3.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 174/64


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/687

tas-17 ta’ Diċembru 2019

li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard elenkat

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“il-Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 47(1), l-Artikolu 53(2), l-Artikolu 54(3), l-Artikolu 55(2), l-Artikolu 58(2), l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 63, l-Artikolu 64(4), l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 67, l-Artikolu 68(3), l-Artikolu 70(3), l-Artikolu 72(2), l-Artikolu 73(3), l-Artikolu 74(4), l-Artikolu 76(5), l-Artikolu 77(2) u l-Artikolu 272(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2016/429 jistabbilixxi r-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard tal-annimali li huma trażmissibbli lill-annimali jew lill-bnedmin, inklużi regoli dwar il-kuxjenza, it-tħejjija u l-kontroll tal-mard. B’mod partikolari, ir-Regolament (UE) 2016/429 jistabbilixxi regoli speċifiċi għall-mard għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard imsemmi fl-Artikolu 5 tiegħu. Ir-Regolament (UE) 2016/429 jistipula wkoll li dawk ir-regoli speċifiċi għall-mard japplikaw għal speċijiet u gruppi ta’ speċijiet tal-annimali li jippreżentaw riskju konsiderevoli għat-tixrid ta’ mard speċifiku u li huma elenkati bħala tali fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 (2).

(2)

Huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti regoli li jissupplimentaw ir-regoli dwar il-miżuri għall-kontroll tal-mard stabbiliti fit-Titolu II tal-Parti III tar-Regolament (UE) 2016/429 għal ċertu mard elenkat. Dawk ir-regoli li jissupplimentaw u r-regoli stabbiliti fir-Regolament (UE) 2016/429 huma marbuta mill-qrib u jenħtieġ li jiġu applikati flimkien. Fl-interess tas-sempliċità, tat-trasparenza u tal-faċilità tal-applikazzjoni, ir-regoli supplimentari jenħtieġ li jiġu stipulati f’att wieħed minflok f’għadd ta’ atti separati b’ħafna kontroreferenzi u riskji ta’ duplikazzjoni.

(3)

L-Artikolu 53, l-Artikolu 54(3), l-Artikolu 55(2), l-Artikolu 58(2) u l-Artikoli 63, 64, 67, 68 u 70 fil-Kapitolu 1 tat-Titolu II tar-Regolament (UE) 2016/429 huma relatati ma’ diversi aspetti tekniċi tal-miżuri li għandhom jittieħdu jekk ikun hemm suspett u konferma tal-mard imsemmi fl-Artikolu 9(1)(a) ta’ dak ir-Regolament. Bl-istess mod, l-Artikolu 72(2), l-Artikolu 73(3), l-Artikolu 74(4), l-Artikolu 76(5), u l-Artikolu 77 fil-Kapitolu 2 tat-Titolu II tar-Regolament (UE) 2016/429 huma relatati ma’ aspetti tekniċi tal-miżuri li għandhom jittieħdu jekk ikun hemm suspett u konferma tal-mard imsemmi fl-Artikolu 9(1)(b) u(c) ta’ dak ir-Regolament.

(4)

Ir-regoli li għandhom jiġu stipulati skont l-Artikoli fit-Titolu II huma relatati bejniethom minħabba li japplikaw għal miżuri għall-kontroll tal-mard għal kategoriji differenti ta’ mard elenkat fir-Regolament (UE) 2016/429. Għalhekk, għall-applikazzjoni effettiva ta’ dawk ir-regoli u fl-interess taċ-ċarezza, jenħtieġ li jiġu stabbiliti f’att delegat wieħed li jipprovdi sett komprensiv ta’ miżuri tekniċi għall-kontroll tal-mard elenkat u li jikkontribwixxi għas-simplifikazzjoni ġenerali tal-qafas legali dwar il-kontroll tal-mard tal-annimali.

(5)

Id-dispożizzjonijiet preċedenti għall-kontroll tal-mard ġew stipulati f’għadd ta’ direttivi, li kull waħda minnhom kien fiha regoli għal marda waħda jew ftit mard tal-annimali. Uħud minn dawk ir-regoli ġew sostitwiti bir-Regolament (UE) 2016/429, filwaqt li oħrajn jeħtieġ li jiġu sostitwiti b’dan ir-Regolament Delegat sabiex jiġu ssimplifikati u jitneħħew l-inkonsistenzi possibbli. Dan ser jipprovdi regoli ċari, armonizzati u dettaljati għall-kontroll tal-mard tal-annimali madwar l-Unjoni. Dan se jippermetti wkoll l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti mill-awtoritajiet kompetenti u mill-operaturi, u se jżid it-trasparenza tar-regoli u, għalhekk, se jiżgura rispons aħjar għar-riskji tal-mard tal-annimali.

(6)

Biex tiġi eradikata tifqigħa ta’ marda tal-kategorija A kemm jista’ jkun malajr u biex jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-annimali u tal-benessri tal-annimali, jeħtieġ li jiġu previsti miżuri għall-kontroll tal-mard fil-livell tal-Unjoni.

(7)

Għalhekk, il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li jinkludi miżuri għall-kontroll tal-mard għal mard tal-kategorija A fl-annimali terrestri u akkwatiċi, kif ukoll ċerti miżuri għall-kontroll tal-mard għal mard tal-kategoriji B u C. Fil-każ ta’ mard tal-kategoriji B u C, dawk il-miżuri għall-kontroll tal-mard jenħtieġ li jiġu applikati flimkien mar-regoli dwar is-sorveljanza u l-eradikazzjoni stabbiliti fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/689 (3).

(8)

Il-miżuri għall-kontroll tal-mard stabbiliti f’dan ir-Regolament Delegat jenħtieġ li japplikaw għall-annimali u għall-prodotti miksuba mill-annimali, inklużi l-prodotti ta’ oriġini mill-annimali, il-prodotti ġerminali, il-prodotti sekondarji mill-annimali u l-prodotti derivati. Dawn il-prodotti sekondarji mill-annimali huma soġġetti għar-regoli dwar is-saħħa pubblika u tal-annimali stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). Ir-regoli għall-ġbir, ir-rimi u l-ipproċessar bla periklu ta’ prodotti sekondarji mill-annimali u tal-prodotti derivati stipulati f’dak ir-Regolament japplikaw fil-każ tal-bidu ta’ marda tal-kategorija A. Madankollu, dak ir-Regolament ma jinkludix miżuri għall-kontroll tal-mard u restrizzjonijiet maħsuba sabiex japplikaw f’każijiet bħal dawn. Għalhekk, jenħtieġ li dawk ir-regoli jiġu previsti f’dan ir-Regolament Delegat.

(9)

Id-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) tistabbilixxi regoli għat-trasport bla periklu ta’ oġġetti perikolużi. Meta jittrasportaw prodotti sekondarji mill-annimali infettati jew materjal infettat ieħor li jistgħu jitqiesu bħala oġġetti perikolużi, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jikkonformaw mar-regoli stipulati f’dik id-Direttiva.

(10)

Huwa xieraq li jiġi segwit approċċ uniku għall-miżuri li għandhom jiġu applikati fil-każ ta’ marda tal-kategorija A. Madankollu, jenħtieġ li titqies l-epidemjoloġija tal-mard sabiex jiġi stabbilit il-mument xieraq meta l-awtorità kompetenti tapplika l-miżuri ta’ kontroll u biex jitwettqu investigazzjonijiet jekk ikun hemm suspett jew konferma ta’ dak il-mard. Għalhekk jenħtieġ li jiġu pprovduti “perjodi ta’ monitoraġġ”, bħala perjodi ta’ referenza għal kull marda tal-kategorija A li taffettwa l-annimali terrestri bbażati fuq il-perjodi tal-inkubazzjoni u elementi rilevanti oħra li jistgħu jaffettwaw it-tixrid tal-marda.

(11)

L-Artikolu 54 tar-Regolament (UE) 2016/429 jesiġi li l-awtorità kompetenti twettaq investigazzjonijiet dwar l-okkorrenza ta’ marda tal-kategorija A fi stadji differenti: (i) meta jkun hemm suspett tal-marda, (ii) meta l-marda tkun ikkonfermata, u (iii) meta jkun meħtieġ li jiġi eskluż it-tixrid tagħha lejn stabbilimenti u postijiet epidemjoloġikament marbuta, kif ukoll stabbilimenti u żoni fil-viċinat. Dawk l-investigazzjonijiet jinkludu eżami kliniku u teħid ta’ kampjuni għall-ittestjar fil-laboratorju. Huwa xieraq li jiġu stabbiliti regoli ġenerali dwar it-teħid tal-kampjuni sabiex tiġi żgurata l-validità tal-proċeduri tat-teħid tal-kampjuni, tal-metodi dijanjostiċi u tal-miżuri ta’ bijosigurtà.

(12)

L-Artikolu 43 tar-Regolament (UE) 2016/429 jesiġi li l-awtorità kompetenti tfassal u taġġorna l-pjanijiet ta’ kontinġenza u, fejn meħtieġ, tipprovdi manwali bi struzzjonijiet dettaljati dwar l-implimentazzjoni tal-miżuri li għandhom jittieħdu fil-każ ta’ marda tal-kategorija A kif previst fil-Parti III ta’ dak ir-Regolament. Il-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament Delegat jissupplimentaw dawk stipulati fil-Parti III tar-Regolament (UE) 2016/429 u, għalhekk, huwa meħtieġ li dawn jiġu implimentati f’konformità mal-pjanijiet ta’ kontinġenza previsti fir-Regolament (UE) 2016/429.

(13)

L-Artikoli 53 u 55 tar-Regolament (UE) 2016/429 jistabbilixxu obbligi fuq l-operaturi u l-awtoritajiet kompetenti fil-każ ta’ suspett ta’ marda tal-kategorija A. L-għan huwa li jiġi evitat it-tixrid tal-marda minn annimali u stabbilimenti affettwati taħt ir-responsabbiltà tagħhom għal annimali mhux affettwati jew għall-bnedmin, anki qabel ma tkun ġiet ikkonfermata l-marda. Il-miżuri għall-kontroll tal-mard u ta’ bijosigurtà previsti fir-Regolament (UE) 2016/429 jenħtieġ li jiġu applikati f’dan l-istadju bikri fl-istabbiliment affettwat fir-rigward tal-movimenti ta’ annimali u prodotti minn u lejn dak l-istabbiliment u l-inħawi tiegħu. Huwa neċessarju wkoll li dawk il-miżuri jiġu spjegati fid-dettall sabiex jiġu żgurati l-effettività u l-proporzjonalità tagħhom.

(14)

L-Artikolu 54 tar-Regolament (UE) 2016/429 jesiġi li l-awtorità kompetenti twettaq investigazzjoni uffiċjali jekk ikun hemm suspett ta’ marda tal-kategorija A, sabiex tikkonferma jew teskludi l-preżenza tal-marda. Sabiex tiġi stabbilita proċedura operattiva standard għal investigazzjonijiet uffiċjali bħal dawn fl-Istati Membri kollha, huwa meħtieġ li jiġu spjegati fid-dettall iċ-ċirkostanzi li jiġġustifikaw it-twettiq ta’ investigazzjoni, il-kompiti minimi ta’ investigazzjoni li għandhom jitwettqu mill-veterinarji uffiċjali u l-mod kif jenħtieġ li jitwettqu dawk il-kompiti.

(15)

Ir-Regolament (UE) 2016/429 jesiġi li, jekk ikun hemm suspett jew konferma ta’ marda tal-kategorija A, il-miżuri għall-kontroll tal-mard għandhom jiġu applikati mhux biss fl-istabbilimenti li jżommu l-annimali, iżda wkoll fin-negozji tal-ikel u tal-għalf, fi stabbilimenti ta’ prodotti sekondarji mill-annimali jew f’postijiet oħrajn li jistgħu jippreżentaw riskju ta’ tixrid tal-mard. Għalhekk, huwa meħtieġ li jiġi speċifikat liema miżuri ta’ kontroll japplikaw f’dawk il-każijiet, b’mod partikolari fil-każ tal-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera u tal-mezzi tat-trasport.

(16)

Ir-Regolament (UE) 2016/429 jesiġi li l-konferma ta’ marda tal-kategorija A tkun il-punt tat-tluq għall-awtorità kompetenti sabiex timplimenta miżuri għall-kontroll tal-mard aktar stretti minn dawk applikati fil-fażi ta’ suspett u sabiex twettaq aktar investigazzjonijiet. Għalhekk, huwa meħtieġ li jiġi speċifikat meta marda tal-kategorija A jenħtieġ li titqies bħala kkonfermata. Din il-konferma jenħtieġ li ssir f’konformità mal-atti tal-Unjoni adottati skont ir-Regolament (UE) 2016/429 dwar is-sorveljanza tal-mard, il-programmi ta’ eradikazzjoni u l-istatus mingħajr mard.

(17)

Ir-Regolament (UE) 2016/429 jistabbilixxi r-regoli bażiċi dwar il-miżuri għall-kontroll tal-mard li għandhom japplikaw fl-istabbilimenti affettwati fil-każ ta’ tifqigħa ta’ marda tal-kategorija A. Fl-istess ħin, jipprovdi lill-awtoritajiet kompetenti b’ċerta flessibbiltà dwar meta jiġu biex jiddeċiedu liema minn dawk il-miżuri jenħtieġ li japplikaw. Sabiex l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jieħdu l-aktar miżuri ta’ kontroll proporzjonati u effiċjenti u tiġi żgurata implimentazzjoni armonizzata tal-miżuri meħuda mill-Istati Membri, huwa xieraq li jiġu stabbiliti kriterji dettaljati għat-teħid tad-deċiżjonijiet ibbażati fuq iċ-ċirkostanzi epidemjoloġiċi, it-tip u l-post tal-istabbilimenti, l-ispeċijiet u l-kategoriji tal-annimali u l-kundizzjonijiet ekonomiċi jew soċjali taż-żona affettwata mill-marda.

(18)

L-awtorità kompetenti jenħtieġ li jkollha l-possibbiltà li tagħti, f’każijiet iġġustifikati, u taħt garanziji supplimentari jekk ikunu meħtieġa, derogi minn ċerti miżuri għall-kontroll tal-mard, b’mod partikolari mir-rekwiżit li jinqatlu l-annimali fl-istabbiliment affettwat, filwaqt li tqis il-fatturi epidemjoloġiċi u wara li twettaq valutazzjoni tar-riskji preċiża. Tali derogi jistgħu jingħataw għal stabbilimenti kkonfinati, għal annimali miżmuma għal skopijiet xjentifiċi jew għal skopijiet relatati mal-konservazzjoni ta’ speċijiet protetti jew fil-periklu u għal razez rari rreġistrati uffiċjalment jew għal annimali b’valur ġenetiku, kulturali jew edukattiv għoli ġġustifikat. F’każijiet bħal dawn, l-applikazzjoni ta’ miżuri ġenerali jista’ jkollha konsegwenzi mhux mixtieqa u sproporzjonati.

(19)

Sabiex tadatta l-miżuri għall-kontroll tal-mard għal kull sitwazzjoni speċifika, l-awtorità kompetenti jenħtieġ li jkollha l-possibbiltà li tapplika miżuri għall-kontroll tal-mard li mhumiex speċifikament previsti fir-Regolament (UE) 2016/429 jew f’dan ir-Regolament Delegat, filwaqt li tqis il-fatturi epidemjoloġiċi u wara t-twettiq tal-valutazzjoni tar-riskji.

(20)

It-tindif u d-diżinfezzjoni fl-istabbiliment affettwat huma waħda mill-miżuri bażiċi għall-kontroll tal-mard previsti fir-Regolament (UE) 2016/429 sabiex jitnaqqas ir-riskju li tinxtered marda tal-kategorija A kkonfermata. It-tindif u d-diżinfezzjoni preliminari huma l-aktar miżuri effettivi sabiex titnaqqas it-tagħbija ta’ aġent ta’ marda fl-istabbiliment affettwat ladarba l-annimali affettwati jkunu tneħħew. Għalhekk, l-awtorità kompetenti jenħtieġ li jkollha l-obbligu li tivverifika l-prestazzjoni tat-tindif u d-diżinfezzjoni preliminari immedjati u, fejn meħtieġ, il-kontroll tal-insetti u tar-rodituri. Huwa xieraq li tiġi spjegata fid-dettall il-proċedura ta’ tindif u diżinfezzjoni, billi jiġi speċifikat meta trid tinbeda u l-kriterji għall-għażla tal-prodotti bijoċidali li għandhom jintużaw.

(21)

L-Artikolu 62 tar-Regolament (UE) 2016/429 jesiġi li l-awtorità kompetenti testendi l-miżuri għall-kontroll tal-mard applikati fl-istabbilimenti affettwati għal stabbilimenti oħrajn, l-unitajiet epidemjoloġiċi fihom, in-negozji tal-ikel u tal-għalf, jew stabbilimenti ta’ prodotti sekondarji mill-annimali jew kwalunkwe post ieħor ta’ rilevanza, inklużi l-mezzi tat-trasport, fejn l-evidenza epidemjoloġika tagħti raġuni sabiex ikun suspettat it-tixrid tal-marda tal-kategorija A lejhom, minnhom jew minn ġo fihom. Huwa neċessarju li tiġi speċifikata l-investigazzjoni tat-traċċabbiltà li trid twettaq l-awtorità kompetenti, skont l-inkjesta epidemjoloġika prevista fir-Regolament (UE) 2016/429, sabiex tidentifika sewwa dawk ir-rabtiet epidemjoloġiċi.

(22)

Huwa xieraq ukoll li jiġu spjegati fid-dettall il-miżuri ta’ kontroll li għandhom japplikaw fi stabbilimenti u postijiet relatati identifikati. Sabiex ikunu effettivi, dawk il-miżuri jenħtieġ li jkunu flessibbli u proporzjonati, mingħajr ma jimponu piżijiet bla bżonn fuq l-operaturi jew l-awtoritajiet kompetenti. Konsegwentement, l-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jitħallew jidderogaw mid-dispożizzjonijiet ġenerali f’ċirkostanzi eċċezzjonali, wara li jwettqu valutazzjoni tar-riskji.

