tal-Kanal tas-Suez bejn iċ-Ċina u l-Eġittu. F’Lulju 2017, ġie stabbilit il-Kumitat Intergovernattiv ta’ Koordinazzjoni u dan organizza l-ewwel laqgħa konġunta tiegħu. Il-Kummissjoni ma rċevietx dokumentazzjoni bil-miktub dwar il-laqgħat li saru taħt dawn id-diversi mekkaniżmi ta’ konsultazzjoni, għajr għal laqgħa waħda li saret mill-Kummissjoni Amministrattiva. |
(55) |
Fin-nuqqas ta’ tali informazzjoni, il-Kummissjoni qieset li ma kinitx irċeviet informazzjoni kruċjali rilevanti għal dan l-aspett tal-investigazzjoni. |
(56) |
Għalhekk, il-Kummissjoni informat lill-GTE li jista’ jkun li hija jkollha tirrikorri għall-użu tal-fatti disponibbli skont l-Artikolu 28(1) tar-Regolament bażiku meta teżamina l-eżistenza u l-firxa tal-allegat sussidjar għall-kumpaniji li jinsabu fiż-Żona SETC. Il-GTE oġġezzjona u enfasizza li huwa kien ikkoopera bis-sħiħ mal-Kummissjoni. Madankollu, il-Kummissjoni qieset li l-informazzjoni dwar il-kollaborazzjoni preċiża bejn iż-żewġ gvernijiet fl-istabbiliment u l-amministrazzjoni taż-Żona SETC kienet kruċjali għall-valutazzjoni legali tal-każ kif spjegat fit-Taqsima 3.2.2 li jmiss. Sfortunatament, hija rċeviet biss xi dokumenti rilevanti wara l-verifika rispettiva bil-konsegwenza li ma setgħetx tivverifika l-awtentiċità tagħhom. Barra minn hekk, hija ma setgħet tidħol f’ebda diskussjoni ta’ segwitu mal-GTE dwar dettalji sinifikanti, li setgħu jixħtu dawl fuq il-firxa u l-grad ta’ kooperazzjoni bejn iż-żewġ gvernijiet fiż-żona. |
(57) |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni applikat l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku u straħet fuq il-fatti disponibbli fir-rigward ta’ dawn il-punti. |
3.2.2. Valutazzjoni legali
(58) |
L-operat taż-Żona SETC jikkostitwixxi kooperazzjoni mill-qrib bejn il-GTE u l-GTĊ, kooperazzjoni li ssib espressjoni notevolment f’impriża konġunta tal-Eġittu u taċ-Ċina fit-territorju tal-pajjiż esportatur. Il-gvernijiet tal-Eġittu u taċ-Ċina ġabru flimkien ir-riżorsi tagħhom biex jipprovdu lill-manifattur tal-GFR fiż-Żona SETC b’kundizzjonijiet favorevoli li jagħtuh benefiċċji. Dan l-ippuljar ta’ riżorsi permezz ta’ kooperazzjoni mill-qrib iservi skop komuni u huwa ta’ benefiċċju għal benefiċjarju komuni Jushi Egypt. |
3.2.3. Kontribuzzjoni finanzjarja ta’ gvern jew ta’ korp pubbliku
(59) |
Skont l-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament bażiku, jeżisti sussidju jekk ikun hemm kontribuzzjoni finanzjarja minn gvern fil-pajjiż tal-oriġini jew tal-esportazzjoni. Bl-istess mod, l-Artikolu 1.1(a)(1) tal-Ftehim SCM jgħid li sussidju għandu jitqies li jeżisti “jekk ikun hemm kontribuzzjoni finanzjarja minn gvern jew minn kwalunkwe korp pubblik u”. |
(60) |
Il-GTE pprovda art lil Jushi Egypt u offra diversi skemi ta’ ħelsien mit-taxxa. B’hekk, dawn is-sussidji jitħaddmu u jingħataw direttament mill-gvern tal-Eġittu. |
(61) |
Madankollu, minn mindu ġie konkluż il-MtQ fl-1997, il-GTE fittex b’mod attiv li jappoġġja ż-żona mhux biss direttament bl-għoti tal-art u l-ħelsien mit-taxxa, iżda wkoll indirettament, permezz tal-assistenza miftiehema tal-gvern Ċiniż għall-iżvilupp taż-Żona SETC fit-territorju tiegħu. Fil-fatt, skont it-termini tal-MtQ, il-GTE espressament “(i)ħeġġeġ lis-settur tan-negozju rilevanti fiċ-Ċina biex jipprovdi kontribuzzjonijiet għall-proġetti li jkunu se jiġu stabbiliti fiż-żon a”. Wara ż-żjara tal-President Morsi fiċ-Ċina f’Awwissu 2012, iż-Żona SETC irċeviet “attenzjoni u appoġġ bla preċedent mill-gvern Eġizzja n” (18). Skont l-Artikolu 1 tal-Ftehim ta’ Kooperazzjoni tal-2016, iż-żewġ naħat qablu li jiżviluppaw iż-żona “f’konformità ma’ (…) il-liġijiet u r-regolamenti eżistenti taż-żewġ pajjiż i”. |
(62) |
L-Artikolu 1 tal-leġiżlazzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Kooperazzjoni jispeċifika wkoll li “Il-Kumitat tal-Maniġment [responsabbli għall-koordinazzjoni u l-immaniġġjar tal-ħidma ta’ kuljum taż-Żona ta’ Kooperazzjoni] huwa stabbilit f’konformità mal-ftehimiet multilaterali u bilaterali u l-liġijiet u r-regolamenti eżistenti ffirmati jew li pparteċipaw fihom ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u r-Repubblika Għarbija tal-Eġitt u”. Skont l-Artikolu 4 tal-Ftehim ta’ Kooperazzjoni, iż-żewġ naħat iwiegħdu “appoġġ u faċilitazzjoni għall-kostruzzjoni, il-faċilitazzjoni tan-negozju u l-operat taż-Żona ta’ Kooperazzjon i”. Għal dak l-iskop, l-Eġittu qabel li ċ-Ċina tinnominaha bħala “żona ta’ kooperazzjoni u kummerċ barran i”. |
(63) |
Iċ-Ċina kkonfermat fl-Artikolu 4(1) tal-Ftehim ta’ Kooperazzjoni li ż-żona inkwistjoni “hija intitolata għall-appoġġ u l-faċilitazzjoni tal-politika rilevanti pprovduti mill-Gvern Ċiniż għal żoni ta’ kooperazzjoni ekonomika u kummerċjali barra l-pajji ż”. Barra minn hekk, fl-Artikolu 5 tal-Ftehim ta’ Kooperazzjoni, il-GTĊ impenja ruħu espliċitament li huwa “għandu jappoġġj a” ż-żona billi, fost l-oħrajn, “jinkoraġġixxi lill-istituzzjonijiet finanzjarji rilevanti biex jipprovdu faċilità finanzjarj a” għall-kumpaniji u l-investimenti fiż-żona. |
(64) |
Barra minn hekk, skont l-Artikolu 2(IV) tal-Ftehim ta’ Kooperazzjoni dwar l-Istabbiliment ta’ Kumitat ta’ Maniġment għaż-Żona ta’ Kooperazzjoni Ekonomika u Kummerċjali bejn iċ-Ċina u l-Eġittu, hija r-responsabbiltà tal-kumitat ta’ maniġment li “Jipprova l-isforzi kollha biex il-politiki ta’ inċentiv kollha tal-liġijiet u r-regolamenti Ċiniżi u Eġizzjani jiġu implimentati bla xkie l” u skont l-Artikolu 2(V) li “Jikkoordina u jiffaċilita l-istituzzjonijiet finanzjarji rilevanti, inkluż iżda mhux limitat għal istituzzjonijiet bankarji, istituzzjonijiet tal-assigurazzjoni u diversi fondi li jipprovdu appoġġ ta’ kreditu għaż-Żona ta’ Kooperazzjoni u intrapriżi residenzjali, u jgħin lill-intrapriżi fiż-Żona ta’ Kooperazzjoni u dawk residenzjali jesploraw aktar mezzi ta’ finanzjamen t”. Fl-aħħar nett, skont l-Artikolu 7 tal-istess Ftehim, kemm il-GTE kif ukoll il-GTĊ impenjaw ruħhom li jaraw li kwalunkwe liġi eżistenti jew futura, li tagħti trattament aktar favorevoli mill-Ftehim ta’ Kooperazzjoni, tipprevali fuq tal-aħħar. Il-finanzjament preferenzjali tal-GTĊ għall-produttur tal-GFR fiż-żona huwa r-riżultat ta’ dawk l-impenji u għandu jitqies f’dak il-kuntest. |
(65) |
Il-forzi magħquda mill-GTE u mill-GTĊ servew diversi skopijiet. |
(66) |
Għan-naħa Eġizzjana, kif espress fl-ogħla livell politiku (19), l-għan kien li jiġu attirati investimenti Ċiniżi, għarfien espert u kapital sabiex jiġi promoss l-iżvilupp ekonomiku taż-Żona Ekonomika tal-Kanal tas-Suez u jinħolqu l-impjiegi. Skont l-Ippjanar fit-Tul b’Perspettiva Eġizzjana tal-2022, ippubblikat mid-Dipartiment tal-Ippjanar tal-Eġittu f’Novembru 2013, iż-Żona SETC ser ikollha rwol kbir fl-ammeljorament tal-industrija tal-Eġittu, billi tigwadanja munita barranija permezz tal-esportazzjoni, toħloq it-tassazzjoni u ssolvi l-qgħad (20). |
(67) |
Għan-naħa Ċiniża, il-motivazzjoni kienet differenti. Mill-perspettiva tal-kumpaniji nfushom, l-Eġittu għandu ċerti vantaġġi f’termini ta’ kostijiet lavorattivi aktar baxxi u ħinijiet iqsar ta’ kunsinna lejn is-swieq ewlenin, bħall-UE. Barra minn hekk, kif imsemmi fil-prospett tal-bonds maħruġ minn Jushi Group fl-2014: “l-ostakoli protettivi għall-kummerċ żiedu bil-moħbi l-prezzijiet tas-suq tal-esportazzjonijiet tal-ħġieġ tal-fibra taċ-Ċina, u dan iħalli impatt negattiv fuq l-esportazzjonijiet tal-ħġieġ tal-fibra ta’ Jushi Group. … wara t-tnedija ta’ Jushi Egyptian Glass Fiber Co., Ltd. fl-2013, id-domanda għall-prodott tat-tliet reġjuni msemmija hawn fuq (21) se tiġi ssodisfata minn Jushi Egypt. It-tliet reġjuni msemmija hawn fuq mhux ser jimponu dazji anti-dumping fuq il-prodotti ta’ Jushi Egypt, u l-impatt tal-politiki anti-dumping fuq Jushi Group se jitnaqqas bil-kbir. Il-prinċipju tal-ipprezzar preliminari tal-prodotti tal-ħġieġ tal-fibra ta’ Jushi Egypt għall-klijenti fit-tliet reġjuni msemmija hawn fuq huwa li l-iffrankar tat-tariffi jiġi kondiviż mal-klijenti u li l-iffrankar tad-dazji anti-dumping u tal-kostijiet tat-trasport bil-baħar jitgawda b’mod sħiħ mill-emitten t”. Tabilħaqq, sa mill-2011 (22) u l-aħħar tal-2014, (23) l-importazzjonijiet tal-GFR li joriġinaw miċ-Ċina kienu soġġetti għal dazji anti-dumping u dazji kumpensatorji fl-UE u l-UE hija wieħed mit-“tliet reġjuni” msemmija fil-prospett tal-bonds. |
(68) |
Mill-perspettiva tal-GTĊ, skont it-13-il Pjan ta’ Ħames Snin tal-MOFCOM għall-Iżvilupp tal-Kummerċ Barrani, wieħed mill-kompiti ewlenin skont dan il-pjan huwa t-tisħiħ tal-kooperazzjoni kummerċjali ma’ pajjiżi fl-inizjattiva “One Belt, One Road” għall-fini tal-promozzjoni u l-espansjoni tal-esportazzjonijiet ta’, fost l-oħrajn, prodotti ta’ teknoloġija avvanzata, bħall-GFR. Il-pjan jinkludi d-dikjarazzjoni li ġejja: “Jiġu stabbilizzati l-esportazzjonijiet ta’ prodotti vantaġġużi, bħal prodotti li jirrikjedu ħafna ħaddiema, lejn il-pajjiżi msemmija qabel, jiġu sfruttati l-opportunitajiet sabiex tinbena l-infrastruttura għal pajjiżi bħal dawn, u jiġu inċentivati l-esportazzjonijiet ta’ settijiet kbar kompleti ta’ tagħmir, teknoloġiji, standards u servizzi. Ikun hemm adattament għax-xejra ta’ trasformazzjoni u titjib tal-industriji ta’ dawn il-pajjiżi, u jiġu aċċellerati l-esportazzjonijiet ta’ prodotti elettromekkaniċi u ta’ teknoloġija avvanzata. … Tiġi intensifikata l-espansjoni tas-swieq emerġenti u, wara li jiġu kkunsidrati b’mod komprensiv l-iskala ekonomika, ir-ritmu tat-tkabbir, il-kwalitajiet tar-riżorsi, il-grad ta’ riskju u fatturi oħrajn, jintgħażlu diversi swieq emerġenti għall-espansjoni primarja. Jiżdiedu l-esportazzjonijiet ta’ tagħmir tekniku avvanzat u l-promozzjoni tal-esportazzjonijiet ta’ industriji u prodotti ta’ kwalità għolja, ta’ grad għoli u komparattivament vantaġġuż i”. Il-miżuri previsti biex jintlaħqu dawn il-miri jinkludu l-“iżvilupp ta’ żoni ta’ żvilupp ekonomiku u teknoloġiku u diversi parks fil-livell ta’ Sta t”. |
(69) |
Kif ġie espress f’artikolu partikolari, “Taħt il-gwida tad-dipartimenti tal-gvern fil-qafas tal-inizjattiva “One Belt, One Roa d”, u b’konnessjoni mal-istrateġija tal-pajjiż ospitanti fl-ogħla livell, iż-żoni ta’ kooperazzjoni barranin saru mezz għall-implimentazzjoni tal-inizjattiva “One Belt, One Roa d” u tal-kooperazzjoni internazzjonali fil-kapaċità tal-produzzjon i” (24). |
(70) |
B’hekk, iż-żoni barranin iservu diversi objettivi strateġiċi għaċ-Ċina. L-ewwel nett, huma jistgħu jgħinu biex tiżdied id-domanda għal makkinarju u tagħmir magħmula fiċ-Ċina. It-tieni, permezz tal-produzzjoni barra mill-pajjiż u l-esportazzjoni lejn l-Ewropa jew l-Amerika ta’ Fuq, il-kumpaniji Ċiniżi jkunu jistgħu jevitaw frizzjoni u ostakoli kummerċjali imposti fuq l-esportazzjonijiet miċ-Ċina. It-tielet, huma jistgħu jassistu liċ-Ċina fl-isforzi tagħha biex tagħti spinta lir-ristrutturar domestiku tagħha stess u biex tavvanza tul il-katina tal-valur domestikament (25). |
(71) |
Minn dak li ntqal hawn fuq jirriżulta li l-gvern Eġizzjan kien qed jistenna u jilqa’ l-finanzjament Ċiniż għall-kooperazzjoni mill-qrib fiż-Żona SETC, sabiex jagħti spinta lill-iżvilupp ta’ wieħed mill-ifqar reġjuni tiegħu. Il-gvern Ċiniż kien qed jittama li l-kumpaniji Ċiniżi jkunu jistgħu joperaw barra mit-territorji Ċiniżi u jespandu l-esportazzjonijiet tagħhom taħt l-inizjattiva “One Belt, One Road” (possibbilment biex jiġi evitat li jinqabdu mill-miżuri għad-difiża tal-kummerċ). |
(72) |
F’dawn iċ-ċirkostanzi, il-Kummissjoni kienet tal-fehma li t-terminu “mill-gvern” fl-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament bażiku jenħtieġ li jinkludi mhux biss miżuri li joħorġu direttament mill-GTE, iżda wkoll dawk il-miżuri mill-GTĊ li jistgħu jiġu attribwiti lill-GTE abbażi tal-evidenza disponibbli. |
(73) |
Kif sostna l-Korp tal-Appell (“AB”) fil-kawża US-Gasoline (26), il-liġi tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) ma tistax tinqara f’iżolament kliniku mid-dritt internazzjonali ġenerali. B’hekk, b’mod partikolari, il-prinċipji tad-dritt internazzjonali ġenerali jifformaw parti mill-ordni ġuridiku tad-WTO, li mhuwiex sistema awtonoma (27). F’konformità mal-Artikolu 3.2 tad-DSU u mal-Artikolu 31(3)(ċ) tal-Konvenzjoni ta’ Vjenna dwar il-Liġi tat-Trattati (KVLT), “[k]walunkwe regola rilevanti tad-dritt internazzjonali applikabbli fir-relazzjonijiet bejn il-partijie t” trid tiġi kkunsidrata fil-valutazzjoni tal-kuntest tat-termini ta’ trattat. |
(74) |
Dawn ir-“regoli” jinkludu d-dritt internazzjonali konswetudinarju (28), li minnhom infushom huma vinkolanti fuq il-membri kollha tad-WTO, inklużi l-Eġittu, iċ-Ċina u l-Unjoni Ewropea. Fergħa importanti tad-dritt internazzjonali konswetudinarju hija r-regoli dwar ir-responsabbiltà tal-Istat, li ġew ikkodifikati mill-Kummissjoni tad-Dritt Internazzjonali (l-Artikoli tal-ILC dwar ir-Responsabbiltà tal-Istati għal Atti Internazzjonalment Ħżiena) (29) f’konformità mal-mandat tagħha skont l-Artikolu 13(1) (a) tal-Karta tan-NU. |
(75) |
Ir-regoli fl-Artikoli tal-ICL huma wkoll “rilevanti” skont it-tifsira tal-Artikolu 31(3) (c) tal-KVLT minħabba li jipprovdu gwida għall-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ attribuzzjoni, jiġifieri meta ċerti atti jew ommissjoni jistgħu jiġu attribwiti lil Stat wieħed, anki meta dawk l-atti jew l-ommissjonijiet ma jkunux ġejjin minn dak l-Istat direttament. F’dan ir-rigward, il-kunċett ta’ attribuzzjoni jsir rilevanti biex jiġi interpretat it-terminu “mill-gver n” fil-kappa tal-Artikolu 1.1(a)(1) tal-Ftehim SCM, u b’mod aktar partikolari, biex tiġi ddeterminata l-attribuzzjoni korretta ta’ mġiba f’sitwazzjoni ta’ kooperazzjoni bejn żewġ Stati fir-rigward tas-sussidji, bħal fil-każ inkwistjoni (30). |
(76) |
B’hekk, l-Artikoli tal-ILC jistgħu jintużaw biex jiġi interpretat it-terminu “mill-gver n” fil-kappa tal-Artikolu 1.1(a)(1) tal-Ftehim SCM sabiex l-imġiba (l-għoti ta’ sussidju) tiġi attribwita lill-GTE, anki f’każijiet fejn il-kontribuzzjoni finanzjarja ma tkunx saret direttament mill-GTE. |
(77) |
F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni nnotat li l-Artikolu 11 tal-Artikoli tal-ILC jistabbilixxi, b’mod partikolari, li “imġiba li ma tistax tiġi attribwita lil Stat skont l-artikoli preċedenti għandha madankollu titqies bħala att ta’ dak l-Istat skont id-dritt internazzjonali jekk u sal-punt li l-Istat jirrikonoxxi u jadotta l-imġiba inkwistjoni bħala tiegħu stes s”. Il-kummentarju tal-ILC għall-Artikolu 11 jispjega li “jistgħu jinstabu każijiet tal-applikazzjoni tal-prinċipju [ta’ attribuzzjoni tal-Istat permezz tar-rikonoxximent u l-adozzjoni ta’ mġiba] f’deċiżjonijiet ġudizzjarji u fil-prassi tal-Istat i” (31). Kif imfakkar fil-premessa 6 tal-istess kummentarju, huwa meħtieġ li Stat “jidentifika l-imġiba inkwistjoni u jagħmilha tiegħu stes s”. |
(78) |
Mill-bidu tal-proġett fl-1997, il-gvern Eġizzjan għamel il-finanzjament Ċiniż ta’ Jushi Egypt parti mill-politika tiegħu stess għaż-żona. Il-President Morsi laqa’ pubblikament l-investiment u l-kapital taċ-Ċina waqt iż-żjara tiegħu fiċ-Ċina f’Awwissu 2012, u d-Dipartiment tal-Ippjanar tal-Eġittu rrikonoxxa f’Novembru 2013 li ż-Żona SETC iffinanzjata miċ-Ċina ser ikollha rwol kbir għall-ammeljorament tal-industrija tal-Eġittu. Fi żjara oħra fiċ-Ċina f’Diċembru 2014, il-President Sisi “esprima li l-proposta mill-President Xi Jinping li jistabbilixxi b’mod konġunt “One Belt and One Roa d” ipprovdiet opportunità sinifikanti għall-irkupru Eġizzjan u l-parti Eġizzjana kienet lesta għall-involviment attiv u l-għoti tal-appoġġ. Il-parti Eġizzjana xtaqet tikkoopera maċ-Ċina fl-iżvilupp tal-proġetti tal-Kurituri tal-Kanal ta’ Suez, taż-Żona ta’ Kooperazzjoni Ekonomika u Kummerċjali ta’ Suez u l-bqija, u tattira intrapriżi Ċiniżi biex jinvestu fl-Eġitt u” (32). |
(79) |
Il-karatteristiċi tal-inizjattiva Ċiniża “One Road One Belt” huma magħrufa pubblikament. L-Artikoli 30 sa 36 tal-Opinjonijiet ta’ Gwida tal-Kunsill tal-Istat dwar il-Promozzjoni tal-Kapaċità tal-Produzzjoni Internazzjonali u l-Kooperazzjoni fil-Manifattura tat-Tagħmir tat-13 ta’ Mejju 2015 jelenkaw l-appoġġ kollu għall-politika li jistgħu jirċievu l-kumpaniji “li jmorru barra mill-pajjiż”. Dawn jinkludu politiki fiskali u ta’ appoġġ tat-taxxa, self konċessjonali, appoġġ finanzjarju permezz ta’ self sindikat, krediti għall-esportazzjoni, u finanzjament ta’ proġetti, investiment fl-ekwità, u fl-aħħar nett assigurazzjoni tal-kreditu għall-esportazzjoni. L-Artikolu 31 tiegħu jirreferi għal “self aġevolanti” li jenħtieġ li “jappoġġja lill-intrapriżi biex jipparteċipaw fl-esportazzjoni ta’ settijiet sħaħ ta’ tagħmir fuq skala kbira, ikkuntrattar tal-proġetti u proġetti ta’ investiment fuq skala kbir a”. Fil-prattika, din il-politika wasslet għal bosta finanzjamenti preferenzjali mill-banek jew mis-“Silk Road Fund” li ġie stabbilit apposta għalhekk skont l-Artikolu 35 tal-Opinjonijiet ta’ Gwida, kif ġie stabbilit reċentement mill-Kummissjoni f’każ ieħor (33). |
(80) |
Billi l-Presidenti tal-Eġittu bla dubju kienu konxji li l-inizjattiva Ċiniża “One Belt, One Road” tinvolvi finanzjament qawwi mill-Istat permezz ta’ finanzjament preferenzjali u strumenti finanzjarji oħrajn, kien hemm att ċar ta’ rikonoxximent u adozzjoni fl-ogħla livell politiku ta’ tali appoġġ finanzjarju mill-GTĊ permezz tat-twaqqif konġunt taż-Żona SETC maċ-Ċina. |
(81) |
Il-fatt li l-Eġittu rrikonoxxa u adotta l-finanzjament preferenzjali Ċiniż huwa sostnut aktar bit-test tal-Ftehim ta’ Kooperazzjoni tal-2016. Kif stipulat fl-Artikolu 1 tal-Ftehim ta’ Kooperazzjoni, l-Eġittu aċċetta b’mod espliċitu li ċ-Ċina tista’ tapplika l-liġijiet tagħha fir-rigward tal-operaturi fiż-Żona SETC jew b’rabta mal-operazzjonijiet fiż-Żona SETC. Għal dak l-iskop, il-gvern Eġizzjan qabel ukoll li ċ-Ċina indikat iż-Żona SETC bħala “żona ta’ investiment barrani” skont il-liġijiet tagħha. Billi ż-“żoni ta’ investiment barrani” huma veikolu tal-inizjattiva “One Road, One Belt”, imsemmija fil-premessa (66) u billi din l-inizjattiva tuża finanzjament preferenzjali bħala għodda, tali deżinjazzjoni fl-Artikolu 4 tal-Ftehim ta’ Kooperazzjoni, fejn iċ-Ċina kkonfermat ukoll li ż-żona inkwistjoni “hija intitolata għal appoġġ u faċilitazzjoni ta’ politika rilevanti pprovduti mill-Gvern Ċiniż għal żoni ta’ kooperazzjoni ekonomika u kummerċjali barrani n”, kellha l-konsegwenza li Jushi Egypt saret eliġibbli biex titlob self preferenzjali mingħand banek tal-politika Ċiniżi u termini preferenzjali għall-assigurazzjoni tal-esportazzjoni. L-Eġittu approva wkoll l-Artikolu 5, li abbażi tiegħu l-Gvern Ċiniż se jappoġġja wkoll iż-Żona ta’ Kooperazzjoni billi “jinkoraġġixxi lill-istituzzjonijiet finanzjarji rilevanti biex jipprovdu faċilità ta’ finanzjament għal ... proġetti ta’ investiment li jinsabu fiż-Żona ta’ Kooperazzjoni, diment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet tas-self u r-rekwiżiti tal-użu tas-sel f”. Kif diġà nstab f’investigazzjoni preċedenti, il-finanzjament preferenzjali Ċiniż mhuwiex operat minn programmi ta’ finanzjament preskritti b’mod ċar bi kriterji stretti ta’ eliġibbiltà, iżda pjuttost bl-identifikazzjoni fl-ogħla livell ta’ għadd ta’ industriji mħeġġa (34). Id-deżinjazzjoni uffiċjali taż-Żona SETC fl-Eġittu bħala żona ta’ investiment barrani għall-kumpaniji Ċiniżi wara ftehim komuni bejn iż-żewġ Presidenti u l-“inkoraġġiment” fl-Artikolu 5 taqbel perfettament max-xejra Ċiniża tas-soltu tal-attivazzjoni ta’ finanzjament preferenzjali mill-banek ta’ politika tagħha. |
(82) |
Il-miżuri preferenzjali Ċiniżi favur l-entitajiet Ċiniżi stabbiliti fl-Eġittu kienu b’hekk “identifikati” mill-Eġittu u “għamilhom tiegħu”. |
(83) |
Barra minn hekk, uffiċjali Eġizzjani kienu kontinwament preżenti fil-mekkaniżmu ta’ implimentazzjoni bi tliet livelli msemmi fil-premessa (45). Il-kompitu tal-mekkaniżmu ta’ implimentazzjoni huwa li “jikkoordina u jiffaċilita l-istituzzjonijiet finanzjarji rilevanti, inklużi iżda mhux limitati għal istituzzjonijiet bankarji, istituzzjonijiet tal-assigurazzjoni u diversi fondi li jipprovdu appoġġ ta’ kreditu għaż-Żona ta’ Kooperazzjoni u intrapriżi residenzjali, kif ukoll li jgħin liż-Żona ta’ Kooperazzjoni u lill-intrapriżi residenzjali jesploraw aktar mezzi ta’ finanzjamen t” skont l-Artikolu 2(V) tal-Ftehim ta’ Implimentazzjoni. L-Artikolu 2(4) tal-istess dokument jagħti mandat lill-uffiċjali biex “jipprovaw l-isforzi kollha biex jimplimentaw il-politiki kollha ta’ inċentiv tal-liġijiet u r-regolamenti Ċiniżi u Eġizzjani mingħajr xkie l”. Dan jirreġistra l-fehim kondiviż tal-Eġittu u taċ-Ċina li n-naħa Ċiniża mhijiex qed tipprovdi flus bir-rati tas-suq, li Jushi Egypt tista’ tirċievi mingħand investituri tas-suq internazzjonali, iżda tipprovdi b’mod proattiv inċentivi tal-Istat, li hija kelma oħra għal benefiċċji jew preferenzi. |
(84) |
Permezz tal-implimentazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni, l-Eġittu esprima wkoll l-approvazzjoni sħiħa tiegħu tal-finanzjament preferenzjali Ċiniż għall-benefiċċju tal-produttur tal-GFR fiż-żona. Fid-dawl tan-nuqqas parzjali ta’ kooperazzjoni tal-GTE fuq dan l-aspett kruċjali tal-investigazzjoni, il-Kummissjoni ma setgħetx tistabbilixxi aktar dettalji f’dan ir-rigward; madankollu, l-evidenza disponibbli tindika l-fatt li ż-żewġ gvernijiet ikkooperaw kif deskritt hawn fuq għall-benefiċċju tal-produttur esportatur tal-GFR li jinsab fiż-żona. |
(85) |
Mill-evidenza jirriżulta li l-kontribuzzjonijiet finanzjarji fil-forma ta’ finanzjament preferenzjali minn korpi pubbliċi Ċiniżi lil Jushi Egypt jistgħu jiġu attribwiti lill-GTE bħala l-gvern tal-pajjiż tal-oriġini jew tal-esportazzjoni skont l-Artikolu 3.1 (a) tar-Regolament bażiku. L-evidenza wriet li l-GTE approva l-appoġġ finanzjarju preferenzjali lill-produttur tal-GFR fiż-żona mill-GTĊ f’konformità mal-impenji miftiehma biex jiġu żviluppati u appoġġjati l-attivitajiet ekonomiċi fiż-żona. |
(86) |
F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni nnotat ukoll li l-possibbiltà li l-gvernijiet jipprovdu kontribuzzjoni finanzjarja indirettament permezz ta’ korpi privati la hija esoġena għar-Regolament bażiku u lanqas għall-Ftehim SCM (35). Tabilħaqq, f’każijiet fejn il-gvernijiet jafdaw jew jidderieġu lil korpi privati f’aġir partikolari, kwistjoni ewlenija hija li jrid ikun hemm “rabta li tkun tista’ tintwera” bejn l-att tal-gvern u l-aġir tal-korp privat (36). Bl-istess mod, f’dan il-każ, hemm rabta ċara u espliċita bejn l-azzjonijiet affermattivi meħuda miċ-Ċina sabiex tipprovdi l-appoġġ finanzjarju miftiehem lill-produttur esportatur tal-GFR u lill-GTE. |
(87) |
Konsegwentement, il-Kummissjoni qieset li l-finanzjament preferenzjali mogħti mill-GTĊ lill-produttur esportatur tal-GFR fiż-żona jammonta għal kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-GTE fis-sens tal-Artikolu 3(1)(i) tar-Regolament bażiku (37). |
3.2.4. Benefiċċju
(88) |
Il-Kummissjoni mbagħad ikkunsidrat jekk dawn il-kontribuzzjonijiet finanzjarji attribwibbli lill-GTE jagħtux benefiċċju lil Jushi Egypt skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku. Hija fakkret li din il-kumpanija qed topera fl-Eġittu u hija inkorporata taħt il-liġi Eġizzjana. B’hekk, fil-prinċipju kien xieraq li jiġi mistoqsi jekk il-benefiċjarju tal-finanzjament irċeviex termini aħjar milli kieku kien jirċievi fis-suq finanzjarju Eġizzjan. Il-Kummissjoni vverifikat dan il-punt u kienet sodisfatta li dan kien il-każ b’marġini għoli. |
(89) |
Madankollu, il-Kummissjoni qieset ukoll iċ-ċirkostanzi eċċezzjonali ta’ dan il-każ. Kif ġie nnotat fil-premessa (44), il-produttur esportatur huwa fl-aħħar mill-aħħar proprjetà ta’ SASAC. Il-korpi pubbliċi Ċiniżi taw il-finanzjament preferenzjali wara n-negozjar u l-iffirmar tad-dokumenti rilevanti fiċ-Ċina, u l-benefiċjarji rċevewhom direttament jew indirettament permezz tal-kumpanija omm tagħhom fiċ-Ċina (self bejn il-kumpaniji). Barra minn hekk, kif stipulat fl-Artikolu 1 tal-Ftehim ta’ Kooperazzjoni, il-gvern Eġizzjan aċċetta li dawk l-entitajiet jirċievu appoġġ preferenzjali, u dan jinkludi self irħis f’konformità mal-liġi Ċiniża, jiġifieri bil-kundizzjonijiet Ċiniżi. Il-korpi pubbliċi Ċiniżi pprovdew dan il-finanzjament f’konformità mal-Artikolu 5 tal-Ftehim ta’ Kooperazzjoni skont il-politiki ta’ finanzjament preferenzjali implimentati fiċ-Ċina. Kif spjegat fil-premessa (42) hawn fuq, dawn id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim ta’ Kooperazzjoni kkodifikaw prattika stabbilita minn qabel. |
(90) |
Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-adozzjoni u r-rikonoxximent mill-gvern Eġizzjan tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-korpi pubbliċi Ċiniżi lil Jushi Egypt kienu jinkludu wkoll l-element ta’ benefiċċju tagħhom. B’hekk, hija stabbiliet rati tas-suq għall-finanzjament preferenzjali u kkalkolat il-benefiċċju skont dan. Hija nnotat li dan l-approċċ raġonevoli rriżulta f’ammonti ta’ sussidju aktar baxxi minn dawk derivati mill-applikazzjoni ta’ parametru referenzjarju ipotetiku Eġizzjan. |
3.2.5. Speċifiċità
(91) |
Fir-rigward tat-tielet punt dwar l-ispeċifiċità, il-Kummissjoni eżaminat jekk dawn is-sussidji kinux speċifiċi kif meħtieġ mill-Artikoli 4(2) sa (4) tar-Regolament bażiku. |
(92) |
Permezz tar-rikonoxximent u l-adozzjoni, il-GTE kien l-awtorità awtorizzanti fir-rigward tal-finanzjament preferenzjali. B’mod partikolari, il-GTE rrikonoxxa u adotta d-deżinjazzjoni mill-GTĊ taż-Żona SETC bħala territorju ta’ investiment barrani skont l-Artikolu 4 tal-Ftehim ta’ Kooperazzjoni u approva l-implimentazzjoni komprensiva tiegħu permezz ta’, inter alia, l-għoti ta’ finanzjament preferenzjali mill-GTĊ. |
(93) |
Dawn is-sussidji huma disponibbli biss għal Jushi Egypt minħabba li l-kumpanija qed topera fl-hekk imsejħa “SCZone” (li minnha hija parti ż-Żona SETC). Konsegwentement, il-Kummissjoni kkonkludiet li dawn kienu sussidji reġjonali skont it-tifsira tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament bażiku u jaqgħu fil-ġurisdizzjoni tal-awtorità awtorizzanti f’konformità mal-Artikoli 4(2) sa (4) tar-Regolament bażiku. |
3.2.6. Konklużjoni
(94) |
Bħala konklużjoni, il-Kummissjoni sabet li kemm is-sussidji mogħtija lill-kumpaniji li joperaw fiż-Żona SETC direttament mill-Eġittu (l-għoti tal-art, il-ħelsien mit-taxxa), kif ukoll is-sussidji mogħtija indirettament permezz tal-finanzjament preferenzjali tal-GTĊ huma kumpensabbli skont l-Artikoli 2-4 tar-Regolament bażiku. Dawn tal-aħħar huma attribwibbli lill-Eġittu bis-saħħa tar-rikonoxximent u l-adozzjoni tal-miżuri tal-GTĊ mill-Eġittu bħala li huma tiegħu stess, pereżempju, permezz tal-Ftehim ta’ Kooperazzjoni, il-kooperazzjoni mill-qrib u d-diversi livelli ta’ mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni. Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji taw ukoll benefiċċji u kienu speċifiċi. Il-Kummissjoni eżaminat is-sussidji rilevanti kollha f’aktar dettall hawn taħt. |
(95) |
Wara d-divulgazzjoni definittiva (38), il-GTE u l-produttur esportatur ikkontestaw dawn is-sejbiet billi għamlu ħames punti. L-ewwel nett, kien impossibbli skont id-dritt internazzjonali li jiġu attribwiti atti sovrani tal-Gvern taċ-Ċina lill-Gvern tal-Eġittu. It-tieni, il-Kummissjoni kienet injorat ir-Regolament bażiku tagħha stess, li skontu l-awtorità awtorizzanti trid entità fit-territorju tal-pajjiż tal-oriġini jew tal-esportazzjoni, mhux barra minnu. It-tielet, l-attribuzzjoni ta’ atti Ċiniżi lill-Eġittu tikser ukoll id-dritt tad-WTO, li ma setax jiġi interpretat fid-dawl tal-Artikolu 11 tal-Artikoli ILC dwar ir-Responsabbiltà tal-Istat. Ir-raba’, l-Artikolu 11 tal-Artikoli ILC lanqas biss kien applikabbli għall-fatti inkwistjoni. Il-ħames, il-kontribuzzjonijiet finanzjarji lil Jushi ma ssodisfawx ir-rekwiżiti tal-ispeċifiċità skont l-Artikolu 3 tar-Regolament bażiku. |
(96) |
Il-GTE u l-produttur esportatur enfasizzaw fl-ewwel punt tagħhom il-prinċipju tas-sovranità fid-dritt internazzjonali. Mill-perspettiva tagħhom, att jista’ jiġi attribwit biss lil Stat meta dak l-att jaqa’ taħt l-awtorità ta’ dak l-Istat. Għalhekk, l-atti ta’ entitajiet mogħtija awtorità mill-gvern Ċiniż jistgħu jiġu attribwiti biss lill-Istat Ċiniż. |