(23)

L-Artikolu 64 tar-Regolament (UE) 2016/429 jesiġi li l-awtoritajiet kompetenti jistabbilixxu żona ristretta madwar l-istabbiliment affettwat meta tkun ikkonfermata tifqigħa ta’ marda tal-kategorija A, sabiex jevitaw kwalunkwe tixrid ulterjuri tal-marda. Iż-żona ristretta tista’ tinkludi żona ta’ protezzjoni u żona ta’ sorveljanza. Huwa xieraq li jiġu stabbiliti regoli supplimentari dwar kif għandha tiġi stabbilita u mmodifikata, jekk ikun hemm bżonn, iż-żona ristretta, inklużi dettalji dwar iż-żona ta’ protezzjoni, dwar iż-żona ta’ sorveljanza u dwar il-possibbiltà li jiġu stabbiliti iktar żoni ristretti skont l-epidemjoloġija tal-marda. Huwa xieraq ukoll li jiġu previsti derogi speċifiċi għal dawk il-każijiet fejn l-istabbiliment ta’ żoni ristretti ma jikkontribwixxix għall-kontroll tat-tixrid tal-marda jew jimponi piż mhux ġustifikat fuq l-operaturi u l-awtoritajiet kompetenti.

(24)

L-Artikolu 65 tar-Regolament (UE) 2016/429 jelenka l-miżuri li tista’ tieħu l-awtorità kompetenti fiż-żona ristretta sabiex tevita t-tixrid tal-marda. Sabiex l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jieħdu l-aktar miżuri ta’ kontroll proporzjonati u effiċjenti u jiżguraw implimentazzjoni armonizzata tal-miżuri fl-Istati Membri kollha, huwa xieraq li jiġu stabbiliti kriterji dettaljati għat-teħid tad-deċiżjonijiet ibbażati fuq iċ-ċirkostanzi epidemjoloġiċi, it-tip u l-post tal-istabbilimenti tal-produzzjoni, l-ispeċijiet u l-kategoriji tal-annimali u l-kundizzjonijiet ekonomiċi jew soċjali taż-żona affettwata mill-marda.

(25)

Huwa neċessarju li jiġu speċifikati l-projbizzjonijiet tal-movimenti ta’ annimali u prodotti fi ħdan, minn jew minn ġoż-żona ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza u l-projbizzjonijiet ta’ attivitajiet oħrajn li jistgħu jippreżentaw riskju tat-tixrid ta’ marda tal-kategorija A. Dawk il-projbizzjonijiet jenħtieġ li jkunu proporzjonali mar-riskju tat-tixrid tal-marda marbut ma’ kull attività u komodità. Konsegwentement, għandhom jiġu stabbiliti wara li jitqies il-profil tal-marda epidemjoloġika. Dan huwa partikolarment importanti fir-rigward ta’ projbizzjonijiet li jikkonċernaw il-prodotti, minħabba li hemm ċerti prodotti li jenħtieġ li jiġu eżentati, b’mod partikolari dawk meqjusa bħala komoditajiet sikuri fir-rigward tar-riskju tat-tixrid ta’ ċertu mard.

(26)

Il-projbizzjonijiet tal-attivitajiet fiż-żona ristretta jenħtieġ li jkunu limitati kemm jista’ jkun. Għal dik ir-raġuni, jenħtieġ li jkun hemm il-possibbiltà li l-awtorità kompetenti tagħti derogi mill-projbizzjonijiet meta jittieħdu ċerti miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju u meta jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet proċedurali. Dawn id-derogi jistgħu jingħataw, partikolarment, meta l-awtorità kompetenti tista’ tivverifika r-rinfurzar tal-miżuri ta’ bijosigurtà u meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi relatati mal-annimali rilevanti, mal-prodotti miksuba minn dawk l-annimali jew ma’ sustanzi u materjali oħrajn li jistgħu jiġu kkontaminati.

(27)

Il-movimenti tal-ungulati jenħtieġ li jkunu limitati għat-trasport lejn biċċerija. Il-movimenti tat-tjur jenħtieġ li jkunu limitati għat-trasport lejn il-biċċeriji u għal annimali iżgħar bħall-flieles ta’ ġurnata u t-tjur lesti biex ibidu. Il-movimenti ta’ prodotti ta’ oriġini mill-annimali jenħtieġ li jkunu permessi jekk il-prodotti jkunu ġew prodotti qabel il-perjodu ta’ riskju għoli ddeterminat għall-marda. Il-movimenti ta’ prodotti ta’ oriġini mill-annimali u prodotti sekondarji mill-annimali prodotti fi ħdan jew wara l-perjodu ta’ riskju għoli jenħtieġ li jkunu permessi jekk il-prodotti jkunu ġew soġġetti għal trattamenti speċifiċi li jinattivaw l-aġent tal-marda. Dawk it-trattamenti jenħtieġ li jkunu konformi mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni eżistenti, mal-istandards internazzjonali u mal-evidenza xjentifika l-ġdida.

(28)

L-awtorità kompetenti jenħtieġ li tkun tista’ żżur l-istabbilimenti u teżamina l-annimali. Sabiex jiġi evitat it-tixrid ulterjuri tal-marda, jenħtieġ li jiġu stabbiliti rekwiżiti, li jridu jiġu ssodisfati qabel ma jkunu jistgħu jitneħħew il-miżuri li japplikaw għaż-żona ta’ protezzjoni. Ladarba dawk il-miżuri jitneħħew, il-miżuri li japplikaw għaż-żona ta’ sorveljanza jenħtieġ li jiġu implimentati, għal perjodu addizzjonali, fiż-żona preċedentement koperta miż-żona ta’ protezzjoni, sabiex jiġi żgurat li l-marda tkun ikkontrollata.

(29)

Id-dispożizzjonijiet dwar il-miżuri ta’ kontroll applikabbli fiż-żona ta’ sorveljanza jenħtieġ li jinkludu regoli ġenerali u speċifiċi għall-annimali, għall-prodotti miksuba minn dawk l-annimali, jew għal sustanzi u materjali oħra li jistgħu jkunu kkontaminati. Huma jenħtieġ li jinkludu wkoll derogi li jippermettu applikazzjoni proporzjonali tal-miżuri ta’ kontroll. L-intensità tal-miżuri ta’ kontroll u d-derogi għall-applikazzjoni proporzjonali tagħhom jenħtieġ li jirriflettu r-riskju aktar baxx li tippreżenta ż-żona ta’ sorveljanza għat-tixrid tal-marda iżda jenħtieġ li jiżguraw li l-miżuri ta’ kontroll ikunu biżżejjed biex jiġi evitat ir-riskju tat-tixrid ulterjuri tal-marda.

(30)

Jenħtieġ li l-awtorità kompetenti: (i) tawtorizza r-ripopolazzjoni tal-istabbilimenti affettwati bl-annimali, (ii) tiżgura li jsiru t-tindif u d-diżinfezzjoni finali tal-istabbiliment u, jekk rilevanti, (iii) twettaq kontroll għall-vetturi biex tiżgura li l-mard ma jerġax jitfaċċa. L-awtorità kompetenti jenħtieġ li jkollha l-flessibbiltà meħtieġa biex tiddeċiedi dwar l-aktar miżuri xierqa ta’ ripopolazzjoni filwaqt li tqis iċ-ċirkostanzi epidemjoloġiċi u l-kundizzjonijiet speċifiċi tal-mitigazzjoni tar-riskju.

(31)

L-annimali selvaġġi tal-ispeċijiet elenkati jistgħu jiġu affettwati wkoll minn mard tal-kategorija A. Il-miżuri ta’ kontroll għal dawk l-annimali selvaġġi huma essenzjali biex jiġi evitat it-tixrid tal-mard u biex tiġi żgurata l-eradikazzjoni tiegħu. Fir-rigward tal-mard li jseħħ fl-annimali miżmuma, l-awtorità kompetenti jenħtieġ li tikkunsidra miżuri ta’ kontroll għall-mard fl-annimali selvaġġi bħala parti mill-pjanijiet ta’ kontinġenza previsti fir-Regolament (UE) 2016/429. Il-miżuri ta’ kontroll jenħtieġ li japplikaw għal każijiet suspettati u kkonfermati ta’ marda li taffettwa lill-annimali selvaġġi f’żona infettata. Miżuri li jirrestrinġu l-moviment tal-annimali miżmuma li huma speċijiet elenkati miż-żona infettata jenħtieġ li jiġu applikati b’konsiderazzjoni tal-flessibbiltà, abbażi tas-sitwazzjoni epidemjoloġika. Dan sabiex jiġu żgurati miżuri ta’ kontroll robusti, filwaqt li jiġu evitati piżijiet bla bżonn għall-operaturi u għall-awtoritajiet kompetenti.

(32)

Il-ġbir u r-rimi mingħajr periklu ta’ iġsma mejtin ta’ annimali selvaġġi jikkontribwixxu għall-prevenzjoni tat-tixrid ta’ mard tal-kategorija A. Huwa xieraq li r-Regolament (UE) 2016/429 jiġi ssupplimentat b’regoli li jiżguraw il-ġbir u r-rimi mingħajr periklu ta’ prodotti sekondarji mill-annimali minn annimali terrestri u akkwatiċi selvaġġi affettwati minn mard tal-kategorija A jew soġġetti għal miżuri ta’ restrizzjoni imposti b’rispons għal dak il-mard f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1069/2009.

(33)

L-Artikolu 43 tar-Regolament (UE) 2016/429 jesiġi li l-awtorità kompetenti tistabbilixxi grupp ta’ esperti operazzjonali bħala parti mill-pjanijiet ta’ kontinġenza. Dawn il-pjanijiet huma maħsuba sabiex jiżguraw livell għoli ta’ għarfien dwar il-mard u tħejjija u sabiex jipprovdu rispons rapidu f’każ ta’ tifqigħa ta’ marda tal-kategorija A. Il-kompitu ewlieni tal-grupp ta’ esperti operazzjonali fil-każ ta’ tifqigħa ta’ mard fl-annimali terrestri huwa li jappoġġja lill-awtorità kompetenti fil-valutazzjoni tal-miżuri rilevanti għall-kontroll jew l-eradikazzjoni tal-marda. Il-grupp ta’ esperti operazzjonali għall-mard fl-annimali terrestri selvaġġi jenħtieġ li jkun multidixxiplinarju u jkollu rappreżentanti tad-dipartimenti tal-gvern rilevanti, bħall-awtoritajiet ambjentali u tal-foresti, kif ukoll tal-partijiet ikkonċernati, tal-awtoritajiet lokali, tal-pulizija jew ta’ organizzazzjonijiet oħrajn li jistgħu jagħtu pariri lill-awtorità kompetenti dwar l-azzjonijiet possibbli u l-implimentazzjoni tagħhom għall-kontroll jew l-eradikazzjoni tal-marda tal-kategorija A.

(34)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE (6) tinkludi dispożizzjonijiet dwar il-ħtiġijiet tas-saħħa tal-annimali għall-annimali tal-akkwakultura u l-prodotti tagħhom u dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard fl-annimali akkwatiċi. Id-dispożizzjonijiet f’dan ir-Regolament Delegat jenħtieġ li jkunu bbażati fuq id-dispożizzjonijiet mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni preċedenti li ħadmu sewwa u li ġew riveduti u allinjati, kemm jista’ jkun, mal-għarfien u l-esperjenza miksuba fil-passat, u aġġornati f’konformità mal-evidenza ġdida u mal-istandards internazzjonali.

(35)

L-Artikolu 61 tar-Regolament (UE) 2016/429 jipprevedi l-applikazzjoni ta’ miżuri għall-kontroll tal-mard fi stabbilimenti u postijiet oħrajn wara konferma tal-mard tal-kategorija A. Waħda minn dawk il-miżuri hija l-qtil ta’ annimali li jistgħu jkunu kkontaminati jew li jistgħu jikkontribwixxu għat-tixrid tal-marda. Il-possibbiltà li jiġi applikat dan il-qtil preventiv jenħtieġ li tiġi spjegata fid-dettall f’dan ir-Regolament Delegat bħala miżura għall-kontroll tal-mard li għandha l-għan li tnaqqas il-pressjoni infettiva ta’ marda tal-kategorija A u li tiffaċilita l-kontroll tagħha.

(36)

L-Artikolu 62 tar-Regolament (UE) 2016/429 jinkludi kriterji għall-estensjoni tal-miżuri għall-kontroll tal-mard applikati fi stabbiliment affettwat għal stabbilimenti u postijiet marbuta epidemjoloġikament. L-analiżi tal-kundizzjonijiet idrodinamiċi u topografiċi, inkluża data mill-baċiri tal-ilma, l-ostakoli fil-kanali tal-ilma jew il-kundizzjonijiet tal-fluss tal-ilma, tippermetti li ssir previżjoni tat-tixrid passiv possibbli ta’ marda tal-kategorija A għal stabbilimenti jew postijiet oħrajn u din il-previżjoni tista’ tikkontribwixxi sabiex timminimizza l-impatt ta’ marda tal-kategorija A. Ir-riżultat ta’ tali analiżi jippermetti l-implimentazzjoni ta’ miżuri għall-kontroll tal-mard aktar infurmati li jenħtieġ li jevitaw jew jimminimizzaw it-tixrid ta’ marda tal-kategorija A minn żona ta’ riskju għoli għal żona ħielsa mill-mard.

(37)

L-awtorità kompetenti jenħtieġ li tkun tista’ tidderoga mir-restrizzjonijiet applikabbli wara l-konferma ta’ marda tal-kategorija A sabiex tippermetti l-użu ta’ annimali tal-akkwakultura għall-konsum mill-bniedem, dment li ma jurux sinjali kliniċi tal-marda u jiġu pproċessati b’mod li jnaqqas ir-riskju tat-tixrid tal-marda minn materjal infettiv. Id-deroga jenħtieġ li tkun immirata biex tnaqqas it-telf ekonomiku, filwaqt li timminimizza r-riskju tat-tixrid tal-marda.

(38)

L-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) 2016/429 jipprevedi r-rikonoxximent ta’ stat ta’ ħelsien mill-mard tal-kompartimenti għall-mard elenkat. Il-kompartimenti jinkludu stabbilimenti differenti b’sistemi ta’ bijosigurtà komuni u effiċjenti li jippermettu lil dawk l-istabbilimenti jkollhom status ta’ saħħa tal-annimali distint. Għalhekk, jekk tkun suspettata jew ikkonfermata marda tal-kategorija A fi stabbiliment tal-akkwakultura fi ħdan kompartiment, il-miżuri għall-kontroll tal-mard jenħtieġ li jiġu estiżi għal stabbilimenti oħrajn f’dak il-kompartiment li jirriżultaw f’kontroll aktar effiċjenti tal-marda.

(39)

Il-mistrieħ sanitarju għall-annimali akkwatiċi huwa miżura ta’ kontroll tal-mard diġà inkluża fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni preċedenti dwar il-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard fl-annimali tal-akkwakultura u li jenħtieġ li tkompli tiġi applikata. L-għan ewlieni tal-mistrieħ sanitarju huwa li jipprevjeni jew jimminimizza r-riskju ta’ infezzjoni mill-ġdid ta’ stabbilimenti bil-marda tal-kategorija A, wara li jitlestew it-tindif u d-diżinfezzjoni, u qabel ma tiġi introdotta popolazzjoni ġdida ta’ annimali akkwatiċi. Il-mistrieħ sanitarju sinkroniku f’żoni b’aktar minn stabbiliment infettat wieħed isaħħaħ il-miżuri għall-kontroll tal-mard u jikkontribwixxi għal rata ta’ suċċess ogħla. Jenħtieġ li jiġu stabbiliti perjodi ta’ mistrieħ sanitarju differenti għal mard differenti tal-kategorija A sabiex il-ħin tal-mistrieħ sanitarju jitnaqqas għal minimu, filwaqt li tiġi żgurata l-effettività ta’ din il-miżura għall-kontroll tal-mard.

(40)

Meta stabbiliment tal-akkwakultura jkun ġie affettwat minn marda tal-kategorija A li ma tkunx ta’ riskju għas-saħħa tal-bniedem, it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti minn dak l-istabbiliment jenħtieġ li jkun permess wara li jkunu ttieħdu miżuri għall-mitigazzjoni tar-riskju. Għall-ħut, dawk il-miżuri jenħtieġ li jinkludu l-iskarnar u l-evixxerazzjoni. Il-krustaċji jenħtieġ li jiġu pproċessati fi prodotti mhux vijabbli qabel id-dispaċċ. Il-prodotti jenħtieġ li jintużaw għall-konsum dirett mill-bniedem jew jgħaddu minn ipproċessar ulterjuri fi stabbiliment approvat skont l-Artikolu 179 tar-Regolament (UE) 2016/429. Dawk il-miżuri huma effettivi sabiex jikkontrollaw u jevitaw it-tixrid ulterjuri tal-marda, filwaqt li jippermettu li dawk il-prodotti jintużaw għall-konsum mill-bniedem minflok jinħlew bla bżonn.

(41)

L-Artikolu 64 tar-Regolament (UE) 2016/429 jistabbilixxi li, meta tfaqqa’ marda tal-kategorija A fl-annimali akkwatiċi, iż-żoni ristretti għandhom jiġu stabbiliti bħala miżura effettiva għall-kontroll tal-marda. Iż-żoni ristretti jistgħu jinkludu żona ta’ protezzjoni madwar l-istabbilimenti li għandhom riskju akbar li jiġu affettwati minn marda tal-kategorija A. Sabiex jiġi żgurat kontroll effettiv tal-mard u jiġi evitat it-tixrid ulterjuri tal-marda, l-introduzzjoni ta’ annimali tal-akkwakultura għat-trobbija fi stabbilimenti li jinsabu fiż-żona ta’ protezzjoni jenħtieġ li tkun ipprojbita. Sabiex tiġi evitata l-infezzjoni mill-ġdid, iż-żona ta’ protezzjoni jenħtieġ li tinżamm sakemm l-istabbilimenti tal-akkwakultura infettati jitbattlu mill-annimali, jitnaddfu u jiġu diżinfettati u sakemm jiġi kkompletat il-perjodu ta’ mistrieħ sanitarju.

(42)

Il-miżuri ta’ kontroll applikati f’żona ta’ protezzjoni stabbilita għall-mard fl-annimali akkwatiċi jenħtieġ li jitneħħew biss jekk tiġi ssodisfata serje ta’ kundizzjonijiet. Dawk il-kundizzjonijiet jenħtieġ li jinkludu d-depopolazzjoni, it-tindif, id-diżinfezzjoni u l-mistrieħ sanitarju tal-istabbilimenti affettwati. Barra minn hekk, ir-riżultati taż-żjarat regolari mwettqa fl-istabbilimenti kollha li jinsabu fiż-żona ta’ protezzjoni jridu jkunu sodisfaċenti. Meta jiġu ssodisfati dawk il-kundizzjonijiet kollha, iż-żona ta’ protezzjoni jenħtieġ li ssir żona ta’ sorveljanza. Dik iż-żona ta’ sorveljanza jenħtieġ li tinżamm sakemm jgħaddi l-perjodu ta’ sorveljanza għall-marda tal-kategorija A rilevanti u ma jkunx hemm elementi sabiex tiġi ssuspettata l-preżenza tal-marda.

(43)

L-Artikolu 43 tar-Regolament (UE) 2016/429 jesiġi li l-awtorità kompetenti tistabbilixxi grupp ta’ esperti operazzjonali bħala parti mill-pjanijiet ta’ kontinġenza mfassla biex jiżguraw livell għoli ta’ għarfien dwar il-mard u tħejjija u jipprovdu rispons rapidu f’każ ta’ tifqigħa ta’ marda tal-kategorija A. Il-kompitu ewlieni tal-grupp ta’ esperti operazzjonali fil-każ ta’ tifqigħa ta’ mard fl-annimali akkwatiċi huwa li jappoġġja lill-awtorità kompetenti fil-valutazzjoni tal-miżuri rilevanti għall-kontroll jew l-eradikazzjoni tal-marda. Il-grupp ta’ esperti operazzjonali għall-mard fl-annimali akkwatiċi selvaġġi jenħtieġ li jkun multidixxiplinarju u jinkludi rappreżentanti tad-dipartimenti tal-gvern, bħall-awtoritajiet ambjentali u tas-sajd, kif ukoll il-partijiet ikkonċernati, l-awtoritajiet lokali, il-pulizija jew organizzazzjonijiet oħrajn li jistgħu jipprovdu pariri lill-awtorità kompetenti dwar azzjonijiet possibbli għall-kontroll jew l-eradikazzjoni tal-marda tal-kategorija A.

(44)

L-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 jipprevedi l-implimentazzjoni ta’ restrizzjonijiet tas-saħħa ġenerali fil-każ ta’ marda trażmissibbli serja. Meta marda tal-kategorija A tkun preżenti fl-annimali tal-akkwakultura, l-awtorità kompetenti tista’ timponi regoli aktar stretti għall-prodotti sekondarji mill-annimali li joriġinaw minn ċerti stabbilimenti. Dawk ir-regoli huma maħsuba sabiex jittrattaw is-sitwazzjonijiet fejn ir-restrizzjonijiet tas-saħħa pubblika ma jkunux jistgħu jindirizzaw ir-riskju għas-saħħa tal-annimali. B’mod partikolari, huwa meħtieġ li l-prodotti sekondarji mill-annimali minn tali stabbilimenti jridu jiġu pproċessati jew mormija bħala materjal tal-kategorija 2 f’konformità mal-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009.

(45)

L-Artikolu 270 tar-Regolament (UE) 2016/429 ħassar id-Direttivi tal-Kunsill 92/66/KEE (7), 2001/89/KE (8), 2002/60/KE (9), 2003/85/KE (10) u 2005/94, (11) li kien fihom regoli għall-kontroll tal-mard tal-annimali. L-Artikolu 272 tar-Regolament (UE) 2016/429 jipprevedi li d-Direttivi mħassrin jibqgħu japplikaw għal tliet snin wara d-data tal-applikazzjoni ta’ dak ir-Regolament jew data aktar kmieni li għandha tiġi ddeterminata mill-Kummissjoni f’att delegat. Sabiex jiġi żgurat approċċ armonizzat u ssimplifikat fost l-ispeċijiet u l-mard, dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika mid-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/429 u d-Direttivi mħassrin jenħtieġ li jieqfu japplikaw mill-istess data,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

PARTI I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

Dan ir-Regolament jissupplimenta r-regoli dwar l-għarfien, it-tħejjija u l-kontroll tal-mard li għandhom jiġu applikati fir-rigward tal-mard elenkat imsemmi fl-Artikolu 9(1)(a), (b) u (c) tar-Regolament (UE) 2016/429.

Dawk ir-regoli jkopru dan li ġej:

(a)

Il-Parti II tkopri l-annimali terrestri miżmuma u selvaġġi, u b’mod partikolari:

(i)

Il-Kapitolu I jistabbilixxi regoli supplimentari dwar il-miżuri għall-kontroll tal-mard f’każ ta’ suspett u konferma uffiċjali ta’ marda tal-kategorija A fl-annimali miżmuma kif imsemmi fl-Artikoli 53, 54, 55, 58 u 63 tar-Regolament (UE) 2016/429;

(ii)

Il-Kapitolu II jistabbilixxi regoli supplimentari dwar l-istabbiliment ta’ żoni ristretti fil-każ ta’ konferma uffiċjali ta’ marda tal-kategorija A fl-annimali miżmuma kif imsemmi fl-Artikolu 64 u 67 tar-Regolament (UE) 2016/429;

(iii)

Il-Kapitolu III jistabbilixxi regoli supplimentari dwar ir-ripopolament taż-żona ristretta bl-annimali miżmuma f’każ ta’ konferma uffiċjali ta’ marda tal-kategorija A kif imsemmi fl-Artikoli 63 u 68 tar-Regolament (UE) 2016/429;

(iv)

Il-Kapitolu IV jistabbilixxi regoli supplimentari dwar miżuri għall-kontroll tal-mard f’każ ta’ suspett u konferma uffiċjali ta’ marda tal-kategorija A f’annimali selvaġġi kif imsemmi fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE) 2016/429;

(v)

Il-Kapitolu V jistabbilixxi regoli supplimentari dwar miżuri għall-kontroll tal-mard f’każ ta’ suspett u konferma uffiċjali ta’ mard tal-kategoriji B u C fl-annimali terrestri kif imsemmi fl-Artikolu 74 u 77 tar-Regolament (UE) 2016/429.

(b)

Il-Parti III tkopri l-annimali akkwatiċi miżmuma u selvaġġi, u b’mod partikolari:

(i)

Il-Kapitolu I jistabbilixxi regoli li supplimentari dwar miżuri għall-kontroll tal-mard f’każ ta’ suspett u konferma uffiċjali ta’ marda tal-kategorija A fl-annimali akkwatiċi kif imsemmi fl-Artikoli 53, 54, 55, 58 u 63 tar-Regolament (UE) 2016/429;

(ii)

Il-Kapitolu II jistabbilixxi regoli supplimentari dwar l-istabbiliment ta’ żoni ristretti fil-każ ta’ konferma uffiċjali ta’ marda tal-kategorija A fl-annimali tal-akkwakultura kif imsemmi fl-Artikolu 64 u 67 tar-Regolament (UE) 2016/429;

(iii)

Il-Kapitolu III jistabbilixxi regoli supplimentari dwar miżuri għall-kontroll tal-mard f’każ ta’ suspett u konferma uffiċjali ta’ marda tal-kategorija A fl-annimali akkwatiċi selvaġġi kif imsemmi fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE) 2016/429;

(iv)

Il-Kapitolu IV jistabbilixxi regoli supplimentari dwar miżuri għall-kontroll tal-mard f’każ ta’ suspett u konferma uffiċjali ta’ mard tal-kategoriji B u C fl-annimali akkwatiċi kif imsemmi fl-Artikolu 74 u 77 tar-Regolament (UE) 2016/429.

(c)

Il-Parti IV tkopri d-dispożizzjonijiet finali.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (UE) 2018/1882 u fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12) minbarra fejn dawk id-definizzjonijiet ikopru t-termini li huma definiti fit-tieni paragrafu ta’ dan l-Artikolu.

Barra minn hekk, għandhom japplikaw ukoll id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“mezz tat-trasport” tfisser vettura tat-triq jew ferrovjarja, bastimenti u inġenji tal-ajru;

(2)

“flieles ta’ ġurnata” tfisser it-tjur li għandu inqas minn 72 siegħa;

(3)

“semen” tfisser l-eġakulat ta’ annimal jew annimali, fl-istat mhux mibdul jew ippreparat jew dilwit;

(4)

“ooċiti” tfisser l-istadji aplojde tal-ootidoġenesi, inklużi ooċiti sekondarji u ova;

(5)

“embrijun” tfisser l-istadju inizjali tal-iżvilupp ta’ annimal waqt li jkun jista’ jiġi ttrasferit lejn omm riċevitur;

(6)

“laħam frisk” tfisser laħam, laħam ikkapuljat u preparazzjonijiet tal-laħam, inkluż dak ippakkjat bil-vakwu jew ippakkjat f’atmosfera kkontrollata, li ma jkun għadda minn ebda proċess minbarra t-tkessiħ, l-iffriżar jew l-iffriżar soptu;

(7)

“karkassa ta’ ungulat” tfisser il-ġisem sħiħ ta’ ungulat skarnat jew maqtul wara:

l-iżvinar, fil-każ ta’ annimali skarnati;

l-evixxerazzjoni;

it-tneħħija tad-dirgħajn u tar-riġlejn fil-karpu u fit-tarsu;

it-tneħħija tad-denb, tad-driegħ, tar-ras u tal-ġilda, għajr fl-annimali porċini.

(8)

“ġewwieni” tfisser laħam frisk minbarra dak tal-karkassa kif definit f’(7), anki jekk jibqa’ konness mal-karkassa b’mod naturali;

(9)

“prodotti tal-laħam” tfisser prodotti pproċessati, inklużi l-istonkijiet, il-boroż tal-awrina u l-intestini ttrattati, xaħam imdewweb, estratti tal-laħam u prodotti tad-demm, li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-laħam jew mill-ipproċessar ulterjuri ta’ tali prodotti pproċessati, sabiex il-wiċċ maqtugħ juri li l-prodott ma għadx għandu l-karatteristiċi ta’ laħam frisk;

(10)

“budellat” tfisser il-bżieżaq tal-awrina u l-intestini li wara t-tindif ikunu ġew ipproċessati bi scraping tat-tessuti, tneħħija tax-xaħam u ħasil u jkunu tnixxfu wara li tmellħu;

(11)

“kolostru” tfisser il-fluwidu li joħroġ mill-glandoli mammarji tal-annimali miżmuma sa ħamest ijiem wara l-ħlas, li jkollu ammont kbir ta’ antikorpi u minerali u li jiġi qabel il-produzzjoni tal-ħalib mhux ipproċessat.

(12)

“prodotti bbażati fuq il-kolostru” tfisser il-prodotti pproċessati li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-kolostru jew mill-ipproċessar ulterjuri ta’ tali prodotti pproċessati;

(13)

“komodità sikura” tfisser komodità li tista’ tiġi mċaqilqa mingħajr il-ħtieġa ta’ miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji mmirati speċifikament kontra marda elenkata partikolari, irrispettivament mill-istatus tal-Istat Membru jew taż-żona ta’ oriġini għal dik il-marda;

(14)

“katina tal-provvista” tfisser katina ta’ produzzjoni integrata bi stat tas-saħħa komuni fir-rigward tal-mard elenkat u li tikkonsisti minn netwerk kollaborattiv ta’ stabbilimenti speċjalizzati approvati mill-awtorità kompetenti għall-iskop tal-Artikolu 45 u li jibagħtu l-annimali minn wieħed għall-ieħor biex jitlesta ċ-ċiklu tal-produzzjoni;

(15)

“żona infettata” tfisser żona li fiha jistgħu jiġu applikati r-restrizzjonijiet fuq il-movimenti tal-annimali miżmuma jew selvaġġi jew il-prodotti tagħhom, kif ukoll miżuri oħrajn ta’ kontroll tal-mard u ta’ bijosigurtà bl-għan li jiġi evitat it-tixrid ta’ marda tal-kategorija A fil-każ ta’ konferma uffiċjali tal-marda fl-annimali selvaġġi.

Artikolu 3

Eżamijiet kliniċi, proċeduri tat-teħid tal-kampjuni u metodi dijanjostiċi

1.   Meta jkunu meħtieġa eżamijiet kliniċi tal-annimali skont dan ir-Regolament sabiex tiġi kkonfermata jew eskluża l-preżenza ta’ marda tal-kategorija A, l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li:

(a)

it-teħid tal-kampjuni tal-annimali għal eżami kliniku jitwettaq f’konformità ma’:

(i)

il-punt A.1 tal-Anness I għall-annimali terrestri; u

(ii)

fil-punt 1 tal-Anness XII għall-annimali akkwatiċi;

(b)

l-eżami kliniku jinkludi:

(i)

evalwazzjoni ġenerali inizjali tal-istat tas-saħħa tal-annimali tal-istabbiliment li tinkludi l-annimali kollha tal-ispeċijiet elenkati miżmuma fl-istabbiliment; u

(ii)

eżami individwali tal-annimali inklużi fil-kampjun imsemmi fil-punt (a).

2.   Meta jkunu meħtieġa eżamijiet fil-laboratorju skont dan ir-Regolament sabiex tiġi kkonfermata jew eskluża l-preżenza ta’ marda tal-kategorija A, l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li:

(a)

it-teħid tal-kampjuni tal-annimali għal eżami fil-laboratorju jitwettaq f’konformità ma’:

(i)

il-punt A.2 tal-Anness I għall-annimali terrestri; u

(ii)

il-punt 1 (b), (c), (d) u (e) tal-Anness XII għall-annimali akkwatiċi.

(b)

il-metodi dijanjostiċi għall-eżamijiet fil-laboratorju jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti:

(i)

fil-punt B tal-Anness I għall-annimali terrestri; u

(ii)

fil-punt 2 tal-Anness XII għall-annimali akkwatiċi;

(c)

il-kampjuni jintbagħtu:

(i)

mingħajr dewmien lil laboratorju uffiċjali ddeżinjat f’konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13);

(ii)

skont il-punt C tal-Anness I għall-annimali terrestri u l-punt 1 (f) tal-Anness XII għall-annimali akkwatiċi; u

(iii)

skont kwalunkwe struzzjoni oħra mill-awtorità kompetenti u mil-laboratorju rigward il-kundizzjonijiet tal-bijosigurtà u tal-bijosikurezza biex jiġi evitat it-tixrid tal-aġenti tal-mard tal-kategorija A.

(d)

fil-każ tal-annimali miżmuma:

(i)

jiġi kkompilat inventarju tal-annimali miżmuma kollha fl-istabbiliment u l-ispeċijiet u l-kategoriji tagħhom; għall-pollam u l-annimali tal-akkwakultura, jista’ jiġi stmat in-numru ta’ annimali; u

(ii)

tiġi rreġistrata l-marka tal-identifikazzjoni ta’ kull annimal tal-ispeċijiet elenkati fil-kampjun, jew fil-każ tat-tjur u tal-annimali tal-akkwakultura, in-numru tal-lott.

Artikolu 4

Pjanijiet ta’ kontinġenza

L-awtorità kompetenti għandha timplimenta l-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament f’konformità mal-pjan ta’ kontinġenza msemmi fl-Artikolu 43 tar-Regolament (UE) 2016/429.

PARTI II

ANNIMALI TERRESTRI

KAPITOLU I

Miżuri għall-kontroll tal-mard għal mard tal-kategorija A fl-annimali terrestri miżmuma

Taqsima 1

Miżuri preliminari għall-kontroll tal-mard fil-każ ta’ suspett ta’ marda tal-kategorija A fl-annimali miżmuma

Artikolu 5

Obbligi fuq l-operaturi fil-każ ta’ suspett ta’ marda tal-kategorija A fl-annimali miżmuma fi stabbiliment

Fil-każ ta’ suspett ta’ marda tal-kategorija A fl-annimali miżmuma, l-operaturi għandhom jieħdu l-miżuri għall-kontroll tal-mard li ġejjin sabiex jevitaw it-tixrid tal-marda tal-kategorija A mill-annimali u mill-istabbilimenti affettwati taħt ir-responsabbiltà tagħhom għal annimali mhux affettwati oħrajn jew għall-bnedmin sakemm l-awtorità kompetenti teskludi l-preżenza tal-marda tal-kategorija A:

(a)

jiżolaw l-annimali kollha suspettati li jkunu infettati bil-marda tal-kategorija A;

(b)

iżommu d-demel, inkluż l-imfierex u l-imraqad użati, u kwalunkwe prodott, materjal jew sustanza li x’aktarx ikunu kkontaminati bil-mard tal-kategorija A jew li jistgħu jittrażamettuh, iżolati u protetti mill-insetti u mir-rodituri, mill-annimali miżmuma ta’ speċijiet mhux elenkati u mill-annimali selvaġġi sal-punt li jkun teknikament u prattikament fattibbli;

(c)

jimplimentaw il-miżuri ta’ bijosigurtà addizzjonali xierqa sabiex jiġi evitat kwalunkwe riskju ta’ tixrid tal-marda tal-kategorija A;

(d)

iwaqqfu l-movimenti kollha ta’ annimali miżmuma tal-ispeċijiet elenkati minn jew lejn l-istabbiliment;

(e)

jipprevjenu l-movimenti mhux essenzjali ta’ annimali ta’ speċijiet mhux elenkati, prodotti, materjali, sustanzi, persuni u mezzi ta’ trasport minn jew lejn l-istabbiliment;

(f)

jiżguraw li r-rekords tal-produzzjoni, tas-saħħa u tat-traċċabbiltà tal-istabbiliment ikunu aġġornati;

(g)

jipprovdu lill-awtorità kompetenti, fuq talba tagħha, kwalunkwe informazzjoni rilevanti rigward il-marda tal-kategorija A; u

(h)

isegwu kwalunkwe struzzjoni mogħtija mill-awtorità kompetenti rigward il-kontroll tal-marda tal-kategorija A, f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/429 u ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 6

Investigazzjoni mill-awtorità kompetenti fil-każ ta’ suspett ta’ marda tal-kategorija A fl-annimali miżmuma fi stabbiliment

1.   F’każ ta’ suspett ta’ marda tal-kategorija A fl-annimali miżmuma fi stabbiliment, skont l-Artikolu 9(1), (3) u (4) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689, l-awtorità kompetenti għandha minnufih twettaq investigazzjoni biex tikkonferma jew telimina l-preżenza tal-marda elenkata suspettata.