(97) |
Il-Kummissjoni ma laqgħetx din l-affermazzjoni. Il-prinċipju tal-ugwaljanza sovrana fid-dritt internazzjonali, kif stabbilit fl-Artikolu 2(1) tal-Karta tan-NU, jipprojbixxi li Stat wieħed jeżerċita s-setgħat tiegħu fit-territorju ta’ Stat ieħor kontra r-rieda tal-Istat territorjali. Madankollu, l-Istati huma liberi li jawtorizzaw azzjoni ta’ Stat ieħor fit-territorju tagħhom. L-azzjoni tal-Istat mistieden fit-territorju tal-Istat ospitanti tista’ mbagħad issir attribwibbli lill-Istat ospitanti. Pereżempju, din ir-regola ssegwi direttament mir-Riżoluzzjoni 3314 (XXIX) tal-Assemblea Ġenerali tan-NU tal-1974 dwar id-definizzjoni ta’ aggressjoni, li hija ġeneralment meqjusa bħala kodifikazzjoni tad-dritt internazzjonali konswetudinarju. Skont l-Artikolu 3 lit. (f) ta’ dik ir-Riżoluzzjoni, aggressjoni minn Stat kontra Stat ieħor hija definita mhux biss bħala attakki diretti permezz tal-organi tal-Istat tiegħu stess, iżda wkoll bħala “l-azzjoni ta’ Stat li jippermetti t-territorju tiegħu, li huwa jkun poġġa għad-dispożizzjoni ta’ Stat ieħor biex jiġi użat minn dak l-Istat biex iwettaq att ta’ aggressjoni kontra Stat ter z”. B’mod ċar, kieku fl-1962 Kuba ppermettiet lill-Unjoni Sovjetika tattakka lill-Istati Uniti bil-missili Russi mit-territorju Kuban, dan kien iwassal għar-responsabbiltà internazzjonali ta’ Kuba għal atti ta’ aggressjoni kontra l-Istati Uniti. Għaldaqstant, id-dritt internazzjonali jirrikonoxxi l-possibbiltà li l-Istat ospitanti jiġi attribwit azzjoni tal-Istat ospitanti u anki li jiġi ssanzjonat għal dan, jekk l-azzjoni tal-Istat mistieden tagħmel ħsara lil Stat terz. |
(98) |
It-tieni, il-GTE u l-produttur esportatur argumentaw li ma hemmx lok li l-imġiba tal-Gvern Ċiniż tiġi attribwita lill-Eġittu skont ir-Regolament bażiku tal-UE. Id-definizzjoni ta’ “gvern” skont l-Artikolu 2(b) tar-Regolament bażiku kienet marbuta espressament mat-territorju tal-awtorità li tagħti l-għajnuna. Il-kliem “fit-territorju” f’dik id-dispożizzjoni kellhom l-għan li jipprovdu sigurtà legali u ma setgħux jiġu interpretati fid-dawl tad-dritt tad-WTO jew dak internazzjonali. |
(99) |
F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni nnutat li l-Artikolu 2(b) tar-Regolament bażiku jipprevedi: “‘Gvern tfisser’ gvern jew kull korp pubbliku fit-territorju tal-pajjiż tal-oriġini jew tal-esportazzjoni.” Il-Kummissjoni qablet li din id-dispożizzjoni tkopri azzjoni tal-gvern li mit-territorju tiegħu jiġu esportati l-prodotti sussidjati lejn l-Unjoni Ewropea. Dan huwa l-każ ta’ hawnhekk. Il-prodott taħt kunsiderazzjoni huwa mmanifatturat fl-Eġittu u esportat mill-Eġittu lejn l-Unjoni Ewropea. Il-Gvern tal-Eġittu, bħala l-awtorità awtorizzanti, jinsab fit-territorju tal-Eġittu. |
(100) |
Madankollu, l-Artikolu 2(b) tar-Regolament bażiku ma jitkellimx dwar il-mistoqsija separata dwar x’azzjonijiet l-gvern jista’ jawtorizza fit-territorju tiegħu u jirrikonoxxi bħala tiegħu stess. Bħal fil-każ tal-kunċett ta’ “korp pubbliku”, il-kunċett ta’ “gvern” huwa miftuħ għall-interpretazzjoni u jitqiesu l-kuntest u l-għan tiegħu. Għalhekk, l-azzjonijiet li jistgħu jiġu attribwiti lill-gvern tal-pajjiż tal-oriġini jew tal-esportazzjoni jistgħu ma jkunux biss azzjonijiet li joħorġu direttament minn tali gvern iżda wkoll azzjonijiet imputabbli lil tali gvern. Dan huwa kkonfermat ukoll mit-termini fl-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament bażiku meta jirreferi għal kontribuzzjoni finanzjarja “minn” gvern. Għall-istess raġunijiet, l-argumenti tal-GTE bl-invokazzjoni ta’ diversi dispożizzjonijiet tal-Ftehim SCM (pereż. l-Artikoli 1.1(a)(1), 13, 18.1(a) u n-nota ta’ qiegħ il-paġna 63) huma inutli. Filwaqt li huwa minnu li r-Regolament bażiku “irid jiġi interpretat, sa fejn hu possibbli, fid-dawl tad-dispożizzjonijiet korrispondenti tal-Ftehim SC M” (39), dawn id-dispożizzjonijiet ma jargumentawx kontra l-proposta li kontribuzzjoni finanzjarja tista’ tiġi pprovduta minn stat ieħor u li l-gvern territorjali jirrikonoxxi u jadotta bħala tiegħu stess. |
(101) |
Konsegwentement, it-tieni affermazzjoni ħarġet mill-allegat kunċett strett ta’ territorjalità skont l-Artikolu 2(b) tar-Regolament bażiku u l-Artikolu 1.1(a)(1) tal-Ftehim SCM, ġiet miċħuda. |
(102) |
It-tielet oġġezzjoni kienet marbuta mas-sinifikat tal-Artikoli ILC dwar ir-Responsabbiltà tal-Istat f’dan ir-rigward. Fil-fehma tal-GTE u tal-produttur esportatur, ma hemm l-ebda ġustifikazzjoni biex wieħed jibbaża fuq l-Artikolu 11 tal-Artikoli ILC peress li l-Korp tal-Appell fl-Istati Uniti — Dazji antidumping u dazji kompensatorji (iċ-Ċina) (40) kien irrefera biss għall-Artikoli 4, 5 u 8 tiegħu. |
(103) |
Il-Kummissjoni ma laqgħetx din l-affermazzjoni. Ma hemm l-ebda raġuni biex wieħed jgħid li ċerti prinċipji biss tad-dritt internazzjonali konswetudinarju, kif stabbiliti fl-Artikoli 4, 5 jew 8 tal-Artikoli ILC dwar ir-Responsabbiltà tal-Istat, huma rilevanti għall-interpretazzjoni tar-regoli tad-WTO, iżda oħrajn mhumiex. Il-Korp tal-Appell tad-WTO dejjem applika l-kunċetti tad-dritt konswetudinarju ġenerali, li kienu rilevanti biex jiġu vvalutati l-fatti inkwistjoni. Minbarra r-regoli dwar l-attribuzzjoni, anki l-prinċipji ta’ estoppel jew ta’ bona fide huma parti mill-ordni ġuridiku tad-WTO, pereżempju. F’dan il-każ, il-GTE ma kkontestax iċ-ċirkustanzi fattwali li stieden, irrikonoxxa u ffaċilita l-implimentazzjoni tal-finanzjament preferenzjali Ċiniż lill-kumpaniji li joperaw fl-Eġittu. Għal dan is-sett ta’ ċirkostanzi, wieħed jista’ jsib gwida interpretattiva fl-Artikolu 11 tal-Artikoli ILC, li saret referenza għalih fil-ġurisprudenza tal-investiment internazzjonali wkoll (41). L-Artikolu 11 tal-Artikoli ILC huwa għalhekk regola rilevanti tad-dritt internazzjonali skont it-tifsira tal-Artikolu 31(3)(c) tal-Konvenzjoni ta’ Vjenna dwar id-Dritt tat-Trattati għall-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ “mill-gvern” fl-SCMA. |
(104) |
Skont ir-raba’ oġġezzjoni l-Artikolu 11 tal-Artikoli ILC ma huwiex applikabbli għall-fatti inkwistjoni. Skont dan l-Artikolu, Stat jista’ jassumi responsabbiltà għal kondotta bħala Stat suċċessur wara l-akkwist ta’ art. Gvern jista’ wkoll jirrikonoxxi l-kondotta privata taċ-ċittadini tiegħu bħala tiegħu. Madankollu, l-Artikolu ma jipprevedix li Stat jadotta atti sovrani barrani bħala tiegħu stess. |
(105) |
Il-Kummissjoni ċaħdet din l-oġġezzjoni wkoll. It-Titolu tal-Artikolu 11 tal-Artikoli ILC huwa “aġir rikonoxxut u adottat minn Stat bħala tiegħu stess”, mingħajr ma jikkwalifika l-awtur tal-att oriġinali. Din ir-regola ssegwi direttament mir-Riżoluzzjoni 3314 (XXIX) tal-Assemblea Ġenerali tan-NU tal-1974 dwar id-definizzjoni ta’ aggressjoni, li hija ġeneralment meqjusa bħala kodifikazzjoni tad-dritt internazzjonali konswetudinarju. Skont l-Artikolu 3 lit. (f) ta’ dik ir-Riżoluzzjoni, aggressjoni minn Stat kontra Stat ieħor hija definita mhux biss bħala attakki diretti permezz tal-organi tal-Istat tiegħu stess, iżda wkoll bħala “l-azzjoni ta’ Stat li jippermetti t-territorju tiegħu, li huwa jkun poġġa għad-dispożizzjoni ta’ Stat ieħor biex jiġi użat minn dak l-Istat biex iwettaq att ta’ aggressjoni kontra Stat ter z”. |
(106) |
Flimkien mal-Assemblea Ġenerali tan-NU fir-Riżoluzzjoni 3314 (XXIX) tal-1974 (ara l-premessa 97 hawn fuq), anki l-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja affermat il-libertà tal-Istati li jadottaw atti barranin bħala tagħhom stess (42). Il-prattika internazzjonali għalhekk ma tappoġġax il-fehma tal-Eġittu li l-attribuzzjoni skont l-Artikolu 11 tal-Artikoli tal-ILC hija limitata għal każijiet ta’ suċċessjoni territorjali jew għal Gvern li jirrikonoxxi u jadotta atti illeċiti privati fuq it-territorju tiegħu stess. |
(107) |
Fil-ħames oġġezzjoni tiegħu, il-GTE u l-produttur esportatur sostnew li l-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-GTĊ lil entitajiet fl-Eġittu ma kinux speċifiċi. Huma kkwotaw l-Artikolu 4(2) tar-Regolament bażiku, li skontu r-riċevituri tal-kontribuzzjoni finanzjarja għandu jaqa’ “taħt il-ġurisdizzjoni tal-awtorità li tagħti l-għajnuna”. Fil-fehma tagħhom, il-kliem “awtorità li tagħti l-għajnuna” ma jfissirx “awtorità li tirrikonoxxi u tadott a”. Barra minn hekk, f’investigazzjonijiet li saru fil-passat, l-awtorità li tagħti l-għajnuna għall-entitajiet Ċiniżi kienet dejjem il-gvern Ċiniż. Il-GTE kkonkluda li l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-GTĊ ma tistax tkun speċifika “peress li l-intrapriżi li jinsabu fl-Eġittu mhumiex fil-ġurisdizzjoni taċ-Ċin a”. |
(108) |
Il-Kummissjoni tenniet li hija kkunsidrat il-GTE bħala l-awtorità bis-saħħa tal-adozzjoni u r-rikonoxximent tagħha tas-self preferenzjali Ċiniż. Peress li Jushi Egypt qed topera fiż-Żona Ekonomika Speċjali, hija taqa’ wkoll taħt il-ġurisdizzjoni tal-GTE. L-għoti ta’ dan l-appoġġ finanzjarju kien ukoll ristrett speċifikament għall-kumpaniji li joperaw f’din iż-żona, u għalhekk kien speċifiku. |
(109) |
Anki kieku kien meħtieġ jintwera li l-GTĊ kien eżerċita ġurisdizzjoni fuq dawn il-kumpaniji qabel il-GTE seta’ jadotta l-imġiba Ċiniża bħala tiegħu, quod non, ir-riżultat ma jinbidilx. Bl-iffirmar tal-Artikoli 1 u 4(1) tal-Ftehim ta’ Kooperazzjoni, il-GTE kien qabel li l-kumpaniji li joperaw fiż-Żona kienu se jirċievu “appoġġ u faċilitazzjoni ta’ politika rilevanti pprovduti mill-gvern Ċiniż għal żoni extra-Ċiniżi ekonomiċi u ta’ kooperazzjoni kummerċjali” u li l-iżvilupp taż-żona jsir skont il-liġijiet taż-“żewġ pajjiżi”. Minbarra li eżerċita l-ġurisdizzjoni territorjali tiegħu, il-GTE għalhekk ippermetta wkoll liċ-Ċina tipprovdi għajnuna speċifika għal kumpaniji li jinsabu biss f’“żoni extra-Ċiniżi ekonomiċi u ta’ kooperazzjoni kummerċjali”. Għaldaqstant, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
(110) |
Bħala konklużjoni, il-Kummissjoni affermat mill-ġdid il-konklużjoni tagħha li l-GTE rrikonoxxa u adotta bħala tiegħu l-appoġġ għall-investiment kapitali, is-self għal Jushi Egypt u l-provvediment ta’ art minn TEDA Egypt u għalhekk ipprovda sussidji speċifiċi skont it-tifsira tal-Artikoli 2–4 tar-Regolament bażiku. |
3.3. Finanzjament preferenzjali
3.3.1. Self minn banek ta’ politika lil Jushi Egypt
3.3.1.1.
L-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 28(1) tar-Regolament bażiku b’rabta mal-GTE
(111) |
Kif imsemmi fil-premessa (8) ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni bagħtet talba għal informazzjoni lill-GTE sabiex tkun tista’ tinvestiga b’mod sħiħ il-kooperazzjoni bejn il-GTE u l-GTĊ għall-benefiċċju tal-produttur esportatur. |
(112) |
B’mod partikolari, parti mit-talba għal informazzjoni kienet tittratta l-aġir tal-istituzzjonijiet finanzjarji tal-Istat Ċiniżi u, b’mod partikolari, l-aġir tagħhom bħala korpi pubbliċi fis-sens tal-Artikolu 2(b) tar-Regolament bażiku moqri flimkien mal-Artikolu 3(1)(a)(i) tar-Regolament bażiku u f’konformità mal-ġurisprudenza rilevanti tad-WTO meta jipprovdu self lill-produttur esportatur fil-qafas tal-kooperazzjoni bejn il-GTĊ u l-GTE. |
(113) |
Għal dan l-għan, il-Kummissjoni talbet lill-GTE informazzjoni ġenerali dwar is-settur finanzjarju taċ-Ċina, ir-rwol tal-banek ta’ politika, bħal CDB u EXIM meta jipprovdu self jew krediti ta’ esportazzjoni lil Jushi Group. Il-Kummissjoni talbet lill-GTE direttament jew permezz tal-GTĊ biex jibgħat l-Appendiċi A tat-talba għall-informazzjoni lill-banek imsemmija hawn fuq. |
(114) |
Il-GTE ma pprovda l-ebda informazzjoni mitluba u afferma li ma kellu fil-pussess tiegħu l-ebda informazzjoni rigward l-entitajiet li jinsabu fiċ-Ċina u r-regoli applikabbli fiċ-Ċina, kif ukoll li ma kellu l-ebda ġurisdizzjoni biex jitlob tali informazzjoni. Fil-fehma tal-GTE, meta talbet din l-informazzjoni mingħand il-GTE, il-Kummissjoni kisret id-drittijiet ta’ difiża tal-GTE u l-prinċipju tas-sovranità tal-Istati. |
(115) |
Il-Kummissjoni ma qablitx ma’ din il-fehma. Kif intqal qabel, il-GTE u l-GTĊ iddeċidew li jikkooperaw b’mod konġunt biex jistabbilixxu ż-Żona STEC ħalli s-sussidji tal-GTĊ ikunu jistgħu jiġu attribwiti lill-GTE. Il-Kummissjoni nnotat ukoll li l-GTE flimkien mal-GTĊ stabbilew mekkaniżmu ta’ ġestjoni bi tliet livelli amministrattivi permezz tal-Artikolu 8 tal-Ftehim tal-2016 dwar iż-Żona ta’ Kooperazzjoni Ekonomika u Kummerċjali tal-Kanal tas-Suez fl-Eġittu bejn il-Ministeru tal-Kummerċ tar-RPĊ u l-Awtorità Ġenerali għaż-Żona Ekonomika tal-Kanal tas-Suez. Din id-dispożizzjoni tirreferi għad-dmir ta’ kooperazzjoni fir-rigward ta’ kwistjonijiet li jaffettwaw l-operazzjoni taż-żona (li jistgħu jinkludu sitwazzjonijiet fejn esportazzjonijiet minn dik iż-żona jiġu soġġetti għal dazji kumpensatorji minn pajjiżi terzi). Dan il-mekkaniżmu pprovda lill-GTE bil-kapaċità li jiġbor l-informazzjoni mitluba mill-GTĊ. Il-Kummissjoni qieset ukoll li, f’konformità mal-liġi internazzjonali (l-Artikolu 27 tal-Konvenzjoni ta’ Vjenna tal-1969 dwar il-Liġi tat-Trattati), il-GTĊ tqies li jkun qed jonora l-impenji tiegħu mal-GTE in bona fide billi jwieġeb għat-talba għal informazzjoni mibgħuta mill-GTE. |
(116) |
Għalhekk, il-Kummissjoni qieset li l-GTE kien f’pożizzjoni li jikseb l-informazzjoni mitluba mill-GTĊ, iżda naqas milli jagħmel dan. Anki jekk xi informazzjoni mitluba setgħet tiġi pprovduta biss mill-GTĊ, il-Kummissjoni qieset li n-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-GTE u mill-GTĊ f’dan ir-rigward kien jimplika li l-Kummissjoni setgħet tibbaża l-konklużjonijiet tagħha dwar dan l-aspett tal-investigazzjoni fuq l-informazzjoni disponibbli biss. La l-GTE u lanqas kwalunkwe parti interessata (inkluż il-GTĊ) ma kkontestaw il-fatti li fuqhom il-Kummissjoni bbażat il-valutazzjoni tagħha (iżda biss il-karatterizzazzjoni legali ta’ dawk il-fatti). |
(117) |
Fin-nuqqas ta’ tali informazzjoni, il-Kummissjoni qieset li ma kinitx irċeviet informazzjoni kruċjali rilevanti għal dan l-aspett tal-investigazzjoni. |
3.3.1.2.
(118) |
Fid-dawl tan-nuqqas ta’ kooperazzjoni tal-GTE u tal-GTĊ kif spjegat fit-Taqsima 3.2.1, il-Kummissjoni rrikorriet għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku sabiex tivvaluta l-aġir ta’ EXIM u CDB bħala korpi pubbliċi. |
(119) |
F’dan ir-rigward, it-test applikabbli sabiex jiġi stabbilit jekk impriża tal-Istat hijiex korp pubbliku huwa kif ġej (43): “Dak li huwa importanti huwa jekk entità għandhiex l-awtorità li teżerċita funzjonijiet governattivi, aktar milli kif din tinkiseb. Hemm ħafna modi differenti kif il-gvern fis-sens strett tal-kelma jista’ jipprovdi lill-entitajiet bl-awtorità. Għaldaqstant, hemm tipi differenti ta’ evidenza li jistgħu jkunu rilevanti biex jintwera li tali awtorità ngħatat lil entità partikolari. L-evidenza li entità, fil-fatt, qiegħda teżerċita funzjonijiet governattivi tista’ sservi bħala evidenza li hija għandha jew ingħatat awtorità governattiva, b’mod partikolari fejn tali evidenza tindika prattika sostnuta u sistematika. Fil-fehma tagħna, jirriżulta li l-evidenza li gvern jeżerċita kontroll sinifikanti fuq entità u l-aġir tagħha tista’ sservi, f’ċerti ċirkostanzi, bħala evidenza li l-entità rilevanti għandha awtorità governattiva u teżerċita tali awtorità fit-twettiq ta’ funzjonijiet governattivi. Madankollu, aħna nenfasizzaw li, apparti minn delega espressa ta’ awtorità fi strument legali, l-eżistenza ta’ sempliċi rabtiet formali bejn entità u gvern fis-sens strett tal-kelma x’aktarx ma tkunx biżżejjed biex jiġi stabbilit il-pussess neċessarju ta’ awtorità governattiva. B’hekk, pereżempju, is-sempliċi fatt li gvern huwa l-azzjonist maġġoritarju ta’ entità ma jurix li l-gvern jeżerċita kontroll sinifikanti fuq l-aġir ta’ dik l-entità, u wisq inqas li l-gvern taha awtorità governattiva. Madankollu, f’xi każijiet, fejn l-evidenza turi li l-indizji formali tal-kontroll tal-gvern huma diversi, u fejn ikun hemm ukoll evidenza li tali kontroll ikun ġie eżerċitat b’mod sinifikanti, mela tali evidenza tista’ tippermetti li ssir inferenza li l-entità kkonċernata qiegħda teżerċita awtorità governattiva .” |
(120) |
Il-Kummissjoni fittxet informazzjoni dwar is-sjieda tal-Istat, kif ukoll indizji formali tal-kontroll tal-gvern fil-banek tal-Istat. Hija analizzat ukoll jekk il-kontroll kienx eżerċitat b’mod sinifikanti. Għal dan l-iskop, il-Kummissjoni kellha tistrieħ kompletament fuq il-fatti disponibbli minħabba r-rifjut tal-GTE u tal-banek tal-Istat li jipprovdu evidenza. |
Sjieda u indikazzjonijiet formali ta’ kontroll
(121) |
Fir-rigward tas-sjieda u l-indizji formali ta’ kontroll mill-GTĊ, f’investigazzjonijiet antisussidji (44) preċedenti, il-Kummissjoni sabet li EXIM kien ifformat u qed jopera f’konformità ma’ “L-Avviż li Jistabbilixxi l-Export-Import Bank of China” maħruġ mill-Kunsill tal-Istat, kif ukoll l-Istatut ta’ Assoċjazzjoni ta’ EXIM. Skont l-Istatut ta’ Assoċjazzjoni tiegħu, l-Istat jinnomina direttament il-maniġment ta’ EXIM. Il-Bord tas-Superviżuri jinħatar mill-Kunsill tal-Istat f’konformità mar-“Regolamenti Interim dwar il-Bordijiet tas-Superviżuri fl-Istituzzjonijiet Finanzjarji Ewlenin tal-Istat” (id-Digriet tal-Kunsill tal-Istat Nru 282) u liġijiet u regolamenti oħrajn, u huwa responsabbli lejn il-Kunsill tal-Istat. |
(122) |
L-Istatut ta’ Assoċjazzjoni jsemmi wkoll li l-Kumitat tal-Partit ta’ EXIM għandu rwol ewlieni u politiku kruċjali sabiex jiżgura li l-politiki u l-iskjerament maġġuri tal-Partit u tal-Istat jiġu implimentati minn EXIM. It-tmexxija tal-Partit hija integrata fl-aspetti kollha tal-governanza korporattiva. L-Istatut ta’ Assoċjazzjoni jiddikjara wkoll li EXIM huwa ddedikat biex jappoġġja l-iżvilupp tal-kooperazzjoni kummerċjali u ekonomika barranija, l-investiment transfruntier, l-Inizjattiva “One Belt, One Road”, il-kooperazzjoni fil-kapaċità u l-manifattura tat-tagħmir internazzjonali. L-ambitu tan-negozju tiegħu jinkludi self fuq perjodu ta’ żmien qasir, medju u twil kif approvat u f’konformità mal-kummerċ barrani tal-Istat u mal-politiki ta’ globalizzazzjoni (‘going out’), bħal kreditu għall-esportazzjoni, kreditu għall-importazzjoni, self għall-inġinerija b’kuntratt barrani, self għal investiment barrani, self mill-gvern Ċiniż għall-għajnuna barranija u self lix-xerrejja tal-esportazzjoni. |
(123) |
Barra minn hekk, skont is-sit web tiegħu (45), EXIM huwa “bank ta’ politika tal-Istat u ffinanzjat mill-Istat bl-istatus ta’ entità ġuridika indipendenti. Huwa bank direttament taħt it-tmexxija tal-Kunsill tal-Istat u ddedikat biex jappoġġja l-kummerċ barrani, l-investiment u l-kooperazzjoni ekonomika internazzjonali taċ-Ċina”. |
(124) |
Fir-rigward ta’ CDB, f’investigazzjonijiet preċedenti kontra s-sussidji, il-Kummissjoni stabbilixxiet li dan il-bank huwa kollu kemm hu proprjetà tal-Istat (46). Billi ma ġiet ipprovduta l-ebda informazzjoni li tindika mod ieħor dwar CDB, il-Kummissjoni żammet l-istess konklużjoni fl-investigazzjoni preżenti. |
Eżerċitar ta’ kontroll b’mod sinifikanti
(125) |
Il-Kummissjoni fittxet aktar informazzjoni dwar jekk il-GTĊ eżerċitax kontroll sinifikanti fuq l-imġiba tal-bank tal-Istat fir-rigward tal-politiki ta’ self u tal-valutazzjoni tar-riskji tiegħu, meta huwa pprovda self lill-industrija tal-GFR. Minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-GTE, il-Kummissjoni rrikorriet għall-aħjar fatti disponibbli u, b’mod partikolari, għall-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku u s-sejbiet f’investigazzjonijiet antisussidji preċedenti (47). |
(126) |
F’dan ir-rigward, ġew ikkunsidrati d-dokumenti regolatorji li ġejjin:
|
(127) |
Meta eżaminat dawn id-dokumenti regolatorji, il-Kummissjoni sabet li l-istituzzjonijiet finanzjarji fir-RPĊ qegħdin joperaw f’ambjent legali ġenerali li jidderiġihom sabiex jallinjaw ruħhom mal-objettivi tal-politika industrijali tal-GTĊ meta jieħdu deċiżjonijiet finanzjarji, għar-raġunijiet li ġejjin. |
(128) |
Fir-rigward ta’ EXIM, il-mandat tiegħu ta’ ordni pubbliku huwa stabbilit fl-avviż li jistabbilixxi l-Import-Export Bank of China, kif ukoll fl-Istatut ta’ Assoċjazzjoni tiegħu. |
(129) |
Fil-livell ġenerali, l-Artikolu 34 tal-Liġi Bankarja, li japplika għall-istituzzjonijiet finanzjarji kollha li joperaw fiċ-Ċina, jiddisponi li “Il-banek kummerċjali għandhom iwettqu n-negozju tas-self tagħhom f’konformità mal-ħtiġijiet tal-iżvilupp ekonomiku u soċjali nazzjonali u taħt il-gwida tal-politiki industrijali tal-Ista t”. Għalkemm l-Artikolu 4 tal-Liġi Bankarja jiddikjara li “Il-banek kummerċjali għandhom, skont il-liġi, iwettqu l-operazzjonijiet tan-negozju mingħajr interferenza minn kwalunkwe unità jew individwu. Il-banek kummerċjali għandhom jassumu b’mod indipendenti responsabbiltà ċivili bil-proprjetà kollha tagħhom bħala persuna ġuridik a”, l-investigazzjoni wriet li l-Artikolu 4 tal-Liġi Bankarja huwa applikat soġġett għall-Artikolu 34 tal-Liġi Bankarja, jiġifieri meta l-Istat jistabbilixxiordni pubbliku, il-banek jimplimentawh u jsegwu l-istruzzjonijiet tal-Istat. |
(130) |
Barra minn hekk, l-Artikolu 15 tar-Regoli Ġenerali dwar is-Self jistabbilixxi li “F’konformità mal-politika tal-Istat, id-dipartimenti rilevanti jistgħu jissussidjaw l-imgħaxijiet fuq is-self, bil-ħsieb li jippromwovu t-tkabbir ta’ ċerti industriji u l-iżvilupp ekonomiku f’xi oqsma.” |
(131) |
Bl-istess mod, id-Deċiżjoni Nru. 40 tagħti struzzjonijiet lill-istituzzjonijiet finanzjarji kollha biex jipprovdu appoġġ ta’ kreditu speċifikament għall-proġetti “mħeġġa”. Il-Kapitolu III tad-Deċiżjoni Nru. 40 jirreferi għal “Il-Katalogu ta’ Gwida tar-Ristrutturar Industrijali”, li huwa magħmul minn tliet tipi ta’ kontenuti, jiġifieri kontenut tal-proġetti mħeġġa, kontenut tal-proġetti limitati u kontenut tal-proġetti eliminati. Skont l-Artikolu XVII tad-Deċiżjoni, jekk “il-proġett ta’ investiment ikun jappartjeni għall-kontenut ta’ tħeġġiġ, huwa għandu jiġi eżaminat u approvat u jiġi rreġistrat skont ir-regolamenti nazzjonali rilevanti dwar l-investiment; l-istituzzjonijiet finanzjarji kollha għandhom jipprovdu appoġġ ta’ kreditu skont il-prinċipji ta’ kreditu; it-tagħmir għall-użu personali importat fl-ammont totali tal-investiment, bl-eċċezzjoni ta’ prodotti bażiċi fil-Kontenut ta’ Prodotti Bażiċi Importati Mhux Eżentati ta’ Proġetti Domestiċi Investiti (emendati fis-sena 2000) maħruġa mill-Ministeru tal-Finanzi, jista’ jkun eżentat mid-dazju fuq l-importazzjoni u mit-taxxa fuq il-valur miżjud fuq il-konnessjonijiet tal-importazzjoni, sakemm ma jkunx hemm regolamenti ġodda dwar il-kontenut tal-proġetti ta’ investiment mhux eżentati. Politiki favoriti oħrajn fuq il-proġetti industrijali inkoraġġiti għandhom jiġu implimentati skont ir-Regolamenti nazzjonali rilevanti.” |
(132) |
Il-Katalogu għall-Iggwidar tar-Ristrutturar tal-Industrija (verżjoni tal-2011) (Emenda tal-2013) (48) jelenka taħt “Kategorija I Tħeġġiġ”: “XII. Materjali tal-bini: […] 6. L-iżvilupp tat-teknoloġija u l-produzzjoni ta’ trafilaġġ ta’ fran tat-tankijiet tal-fibra tal-ħġieġ mingħajr alkali u fibra tal-ħġieġ ta’ prestazzjoni għolja u prodotti b’rendiment annwali ta’ 50,000 tunnellat a”. |
(133) |
Għalhekk, il-proġetti relatati mal-produzzjoni tal-GFR huma parti mill-kategorija “imħeġġa”. |
(134) |
Id-Deċiżjoni Nru 40 għalhekk tikkonferma sejbiet preċedenti fir-rigward tal-Liġi Bankarja li l-banek jeżerċitaw awtorità governattiva fil-forma ta’ operazzjonijiet ta’ kreditu preferenzjali. Il-Kummissjoni sabet ukoll li l-Kummissjoni Regolatorja tal-Banek u tal-Assigurazzjoni taċ-Ċina (‘China Banking and Insurance Regulatory Commission’ - CBIRC) għandha awtorità tal-approvazzjoni estensiva fuq l-aspetti kollha tal-ġestjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji kollha stabbiliti fir-RPĊ (inklużi istituzzjonijiet finanzjarji bi sjieda privata u dawk bi sjieda barranija), bħal (49):
|
(135) |
Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-GTĊ ħoloq qafas normattiv li kellu jiġi rrispettat mill-maniġers u mis-superviżuri maħtura mill-GTĊ u li huma responsabbli lejn il-GTĊ. Għalhekk, il-GTĊ straħ fuq il-qafas normattiv sabiex jeżerċita kontroll b’mod sinifikanti fuq l-imġiba tal-bank tal-Istat li kkoopera kull meta kien qed jipprovdi self lill-industrija tal-GFR |
(136) |
Minbarra l-qafas ġuridiku ġenerali, il-kuntest legali li ġej kien japplika għas-self ipprovdut minn EXIM u CDB lil Jushi Egypt. |
(137) |
China-Africa TEDA u EXIM iffirmaw MtQ ta’ kooperazzjoni strateġika fis-6 ta’ Novembru 2009, filwaqt li ressqu pjan ta’ pakkett b’ammont totali sa CNY 6 biljun għat-twettiq ta’ kooperazzjoni strateġika ġenerali fiż-żoni barranin ta’ kooperazzjoni kummerċjali u ekonomika. |
(138) |
Fis-7 ta’ Novembru 2009, sitt żoni ta’ kooperazzjoni ekonomika u kummerċjali Afrikani, fosthom iż-Żona SETC, iffirmaw il-Patt ta’ Laqgħa Konġunta bejn iż-Żoni ta’ Kooperazzjoni Ekonomika u Kummerċjali (tal-Afrika) Barra l-Pajjiż u l-Fond ta’ Żvilupp Ċina-Afrika (“CADF”), sussidjarja ta’ CDB. |
(139) |
Barra minn hekk, fl-2013, il-MOFCOM ħareġ “Avviż dwar l-Aspetti relatati mal-appoġġ miċ-China Development Bank għall-istabbiliment u għall-iżvilupp ta’ żoni ta’ kooperazzjoni ekonomika u kummerċjali barra l-pajjiż”. Skont dan l-Avviż, il-MOFCOM u CDB ser “jipprovdu appoġġ ta’ politika għall-investiment u l-finanzjament għall-intrapriżi u l-intrapriżi li jidħlu f’żona ta’ kooperazzjoni eliġibbl i”. CDB ser “jikkjarifika l-kundizzjonijiet bażiċi għall-finanzjament prijoritarju fiż-żona ta’ kooperazzjoni f’konformità mar-rekwiżiti tal-Ministeru tal-Kummerċ u tal-Ministeru tal-Finanz i”, u CDB ser “jappoġġja b’mod selettiv il-proġetti li qed jinbnew u l-proġetti ta’ kooperazzjoni li l-MOFCOM tahom attenzjoni mill-qrib flimkien mal-gvernijiet ospitanti taż-żona ta’ kooperazzjoni.” |
(140) |
L-Artikolu 4 tal-Ftehim ta’ Kooperazzjoni bejn iċ-Ċina u l-Eġittu tal-2016 jiddikjara li “l-Gvern Ċiniż jidentifika ż-Żona ta’ Kooperazzjoni bħala ż-żona barranija ta’ kooperazzjoni ekonomika u kummerċjali taċ-Ċina. Iż-Żona ta’ Kooperazzjoni … hija intitolata għall-appoġġ u l-faċilitazzjoni tal-politika rilevanti pprovduti mill-Gvern Ċiniż għal żoni barranin ta’ kooperazzjoni ekonomika u kummerċjal i”. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 5, il-Gvern Ċiniż għandu jappoġġja wkoll iż-Żona ta’ Kooperazzjoni billi “jinkoraġġixxi lill-istituzzjonijiet finanzjarji rilevanti biex jipprovdu faċilità ta’ finanzjament għal … proġetti ta’ investiment li jinsabu fiż-Żona ta’ Kooperazzjoni, diment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet tas-self u r-rekwiżiti tal-użu tas-sel f”. |
(141) |
L-Artikolu 2(IV) tal-“Ftehim ta’ Kooperazzjoni dwar l-Istabbiliment ta’ Kumitat ta’ Maniġment għaż-Żona ta’ Kooperazzjoni Ekonomika u Kummerċjali tal-Kanal Suez bejn iċ-Ċina u l-Eġittu” li jimplimenta l-ftehim imsemmi hawn fuq, jispeċifika wkoll li l-Kumitat ta’ Maniġment stabbilit bejn id-dipartimenti funzjonali rilevanti tal-Gvern tal-Poplu ta’ Tianjin u l-Awtorità Ġenerali għaż-Żona Ekonomika tal-Kanal tas-Suez għandu “jipprova l-isforzi kollha biex il-politiki ta’ inċentiv kollha tal-liġijiet u r-regolamenti Ċiniżi u Eġizzjani jiġu implimentati bla xkie l” u l-Artikolu 2(V) iżid jgħid dan għandu “jikkoordina u jiffaċilita l-istituzzjonijiet finanzjarji rilevanti, inklużi iżda mhux limitati għall-istituzzjonijiet bankarji, l-istituzzjonijiet tal-assigurazzjoni u d-diversi fondi li jipprovdu appoġġ ta’ kreditu għall-intrapriżi taż-Żona ta’ Kooperazzjoni u dawk residenzjali, u jgħin lill-intrapriżi taż-Żona ta’ Kooperazzjoni u dawk residenzjali jesploraw aktar mezzi ta’ finanzjamen t”. |
(142) |
Il-Kummissjoni stabbilixxiet li l-istituzzjonijiet finanzjarji kollha tal-Istat Ċiniż, inklużi EXIM u CDB, implimentaw il-qafas ġuridiku stabbilit hawn fuq fl-eżerċitar tal-funzjonijiet governattivi fir-rigward tas-settur tal-GFR. Għalhekk, dawn kienu korpi pubbliċi fis-sens tal-Artikolu 2(b) tar-Regolament bażiku, moqri flimkien mal-Artikolu 3(1)(a)(i) tar-Regolament bażiku u skont il-ġurisprudenza rilevanti tad-WTO. |
3.3.1.3.
(143) |
F’konformità mal-konklużjonijiet milħuqa fil-premessi ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni ddeċidiet li tuża l-fatti disponibbli biex tiddetermina jekk dawk il-banek tal-Istat jikkwalifikawx bħala korpi pubbliċi. |
(144) |
Fl-investigazzjoni antisussidji preċedenti (50), il-Kummissjoni stabbiliet li l-banek li ġejjin li kienu pprovdew self lill-gruppi ta’ produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun fl-investigazzjonijiet inkwistjoni kienu parzjalment jew kompletament proprjetà tal-Istat innifsu jew ta’ persuni ġuridiċi li kienu proprjetà tal-Istat: China Development Bank, China Construction Bank, Industrial and Commercial Bank of China, Bank of Communications, China Everbright Bank, Postal Savings Bank, China Merchants Bank, Shanghai Pudong Development Bank, China Industrial Bank, Shenyang Rural Commercial Bank, Bank of Shanghai, Ningbo Bank, China CITIC Bank, China Guangfa Bank, China Bohai Bank, Huaxia Bank. Hankou Bank, Hubei Bank, Huishang Bank, Dongying Bank, Bank of Tianjin, Bank of Kunlun, Shanghai Rural Commercial Bank, China Industrial International Trust Limited, Daye Trust Co., Ltd., Sinotruk Finance Co., Ltd. Billi ma ġiet ipprovduta l-ebda informazzjoni li tindika mod ieħor, il-Kummissjoni żammet l-istess konklużjoni f’din l-investigazzjoni. |
(145) |
Il-Kummissjoni stabbilixxiet ukoll, fin-nuqqas ta’ informazzjoni speċifika mill-istituzzjonijiet finanzjarji inkwistjoni li tindika mod ieħor, is-sjieda u l-kontroll tal-GTĊ abbażi ta’ indizji formali għall-istess raġunijiet kif stipulati fit-Taqsima 3.3.1.2. B’mod partikolari, abbażi tal-fatti disponibbli, il-maniġers u s-superviżuri fil-banek tal-Istat jidhru li jinħatru mill-GTĊ u li huma responsabbli lejn il-GTĊ bl-istess mod bħal f’EXIM. |
(146) |
Fir-rigward tal-eżerċizzju ta’ kontroll b’mod sinifikanti, il-Kummissjoni qieset li l-qafas normattiv analizzat fit-Taqsima 3.3.1.2 hawn fuq japplika għalihom b’mod identiku. Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe indikazzjoni kuntrarja, abbażi tal-fatti disponibbli, in-nuqqas ta’ evidenza konkreta tal-valutazzjonijiet tal-affidabbiltà kreditizja huwa validu għalihom bl-istess mod, sabiex b’hekk l-analiżi dwar l-applikazzjoni konkreta tal-qafas normattiv fit-Taqsima 3.3.1.2 ta’ hawn fuq tapplika għalihom b’mod identiku. |
(147) |
Fuq dik il-bażi, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-banek tal-Istat l-oħrajn li jipprovdu self lill-kumpaniji inklużi fil-kampjun huma korpi pubbliċi fis-sens tal-Artikoli 2(b) moqri flimkien mal-Artikoli 3(1)(a)(i) tar-Regolament bażiku. |
3.3.1.4.
(148) |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni stabbiliet li l-istituzzjonijiet finanzjarji tal-Istat Ċiniżi kollha li pprovdew self jew lokazzjoni finanzjarja lill-produttur esportatur jew lill-grupp tiegħu huma korpi pubbliċi fis-sens tal-Artikolu 2(b) moqri flimkien mal-Artikolu 3(1)(a)(i) tar-Regolament bażiku. |
(149) |
Barra minn hekk, anki li kieku l-istituzzjonijiet finanzjarji tal-Istat ma jitqisux bħala korpi pubbliċi, il-Kummissjoni stabbiliet li huma kienu jitqiesu bħala li huma inkarigati u mogħtija direzzjonijiet mill-GTĊ sabiex iwettqu funzjonijiet normalment vestiti fil-gvern, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a)(iv) tar-Regolament bażiku għall-istess raġunijiet, kif stabbilit fil-premessi (131) sa (133) ta’ hawn taħt. B’hekk, fi kwalunkwe każ, l-imġiba tagħhom tiġi attribwita lill-GTĊ. |
3.3.1.5.
(150) |
Imbagħad, il-Kummissjoni daret lejn l-istituzzjonijiet finanzjarji li kien fadal. L-istituzzjonijiet finanzjarji li ġejjin kienu meqjusa bħala proprjetà privata, abbażi tas-sejbiet stabbiliti fl-investigazzjonijiet antisussidji preċedenti (51), u kkomplementati minn informazzjoni disponibbli pubblikament: China Minsheng Bank, Sumitomo Mitsui Banking (China) Co., Ltd, Standard Chartered Bank, Ping An Bank. Il-Kummissjoni analizzat jekk dawn l-istituzzjonijiet finanzjarji kinux ġew inkarigati jew mogħtija direzzjonijiet mill-Gvern taċ-Ċina sabiex jagħtu sussidji lis-settur tal-GFR skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(iv) tar-Regolament bażiku. |
(151) |
Skont il-Korp tal-Appell tad-WTO, “inkarigu” jseħħ meta gvern jagħti responsabbiltà lil korp privat u “direzzjoni” tirreferi għal sitwazzjonijiet fejn il-gvern jeżerċita l-awtorità tiegħu fuq korp privat (52). Fiż-żewġ każijiet, il-gvern juża korp privat bħala sostitut biex jagħmel il-kontribuzzjoni finanzjarja u “fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, wieħed jistenna li l-inkarigu jew id-direzzjoni ta’ korp privat ikunu jinvolvu xi forma ta’ theddida jew persważjon i” (53). Fl-istess ħin, il-paragrafu (iv) ma jippermettix lill-Membri jimponu miżuri kumpensatorji għall-prodotti “kull meta l-gvern ikun sempliċiment qed jeżerċita s-setgħat regolatorji ġenerali tiegħ u” (54) jew meta l-intervent tal-gvern “jista’ jkollu jew ma jkollux riżultat partikolari sempliċiment fuq il-bażi taċ-ċirkostanzi fattwali partikolari u l-eżerċitar tal-għażla ħielsa mill-atturi f’dak is-su q” (55). Minflok, l-inkarigu jew d-direzzjoni jimplikaw “rwol iżjed attiv tal-gvern minn sempliċi atti ta’ inkoraġġimen t” (56). |
(152) |
Il-Kummissjoni nnotat li l-qafas normattiv li jikkonċerna l-industrija msemmija fit-Taqsima 3.3.1.2 japplika għall-istituzzjonijiet finanzjarji kollha fir-RPĊ, inklużi istituzzjonijiet finanzjarji bi sjieda privata. Biex jintwera dan, il-Liġi Bankarja u d-diversi ordnijiet tas-CBIRC ikopru l-banek kollha ffinanzjata miċ-Ċina u b’investiment barrani taħt il-ġestjoni tas-CBIRC. |
(153) |
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe informazzjoni diverġenti mingħand l-istituzzjonijiet finanzjarji privati, il-Kummissjoni kkonkludiet li, sa fejn hija kkonċernata l-industrija tal-GFR, l-istituzzjonijiet finanzjarji kollha (inklużi l-istituzzjonijiet finanzjarji privati) li joperaw fiċ-Ċina taħt is-superviżjoni tas-CBIRC ġew inkarigati jew mogħtija direzzjonijiet mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a)(iv), l-ewwel inċiż tar-Regolament bażiku biex isegwu politiki governattivi u jipprovdu self b’rati preferenzjali lill-industrija tal-GFR. |
(154) |
Barra minn hekk, il-qafas normattiv li japplika għall-banek kollha fiċ-Ċina huwa ferm usa’ miż-żewġ regolamenti li jirregolaw is-CBIRC, kif muri fil-premessa (106) ta’ hawn fuq. |
(155) |
Fir-rigward tal-eżerċizzju ta’ kontroll b’mod sinifikanti, il-Kummissjoni qieset li l-qafas normattiv analizzat fit-Taqsima 3.3.1.2 hawn fuq japplika għalihom b’mod identiku. Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe indikazzjoni kuntrarja, abbażi tal-fatti disponibbli, in-nuqqas ta’ evidenza konkreta tal-valutazzjonijiet tal-affidabbiltà kreditizja huwa validu għalihom bl-istess mod bħalma huwa għall-bank tal-Istat li kkoopera, sabiex b’hekk l-analiżi dwar l-applikazzjoni konkreta tal-qafas normattiv fit-Taqsima 3.3.1.2 ta’ hawn fuq tapplika għalihom b’mod identiku. |
(156) |
Fuq dik il-bażi, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-banek tal-Istat l-oħrajn, li jipprovdu self lil Jushi Egypt, huma korpi pubbliċi skont it-tifsira tal-Artikolu 2(b) moqri flimkien mal-Artikolu 3(1)(a)(i) tar-Regolament bażiku. |
3.3.1.6.
(157) |
F’investigazzjonijiet preċedenti kontra s-sussidji (57), il-Kummissjoni diġà ddeterminat li l-klassifikazzjonijiet ta’ kreditu domestiċi mogħtija lill-kumpaniji Ċiniżi ma kinux affidabbli, abbażi ta’ studju ppubblikat mill-Fond Monetarju Internazzjonali (58), li juri diskrepanza bejn il-klassifikazzjonijiet ta’ kreditu internazzjonali u dawk Ċiniżi, flimkien mas-sejbiet tal-investigazzjoni li tikkonċerna l-kumpaniji inklużi fil-kampjun. Fil-fatt, skont il-FMI, aktar minn 90 % tal-bonds Ċiniżi huma kklassifikati AA sa AAA mill-aġenziji ta’ klassifikazzjoni lokali. Dan mhuwiex komparabbli ma’ swieq oħrajn, bħall-UE jew l-Istati Uniti. Pereżempju, inqas minn 2 % tad-ditti jgawdu minn dawn il-klassifikazzjonijiet tal-ogħla livell fis-suq tal-Istati Uniti. Għalhekk, l-aġenziji Ċiniżi tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandhom tendenza qawwija favur l-ogħla tarf tal-iskala ta’ klassifikazzjoni. Huma għandhom skali ta’ klassifikazzjoni wesgħin ħafna u għandhom it-tendenza li jiġbru flimkien bonds b’riskji ta’ inadempjenza ferm differenti f’kategorija wiesgħa ta’ klassifikazzjonijiet (59). |
(158) |
Barra minn hekk, l-aġenziji ta’ klassifikazzjoni barranin, bħal Standard and Poor’s u Moody’s, tipikament japplikaw żieda fuq il-klassifikazzjoni ta’ kreditu tal-linja bażi tal-emittent abbażi ta’ stima tal-importanza strateġika tad-ditta għall-Gvern Ċiniż u s-saħħa ta’ kwalunkwe garanzija impliċita meta jikklassifikaw bonds Ċiniżi maħruġa barra l-pajjiż (60). Fitch pereżempju tindika b’mod ċar, fejn applikabbli, li tali garanziji huma mutur ewlieni li fuqu huma bbażati l-klassifikazzjonijiet tal-kreditu tagħha ta’ kumpaniji Ċiniżi (61). |
(159) |
Abbażi tal-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku, il-Kummissjoni, l-ewwel iddeterminat li l-Istat jista’ jeżerċita ċerta influwenza fuq is-suq tal-klassifikazzjoni tal-kreditu. Skont żewġ studji ppubblikati fl-2016, kien hemm madwar 12-il aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu attivi fis-suq Ċiniż, li l-biċċa l-kbira minnhom huma tal-Istat. B’kollox, 60 % tal-bonds korporattivi kklassifikati kollha fiċ-Ċina ġew ikklassifikati minn aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-Istat (62). |
(160) |
Fl-investigazzjonijiet preċedenti (63), il-GTĊ ikkonferma li kien hemm 12-il aġenzija ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu attivi fis-suq tal-bonds taċ-Ċina, fosthom 10 aġenziji tal-klassifikazzjoni domestiċi, inklużi Global Credit Rating Co. Ltd, Shanghai Brilliance Credit Rating & Investors Service Co. Ltd, Golden Credit Rating International Co. Ltd, China Chengxin Securities Rating Co. Ltd, Pengyuan Credit Rating Co. Ltd, Shanghai Fareast Credit Rating Co., Ltd, China Bond Rating Co. Ltd, China Securities Index Co. Ltd, Shanghai Credit Information Services Co. Ltd. Kien hemm ukoll żewġ aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu li kienu impriżi konġunti Ċiniżi-barranin, jiġifieri China Lianhe Credit Rating Co., Ltd. u China Chengxin International Credit Rating Co., Ltd. Fin-nuqqas ta’ informazzjoni kuntrarja, il-Kummissjoni kienet tal-fehma li s-sitwazzjoni ma nbidlitx. |
(161) |
It-tieni, ma hemmx dħul liberu fis-suq Ċiniż tal-klassifikazzjoni tal-kreditu. Dan huwa essenzjalment suq magħluq, billi l-aġenziji tal-klassifikazzjoni jridu jiġu approvati mill-Kummissjoni Regolatorja tat-Titoli taċ-Ċina (‘China Securities Regulatory Commission’ - CSRC) jew mill-PBOC qabel ikunu jistgħu jibdew joperaw (64). F’nofs l-2017, il-PBOC ħabbar li l-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu barranin se jitħallew iwettqu klassifikazzjonijiet tal-kreditu fuq parti mis-suq domestiku tal-bonds, taħt ċerti kundizzjonijiet. Madankollu, matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, l-ebda aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu barranija ma ġiet aċċettata s’issa (65). Madankollu, sadanittant, l-aġenziji barranin stabbilew impriżi konġunti ma’ xi aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu lokali, li jipprovdu klassifikazzjonijiet ta’ kreditu għal ħruġ ta’ bonds domestiċi. Madankollu, dawn il-klassifikazzjonijiet isegwu l-iskali tal-klassifikazzjoni Ċiniżi u għalhekk mhumiex eżattament komparabbli mal-klassifikazzjonijiet internazzjonali, kif spjegat hawn fuq. |
(162) |
Fl-aħħar nett, studju reċenti mwettaq mill-PBOC innifsu jikkonferma s-sejbiet tal-Kummissjoni, meta jgħid fil-konklużjonijiet tiegħu li “jekk il-livell ta’ investiment tal-bonds barranin jiġi stabbilit għall-klassifikazzjoni internazzjonali BBB u ogħla, mela l-grad ta’ investiment tal-bonds domestiċi jista’ jiġi kklassifikat fil-livell AA u ogħla, filwaqt li titqies id-differenza bejn il-klassifikazzjoni domestika medja u l-klassifikazzjoni internazzjonali ta’ 6 gradi jew akta r” (66). |
(163) |
Fid-dawl tas-sitwazzjoni deskritta fil-premessi (142) sa (137) ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-klassifikazzjonijiet ta’ kreditu Ċiniżi ma jipprovdux stima affidabbli tar-riskju ta’ kreditu tal-assi sottostanti. Fuq din il-bażi, anki l-kumpanija tal-produttur esportatur jew il-grupp tagħha ngħataw klassifikazzjoni tal-kreditu tajba minn aġenzija tal-klassifikazzjoni Ċiniża, il-Kummissjoni kkonkludiet li tali klassifikazzjonijiet mhumiex affidabbli. Dawk il-klassifikazzjonijiet kienu distorti wkoll mill-obbjettivi ta’ politika li jħeġġu industriji strateġiċi ewlenin, bħall-GFR. |
3.3.1.7.
(164) |
Kif ġie nnotat fil-premessa (85), il-Kummissjoni kienet tal-fehma li, fil-prinċipju, għall-benefiċjarju li jinsab fl-Eġittu, ikun xieraq li jiġi mistoqsi jekk dawn il-benefiċjarji tas-self irċevewx termini aħjar milli kieku kienu jirċievu fis-suq finanzjarju Eġizzjan. Il-Kummissjoni vverifikat dan il-punt u kkonfermat li l-ammont ta’ sussidjar ikun ogħla meta jintużaw rati ta’ self komparabbli fl-Eġittu (17,8 %) (67). Madankollu, fid-dawl taċ-ċirkostanzi eċċezzjonali msemmija fil-premessa (86) hawn fuq, il-Kummissjoni kkalkolat l-ammont tas-sussidju kumpensatorju, b’kunsidrazzjoni tal-fatt li l-benefiċjarji kisbu l-finanzjament preferenzjali fiċ-Ċina. Għal dan il-kalkolu, il-Kummissjoni vvalutat il-benefiċċju mogħti lir-riċevituri matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Skont l-Artikolu 6(b) tar-Regolament bażiku, il-benefiċċju mogħti lir-riċevituri huwa d-differenza bejn l-ammont ta’ mgħax li l-kumpanija tħallas fuq is-self preferenzjali u l-ammont li l-kumpanija tħallas għal self kummerċjali komparabbli li jista’ jinkiseb fis-suq. |
(165) |
Il-Kummissjoni ddeċidiet li tistabbilixxi r-rati tas-suq għas-self preferenzjali ta’ EXIM u CDB fir-rigward tal-parametri referenzjarji ipotetiċi għall-investituri tas-suq Ċiniż f’konformità mal-Artikolu 6(b) tar-Regolament bażiku. Minħabba nuqqas ta’ kooperazzjoni, ma ngħatawx aktar dettalji minn dan il-bank/banek. Għalhekk, il-Kummissjoni ddeċidiet li tuża l-istess metodoloġija ta’ kalkolu bħal għal self ieħor iddenominat f’muniti barranin, u maħruġa minn istituzzjonijiet finanzjarji Ċiniżi fir-RPĊ, u żiedet il-primjum tar-riskju marbut mal-investiment fl-Eġittu kif ġej. |
(166) |
Il-Kummissjoni l-ewwel stabbilixxiet il-klassifikazzjoni tal-kreditu ta’ Jushi Egypt, li tirrifletti s-sitwazzjoni finanzjarja tal-kumpanija. Il-Kummissjoni nnutat li l-kumpaniji varji ta’ CNBM Group ingħataw klassifikazzjonijiet li jvarjaw bejn AA- u AA + minn aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu Ċiniża. Fid-dawl tad-distorsjonijiet ġenerali tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu Ċiniżi msemmija fil-premessi (137) sa (143), il-Kummissjoni kkonkludiet li din il-klassifikazzjoni mhijiex affidabbli. |
(167) |
Għalhekk il-Kummissjoni kkunsidrat li s-sitwazzjoni finanzjarja globali tal-grupp tikkorrispondi għal klassifikazzjoni BB, li hija l-ogħla klassifikazzjoni li ma għadhiex tikkwalifika bħala “grad ta’ investiment”. Fid-dawl tal-eżistenza ta’ self rotanti l-Kummissjoni kkonkludiet li l-użu ta’ bonds korporattivi tal-grad B (minflok BB) tal-Istati Uniti jkun aktar xieraq biex jiġi ddeterminat il-parametru referenzjarju bbażat fis-suq. |
(168) |
F’konformità ma’ self ieħor denominat f’muniti barranin u maħruġ minn istituzzjonijiet finanzjarji Ċiniżi fir-RPĊ, intużaw il-bonds korporattivi kklassifikati fi grad B maħruġa f’USD biex jiġi ddeterminat il-parametru referenzjarju xieraq. Jushi Egypt tinsab f’pajjiż li kien soġġett għal inkwiet ċivili u politiku, kif ukoll għal diversi attakki terroristiċi fiż-żmien meta ngħata s-self u, b’hekk, għandha riskju ta’ kreditu differenti mill-kumpaniji Ċiniżi relatati mal-kundizzjonijiet esterni prevalenti fil-pajjiż innifsu. B’riżultat ta’ dan, il-Kummissjoni żiedet marġni kummerċjali mar-rata ta’ referenza stabbilita għall-kumpaniji Ċiniżi inklużi fil-kampjun, sabiex ir-riskju tal-pajjiż jiġi integrat fir-rata tas-suq. |
(169) |
Il-primjum relatat mar-riskju tal-pajjiż kien iddeterminat fuq il-bażi tal-klassifikazzjoni tar-riskju tal-pajjiż għall-krediti tal-esportazzjoni tal-OECD, kif ukoll ir-rata minima korrispondenti ta’ primjum stabbilita mill-OECD (68). Ir-riskju tal-pajjiż għas-self ipprovdut minn EXIM bank ġie stabbilit għal 2,37 % u 2,44 % għas-self ipprovdut minn CDB. |
(170) |
Wara d-divulgazzjoni finali, Jushi Egypt sostniet li l-Kummissjoni kien missha użat żewġ offerti pprovduti minn bank Eġizzjan fl-2013 u fl-2016 lill-kumpanija bħala valur referenzjarju għall-kalkolu tal-benefiċċju fuq is-self. Il-Kummissjoni rieżaminat dawn l-offerti, iżda ddeċidiet li ma kinux rappreżentattivi ta’ self kummerċjali komparabbli, li l-impriża setgħet effettivament tikseb mis-suq. |
(171) |
Il-Kummissjoni sabet li l-offerti ma kienu jipprovdu l-ebda deskrizzjoni tal-prodott finanzjarju attwalment offrut lill-kumpanija, iżda kienu jirreferu għal rata ta’ imgħax għall-forniment ta’ “faċilitajiet ta’ kreditu” inġenerali. Bħala tali, huwa impossibbli għall-Kummissjoni li tiddetermina jekk l-offerta attwalment tirreferix għal self bħala tali jew għal prodotti finanzjarji oħra, bħal pereżempju l-ftuħ ta’ linja ta’ kreditu, il-finanzjament tal-kummerċ (ittri ta’ kreditu, kambjali, fatturament, eċċ...). Anki kieku l-offerta tqieset li kienet relatata ma’ self, informazzjoni kruċjali oħra hija nieqsa, bħat-tul tas-self allegat offrut mill-bank, u l-firxa tal-faċilitajiet ta’ kreditu offruti (jiġifieri l-ammont massimu li l-bank ikun lest li jestendi lill-kumpanija). F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni nnutat li s-self ipprovdut mis-CDB u l-EXIM kien self fit-tul għal proġetti kbar ta’ assi fissi, li jammonta għal diversi mijiet ta’ miljun ta’ USD. Għalhekk, il-Kummissjoni kkunsidrat li ma setgħetx tuża s-sostitut ipprovdut minn Jushi Eġittu. |
(172) |
Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni osservat li anki jekk il-Kummissjoni tqis il-valur referenzjarju pprovdut mill-kumpanija, dan ma jwassalx f’xi bidla sinifikanti fil-kalkolu tal-benefiċċju, peress li r-rata proposta tal-bank Eġizzjan kienet konformi mar-rata bażi stabbilita mill-Kummissjoni għall-valur referenzjarju, li tikkorrispondi għal self f’USD pprovdut minn bank Ċiniż għal klijent domestiku (Ċiniż) bi klassifikazzjoni ta’ BB. Għalhekk, jekk xejn, dak is-self ikkonferma li Jushi Egypt tabilħaqq tibbenefika minn rati tal-imgħax aktar baxxi meta mqabbla mal-valuri referenzjarji tas-suq. L-affermazzjoni tal-kumpanija għalhekk ġiet miċħuda. |
3.3.2. Self mill-banek ta’ politika lil Jushi Egypt permezz tal-kumpanija omm Jushi fiċ-China
(173) |
Matul il-perjodu mill-2014 sal-aħħar tal-perjodu ta’ investigazzjoni, Jushi (China) pprovdiet serje ta’ self bejn il-kumpaniji lil Jushi Egypt għal ammont totali ta’ madwar USD 281,5 miljun. |
(174) |
Il-Kummissjoni sabet, madankollu li Jushi (China) kienet iffinanzjat dan is-self bejn il-kumpaniji hi stess permezz ta’ finanzjament estern minn istituzzjonijiet finanzjarji Ċiniżi. Fi kliem ieħor, minflok ma Jushi Egypt kisbet self direttament mill-banek Ċiniżi, Jushi (China) kisbet il-finanzjament preferenzjali mingħand dawn l-istituzzjonijiet u wara allokat il-benefiċċju ta’ dan is-self lill-attivitajiet ta’ manifattura tagħha fl-Eġittu (Jushi Eġittu). Is-self ipprovdut direttament minn EXIM u CDB minnu nnifsu mhuwiex biżżejjed biex jipprovdi l-ammont totali ta’ finanzjament estern meħtieġ biex jiġu żviluppati l-attivitajiet ta’ manifattura fiż-Żona STEC. Għalhekk, kien meħtieġ il-finanzjament addizzjonali indirett permezz ta’ self bejn il-kumpaniji. Il-Kummissjoni ma setgħetx issib kreditu bankarju speċifiku marbut direttament mal-proġett fl-Eġittu. Madankollu, fl-2014, Jushi (China) ħarġet bond biex jissostitwixxi diversi krediti bankarji sabiex ittejjeb l-istruttura tad-dejn tagħha. Din il-bond, li tagħmel diversi referenzi għall-ħtiġijiet kapitali għall-proġett fl-Eġittu, tikkonferma li Jushi (China) kellha bżonn ta’ assistenza finanzjarja esterna biex tassisti l-attivitajiet ta’ manifattura tagħha fl-Eġittu. Għalhekk, il-Kummissjoni kkunsidrat li s-self preferenzjali sottostanti li għadda minn Jushi (China) huwa attribwibbli wkoll għall-GTE bl-istess mod bħas-self dirett ipprovdut lil Jushi Eġittu mill-istituzzjonijiet finanzjarji Ċiniżi. |
(175) |
Billi dan is-self kollu jista’ essenzjalment ikun assimilat mas-self ipprovdut mill-GTĊ lil kumpanija Ċiniża, li mbagħad talloka l-benefiċċji lill-attivitajiet tal-manifattura tagħha xi mkien ieħor, il-Kummissjoni ddeċidiet li tittratta dan is-self bħal kwalunkwe self domestiku Ċiniż ieħor lil produttur Ċiniż tal-GFR. F’dan il-kuntest, kif imsemmi fil-premessa (128) hawn fuq, il-Kummissjoni sabet li l-istituzzjonijiet finanzjarji kollha tal-Istat Ċiniż li pprovdew self lil Jushi (China) u Jushi Egypt kienu korpi pubbliċi fis-sens tal-Artikolu 2(b) tar-Regolament bażiku moqri flimkien mal-Artikolu 3(1)(a)(i) tar-Regolament bażiku u f’konformità mal-ġurisprudenza rilevanti tad-WTO. |
(176) |
Il-Kummissjoni mbagħad ikkalkolat l-ammont tas-sussidju kumpensatorju. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni nnotat li r-rata tal-imgħax nominali debitata minn Jushi (China) lil Jushi Egypt kienet ta’ 7,5 %. Madankollu, l-ebda finanzjament ipprovdut lil Jushi (China) ma kellu rata tal-imgħax għolja bħal din. Fil-fatt, ir-rata medja tal-imgħax debitata lil Jushi (China) matul il-perjodu ta’ investigazzjoni kienet tammonta għal madwar 4 %. B’hekk, il-Kummissjoni qabblet ir-rata medja tal-imgħax li Jushi (China) tħallas fuq l-ammont pendenti tas-self bejn il-kumpaniji matul il-perjodu ta’ investigazzjoni mal-ammont li l-kumpanija kien ikollha tħallas għal self kummerċjali komparabbli li jista’ jinkiseb fis-suq. |
(177) |
Sabiex tikkunsidra l-iskopertura għar-riskju miżjuda tal-banek enfasizzata mill-eżistenza ta’ self rotanti, il-Kummissjoni iddeċidiet li tnaqqas grad wieħed fl-iskala tal-klassifikazzjoni tar-riskju u li tuża bonds korporattivi tal-grad B (minflok BB) tal-Istati Uniti sabiex tiddetermina l-parametru referenzjarju abbażi tas-suq. |
(178) |
L-elementi kollha li jikkonċernaw dan il-finanzjament deskritti hawn fuq f’din it-taqsima juru b’mod ċar li Jushi (China) allokat il-benefiċċji kollha mill-finanzjament preferenzjali li rċeviet mill-istituzzjonijiet finanzjarji Ċiniżi lil Jushi Egypt. Għal dawn ir-raġunijiet kollha, il-benefiċċju kkalkolat ġie attribwit lil Jushi Egypt. |
(179) |
Wara d-divulgazzjoni finali, Jushi Egypt argumentat ukoll li l-Kummissjoni ma kellhiex tbaxxi l-grad ta’ kreditu ta’ Jushi Egypt minn AA għal B abbażi tal-fatt li Jushi Egypt ma onoratx l-iskeda ta’ ħlas lura tagħha lill-kumpanija omm tagħha jew li, f’xi każijiet, il-kumpanija omm ta’ Jushi Egypt ħallset is-self f’isimha. Il-fatt li l-grupp korporattiv ta’ Jushi Egypt iddeċieda li kien aħjar li entità oħra fil-grupp tħallas il-kostijiet biex tippreserva l-fluss tal-flus f’entità oħra ma jindikax li din l-entità l-oħra ma kinitx se tonora l-obbligu tagħha li kieku dan l-obbligu kien lejn istituzzjoni bankarja. |
(180) |
L-ewwel nett, il-Kummissjoni nnutat li ma sabet l-ebda klassifikazzjoni tal-kreditu mogħtija minn parti esterna għal Jushi Egypt, u li Jushi Egypt ma pprovdiet l-ebda evidenza għal dan l-għan lanqas. Għalhekk Jushi Egypt qatt ma kellha klassifikazzjoni tal-kreditu “AA” bħala punt ta’ tluq. Il-Kummissjoni għalhekk kellha tiddetermina l-klassifikazzjoni tal-kreditu ta’ Jushi Egypt bl-użu tal-fatti disponibbli fil-każ. Fid-dawl tal-ammont sinifikanti ta’ self interkorporattiv mill-kumpanija omm, kif ukoll il-fatt li Jushi Group kien opera bħala garanti għas-self minn CDB u EXIM, il-Kummissjoni ddeterminat li l-klassifikazzjoni tal-kreditu ta’ Jushi Egypt kienet marbuta mill-qrib mal-klassifikazzjoni tal-kumpanija prinċipali omm tagħha, li kienet ġiet stabbilita għal “BB”, kif imsemmi fil-premessa (168) hawn fuq. Din il-klassifikazzjoni tal-kreditu BB kienet għalhekk il-punt tat-tluq għall-Kummissjoni. |
(181) |
It-tieni, kif spjegat fil-premessa (178) hawn fuq, il-Kummissjoni ddeċidiet li twaqqa’ livell fl-iskala tal-klassifikazzjoni, jiġifieri minn BB għal B, minħabba n-nuqqas ta’ ħlas lura tal-obbligazzjonijiet tagħha matul is-snin. Tabilħaqq, il-Kummissjoni nnutat li għalkemm is-self lil CDB u lil EXIM tħallsu lura skont l-iskeda, l-obbligazzjonijiet totali tal-kumpanija fil-fatt żdiedu matul is-snin. Bħala tali, Jushi Egypt tissostitwixxi dejn estern b’dejn intragrupp, iżda fil-fatt ma onoratx l-obbligazzjonijiet tagħha lejn l-istituzzjonijiet bankarji hija stess. Għall-kuntrarju tad-dikjarazzjonijiet ta’ Jushi Egypt, hemm ukoll indikazzjonijiet li l-kumpanija ma kinitx tkun kapaċi tonora l-obbligi tagħha kieku d-debituri kollha tagħha kienu istituzzjonijiet bankarji esterni. Pereżempju, għalkemm il-kumpanija kienet qed tagħmel telf fis-snin 2015 u 2016, u kellha ekwità negattiva fl-2016, xorta waħda għamlet repagamenti kapitali kbar lil CDB, b’total ta’ USD 54 miljun (madwar EGP 546 miljun) f’dawn is-snin. Il-kumpanija għalhekk ma kinitx tkun f’pożizzjoni li tonora l-obbligi esterni tagħha mingħajr l-appoġġ finanzjarju tal-kumpanija omm. |
(182) |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni ċaħdet dawn it-talbiet. |
(183) |
Is-sussidji kollha li nstabu kienu stabbiliti għall-fatturat totali tal-kumpanija. L-ammont ta’ sussidju kien imbagħad allokat għall-fatturat tal-prodott ikkonċernat mibjugħ lill-Unjoni. |
(184) |
L-ammonti ta’ sussidju misjuba għall-finanzjament preferenzjali permezz ta’ self mill-banek ta’ politika Ċiniżi, direttament jew permezz tal-kumpanija omm Jushi (China), kienu jammontaw għal 6,46 % għal Jushi Egypt. |
3.3.3. Appoġġ għall-investiment kapitali
(185) |
Minbarra s-self dirett u s-self interkorporattiv, Jushi Egypt kellha bżonn tkopri l-ħtiġijiet finanzjarji tagħha wkoll billi żżid il-kapital tagħha. |
(186) |
Investigazzjonijiet preċedenti sabu li ngħataw sussidji sostanzjali fil-livell tal-kumpaniji omm ta’ gruppi Ċiniżi biex jappoġġjaw l-investiment barrani, taħt l-inzjativa Belt & Road, fil-forma ta’ għotjiet, finanzjament preferenzjali u injezzjonijiet ta’ ekwità. Dan kien partikolarment il-każ fl-investigazzjoni antisussidji li ntemmet dan l-aħħar dwar Tyres (“il-każ Tyres”) (69). |
3.3.3.1.