2.   Matul l-investigazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li l-veterinarji uffiċjali jwettqu mill-inqas:

(a)

eżamijiet kliniċi tal-annimali miżmuma tal-ispeċijiet elenkati fl-istabbiliment; u

(b)

il-ġbir ta’ kampjuni għal eżamijiet fil-laboratorju.

Artikolu 7

Miżuri preliminari ta’ restrizzjoni u bijosigurtà fil-każ ta’ suspett ta’ marda tal-kategorija A fl-annimali miżmuma fi stabbiliment

1.   Fil-każ ta’ suspett ta’ marda tal-kategorija A fi stabbiliment, l-awtorità kompetenti għandha tqiegħed l-istabbiliment taħt sorveljanza uffiċjali u timponi minnufih il-miżuri preliminari ta’ restrizzjoni u bijosigurtà li ġejjin, sabiex tevita t-tixrid tal-marda tal-kategorija A mill-annimali affettwati u mill-istabbiliment affettwat għal annimali mhux affettwati oħrajn jew għall-bnedmin:

(a)

il-projbizzjoni tal-movimenti ta’ annimali miżmuma tal-ispeċijiet elenkati lejn u mill-istabbiliment;

(b)

il-projbizzjoni tal-movimenti ta’ annimali miżmuma tal-ispeċijiet mhux elenkati lejn u mill-istabbiliment;

(c)

il-projbizzjoni tal-movimenti ta’ kwalunkwe prodott, materjal jew sustanza li x’aktarx ikunu kkontaminati bil-mard tal-kategorija A jew li x’aktarx jittrażmettu tali mard mill-istabbiliment;

(d)

l-iżolament tal-annimali miżmuma tal-ispeċijiet elenkati u l-protezzjoni minn annimali selvaġġi, annimali ta’ speċijiet mhux elenkati u, meta jkun meħtieġ, minn insetti u rodituri;

(e)

il-projbizzjoni tal-qtil ta’ annimali tal-ispeċijiet elenkati, sakemm dan ma jkunx awtorizzat mill-awtorità kompetenti; u

(f)

il-projbizzjoni ta’ movimenti mhux essenzjali ta’ prodotti, materjali, sustanzi, persuni u mezzi ta’ trasport lejn l-istabbilimenti.

2.   B’deroga mill-punt 1(a), (b) u (c), l-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza l-movimenti tal-annimali u tal-prodotti mill-istabbiliment fejn hemm suspett ta’ marda tal-kategorija A, wara li titwettaq valutazzjoni tar-riskji u dment li:

(a)

il-movimenti tal-annimali u tal-prodotti jkunu konformi mal-kundizzjonijiet u l-miżuri ta’ bijosigurtà kollha meħtieġa sabiex jiġi evitat it-tixrid tal-marda;

(b)

fl-istabbiliment tad-destinazzjoni ma jkunx hemm annimali miżmuma oħrajn tal-ispeċijiet elenkati; u

(c)

l-istabbiliment tad-destinazzjoni ma jkunx biċċerija.

3.   Meta jingħataw id-derogi previsti fil-paragrafu 2, l-awtorità kompetenti tista’ timponi l-miżuri għall-kontroll tal-mard previsti fil-paragrafu 1 fl-istabbiliment tad-destinazzjoni.

4.   L-awtorità kompetenti tista’ tordna l-qtil preventiv, f’konformità mal-Artikolu 12(1) u (2), ta’ annimali tal-ispeċijiet elenkati fl-istabbiliment fejn ikun hemm suspett ta’ marda tal-kategorija A, meta s-sitwazzjoni epidemjoloġika tirrikjedi dan.

5.   Il-prodotti sekondarji mill-annimali kollha minn annimali mejta, li mietu jew li nqatlu fl-istabbiliment fejn hemm suspett ta’ marda tal-kategorija A għandhom jiġu pproċessati jew mormija f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 sabiex jiġi żgurat li l-aġent tal-marda ssuspettat ikun inattivat u sabiex jiġi evitat it-tixrid tal-marda għal annimali mhux affettwati jew għall-bnedmin.

Artikolu 8

Inventarju u analiżi tar-rekords fil-każ tas-suspett ta’ marda tal-kategorija A fl-annimali miżmuma fi stabbiliment

1.   Fil-każ ta’ suspett ta’ marda tal-kategorija A, l-awtorità kompetenti għandha tordna u tivverifika li, mingħajr dewmien, l-operaturi tal-istabbilimenti fejn ikun hemm suspett ta’ marda tal-kategorija A jikkompilaw u jżommu inventarju aġġornat ta’ dawn li ġejjin:

(a)

l-ispeċijiet, il-kategoriji u n-numru ta’ annimali miżmuma fl-istabbiliment; għall-pollam, jista’ jiġi stmat in-numru ta’ annimali;

(b)

in-numru ta’ identifikazzjoni individwali tal-annimali kollha tal-ispeċijiet li l-identifikazzjoni individwali tagħhom hija obbligatorja skont ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2035 (14)

(c)

l-ispeċijiet, il-kategoriji u n-numru ta’ annimali miżmuma tal-ispeċijiet elenkati li twieldu, mietu, urew sinjali kliniċi jew li x’aktarx ikunu infettati jew ikkontaminati bil-marda tal-kategorija A fl-istabbiliment;

(d)

kwalunkwe prodott, materjal jew sustanza li x’aktarx ikunu kkontaminati bil-marda tal-kategorija A rilevanti jew li x’aktarx jittrażmettu tali marda fl-istabbiliment; u

(e)

fejn ikun rilevanti, il-postijiet kollha li x’aktarx jippermettu s-sopravivenza tal-vetturi tal-marda rilevanti tal-kategorija A fl-istabbiliment;

2.   Fejn l-istabbiliment ikun jikkonsisti minn diversi unitajiet epidemjoloġiċi, l-informazzjoni fil-paragrafu 1 għandha tiġi speċifikata għal kull unità epidemjoloġika.

3.   Fil-qafas tal-inkjesta epidemjoloġika, kif imsemmi fl-Artikolu 57 tar-Regolament (UE) 2016/429, l-awtorità kompetenti għandha tanalizza mill-inqas ir-rekords li ġejjin tal-istabbiliment fejn hemm suspett ta’ marda tal-kategorija A:

(a)

l-inventarju msemmi fil-paragrafu 1;

(b)

ir-rekords li jikkonċernaw l-oriġini u d-data tal-wasla u tat-tluq fl-istabbiliment jew minnu tal-annimali miżmuma tal-ispeċijiet elenkati;

(c)

ir-rekords li jikkonċernaw l-oriġini u d-data tal-wasla u tat-tluq fl-istabbiliment jew minnu ta’ movimenti tat-trasport rilevanti oħrajn;

(d)

rekords ta’ produzzjoni; u

(e)

ir-rekords li jikkonċernaw iż-żjarat fl-istabbiliment, jekk ikunu disponibbli.

4.   L-analiżi tar-rekords imsemmija fil-paragrafu 3 għandha tkopri, mill-inqas, il-perjodu ta’ monitoraġġ stabbilit fl-Anness II għall-marda rilevanti, ikkalkolat b’lura mid-data li fiha jkun ġie nnotifikat is-suspett.

Artikolu 9

Żoni ristretti temporanji fil-każ ta’ suspett ta’ marda tal-kategorija A fl-annimali terrestri miżmuma fi stabbiliment

1.   Fil-każ ta’ suspett ta’ marda tal-kategorija A fl-annimali miżmuma fi stabbiliment, l-awtorità kompetenti tista’ tistabbilixxi żona ristretta temporanja billi tqis iċ-ċirkostanzi li ġejjin:

(a)

il-post tal-istabbiliment f’żona b’densità għolja ta’ annimali miżmuma tal-ispeċijiet elenkati li għalihom hemm suspett ta’ marda tal-kategorija A;

(b)

il-moviment tal-annimali jew tal-persuni f’kuntatt ma’ annimali miżmuma tal-ispeċijiet elenkati li għalihom hemm suspett ta’ marda tal-kategorija A;

(c)

id-dewmien fil-konferma tal-marda tal-kategorija A skont l-Artikolu 11;

(d)

l-informazzjoni insuffiċjenti dwar l-oriġini u r-rotot tal-introduzzjoni possibbli tal-marda tal-kategorija A suspettata; u

(e)

il-profil tal-marda, b’mod partikolari r-rotot u l-veloċità tat-trażmissjoni tal-marda u l-persistenza tal-marda fil-popolazzjoni tal-annimali.

2.   Fl-istabbilimenti fi ħdan iż-żona ristretta temporanja, l-awtorità kompetenti għandha tapplika mill-inqas il-miżuri previsti fl-Artikolu 7.

3.   L-awtorità kompetenti tista’ żżomm iż-żona ristretta temporanja sal-mument li tkun ġiet eskluża l-preżenza tal-marda tal-kategorija A fl-istabbiliment fejn kien hemm suspett tagħha jew sal-mument li tkun ġiet ikkonfermata l-preżenza ta’ dik il-marda u tiġi stabbilita żona ristretta skont l-Artikolu 21.

4.   L-awtorità kompetenti tista’ tordna l-qtil preventiv, f’konformità mal-Artikolu 12(1) u (2), jew l-iskarnar ta’ annimali tal-ispeċijiet elenkati, fiż-żoni ristretti temporanji meta s-sitwazzjoni epidemjoloġika tirrikjedi dan.

Artikolu 10

Miżuri li għandhom jiġu applikati fil-każ ta’ suspett ta’ marda tal-kategorija A fin-negozji tal-ikel u tal-għalf, fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera, fi stabbilimenti ta’ prodotti sekondarji mill-annimali jew fi kwalunkwe post ieħor ta’ rilevanza, inklużi mezzi tat-trasport

1.   Fil-każ ta’ suspett ta’ marda tal-kategorija A skont l-Artikolu 9(1), (3) u (4) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689 f’negozji tal-ikel u tal-għalf, f’postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera, fi stabbilimenti tal-prodotti sekondarji mill-annimali jew f’kull post ieħor ta’ rilevanza, inklużi l-mezzi tat-trasport, l-awtorità kompetenti għandha tapplika:

(a)

id-dispożizzjonijiet rilevanti stipulati fl-Artikoli 5 sa 9; u

(b)

jekk ikunu meħtieġa, miżuri addizzjonali adattati għas-sitwazzjoni speċifika sabiex jiġi evitat it-tixrid tal-marda tal-kategorija A għal annimali mhux affettwati jew għall-bnedmin.

2.   L-awtorità kompetenti għandha tapplika wkoll id-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 5 sa 9 fl-istabbilimenti ta’ oriġini tal-annimali jew tal-prodotti preżenti fl-istabbilimenti u l-postijiet imsemmija fil-paragrafu 1 li huma suspettati li huma infettati.

Taqsima 2

Miżuri għall-kontroll tal-mard fil-każ ta’ konferma uffiċjali ta’ marda tal-kategorija A fl-annimali miżmuma

Artikolu 11

Konferma uffiċjali ta’ marda tal-kategorija A fl-annimali terrestri miżmuma

L-awtorità kompetenti għandha tikkonferma uffiċjalment tifqigħa ta’ marda tal-kategorija A fl-annimali terrestri miżmuma meta każ jiġi kkonfermat skont l-Artikolu 9(2), (3) u (4) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689.

Artikolu 12

Miżuri għall-kontroll tal-mard fil-każ ta’ konferma uffiċjali ta’ tifqigħa ta’ marda tal-kategorija A fl-annimali miżmuma fi stabbiliment

1.   Wara l-konferma uffiċjali ta’ tifqigħa ta’ marda tal-kategorija A fi stabbiliment f’konformità mal-Artikolu 11, l-awtorità kompetenti għandha tordna li, minbarra l-miżuri previsti fl-Artikolu 7, il-miżuri għall-kontroll tal-mard li ġejjin jiġu applikati minnufih taħt is-superviżjoni ta’ veterinarji uffiċjali:

(a)

l-annimali kollha tal-ispeċijiet elenkati miżmuma fl-istabbiliment affettwat għandhom jinqatlu kemm jista’ jkun malajr fuq il-post, fl-istabbiliment, b’tali mod li jiġi evitat kull riskju ta’ tixrid tal-aġent tal-marda tal-kategorija A rilevanti matul u wara l-qtil;

(b)

għandhom jittieħdu l-miżuri ta’ bijosigurtà xierqa u neċessarji kollha sabiex jiġi evitat kwalunkwe tixrid possibbli tal-marda tal-kategorija A għal annimali miżmuma jew selvaġġi mhux affettwati jew għall-bnedmin;

(c)

iġsma jew partijiet ta’ annimali miżmuma ta’ speċijiet elenkati li mietu jew li nqatlu skont il-punt (a) ta’ dan il-paragrafu għandhom jintremew skont ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009;

(d)

il-prodotti, il-materjali jew is-sustanzi kollha potenzjalment ikkontaminati preżenti fl-istabbiliment għandhom jiġu iżolati sakemm:

(i)

dawn jintremew jew jiġu pproċessati skont ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009, fil-każ ta’ prodotti sekondarji mill-annimali, (inklużi dawk li jirriżultaw mill-qtil u mill-prodotti li joriġinaw mill-annimali u mill-prodotti ġerminali);

(ii)

il-miżuri ta’ tindif u diżinfezzjoni jiġu kkompletati f’konformità mal-Artikolu 15, fil-każ ta’ materjali u sustanzi oħrajn li jistgħu jsirulhom it-tindif u d-diżinfezzjoni;

(iii)

ir-rimi jsir taħt is-superviżjoni ta’ veterinarji uffiċjali, fil-każ ta’ għalf u materjali oħra li ma jistgħux isirulhom tindif u diżinfezzjoni.

2.   L-awtorità kompetenti għandha tordna u tissorvelja li:

(a)

it-trasport mill-istabbiliment affettwat tal-prodotti sekondarji mill-annimali msemmija fil-paragrafi 1(c) u 1(d)(i) ikun konformi mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009;

(b)

it-trasport mill-istabbiliment affettwat tal-materjali jew is-sustanzi msemmija fil-paragrafu 1(d)(iii) ikun f’konformità mal-istruzzjonijiet tagħha rigward il-kundizzjonijiet tal-bijosigurtà u tal-bijosikurezza sabiex jiġi evitat it-tixrid tal-aġent tal-marda tal-kategorija A.

3.   L-awtorità kompetenti għandha tiġbor kampjuni għal eżami fil-laboratorju minn annimali miżmuma tal-ispeċijiet elenkati, qabel jew meta jinqatlu jew jinstabu mejta, għall-iskopijiet tal-inkjesta epidemjoloġika msemmija fl-Artikolu 57 tar-Regolament (UE) 2016/429.

4.   B’deroga mill-punt (a) tal-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti tista’, wara li twettaq valutazzjoni tar-riskju u wara li tqis il-possibbiltà li tapplika miżuri oħrajn għall-mitigazzjoni tar-riskju, tiddeċiedi:

(a)

li tordna l-qtil ta’ annimali miżmuma tal-ispeċijiet elenkati fl-eqreb post adegwat b’tali mod li jiġi evitat kwalunkwe riskju ta’ tixrid tal-marda tal-kategorija A matul il-qtil jew it-trasport; jew

(b)

li tipposponi l-qtil ta’ annimali miżmuma tal-ispeċijiet elenkati, dment li dawk l-annimali jkunu soġġetti għal tilqim ta’ emerġenza kif previst fl-Artikolu 69 tar-Regolament (UE) 2016/429.

Artikolu 13

Derogi speċifiċi mill-Artikolu 12(1)(a)

1.   Fil-każ ta’ tifqigħa ta’ marda tal-kategorija A fi stabbilimenti li jżommu annimali ta’ speċijiet elenkati f’żewġ unitajiet epidemjoloġiċi jew aktar, l-awtorità kompetenti tista’ tagħti deroga mill-Artikolu 12(1)(a) lill-unitajiet epidemjoloġiċi li fihom il-marda ma tkunx ġiet ikkonfermata, wara t-twettiq ta’ valutazzjoni tar-riskju, u, fejn meħtieġ, wara l-kisba ta’ riżultati favorevoli fl-eżamijiet tal-laboratorju, u dment li:

(a)

l-inkjesta epidemjoloġika msemmija fl-Artikolu 57 tar-Regolament (UE) 2016/429 ma tkun żvelat l-ebda rabta epidemjoloġika bejn l-unitajiet epidemjoloġiċi li fihom tkun ġiet ikkonfermata l-marda tal-kategorija A u dawk li fihom ma tkunx ġiet ikkonfermata l-marda, sabiex ikun hemm suspett tat-tixrid tal-marda tal-kategorija A bejniethom; u

(b)

l-awtorità kompetenti tkun ikkonfermat li, mill-inqas matul il-perjodu ta’ monitoraġġ, stabbilit fl-Anness II għall-marda rilevanti, qabel il-konferma tal-marda tal-kategorija A, l-unitajiet epidemjoloġiċi li fihom ma tkunx ġiet ikkonfermata l-marda jkunu nżammu kompletament separati u mmaniġġjati minn membri tal-persunal differenti.