— |
It-13-il Pjan ta’ Ħames Snin għall-Iżvilupp tal-Kummerċ Barrani, maħruġ mill-Ministeru tal-Kummerċ (“MOFCOM”), 26 ta’ Diċembru 2016; |
— |
L-opinjonijiet ta’ Gwida tal-Kunsill tal-Istat dwar il-Promozzjoni tal-Kapaċità tal-Produzzjoni Internazzjonali u t-Tagħmir tal-Manifattura tal-Kooperazzjoni, maħruġa fl-2015 (“Opinjonijiet ta’ Gwida”); |
— |
Pjan ta’ Żvilupp għall-Industrija tal-Materjali tal-Bini 2016-2020, il-Ministeru tal-Industrija u t-Teknoloġija tal-Informazzjoni, GXBG [2016] Nru. 315; |
— |
It-13-il Pjan ta’ Ħames Snin għall-Industrija tal-Fibri u tal-Materjali Komposti; |
— |
Made in China 2025, Il-Kunsill tal-Istat, 7 ta’ Lulju 2015. |
3.3.3.2.
(187) |
Fit-talba għall-informazzjoni msemmija fil-premessa (8), il-Kummissjoni talbet informazzjoni mingħand Jushi Group, inter alia, dwar kwalunkwe bidla fl-istruttura tal-kapital, inklużi żidiet kapitali u bidliet fid-drittijiet tal-azzjonisti, Jushi Egypt u għadd ta’ kumpaniji prinċipali diretti u indiretti li jappartjenu għal Jushi Group, li huwa nnifsu huwa membru taċ-China National Building Materials Group (“il-Grupp CNBM”). |
(188) |
L-investigazzjoni żvelat li China National Building Material Co. Ltd. (“CNBM”) hija intrapriża Ċiniża proprjetà tal-Istat b’sjieda diretta u indiretta ta’ 41,27 % miċ-China National Building Material Group Co., Ltd., li min-naħa tagħha hija kollha kemm hi proprjetà tas-SASAC. CNBM huwa l-akbar azzjonist b’sehem ta’ 26,97 % f’China Jushi Co., Ltd. (“China Jushi”), li hija l-unika azzjonista ta’ Jushi Egypt (70). |
(189) |
Fil-bidu, Jushi Eġittu pprovdiet informazzjoni limitata ħafna fir-rigward tal-kumpaniji omm diretti u indiretti. |
(190) |
B’konsegwenza ta’ dan, fit-18 ta’ Marzu 2020, il-Kummissjoni bagħtet ittra lil Jushi Egypt li fiha identifikat in-nuqqasijiet u informat lil Jushi Egypt dwar l-applikazzjoni possibbli tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku. Fost l-oħrajn, Jushi Group ma pprovdiex l-informazzjoni mitluba dwar il-motiv għall-bidliet fl-istruttura tal-kapital u l-informazzjoni dwar kif iż-żidiet kapitali ġew iffinanzjati għal Jushi Egypt, Jushi Group, China Jushi Co. Ltd. u CNBM. |
(191) |
B’reazzjoni għal din l-ittra, Jushi Egypt ipprovdiet sottomissjoni li tindirizza wħud min-nuqqasijiet, b’mod partikolari kif il-bidliet fl-istruttura tal-kapital kienu riflessi fir-rapporti finanzjarji tad-diversi kumpaniji tal-grupp. Madankollu, l-informazzjoni pprovduta fir-rigward tal-involviment ta’ entitajiet governattivi u mhux governattivi (pereżempju banek kummerċjali tal-Istat) kienet sempliċiment dikjarazzjonijiet mingħajr evidenza ta’ sostenn, u l-informazzjoni dwar ir-raġunijiet sottostanti għall-bidliet u d-dettalji finanzjarji kienet limitata ħafna. |
(192) |
Madankollu, kif iddikjarat hawn fuq, is-sjieda sinifikanti mill-istat, f’CNBM hija sinifikanti. Barra minn hekk, skont informazzjoni disponibbli pubblikament fuq is-sit web tas-CNBM (71), it-tim sħiħ tal-maniġment ta’ CNBM għandu funzjonijiet fil-partit bħal Segretarju tal-Kumitat tal-Partit, Deputat Segretarju tal-Kumitat tal-Partit jew Membru Permanenti tal-Kumitat tal-Partit. Barra minn hekk, is-Sur Cao Jianglin, Direttur Eżekuttiv ta’ CNMB u Membru Permanenti tal-Kumitat tal-Partit, ilu jservi wkoll bħala l-President ta’ China Jushi sa mill-2002 (72). Għalhekk, id-dikjarazzjoni li d-deċiżjonijiet kollha dwar iż-żidiet kapitali tal-kumpaniji kkonċernati saru b’mod indipendenti mill-bord tad-diretturi rilevanti mingħajr ebda involviment tal-gvern jew ta’ entitajiet mhux governattivi oħra fil-proċess mhijiex kredibbli minħabba s-sjieda tal-istat u l-involviment tal-partit fil-maniġment. |
(193) |
Fin-nuqqas ta’ tali informazzjoni, il-Kummissjoni qieset li ma kinitx irċeviet informazzjoni kruċjali rilevanti għal dan l-aspett tal-investigazzjoni. |
(194) |
B’hekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li hija kellha tistrieħ parzjalment fuq il-fatti disponibbli għas-sejbiet tagħha dwar Jushi Group, China Jushi Co. Ltd. u CNBM. |
3.3.3.3.
(195) |
Matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, Jushi Egypt ibbenefikat minn għotjiet diretti minn CNBM, entità kkontrollata mill-Istat, permezz ta’ injezzjonijiet ta’ ekwità, speċifikament permezz ta’ kapital imħallas. |
(196) |
Fl-2012 kien hemm kontribuzzjoni sinifikanti tal-azzjonisti ta’ USD 42,6 miljun għall-finanzjament ta’ Jushi Egypt. Minn dak iż-żmien, il-kapital ta’ Jushi Egypt żdied b’mod sinifikanti sa USD 162 miljun sal-perjodu tal-investigazzjoni. Fl-aħħar tal-perjodu ta’ investigazzjoni, il-kapital ta’ Jushi Egypt kien madwar erba’ darbiet akbar milli kien fl-2012. |
(197) |
Jushi Egypt hija kompletament proprjetà ta’ Jushi Group, li huwa kompletament proprjetà ta’ China Jushi. L-azzjonista prinċipali ta’ China Jushi hija CNBM Holding, li sa mill-2010 kellha kontinwament aktar minn 25 % tal-ishma tagħha. |
(198) |
B’mod parallel, il-parteċipazzjoni ta’ CNBM fl-istruttura tal-kapital ta’ China Jushi żdiedet bl-istess kobor. B’mod speċifiku, CNBM żiedet b’sitt darbiet il-kontribuzzjoni tagħha ta’ kapital imħallas f’China Jushi mill-2011 sal-aħħar tal-2018, minn CNY 190 miljun (USD 30,2 miljun) fl-2011 għal CNY 944 miljun (USD 140,9 miljun) fl-2018. |
(199) |
Tali xejra u kobor simili fiż-żieda tal-kapital kemm f’Jushi Egypt kif ukoll f’China Jushi jissuġġerixxu bil-qawwa li CNBM ġabret fondi sabiex iżżid il-kapital ta’ Jushi Egypt permezz ta’ China Jushi sal-perjodu ta’ investigazzjoni. |
(200) |
Barra miż-żidiet fil-kapital imħallsa, kien hemm ammonti sostantivi ta’ fondi trasferiti minn CNBM lil China Jushi and lil Jushi Group permezz ta’ tipi oħra ta’ kontijiet kapitali. |
(201) |
Sabiex tiddetermina n-natura tat-trasferimenti u ċ-ċirkustanzi li fihom evolva l-kapital proprjetarju fil-kumpaniji kkonċernati, il-Kummissjoni pruvat tikseb aċċess għall-informazzjoni rilevanti li oriġinat f’CNBM. Madankollu, kif spjegat fit-Taqsima 3.3.3.2, Jushi Egypt ma kkooperatx bis-sħiħ fl-investigazzjoni u ma pprovdietx l-informazzjoni meħtieġa. Fin-nuqqas ta’ din l-informazzjoni u wara l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni kellha tistrieħ parzjalment fuq il-fatti disponibbli għas-sejbiet tagħha. B’mod partikolari, il-Kummissjoni kellha tuża l-fatti disponibbli biex tidentifika s-sors tal-finanzjament tal-kapital ipprovdut minn CNBM lil Jushi Egypt fost l-oħrajn permezz ta’ China Jushi. |
(202) |
Biex waslet għal din il-konklużjoni, il-Kummissjoni stabbiliet l-eżistenza ta’ impenn ċar minn CNBM li tinvesti f’pajjiżi barranin f’industriji mħeġġa. F’dan ir-rigward, CNBM tirreklama lilha nnifisha bħala “prattikanta attiva tal-Inizjattiva Belt & Roa d” fir-rapport annwali tagħha, fuq is-sit web tagħha u fis-sit fl-impjanti. Pereżempju, hija “wettqet 312-il proġett tas-siment f’75 pajjiż u reġjun fuq livell globali, aktar minn 60 proġett tal-ħġieġ tal-fibra, l-implimentazzjoni ta’ 33 proġett ta’ investiment, il-kostruzzjoni ta’ ħames imħażen barra mill-pajjiż, operat 14-il katina ta’ supermarkits tal-materjali tal-bini barra mill-pajjiż u mmaniġġjat aktar minn 30 fabbrika fuq livell global i” (73). |
(203) |
B’mod aktar speċifiku, fil-kuntest tal-GFR, fl-2012, CNBM waqqfet lil Jushi Egypt, produttur tal-GFR fl-Eġittu, u sussidjarja tal-produttur esportatur Ċiniż Jushi. Fis-snin ta’ wara, saru diversi proġetti ta’ investiment importanti biex titwessa’ l-kapaċità ta’ produzzjoni ta’ Jushi Egypt. |
(204) |
Barra minn hekk, China Jushi stabbiliet għadd ta’ produtturi u sussidjarji kummerċjali fl-Afrika t’Isfel, il-Korea t’Isfel, l-Italja, Spanja, Franza, il-Kanada, l-Indja, Singapore, il-Ġappun, l-Istati Uniti u Ħong Kong. Fl-2016, il-Grupp CNBM ġabar aktar minn CNY 5 biljun (USD 747,38 miljun) għall-istrateġija ta’ globalizzazzjoni tiegħu fit-13-il pjan ta’ ħames snin (mill-2016 sal-2020), fosthom il-proġetti Eġizzjani msemmija hawn fuq, kif ukoll investiment ta’ USD 300 miljun f’fabbrika fl-Istati Uniti tal-Amerika, għall-produzzjoni bdiet fl-2018 (74). Fl-Indja, il-pjan huwa li titwaqqaf faċilità tal-manifattura b’kapaċità ta’ 100 000 tunnellata sa nofs l-2020. |
(205) |
Dawn il-proġetti barranin kollha jidħlu fil-kuntest usa’ tal-politika ta’ globalizzazzjoni (‘going out’) taċ-Ċina. F’dan ir-rigward, Song Zhiping, il-President ta’ CNBM, qal pereżempju: “L-iffirmar tal-proġett Jushi US huwa pass importanti fl-iżvilupp strateġiku tal-globalizzazzjoni ta’ China Jushi u, sadanittant, pass kritiku ’l quddiem fit-tfittxija tagħha għal għanijiet ogħla. Dan għandu wkoll sinifikat referenzjali għall-globalizzazzjoni ta’ CNBM u saħansitra tal-industrija tal-materjali tal-bini taċ-Ċina kollha kemm h i”. |
(206) |
Barra minn hekk, il-GFR hija wkoll industrija mħeġġa taħt l-inizjattiva Made in China 2025 (75), u b’hekk hija eliġibbli biex tibbenefika minn finanzjament konsiderevoli mill-Istat. Inħolqu għadd ta’ fondi biex jappoġġjaw l-inizjattiva Made in China 2025 u, b’hekk, l-industrija tal-GFR indirettament, bħall-fond taċ-Ċirkwit Integrat Nazzjonali, il-Fond tal-Manifattura Avvanzata u l-Fond ta’ Investiment tal-Industriji Emerġenti (76). |
(207) |
Sikwit issir referenza għall-GFR taħt il-kappa ta’ “materjali ġodda”. Il-Pjan Direzzjonali Made in China 2025 (77) 10 setturi strateġiċi, li huma l-industriji l-aktar importanti għall-GTĊ. Dan il-Pjan jiddeskrivi, fit-Taqsima 9 “materjali ġodda” u s-sottokategoriji tagħha, inklużi materjali fundamentali avvanzati (punt 9.1), materjali strateġiċi ewlenin (punt 9.2) inklużi fibri u materjali kompożiti bi prestazzjoni għolja, materjali tal-enerġija ġodda (78). Il-materjali ġodda għalhekk jibbenefikaw mill-vantaġġi li jirriżultaw mill-mekkaniżmi ta’ appoġġ elenkati fid-dokument, inklużi, fost l-oħrajn, il-Politiki ta’ Appoġġ Finanzjarju, il-Politika Fiskali u tat-Tassazzjoni, is-Sorveljanza u l-Appoġġ tal-Kunsill tal-Istat (79). |
(208) |
Għal dawn l-industriji ewlenin, il-pjan “Made in China 2025” isemmi espliċitament fil-Kapitolu 3.9 tiegħu li ċ-Ċina se:
|
(209) |
F’intervista oħra, Song Zhiping semma li, mill-perspettiva tal-intrapriżi, CNBM tat attenzjoni speċjali lill-politiki nazzjonali relatati mal-inizjattiva “Belt and Road” u li l-inizjattiva “Belt and Road”“hija verament opportunità ta’ darba għall-grupp tal-materjali tal-bini taċ-Ċin a”. Huwa enfasizza wkoll li l-“globalizzazzjoni” hija marbuta mal-kooperazzjoni finanzjarja u taħdem biss meta “aħna ngħaqqdu l-finanzi, il-kooperazzjoni fil-fondi sovrani, il-kreditu tax-xerrej, il-lokazzjoni finanzjarja u modi oħrajn, li għandhom kooperazzjoni reċiproka fil-globalizzazzjon i”. Fuq l-istess linja, Song Zhiping iddikjara wkoll li “Il-kooperazzjoni fil-kapaċità internazzjonali trid tkun ikkombinata mal-politika nazzjonali “Belt and Roa d”, speċjalment il-politika finanzjarja tal-pajjiż. Aħna konna nagħmlu investimenti sempliċi, nisselfu flus u ninvestu fl-għoti ta’ self, u dak mhux se jkun massiv. Nixtieq li nadottaw mudell simili għal dak ta’ Guoxin Holdings taċ-Ċina, fejn il-kumpaniji jikkontribwixxu 10 fil-mija u l-kambju tal-Istat jikkontribwixxi 90 fil-mija. Jeħtieġ li nibdlu d-dipendenza antika tagħna fuq is-self u nfittxu mudelli ġodda ta’ negozju ta’ finanzjament u mudelli organizzazzjonali. Naħseb li għandna nagħtu effett sħiħ lill-vantaġġi finanzjarji b’saħħithom attwali tal-pajjiż, inżidu l-istabbiliment ta’ fondi ta’ investiment fil-materjali tal-bini, nimmobilizzaw aktar kapital għall-parteċipazzjoni fl-investiment u nappoġġjaw lill-intrapriżi tal-materjali tal-bini għall- “ globalizzazzjon i”. |
(210) |
Din il-viżjoni hija appoġġjata mill-gvern Ċiniż, kif jidher f’diskors mogħti minn Xiao Yaqing, Direttur tas-SASAC tal-Kunsill tal-Istat f’konferenza organizzata minn CNBM: “l-intrapriżi ċentrali huma s-sinsla tal-ekonomija nazzjonali, u għandhom ikunu integrati mill-qrib mal-istrateġija nazzjonali “Belt and Roa d”, billi jużaw kapaċità tal-produzzjoni vantaġġuża, filwaqt li jenfasizzaw oqsma ewlenin u jippromwovu l-kapaċità tal-produzzjoni internazzjonali u l-kooperazzjoni fit-tagħmir. Huma jinsabu fuq quddiem nett fil-ħolqien ta’ karta tan-negozju ġdida għall- “ globalizzazzjon i” tal-pajjiż …. F’dawn l-aħħar snin, China Building Materials u China Materials Group aċċelleraw ir-ritmu tal- “ globalizzazzjon i”, kisbu riżultati eċċellenti, filwaqt li r-ristrutturar tal-grupp biex imexxi l-internazzjonalizzazzjoni tal-industrija tal-materjali tal-bini taċ-Ċina huwa ta’ sinifikat kbir…. Wara r-riorganizzazzjoni, il-proġetti ta’ investiment ippjanat inizjali tal-kumpanija l-ġdida fil-pajjiżi tul il- “ Belt and Roa d” se jammontaw għal investiment ta’ aktar minn 90 biljun yua n” (80). |
(211) |
L-investigazzjoni żvelat li China National Building Material (“CNBM”) hija intrapriża Ċiniża proprjetà tal-Istat b’sjieda diretta u indiretta ta’ 41,27 % mnn CNBM Omm, li min-naħa tagħha hija kollha kemm hi proprjetà ta’ SASAC. CNBM għandha sehem ta’ 26,97 % f’China Jushi Co., Ltd., li hija l-unika azzjonista ta’ Jushi (81). |
(212) |
Għalhekk, CNBM Building hija intrapriża tal-Istat Ċiniż direttament u indirettament proprjetà ta’ CNBM Omm, li min-naħa tagħha hija kompletament proprjetà ta’ SASAC. SASAC hija l-istrument ewlieni li permezz tiegħu l-gvern Ċiniż jikkontrolla f’diversi modi l-intrapriżi tal-Istat bħala mezz biex jimplimenta l-politiki u l-pjanijiet tal-gvern minflok ma jsegwi l-loġika tas-suq fl-operazzjonijiet ta’ negozju tiegħu (82). Mingħajr preġudizzju għall-konklużjoni dwar in-natura tal-korp pubbliku ta’ CNBM skont it-tifsira tal-Artikolu 3 tar-Regolament bażiku, abbażi tal-evidenza kollha ta’ hawn fuq, jista’ jiġi konkluż li CNBM u Jushi Group b’mod ġenerali jsegwu politiki industrijali u governattivi, inkluż fir-rigward tal-inizjattiva “Belt and Road” u l-politiki ta’ “globalizzazzjoni” fil-produzzjoni u l-esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat. |
(213) |
Huwa f’dan il-kuntest li CNBM irċeviet kontribuzzjoni finanzjarja mill-gvern sabiex timplimenta dawn il-politiki, inkluż biex tiffinanzja l-investiment tagħha fl-Eġittu għall-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat. Minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni sħiħa ta’ Jushi Egypt fuq dan il-punt, il-Kummissjoni ma setgħetx tidentifika s-sors attwali ta’ finanzjament u tissostanzja fid-dettall jekk din il-kontribuzzjoni finanzjarja kinitx saret minn SASAC jew mis-Silk Road Fund (“SRF”) bħala l-veikolu għall-implimentazzjoni tal-istrateġija “Belt and Road”. Madankollu, abbażi tal-fatti disponibbli skont l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni kkonkludiet li kemm SASAC (83) kif ukoll l-SRF (84) jitqiesu bħala korpi pubbliċi skont it-tifsira tal-Artikoli 2(b) u 3 tar-Regolament bażiku meta jipprovdu l-kontribuzzjoni finanzjarja lil CNBM. Fi kwalunkwe każ, anki jekk ma jikkostitwixxux korpi pubbliċi, kemm SASAC kif ukoll SRF jitqiesu bħala inkarigati u mogħtija direzzjonijiet mill-gvern biex iwettqu politiki u funzjonijiet governattivi f’konformità mal-Artikolu 3(1)(iv) tar-Regolament bażiku (85). |
(214) |
Bl-istess mod minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni, abbażi tal-evidenza kollha msemmija hawn fuq dwar il-finanzjament taħt l-inizjattiva “Belt and Road” ta’ proġetti barra miċ-Ċina, inkluż l-Eġittu, kif ukoll fuq is-sejbiet fil-każ Tyres, il-Kummissjoni kkonkludiet li CNBM irċeviet kontribuzzjoni finanzjarja fil-forma ta’ għotjiet li mbagħad intużaw għal kontribuzzjonijiet kapitali suċċessivi biex jiżdied il-kapital disponibbli għall-Jushi Egypt għall-operazzjonijiet tagħha fl-Eġittu. |
(215) |
Fin-nuqqas ta’ aktar evidenza pprovduta minn CNBM, u abbażi tal-evidenza disponibbli pubblikament, il-Kummissjoni ddeċidiet li tikkumpensa ż-żidiet kapitali suċċessivi ta’ Jushi Egypt bħala injezzjonijiet ta’ ekwità appoġġati mill-Istat, bil-għan li jiġu stabbiliti u estiżi l-faċilitajiet tal-produzzjoni ta’ CNBM fl-Eġittu. Bl-istess mod, dan l-appoġġ jaqa’ taħt il-punti miftiehma bejn iċ-Ċina u l-Eġittu fil-Ftehim ta’ Kooperazzjoni biex titwaqqaf iż-Żona SETC, attribwit lill-Eġittu għall-istess raġunijiet spjegati fil-premessa (91) hawn fuq u, b’hekk, jista’ jiġi allokat għall-prodotti esportati mill-Eġittu. |
3.3.3.4.
(216) |
Il-Kummissjoni mbagħad analizzat jekk il-kontribuzzjoni finanzjarja pprovduta mill-GTĊ permezz ta’ SASAC u/jew SRF tatx benefiċċju lil Jushi Egypt. Għal darba oħra, minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni ta’ Jushi Egypt, il-Kummissjoni kellha tibbaża s-sejbiet tagħha fuq id-dispożizzjonijiet tal-fatti disponibbli skont l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku. |
(217) |
L-evidenza fis-subtaqsima ta’ hawn fuq uriet li l-mandat u l-objettiv kemm ta’ SASAC kif ukoll ta’ SRF huma li jimplimentaw politiki u pjanijiet governattivi, inkluż billi jipprovdu appoġġ finanzjarju u finanzjament għas-setturi mħeġġa, fosthom il-GFR, sabiex jippromulgaw l-istrateġija ta’ globalizzazzjoni. SASAC u SRF ma jsegwux il-prinċipji u l-imġiba tas-suq meta jipprovdu finanzjament, iżda joperaw biex jimplimentaw il-politiki rispettivi tal-gvern. Eżempju notevoli ta’ operazzjonijiet tagħhom mhux marbutin ma’ perspettiva tas-suq kien il-każ Tyres, fejn SRF ipprovda għotja lill-kumpanija omm tal-grupp għal akkwist ta’ sussidjarja fl-UE. Barra minn hekk, fil-każ Tyres il-Kummissjoni stabbiliet li tali proġetti jsegwu xejra simili (86). Għalhekk huwa raġonevoli li wieħed jassumi li CNBM, bħala SOE prinċipali maġġuri, isegwi l-istess xejra u jibbenefika minn sussidji simili. |
(218) |
Il-Kummissjoni nnotat ukoll li l-ammont ta’ żidiet kapitali paralleli suċċessivi ta’ Jushi Egypt riċevuti permezz ta’ China Jushi kien jikkorrespondi bejn wieħed u ieħor għall-ammont tad-diskrepanza tal-likwidità għall-proġett ta’ investiment fl-Eġittu li jifdal wara l-finanzjament permezz tal-finanzjament preferenzjali. Kif spjegat hawn fuq fil-premessi (171) sa (174), id-daqs u l-iskala suċċessivi taż-żidiet kapitali ta’ CNBM f’Jushi Group u China Jushi sostanzjalment kienu jirriflettu ż-żidiet kapitali f’Jushi Egypt, preċiżament biex titnaqqas din id-diskrepanza fil-likwidità. Dan kien koerenti għal kollox mal-iskop tal-funzjonament u l-finanzjament ta’ SASAC u ta’ SRF. |
(219) |
Abbażi ta’ din l-evidenza fil-fajl u skont l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-kontribuzzjoni finanzjarja pprovduta minn SASAC u/jew minn SRF tat benefiċċju fis-sens tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku. |
3.3.3.5.
(220) |
Kif spjegat fit-Taqsima 3.3.3.2 ta’ hawn fuq, Jushi Egypt ma pprovdietx tweġiba sħiħa għat-talba għal informazzjoni. Għalhekk, kien impossibbli li jiġu vverifikati s-sussidji fil-livell tal-kumpanija omm b’rabta mal-investimenti barranin tal-grupp relatati mal-prodott ikkonċernat u li jiġi ddeterminat ammont preċiż ta’ benefiċċju. |
(221) |
Għalhekk, il-Kummissjoni rrikorriet għall-fatti disponibbli billi applikat l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku biex tiddetermina l-ammont ta’ sussidju mogħti mill-kontribuzzjoni finanzjarja minn SASAC jew minn SRF fil-forma ta’ għotjiet. Kif spjegat hawn fuq, il-Kummissjoni sabet żidiet kapitali paralleli fid-diversi kumpaniji tal-grupp fiċ-Ċina u finalment diretti lejn Jushi Egypt fl-istess daqs u matul l-istess perjodu. Minħabba li CNBM irċeviet dawn il-fondi mingħand SASAC u/jew SFR allokati għall-investiment fl-Eġittu taħt l-Inizjattiva “Belt and Road” u l-politika ta’ globalizzazzjoni, CNBM intuża sempliċiment biex dawk il-fondi jitwasslu lil Jushi Egypt mingħajr ma żamm l-ebda benefiċċju għalih innifisu għax dan kien ikun inkonsistenti mal-allokazzjoni. Il-fatt li l-ammont tad-diskrepanza ta’ finanzjament fl-investiment Eġizzjan ta’ Jushi Egypt kien prattikament jikkorrispondi għall-ammont taż-żidiet kapitali jkompli jikkonferma dan. |
(222) |
Sabiex jiġi ddeterminat l-ammont ta’ fondi diretti minn CNBM lil Juhi Egypt bħala injezzjonijiet ta’ ekwità, il-Kummissjoni analizzat u rintraċċat iż-żidiet suċċessivi fl-ekwità fil-kumpaniji kkonċernati, jiġifieri Juhi Egypt, Jushi Group and China Jushi, li CNBM hija l-azzjonist ewlieni tagħhom. |
(223) |
Fis-segwiment tal-perkors tal-fondi, il-Kummissjoni eżaminat mhux biss iż-żidiet fil-kapital imħallas, iżda wkoll iż-żidiet fi strumenti azzjonarji oħra. B’mod speċifiku, ammont sostanzjali ta’ fondi ġie skopert fil-forma ta’ surpluses ta’ kapital fil-kumpaniji intermedji China Jushi and Jushi Group. Fir-rigward speċifiku ta’ dawn il-kumpaniji intermedjarji, il-Kummissjoni nnutat li f’ċerti żidiet kapitali l-ammont ta’ fondi trasferiti lil dawn il-kumpaniji kien akbar mill-ammonti li l-kumpanija rreġistrat aktar tard bħala kapital imħallas. Għalhekk il-kumpanija jkollha aċċess għal dawn il-fondi mingħajr il-bidla mistennija fis-sehem tas-sjieda tal-kumpanija. Meta jitqiesu l-injezzjonijiet ta’ ekwità permezz ta’ kapital imħallas u l-ammonti li jinstabu taħt tip ieħor ta’ kontijiet kapitali, bħal surplus kapitali, il-Kummissjoni tista’ tiddetermina li aktar minn 87 % tal-ekwità ta’ Jushi Egypt setgħet tkun imputabbli lil CNBM. Għalhekk, l-ammont totali tal-benefiċċju lill-benefiċjarju skont dan l-approċċ ikun ta’ (USD 142,8 miljun). |
(224) |
Madankollu, minħabba l-aċċess limitat għal informazzjoni aktar dettaljata, il-Kummissjoni ma setgħetx tiddetermina l-oriġini eżatta ta’ dawn il-fondi kollha, u għalhekk ma setgħetx tistabbilixxi b’biżżejjedi standard ta’ probabbiltà li l-ammonti kollha li jinsabu f’kontijiet kapitali oħra ta’ Jushi Egypt kienu diretti u ttrasferiti minn CNBM. |
(225) |
Għalhekk, il-Kummissjoni adottat approċċ aktar prudenti, li jiffoka esklussivament fuq l-evoluzzjoni tal-ammonti tal-kapital imħallas li jikkorrispondu għall-istandard ta’ probabbiltà f’dak li għandu x’jaqsam mas-sors tagħhom minn CNBM. B’mod aktar speċifiku, il-Kummissjoni sempliċiment ikkunsidrat iż-żieda tal-kapital imħallas ta’ CNBM f’China Jushi mill-2011 u l-iżvilupp parallel ta’ żidiet kapitali f’Jushi Egypt mill-2012. B’riżultat ta’ dan, il-Kummissjoni qieset li 51 % tal-ekwità f’Jushi Egypt (jew USD 81,8 miljun) ġiet ipprovduta minn CNBM permezz tal-kontribuzzjoni finanzjarja riċevuta minn SASAC jew minn SRF. |
(226) |
Ladarba l-ammont sħiħ tal-għotjiet ġie stabbilit, il-Kummissjoni pproċediet biex tikkalkula l-benefiċċju konferit lil Jushi Egypt matul il-perjodu ta’ investigazzjoni skont l-Artikoli 6 u 7 tar-Regolament bażiku. Il-benefiċċju tal-għotjiet permezz ta’ żidiet fl-ekwità għandu jiġi allokat lill-PI meta jitqies il-perjodu tal-amortizzament tal-ekwità, li mhuwiex assi fiss u għalhekk normalment ikun soġġett għal provvedimenti tal-allokazzjoni skont l-Artikolu 7(4) tar-Regolament bażiku. |
(227) |
Minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni minn Jushi Egypt fit-tweġiba tagħha għat-talba għall-informazzjoni, il-Kummissjoni ma kellhiex aktar informazzjoni dwar xi ftehim speċifiku li jikkonċerna l-użu tal-għotja marbuta mal-investimenti fl-ekwità ma’ SASAC jew SRF. Fil-każ Tyres, il-Kummissjoni armortizzat l-ammont tal-għotja fuq perjodu ta’ seba’ snin minħabba li dan kien konformi mad-durata medja tal-investiment ta’ SRF u ma’ self ieħor simultanju meħud għal dik it-tranżazzjoni (87). Madankollu, fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni u ta’ ftehim speċifiku tal-azzjonistiċi f’dan il-każ, il-Kummissjoni ddeċidiet li ssegwi approċċ konservattiv u ddeċidiet li tuża l-ħajja utli medja tal-assi ta’ Jushi Egypt bis-suppożizzjoni li l-finanzjament kien użat biex jimla l-vojt fil-proġett ta’ investiment f’konformità mal-Artikolu 7(3) flimkien mal-Artikolu 7(4) tar-Regolament bażiku, li jipprevedi li jista’ jintuża perjodu ta’ armortizzazzjoni differenti jekk iċ-ċirkostanzi jiġġustifikaw dan. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni użat perjodu ta’ amortizzazzjoni ta’ tnax-il sena. |
(228) |
Is-sussidji kollha li nstabu kienu stabbiliti għall-fatturat totali tal-kumpanija. L-ammont ta’ sussidju kien imbagħad allokat għall-fatturat tal-prodott ikkonċernat mibjugħ lill-Unjoni Ewropea. |
(229) |
Dan irriżulta f’ammont ta’ sussidjar ta’ 2,01 %. |
3.3.3.6.
(230) |
Wara d-divulgazzjoni finali, il-produttur esportatur sostna li l-Kummissjoni naqset milli turi li l-ekwità hija attribwibbli għal CNBM u b’mod aktar speċifiku, li ma oriġinatx mill-profitti ta’ China Jushi jew Jushi Group. F’din il-linja l-kumpanija sostniet ukoll li l-Kummissjoni naqset milli tispjega għaliex ta’ kull sena mill-2010 ngħataw fondi minn CNBM lil China Jushi iżda l-fondi għaddew għand Jushi Group u Jushi Egypt matul uħud biss minn dawk is-snin. Bl-istess mod hija sostniet li l-Kummissjoni ma stabbilixxietx li l-appoġġ għall-investiment kapitali huwa attribwibbli lil xi korp pubbliku u li konsegwentement ma jistax jikkostitwixxi sussidju. Fl-aħħar nett, il-produttur esportatur talab li, jekk il-Kummissjoni żżomm l-approċċ tagħha, hija trid tiddivulga kif hija tqis li hemm xi xejra bejn l-appoġġ għall-kapital minn CNBM lil Jushi China u dak bejn Jushi Group u Jushi Egypt. |
(231) |
L-ewwel nett, fir-rigward tal-oriġini tal-fondi, il-Kummissjoni nnutat li l-kumpanija ma pprovdiet l-ebda evidenza addizzjonali biex tissostanzja l-affermazzjoni. Madankollu, il-Kummissjoni analizzat aktar il-kontijiet tal-kumpaniji kkonċernati biex tidentifika jekk iż-żidiet fl-ekwità kinux ġejjin mill-profitti tagħhom. Il-Kummissjoni osservat li l-ebda żieda fl-ekwità ma oriġinat mill-profitti jew mill-kontijiet tal-qligħ imfaddal. Madankollu, il-Kummissjoni identifikat li ċerti żidiet fl-ekwità ta’ China Jushi li seħħew fis-snin 2012 u 2016 jistgħu jiġu attribwiti għar-riżervi kapitali. Madankollu, il-kumpanija naqset milli tipprovdi informazzjoni dwar l-oriġini tal-fondi fil-kontijiet ta’ riżerva kapitali. Għalhekk il-Kummissjoni kkonkludiet li l-profitt mhux distribwit jew il-qligħ imfaddal ma kinux is-sors attribwibbli tal-fondi użati għaż-żidiet fl-ekwità f’Jushi Egypt sa mill-2012. |
(232) |
It-tieni, rigward il-mument meta l-fondi ġew trasferiti lil Jushi Group u Jushi Egypt, il-Kummissjoni nnutat li l-produttur esportatur naqas milli jipprovdi evidenza ulterjuri biex jissostanzja jew jispjega l-iskedar taż-żieda fl-ekwità ta’ CNBM. Bl-istess mod, il-Kummissjoni nnutat li flimkien mal-intervalli ta’ żmien fit-trasferimenti ta’ ekwità minn kumpanija għall-oħra, iż-żidiet fl-ekwità wieġbu wkoll għar-rekwiżiti kapitali differenti ta’ Jushi Egypt marbuta mal-investimenti matul il-perjodu analizzat. |
(233) |
It-tielet, rigward jekk l-oriġini tal-fondi li jappoġġjaw iż-żieda kapitali tistax tiġi attribwita lil korp pubbliku, il-Kummissjoni nnotat fil-premessa (215), li anki jekk dawn ma jikkostitwixxux korpi pubbliċi, SASAC kif ukoll SRF jitqiesu bħala inkarigati jew diretti mill-gvern biex iwettqu politiki u funzjonijiet governattivi skont l-Artikolu 3(1)(iv) tar-Regolament bażiku. |
(234) |
Fl-aħħar, rigward id-divulgazzjoni dwar l-istabbiliment tax-xejra bejn l-appoġġ għall-kapital minn CNBM lil Jushi China u bejn Jushi Group u Jushi Egypt, il-Kummissjoni nnutat li din l-informazzjoni ġiet ipprovduta. Il-premessi (186) sa (231) hawn fuq spjegaw fid-dettall is-sejbiet u l-metodoloġija użata biex jiġi kkalkulat l-ammont ta’ sussidju. Bl-istess mod, fid-divulgazzjoni speċifika, il-produttur esportatur ingħata informazzjoni sħiħa dwar l-evidenza għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni u l-analiżi tagħha rigward l-appoġġ kapitali minn CNBM lil Jushi China u minn Jushi Group lil Jushi Egypt. |
(235) |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni ċaħdet dawn l-affermazzjonijiet. |
(236) |
Il-produttur esportatur sostna wkoll li l-Kummissjoni naqset milli tistabbilixxi l-ammont tal-benefiċċju u trid turi għaliex kull provvediment ta’ kapital ta’ ekwità mhuwiex konformi mal-prattika normali tal-investiment. |
(237) |
Il-Kummissjoni fakkret li matul l-investigazzjoni t-tim tal-każ ipprova jikseb aċċess għall-informazzjoni rilevanti mingħand CNBM. Madankollu, kif spjegat fit-Taqsima 3.3.3.2, la CNBM u lanqas Jushi Group ma kkooperaw bis-sħiħ fl-investigazzjoni u l-Kummissjoni kellha tistrieħ fuq il-fatti disponibbli għas-sejbiet tagħha. Barra minn hekk, il-premessi (218) sa (221) jiddeskrivu kif jiġi stabbilit il-benefiċċju. Essenzjalment, hija tispjega li SASAC u SRF ma segwewx il-prinċipji tas-suq meta pprovdew finanzjament, iżda operaw biex jimplimentaw il-politiki rispettivi tal-gvern. Il-Kummissjoni għalhekk ma laqgħetx din l-affermazzjoni. |
(238) |
Il-produttur esportatur argumenta wkoll li ma jistax jiġi kkunsidrat li l-fondi kollha pprovduti minn CNBM oriġinaw minn korpi pubbliċi peress li CNBM hija kumpannija kkwotata fil-borża b’diversi mezzi oħra ta’ ġbir ta’ fondi. B’riżultat ta’ dan, il-Kummissjoni ma tistax tikkonkludi li t-total tal-allegat appoġġ kapitali minn CNBM lil Jushi China jikkostitwixxi sussidju. Għalhekk, il-kumpanija argumentat li l-benefiċċju ma jistax ikun ogħla mir-rata ta’ sussidju li nstabet għal CNBM fiċ-Ċina fl-investigazzjoni tar-Regolament dwar il-Materjali tal-Fibra tal-Ħġieġ (88), immultiplikata bl-ammont ta’ appoġġ kapitali. Il-produttur esportatur sostna wkoll li l-Kummissjoni naqset milli tikkalkola l-benefiċċju peress li ma qisitx li l-appoġġ għall-investiment kapitali minn CNBM kien sar bi skambju ta’ ishma u, b’hekk, ta’ dividendi. |
(239) |
L-ewwel nett, il-Kummissjoni nnutat li l-kumpanija ma pprovdiet l-ebda evidenza addizzjonali biex tissostanzja l-affermazzjoni. Bl-istess mod il-Kummissjoni fakkret li la CNBM u lanqas Jushi Group ma kkooperaw bis-sħiħ fl-investigazzjoni u l-Kummissjoni kellha tistrieħ fuq il-fatti disponibbli għas-sejbiet tagħha. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni fakkret li r-rata ta’ sussidju li nstabet għal CNBM fit-Taqsima 3.4 u 3.8 tar-Regolament dwar il-materjali tal-fibra tal-ħġieġ kienet ibbażata fuq self u għotjiet viżibbli fir-rapport ta’ awditjar disponibbli pubblikament ta’ CNBM, u b’hekk limitat is-sejbiet tagħha b’mod prudenti ħafna biss għal ċerti sussidji fi skemi ta’ sussidju speċifiċi, li setgħu jiġu faċilment identifikati u li mhumiex relatati mal-iskema ta’ sussidju inkwistjoni f’din l-investigazzjoni. Għalhekk, jekk il-Kummissjoni żbaljat, hija żbaljat fuq in-naħa tal-kawtela. |
(240) |
Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni nnutat li ma analizzatx jekk il-fondi trasferiti minn CNMB sarux bi skambju ma’ ishma. Fil-fatt, l-ebda evidenza ma ġiet ipprovduta li CNMB tabilħaqq irċeviet ishma bi skambju. Għall-kuntrarju, l-investigazzjoni stabbiliet li CNBM irċeviet kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-gvern sabiex timplimenta l-politiki tagħha, u li dawn il-kontribuzzjonijiet finanzjarji ġew riċevuti fil-forma ta’ għotjiet li mbagħad intużaw għal kontribuzzjonijiet kapitali biex jiffinanzjaw l-operazzjonijiet ta’ Jushi Egypt. |
(241) |
Fid-dawl tal-argumenti ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni ċaħdet dawn l-affermazzjonijiet. |
3.4. Provvista ta’ oġġetti b’remunerazzjoni inqas minn adegwata
3.4.1. Provvista ta’ elettriku b’remunerazzjoni inqas minn adegwata
(242) |
Ma nstab l-ebda benefiċċju għall-forniment tal-elettriku għal remunerazzjoni inqas minn dik adegwata, minħabba li fl-Eġittu r-rati tal-elettriku huma stabbiliti fil-livell nazzjonali, u l-produttur esportatur iħallas ir-rata tas-soltu għall-utenti industrijali fi ħdan firxa ta’ vultaġġ partikolari. |
(243) |
Ma nstab l-ebda benefiċċju għall-provvista ta’ gass b’remunerazzjoni inqas minn adegwata. Ir-rati għall-gass huma stabbiliti għal ċerti setturi industrijali, iżda l-produttur esportatur jaqa’ fil-kategorija residwa ta’ utenti industrijali, li ma jibbenefikax mill-aktar rata baxxa. Għalhekk, ma hemm l-ebda speċifiċità u benefiċċju. |
3.4.2. Provvista ta’ art b’remunerazzjoni inqas minn adegwata
3.4.2.1.
(a) Bażi ġuridika
(244) |
Il-bażijiet ġuridiċi ta’ dan il-programm huma:
|
(b) Nuqqas parzjali ta’ kooperazzjoni u użu ta’ fatti disponibbli fir-rigward ta’ TEDA Investment Co Ltd. — applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 28(1) tar-Regolament bażiku fir-rigward tal-GTE
(245) |
Il-Kummissjoni bagħtet lill-GTE talba għal informazzjoni maħsuba għal Tianjin TEDA u talbet informazzjoni meħtieġa biex tivvaluta l-involviment tal-GTE jew tal-GTĊ fil-kontroll tal-kumpanija. Il-Kummissjoni kkunsidrat li t-talba għal informazzjoni kienet neċessarja fid-dawl tar-rwol li kellha l-kumpanija fl-iżvilupp u l-kostruzzjoni taż-Żona SETC, kif spjegat fil-premessa (34) hawn fuq. |
(246) |
Fit-tweġiba għat-talba għal informazzjoni, TEDA pprovdiet biss data dwar Egypt TEDA Investment Co., Ltd. li kienet diġà ġiet ippreżentata bħala tweġiba għall-kwestjonarju inizjali. |
(247) |
Madankollu, il-Kummissjoni aċċertat li ġiet ipprovduta informazzjoni limitata ħafna dwar Tianjin TEDA. |
(248) |
Fin-nuqqas ta’ tali informazzjoni, il-Kummissjoni qieset li ma kinitx irċeviet informazzjoni kruċjali rilevanti għal dan l-aspett tal-investigazzjoni. |
(249) |
Għalhekk, il-Kummissjoni informat lill-GTE li jista’ jkun li hija jkollha tirrikorri għall-użu tal-fatti disponibbli skont l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku meta teżamina l-eżistenza u l-firxa tal-allegat sussidjar għall-kumpaniji li jinsabu fiż-Żona SETC. Il-GTE oġġezzjona u saħaq li kien ikkoopera b’mod sħiħ mal-Kummissjoni u li ma setgħax jipprovdi informazzjoni dwar kumpanija barra mill-ġurisdizzjoni tiegħu. |
(250) |
Madankollu, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-informazzjoni pprovduta dwar Tianjin TEDA ma kinitx biżżejjed u li l-GTE, kif spjegat fil-premessa (16) hawn fuq, kien f’pożizzjoni li jipprovdi l-informazzjoni. |
(251) |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni applikat l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku u straħet fuq il-fatti disponibbli fir-rigward ta’ dan il-punt. |
(c) Sejbiet tal-investigazzjoni
(252) |
Skont l-Artikolu 5 tal-Liġi 83/2002, kif emendata fl-2015, fl-SCZone, “is-sjieda tal-art għandha tkun tal-Awtorità fiż-żon a”. Mill-2015, ma għadux possibbli li wieħed jixtri s-sjieda sħiħa tal-art mill-Awtorità Ġenerali. Fil-preżent, l-Awtorità Ġenerali tipprovdi biss drittijiet ta’ użufrutt tal-art lill-Kumpanija Ewlenija tal-Iżvilupp (“MDC”), żviluppatur Eġizzjan. L-MDC imbagħad tpoġġi l-użufrutt tal-art f’irkant għas-sottożviluppaturi bħal TEDA. Sussegwentement, dawn is-sottożviluppaturi jikru l-art lill-kumpaniji li jinsabu fiż-żona. |
(253) |
Madankollu, meta fl-2011 Jushi Egypt bdiet tuża l-impjant tagħha, kien għadu possibbli li takkwista s-sjieda sħiħa tal-art mingħand l-awtoritajiet Eġizzjani. F’dak iż-żmien, Jushi Egypt xtrat biċċa art mingħand TEDA. TEDA min-naħa tagħha xtrat din il-biċċa art fl-1998 permezz tal-predeċessur tagħha, l-Egypt China Joint Venture Company, mill-Provinċja ta’ Suez bi prezz baxx ħafna (inqas minn 1 USD/m2), u mingħajr l-ebda proċedura ta’ offerti. Wara x-xiri inizjali fl-1998, TEDA investiet f’infrastruttura bażika biex tagħmel l-art tad-deżert mhux żviluppata vijabbli għal proġetti industrijali. |
(254) |
F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni vverifikat jekk ECJV u TEDA kinux korpi pubbliċi fis-sens tal-Artikoli 3 u 2(b) tar-Regolament bażiku. Fid-dawl tan-nuqqas ta’ kooperazzjoni tal-GTE, il-Kummissjoni kellha toqgħod fuq il-fatti disponibbli. Il-Kummissjoni l-ewwel fittxet informazzjoni dwar is-sjieda tal-Istat, kif ukoll indizji formali ta’ kontroll tal-gvern f’dan l-entitajiet. Hija analizzat ukoll jekk il-kontroll kienx eżerċitat b’mod sinifikanti. |
(255) |
L-ewwel, il-Kummissjoni sabet li ECJV u TEDA kienu entitajiet relatati, u li t-tnejn kienu kompletament proprjetà tal-Istat. Tabilħaqq, kif imsemmi fil-premessa (33) hawn fuq, Tianjin TEDA huwa SOE taħt il-Gvern Muniċipali ta’ Tianjin, li fforma impriża konġunta mal-Amministrazzjoni Eġizzjana tal-Kanal tas-Suez, mal-Bank Nazzjonali tal-Eġittu u ma’ erba’ intrapriżi oħrajn tal-Istat Eġizzjan għall-ħolqien tal-ECJV, sabiex tiġi żviluppata u tinbena ż-żona ekonomika. In-naħa Ċiniża kellha 10 % tal-ishma ta’ ECJV, u n-naħa Eġizzjana 90 % (89). Barra minn hekk, kif imsemmi fil-premessa (36) hawn fuq, f’Ottubru 2008, Tianjin TEDA stabbiliet impriża konġunta mal-Fond għall-Iżvilupp bejn iċ-Ċina u l-Afrika, sussidjarju taċ-China Development Bank, sabiex titwaqqaf China-Africa TEDA Investment Co., Ltd. (“China-Africa TEDA”), bħala l-entità ta’ investiment ewlenija taċ-Ċina fiż-żona ta’ kooperazzjoni. China-Africa TEDA ngħaqdet ma’ ECJV, biex toħloq kumpanija ġdida, TEDA, biex tmexxi l-iżvilupp taż-Żona SETC fl-Eġittu. Din id-darba, in-naħa Ċiniża kellha 80 % tal-ishma, filwaqt li n-naħa Eġizzjana (irrappreżentata mill-ECJV) kellha 20 %. |
(256) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni stabbiliet l-eżistenza ta’ indizji formali ta’ kontroll mill-Istat ta’ dawn l-investituri. Peress li ż-żewġ entitajiet huma proprjetà sħiħa tal-Istat, il-gvernijiet Ċiniżi u Eġizzjani formalment għandhom kontroll sħiħ fuqhom. B’mod partikolari, fin-nuqqas ta’ informazzjoni speċifika li tindika mod ieħor, il-Kummissjoni qieset li l-maniġers u s-superviżuri fl-entitajiet inkwistjoni huma preżunti li huma maħtura u akkontabbli lejn l-Istat kif inhu l-każ tal-kumpaniji tal-Istat f’dawk il-pajjiżi. |
(257) |
B’hekk, l-allokazzjoni inizjali tal-art lil ECJV għal prezz tax-xiri ta’ inqas minn 1 USD/m2 f’konformità mal-qafas ġuridiku applikabbli ċertament kienet tinvolvi kontribuzzjoni finanzjarja mill-GTE (90). It-trasferiment sussegwenti tal-art bejn ECJV u TEDA kien fil-fatt tranżazzjoni bejn kumpaniji relatati, ibbażata fuq prezz ta’ trasferiment li jinvolvi l-istess atturi fuq iż-żewġ naħat tat-tranżazzjoni. |
(258) |
Fl-aħħar nett, fir-rigward tal-bejgħ tal-art minn Egypt TEDA lil Jushi Egypt, il-Kummissjoni nnotat li l-azzjonist maġġoritarju ta’ TEDA, li għandu 75 % tal-ishma, huwa China-Africa TEDA Investment Company, li għandha wkoll il-maġġoranza tas-siġġijiet fuq il-Bord tad-Diretturi ta’ TEDA. Il-kontrollur aħħari ta’ China-Africa TEDA Investment Company huwa China Development Bank, li diġà kien identifikat bħala korp pubbliku. Apparti minn hekk TEDA nnifisha tiddeskrivi l-viżjoni u l-missjoni tagħha kif ġej: “Viżjoni: issir attur tal-investiment u l-operat ta’ park industrijali internazzjonali li jappoġġja liċ-Ċina, li jibda mill-Eġittu, u li jħares lejn l-Afrika u anke lejn id-dinja kollha. Missjoni: li timbotta ’l quddiem lill-intrapriżi Ċiniżi li joħorġu barra mill-pajjiż, u mbagħad timbotta ’l quddiem il-proċess ta’ internalizzazzjoni tal-intrapriżi Ċiniż i” (91). TEDA tirreferi wkoll b’mod estensiv fil-pubblikazzjonijiet tagħha għall-attenzjoni, il-motivazzjoni u l-appoġġ minn MOFCOM u mill-Gvern tal-Muniċipalità ta’ Tianjin fl-eżekuzzjoni tal-attivitajiet tagħha. |
(259) |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni stabbiliet li l-entitajiet ikkontrollati mill-istat li pprovdew art lil Jushi Egypt huma korpi pubbliċi fis-sens tal-Artikolu 2(b) moqri flimkien mal-Artikolu 3(1)(a)(i) tar-Regolament bażiku. Tabilħaqq, l-azzjonijiet ta’ TEDA taħt il-kontroll dirett tal-GTĊ u fil-kuntest tal-kooperazzjoni mill-qrib tal-GTE-GTĊ jistgħu jiġu attribwiti lill-GTE kif spjegat qabel fit-Taqsima 3.2.3 bħala parti mis-sett ta’ appoġġ preferenzjali lill-produttur tal-GFR fl-Eġittu. |
(260) |
Barra minn hekk, anki li kieku l-entitajiet ikkontrollati mill-Istat kellhom ma jitqisux bħala korpi pubbliċi, abbażi tal-evidenza fil-premessi (219) sa (224), kif ukoll tal-evidenza relatata mal-kooperazzjoni mill-qrib bejn il-GTĊ u l-GTE, il-Kummissjoni stabbilixxiet li dawn jitqiesu li huma inkarigati u mogħtija direzzjonijiet mill-GTĊ u mill-GTE biex iwettqu funzjonijiet normalment vestiti fil-gvern skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(iv) tar-Regolament bażiku. B’hekk, fi kwalunkwe każ, l-imġiba tagħhom tiġi attribwita lill-GTE. |
(261) |
Wara d-divulgazzjoni finali, kemm il-GTE kif ukoll il-produtturi esportaturi qalu li l-Kummissjoni ma tistax tqis li l-imġiba ta’ korpi pubbliċi jew korpi privati Ċiniżi inkarigati jew mogħtija direzzjonijiet mill-GTĊ jikkostitwixxu sussidji skont ir-Regolament bażiku, peress li din l-imġiba mhijiex attribwibbli għall-gvern tal-pajjiż tal-oriġini jew tal-esportazzjoni. |
(262) |
Madankollu, kif diġà ssemma fil-premessi (258) sa (262) hawn fuq, il-Kummissjoni qieset li TEDA mhijiex biss entità pubblika Ċiniża, iżda entità pubblika kkontrollata b’mod konġunt mill-GTĊ u l-GOE, u li l-azzjonijiet taħt il-kontroll dirett tal-GTĊ jistgħu jiġu attribwiti lill-GTE anki fid-dawl tal-kooperazzjoni mill-qrib bejn il-GTĊ u l-GTE. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni nnutat li l-azzjonisti ta’ TEDA jinkludu wkoll korpi pubbliċi Eġizzjani tal-Istat, bħall-Amministrazzjoni Eġizzjana tal-Kanal ta’ Suez u n-National Bank of Egypt, li huma rrappreżentati fil-Bord tad-Diretturi tat-TEDA. Dan juri li l-GTE kien f’pożizzjoni li jirrikonoxxi u jadotta l-azzjonijiet ta’ TEDA. Fl-aħħar nett, kif imsemmi fil-premessa (263) hawn fuq, anki jekk TEDA ma titqiesx bħala korp pubbliku, il-Kummissjoni kkunsidrat li din se tiġi inkarigata jew diretta mill-GTĊ u l-GTE. |
(263) |
Minbarra l-provvista tal-art fl-2011, Jushi Egypt xtrat plot art li jmiss mingħand kumpanija Eġizzjana tal-iżvilupp fl-2016. Dan l-iżviluppatur Eġizzjan kien huwa wkoll xtara din l-art mill-istess plot ta’ art mogħtija lil Egypt China Joint Venture Company fl-1998. Il-Kummissjoni analizzat jekk l-iżviluppatur Eġizzjan kienx fdat jew direzzjonat mill-GTE biex jagħti l-art lil Jushi Egypt b’termini preferenzjali fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a)(iv) tar-Regolament bażiku. |
(264) |
F’dan ir-rispett, il-Kummissjoni nnotat li kien hemm involviment ċar tal-awtoritajiet tal-SCZone fit-tranżazzjoni tal-bejgħ lil Jushi Egypt. Tabilħaqq, l-iżviluppatur Eġizzjan kellu bżonn ibigħ il-biċċa art tiegħu minħabba li ma kellux mezzi biżżejjed biex jiżviluppa l-art skont il-klawżoli ta’ żvilupp industrijali tal-kuntratt tax-xiri inizjali tiegħu mal-GTE. F’dan il-kuntest, l-Artikolu 3 tal-kuntratt tax-xiri jgħid li jekk il-kuntratt “ma jiġix approvat mill-Awtorità Ġenerali għaż-Żona Ekonomika Speċjali tal-Kanal tas-Suez fi żmien sitt xhur, il-Parti B (Jushi Egypt) għandu jkollha d-dritt li tikkunsidra l-ksur ta’ dan il-Kuntratt mill-Parti A (l-iżviluppatur) u mbagħad dan il-Kuntratt għandu jiġi kkanċellat awtomatikamen t”. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 7 “Il-Parti B għandha tissottometti applikazzjoni bil-miktub lill-Awtorità Ġenerali għaż-Żona Ekonomika Speċjali tal-Kanal tas-Suez għall-istabbiliment ta’ proġett industrijali mill-Parti B f’isem il-Parti A u tikseb l-approvazzjonijiet…. L-Awtorità Ġenerali għaż-Żona Ekonomika Speċjali tal-Kanal tas-Suez taqbel li twettaq ir-reġistrazzjoni tal-art f’isem il-Parti B, teżamina u tapprova l-kuntratt finali tal-bejgħ tal-art, u tapplika għal ċertifikat tal-art fl-uffiċċju notarili f’isem il-Parti B”. |
(265) |
Il-GTE għalhekk uża korp privat bħala veikolu biex iwettaq kontribuzzjoni finanzjarja li permezz tagħha l-korp privat ma kellu l-ebda għażla ħlief li jbigħ l-art lil Jushi Egypt u bil-prezz u kundizzjonijiet oħra stipulati mill-GTE. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-iżviluppatur Eġizzjan kien inkarigat jew mogħti direzzjonijiet mill-Istat fis-sens tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 3(1)(a)(iv) tar-Regolament bażiku biex isegwi l-politiki governattivi mniżżlin ukoll fil-Ftehim ta’ Kooperazzjoni u jipprovdi l-art bi prezz preferenzjali lil Jushi Egypt. |
(266) |
Il-Kummissjoni talbet lill-GTE biex jipprovdi statistika dwar il-prezzijiet tal-art applikabbli fl-SCZone, kif ukoll il-proċeduri ta’ sejħiet għall-offerti relatati mat-tranżazzjonijiet tax-xiri mill-iżviluppaturi. Madankollu, il-GTE ma seta’ jipprovdi l-ebda statistika jew proċedura ta’ sejħiet għall-offerti relatata mal-perjodu jew it-tranżazzjoni taħt kunsiderazzjoni. Il-GTE seta’ jipprovdi biss informazzjoni relatata mal-proċeduri ta’ sejħiet għall-offerti għall-għoti ta’ użufrutt lil TEDA ta’ biċċa art oħra fl-2016. |
(267) |
Wara d-divulgazzjoni finali, il-GTE u l-produtturi esportaturi ddikjaraw li l-Kummissjoni bbażat ruħha fuq fatti mhux korretti sabiex tikkonkludi li Wadi Degla kienet inkarigata jew diretta mill-GTE. B’mod aktar speċifiku, huma sostnew li:
|
(268) |
Fuq l-ewwel punt, skont l-informazzjoni li għandha l-Kummissjoni fuq is-sit web tal-kumpannija (92), Wadi Degla mhijiex produttur tal-pajpijiet u tal-fittings iżda żviluppatur immobbiljari bi proġetti f’diversi postijiet, fosthom Ain Sokhna. |
(269) |
Rigward it-tieni punt, il-Kummissjoni rrikonoxxiet li Wadi Degla riedet tbigħ l-art tagħha, fost raġunijiet oħra, minħabba li ma żviluppathiex f’konformità mal-obbligi legali tagħha. Madankollu, il-kumpanija setgħet ukoll biegħet l-art tagħha fis-suq ħieles bi prezz aħjar. L-investigazzjoni żvelat li l-maniġment ta’ Jushi ma tispjegax biss għaliex Wadi Degla riedet tbigħ l-art tagħha, iżda tindika wkoll b’mod ċar li l-Awtorità Ġenerali tas-CSZone kienet involuta fin-negozjati għat-tranżazzjonijiet tal-bejgħ peress li l-kuntratt kien approvat mill-President tal-SCZone |
(a) Konklużjoni
(270) |
Is-sejbiet ta’ din l-investigazzjoni juru li l-prezzijiet għall-provvista u għall-akkwist tal-art fl-SCZone huma ddeterminati mill-awtoritajiet Eġizzjani, u li l-ipprezzar applikabbli fiż-Żona tal-SCZone mhuwiex trasparenti. L-art ingħatat b’termini preferenzjali minn korpi pubbliċi jew minn korpi privati inkarigati jew diretti mill-Istat. |
(271) |
Għalhekk, il-forniment tal-art għal remunerazzjoni inqas minn dik adegwata mill-GTE jenħtieġ li jitqies li huwa sussidju skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(iii) u tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku fil-forma ta’ forniment ta’ prodotti li jagħti benefiċċju lill-kumpaniji benefiċjarji. |
(272) |
Il-programm huwa speċifiku fis-sens tal-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku, billi l-provvista ta’ art lil kumpaniji fiż-Żona SETC għal remunerazzjoni li tkun inqas minn adegwata huwa riżervat għal ċerti kumpaniji f’żona ġeografika partikolari. |
(b) Kalkolu tal-ammont tas-sussidju
(273) |
L-ammont ta’ sussidju kumpensabbli jiġi kkalkolat f’termini tal-benefiċċju mogħti lir-riċevituri, li nstab li jeżisti tul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Il-benefiċċju mogħti lir-riċevituri huwa kkalkulat billi titqies id-differenza bejn l-ammont effettivament imħallas mill-produttur esportatur għall-art u l-ammont li normalment jenħtieġ jintħallas abbażi ta’ valur referenzjarju bbażat fuq is-suq. Il-benefiċċju għax-xiri tal-art minn Jushi Egypt ġie kkalkolat kif ġej. |
(274) |
Il-GTE ma seta’ jipprovdi ebda informazzjoni jew statistika dwar il-prezzijiet tax-xiri għall-art. Il-GTE pprovda biss informazzjoni dwar tranżazzjonijiet li jirrigwardjaw l-użufrutt tal-art. Tabilħaqq, fl-2016, saret stima tal-proprjetà immobbli minn kumitat ta’ esperti sabiex tiġi stabbilita mappa tal-prezzijiet għall-użufrutt tal-art fl-SCZone. Fuq il-bażi ta’ dan l-istudju, ġie ddeterminat il-valur medju annwali tal-użufrutt tal-art fiż-Żona Ekonomika usa’ tal-Kanal ta’ Suez. Min-naħa l-oħra, TEDA ffirmat kuntratt ta’ użufrutt tal-art mal-MDC fl-2016 sabiex tkompli tespandi ż-Żona SETC eżistenti b’6 km2. Il-Kummissjoni mmultiplikat il-valur medju annwali tal-użufrutt tal-art fl-SCZone bit-tul tal-kuntratt tal-użufrutt tal-art iffirmat ma’ TEDA għaż-żona ta’ espansjoni ta’ 6 km2. Il-Kummissjoni qieset li dan kien jirrappreżenta l-valur totali tax-xiri ta’ art mhux żviluppata għall-iżviluppatur. |
(275) |
Sabiex jitqies il-kost biex l-iżviluppatur jiżviluppa l-art, il-kost ta’ investiment ta’ TEDA għal kull m2 sussegwentement ġie kkalkulat fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli pubblikament. Skont din l-informazzjoni (93), kien previst investiment ta’ USD 230 miljun għall-firxa ta’ espansjoni ta’ 6 km2. Ġie miżjud ukoll profitt għall-iżviluppatur. |
(276) |
Il-prezz li rriżulta għal kull m2 ta’ art żviluppata ġie applikat għaż-żona mixtrija minn Jushi Egypt, u mqabbel mal-prezz tax-xiri li effettivament tħallas minn Jushi Egypt. Għall-biċċa art mixtrija fl-2011, il-prezz tax-xiri tal-2016 ġie kkoreġut skont l-inflazzjoni u l-evoluzzjoni tal-PDG. Din l-evoluzzjoni ġiet ikkalkulata abbażi tar-rati ta’ inflazzjoni u l-evoluzzjoni tal-PDG per capita bil-prezzijiet attwali f’USD għall-Eġittu kif ippubblikati mill-FMI għall-2016. Għall-biċċa art mixtrija fl-2016, żdied marġni kummerċjali biex tiġi kkunsidrata l-pożizzjoni ġeografika konvenjenti tal-biċċa art għax-xerrej (ħdejn il-faċilitajiet eżistenti ta’ Jushi Egypt). |
(277) |
F’konformità mal-Artikolu 7(3) tar-Regolament bażiku dwar l-allokazzjoni tal-ammonti ta’ sussidju għall-assi li mhumiex deprezzati, l-ammont ta’ sussidju ġie allokat għall-perjodu ta’ investigazzjoni billi ġiet applikata rata tal-imgħax fuq is-self xierqa disponibbli fuq is-self tal-Eġittu matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, fuq is-self mingħajr imgħax u kif ippubblikata mill-Bank Dinji (94). |
(278) |
Wara d-divulgazzjoni finali, Jushi Egypt qalet li l-Kummissjoni għamlet diversi żbalji fid-determinazzjoni tal-valur referenzjarju għall-bejgħ tal-art, jiġifieri:
|
(279) |
Dwar l-ewwel punt, il-Kummissjoni tirrikonoxxi li sjieda sħiħa hija differenti minn użufrutt, iżda peress li l-GTE ma seta’ jipprovdi l-ebda informazzjoni jew statistika dwar il-prezzijiet tax-xiri tal-art, il-Kummissjoni kkunsidrat li din kienet l-aħjar informazzjoni disponibbli biex jiġi ddeterminat il-valur referenzjarju. |
(280) |
Dwar it-tieni, il-Kummissjoni fakkret li l-valwazzjoni inkwistjoni kienet tikkonsisti fi studju indipendenti kkummissjonat mill-GTE, li kien jipprovdi l-valur intrinsiku tal-art, jiġifieri l-prezz li bih l-art normalment kieku tinbiegħ. Il-fatt li l-biċċiet tal-art fil-fatt ma nbigħux b’dan il-prezz mill-GTE ma jaffettwax il-valur intrinsiku tagħhom. |
(281) |
Fir-rigward it-tielet punt, il-Kummissjoni qieset li l-valur ta’ użufrutt huwa normalment determinat bħala perċentwal tal-valur tas-suq tal-assi sottostanti (jiġifieri l-valur tas-sjieda sħiħa) skont id-durata tal-użufrutt, jiġifieri itwal l-użufrutt, aktar ma l-valur tal-użufrutt ikun eqreb il-valur tas-sjieda sħiħa. Peress li s-sjieda sħiħa tal-art hija mid-definizzjoni indefinita fiż-żmien, bil-multiplikazzjoni tar-rata tal-użufrutt annwali b’50 sena, il-valur referenzjarju li jirriżulta, ikkalkulat mill-Kummissjoni, dejjem ikun inqas mill-valur reali tas-sjieda sħiħa. Barra minn hekk, il-Kummissjoni nnotat li fl-eżempju konkret tal-kuntratt ta’ użufrutt iffirmat minn TEDA fl-2016, l-ammont sħiħ tal-użufrutt kellu jitħallas bħala somma f’daqqa fid-data tal-bidu tad-dritt tal-użufrutt. Peress li fil-prattika ma kienx hemm kirjiet annwali bħala tali, l-affermazzjoni għalhekk issir nulla. |
(282) |
Dwar ir-raba’ punt, il-Kummissjoni nnutat li Jushi Egypt tabilħaqq xtrat art mingħajr bini fuqha. Madankollu, din l-art diġà kellha aċċess għall-utilitajiet kollha meħtieġa, toroq, trattament tad-drenaġġ, dawl pubbliku, sigurtà u faċilitajiet oħra ta’ servizz ipprovduti minn TEDA. Il-prezz ta’ biċċa art f’żona konnessa tajjeb u żviluppata ma jistax jitqabbel mal-prezz ta’ biċċa vojta fid-deżert. Barra minn hekk, id-dħul mill-iżviluppaturi tal-proprjetà immobbli, bħal TEDA, normalment jirriżulta mill-bejgħ ta’ art u mill-kiri tal-bini u l-infrastruttura pprovduti fiż-żona. Jekk il-kost tal-iżvilupp ma ġiex ikkunsidrat fil-prezz tas-suq tal-art, allura, biex nibdew, ma jkunx hemm inċentiv għall-iżviluppaturi biex jinvestu. |
(283) |
Dwar l-aħħar punt, il-Kummissjoni nnutat li hija aġġustat il-prezz tal-2016 abbażi tal-evoluzzjoni tal-PDG Eġizzjan f’termini reali mill-2011. Dan ifisser li l-inflazzjoni kkawżata mid-devalwazzjoni tal-EGP mqabbel mal-USD diġà ġiet inkluża fl-aġġustament tal-PDG. Aġġustamenti ulterjuri għall-bidliet fir-rati tal-kambju għalhekk jirriżultaw f’għadd doppju. |
(284) |
Abbaża tal-argumenti ta’ hawn fuq, l-affermazzjonijiet tal-kumpanija ġew miċħuda. |
(285) |
Is-sussidji kollha li nstabu kienu stabbiliti għall-fatturat totali tal-kumpanija. L-ammont ta’ sussidju kien imbagħad allokat għall-fatturat tal-prodott ikkonċernat mibjugħ lill-Unjoni Ewropea. |
(286) |
L-ammont ta’ sussidju li nstab għall-forniment tal-art għal remunerazzjoni inqas minn adegwata kien ta’ 2,02 %. |
3.5. Dħul rinunzjat
3.5.1. Dħul rinunzjat permezz ta’ programmi ta’ Eżenzjoni u Tnaqqis tat-Taxxi Diretti
(287) |
Wara d-divulgazzjonijiet provviżorja u finali, il-GTE u l-produttur esportatur innotaw li r-regola tat-taxxa speċjali tal-2016 għat-trattament tat-telf mill-kambju bħala telf ta’ taxxa ma tistax tikkostitwixxi sussidju billi ma tagħti l-ebda benefiċċju u mhijiex speċifika. L-ewwel nett, billi din ir-regola tat-taxxa saret biex tpaċi telf ikkawżat mill-gvern, ma tagħti l-ebda benefiċċju. It-tieni, billi l-entitajiet kollha affettwati b’mod simili mit-telf ikkawżat mill-gvern jistgħu jirrikorru għal dan it-trattament tat-taxxa, din l-iskema ma tistax titqies bħala speċifika. |
(288) |
Il-Kummissjoni rrikonoxxiet fis-sejbiet provviżorji tagħha li din il-leġiżlazzjoni kienet ġeneralment applikabbli għall-kumpaniji kollha fl-Eġittu u kienet maħsuba biex tpaċi l-effetti negattivi tal-iżvalutar tal-munita Eġizzjana. Madankollu, il-Kummissjoni qalet ukoll li l-kumpaniji li huma prinċipalment orjentati lejn l-esportazzjoni u jħaddmu n-negozju tagħhom kważi kollu f’muniti barranin bħal USD jew EUR ibbenefikaw b’mod sproporzjonat minn din il-leġiżlazzjoni. Tabilħaqq, dawn il-kumpaniji ma ġarrbux telf reali sinifikanti b’konsegwenza tad-devalwazzjoni tal-EGP, peress li t-telf mir-rata tal-kambju fuq ix-xiri/l-obbligazzjonijiet tagħhom f’USD seta’ jiġi paċu mill-qligħ mir-rata tal-kambju fuq il-bejgħ tagħhom f’USD. Bħala riżultat, minflok ma tpaċa telf ikkawżat mill-gvern, il-leġiżlazzjoni attwalment ħolqot benefiċċju tat-taxxa, li applika speċifikament għal din it-tip ta’ kumpaniji. Għalhekk, il-Kummissjoni rrifjutat l-affermazzjoni. |
(289) |
Għaldaqstant, il-premessi minn (93) sa (102) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati. |
3.5.2. Dħul rinunzjat permezz ta’ Programmi tat-Taxxi Indiretti u tat-Tariffi tal-Importazzjoni
3.5.2.1.