2.   L-awtorità kompetenti tista’ tagħti deroga mill-Artikolu 12(1)(a) għall-kategoriji ta’ annimali li ġejjin, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet fil-paragrafu 3:

(a)

l-annimali jkunu miżmuma fi stabbiliment konfinat;

(b)

l-annimali jkunu miżmuma għal skopijiet xjentifiċi jew skopijiet relatati mal-konservazzjoni ta’ speċijiet protetti jew fil-periklu;

(c)

l-annimali jkunu ġew uffiċjalment irreġistrati minn qabel bħala razez rari; u

(d)

l-annimali jkollhom valur ġenetiku, kulturali jew edukattiv għoli debitament ġustifikat.

3.   L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin meta tingħata d-deroga prevista fil-paragrafu 2:

(a)

l-awtorità kompetenti tkun wettqet valutazzjoni tal-effetti tal-għoti ta’ deroga bħal din u, b’mod partikolari, tal-effetti fuq l-istat tas-saħħa tal-annimali tal-Istat Membru kkonċernat u tal-pajjiżi li jmissu miegħu u l-eżitu ta’ din il-valutazzjoni jkun indika li l-istat tas-saħħa tal-annimali mhuwiex fil-periklu;

(b)

jiġu applikati miżuri ta’ bijosigurtà xierqa sabiex jiġi evitat ir-riskju ta’ trażmissjoni tal-marda tal-kategorija A lil annimali miżmuma mhux affettwati jew lil annimali selvaġġi jew lill-bnedmin, filwaqt li jitqiesu:

(i)

il-profil tal-marda; u

(ii)

l-ispeċijiet affettwati tal-annimali.

(c)

l-annimali jkunu soġġetti għal iżolament xieraq u sorveljanza klinika, inklużi eżamijiet fil-laboratorju, sakemm l-awtorità kompetenti tkun tista’ tiżgura li l-annimali ma jippreżentaw l-ebda riskju ta’ trażmissjoni tal-marda tal-kategorija A.

4.   L-awtorità kompetenti tista’ tagħti derogi speċifiċi mill-Artikolu 12(1)(a) lill-annimali ekwini miżmuma fi stabbilimenti fejn tifqigħa tal-kategorija A tal-mard imsemmi fl-Anness III tkun ġiet ikkonfermata fil-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.

Artikolu 14

Miżuri addizzjonali għall-kontroll tal-mard fil-każ ta’ tifqigħa ta’ marda tal-kategorija A fl-annimali terrestri miżmuma fi stabbiliment

1.   Minbarra l-miżuri previsti fl-Artikolu 12, l-awtorità kompetenti tista’ tistabbilixxi proċeduri tat-teħid tal-kampjuni għal annimali miżmuma tal-ispeċijiet mhux elenkati u annimali selvaġġi tal-ispeċijiet elenkati, abbażi tal-informazzjoni miksuba mill-inkjesta epidemjoloġika msemmija fl-Artikolu 57 tar-Regolament (UE) 2016/429.

2.   L-awtorità kompetenti, wara t-twettiq ta’ valutazzjoni tar-riskju tat-tixrid ulterjuri tal-marda rilevanti tal-kategorija A u b’kunsiderazzjoni tal-possibbiltà li jiġu applikati miżuri oħra ta’ mitigazzjoni tar-riskji, tista” tordna l-qtil tal-annimali miżmuma ta’ speċijiet mhux elenkati u tal-annimali selvaġġi b’tali mod li jiġi evitat kwalunkwe riskju ta’ tixrid tal-marda tal-Kategorija A matul il-qtil, it-trasport u sar-rimi tal-iġsma kollha jew tal-partijiet tal-annimali mejta.

Artikolu 15

Tindif u diżinfezzjoni preliminari u kontroll tal-insetti u tar-rodituri fl-istabbiliment affettwat

1.   Minnufih wara l-ikkompletar tal-miżuri previsti fl-Artikolu 12 u, meta jkun rilevanti, fl-Artikolu 14, l-awtorità kompetenti għandha tordna u tissorvelja tindif u diżinfezzjoni preliminari u, meta jkun rilevanti, kontroll tal-insetti u tar-rodituri, fl-istabbiliment affettwat sabiex jiġi evitat it-tixrid tal-marda tal-kategorija A.

2.   It-tindif, id-diżinfezzjoni u l-kontroll preliminari msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu:

(a)

mwettqa skont il-proċeduri stabbiliti fil-punti A u B tal-Anness IV bl-użu tal-prodotti bijoċidali xierqa sabiex tiġi żgurata l-qerda tal-aġent tal-marda tal-Kategorija A rilevanti; u

(b)

ddokumentati b’mod adegwat.

3.   Meta l-awtorità kompetenti tagħti waħda mid-derogi previsti fl-Artikolu 13(2) u (4), din għandha tordna t-tindif, id-diżinfezzjoni u l-kontroll preliminari msemmija fil-paragrafu 1 billi tadatta l-proċeduri msemmija fil-punt 2 (a) għas-sitwazzjoni speċifika mingħajr ħsara għall-kontroll tat-tixrid tal-marda tal-kategorija A mill-annimali affettwati u mill-istabbilimenti u mill-postijiet affettwati lil annimali oħra li ma jkunux affettwati jew lill-bnedmin.

4.   Minbarra l-miżuri msemmija fil-paragrafi 1 u 2, l-awtorità kompetenti għandha tordna u tissorvelja li l-mezzi tat-trasport użati għat-trasport tal-annimali lejn u mill-istabbiliment affettwat ikunu mnaddfa u diżinfettati kif xieraq u, fejn rilevanti, soġġetti għal miżuri li jiżguraw il-kontroll ta’ insetti u rodituri.

Artikolu 16

Derogi u regoli speċjali għat-tindif u d-diżinfezzjoni preliminari u l-kontroll ta’ vetturi

L-awtorità kompetenti tista’ tagħti deroga għar-rekwiżit rigward it-tindif u d-diżinfezzjoni u l-kontroll tal-insetti u tar-rodituri stabbiliti fl-Artikolu 15 fil-każ ta’:

(a)

mergħat epidemjoloġikament marbuta mal-istabbiliment affettwat, skont proċeduri speċifiċi sabiex tiġi żgurata l-inattivazzjoni effettiva tal-aġent tal-marda tal-kategorija A rilevanti, filwaqt li jitqiesu l-profil tal-marda, it-tip ta’ stabbiliment u l-kundizzjonijiet klimatiċi; u

(b)

demel, inklużi mfierex u mraqad użati, mill-istabbiliment affettwat, skont proċeduri speċifiċi sabiex tiġi żgurata l-inattivazzjoni effettiva tal-aġent tal-marda tal-kategorija A rilevanti f’konformità mal-evidenza xjentifika.

Artikolu 17

L-identifikazzjoni ta’ stabbilimenti epidemjoloġikament marbuta u postijiet oħrajn ta’ rilevanza, inklużi mezzi tat-trasport

1.   Fil-qafas tal-inkjesta epidemjoloġika, kif imsemmi fl-Artikolu 57 tar-Regolament (UE) 2016/429, u sabiex jiġu identifikati l-istabbilimenti kollha konnessi epidemjoloġikament u postijiet oħra ta’ rilevanza, inklużi l-mezzi tat-trasport, l-awtorità kompetenti għandha tirrintraċċa l-annimali miżmuma kollha preżenti fl-istabbiliment fejn tkun ġiet ikkonfermata tifqigħa ta’ marda tal-kategorija A u kwalunkwe prodott, materjal, sustanza, mezz tat-trasport jew persuna li x’aktarx ixerrdu l-marda rilevanti tal-kategorija A inklużi:

(a)

dawk li jintbagħtu lejn u mill-istabbiliment; u

(b)

dawk li daħlu f’kuntatt mal-istabbiliment.

2.   Ir-rintraċċar imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkopri mill-inqas il-perjodu ta’ monitoraġġ, stabbilit fl-Anness II għall-marda rilevanti, ikkalkolat b’lura mid-data li fiha jkun ġie nnotifikat is-suspett.

3.   Wara t-twettiq ta’ valutazzjoni tar-riskju, l-awtorità kompetenti tista’ teskludi mir-rintraċċar imsemmi fil-paragrafu 1 dawk il-prodotti kkunsidrati bħala komoditajiet sikuri, kif previst fl-Anness VII.

Artikolu 18

Miżuri li għandhom jiġu applikati fl-istabbilimenti epidemjoloġikament marbuta u f’postijiet oħrajn ta’ rilevanza, inklużi mezzi tat-trasport

1.   Meta r-rintraċċar previst fl-Artikolu 17(1) juri li l-annimali tal-ispeċijiet elenkati ntbagħtu minn jew lejn l-istabbiliment affettwat matul il-perjodu msemmi fil-paragrafu 2 ta’ dak l-Artikolu, l-awtorità kompetenti għandha:

(a)

twettaq investigazzjonijiet u timponi miżuri ta’ restrizzjoni u bijosigurtà f’konformità mal-Artikolu 6, mal-Artikolu 7 u mal-Artikolu 8 fl-istabbilimenti tad-destinazzjoni jew tal-oriġini tal-moviment; jew

(b)

testendi immedjatament il-miżuri fl-Artikolu 12 għall-istabbiliment ta’ oriġini jew l-istabbiliment tad-destinazzjoni tal-moviment fil-każ li jkun hemm evidenza epidemjoloġika tat-tixrid tal-marda lejn, minn jew permezz ta’ dak l-istabbiliment.

2.   L-awtorità kompetenti għandha tapplika l-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 fi stabbilimenti u postijiet oħra ta’ rilevanza, inkluż il-mezzi tat-trasport, li x’aktarx ikunu kkontaminati b’riżultat ta’ kuntatt ma’ annimali, prodotti, materjali, sustanzi, persuni jew mezzi tat-trasport mill-istabbiliment affettwat identifikat fil-qafas tar-rintraċċar imsemmi fl-Artikolu 17 jew abbażi ta’ kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra mill-inkjesta epidemjoloġika, kif imsemmi fl-Artikolu 57 tar-Regolament (UE) 2016/429.

Artikolu 19

Miżuri li għandhom jiġu applikati għall-prodotti identifikati mir-rintraċċar

1.   L-awtorità kompetenti għandha tordna u tissorvelja li s-semen, l-ooċiti u l-embrijuni identifikati bħala kontaminati mir-rintraċċar imsemmi fl-Artikolu 17 jintremew skont ir-Regolament (UE) Nru 1069/2009.

2.   L-awtorità kompetenti għandha tordna u tissorvelja t-trattament, l-ipproċessar jew ir-rimi tal-prodotti identifikati mir-rintraċċar imsemmi fl-Artikolu 17, mill-inqas sa:

(a)

l-ewwel stabbiliment tal-ipproċessar tal-ikel fil-każ ta’ prodotti ta’ oriġini mill-annimali;

(b)

il-mafqas jew l-istabbiliment fejn jintbagħat il-bajd għat-tifqis, fil-każ ta’ bajd għat-tifqis li għadu ma faqqasx; u

(c)

l-ewwel stabbiliment tal-ipproċessar fil-każ ta’ prodotti sekondarji mill-annimali, minbarra d-demel; jew

(d)

il-post fejn jinħażen, fil-każ tad-demel, inklużi mfierex u mraqad użat.

3.   L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi sorveljanza uffiċjali fuq il-pollam imfaqqas matul il-perjodu ta’ rintraċċar imsemmi fl-Artikolu 17(2) minn bajd għat-tifqis li joriġina mill-istabbiliment affettwat; din is-sorveljanza għandha tkun stabbilita fl-istabbilimenti kollha tad-destinazzjoni tal-bajd għat-tifqis u għandha tinżamm għal perjodu ta’ żmien ta’ 21 jum wara t-tifqis.

4.   L-awtorità kompetenti għandha tordna u tissorvelja li t-trasport mill-istabbilimenti ta’ prodotti sekondarji mill-annimali huwa soġġett għad-dispożizzjonijiet stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1069/2009.

5.   L-awtorità kompetenti għandha tordna u tissorvelja li l-materjali jew is-sustanzi li x’aktarx ikunu kkontaminati jew li x’aktarx jittrażmettu l-marda tal-kategorija A rilevanti jkunu konformi mal-istruzzjonijiet tagħha rigward il-kundizzjonijiet tal-bijosigurtà u tal-bijosikurezza sabiex jiġi evitat it-tixrid tal-aġent tal-marda tal-kategorija A.

Artikolu 20

Miżuri li għandhom jiġu applikati fil-każ ta’ konferma uffiċjali ta’ tifqigħa ta’ marda tal-kategorija A fin-negozji tal-ikel u tal-għalf, fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera, fi stabbilimenti ta’ prodotti sekondarji mill-annimali jew fi kwalunkwe post ieħor ta’ rilevanza, inklużi mezzi tat-trasport

1.   Fil-każ ta’ konferma uffiċjali ta’ tifqigħa f’konformità mal-Artikolu 11 fin-negozji tal-ikel u tal-għalf, fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera, fi stabbilimenti ta’ prodotti sekondarji mill-annimali jew fi kwalunkwe post ieħor ta’ rilevanza, inklużi mezzi tat-trasport, l-awtorità kompetenti għandha tapplika:

(a)

id-dispożizzjonijiet rilevanti stipulati fl-Artikoli 12 sa 19; u

(b)

jekk ikunu meħtieġa, miżuri addizzjonali adattati għas-sitwazzjoni speċifika sabiex jiġi evitat it-tixrid tal-marda tal-kategorija A mill-annimali affettwati u mill-istabbilimenti u l-postijiet affettwati għal annimali mhux affettwati oħrajn jew għall-bnedmin.

2.   L-awtorità kompetenti għandha tapplika d-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 12 sa 19 ukoll fl-istabbilimenti ta’ oriġini tal-annimali affettwati jew tal-prodotti preżenti fl-istabbilimenti u l-postijiet imsemmija fil-paragrafu 1.

KAPITOLU II

Miżuri għall-kontroll tal-mard għal mard tal-kategorija A ta’ annimali terrestri miżmuma fiż-żoni ristretti

Taqsima 1

Miżuri ġenerali għall-kontroll tal-mard fiż-żona ristretta

Artikolu 21

L-istabbiliment ta’ żona ristretta

1.   Fil-każ ta’ tifqigħa ta’ marda tal-kategorija A fi stabbiliment, negozju tal-ikel u tal-għalf, stabbiliment ta’ prodotti sekondarji mill-annimali jew postijiet oħrajn, inklużi mezzi tat-trasport, l-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi minnufih żona ristretta madwar l-istabbiliment jew il-post affettwat, li tinkludi:

(a)

żona ta’ protezzjoni bbażata fuq ir-raġġ minimu mit-tifqigħa stabbilit għall-marda tal-kategorija A rilevanti fl-Anness V;

(b)

żona ta’ sorveljanza bbażata fuq ir-raġġ minimu mit-tifqigħa stabbilit għall-marda tal-kategorija A rilevanti fl-Anness V; u

(c)

jekk ikun meħtieġ, abbażi tal-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 64 tar-Regolament (UE) 2016/429, żoni ristretti oħra madwar jew li jmissu maż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza, fejn l-awtorità kompetenti għandha tapplika l-istess miżuri bħal dawk previsti fit-Taqsima 3 ta’ dan il-Kapitolu għaż-żona ta’ sorveljanza.

2.   L-awtorità kompetenti għandha tadatta l-konfini taż-żona ristretta inizjali, inklużi l-konfini taż-żoni ta’ protezzjoni, ta’ sorveljanza u ż-żoni ristretti ulterjuri, fil-każ tas-sovrapożizzjoni ta’ żewġ żoni ristretti jew aktar minħabba tifqigħat ulterjuri tal-marda tal-kategorija A.

3.   B’deroga mill-paragrafu 1 u, wara t-twettiq ta’ valutazzjoni tar-riskji li tqis il-profil tal-marda, l-awtorità kompetenti ma tistax tistabbilixxi żona ristretta meta sseħħ tifqigħa ta’ marda tal-kategorija A fil-postijiet li ġejjin:

(a)

stabbilimenti li jżommu l-annimali msemmija fl-Artikolu 13(2);

(b)

imfaqas;

(c)

negozji tal-ikel u tal-għalf, postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera, stabbilimenti ta’ prodotti sekondarji mill-annimali;

(d)

mezzi tat-trasport;

(e)

postijiet fejn iseħħu operazzjonijiet ta’ assemblaġġ jew eżibizzjoni temporanja jew assistenza veterinarja tal-annimali; u

(f)

kwalunkwe post ieħor li mhuwiex stabbiliment.

Artikolu 22

Miżuri li għandhom jiġu applikati fiż-żona ristretta

1.   L-awtorità kompetenti għandha mingħajr dewmien tikkompila u żżomm aġġornat inventarju tal-istabbilimenti kollha li jżommu annimali tal-ispeċijiet elenkati li jinsabu fiż-żona ristretta, inklużi l-ispeċijiet, il-kategoriji u n-numru ta’ annimali f’kull stabbiliment; għall-pollam, jista’ jiġi stmat in-numru ta’ annimali.

2.   L-awtorità kompetenti tista’, sabiex tevita t-tixrid tal-marda u abbażi ta’ informazzjoni epidemjoloġika jew evidenza oħra, timplimenta l-qtil preventiv, f’konformità mal-Artikolu 12(1) u (2), jew l-iskarnar ta’ annimali miżmuma tal-ispeċijiet elenkati fl-istabbilimenti li jinsabu fiż-żona ristretta.