(a) Sejbiet tal-investigazzjoni
(290) |
Wara divulgazzjoni provviżorja, il-GTE u l-produttur esportatur qajmu diversi kwistjonijiet. L-ewwel, mhuwiex minħabba li fl-imgħoddi Jushi Egypt mhux dejjem irċeviet rimborżi sħaħ u f’waqthom tal-VAT mingħand il-GTE (meta ma kinux fiż-Żona Ekonomika tal-Kanal tas-Suez) li issa hemm dħul rinunzjat fir-rigward tat-trattament tat-taxxa li japplika għalihom taħt iż-Żona Ekonomika tal-Kanal tas-Suez. |
(291) |
It-tieni, il-Kummissjoni qabblet it-trattament tat-taxxa kkontestat ma’ trattament tat-taxxa ipotetiku estrapolat mis-sitwazzjoni ta’ Jushi Egypt qabel ma daħlet fiż-Żona Ekonomika tal-Kanal tas-Suez, minflok ma qabblet it-trattament tat-taxxa kkontestat mar-regoli tal-VAT tal-Eġittu fuq l-importazzjoni ta’ tagħmir u materja prima. |
(292) |
It-tielet, il-Kummissjoni ma qajmet ebda kwistjoni jew diskussjoni dwar l-amministrazzjoni tal-VAT fl-Eġittu matul iż-żjara ta’ verifika. |
(293) |
Ir-raba’, il-GTE fakkar li l-Artikolu 27 tal-Ftehim SCM jitlob trattament speċjali u differenzjali tal-pajjiżi Membri tad-WTO li qed jiżviluppaw. Il-fatt li l-GTE mhux dejjem kellu r-riżorsi biex iħallas lura l-ammont dovut tal-kreditu tal-VAT fil-ħin ma għandux jiġi hekk ikkastigat mill-Kummissjoni. |
(294) |
Il-ħames, il-GTE fakkar li l-parametru referenzjarju tas-sussidju identifikat mill-Kummissjoni huwa s-sitwazzjoni tal-kumpaniji qabel ma daħlu fiż-Żona Ekonomika tal-Kanal tas-Suez. Kumpaniji li mhumiex fiż-Żona Ekonomika tal-Kanal tas-Suez eventwalment jirċievu mingħand il-GTE parti mill-VAT imħallsa, għalkemm mhux fil-ħin u mhux b’mod sħiħ. Għalhekk, l-ammont sħiħ tal-VAT li normalment titħallas ma jistax jikkostitwixxi l-benefiċċju, minħabba li Jushi Egypt jenħtieġ li tirċievi parti minn din il-VAT pagabbli lura mill-GTE. Barra minn hekk, peress li l-bilanċ tal-kreditu tal-VAT ta’ Jushi Egypt issa qed jonqos minħabba li Jushi Egypt tirċievi aktar reċivibbli tal-VAT, l-ammont sħiħ ta’ VAT normalment pagabbli kien ikun parzjalment paċut kontra dan ir-reċivibbli tal-VAT. Fl-aħħar nett, fil-bidu tal-2020, l-ammonti dovuti ta’ VAT fuq l-importazzjonijiet minn Jushi Egypt għall-perjodu 2017–2018 kienu ġew saldati u paċuti kontra l-kreditu tal-VAT ta’ Jushi Egypt mill-GTE. B’riżultat ta’ dan, ma hemmx aktar benefiċċju. |
(295) |
Fl-aħħar, peress li l-Kummissjoni korrettament ikkunsidrat li ma kellhomx jitħallsu dazji fuq l-importazzjoni fir-rigward tal-inputs għall-prodotti esportati, il-Kummissjoni kien imissha applikat l-istess raġunament fir-rigward tal-VAT fuq l-inputs għall-prodotti esportati. Minn dan isegwi li l-Kummissjoni trid, sabiex tikkalkola l-benefiċċju, talloka l-ammont tal-VAT dovut matul il-perjodu ta’ investigazzjoni lill-kwantitajiet ta’ materjali użati għall-produzzjoni ta’ oġġetti mibjugħa biss fis-suq domestiku. |
(296) |
Bi tweġiba għal dawn l-affermazzjonijiet, il-Kummissjoni tixtieq tiċċara li l-għan tagħha mhuwiex li tikkastiga lill-GTE għal nuqqas ta’ riżorsi jew li tikkritika s-sistema tal-VAT fl-Eġittu bħala tali. Fl-istess ħin, il-Kummissjoni nnutat li l-Artikolu 27 tal-Ftehim SCM ma għandux rwol fl-affermazzjoni tal-GTE f’dan il-kuntest. L-aktar dispożizzjoni rilevanti applikabbli fil-proċedimenti tad-dazju kumpensatorju hija l-paragrafu (10) tal-Artikolu 27, li jittratta biss ċerti limiti de minimis, filwaqt li d-dispożizzjonijiet l-oħrajn tal-Artikolu 27 jittrattaw prinċipalment is-sussidji fuq l-esportazzjoni tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw. F’dan il-każ, il-GTE qed jibbaża fuq l-Artikolu 27 biex jiġġustifika n-nuqqas ta’ ħlas lura ta’ krediti tal-VAT lill-kontribwenti, li għalihom din id-dispożizzjoni hija irrilevanti. |
(297) |
Fir-rigward tal-affermazzjoni li tikkonċerna t-talbiet għall-informazzjoni dwar is-sistema tal-VAT, il-Kummissjoni talbet informazzjoni dwar kif taħdem is-sistema tal-VAT fl-Eġittu mill-bidu tal-investigazzjoni, permezz tal-kwestjonarju. Barra minn hekk, matul iż-żjara ta’ verifika tqajmu mistoqsijiet ġenerali dwar l-ammont ta’ taxxi miġbura mill-produtturi esportaturi. Il-Kummissjoni għalhekk qieset li kienet irċeviet biżżejjed informazzjoni matul l-investigazzjoni dwar il-qafas tal-VAT bħala tali. |
(298) |
Madankollu, il-Kummissjoni nnutat li t-trattament tal-VAT huwa differenti għal kumpaniji fl-SCZone. Tabilħaqq, kumpaniji fl-SCZone ma għandhomx għalfejn iħallsu l-VAT bil-quddiem (“xenarju 1”). B’kuntrast ma’ dan, kontribwenti f’sitwazzjonijiet komparabbli, jiġifieri kumpaniji li mhumiex fl-SCZone, ikollhom iħallsu l-VAT bil-quddiem (“xenarju 2”). Jekk din il-VAT eventwalment hijiex dovuta jew tridx tiġi rimborżata f’dak il-mument huwa irrilevanti. Dak li huwa importanti huwa li inizjalment ma jinġabar l-ebda dħul mill-GTE fix-xenarju 1, filwaqt li fil-każijiet kollha tax-xenarju 2 d-dħul tal-GTE jinġabar mill-ewwel. |
(299) |
Skont il-qafas normattiv rilevanti fl-Eġittu, fid-data tas-saldu, l-ammont finali tas-saldu jkun dovut mill-kumpaniji fix-xenarju 1, filwaqt li parti mid-dħul miġbur mill-GTE jerġa’ lura għand il-kumpaniji fix-xenarju 2 (fil-każ li l-VAT tkun trid tiġi rimborżata). Jekk dan il-proċess ta’ saldu jkun rapidu u affidabbli, allura l-benefiċċju li wieħed ma jkollux iħallas bil-quddiem skont ix-xenarju 1 ikun ekwivalenti għall-vantaġġ ta’ fluss tal-flus tul iż-żmien kollu li jgħaddi sakemm isir il-ħlas lura. Il-Kummissjoni nnotat f’dan ir-rigward li l-iskadenza statutorja għal tali saldu hija ta’ sitt xhur mid-data li fiha jinħoloq kreditu. |
(300) |
Madankollu, il-Kummissjoni sabet li fil-prattika s-saldu u r-rifużjoni korrispondenti għal kumpaniji li joperaw taħt ix-xenarju 2 fl-Eġittu seħħew, fl-aħjar każ, b’dewmien sinifikanti ħafna, u li l-kriterji biex tinkiseb rifużjoni ma kinux ċari. Il-Kummissjoni nnutat f’dan ir-rigward li l-GTE ma kkontestax dan il-fatt bħala tali. Il-benefiċċju tal-fluss tal-flus għall-kumpaniji fl-SCZone għalhekk jirriżulta mill-fatt li ma jinġabar l-ebda dħul mill-VAT mill-GTE mill-kumpaniji fl-SCZone sas-saldu finali, li d-data tiegħu ma tkunx ċerta (xenarju 1), b’kuntrast ma’ kumpaniji li mhumiex fl-SCZone, fejn id-dħul jinġabar immedjatament u jitħallas lura ħafna aktar tard, f’data inċerta (xenarju 2). Bħala riżultat, il-kumpaniji fl-SCZone jibbenefikaw minn trattament preferenzjali tal-VAT meta mqabbla ma’ kumpaniji li mhumiex fl-SCZone. L-ammont mhux miġbur mill-GTE fir-rigward ta’ kumpaniji fl-SCZone jammonta għal dħul rinunzjat jew mhux miġbur skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. |
(301) |
Biex tispjega aktar dan, flimkien mal-qafas rilevanti tal-VAT fl-Eġittu, il-Kummissjoni ħarset lejn is-sitwazzjoni tal-produtturi esportaturi qabel u wara ma daħlu fl-SCZone. Tabilħaqq, qabel ma aderixxew fl-SCZone, is-sitwazzjoni tagħhom kienet komparabbli ma’ kumpaniji li ma kinux fl-SCZone matul il-perjodu ta’ investigazzjoni skont ix-xenarju 2. F’dan ir-rigward, il-GTE ma kkontestax il-fatt li Jushi Egypt kienet akkumulat kreditu tal-VAT sinifikanti ħafna qabel ma aderiet fl-SCZone, u li l-GTE ma kienx f’pożizzjoni li jirrimborża dan il-kreditu. Is-sitwazzjoni tal-kreditu tal-VAT ta’ Jushi Egypt, li nħolqot qabel ma daħlet fl-SCZone, b’hekk turi li s-sitwazzjoni deskritta fil-premessa preċedenti tikkorrispondi għar-realtà tal-kumpaniji li ma kinux fl-SCIŻona matul il-PI. |
(302) |
Fir-rigward tal-ħames punt imqajjem mill-GTE u mill-produtturi esportaturi, id-destinazzjoni finali tal-prodotti li fuqhom tiġi applikata l-VAT u l-fatt li Jushi Egypt setgħet tpaċi xi ammonti pagabbli ta’ VAT kontra l-kreditu oriġinali ta’ VAT tagħha matul iż-żmien ma jbiddlux is-sejbiet tal-Kummissjoni, minħabba li dawn ma jaffettwawx id-differenza inizjali fit-trattament bejn il-kumpaniji fiż-żona u barra minnha u fi kwalunkwe każ dawn it-tpaċijiet mhumiex marbuta ma’ rifużjoni proattiva mill-GTE, iżda pjuttost ma’ obbligazzjoni tal-VAT li l-kumpanija inzertat ġarrbet. |
(303) |
Il-Kummissjoni nnotat li l-liġi l-ġdida dwar il-VAT fl-Eġittu ġiet ippromulgata biss ftit qabel il-perjodu tal-investigazzjoni, u li l-leġiżlazzjoni ta’ implimentazzjoni kienet għadha ma daħlitx fis-seħħ kompletament matul il-perjodu tal-investigazzjoni. Fid-dawl ta’ din il-fażi tranżizzjonali, il-Kummissjoni fehmet l-argument tal-GTE li l-perjodu tas-saldu għal rimborżi tal-VAT jista’ jiddewwem b’mod sinifikanti, minħabba li l-GTE huwa pajjiż li qed jiżviluppa b’numru subottimali ta’ persunal amministrattiv responsabbli mis-sistema l-ġdida u b’nuqqasijiet baġitarji possibbli li jagħmluha diffiċli li jinħarġu rimborżi tal-VAT fi żmien il-ħinijiet preskritti. Għalhekk, filwaqt li qieset dawn iċ-ċirkostanzi eċċezzjonali u, jekk kollox imur sew, temporanji fl-Eġittu, il-Kummissjoni ddeċidiet li tqis biss il-vantaġġ tal-fluss tal-flus għall-produttur esportatur għall-kalkolu tal-benefiċċju fuq l-eżenzjonijiet mill-VAT. Il-metodoloġija tal-kalkolu sabiex jiġi kkalkolat il-benefiċċju, kif deskritta fil-premessa (258), ġiet adattata kif xieraq. |
(304) |
Wara d-divulgazzjoni finali, l-ilmentatur sostna li s-sejbiet tal-Kummissjoni huma li kumpaniji barra l-SCZone rċevew rifużjonijiet tal-VAT u tat-taxxa “fl-aħjar każ b’dewmien sinifikanti ħafn a” u taħt kriterji mhux ċari, u li l-GTE ma kkontestax. Fil-fehim tagħhom, kwalunkwe talba għal rifużjoni lill-awtoritajiet Eġizzjani tiġi vvalutata u deċiża minn kumitat governattiv stabbilit speċifikament biex jeżamina t-talbiet għal rifużjoni. Taħt kundizzjonijiet bħal dawn, u peress li l-GTE jenfasizza li bħala pajjiż li qed jiżviluppa s-sistemi tiegħu għadhom ’il bogħod milli jkun perfett, huwa raġonevoli li wieħed jikkonkludi li l-proċess ta’ rifużjoni huwa burokratiku u arbitrarju ħafna, u li huma biss il-kumpaniji li għandhom il-konnessjonijiet politiċi neċessarji li jirċievu rifużjoni fi żmien raġonevoli, jekk jirċievu. Skont l-ilmentatur, ma hemm l-ebda evidenza fil-fajl miftuħ li kumpaniji “normali”, jiġifieri mingħajr konnessjonijiet politiċi, jirċievu xi ripagamenti tal-VAT u tat-taxxa fuq l-importazzjoni (jew f’xi tul ta’ żmien raġonevoli). Il-fatt li Jushi Egypt fl-2020 finalment irċeviet rifużjoni tad-dazji fuq l-importazzjoni u l-VAT imħallsa qabel ma ġiet inkluża fl-SCZone mhijiex evidenza, iżda minflok sostni l-konklużjoni li l-konnessjonijiet politiċi biss jippermettu lill-kumpaniji jirċievu r-rifużjonijiet. Fi kliem ieħor, il-Kummissjoni jenħtieġ li tittratta kemm l-eżenzjoni tal-SCZone kif ukoll ir-rifużjoni li Jushi Egypt irċeviet għall-perjodi qabel ma daħlet fis-SCZone bħala sussidji fil-forma ta’ dħul rinunzjat. |
(305) |
Dwar dan il-punt, il-Kummissjoni tenniet li hija ddeċidiet li tqis biss il-vantaġġ tal-fluss ta’ flus għall-produttur esportatur għall-kalkolu tal-benefiċċju mill-eżenzjonijiet tal-VAT fid-dawl tal-fatt li l-liġi l-ġdida tal-VAT fl-Eġittu kienet għadha kif ġiet promulgata ftit qabel il-perjodu ta’ investigazzjoni, u li l-leġiżlazzjoni ta’ implimentazzjoni kienet għadha mhijiex kompletament fis-seħħ matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Fid-dawl ta’ din il-fażi tranżizzjonali, il-Kummissjoni fehmet l-argument tal-GTE li l-perjodu tas-saldu għal rimborżi tal-VAT jista’ jiddewwem b’mod sinifikanti, minħabba li l-GTE huwa pajjiż li qed jiżviluppa b’numru subottimali ta’ persunal amministrattiv responsabbli mis-sistema l-ġdida u b’nuqqasijiet baġitarji possibbli li jagħmluha diffiċli li jinħarġu rimborżi tal-VAT fi żmien il-ħinijiet preskritti. Għaldaqstant, l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
(306) |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq u fin-nuqqas ta’ kummenti oħrajn, il-Kummissjoni kkonfermat is-sejbiet tagħha fil-premessi (53)-(66) tar-Regolament provviżorju. |
(b) Kalkolu tal-ammont ta’ sussidju
(307) |
Fir-rigward tad-dħul rinunzjat fil-forma ta’ eżenzjoni de facto mill-VAT, inizjalment il-benefiċċju ġie kkalkolat billi ttieħed l-ammont sħiħ tal-VAT normalment pagabbli iżda mhux imħallas matul il-perjodu ta’ investigazzjoni fuq ix-xiri ta’ tagħmir importat (matul il-PI). Madankollu, kif imsemmi fil-premessa (256) hawn fuq, wara l-kumment dwar id-divulgazzjoni provviżorja, il-Kummissjoni ddeċidiet li tqis biss il-vantaġġ tal-fluss tal-flus lill-produtturi esportaturi għall-kalkolu tal-benefiċċju fuq l-eżenzjonijiet mill-VAT. Il-metodoloġija ta’ kalkolu għall-kalkolu tal-benefiċċju ġiet adattata kif xieraq u, b’riżultat ta’ dan, il-benefiċċju tal-fluss tal-flus fuq il-VAT li ma tħallsitx tqies li huwa ekwivalenti għar-rata medja tal-imgħax fuq id-depożiti fl-Eġittu matul il-PI (12,03 %), applikata għall-ammonti ta’ VAT li ma tħallsux fuq il-prodotti mixtrija mill-2017. |
(308) |
L-ammont modifikat ta’ sussidju stabbilit fir-rigward ta’ dan it-tip ta’ sussidji marbuta mal-makkinarju matul il-perjodu ta’ investigazzjoni għall-produtturi esportaturi kien ta’ 0,02 % għall-eżenzjonijiet mill-VAT u ta’ 0,17 % għar-rinunzji tat-tariffi tal-importazzjoni. |
3.5.2.2.
(a) Sejbiet tal-investigazzjoni
(309) |
Wara d-divulgazzjoni provviżorja, il-GTE u l-produttur esportatur sostnew li Jushi Egypt kienet ħallset depożitu għad-dazji doganali fil-bidu tal-2019. Huma pprovdew ukoll evidenza addizzjonali, skont liema d-dazji doganali kollha għas-snin 2017 u 2018 issa kienu saldati u mħallsa. Barra minn hekk, huma sostnew li anke jekk l-ammonti dovuti għad-dazji doganali ma kinux ġew saldati fl-2020, il-Kummissjoni ma setgħetx titlob amministrazzjoni tat-taxxa perfetta minn pajjiż li qed jiżviluppa, bħall-Eġittu. F’dan ir-rigward, il-GTE wera diliġenza partikolari fl-istabbiliment tas-sistema ta’ rifużjoni tad-dazju għal Jushi Egypt minħabba li r-rapporti dwar il-konsum kienu diġà stabbiliti u mmonitorjati mill-GTE fi żmien ftit xhur wara li Jushi Egypt daħlet fiż-Żona Ekonomika tal-Kanal ta’ Suez. Tliet snin wara, il-GTE irkupra d-dazji doganali kollha u l-VAT dovuta minn Jushi Egypt. Bħala riżultat, il-GTE qal li kellu sistema xierqa ta’ rifużjoni tad-dazju fis-seħħ sabiex ma jkunx hemm remissjoni żejda. |
(310) |
Barra minn hekk, skont il-GTE l-Artikolu 377 tal-Kodiċi Ċivili Eġizzjan u s-sentenza tal-Qorti Monetarja Nru 915/43, il-GTE għandu ħames snin sabiex jirkupra d-dazji fuq l-importazzjoni. B’riżultat ta’ dan, ma setax ikun hemm rinunzja tad-dħul mill-GTE sakemm dan il-perjodu ma jkunx skada, minħabba li l-GTE xorta kien intitolat għad-dazji doganali dovuti u filfatt irkuprahom fil-ħin. |
(311) |
Fl-aħħar nett, Jushi Egypt sostniet li l-bejgħ lil Hengshi Egypt, kumpanija li tixtri l-GFR mingħand Jushi Egypt u stabbilita wkoll fl-SCZone, huwa ttrattat skont il-liġi Eġizzjana bl-istess mod bħall-bejgħ tal-esportazzjoni fir-rigward tad-dazji fuq l-importazzjoni fuq materja prima, minħabba li Hengshi Egypt tinsab fiż-Żona Ekonomika tal-Kanal tas-Suez. Barra minn hekk, Hengshi Egypt ma kellha l-ebda bejgħ domestiku peress li esportat il-produzzjoni tagħha kollha. B’riżultat ta’ dan, kieku Jushi Egypt ma ġietx eżentata mid-dazji tal-importazzjoni fuq il-materja prima, xorta ma kinitx iġġarrab id-dazji tal-importazzjoni fuq il-materja prima għal bejgħ domestiku lil Henghi Egypt. |
(312) |
Il-Kummissjoni rrieżaminat l-evidenza pprovduta dwar il-pagament tad-dazji doganali, u sabet li l-GTE kien beda verifika fil-bini tal-produttur esportatur fi tmiem l-2019, minħabba l-investigazzjoni tal-Kummissjoni. Bħala riżultat ta’ din il-verifika, il-GTE talab ċertu ammont ta’ dazji doganali fuq materjali importati mill-kumpanija, b’rabta mas-snin 2017, 2018 u 2019. Abbażi tal-evidenza pprovduta, u minħabba l-impossibbiltà li din l-evidenza ġdida tiġi vverifikata fuq il-post minħabba r-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar marbuta mal-pandemija tal-COVID-19, il-Kummissjoni aċċettat l-affermazzjoni u naqqset l-ammont ta’ dazji doganali mħallsa fuq il-materjali importati relatati mal-perjodu ta’ investigazzjoni skont l-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku. |
(313) |
Madankollu, il-Kummissjoni ma qisitx li dawn is-saldi poġġew f’dubju s-sejbiet dwar l-iskema ta’ sussidju bħala tali. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni nnutat li l-irkupru tad-dazji doganali kien ikkawżat mill-attivitajiet ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni, aktar milli mill-qafas ta’ monitoraġġ u ta’ verifika tal-GTE stess għall-ġbir tad-dazji doganali. Il-GTE lanqas ma kkontestat il-fatt li ma kienx hemm tali qafas matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Rigward in-natura temporanja tan-nuqqas ta’ monitoraġġ u verifika, il-Kummissjoni nnutat li għalkemm Jushi Egypt daħlet fl-SCZone fl-2017 u mhux qabel, l-aħħar bidla leġiżlattiva fil-qafas tal-ġbir tad-dazji doganali kienet diġà seħħet fl-2015, meta r-responsabbiltà għall-ġbir tad-dazji doganali ġiet trasferita lill-Awtorità Ġenerali tal-SCZone. Barra minn hekk, ir-rapport dettaljat tal-Awtorità Doganali, ipprovdut mill-GTE bħala l-anness I tal-kummenti tagħha dwar id-divulgazzjoni provviżorja, ikkonferma li l-leġiżlazzjoni ġenerali għall-ġbir tad-dazji doganali kienet diġà fis-seħħ mill-2006. Il-GTE għalhekk kellu biżżejjed żmien biex jimplimenta sistema li tiffunzjona għall-ġbir tad-dazji doganali. |
(314) |
Fir-rigward tal-bejgħ minn Jushi Egypt, il-Kummissjoni nnotat li l-bejgħ ta’ inputs bejn kumpaniji li jinsabu fiż-żona speċjali qatt ma kien soġġett għal xi taxxa, biex b’hekk intwera li l-SCZone kienet żona speċjali b’diversi karatteristiċi speċifiċi li jiddistingwuha minn żoni oħrajn. |
(315) |
Għalhekk, il-fatt li Hengshi Egypt għandha biss bejgħ mill-esportazzjoni, f’dan is-sens huwa irrilevanti u ma jbiddilx il-konklużjonijiet tal-Kummissjoni. B’hekk, l-affermazzjonijiet tal-GTE u tal-produttur esportatur dwar il-validità tas-sejbiet tal-Kummissjoni b’mod ġenerali, u dwar il-bejgħ lil Hengshi Egypt b’mod aktar speċifiku, ġew irrifjutati. |
(316) |
Wara d-divulgazzjoni finali, l-ilmentatur sostna li dan ma kienx każ fejn gvern itemm skema definita ta’ sussidju b’konsegwenza ta’ investigazzjoni antisussidji u li konsegwentement dik l-iskema tibqax disponibbli. Skont l-ilmentatur, il-GTE sempliċiment ġabar fondi mingħand Jushi Egypt biex jipprovdi benefiċċju lil dan tal-aħħar fl-investigazzjoni tal-UE, iżda mingħajr ma stabbilixxa qafas ta’ ġbir xieraq. Peress li ma hemmx qafas ġuridiku fis-seħħ, ma jistax jiġi żgurat li l-GTE se jiġbor id-dazji futuri u l-VAT mingħand Jushi Egypt suo moto, jew saħansitra li l-GTE mhux se jħallas lura l-fondi miġbura lil Jushi Egypt hekk kif l-investigazzjoni tal-Kummissjoni tintemm. Fi kliem ieħor, fil-kuntest ta’ ftehim ta’ kooperazzjoni bejn iċ-Ċina u l-Eġittu, l-azzjonijiet tal-GTE sempliċiment jirriflettu mudell stabbilit u kontinwu ta’ benefiċċji ad hoc mogħtija lil Jushi Egypt, u bl-ebda mod ma jiġġustifika valwazzjoni differenti tal-benefiċċju mogħti lil Jushi Egypt. |
(317) |
Dwar dan il-punt il-Kummissjoni tenniet li hija rieżaminat l-evidenza pprovduta dwar il-pagament tad-dazji doganali, u abbażi tal-evidenza pprovduta u minħabba li kien impossibbli li din l-evidenza l-ġdida tiġi vverifikata fuq il-post minħabba r-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar marbuta mal-pandemija tal-COVID-19, il-Kummissjoni aċċettat l-affermazzjoni u naqqset l-ammont ta’ dazji doganali mħallsa fuq il-materjali importati relatati mal-perjodu ta’ investigazzjoni skont l-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku. Barra minn hekk, mhuwiex fattwalment korrett li ma hemmx qafas ġuridiku fis-seħħ kif muri mill-bażi ġuridika deskritta fil-premessa (70) tar-Regolament provviżorju. Barra minn hekk, il-leġiżlazzjoni qegħda attwalment tiġi implimentata kif spjegat fil-premessi (78) sa (82) tar-Regolament provviżorju. Fl-aħħar nett, l-affermazzjonijiet li l-GTE se jħallas lura l-fondi miġbura lil Jushi Egypt ma kinux sostnuti b’evidenza. Għaldaqstant, dawn l-affermazzjonijiet ġew miċħuda. |
(318) |
Wara d-divulgazzjoni finali, Jushi Egypt irrepetiet l-istess kummenti dwar il-kalkolu tal-VAT u l-eżenzjonijiet mid-dazju fuq l-importazzjoni, filwaqt li injorat l-informazzjoni fattwali u l-ispjegazzjonijiet divulgati mill-Kummissjoni. Billi l-kummenti ppreżentati kienu diġà ġew ittrattati, ma kinitx meħtieġa spjegazzjoni ulterjuri. |
(319) |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq u fin-nuqqas ta’ kummenti oħrajn, il-Kummissjoni kkonfermat is-sejbiet tagħha fil-premessi (69)-(86) tar-Regolament provviżorju. |
(b) Kalkolu tal-ammont ta’ sussidju
(320) |
Wara d-divulgazzjoni provviżorja, il-Kummissjoni adattat il-metodoloġija tal-kalkolu għall-kalkolu tal-benefiċċju fuq l-eżenzjoni de facto mill-VAT, kif imsemmi fil-premessa (256) hawn fuq. B’riżultat ta’ dan, il-benefiċċju tal-fluss tal-flus fuq il-VAT mhux imħallsa tqies li huwa ekwivalenti għar-rata medja tal-imgħax fuq id-depożiti fl-Eġittu matul il-PI (12,03 %), applikata għall-ammonti tal-VAT li ma tħallsux għall-materjali mixtrija mill-2017, u kkalkolata pro rata għall-ammonti tal-VAT li ma tħallsux matul il-PI. Peress li ma kienet disponibbli l-ebda informazzjoni dwar l-ammont tal-materjali mixtrija qabel il-PI, il-Kummissjoni kkunsidrat li dan l-ammont ikun ekwivalenti għall-ammonti misjuba matul il-PI, aġġustat bid-differenza fil-kost tal-prodotti mibjugħa bejn iż-żewġ perjodi. |
(321) |
L-ammont ta’ sussidju stabbilit fir-rigward ta’ dan it-tip ta’ sussidji marbuta mal-materjali matul il-perjodu ta’ investigazzjoni għall-produtturi esportaturi kien ta’ 1,08 % għall-eżenzjonijiet mill-VAT u ta’ 0,24 % għar-rinunzji tat-tariffi tal-importazzjoni. |
3.6. Konklużjoni dwar is-sussidjar
(322) |
Ir-rati ta’ sussidju definittivi fir-rigward tas-sett ta’ miżuri deskritti hawn fuq espressi bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej: Tabella 1 Rati ta’ sussidju definittivi
|
4. DANNU
4.1. Definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni
(323) |
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment fir-rigward tad-definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessi minn (106) sa (109) tar-Regolament provviżorju. |
4.2. Konsum tal-Unjoni
(324) |
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment fir-rigward tal-konsum tal-Unjoni, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessi minn (110) sa (112) tar-Regolament provviżorju. |
4.3. L-importazzjonijiet mill-Eġittu u t-twaqqigħ tal-prezzijiet
(325) |
Il-Kummissjoni rċeviet kummenti mingħand il-produttur esportatur Eġizzjan Jushi Egypt rigward it-twaqqigħ tal-prezzijiet wara d-divulgazzjoni provviżorja. |
(326) |
Jushi Egypt innotat li meta l-Kummissjoni kkalkolat it-twaqqigħ tal-prezzijiet, huma neħħew il-kostijiet tal-bejgħ u ammont raġonevoli ta’ profitt mill-prezz tal-bejgħ tal-kumpaniji tal-bejgħ relatati tagħhom lill-klijent indipendenti fl-Unjoni. |
(327) |
Jushi Egypt iddikjarat li huma qiesu li din il-metodoloġija ma kinitx konformi mas-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-kawża T-301/16, Jindal Saw Ltd u Jindal Saw Italia vs Il-Kummissjoni Ewropea, il-punt 187 (‘Jindal Saw’) (95). |
(328) |
Il-Kummissjoni ma qablitx mar-rilevanza mogħtija minn Jushi Egypt lis-sentenza Jindal Saw f’ dan il-każ. F’Jindal Saw, il-Qorti Ġenerali kkunsidrat li l-Kummissjoni kienet wettqet żball billi naqqset l-ispejjeż tal-bejgħ tal-importaturi relatati ta’ Jindal fl-Unjoni mill-bejgħ lill-ewwel xerrej indipendenti, filwaqt li l-ispejjeż tal-bejgħ tal-entitajiet tal-bejgħ relatati mal-industrija tal-Unjoni ma kinux imnaqqsa mill-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni lill-ewwel klijent indipendenti. |
(329) |
Il-Qorti għalhekk ikkunsidrat li ż-żewġ prezzijiet ma kinux imqabbla simetrikament fl-istess livell ta’ kummerċ f’sitwazzjoni fejn il-produtturi esportaturi kienu jbigħu l-aktar fl-Unjoni permezz ta’ entitajiet ta’ bejgħ relatati, meta mqabbla mas-sitwazzjoni ta’ kif il-produtturi tal-Unjoni biegħu l-prodott ikkonċernat. |
(330) |
Il-Kummissjoni tinnota wkoll li tqabbil bejn dan il-każ u l-każ Jindal mhuwiex rilevanti, billi l-konfigurazzjoni rispettiva tal-bejgħ tal-esportazzjoni kienet differenti. Filwaqt li l-bejgħ ta’ Jushi Group huwa predominentement bejgħ dirett mill-Eġittu lill-ewwel klijent indipendenti fl-Unjoni, fil-każ ta’ Jindal, kważi l-bejgħ kollu għall-esportazzjoni ta’ dak il-produttur esportatur sar permezz ta’ entitajiet relatati stabbiliti fl-UE. |
(331) |
Tabilħaqq, f’dan il-każ, tnejn mit-tliet produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun ma għandhomx kumpaniji tal-bejgħ relatati, u t-tielet wieħed għandu sistema ċentralizzata tal-bejgħ u tal-fatturazzjoni bil-prodotti jiġu ttrasportati bil-baħar direttament mill-impjanti tal-manifattura. Għalhekk, il-Kummissjoni tqieset li f’dan il-każ ma hemmx assimetrija mal-mezzi tal-bejgħ tal-produttur esportatur u, għalhekk, il-kawża Jindal mhijiex applikabbli. Barra minn hekk, l-użu tal-prezzijiet tal-entitajiet relatati tal-bejgħ ta’ Jushi Group, ma jkollu l-ebda impatt rilevanti fuq l-analiżi tal-effett fuq il-prezzijiet (96). |
(332) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni tirreferi wkoll għall-premessa (157) tar-Regolament provviżorju li kienet dwar il-konklużjoni li kien hemm tnaqqis ċar fil-prezzijiet matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Għalhekk, fi kwalunkwe każ, din l-affermazzjoni hija irrilevanti, minħabba li din is-sejba ta’ tnaqqis fil-prezzijiet minnha nnifisha hija diġà biżżejjed biex turi l-effetti negattivi tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet issussidjati skont l-Artikolu 8(2) tar-Regolament bażiku. |
(333) |
Għalhekk, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessi (122) u (123) tar-Regolament provviżorju li l-importazzjonijiet mill-Eġittu matul il-perjodu ta’ investigazzjoni naqqsu b’mod sinifikanti l-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni, filwaqt li nnotat li, fi kwalunkwe każ, is-sejba dwar it-tnaqqis tal-prezzijiet stabbilita fil-premessa (157) tar-Regolament provviżorju rendiet din l-affermazzjoni irrilevanti. |
(334) |
Wara d-divulgazzjoni finali, Jushi Egypt irrepetiet l-istess kummenti dwar il-kalkolu tat-twaqqigħ tal-prezz, filwaqt li injorat l-informazzjoni fattwali u l-ispjegazzjonijiet divulgati mill-Kummissjoni. Billi l-kummenti ppreżentati kienu diġà ġew ittrattati, ma kinitx meħtieġa spjegazzjoni ulterjuri. |
4.4. Is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni
4.4.1. Kummenti ġenerali
(335) |
Fin-nuqqas ta’ kummenti, il-Kummissjoni kkonfermat il-premessi minn (124) sa (129) tar-Regolament provviżorju. |
4.4.2. Indikaturi makroekonomiċi
4.4.2.1.
(336) |
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment fir-rigward tal-produzzjoni, tal-kapaċità tal-produzzjoni u tal-użu tal-kapaċità, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi (131) u (132) tar-Regolament provviżorju. |
4.4.2.2.
(337) |
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment fir-rigward tal-volum tal-bejgħ u tas-sehem mis-suq, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessa (134) tar-Regolament provviżorju. |
4.4.2.3.
(338) |
Fin-nuqqas ta’ kummenti fir-rigward tal-impjiegi u tal-produttività, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessa (136) tar-Regolament provviżorju. |
4.4.2.4.
(339) |
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessi (138) u (139) tar-Regolament provviżorju. |
4.4.3. Indikaturi mikroekonomiċi
(340) |
Wara d-divulgazzjoni finali, Jushi Egypt ikkummentat dwar il-kalkolu tal-indikaturi mikroekonomiċi li kienu stabbiliti fir-Regolament provviżorju, u talbet aktar informazzjoni dwar kif dawn l-indikaturi ġew ikkalkulati. |
(341) |
Il-Kummissjoni tirreferi lil Jushi Egypt għall-premessa (126) tar-Regolament provviżorju, li tagħmilha ċara li l-indikaturi mikroekonomiċi kienu bbażati fuq id-data mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun, ivverifikati u mbagħad aggregati flimkien. |
(342) |
L-objettiv tal-aggregazzjoni kien li jiġi żgurat li l-kampjun jiġi ttrattat bħala sors wieħed ta’ data, u mhux bħala tliet sorsi separati ta’ data b’tendenzi speċifiċi għall-kumpaniji li jkollhom jiġu spjegati. L-aggregazzjoni ppermettiet lill-Kummissjoni tieħu l-kampjun kollu bħala rappreżentattiv tal-industrija tal-Unjoni u tuża d-data bħala gwida għall-prestazzjoni tal-produtturi kollha. |
4.4.3.1.
(343) |
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessi (141) u (142) tar-Regolament provviżorju. |
4.4.3.2.
(344) |
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessa (144) tar-Regolament provviżorju. |
4.4.3.3.
(345) |
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessa (146) tar-Regolament provviżorju. |
4.4.3.4.
(346) |
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment dwar il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investiment, ir-redditu fuq l-investimenti u l-kapaċità li jiġi ġġenerat il-kapital, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessi minn (149) sa (153) tar-Regolament provviżorju. |
4.4.4. Konklużjoni dwar id-dannu
(347) |
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha dwar id-dannu stabbiliti fil-premessi minn (154) sa (161) tar-Regolament provviżorju. |
5. KAWŻALITÀ
5.1. L-effetti tal-importazzjonijiet issussidjati mill-Eġittu
(348) |
Fir-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni kkonkludiet provviżorjament li l-importazzjonijiet issussidjati mill-Eġittu kienu qed jikkawżaw dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni. |
(349) |
Il-Kummissjoni kkonkludiet li ż-żieda tal-importazzjonijiet matul il-perjodu ta’ investigazzjoni u t-twaqqigħ tal-prezzijiet u t-tnaqqis tal-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni mill-importazzjonijiet issussidjati wasslu biex l-industrija tal-Unjoni titlef is-sehem mis-suq u l-profittabbiltà. |
(350) |
Fin-nuqqas ta’ kummenti, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessa (164) tar-Regolament provviżorju. |
5.2. Fatturi magħrufa oħrajn
5.2.1. Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi
(351) |
Fin-nuqqas ta’ kummenti, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessi minn (167) sa (171) tar-Regolament provviżorju. |
5.2.2. Il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni
(352) |
Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kumment dwar l-esportazzjonijiet tal-industrija tal-Unjoni. |
(353) |
Fin-nuqqas ta’ kummenti, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessa (174) tar-Regolament provviżorju. |
5.3. Konklużjoni dwar il-kawżalità
(354) |
Il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha dwar il-kawżalità stabbiliti fil-premessi (175) u (176) tar-Regolament provviżorju. |
6. L-INTERESS TAL-UNJONI
6.1. Interess tal-industrija tal-Unjoni
(355) |
Fin-nuqqas ta’ kummenti, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessi (185) u (186) tar-Regolament provviżorju. |
6.2. L-interess ta’ importaturi mhux relatati
(356) |
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment ieħor, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessa (192) tar-Regolament provviżorju. |
6.3. L-interess tal-utenti
(357) |
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment ieħor, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessa (207) tar-Regolament provviżorju. |
6.4. L-effetti ta’ distorsjoni kummerċjali tas-sussidji u l-irkupru ta’ kompetizzjoni effettiva
(358) |
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment ieħor, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessa (209) tar-Regolament provviżorju. |
6.5. Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni
(359) |
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment ieħor, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessi minn (210) sa (213) tar-Regolament provviżorju. |
7. L-IMPOŻIZZJONI RETROATTIVA TA’ DAZJI KUMPENSATORJI FUQ L-IMPORTAZZJONIJIET IRREĠISTRATI
(360) |
Kif imsemmi fil-premessa (220) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni għamlet l-importazzjonijiet tal-GFR soġġetti għar-reġistrazzjoni matul il-perjodu ta’ qabel id-divulgazzjoni skont ir-rekwiżiti tal-Artikolu 24(5a) tar-Regolament bażiku billi ppubblikat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/199 (“ir-Regolament dwar ir-reġistrazzjoni”) (97). |
(361) |
Kif stabbilit fil-premessa (222) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni jenħtieġ li tiddeċiedi jekk il-miżuri antisussidji għandhomx jinġabru b’mod retroattiv fuq l-importazzjonijiet matul il-perjodu ta’ tliet ġimgħat tar-reġistrazzjoni, minħabba li hemm importazzjonijiet tal-GFR mill-Eġittu li ġew irreġistrati. |
(362) |
Il-kriterji dwar jekk jistgħux jinġabru dazji għat-tliet ġimgħat qabel id-divulgazzjoni huma stabbiliti fl-Artikolu 16(4) tar-Regolament bażiku. L-Artikolu jgħid li d-dazji jistgħu jinġabru biss jekk:
|
(363) |
Il-Kummissjoni tqis li r-Regolament dwar ir-reġistrazzjoni huwa konformi mal-kriterju (a), li l-importazzjonijiet tal-GFR li joriġinaw mill-Eġittu ġew irreġistrati f’konformità mal-Artikolu 24(5) tar-Regolament bażiku. |
(364) |
Il-Kummissjoni tqis li l-importaturi ngħataw opportunità li jikkummentaw skont il-kriterju (b) bil-pubblikazzjoni tar-Regolament provviżorju u bil-pubblikazzjoni tar-Regolament dwar ir-reġistrazzjoni. |
(365) |
Wara d-divulgazzjoni finali, il-Kummissjoni rċeviet kummenti minn utenti u distributuri Ewropej tal-GFR, li qalu li huma qiesu li din l-opportunità biex jikkummentaw ma kinitx ibbażata fuq id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirreġistra, iżda fuq il-proposta tal-Kummissjoni li tiġbor id-dazji. |
(366) |
Filwaqt li l-Kummissjoni taqbel li l-kriterju (b) tal-Artikolu 16(4) irid jiġi interpretat li jagħti opportunità lill-partijiet biex jikkummentaw dwar il-ġbir retroattiv ta’ dazji fuq importazzjonijiet irreġistrati matul il-perjodu ta’ qabel id-divulgazzjoni, f’dan l-istadju l-Kummissjoni tinnota li hija ddivulgat l-analiżi sħiħa li tiġġustifika l-ġbir retroattiv bid-data l-aktar reċenti kollha li tinsab fit-Taqsima 7 tad-divulgazzjoni definittiva. B’hekk il-Kummissjoni tat lill-partijiet kollha, inklużi dawn l-utenti u distributuri, opportunità biex jikkummentaw kif previst f’din id-dispożizzjoni, kif muri wkoll mill-argumenti u l-kontroargumenti li jidhru fil-premessi (322) sa (326). Għalhekk, il-Kummissjoni rrifjutat din l-affermazzjoni. |
(367) |
Għall-finijiet tat-test fil-kriterju (c) tal-Artikolu 16(4) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni bdiet billi analizzat l-istatistika dwar l-importazzjonijiet tal-GFR mill-Eġittu meħuda mill-bażi ta’ data Surveillance 2. L-iskop ta’ din l-analiżi kien li tara jekk ġewx identifikati “importazzjonijiet kbar ħafna” skont it-termini tal-kriterju (c) għall-perjodu tar-reġistrazzjoni. L-aħħar data disponibbli hija mogħtija fit-Tabella 2 hawn taħt. Tabella 2 Importazzjonijiet tal-GFR mill-Eġittu
|
(368) |
Matul it-tliet ġimgħat ta’ qabel id-divulgazzjoni, ġew importati total ta’ 11 574 tunnellata tal-GFR mill-Eġittu. Minħabba li dan huwa perjodu mhux standard, u minnu nnifsu mhuwiex komparabbli ma’ perjodi oħrajn, it-tqabbil sar f’termini ta’ ġimgħat (allura 21 jum diviżi bi 3) u f’termini ta’ xhur (meta wieħed iqis li xahar ikollu medja ta’ 4 ġimgħat). Innota li għalkemm il-perjodu ta’ qabel id-divulgazzjoni huwa ta’ 21 jum kalendarju, il-bażi tad-data Surveillance 2 fiha biss 15-il punt ta’ data, li jagħmlu l-kalkoli ta’ kuljum mhux prattiċi. |
(369) |
It-Tabella 2 turi li, f’termini ta’ kwantità, l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat kienu kbar ħafna. Il-perjodu ta’ tliet ġimgħat qabel l-impożizzjoni tal-miżuri provviżorji juri xejra ta’ żieda qawwija, meta mqabbel ma’ dawk l-importazzjonijiet matul il-perjodu tal-investigazzjoni, u wkoll matul il-perjodu bejn April 2019 u Jannar 2020, jiġifieri wara l-perjodu tal-investigazzjoni sar-reġistrazzjoni. |
(370) |
Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-importazzjonijiet matul it-tliet ġimgħat ta’ qabel id-divulgazzjoni kienu bħala medja ferm ogħla minn dawk matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Din is-sejba tappoġġja l-konklużjoni li l-importazzjonijiet matul il-perjodu ta’ tliet ġimgħat qabel id-divulgazzjoni jistgħu jitqiesu bħala kbar ħafna skont il-kriterju (c). |
(371) |
It-tabella 2 ta’ hawn fuq turi wkoll b’mod ċar li l-importazzjonijiet komplew wara li ntemm il-perjodu ta’ investigazzjoni, fi kwantitajiet kbar ħafna. |
(372) |
Il-Kummissjoni ħadet nota wkoll tad-data dwar l-importazzjoni ta’ kuljum mill-bażi ta’ data Surveillance 2. |
(373) |
Id-data turi li f’jum wieħed tal-perjodu ta’ tliet ġimgħat qabel id-divulgazzjoni, ġew importati ftit aktar minn 3 000 tunnellata ta’ GFR mill-Eġittu, li huwa ferm ogħla mill-importazzjoni medja ta’ kull ġimgħa matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. |
(374) |
Dan kompla jsostni l-konklużjoni li l-importazzjonijiet matul il-perjodu ta’ tliet ġimgħat ta’ qabel id-divulgazzjoni jistgħu jitqiesu bħala kbar ħafna skont il-kriterju (c). |
(375) |
L-istadju li jmiss tat-test skont il-kriterju (c) huwa li jiġi kkunsidrat jekk dawn l-importazzjonijiet, li issa huma meqjusa bħala kbar ħafna, setgħux ikkawżaw “dannu li diffiċli jissewwa”. |
(376) |
L-ewwel nett, il-Kummissjoni nnotat li l-importazzjonijiet matul il-perjodu ta’ investigazzjoni waqqgħu u naqqsu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni. Il-volum u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat kellhom impatt negattiv fuq il-kwantitajiet mibjugħa u fuq il-livell tal-prezzijiet mitluba fis-suq tal-Unjoni u s-sehem mis-suq li kellha l-industrija tal-Unjoni. Dan irriżulta f’effetti negattivi sostanzjali fuq il-prestazzjoni ġenerali u s-sitwazzjoni finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni. B’hekk, l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat instabu li jikkawżaw id-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. |
(377) |
Kif muri fit-Tabella 2 hawn fuq, il-prezz tal-importazzjoni tal-GFR mill-Eġittu kompla jonqos wara t-tmiem tal-perjodu ta’ investigazzjoni u, b’mod partikolari, matul it-tliet ġimgħat ta’ qabel id-divulgazzjoni. Il-Kummissjoni għalhekk ikkunsidrat li l-importazzjonijiet matul il-perjodu ta’ qabel id-divulgazzjoni saru f’volumi akbar u saħansitra bi prezzijiet aktar baxxi minn matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, u b’hekk ikkawżaw aktar ħsara lill-industrija tal-Unjoni li se tkun diffiċli li tissewwa jekk mhux bil-ġbir ta’ dawk id-dazji. |
(378) |
Il-Kummissjoni sabet ukoll li minħabba l-kwantitajiet ta’ GFR mill-Eġittu importati fl-Unjoni matul it-tliet ġimgħat qabel l-impożizzjoni ta’ dazji provviżorji, jista’ jitqies ukoll li l-importaturi kienu qed jaħżnu l-GFR Eġizzjan, billi fl-14 ta’ Frar saru jafu li kienu se jiġu imposti miżuri provviżorji fis-6 ta’ Marzu. |
(379) |
Għalhekk, il-Kummissjoni kienet tal-fehma li l-importazzjonijiet matul il-perjodu ta’ tliet ġimgħat ta’ qabel id-divulgazzjoni kkawżaw dannu lill-industrija tal-Unjoni, li huwa diffiċli li jissewwa, kemm f’termini ta’ kwantità kif ukoll f’termini ta’ prezz. |
(380) |
Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-kriterju (c) ġie ssodisfat u li, sabiex tkun prekluża r-rikorrenza tad-dannu, dawn l-importazzjonijiet jenħtieġ li jkollhom dazji miġbura b’mod retroattiv skont il-kriterju (d). |
(381) |
Wara d-divulgazzjoni finali, il-Kummissjoni rċeviet kummenti mingħand l-importaturi u d-distributuri tal-GFR, li kkontestataw diversi aspetti tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni hawn fuq. |
(382) |
L-ewwel nett, dawn l-importaturi u d-distributuri kkontestaw li l-importazzjonijiet ta’ matul il-perjodu ta’ tliet ġimgħat ta’ qabel id-divulgazzjoni jistgħu jitqiesu kbar ħafna. Is-sottomissjoni tagħhom issuġġeriet li l-Kummissjoni jenħtieġ li tqis “importazzjonijiet kbar ħafna” bħala li tfisser “li jenħtieġ li jkun hemm żieda fl-importazzjonijiet li tkun kemm għall-għarrieda kif ukoll drammatika” u billi tqabbel data varja mal-perjodu ta’ tliet ġimgħat ta’ qabel id-divulgazzjoni, inkluż it-tqabbil tal-importazzjonijiet massimi ta’ kull xahar ma’ importazzjonijiet massimi oħra. Fuq din il-bażi, is-sottomissjoni tissuġġerixxi li ma kien hemm l-ebda żieda bħal din. |
(383) |
It-tieni, huma sostnew ukoll li l-Kummissjoni ma kinitx iddefiniet “dannu li huwa diffiċli li jissewwa” u ssuġġerew id-definizzjoni tagħhom stess, “dannu permanenti u irreparabbli lill-industrija tal-Unjoni”. |
(384) |
It-tielet, l-importaturi u d-distributuri nnutaw li ż-żieda fl-importazzjonijiet matul il-perjodu ta’ tliet ġimgħat ta’ qabel id-divulgazzjoni hija ekwivalenti għal 0,4 % tal-konsum annwali tal-Unjoni. Minħabba li l-perjodu tar-reġistrazzjoni huwa daqshekk qasir, dan huwa mistenni u għalhekk ma jidħolx fl-analiżi dwar jekk sarx dannu jew le. |
(385) |
Ir-raba’, huma allegaw ukoll li r-raġuni li l-prezzijiet tal-importazzjoni waqgħu wara t-tmiem tal-perjodu ta’ investigazzjoni kienet minħabba t-twaqqigħ tal-prezzijiet mill-industrija tal-Unjoni sabiex iżżomm is-sehem mis-suq. |
(386) |
Il-ħames, dawn l-importaturi u d-distributuri ma qablux mas-sejbiet tal-Kummissjoni li minħabba l-kwantitajiet ta’ GFR mill-Eġittu importati fl-Unjoni matul it-tliet ġimgħat qabel l-impożizzjoni tad-dazji provviżorji, deher li l-importaturi kienu qed jaħżnu l-GFR Eġizzjan, billi fl-14 ta’ Frar kienu ġew infurmati li kienu se jiġu imposti miżuri provviżorji fis-6 ta’ Marzu. |
(387) |
Huma qalu li dan ma kienx il-każ, minħabba li l-importazzjonijiet f’Diċembru u f’Jannar kienu ħafna inqas, u għalhekk l-importazzjonijiet eżatt qabel l-impożizzjoni tad-dazji provviżorji kienu qed ipattu għall-importazzjonijiet aktar baxxi ta’ qabel. |
(388) |
Skont l-argumenti tagħhom spjegati hawn fuq, il-Kummissjoni jenħtieġ taħsibha jekk hemmx bżonn li jinġabru d-dazji fuq l-importazzjonijiet irreġistrati, kif stipulat fl-Artikolu 16(4)(d). |
(389) |
Huma talbu lill-Kummissjoni biex tikkunsidra li minħabba li r-reġistrazzjoni matul il-perjodu ta’ qabel id-divulgazzjoni hija fil-fatt obbligatorja, jenħtieġ li l-ġbir ta’ dazji fuq dawk l-importazzjonijiet reġistrati ma jkunx obbligatorju wkoll, inkella l-benefiċċju tal-perjodu ta’ qabel id-divulgazzjoni għall-importaturi u d-distributuri jintilef. |
(390) |
Dawn il-kummenti huma indirizzati hawn taħt. |
(391) |
Fir-rigward tal-ewwel talba, il-Kummissjoni ma taqbilx mal-interpretazzjoni ta’ dawk il-partijiet tat-terminu “importazzjonijiet kbar ħafna”, li hija legalment infondata. Ir-Regolament bażiku ma jirreferix għal żieda fl-importazzjonijiet, u wisq inqas ma jqiegħed xi kundizzjoni dwar li “importazzjonijiet kbar ħafna” jridu jkunu “għall-għarrieda u drammatiċi.” Kif muri fit-Tabella 2 hawn fuq, il-Kummissjoni diġà qabblet, fuq livell granulari ħafna l-kwantitajiet medji importati mill-Eġittu kull xahar u kull ġimgħa sabiex tiddetermina jekk l-importazzjonijiet kinux kbar ħafna jew le. |
(392) |
Id-data kollha tikkonferma li dawn l-importazzjonijiet kienu kbar ħafna u b’xejra ’l fuq, kif spjegat b’mod ċar fil-premessi (315) sa (317). Il-Kummissjoni ma tara l-ebda raġuni biex tibbaża l-metodoloġija tagħha fuq paragun bejn livelli massimi ma’ livelli massimi oħra. Fi kwalunkwe każ, il-fatt li seta’ kien hemm xi livelli massimi u livelli minimi kif identifikati b’mod selettiv minn dawn il-partijiet bl-ebda mod ma jaffettwa l-konklużjoni li f’dawn iċ-ċirkustanzi kien intlaħaq l-istandard meħtieġ ta’ “importazzjonijiet kbar ħafna”. |
(393) |
Barra minn hekk, jekk l-importazzjonijiet kbar ħafna matul il-perjodu ta’ tliet ġimgħat ta’ qabel id-divulgazzjoni kinux “biex jikkumpensaw” għall-importazzjonijiet iżgħar f’Diċembru 2019 u Jannar 2020 kif argumentat ukoll minn dawn il-partijiet huwa irrilevanti, peress li r-Regolament bażiku ma jiddiskriminax fir-rigward tal-motiv għal dawn l-importazzjonijiet kbar ħafna. |
(394) |
Il-Kummissjoni għalhekk sostniet il-konklużjoni tagħha li l-importazzjonijiet matul il-perjodu ta’ tliet ġimgħat ta’ qabel id-divulgazzjoni kienu kbar ħafna skont l-Artikolu 16(4)(c) tar-Regolament bażiku. Din is-sejba hija kkonfermata aktar mir-raġunijiet deskritti fil-premessi (402)-(405) hawn taħt. |
(395) |
Fir-rigward tat-tieni affermazzjoni, għal darb’ oħra, dawn il-partijiet issuġġerew definizzjoni li ma tikkorrispondix ma’ dak li hemm miktub fir-Regolament bażiku. Huma mbagħad bnew l-argumenti tagħhom fuq dan l-istandard żbaljat. Speċifikament, id-dannu li huwa diffiċli li jissewwa kif jintqal fir-Regolament bażiku ma jistax jiġi interpretat b’mod arbitrarju bħala li jfisser “dannu permanenti u irreparabbli”. Għaldaqstant din l-affermazzjoni hija mingħajr bażi ġuridika. Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni spjegat fil-premessa (376) flimkien mal-analiżi ta’ diversi elementi fil-valutazzjoni tad-dannu kif dan ir-rekwiżit tqies li ġie ssodisfat f’dan il-każ. |
(396) |
Barra minn hekk, it-tielet affermazjzoni dwar is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet u l-iddubitar tal-potenzjal tagħhom li jikkawżaw dannu lill-industrija tal-Unjoni f’perjodu daqshekk qasir twassal għal żball. |
(397) |
L-ewwel nett, iċ-ċifra ta’ 0,4 % ippreżentata mill-partijiet bħala s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet għall-perjodu tar-reġistrazzjoni hija kompletament spekulattiva, minħabba li ma hemm l-ebda informazzjoni disponibbli fil-fajl dwar il-konsum tal-UE wara l-perjodu ta’ investigazzjoni. Għall-fini tal-argumenti, anki jekk jitqies li l-konsum tal-UE ma nbidilx wara l-perjodu ta’ investigazzjoni kif propost minn dawn il-partijiet, li għal darb’ oħra huwa spekulattiv, l-importazzjonijiet matul il-perjodu ta’ tliet ġimgħat ta’ qabel id-divulgazzjoni kienu jkunu jammontaw għal 1,12 % tal-konsum tal-UE matul il-perjodu ta’ tliet ġimgħat biss. Dan il-livell ta’ sehem mis-suq normalment jitqies mhux negliġibbli u li kapaċi jikkawża dannu matul sena sħiħa. Fi kwalunkwe każ, il-livell assolut tal-importazzjonijiet fih innifsu kif indikat fit-Tabella 2 hawn fuq, li huwa ċifra verifikata, ċertament mhuwiex negliġibbli. |
(398) |
Għalhekk, l-affermazzjoni li l-volumi tal-importazzjoni ekwivalenti għal sehem mis-suq ta’ 1,12 % fil-perjodu ta’ tliet ġimgħat biss ma setgħux jitqiesu kbar ħafna u li ma kinux biżżejjed biex jikkawżaw dannu lill-industrija tal-Unjoni hija f’kontradizzjoni ċara mar-Regolament bażiku u l-prattika konsistenti tal-Kummissjoni fir-rigward tal-importazzjonijiet negliġibbli. |
(399) |
It-tieni, il-Kummissjoni ttenni s-sejbiet tagħha fil-premessa (376) hawn fuq u tirreferi għall-elementi kollha li juru kif dawn l-importazzjonijiet kbar ħafna mill-Eġittu kkawżaw dannu li huwa diffiċli li jissewwa. Din l-analiżi hija olistika u bbażata fuq valutazzjoni tal-evidenza rilevanti kollha. |
(400) |
Fuq il-bażi ta’ din il-valutazzjoni, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-kwantitajiet importati, b’mod partikolari meta wieħed iqis il-volumi sinifikanti importati f’dan il-perjodu qasir ta’ żmien, kienu kemm f’termini assoluti kif ukoll relattivi sinifikanti biżżejjed biex jiġu kkunsidrati kbar ħafna fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 16(4)(c) tar-Regolament bażiku u b’hekk jistgħu jikkawżaw dannu diffiċli biex jissewwa. |
(401) |
Fir-rigward tar-raba’ affermazzjoni tat-twaqqigħ tal-prezzijiet mill-industrija tal-Unjoni biex iżżomm is-sehem mis-suq, il-Kummissjoni sabet li d-dannu kien ikkawżat lill-industrija tal-Unjoni mill-importazzjonijiet mill-Eġittu li kienu qed jieħdu sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni, u jġegħluha tnaqqas l-prezzijiet biex tikkompeti, anki għad-detriment tal-profittabbiltà tagħha. Għalhekk, il-Kummissjoni ma tistax taċċetta l-ġustifikazzjoni li l-prezzijiet tal-importazzjoni naqsu bħala reazzjoni għal tnaqqis fil-prezz mill-produtturi tal-Unjoni meta fil-fatt sabet li l-importazzjonijiet sussidjati kienu l-kawża ta’ tnaqqis fil-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni. Fuq din il-bażi, din l-affermazzjoni kellha tiġi miċħuda. |
(402) |
Fl-aħħar, rigward il-ħames affermazzjoni, il-Kummissjoni ma għandhiex bżonn tpoġġi l-importazzjonijiet kbar ħafna matul il-perjodu ta’ qabel id-divulgazzjoni f’kuntest u, għalhekk, il-fatt li l-volumi tal-importazzjoni eżatt qabel l-impożizzjoni ta’ dazji provviżorji kienu biex ipattu għal volumi ta’ importazzjonijiet iżgħar f’Diċembru u f’Jannar mhuwiex rilevanti. |
(403) |
Il-Kummissjoni lanqas ma taqbel mal-affermazzjoni ta’ dawn il-partijiet li r-reġistrazzjoni matul il-perjodu ta’ qabel id-divulgazzjoni hija fil-fatt obbligatorja u li l-ġbir ta’ dazji fuq dawk l-importazzjonijiet reġistrati jenħtieġ li ma jkunx obbligatorju wkoll u mal-konklużjoni sussegwenti tagħhom li dan ifisser li l-benefiċċju tal-perjodu ta’ qabel id-divulgazzjoni għall-importaturi u d-distributuri jintilef. L-ewwel nett, ir-reġistrazzjoni matul il-perjodu ta’ qabel id-divulgazzjoni mhijiex “fil-fatt” obbligatorja, iżda hija soġġetta għall-kondizzjonijiet stretti elenkati fl-Artikolu 16(4) abbażi tad-data u l-evidenza kollha disponibbli fi żmien ta’ qabel id-divulgazzjoni. Dan ġie kkonfermat fil-prattika, meta ma kienx hemm reġistrazzjoni fil-perjodu ta’ qabel id-divulgazzjoni għax dawn il-kundizzjonijiet ma kinux milħuqin (98). |
(404) |
It-tieni, il-Kummissjoni hija konxja sew li anki l-ġbir retroattiv ta’ dazji rreġistrati fil-perjodu ta’ qabel id-divulgazzjoni mhuwiex obbligatorju, iżda huwa strettament soġġett għall-issodisfar tal-kundizzjonijiet rilevanti kollha stabbiliti fl-Artikolu 16(4) tar-Regolament bażiku abbażi tal-aktar data reċenti disponibbli fl-istadju definittiv. Dan jista’ jiġi kkonfermat ukoll fil-prattika (99). |
(405) |
It-tielet, il-Kummissjoni tirreferi għall-premessa 4 tar-Regolament ta’ Modernizzazzjoni (100) li jemenda l-aħħar ir-Regolament bażiku, li jagħti r-raġuni kemm għall-perjodu ta’ qabel id-divulgazzjoni kif ukoll għar-reġistrazzjoni tiegħu. Il-premessa tgħid direttament li “sabiex jiġi limitat ir-riskju ta’ żieda sostanzjali fl-importazzjonijiet fil-perjodu ta’ qabel id-divulgazzjoni, il-Kummissjoni jenħtieġ li tirreġistra l-importazzjonijiet u fejn possibbli tikkunsidra “analiżi prospettiva tar-riskji assoċjati u l-probabbiltà li dawn iċ-ċirkostanzi jimminaw l-effetti rimedjali tal-miżuri.” |
(406) |
Anki meta r-reġistrazzjoni f’dan il-perjodu ta’ qabel id-divulgazzjoni ma tkunx possibbli, pereżempju minħabba li l-kundizzjonijiet legali rilevanti ma jkunux ġew issodisfati, il-Kummissjoni jenħtieġ li wara tirrifletti d-dannu addizzjonali kkawżat lill-industrija tal-Unjoni minħabba żieda sostanzjali ulterjuri fl-importazzjonijiet matul dan il-perjodu skont l-istess premessa u l-Artikolu 15(1) il-ħames subparagrafu tar-Regolament bażiku. |
(407) |
Għalhekk, il-ġbir retroattiv ta’ dazji f’dawn is-sitwazzjonijiet,‘il bogħod milli jkun awtomatiku, huwa soġġett għal importazzjonijiet kbar ħafna matul il-perjodu ta’ żvelar minn qabel, jew għal dannu addizzjonali kkawżat minn tali żieda fin-nuqqas ta’ reġistrazzjoni, kif ukoll il-kundizzjonijiet l-oħra elenkati fl-Artikolu 16(4) tar-Regolament bażiku. |
(408) |
Għall-kuntrarju ta’ dak li argumentaw dawn il-partijiet, ir-raġunament u l-benefiċċju tad-divulgazzjoni minn qabel għall-importaturi u d-distributuri introdotti mir-Regolament dwar il-Modernizzazzjoni kien li “jittejbu t-trasparenza u l-prevedibbiltà” għall-partijiet affettwati mill-investigazzjonijiet, “b’mod partikolari l-importaturi” (101). Ir-raġunament għad-divulgazzjoni minn qabel għalhekk ċertament ma kienx li jagħtihom strument biex iżidu b’mod massiv l-importazzjonijiet matul il-perjodu tad-divulgazzjoni minn qabel biex jibbenefikaw mill-aħħar tieqa qabel l-impożizzjoni tad-dazji kif jissuġġerixxu huma. Għaldaqstant, dan l-argument ġie miċħud ukoll. |
(409) |
Fuq il-bażi ta’ dak kollu li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni ma tara l-ebda evidenza biex tbiddel il-konklużjoni li d-dazji jenħtieġ li jiġu imposti fuq l-importazzjonijiet irreġistrati. |
(410) |
F’konformità mal-Artikolu 16(3) tar-Regolament bażiku, il-livell tad-dazju li jenħtieġ jinġabar b’mod retroattiv jenħtieġ li jiġi stabbilit fil-livell tad-dazji provviżorji imposti mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/379, minħabba li d-dazju kumpensatorju definittiv impost minn dan ir-Regolament huwa ogħla mid-dazju provviżorju. |
8. MIŻURI KOMPENSATORJI DEFINITTIVI
(411) |
Fid-dawl tal-konklużjonijiet milħuqa fir-rigward tas-sussidjar, id-dannu, il-kawżalità u l-interess tal-Unjoni, jenħtieġ li jiġu imposti dazji kumpensatorji definittivi sabiex jitneħħa d-dannu materjali kkawżat lill-industrija tal-Unjoni mill-importazzjonijiet issussidjati mill-Eġittu. |
8.1. Il-livell tal-miżuri kumpensatorji
(412) |
It-tielet subparagrafu tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku jiddikjara li l-ammont tad-dazju kumpensatorju jenħtieġ li ma jaqbiżx l-ammont ta’ sussidji kumpensabbli stabbiliti. |
(413) |
Imbagħad, ir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 15(1) jiddikjara li “Fejn il-Kummissjoni, abbażi tal-informazzjoni sottomessa, tkun tista’ tikkonkludi b’mod ċar li mhuwiex fl-interess tal-Unjoni li tiddetermina l-ammont ta’ miżuri f’konformità mat-tielet subparagrafu, l-ammont tad-dazju kumpensatorju għandu jkun inqas jekk tali dazju inferjuri jkun adegwat biex jitneħħa d-dannu għall-industrija tal-Unjoni.” |
(414) |
Ma ġiet sottomessa l-ebda informazzjoni bħal din lill-Kummissjoni u, għalhekk, il-livell tal-miżuri kumpensatorji se jiġi stabbilit b’referenza t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 15(1). |
(415) |
Minħabba li, f’dan il-każ, il-miżuri definittivi ser ikunu bbażati fuq l-ammont ta’ sussidji kumpensabbli stabbiliti, il-marġini tad-dannu ma ġiex stabbilit. |
8.2. Miżuri definittivi
(416) |
Jenħtieġ li jiġu imposti miżuri kumpensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet tal-GFR li joriġinaw mill-Eġittu f’konformità mar-regoli fl-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku, li jiddikjara li d-dazju definittiv jenħtieġ li jikkorrespondi għall-ammont totali ta’ sussidji kumpensabbli stabbiliti. |
(417) |
Abbażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, ir-rati tad-dazji kumpensatorji definittivi, espressi skont il-prezz CIF fuq il-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju doganali mhux imħallas, huma kif ġej:
|
(418) |
Ir-rati tad-dazju kumpensatorju tal-kumpaniji individwali speċifikati f’dan ir-Regolament kienu stabbiliti fuq il-bażi tas-sejbiet ta’ din l-investigazzjoni. Għalhekk, huma jirriflettu s-sitwazzjoni li nstabet matul dik l-investigazzjoni fir-rigward ta’ dawk il-kumpaniji. B’hekk, dawk ir-rati tad-dazju (għall-kuntrarju tad-dazju applikabbli fil-pajjiż kollu għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha”) huma esklussivament applikabbli għall-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina mill-Eġittu u manifatturat minn dawk il-kumpaniji. Il-prodotti importati kkonċernati manifatturati minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux imsemmija speċifikament fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament, inklużi l-entitajiet relatati ma’ dawk imsemmija speċifikament, ma jistgħux jibbenefikaw minn dawk ir-rati u jenħtieġ li jkunu soġġetti għar-rata tad-dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha”. |
(419) |
Kumpanija tista’ titlob l-applikazzjoni kontinwa ta’ dawk ir-rati tad-dazju individwali minkejja li sussegwentement tbiddel isimha jew l-isem ta’ waħda mill-entitajiet tagħha. It-talba trid tkun indirizzata lill-Kummissjoni. It-talba trid tinkludi l-informazzjoni rilevanti kollha li tippermetti lill-kumpanija turi li l-bidla ma taffettwax id-dritt tal-kumpanija li tibbenefika mir-rata tad-dazju individwali li tapplika għaliha. Jekk il-bidla fl-isem tal-kumpanija ma taffettwax id-dritt tagħha li tibbenefika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha, jiġi ppubblikat avviż li jinnotifika dwar il-bidla tal-isem f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
(420) |
Jekk l-iżviluppi wara l-perjodu ta’ investigazzjoni jwasslu għal bidla dejjiema fiċ-ċirkostanzi, tista’ tittieħed azzjoni xierqa f’konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku. |
(421) |
Fid-dawl tal-Artikolu 109 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (102), meta jkun irid jiġi rrimborżat ammont wara sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, l-imgħax li jkun irid jitħallas jenħtieġ li jkun ir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament prinċipali tiegħu, kif ippubblikata fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fl-ewwel jum kalendarju ta’ kull xahar. |
8.3. Il-ġbir definittiv tad-dazji provviżorji
(422) |
L-Artikolu 16(2) tar-Regolament bażiku jiddikjara li huwa f’idejn il-Kummissjoni li tiddeċiedi liema proporzjon tad-dazju provviżorju jenħtieġ li jinġabar b’mod definittiv. |
(423) |
Minħabba s-sejbiet ta’ dan il-każ, l-ammonti garantiti permezz tad-dazju kumpensatorju provviżorju, impost mir-Regolament provviżorju, jenħtieġ li jinġabru b’mod definittiv. |
(424) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (103), |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Huwa impost dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ trofof imqattgħin tal-fibra tal-ħġieġ, b’tul ta’ mhux aktar minn 50 mm; faxex tal-fibri tal-ħġieġ, għajr faxex tal-fibri tal-ħġieġ li huma mxappin u miksijin u li jkollhom telf mat-tqabbid bin-nar ta’ aktar minn 3 % (kif iddeterminat mill-Istandard tal-ISO 1887); u twapet magħmulin minn filamenti tal-fibri tal-ħġieġ, għajr twapet tal-ħġieġ f’forma ta’ fibri li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 7019 11 00, ex 7019 12 00, 7019 31 00 (kodiċijiet TARIC 7019120022, 7019120025, 7019120026 u 7019120039) u li joriġinaw mill-Eġittu.