3.   L-awtorità kompetenti għandha tordna u tissorvelja li l-movimenti kollha ta’ iġsma sħaħ jew ta’ partijiet minn annimali selvaġġi u miżmuma mejtin tal-ispeċijiet elenkati miż-żona ristretta jkunu destinati għall-ipproċessar jew ir-rimi f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 f’impjant approvat għal dawk l-għanijiet:

(a)

fit-territorju tal-Istat Membru; jew

(b)

fi Stat Membru ieħor f’konformità mal-Artikolu 48(1) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, fejn ma jkunx possibbli li jiġu pproċessati jew mormija l-iġsma sħaħ jew partijiet minn annimali mejtin f’impjant approvat fit-territorju tal-Istat Membru fejn seħħet it-tifqigħa.

4.   L-awtorità kompetenti għandha timponi kundizzjonijiet speċifiċi għat-trasport ta’ annimali u prodotti miż-żona ristretta sabiex tiżgura li dan isir:

(a)

mingħajr waqfien jew ħatt fiż-żona ristretta;

(b)

billi tingħata prijorità lill-awtostradi maġġuri jew lil-linji ferrovjarji ewlenin; u

(c)

billi t-trasport ma jgħaddix fil-viċinat tal-istabbilimenti li jżommu annimali tal-ispeċijiet elenkati.

5.   Prodotti sekondarji mill-annimali li joriġinaw minn u li jiġu mċaqilqa barra miż-żona ristretta għandhom ikunu akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa tal-annimali maħruġ minn veterinarju uffiċjali li jiddikjara li huma jitħallew jiġu mċaqilqa miż-żona ristretta fil-kundizzjonijiet stabbiliti mill-awtorità kompetenti f’konformità ma’ dan il-Kapitolu.

6.   L-awtorità kompetenti tista’ tiddeċiedi li ċ-ċertifikat imsemmi fil-paragrafu 5 ma għandux jinħareġ għall-movimenti ta’ prodotti sekondarji mill-annimali fl-Istat Membru kkonċernat meta dik l-awtorità tqis li hemm sistema alternattiva fis-seħħ li tiżgura li l-konsenji ta’ tali prodotti huma traċċabbli u li l-prodotti jissodisfaw ir-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għal tali movimenti.

7.   Kwalunkwe ġbir ta’ kampjuni fl-istabbilimenti fiż-żona ristretta li jżommu annimali tal-ispeċijiet elenkati, għal skopijiet oħrajn minbarra sabiex tiġi kkonfermata jew eskluża l-preżenza tal-mard tal-kategorija A rilevanti, irid ikun awtorizzat mill-awtorità kompetenti.

Artikolu 23

Derogi mill-miżuri li għandhom jiġu applikati fiż-żona ristretta

L-awtorità kompetenti tista’ tagħti derogi mid-dispożizzjonijiet stabbiliti f’dan il-Kapitolu dwar il-miżuri li għandhom jiġu applikati f’żoni ristretti, safejn meħtieġ u wara t-twettiq ta’ valutazzjoni tar-riskji:

(a)

fiż-żoni ristretti ulterjuri msemmija fl-Artikolu 21(1)(c);

(b)

f’każ li l-awtorità kompetenti tiddeċiedi li tistabbilixxi żona ristretta meta sseħħ tifqigħa ta’ marda tal-kategorija A fl-istabbilimenti u l-postijiet imsemmija fl-Artikolu 21(3);

(c)

f’każ li t-tifqigħa sseħħ fi stabbiliment li jżomm sa 50 għasfur maqbudin; jew

(d)

fl-istabbilimenti u l-postijiet imsemmija fl-Artikolu 21(3) li jinsabu f’żona ristretta.

Artikolu 24

Rekwiżiti għall-mezzi tat-trasport ta’ annimali miżmuma tal-ispeċijiet elenkati u prodotti tagħhom

1.   L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li l-mezzi tat-trasport użati għall-movimenti ta’ annimali miżmuma tal-ispeċijiet elenkati u l-prodotti tagħhom fi, minn, lejn u fi tranżitu minn ġoż-żona ristretta jkunu ġew:

(a)

mibnija u miżmuma b’tali mod li tiġi evitata kwalunkwe tnixxija jew ħarba ta’ annimali, prodotti jew kwalunkwe oġġett li jirrappreżenta riskju għas-saħħa tal-annimali;

(b)

imnaddfin u ddiżinfettati minnufih wara kull trasport ta’ annimali, prodotti jew kwalunkwe oġġett ieħor li jirrappreżenta riskju għas-saħħa tal-annimali u, jekk ikun meħtieġ, sussegwentement iddiżinfettati mill-ġdid u, fi kwalunkwe każ, imnixxfin jew jitħallew jinxfu, qabel kwalunkwe tagħbija ġdida ta’ annimali jew prodotti; u

(c)

fejn rilevanti, soġġetti għal miżuri għall-kontroll tal-insetti u tar-rodituri qabel it-trasport.

2.   It-tindif u d-diżinfezzjoni tal-mezzi tat-trasport imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jitwettqu:

(a)

f’konformità mal-istruzzjonijiet jew il-proċeduri previsti mill-awtorità kompetenti bl-użu tal-prodotti bijoċidali xierqa sabiex tiġi żgurata l-qerda tal-aġent tal-marda tal-kategorija A rilevanti; u

(b)

jiġu ddokumentati b’mod adegwat.

Taqsima 2

Miżuri għall-kontroll tal-mard fiż-żona ta’ protezzjoni

Artikolu 25

Miżuri li għandhom jiġu applikati fi stabbilimenti li jżommu annimali elenkati fiż-żona ta’ protezzjoni

1.   L-awtorità kompetenti għandha tordna mingħajr dewmien l-applikazzjoni tal-miżuri li ġejjin fi stabbilimenti fiż-żona ta’ protezzjoni li jżommu annimali tal-ispeċijiet elenkati, minbarra l-istabbiliment li fih tkun ġiet ikkonfermata l-marda tal-kategorija A:

(a)

li l-annimali ta’ speċijiet elenkati jinżammu separati minn annimali selvaġġi u minn annimali ta’ speċijiet mhux elenkati;

(b)

li tiġi implimentata sorveljanza addizzjonali sabiex tidentifika kwalunkwe tixrid ulterjuri tal-marda tal-Kategorija A lejn l-istabbilimenti, inkluż kwalunkwe żieda fil-morbożità jew fil-mortalità jew tnaqqis sinifikanti fid-data tal-produzzjoni; kwalunkwe żieda jew tnaqqis bħal dawn għandhom jiġu nnotifikati minnufih lill-awtorità kompetenti;

(c)

meta jkun xieraq, jiġu implimentati mezzi adegwati għall-kontroll tal-insetti u tar-rodituri u ta’ vetturi tal-mard oħrajn fl-istabbiliment u madwaru;

(d)

l-użu ta’ mezzi xierqa ta’ diżinfezzjoni fid-dħul u fil-ħruġ tal-istabbiliment;

(e)

li jiġu applikati miżuri ta’ bijosigurtà xierqa għall-persuni kollha f’kuntatt ma’ annimali miżmuma tal-ispeċijiet elenkati jew li jkunu deħlin jew ħerġin mill-istabbiliment kif ukoll għall-mezzi tat-trasport sabiex jiġi evitat kwalunkwe riskju ta’ tixrid tal-marda tal-kategorija A rilevanti;

(f)

li jinżammu rekords tal-persuni kollha li jżuru l-istabbiliment, u jinżammu aġġornati sabiex jiffaċilitaw is-sorveljanza u l-kontroll tal-mard u jqegħduhom għad-dispożizzjoni tal-awtorità kompetenti fuq talba;

(g)

jarmu l-iġsma sħaħ jew il-partijiet ta’ annimali mejta jew maqtula tal-ispeċijiet elenkati skont l-Artikolu 22(3).

2.   B’deroga mill-punt (f) tal-paragrafu 1, ir-rekords dwar il-viżitaturi mhumiex meħtieġa fi stabbilimenti fejn jinżammu l-annimali msemmija fl-Artikolu 13(2), jekk il-viżitaturi ma jkollhomx aċċess għaż-żoni fejn jinżammu l-annimali.

Artikolu 26

Żjarat minn veterinarji uffiċjali fi stabbilimenti fiż-żona ta’ protezzjoni

1.   L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li l-veterinarji uffiċjali jwettqu mill-inqas żjara waħda fl-istabbilimenti kollha msemmija fl-Artikolu 25, mill-aktar fis possibbli u mingħajr dewmien mhux ġustifikat, wara l-konferma uffiċjali ta’ tifqigħa ta’ marda tal-kategorija A.

2.   Meta jwettqu ż-żjarat imsemmija fil-paragrafu 1, il-veterinarji uffiċjali għandhom jagħmlu mill-inqas l-attivitajiet li ġejjin:

(a)

kontrolli dokumentarji, inkluża analiżi tar-rekords tal-produzzjoni, tas-saħħa u tat-traċċabbiltà;

(b)

verifika tal-implimentazzjoni tal-miżuri applikati sabiex jipprevjenu l-introduzzjoni jew it-tixrid tal-marda tal-kategorija A rilevanti f’konformità mal-Artikolu 25;

(c)

eżami kliniku ta’ annimali miżmuma tal-ispeċijiet elenkati; u

(d)

jekk ikun meħtieġ, il-ġbir ta’ kampjuni ta’ annimali għal eżami fil-laboratorju sabiex tiġi kkonfermata jew eskluża l-preżenza tal-marda tal-kategorija A rilevanti.

3.   L-awtorità kompetenti tista’ titlob li jsiru aktar żjarat veterinarji fl-istabbilimenti fiż-żona ta’ protezzjoni sabiex issegwi s-sitwazzjoni.

4.   L-awtorità kompetenti għandha żżomm rekord tal-attivitajiet u ż-żjarat imsemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3 u s-sejbiet tagħhom.

5.   B’deroga mill-paragrafu 1, meta r-raġġ taż-żona ta’ protezzjoni stabbilita fl-Anness V ikun akbar minn 3 km, l-awtorità kompetenti tista’ tiddeċiedi li ma tirrikjedix iż-żjara fl-istabbilimenti kollha msemmija fl-Artikolu 25, iżda ż-żjara ta’ numru rappreżentattiv ta’ dawk l-istabbilimenti skont il-punt A.3 tal-Anness I.

Artikolu 27

Projbizzjonijiet fir-rigward tal-attivitajiet, inklużi l-movimenti, li jikkonċernaw annimali, prodotti u materjal ieħor ġewwa, minn jew lejn iż-żona ta’ protezzjoni

1.   L-awtorità kompetenti għandha tipprojbixxi l-attivitajiet, inklużi l-movimenti, li jikkonċernaw l-annimali tal-ispeċijiet elenkati u l-prodotti tagħhom u materjali oħra ġewwa, minn u lejn iż-żona ta’ protezzjoni skont it-tabella fl-Anness VI.

2.   L-awtorità kompetenti tista’ testendi l-projbizzjonijiet previsti fil-paragrafu 1 għal:

(a)

annimali ta’ speċijiet mhux elenkati u prodotti minn tali annimali; u

(b)

attivitajiet, inklużi movimenti, minbarra dawk stipulati fl-Anness VI.

3.   Il-prodotti li ġejjin huma eżentati mill-projbizzjonijiet previsti fil-paragrafi 1 u 2:

(a)

prodotti li joriġinaw mill-annimali meqjusa bħala komoditajiet sikuri, skont l-Anness VII, fir-rigward tal-marda rilevanti;

(b)

prodotti li joriġinaw mill-annimali li jkun sarilhom it-trattament rilevanti skont l-Anness VII;

(c)

prodotti jew materjali oħrajn li x’aktarx ixerrdu l-marda miksuba jew prodotti qabel il-perjodu ta’ monitoraġġ stabbilit fl-Anness II għall-marda rilevanti, ikkalkolat b’lura mid-data li fiha jkun ġie nnotifikat is-suspett;

(d)

prodotti li jkunu ġew prodotti fiż-żona ta’ protezzjoni u li jkunu nkisbu minn annimali miżmuma tal-ispeċijiet elenkati:

(i)

miżmuma barra miż-żona ta’ protezzjoni;

(ii)

miżmuma u skarnati barra miż-żona ta’ protezzjoni; jew

(iii)

miżmuma barra miż-żona ta’ protezzjoni u skarnati fiż-żona ta’ protezzjoni.

(e)

prodotti derivati.

4.   Il-projbizzjonijiet previsti fil-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw għall-prodotti msemmija fil-paragrafu 3 jekk:

(a)

il-prodotti ma kinux separati b’mod ċar, matul il-proċess tal-produzzjoni, il-ħżin u t-trasport, minn prodotti mhux eliġibbli għad-dispaċċ barra ż-żona ristretta skont dan ir-Regolament; jew

(b)

l-awtorità kompetenti jkollha evidenza epidemjoloġika tat-tixrid tal-marda għal, minn jew permezz ta’ dawk il-prodotti.

Artikolu 28

Kundizzjonijiet ġenerali għall-għoti ta’ derogi mill-projbizzjonijiet fiż-żona ta’ protezzjoni

1.   B’deroga mill-projbizzjonijiet previsti fl-Artikolu 27, l-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza l-movimenti ta’ annimali u prodotti fil-każijiet koperti mill-Artikoli 29 sa 38 u fil-kundizzjonijiet speċifiċi previsti f’dawk l-Artikoli u l-kundizzjonijiet ġenerali stipulati fil-paragrafi 2 sa 7 ta’ dan l-Artikolu.

Qabel ma tagħti l-awtorizzazzjoni, l-awtorità kompetenti għandha tivvaluta r-riskji li joħorġu minn dik l-awtorizzazzjoni u l-valutazzjoni trid tindika li r-riskju li tinfirex il-marda tal-kategorija A huwa negliġibbli.

2.   Il-movimenti kollha awtorizzati jridu jsiru:

(a)

esklussivament minn rotot magħżula,

(b)

billi tingħata prijorità lill-awtostradi maġġuri jew lil-linji ferrovjarji ewlenin,

(c)

billi tiġi evitata l-viċinanza tal-istabbilimenti li jżommu annimali tal-ispeċijiet elenkati, u

(d)

mingħajr ħatt jew waqfien, sakemm isir il-ħatt fl-istabbiliment tad-destinazzjoni.

3.   L-awtorità kompetenti tal-istabbiliment tal-oriġini għandha tinnomina l-istabbiliment tad-destinazzjoni għall-movimenti minn jew lejn iż-żona ta’ protezzjoni. Jekk l-awtorità kompetenti tal-istabbiliment tal-oriġini tkun differenti mill-awtorità kompetenti tal-istabbiliment tad-destinazzjoni, hija għandha tinforma lill-awtorità kompetenti tal-istabbiliment tad-destinazzjoni dwar din id-deżinjazzjoni.

4.   L-awtorità kompetenti tal-istabbiliment tal-oriġini għandha tivverifika li l-istabbiliment tad-destinazzjoni jaqbel li jiġi ddeżinjat u li jirċievi kull kunsinna ta’ annimali jew prodotti.

5.   Meta tawtorizza l-movimenti ta’ annimali miż-żona ta’ protezzjoni, l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li dawn il-movimenti ma jippreżentaw l-ebda riskju ta’ tixrid tal-marda tal-kategorija A abbażi ta’:

(a)

eżami kliniku, b’riżultati favorevoli, tal-annimali miżmuma fl-istabbiliment, inklużi dawk l-annimali li għandhom jiġu mċaqilqa;

(b)

jekk meħtieġ, eżami fil-laboratorju, b’riżultati favorevoli, tal-annimali miżmuma fl-istabbiliment, inklużi dawk l-annimali li għandhom jiġu mċaqilqa; u

(c)

l-eżitu taż-żjarat imsemmija fl-Artikolu 26.

6.   Meta tawtorizza t-trasport ta’ prodotti miż-żona ta’ protezzjoni, l-awtorità kompetenti għandha tordna u tissorvelja li:

(a)

matul il-proċess kollu tal-produzzjoni u l-ħżin tagħhom, il-prodotti ġew isseparati b’mod ċar mill-prodotti mhux eliġibbli sabiex jintbagħtu barra miż-żona ristretta f’konformità ma’ dan ir-Regolament; u

(b)

il-prodotti ma jiġux ittrasportati ma’ prodotti mhux eliġibbli sabiex jintbagħtu barra miż-żona ristretta skont dan ir-Regolament.

7.   Meta tagħti awtorizzazzjoni skont il-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li l-miżuri supplimentari ta’ bijosigurtà jiġu applikati mill-mument tat-tagħbija, matul l-operazzjonijiet kollha tat-trasport u sal-ħatt fl-istabbiliment iddeżinjat tad-destinazzjoni f’konformità mal-istruzzjonijiet tagħha.

Artikolu 29

Kundizzjonijiet speċifiċi għall-awtorizzazzjoni ta’ movimenti għall-iskarnar ta’ annimali miżmuma tal-ispeċijiet elenkati fiż-żona ta’ protezzjoni

1.   L-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza l-movimenti ta’ annimali miżmuma tal-ispeċijiet elenkati mill-istabbilimenti li jinsabu fiż-żona ta’ protezzjoni lejn biċċerija li tkun tinsab:

(a)

kemm jista’ jkun qrib l-istabbiliment tal-oriġini, fiż-żona ta’ protezzjoni;

(b)

fiż-żona ta’ sorveljanza, meta ma jkunx possibbli li l-annimali jiġu skarnati fiż-żona ta’ protezzjoni; jew

(c)

kemm jista’ jkun qrib iż-żona ta’ sorveljanza, meta ma jkunx possibbli li l-annimali jiġu skarnati fiż-żona ristretta.