2. Ir-rata tad-dazju kumpensatorju definittiv applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodotti deskritti fil-paragrafu 1 u manifatturati mill-kumpaniji elenkati hawn taħt, jenħtieġ li tkun kif ġej:
Kumpanija |
Rata tad-dazju kumpensatorju definittiv (%) |
Kodiċi addizzjonali TARIC |
Jushi Egypt għal Fiberglass Industry S.A.E. |
13,1 % |
C540 |
Il-kumpaniji l-oħrajn kollha |
13,1 % |
C999 |
3. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.
Artikolu 2
1. Dazju kumpensatorju definittiv qiegħed jiġi fuq l-importazzjonijiet ta’ trofof imqattgħin tal-fibra tal-ħġieġ, b’tul ta’ mhux aktar minn 50 mm; faxex tal-fibri tal-ħġieġ, għajr faxex tal-fibri tal-ħġieġ li huma mxappin u miksijin u li jkollhom telf mat-tqabbid bin-nar ta’ aktar minn 3 % (kif iddeterminat mill-Istandard tal-ISO 1887); u twapet magħmulin minn filamenti tal-fibri tal-ħġieġ, għajr twapet tal-ħġieġ f’forma ta’ fibri li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 7019 11 00, ex 7019 12 00, 7019 31 00 (kodiċijiet TARIC 7019120022, 7019120025, 7019120026 u 7019120039) u li joriġinaw mill-Eġittu, li kienu rreġistrati skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/199.
2. Ir-rati tad-dazju kumpensatorju definittiv applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u manifatturat mill-kumpaniji elenkati hawn taħt għandhom ikunu kif ġej:
Kumpanija |
Rata tad-dazju definittiv (%) applikabbli għall-importazzjonijiet irreġistrati |
Kodiċi addizzjonali TARIC |
Jushi Egypt għal Fiberglass Industry S.A.E. |
8,7 % |
C540 |
Il-kumpaniji l-oħrajn kollha |
8,7 % |
C999 |
Artikolu 3
L-ammonti garantiti permezz tad-dazju kumpensatorju provviżorju skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/379 għandhom jinġabru b’mod definittiv.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Ġunju 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 55.
(2) ĠU C 192, 7.6.2019, p. 30.
(3) ĠU C 48, 12.2.2020, p. 18.
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/379 tal-5 ta’ Marzu 2020 li jimponi dazju kumpensatorju provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ prodotti tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament kontinwu li joriġinaw mill-Eġittu (ĠU L 69, 6.3.2020, p. 14).
(5) Ara n-Nota fil-fajl dwar il-konsegwenzi tat-tifqigħa tal-coronavirus fuq l-investigazzjonijiet tal-anti-dumping u antisussidji, referenza t20.001226 u l-Avviż dwar il-konsegwenzi tat-tifqigħa tal-COVID-19 fuq l-investigazzjonijiet tal-antidumping u antisussidji (ĠU C 86, 16.3.2020, p. 6).
(6) Memorandum ta’ Qbil Bejn ir-Repubblika Għarbija tal-Eġittu u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, it-18 ta’ April 1997.
(7) Rapport taċ-Ċentru tal-Kunsill tal-Istat għall-Iżvilupp u r-Riċerka, “L-esperjenza tal-iżvilupp sostenibbli fiż-Żona ta’ Kooperazzjoni Ekonomika u Kummerċjali tal-Kanal tas-Suez bejn iċ-Ċina u l-Eġittu”, is-6 ta’ Awwissu 2019 (“Rapport tal-Kunsill tal-Istat”).
(8) Ara d-Digriet Presidenzjali Nru (35) tar-Repubblika Għarbija tal-Eġittu, li jġib id-data tal-15/2/2003.
(9) Rapport ta’ Sinteżi ta’ 10 Snin ta’ TEDA (2008-2018), p. 4.
(10) Rapport taċ-Ċentru tal-Kunsill tal-Istat għall-Iżvilupp u r-Riċerka, “L-esperjenza tal-iżvilupp sostenibbli fiż-Żona ta’ Kooperazzjoni Ekonomika u Kummerċjali tal-Kanal tas-Suez bejn iċ-Ċina u l-Eġittu”, is-6 ta’ Awwissu 2019 (“Rapport tal-Kunsill tal-Istat”).
(11) Rapport ta’ Sinteżi ta’ 10 Snin ta’ TEDA (2008-2018), p. 11.
(12) Rapport tal-Kunsill tal-Istat.
(13) Rapport ta’ Sinteżi ta’ 10 Snin ta’ TEDA (2008-2018), p. 53.
(14) Rapport tal-Kunsill tal-Istat.
(15) Digriet tal-President tar-Repubblika Għarbija tal-Eġittu Nru. 330 tas-sena 2015 dwar l-istabbiliment taż-Żona Ekonomika tal-Kanal tas-Suez, id-19 ta’ Awwissu 2015.
(16) Rapport taċ-Ċentru tal-Kunsill tal-Istat għall-Iżvilupp u r-Riċerka, “L-esperjenza tal-iżvilupp sostenibbli fiż-Żona ta’ Kooperazzjoni Ekonomika u Kummerċjali bejn iċ-Ċina u l-Eġittu”, is-6 ta’ Awwissu 2019.
(17) Mill-Kummissjoni Nazzjonali għall-Iżvilupp u r-Riforma (“NDRC”) u mill-Ministeru tal-Kummerċ (“MOFCOM”).
(18) Rapport ta’ Sinteżi ta’ 10 Snin ta’ TEDA, p. 41.
(19) Kummenti tal-President Morsi waqt iż-żjara tiegħu fiċ-Ċina minn Awwissu 2012, Rapport ta’ Sinteżi ta’ 10 Snin ta’ TEDA, p. 47 u 53; Kummenti tal-President Sisi waqt iż-żjara tiegħu fiċ-Ċina f’Diċembru 2016, Rapport ta’ Sinteżi ta’ 10 Snin ta’ TEDA (2008-2018), p. 94.
(20) Rapport ta’ Sinteżi ta’ 10 Snin ta’ TEDA (2008-2018), p. 59.
(21) It-tliet reġjuni msemmija fit-test huma l-UE, l-Indja u t-Turkija.
(22) Regolament Implimentattiv tal-Kunsill (UE) Nru 248/2011 tad-9 ta’ Marzu 2011 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament kontinwu li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 67, 15.3.2011, p. 1).
(23) Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1379/2014 tas-16 ta’ Diċembru 2014 li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jemenda r-Regolament Implimentattiv tal-Kummissjoni (UE) Nru 248/2011 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament kontinwu li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 367, 23.12.2014, p. 22).
(24) Rapport Annwali dwar l-Iżvilupp fl-Afrika, Nru. 19 (2016-2017), Yellow Books of Africa, p. 13.
(25) D. Brautigam & Xiaoyang Tang; Going Global in Groups: Structural transformation and China’s Special Economic Zones overseas, World Development Vol. 63, 2014, pp. 78–91.
(26) WT/DS2/AB/R – US – Reformulated Gasoline, Rapport tal-Korp tal-Appell adottat fl-20 ta’ Mejju 1996, p. 17.
(27) Ara fid-dettall J. Pauwelyn, The Role of Public International Law in the WTO – How far can we go?, American Journal of International Law (2001), pp. 535 u sussegwenti; Graham Cook, Digest of WTO Jurisprudence on Public International Law Concepts and Principles (CUP 2015).
(28) WT/DS379 – L-Istati Uniti – Definitive Anti-Dumping and Countervailing Duties on Certain Products from China (Id-Dazji Anti-Dumping u d-Dazji Kumpensatorji Definittivi fuq Ċerti Prodotti miċ-Ċina), Rapport tal-Bord tal-Appell adottat fil-11 ta’ Marzu 2011, §§308; M.E. Villiger, ‘Commentary on the 1969 Vienna Convention on the Law of Treaties’ (Martinus Nijhoff, 2009), p. 433.
(29) Il-Kummissjoni tad-Dritt Internazzjonali, Abbozz ta’ Artikoli dwar ir-Responsabbiltà tal-Istati għal Atti Internazzjonalment Ħżiena, Novembru 2001, Suppliment Nru. 10 (A/56/10), chp. IV.E.1.
(30) WT/DS379/AB/R, para. 304 – 322.
(31) International Law Commission, Draft Articles on Responsibility of States for Internationally Wrongful Acts, b’kummentarji, Novembru 2001, Suppliment Nru. 10 (A/56/10), p. 52, premessa 3 tal-Artikolu 11.
(32) Rapport ta’ Sinteżi ta’ 10 Snin ta’ TEDA (2008-2018), p. 94.
(33) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1690 tad-9 ta' Novembru 2018 li jimponi dazji kumpensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti tajers pnewmatiċi ġodda jew b'wiċċ ġdid, ta' tip użat għall-karozzi tal-linja jew għat-trakkijiet u b'indiċi tat-tagħbija li jaqbeż il-121 li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1579 li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor definittivament id-dazju proviżorji impost fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti tajers pnewmatiċi, ġodda jew b'wiċċ ġdid, tal-lastiku, tat-tip użat għall-karozzi tal-linja jew għat-trakkijiet, b'indiċi tat-tagħbija li jaqbeż il-121, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jħassar ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/163 (ĠU L 283, 12.11.2018, p. 1), il-Premessi 409-412.
(34) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1690, il-Premessa 377.
(35) Ara l-Artikolu 3(1)(a)(iv) tar-Regolament bażiku u l-Artikolu 1.1(a)(1)(iv) tal-Ftehim SCM.
(36) Rapport tal-Korp tal-Appell, US – DRAMs, (WT/DS296/AB/R), il-para. 112.
(37) Inċidentalment, il-fatti inkwistjoni jistgħu jiġu kkunsidrati wkoll mill-angolu tal-Artikolu 16 tal-Artikoli tal-ILC. Il-kooperazzjoni mill-qrib bejn il-GTE u l-GTĊ mhux biss irriżultat fir-rikonoxximent u l-adozzjoni tal-atti Ċiniżi mill-GTE, iżda wkoll serviet biex potenzjalment jiġu evitati dazji attwali u potenzjali imposti mill-UE fuq l-esportazzjonijiet Ċiniżi tal-prodott ikkonċernat magħmula mill-Eġittu.
(38) “Divulgazzjoni definittiva” hija l-istess bħad-“divulgazzjoni finali” imsemmija fit-Taqsima 1.4 hawn fuq.
(39) Il-kawża T-300/16 Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla Estiża) tal-10 ta’ April 2019, Jindal Saw Ltd u Jindal Saw Italia SpA vs il-Kummissjoni Ewropea ECLI:EU:T:2019:235, il-punt 101; ukoll T 67/14 Viraj Profiles v il-Kunsill, sentenza tal-11 Lulju 2017, mhux ippubblikata, EU:T:2017:481, punt 88.
(40) WT/DS379/AB/R, Appellate Body Report, US – AD and CVD (China), punt 309.
(41) Mondev International Ltd. v. United States of America (ICSID Additional Facility Case No. ARB(AF)/99/2), Deċiżjoni tal-11 October 2002, punt 115 u nota 47.
(42) QIĠ Applikazzjoni tal-Konvenzjoni dwar il-Prevenzjoni u l-Kastig tad-Delitt ta’ Ġenoċidju (Bosnja-Ħerzegovina vs Serbja u Montenegro, sentenza tas-27 ta’ Frar 2007, para. 414. F’dak il-każ, il-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja bdiet mill-premessa li kien legalment possibbli għall-Istat Federali tas-Serbja u l-Montenegro li jirrikonoxxu u jadottaw atti ta’ ġenoċidju mwettqa mill-forzi militari organizzati tal-“Republik Srpska”, l-Istat de facto Serb fit-territorju tal-Bosnja-Ħerzegovina matul il-gwerra ċivili f’dak il-pajjiż mill-1991 sal-1995. Hija kkonstatat, madankollu, li tali rikonoxximent u adozzjoni ma kinux seħħew fil-prattika.
(43) WT/DS379/AB/R (L-Istati Uniti – Dazji Kompensatorji u Anti-dumping fuq Ċerti Prodotti miċ-Ċina), Rapport tal-Korp tal-Appell tal-11 ta’ Marzu 2011, DS 379, il-paragrafu 318. Ara wkoll WT/DS436/AB/R (L-Istati Uniti – Azzar tal-Karbonju (l-Indja)), Rapport tal-Korp tal-Appell tat-8 ta’ Diċembru 2014, il-paragrafi 4.9 - 4.10, 4.17 - 4.20 u WT/DS437/AB/R (L-Istati Uniti – Miżuri ta’ Dazju Kumpensatorju fuq Ċerti Prodotti miċ-Ċina) Rapport tal-Korp tal-Appell tat-18 ta’ Diċembru 2014, il-paragrafu 4.92.
(44) Ara l-Premessi 183 sa 185 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/72 tas-17 ta’ Jannar 2019 li jimponi dazji kompensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet ta' roti elettriċi li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 16, 18.1.2019, p. 5) (“Roti elettriċi miċ-Ċina”). Il-premessa 91 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/969 tat-8 ta’ Ġunju 2017 li jimponi dazji kumpensatorji definittivi fuq importazzjonijiet ta' ċerti prodotti ċatti b'laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/649 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' ċerti prodotti ċatti b'laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 146, 9.6.2017, p. 17) (HRF miċ-Ċina), u l-premessi 175 sa 177 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1690 (Tajers miċ-Ċina).
(45) http://english.eximbank.gov.cn/Profile/AboutTB/Introduction/ konsultat fl-14 ta’ April 2020.
(46) Ara (HRF miċ-Ċina, il-premessa (132), Tyres miċ-Ċina, il-premessa (210).
(47) Ara Ebikes miċ-Ċina, il-premessi (195 sa 202), HRF miċ-Ċina, il-premessi (100) u (101), Tyres miċ-Ċina, il-premessi (188) sa (192).
(48) Katalgu għall-Gwida dwar ir-Ristrutturar tal-Industrija (Verżjoni tal-2011) (Emenda tal-2013) (Maħruġ bl-Ordni Nru 9 tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Iżvilupp u r-Riformi fis-27 ta’ Marzu, 2011, u emendat skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nazzjonali dwar l-Iżvilupp u r-Riforma dwar l-Emendar tal-Klawżoli Rilevanti tal-Katalogu għall-Gwida tar-Ristrutturar tal-Industrija (Verżjoni tal-2011) maħruġa bl-Ordni Nru 21 tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Iżvilupp u r-Riformi fis-16 ta’ Frar 2013).
(49) Skont il-Miżuri ta’ Implimentazzjoni tas-CBIRC għal Kwistjonijiet ta’ Liċenzji Amministrattivi għal Banek Kummerċjali Finanzjati miċ-Ċina (l-Ordni tas-CBIRC [2017] Nru 1), il-Miżuri ta’ Implimentazzjoni tas-CBIRC għall-Kwistjonijiet ta’ Liċenzji Amministrattivi relatati ma’ Banek Finanzjati minn Persuni Barranin (Ordni tas-CBIRC [2015] Nru 4), u l-Miżuri Amministrattivi għall-Kwalifiki tad-Diretturi u l-Uffiċjali Anzjani tal-Istituzzjonijiet Finanzjarji fis-Settur Bankarju (CBIRC [2013] Nru 3)
(50) Ara l-kawżi HRF u Tyres, il-premessa (132) u l-premessa (211) rispettivament.
(51) Ara l-kawżi HRF u Tyres.
(52) WT/DS/296 (DS296 L-Istati Uniti — Investigazzjoni dwar id-dazju kompensatorju fuq Memorja Dinamika b’Aċċess Każwali (Dynamic Random Access Memory, DRAMS) mill-Korea), Rapport tal-Korp tal-Appell tal-21 ta’ Frar 2005, punt 116.
(53) Ir-Rapport tal-Korp tal-Appell, DS 296, para. 116.
(54) Ir-Rapport tal-Korp tal-Appell, DS 296, para. 115.
(55) Ir-Rapport tal-Korp tal-Appell, DS 296, para. 114, li jaqbel mar-Rapport tal-Bord, DS 194, para. 8.31. dwar dak il-punt.
(56) Ir-Rapport tal-Korp tal-Appell, DS 296, para. 115.
(57) Il-kawża Ebikes, il-premessi (238) sa (244), il-kawża Tyres, il-premessi (237) sa (242).
(58) Dokument ta’ Ħidma tal-FMI “Resolving China’s Corporate Debt Problem”, minn Wojciech Maliszewski, Serkan Arslanalp, John Caparusso, José Garrido, Si Guo, Joong Shik Kang, W. Raphael Lam, T. Daniel Law, Wei Liao, Nadia Rendak, Philippe Wingender, Jiangyan, Ottubru 2016, WP/16/203.
(59) Livingstone, M. Poon, W.P.H. u Zhou, L. (2017). Are Chinese Credit Ratings Relevant? A Study of the Chinese Bond Market and Credit Rating Industry, fil-Ġurnal tal-Affarijiet Bankarji u l-Finanzi, p. 24.
(60) Price, A.H., Brightbill T.C., DeFrancesco R.E., Claeys, S.J., Teslik, A. u Neelakantan, U. (2017). China’s broken promises: why it is not a market-economy, Wiley Rein LLP, p. 68.
(61) Għal eżempju konkret, ara Reuters. (2016). Fitch Rates Shougang’s USD Senior Notes Final ‘A-’ https://www.reuters.com/article/idUSFit982112, (aċċessata fil-21 ta’ Ottubru 2017).
(62) Lin, L.W. u Milhaupt, C.J. (2016). Bonded to the State: A Network Perspective on China’s Corporate Debt Market. Columbia Law and Economics Working Paper Nru 543, p. 20; Livingstone, M. Poon, W.P.H. u Zhou, L. (2017). Are Chinese Credit Ratings Relevant? A Study of the Chinese Bond Market and Credit Rating Industry, fil-Ġurnal tal-Affarijiet Bankarji u l-Finanzi, p. 9.
(63) Il-kawża Ebikes, il-premessa (241), il-kawża Tyres, il-premessa (240).
(64) Ara l-Miżuri Addizzjonali għall-Amministrazzjoni tan-Negozju tal-Klassifikazzjoni tal-Kreditu Rigward is-Suq tat-Titoli Promulgati mill-Kummissjoni Regolatorja tat-Titoli taċ-Ċina, Ordni tal-Kummissjoni Regolatorja tat-Titoli taċ-Ċina [2007] Nru 50, l-24 ta’ Awwissu 2007; Avviż tal-People’s Bank of China dwar il-Kwalifiki ta’ China Cheng Xin Securities Rating Co., Ltd. u Istituzzjonijiet oħrajn Involuti fil-Corporate Bond Credit Rating Business, Yinfa [1997] Nru 547, is-16 ta’ Diċembru 1997, u t-Tħabbira Nru 14 [2018] tal-People’s Bank of China u l-Kummissjoni Regolatorja tat-Titoli taċ-Ċina dwar Kwistjonijiet li Jikkonċernaw il-Provvista ta’ Servizzi ta’ Klassifikazzjoni tal-Bonds mill-Aġenziji ta’ Klassifikazzjoni tal-Kreditu dwar is-Suq Interbankarju tal-Bonds u s-Suq tal-Bonds tal-Borża.
(65) Ara t-“Tħabbira tal-PBOC dwar Kwistjonijiet li jikkonċernaw in-Negozju tal-Klassifikazzjoni tal-Kreditu mwettaq minn Aġenziji ta’ Klassifikazzjoni tal-Kreditu fis-Suq Interbankarju tal-Bonds”, b’effett mill-1 ta’ Lulju 2017.
(66) Dokument ta’ Ħidma tal-PBOC Nru. 2017/5, 25 ta’ Mejju 2017, p. 28.
(67) Statistika tal-Bank Ċentrali tal-Eġittu: Ir-rati medji tal-imgħax fuq is-Self EGP għall-perjodu ta’ investigazzjoni, ibbażati fuq ir-rati tal-imgħax medji ponderati għal kampjun ta’ banek li d-depożiti tagħhom jirrappreżentaw madwar 80 % tad-depożiti totali tas-sistema bankarja u kkalkolati fuq bażi ta’ kull xahar, ara https://www.cbe.org.eg/en/EconomicResearch/Statistics/Pages/MonthlyInterestRatesHistorical.aspx.
(68) Għal aktar dettalji ara l-Arranġament dwar il-Krediti għall-Esportazzjoni Appoġġjati b’mod Uffiċjali, Jannar 2019, TAD/PG(2019)1 u l-Klassifikazzjonijiet tar-Riskju tal-Pajjiż tal-Parteċipanti fl-Arranġament dwar il-Krediti għall-Esportazzjoni Appoġġjati b’mod Uffiċjali.
(69) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1690, it-Taqsima 3.7.
(70) http://cnbm.wsfg.hk/index.php?SectionID=FinancialReports&PageID=2019&Language=eng (ikkonsultat l-aħħar fl-20 ta’ Novembru 2019).
(71) http://www.cnbm.com.cn/EN/0000001600070008002/, konsultat fl-24 ta’ April 2020.
(72) Rapport Annwali tal-2019, CNBM.
(73) Pannell ta’ informazzjoni fl-entratura tal-impjant ta’ Jushi Egypt.
(74) China Jushi Online News Center, kif ukoll l-artiklu “Jushi plans to establish a factory in India”, JEC Composites News, 4 ta’ Awwissu 2016, http://www.jeccomposites.com/knowledge/international-composites-news/jushi-plans-establish-factory-india (konsultat l-aħħar fit-3 ta’ Frar 2020).
(75) http://www.gov.cn/zhengce/content/2015-05/19/content_9784.htm.
(76) Ara l-Kummissjoni ta’ Reviżjoni Ekonomika u tas-Sigurtà Stati Uniti-Ċina: It-13-il Pjan ta’ Ħames Snin, paġna 12.
(77) https://www.cae.cn/cae/html/files/2015-10/29/20151029105822561730637.pdf.
(78) Ara l-Pjan Direzzjonali “Made in China 2025”, p. 142, 152.
(79) Ara Made in China 2025, Kapitolu 4: L-Appoġġ Strateġiku u l-Forniment.
(80) “Xiao Yaqing: biex tinbena kard tan-negozju “going out” nazzjonali ġdida wara r-riorganizzazzjoni tal-intrapriża”, Sors: Sina Finance Author: Sina Finance Published: 2016-08-29.
(81) http://cnbm.wsfg.hk/index.php?SectionID=FinancialReports&PageID=2019&Language=eng (ikkonsultat l-aħħar fl-20 ta’ Novembru 2019).
(82) Ara fost l-oħrajn id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar distorsjonijiet sinifikanti fl-ekonomija tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-finijiet tal-investigazzjonijiet għad-difiża tal-kummerċ, SWD(2017) 483 final/2, p. 20.12.2017, li jinsab: https://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2017/december/tradoc_156474.pdf.
(83) L-evidenza li tissostanzja l-konklużjoni dwar in-natura tal-korp pubbliku ta’ SASAC tinstab, inter alia, fit-Taqsima 5 tad-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni SWD (2017) 483, ara n-nota f’qiegħ il-paġna preċedenti.
(84) L-evidenza li tissostanzja l-konklużjoni dwar in-natura ta’ korp pubbliku ta’ SRF tinstab, inter alia, fil-każ Tyres, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1690, b’mod partikolari t-Taqsima 3.7, il-premessi (341) sa (360) ta’ dan ir-Regolament.
(85) Ara wkoll il-premessa (358) tar-regolament tat-tyres.
(86) Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1690.
(87) Ara l-każ Tyres, il-premessa (418).
(88) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/776 tat-12 ta’ Ġunju li jimponi dazji kumpensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti materjali tal-fibra tal-ħġieġ minsuġa u/jew meħjuta li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Eġittu u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/492 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti materjali tal-fibra tal-ħġieġ minsuġa u/jew meħjuta (“GFF”) li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Eġittu (ĠU L 189, 15.6.2020, p. 1).
(89) Rapport taċ-Ċentru tal-Kunsill tal-Istat għall-Iżvilupp u r-Riċerka, “L-esperjenza tal-iżvilupp sostenibbli fiż-Żona ta’ Kooperazzjoni Ekonomika u Kummerċjali tal-Kanal tas-Suez bejn iċ-Ċina u l-Eġittu”, is-6 ta’ Awwissu 2019 (“Rapport tal-Kunsill tal-Istat”).
(90) L-Artikolu 38(bis A) tal-Liġi 83/2002, kif emendat fl-2015; L-Artikolu 20(bis) u l-Artikolu 28 tal-Liġi 8/1997.
(91) Rapport ta’ Sinteżi ta’ 10 Snin ta’ TEDA (2008-2018), p. 4.
(92) http://www.wadidegla.com/Wadi-Degla-Holding/en/spage/page/223 (aċċessat l-aħħar fil-15/05/2020)
(93) Servizz Pubbliku Go-Global tad-Dipartiment tal-Kummerċ tal-Provinċja ta’ Guangdong http://go.gdcom.gov.cn/article.php?typeid=31&contentId=13961(aċċessat l-aħħar fit-2 ta’ Jannar 2020), kif ukoll “China-Egypt TEDA Suez Economic and Trade Cooperation Zone”, Preżentazzjoni fuq http://www.bern-cci.ch/export/fr1/marche.html (aċċessat l-aħħar fit-2 ta’ Jannar 2020).
(94) Rapport tal-Bank Dinji “Doing Business 2020”, ir-Repubblika Għarbija tal-Eġittu
(95) Il-kawża T-301/16, Jindal Saw u Jindal Saw Italia vs Il-Kummissjoni, ECLI:EU:T:2019:234, il-punt 187.
(96) It-tqabbil bejn il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni u l-prezzijiet tal-bejgħ tal-produttur esportatur, kemm diretti kif ukoll permezz tal-entitajiet relatati tagħhom, lil klijenti indipendenti fl-Unjoni juri li dawn il-prezzijiet tal-aħħar huma ferm inqas mill-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni (14,89 %). Għalhekk, irrispettivament minn kif isir il-paragun tal-prezz, il-prezzijiet tal-importazzjonijiet sussidjati jibqgħu b’mod sinifikanti taħt il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni, u dan juri li anki l-argument ta’ din il-parti ma għandux impatt prattiku f’dan il-każ, minbarra li ma għandux rilevanza legali.
(97) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/199 tat-13 ta’ Frar 2020 li jagħmel l-importazzjonijiet ta’ prodotti tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament kontinwu li joriġinaw mill-Eġittu soġġetti għar-reġistrazzjoni (ĠU L 42, 14.2.2020, p. 10).
(98) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1693 tal-9 ta’ Ottubru 2019 li jimponi dazju antidumping provviżorju fuq l-importazzjoni ta’ roti tat-triq tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 259, 10.10.2019, p. 15), il-Premessa 4.
(99) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1688 tat-8 ta’ Ottubru 2019 li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ taħlitiet ta’ urea u nitrat tal-ammonju li joriġinaw fir-Russja, fi Trinidad u Tobago u fl-Istati Uniti tal-Amerka (ĠU L 258, 9.10.2019, p. 21), il-Premessi 285 sa 288.
(100) Ir-Regolament (UE) 2018/825 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 li jemenda r-Regolament (UE) 2016/1036 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea u r-Regolament (UE) 2016/1037 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 143, 7.6.2018, p. 1).
(101) Ir-Regolament (UE) 2018/825, il-Premessa 4.
(102) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).
(103) Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21).