2.   L-awtorità kompetenti għandha tagħti biss l-awtorizzazzjonijiet previsti fil-paragrafu 1 fil-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-mezzi tat-trasport iridu jiġu ssiġillati fil-mument tat-tagħbija mill-awtorità kompetenti tad-dispaċċ jew taħt is-superviżjoni tagħha;

(b)

l-awtorità kompetenti tal-biċċerija għandha:

(i)

tiġi infurmata minn qabel mill-operatur tal-biċċerija bl-intenzjoni li jirċievi annimali miżmuma tal-ispeċijiet elenkati;

(ii)

tikkonferma n-nuqqas ta’ kwalunkwe sinjal indikattiv tal-marda tal-kategorija A matul l-ispezzjonijiet ante u post mortem;

(iii)

tissorvelja li l-operatur tal-biċċerija jkollu proċeduri effettivi fis-seħħ sabiex jiżgura li l-annimali miżmuma tal-ispeċijiet elenkati li joriġinaw miż-żona ta’ protezzjoni jinżammu separatament u jiġu skarnati separatament minn annimali bħal dawn jew f’ħinijiet differenti, preferibbilment fl-aħħar tal-jum tax-xogħol tal-wasla;

(iv)

tikkonferma l-iskarnar tal-annimali lill-awtorità kompetenti tal-istabbiliment tal-oriġini tal-annimali;

(v)

tissorvelja l-operatur tal-biċċerija huwa u jnaddaf u jiddiżinfetta l-post fejn l-annimali jkunu nżammu u ġew skarnati u t-tlestija tat-tindif u tad-diżinfezzjoni qabel ma annimali miżmuma oħra ta’ speċijiet elenkati jinżammu jew jiġu skarnati f’dak il-post; u

(vi)

tissorvelja l-ksib tal-laħam minn tali annimali li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 33.

3.   L-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza l-movimenti ta’ annimali miżmuma tal-ispeċijiet elenkati mill-istabbilimenti li jinsabu barra miż-żona ta’ protezzjoni lejn biċċerija li tinsab fiż-żona ta’ protezzjoni jekk:

(a)

l-annimali jinżammu separati minn annimali oħra li joriġinaw miż-żona ta’ protezzjoni u jiġu skarnati separatament minn dawk l-annimali jew f’ħin differenti;

(b)

il-laħam frisk miksub jinqata’, jiġi ttrasportat u jinħażen separatament minn laħam frisk minn annimali li joriġinaw miż-żona ta’ protezzjoni; u

(c)

it-tindif u d-diżinfezzjoni tal-mezzi tat-trasport imsemmija fl-Artikolu 24 iseħħu taħt is-superviżjoni uffiċjali wara l-ħatt tal-annimali.

4.   B’deroga mill-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 l-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza l-ipproċessar u l-użu ta’ prodotti sekondarji tal-annimali, miksuba minn annimali skarnati skont il-paragrafi 1, 2 u 3 bħala materjal tal-kategorija 3 skont ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 f’impjant approvat għall-ipproċessar jew ir-rimi ta’ prodotti sekondarji mill-annimali, li jkun jinsab fit-territorju tagħha, jew fi Stat Membru ieħor, meta ma jkunx fattibbli li jiġu pproċessati jew li jintremew f’impjant approvat fit-territorju tal-Istat Membru fejn seħħet it-tifqigħa.

F’każ li l-prodotti sekondarji mill-annimali msemmija fl-ewwel subparagrafu jiġu mċaqilqa lejn impjant li jinsab fi Stat Membru ieħor, l-Istat Membru tad-destinazzjoni u l-Istati Membri tal-passaġġ għandhom jawtorizzaw tali dispaċċ u l-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni għandha tawtorizza l-ipproċessar u l-użu ta’ dawk il-prodotti sekondarji mill-annimali bħala materjal tal-kategorija 3 f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1069/2009.

Artikolu 30

Kundizzjonijiet speċifiċi għall-awtorizzazzjoni ta’ ċerti movimenti tal-pollam minn stabbilimenti li jinsabu fiż-żona ta’ protezzjoni

1.   L-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza l-movimenti ta’ flieles ta’ ġurnata minn stabbiliment li jinsab fiż-żona ta’ protezzjoni lejn stabbiliment li jinsab fl-istess Stat Membru iżda, jekk possibbli, barra miż-żona ristretta, dment li:

(a)

fil-każ ta’ flieles ta’ ġurnata li jfaqqsu minn bajd li joriġina miż-żona ristretta:

(i)

il-mezz tat-trasport jiġi ssiġillat fil-mument tat-tagħbija mill-awtorità kompetenti jew taħt is-superviżjoni tagħha;

(ii)

l-istabbiliment tad-destinazzjoni jitqiegħed taħt sorveljanza uffiċjali mill-veterinarji uffiċjali wara l-wasla tal-annimali; u

(iii)

jekk jiġu mċaqilqa barra miż-żona ristretta, il-pollam jibqgħu fl-istabbiliment tad-destinazzjoni mill-inqas għal perjodu ta’ 21 jum.

(b)

fil-każ ta’ flieles ta’ ġurnata li kienu faqqsu minn bajd li oriġina minn barra miż-żona ristretta, il-mafqas tad-dispaċċ jista’ jiżgura li ma seħħ l-ebda kuntatt bejn dak il-bajd u kwalunkwe bajd ieħor għat-tifqis jew flieles ta’ ġurnata li joriġinaw miż-żona ristretta.

2.   L-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza l-movimenti ta’ pollam lesti sabiex ibidu minn stabbilimenti li jinsabu fiż-żona ta’ protezzjoni lejn stabbilimenti li jinsabu fl-istess Stat Membru u, jekk possibbli, ġewwa ż-żona ristretta, dment li:

(a)

fl-istabbiliment tad-destinazzjoni ma jkun hemm l-ebda annimal miżmum ieħor tal-ispeċijiet elenkati;

(b)

il-mezz tat-trasport jiġi ssiġillat fil-mument tat-tagħbija mill-awtorità kompetenti jew taħt is-superviżjoni tagħha;

(c)

l-istabbiliment tad-destinazzjoni jitqiegħed taħt sorveljanza uffiċjali mill-veterinarji uffiċjali wara l-wasla tal-annimali; u

(d)

jekk jiġu mċaqilqa barra miż-żona ristretta, l-annimali jibqgħu fl-istabbiliment tad-destinazzjoni mill-inqas għal perjodu ta’ 21 jum.

Artikolu 31

Kundizzjonijiet speċifiċi għall-awtorizzazzjoni ta’ ċerti movimenti ta’ bajd għat-tifqis fiż-żona ta’ protezzjoni

1.   L-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza l-movimenti tal-bajd għat-tifqis:

(a)

minn stabbiliment li jinsab fiż-żona ta’ protezzjoni lejn mafqas li jinsab fl-istess Stat Membru; jew

(b)

minn stabbiliment li jinsab fl-istess Stat Membru lejn mafqas li jinsab fiż-żona ta’ protezzjoni.

2.   L-awtorizzazzjoni prevista fil-paragrafu 1(a) għandha tkun soġġetta għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-qatgħat ġenituri li minnhom ikun derivat il-bajd għat-tifqis ikunu għaddew minn eżami kliniku u jkunu ttieħdu kampjuni tagħhom għall-iskop ta’ eżami fil-laboratorju b’riżultati favorevoli;

(b)

il-bajd għat-tifqis u l-imballaġġ tiegħu jiġu ddiżinfettati qabel id-dispaċċ u jkun jista’ jiġi żgurat ir-rintraċċar lura tal-bajd għat-tifqis; u

(c)

il-bajd tat-tifqis għandu jiġi ttrasportat f’mezzi tat-trasport issiġillati mill-awtorità kompetenti.

3.   L-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza l-movimenti tal-bajd għat-tifqis minn stabbiliment li jinsab fiż-żona ta’ protezzjoni lejn stabbiliment għat-tifqis intern li jinsab fl-istess Stat Membru, jekk:

(a)

il-qatgħat ġenituri li minnhom ikun derivat il-bajd għat-tifqis ikunu għaddew minn eżami kliniku u jkunu ttieħdu kampjuni tagħhom għall-iskop ta’ eżami fil-laboratorju b’riżultati favorevoli;

(b)

l-istabbiliment tad-destinazzjoni jitqiegħed taħt superviżjoni uffiċjali sa 21 jum wara t-tifqis tal-bajd;

(c)

il-pollam għandhom jibqgħu fl-istabbiliment tad-destinazzjoni matul il-perjodu msemmi f’(b); u

(d)

ir-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 2(b) u (c) jiġu osservati.

Artikolu 32

Kundizzjonijiet speċifiċi għall-awtorizzazzjoni tal-movimenti ta’ semen minn stabbilimenti tal-prodotti ġerminali approvati li jinsabu fiż-żona ta’ protezzjoni

L-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza movimenti ta’ semen miġbur minn annimali ta’ speċijiet elenkati miżmuma fi stabbilimenti tal-prodotti ġerminali approvati, esklużi l-imfaqas, li jinsabu fiż-żona ta’ protezzjoni wara d-data stmata tal-aktar infezzjoni bikrija tal-istabbiliment affettwat soġġett għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-miżuri kollha għall-kontroll tal-mard relatati mal-mard tal-kategorija A jkunu tneħħew fiż-żona ta’ protezzjoni f’konformità mal-Artikolu 39;

(b)

l-annimali miżmuma kollha tal-ispeċijiet elenkati fiċ-ċentru tal-ġbir tas-semen ikunu għaddew minn eżami kliniku u ttieħdu kampjuni tagħhom għall-eżami tal-laboratorju sabiex tiġi eskluża l-preżenza tal-marda tal-kategorija A fiċ-ċentru tal-ġbir tas-semen; u

(c)

l-annimal donatur kien soġġett b’riżultat favorevoli għal eżami tal-laboratorju fuq kampjun meħud mhux aktar kmieni minn sebat ijiem wara l-perjodu ta’ monitoraġġ stabbilit fl-Anness II għall-marda rilevanti, kif ikkalkolat ’il quddiem mid-data li fiha nġabar is-semen.

Artikolu 33

Kundizzjonijiet speċifiċi għall-awtorizzazzjoni tal-movimenti ta’ laħam frisk u ħalib mhux ipproċessat miksuba minn annimali miżmuma ta’ speċijiet elenkati minn stabbilimenti fiż-żona ta’ protezzjoni

1.   L-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza l-movimenti ta’ laħam frisk u ħalib mhux ipproċessat miksuba minn annimali ta’ speċijiet elenkati miżmuma fi stabbilimenti li jinsabu fiż-żona ta’ protezzjoni jekk:

(a)

jiġu mċaqilqa lejn stabbiliment tal-ipproċessar biex jgħaddu minn wieħed mit-trattamenti rilevanti ta’ mitigazzjoni tar-riskju stipulati fl-Anness VII; jew

(b)

fil-każ ta’ laħam frisk tal-pollam:

(i)

ikun ġie mmarkat skont il-paragrafu 1 tal-Anness IX mill-mument li nkiseb fil-biċċerija; u

(ii)

ma jkunx intiż għal Stat Membru ieħor.

2.   L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li l-movimenti lejn stabbiliment tal-ipproċessar msemmija fil-paragrafu 1(a) jkunu konformi mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-laħam frisk għandu jkun immarkat skont il-punt 2 tal-Anness IX fil-biċċerija wara l-ispezzjoni post-mortem u għandu jkollu din il-marka sakemm jiġi ttrattat;

(b)

il-moviment ta’ laħam frisk u ħalib mhux ipproċessat mill-istabbiliment tal-oriġini lejn l-istabbiliment tal-ipproċessar irid jitwettaq f’kontenituri ssiġillati; u

(c)

l-istabbiliment tal-ipproċessar irid ikun jinsab fl-istess żona ristretta jew kemm jista’ jkun qrib iż-żona ristretta u jrid jopera taħt is-superviżjoni ta’ veterinarji uffiċjali.

Artikolu 34

Kundizzjonijiet speċifiċi għall-awtorizzazzjoni tal-movimenti ta’ bajd għall-konsum mill-bniedem minn stabbilimenti li jinsabu fiż-żona ta’ protezzjoni

L-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza l-moviment ta’ bajd għall-konsum mill-bniedem minn stabbilimenti li jinsabu fiż-żona ta’ protezzjoni lejn id-destinazzjonijiet li ġejjin fl-istess Stat Membru:

(a)

lejn ċentru tal-ippakkjar, dment li jkunu ppakkjati:

(i)

f’imballaġġ li jintrema; jew

(ii)

f’imballaġġ li jista’ jitnaddaf u jiġi ddiżinfettat b’tali mod li jinqered l-aġent tal-mard tal-kategorija A rilevanti.

(b)

lejn stabbiliment għall-manifattura ta’ prodotti tal-bajd kif stabbilit fil-Kapitolu II tat-Taqsima X tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, sabiex jiġi mmaniġġjat u ttrattat f’konformità mal-Kapitolu XI tal-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15).

Artikolu 35

Kundizzjonijiet speċifiċi għall-awtorizzazzjoni tal-movimenti ta’ demel, inklużi mfierex u mraqad użati minn stabbilimenti li jinsabu fiż-żona ta’ protezzjoni lejn landfill

L-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza l-movimenti ta’ demel, inkluż imfierex u mraqad użati, minn stabbilimenti li jinsabu fiż-żona ta’ protezzjoni għall-fini tar-rimi tagħhom f’landfill magħżula li tkun tinsab fl-istess Stat Membru biss wara l-ipproċessar f’konformità mal-Artikolu 13(c) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009.

Artikolu 36

Kundizzjonijiet speċifiċi għall-awtorizzazzjoni tal-moviment ta’ materjali tal-għalf li joriġinaw mill-pjanti u ta’ tiben miż-żona ta’ protezzjoni

L-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza l-movimenti ta’ materjali tal-għalf li joriġinaw mill-pjanti u ta’ tiben prodotti fiż-żona ta’ protezzjoni, dment li:

(a)

kienu prodotti f’postijiet li ma jżommux annimali tal-ispeċijiet elenkati;

(b)

kienu prodotti fi stabbilimenti tal-ipproċessar tal-għalf li ma jżommux annimali tal-ispeċijiet elenkati u l-materja prima tal-pjanti toriġina:

(i)

minn postijiet imsemmija fil-punt (a); jew

(ii)

minn barra ż-żona ta’ protezzjoni.

(c)

huma intiżi sabiex jintużaw fiż-żona ta’ protezzjoni; jew

(d)

ikunu għaddew mill-inqas minn wieħed mit-trattamenti ta’ mitigazzjoni tar-riskju skont l-Anness VIII.

Artikolu 37

Kundizzjonijiet speċifiċi għall-awtorizzazzjoni tal-movimenti ta’ annimali miżmuma tal-ispeċijiet elenkati u ta’ prodotti lejn impjant approvat tal-prodotti sekondarji mill-annimali

1.   L-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza l-movimenti ta’ annimali miżmuma tal-ispeċijiet elenkati minn stabbilimenti li jinsabu fiż-żona ta’ protezzjoni lejn impjant approvat għall-ipproċessar jew għar-rimi ta’ prodotti sekondarji mill-annimali li fihom:

(a)

l-annimali miżmuma jinqatlu minnufih; u

(b)

il-prodotti sekondarji mill-annimali li jirriżultaw jintremew f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1069/2009.

2.   L-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza l-movimenti ta’ prodotti minn stabbilimenti u postijiet fiż-żona ta’ protezzjoni lejn impjant approvat għall-ipproċessar jew għar-rimi ta’ prodotti sekondarji mill-annimali, fejn il-prodotti jintremew jew jiġu pproċessati f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1069/2009.

Artikolu 38

Miżuri li għandhom jiġu applikati fin-negozji tal-ikel u tal-għalf, fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera, fl-istabbilimenti ta’ prodotti sekondarji mill-annimali jew kwalunkwe post ieħor ta’ rilevanza fiż-żona ta’ protezzjoni, inklużi mezzi tat-trasport

1.   L-awtorità kompetenti għandha tapplika l-miżuri rilevanti msemmija fl-Artikolu 25, u l-Artikoli 27 sa 38 fin-negozji u tal-ikel u tal-għalf, fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera, fl-istabbilimenti ta’ prodotti sekondarji mill-annimali jew fi kwalunkwe post ieħor ta’ rilevanza fiż-żona ta’ protezzjoni, inklużi mezzi tat-trasport.

2.   Fl-istabbilimenti u l-postijiet imsemmija fil-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti tista’ tapplika miżuri addizzjonali adattati għas-sitwazzjoni speċifika sabiex tevita t-tixrid tal-marda tal-kategorija A ġewwa u miż-żona ta’ protezzjoni.

Artikolu 39

Id-durata tal-miżuri għall-kontroll tal-mard fiż-żona ta’ protezzjoni

1.   L-awtorità kompetenti tista’ tneħħi l-miżuri previsti fit-Taqsima 1 u 2 ta’ dan il-Kapitolu biss jekk il-perjodu minimu stabbilit fl-Anness X ikun għadda u l-kundizzjonijiet li ġejjin ikunu ssodisfati:

(a)

it-tindif u d-diżinfezzjoni preliminari u, fejn rilevanti, il-kontroll tal-insetti u r-rodituri, ikunu saru f’konformità mal-Artikolu 15 fl-istabbiliment affettwat; u

(b)

fl-istabbilimenti kollha li jżommu annimali tal-ispeċijiet elenkati fiż-żona ta’ protezzjoni, l-annimali tal-ispeċijiet elenkati jkunu għaddew, b’riżultati favorevoli, minn eżamijiet kliniċi u, meta jkunu meħtieġa, minn eżamijiet fil-laboratorju f’konformità mal-Artikolu 26.

2.   Meta l-marda rilevanti tal-kategorija A tiġi trażmessa minn vettur elenkat, kif imsemmi fir-Regolament (UE) 2018/1882, l-awtorità kompetenti tista’:

(a)

tistabbilixxi d-durata tal-miżuri fiż-żona ta’ protezzjoni fuq bażi ta’ każ b’każ, filwaqt li tqis kwalunkwe fattur li jinfluwenza r-riskju tat-tixrid tal-marda; u

(b)

tipprevedi l-introduzzjoni ta’ annimali sentinella.

3.   Wara li jitneħħew il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1, il-miżuri previsti fit-Taqsima 3 ta’ dan il-Kapitolu għandhom japplikaw fiż-żona ta’ protezzjoni għal mill-inqas il-perjodu addizzjonali stabbilit fl-Anness X.

Taqsima 3

Miżuri għall-kontroll tal-mard fiż-żona ta’ sorveljanza

Artikolu 40

Miżuri li għandhom jiġu applikati fi stabbilimenti fiż-żona ta’ sorveljanza

L-awtorità kompetenti għandha tordna l-applikazzjoni, mingħajr dewmien, tal-miżuri previsti fl-Artikolu 25 fl-istabbilimenti kollha fiż-żona ta’ sorveljanza li jżommu annimali tal-ispeċijiet elenkati.

Artikolu 41

Żjarat mill-veterinarji uffiċjali fi stabbilimenti fiż-żona ta’ sorveljanza

L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li l-veterinarji uffiċjali jwettqu żjarat lil kampjun ta’ stabbilimenti li jżommu l-annimali tal-ispeċijiet elenkati fiż-żona ta’ sorveljanza skont l-Artikolu 26 l-punt A.3 tal-Anness I.

Artikolu 42

Projbizzjonijiet fir-rigward tal-attivitajiet, inklużi l-movimenti, li jikkonċernaw annimali, prodotti u materjal ieħor ġewwa, minn jew lejn iż-żona ta’ sorveljanza

L-awtorità kompetenti għandha tapplika projbizzjonijiet, eżenzjonijiet u derogi għall-attivitajiet, inkluż movimenti li jikkonċernaw annimali ta’ speċijiet elenkati, il-prodotti tagħhom u materjali oħra, minn u lejn iż-żona ta’ sorveljanza skont l-Artikolu 27.

Artikolu 43

Kundizzjonijiet ġenerali għall-għoti ta’ derogi mill-projbizzjonijiet previsti fl-Artikolu 42

1.   B’deroga mill-Artikolu 42, l-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza l-movimenti ta’ annimali u prodotti biss fil-każijiet koperti mill-Artikoli 44 sa 52, fil-kundizzjonijiet speċifiċi previsti f’dawk l-Artikoli u l-kundizzjonijiet ġenerali stipulati fil-paragrafi 2 sa 7 ta’ dan l-Artikolu.

Qabel tagħti l-awtorizzazzjoni, l-awtorità kompetenti għandha tivvaluta r-riskji li jirriżultaw mit-tali awtorizzazzjoni. Il-valutazzjoni trid tindika li r-riskju tat-tixrid tal-marda tal-kategorija A huwa negliġibbli.

2.   Il-movimenti kollha awtorizzati għandhom isiru:

(a)

billi tingħata prijorità lill-awtostradi maġġuri jew lil-linji ferrovjarji ewlenin;

(b)

billi tiġi evitata l-viċinanza tal-istabbilimenti li jżommu annimali tal-ispeċijiet elenkati, u

(c)

mingħajr ħatt jew waqfien, sakemm isir il-ħatt fl-istabbiliment tad-destinazzjoni.

3.   L-awtorità kompetenti tal-istabbiliment tal-oriġini għandha tinnomina l-istabbiliment tad-destinazzjoni għall-movimenti minn jew lejn iż-żona ta’ sorveljanza. Jekk l-awtorità kompetenti ma tkunx l-istess bħal fl-istabbiliment tad-destinazzjoni, għandha tinforma lill-awtorità kompetenti tal-istabbiliment tad-destinazzjoni dwar din id-deżinjazzjoni.

4.   L-awtorità kompetenti tal-istabbiliment tal-oriġini għandha tivverifika li l-istabbiliment tad-destinazzjoni jaqbel li jiġi ddeżinjat u li jirċievi kull kunsinna ta’ annimali jew prodotti.

5.   Meta tawtorizza l-movimenti ta’ annimali miż-żona ta’ sorveljanza, l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li dawn il-movimenti ma jippreżentaw l-ebda riskju ta’ tixrid tal-marda tal-kategorija A abbażi ta’:

(a)

eżami kliniku b’riżultati favorevoli tal-annimali miżmuma fl-istabbiliment, inklużi dawk l-annimali li għandhom jiġu mċaqilqa;

(b)

jekk meħtieġ, eżami fil-laboratorju b’riżultati favorevoli tal-annimali miżmuma fl-istabbiliment, inklużi dawk l-annimali li għandhom jiġu mċaqilqa; u

(c)

l-eżitu taż-żjarat imsemmija fl-Artikolu 41, jekk disponibbli.

6.   Meta tawtorizza t-trasport ta’ prodotti miż-żona ta’ sorveljanza, l-awtorità kompetenti trid tiżgura li:

(a)

matul il-proċess kollu tal-produzzjoni u l-ħżin, il-prodotti ġew isseparati b’mod ċar mill-prodotti mhux eliġibbli sabiex jintbagħtu barra miż-żona ristretta skont dan ir-Regolament;

(b)

il-prodotti ma jiġux ittrasportati ma’ prodotti mhux eliġibbli sabiex jintbagħtu barra miż-żona ristretta skont dan ir-Regolament.

7.   Meta tagħti d-derogi previsti fil-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li l-miżuri supplimentari ta’ bijosigurtà jiġu applikati mill-mument tat-tagħbija, matul l-operazzjonijiet kollha tat-trasport u sal-ħatt fl-istabbiliment iddeżinjat tad-destinazzjoni f’konformità mal-istruzzjonijiet tagħha.

Artikolu 44

Kundizzjonijiet speċifiċi għall-awtorizzazzjoni ta’ movimenti għall-iskarnar ta’ annimali miżmuma tal-ispeċijiet elenkati ġewwa, minn u lejn iż-żona ta’ sorveljanza

1.   L-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza l-movimenti ta’ annimali miżmuma tal-ispeċijiet elenkati li joriġinaw fiż-żona ta’ sorveljanza lejn biċċerija li tkun tinsab:

(a)

kemm jista’ jkun qrib l-istabbiliment tal-oriġini, fiż-żona ristretta; jew

(b)

barra ż-żona ristretta, kemm jista’ jkun qrib iż-żona ta’ sorveljanza, meta ma jkunx possibbli li l-annimali jiġu skarnati fiż-żona ristretta, u wara t-twettiq ta; valutazzjoni tar-riskji.

2.   Il-laħam miksub mill-annimali msemmija fil-paragrafu 1 għandu jkun soġġett għall-miżuri previsti fl-Artikolu 49.

3.   L-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza l-movimenti ta’ annimali miżmuma tal-ispeċijiet elenkati li joriġinaw minn barra ż-żona ta’ sorveljanza lejn biċċerija li tkun tinsab fiż-żona ta’ sorveljanza.

4.   L-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza l-ipproċessar u l-użu ta’ prodotti sekondarji mill-annimali, miksuba minn annimali skarnati skont il-paragrafi 1, 2 u 3 bħala materjal tal-kategorija 3 skont ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 f’impjant approvat għall-ipproċessar jew ir-rimi ta’ prodotti sekondarji mill-annimali, li jinsab fit-territorju tagħha, jew fi Stat Membru ieħor, meta ma jkunx fattibbli li jiġu pproċessati jew li jintremew f’impjant approvat fit-territorju tal-Istat Membru fejn seħħet it-tifqigħa.

F’każ li l-prodotti sekondarji mill-annimali msemmija fl-ewwel subparagrafu jiġu mċaqilqa lejn impjant li jinsab fi Stat Membru ieħor, l-Istat Membru tad-destinazzjoni u l-Istati Membri tal-passaġġ għandhom jawtorizzaw tali dispaċċ u l-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni għandha tawtorizza l-ipproċessar u l-użu ta’ dawk il-prodotti sekondarji mill-annimali bħala materjal tal-kategorija 3 f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1069/2009.

Artikolu 45

Kundizzjonijiet speċifiċi għall-awtorizzazzjoni ta’ ċerti movimenti ta’ ungulati miżmuma ta’ speċijiet elenkati minn stabbilimenti fiż-żona ta’ sorveljanza

1.   L-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza l-moviment ta’ ungulati miżmuma ta’ speċi elenkati lejn mergħat li jinsabu fiż-żona ta’ sorveljanza, dment li:

(a)

jkun għadda perjodu ta’ 15-il jum wara li jkunu tlestew u ġew approvati t-tindif u d-diżinfezzjoni preliminari msemmija fl-Artikolu 15; u

(b)

l-annimali ma jiġux f’kuntatt ma’ annimali tal-ispeċijiet elenkati minn stabbilimenti oħrajn.

2.   L-awtorità kompetenti tista’, wara t-twettiq ta’ valutazzjoni tar-riskji, tawtorizza l-moviment ta’ annimali miżmuma tal-ispeċijiet elenkati ta’ ungulati lejn stabbiliment li jappartjeni għall-istess katina tal-provvista, li jinsab fiż-żona ta’ sorveljanza jew barra minnha, sabiex tikkompleta ċ-ċiklu tal-produzzjoni qabel l-iskarnar. Jekk l-istabbiliment tad-destinazzjoni jkun jinsab barra miż-żona ta’ sorveljanza, l-awtorità kompetenti għandha tapplika f’dak l-istabbiliment il-miżuri previsti fl-Artikolu 40, fl-Artikolu 41 u fl-Artikolu 42, dment li l-miżuri għall-kontroll tal-mard fiż-żona ta’ sorveljanza tal-oriġini jinżammu kif previst fl-Artikolu 55.

Artikolu 46

Kundizzjonijiet speċifiċi għall-awtorizzazzjoni ta’ ċerti movimenti tal-pollam minn stabbilimenti li jinsabu fiż-żona ta’ sorveljanza

1.   L-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza l-movimenti ta’ flieles ta’ ġurnata li joriġinaw miż-żona ta’ sorveljanza:

(a)

lejn stabbilimenti fl-istess Stat Membru fejn kienu faqqsu minn bajd li joriġina minn stabbilimenti fiż-żona ta’ sorveljanza, jekk:

(i)

l-istabbiliment tad-destinazzjoni jitqiegħed taħt sorveljanza uffiċjali wara l-wasla tal-annimali; u

(ii)

jekk jiġu mċaqilqa barra miż-żona ristretta, l-annimali jibqgħu fl-istabbilimenti tad-destinazzjoni għal mill-inqas 21 jum.

(b)

lejn stabbilimenti fl-istess Stat Membru fejn kienu faqqsu minn bajd li oriġina minn barra ż-żona ristretta, jekk il-mafqas tad-dispaċċ jista’ jiżgura li ma seħħ l-ebda kuntatt bejn dak il-bajd u kwalunkwe bajd ieħor għat-tifqis jew flieles ta’ ġurnata miksuba minn annimali miżmuma fiż-żona ristretta.

2.   L-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza l-movimenti ta’ pollam lesti sabiex ibidu minn stabbilimenti fiż-żona ta’ sorveljanza lejn stabbilimenti fl-istess Stat Membru, jekk:

(a)

fl-istabbiliment tad-destinazzjoni ma jkun hemm l-ebda annimal miżmum ieħor tal-ispeċijiet elenkati;

(b)

l-istabbiliment tad-destinazzjoni jitqiegħed taħt sorveljanza uffiċjali wara l-wasla tal-pollam li huma lesti sabiex ibidu; u

(c)

il-pollam jibqgħu fl-istabbiliment tad-destinazzjoni għal mill-inqas 21 jum.

Artikolu 47

Kundizzjonijiet speċifiċi għall-awtorizzazzjoni ta’ ċerti movimenti tal-bajd għat-tifqis lejn u minn stabbilimenti fiż-żona ta’ sorveljanza

1.   L-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza l-movimenti ta’ bajd għat-tifqis minn stabbiliment li jinsab fl-istess Stat Membru lejn:

(a)

mafqas li jinsab fiż-żona ta’ sorveljanza; jew

(b)

stabbiliment għal tifqis intern li jinsab fiż-żona ta’ sorveljanza.

2.   L-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza l-movimenti tal-bajd għat-tifqis minn stabbiliment li jinsab fiż-żona ta’ sorveljanza lejn mafqas fl-istess Stat Membru jew lejn stabbiliment għat-tifqis intern li jinsab fl-istess Stat Membru, biss jekk il-bajd għat-tifqis u l-imballaġġ tiegħu jiġu diżinfettati qabel id-dispaċċ u jkun jista’ jiġi żgurat ir-rintraċċar lura ta’ dan il-bajd.

Artikolu 48

Kundizzjonijiet speċifiċi għall-awtorizzazzjoni tal-movimenti ta’ semen minn stabbilimenti tal-prodotti ġerminali approvati li jinsabu fiż-żona ta’ sorveljanza

L-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza l-movimenti ta’ semen miġbur minn annimali ta’ speċijiet elenkati miżmuma fi stabbilimenti tal-prodotti ġerminali approvati, esklużi l-imfaqas, li jinsabu fiż-żona ta’ sorveljanza wara d-data stmata tal-aktar infezzjoni bikrija tal-istabbiliment affettwat dment li:

(a)

il-miżuri kollha għall-kontroll tal-mard relatati mal-mard rilevanti tal-kategorija A tneħħew fiż-żona ta’ sorveljanza f’konformità mal-Artikolu 55;

(b)

l-annimali miżmuma kollha tal-ispeċijiet elenkati fiċ-ċentru tal-ġbir tas-semen ikunu għaddew minn eżami kliniku u ttieħdu kampjuni tagħhom għall-eżamijiet fil-laboratorji sabiex tiġi eskluża l-preżenza tal-marda tal-kategorija A fiċ-ċentru tal-ġbir tas-semen;

(c)

l-annimal donatur kien soġġett b’riżultat favorevoli għal eżami fil-laboratorju fuq kampjun meħud mhux aktar kmieni minn sebat ijiem wara l-perjodu ta’ monitoraġġ stabbilit fl-Anness II għall-marda rilevanti, kif ikkalkolat ’il quddiem mid-data li fiha nġabar is-semen.

Artikolu 49

Kundizzjonijiet speċifiċi għall-awtorizzazzjoni tal-movimenti ta’ laħam frisk u ħalib mhux ipproċessat miksuba minn annimali miżmuma tal-ispeċijiet elenkati minn stabbilimenti li jinsabu fiż-żona ta’ sorveljanza

1.   L-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza l-movimenti ta’ laħam frisk u ħalib mhux ipproċessat miksuba minn annimali ta’ speċijiet elenkati miżmuma fi stabbilimenti li jinsabu fiż-żona ta’ sorveljanza jekk, jew:

(a)

il-laħam frisk jew il-ħalib mhux ipproċessat jiġi mċaqlaq lejn stabbiliment tal-ipproċessar biex jgħaddi minn wieħed mit-trattamenti tal-mitigazzjoni tar-riskju stipulati fl-Anness VII; jew

(b)

il-laħam frisk jinkiseb minn pollam.

2.   L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li l-laħam frisk u l-ħalib mhux ipproċessat imċaqilqa skont il-paragrafu 1(a) ikunu konformi ma’ dawn li ġejjin:

(a)

il-laħam frisk ikun immarkat skont l-Anness IX meta jinkiseb fil-biċċerija u jżomm din il-marka sakemm jiġi ttrattat; u

(b)

it-trattament jiġi applikat fi stabbiliment li jinsab fl-istess żona ristretta jew kemm jista’ jkun qrib iż-żona ristretta, li jopera taħt is-superviżjoni ta’ veterinarji uffiċjali.

Artikolu 50

Kundizzjonijiet speċifiċi għall-awtorizzazzjoni tal-movimenti ta’ bajd għall-konsum mill-bniedem minn stabbilimenti li jinsabu fiż-żona ta’ sorveljanza

1.   L-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza l-movimenti tal-bajd għall-konsum mill-bniedem minn stabbilimenti fiż-żona ta’ sorveljanza lejn ċentru tal-ippakkjar li jinsab fl-istess Stat Membru, dment li jiġi ppakkjat:

(a)

f’imballaġġ li jintrema; jew

(b)

f’imballaġġ li jista’ jitnaddaf u jiġi ddiżinfettat b’tali mod li jinqered l-aġent tal-mard tal-kategorija A rilevanti.

2.   L-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza l-movimenti tal-bajd għall-konsum mill-bnidem minn stabbilimenti li jinsabu fiż-żona ta’ sorveljanza lejn stabbiliment għall-manifattura tal-prodotti tal-bajd li jinsab fl-istess Stat Membru, jekk:

(a)

l-istabbiliment għall-manifattura tal-prodotti tal-bajd jikkonforma mal-Kapitolu II tat-Taqsima X tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004; u

(b)

il-bajd jiġi mċaqlaq lejn l-istabbiliment għall-manifattura tal-prodotti tal-bajd sabiex jiġi mmaniġġjat u ttrattat skont il-Kapitolu XI tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 852/2004.

Artikolu 51

Kundizzjonijiet speċifiċi għall-awtorizzazzjoni tal-movimenti ta’ demel, inklużi mfierex u mraqad użati minn stabbilimenti li jinsabu fiż-żona ta’ sorveljanza

L-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza l-movimenti ta’ demel, inklużi mfierex u mraqad użati, minn stabbilimenti li jinsabu fiż-żona ta’ sorveljanza:

(a)

mingħajr ipproċessar, lejn landfill, li kienet preċedentement awtorizzata għal dak l-iskop mill-awtorità kompetenti, li tinsab fl-istess żona ta’ sorveljanza; jew

(b)

wara l-ipproċessar, lejn landfill, li kienet preċedentement awtorizzata għal dak l-iskop mill-awtorità kompetenti, li tinsab fit-territorju tal-Istat Membru.

Artikolu 52

Kundizzjonijiet speċifiċi għall-awtorizzazzjoni tal-moviment ta’ materjali tal-għalf li joriġinaw mill-pjanti u ta’ tiben miż-żona ta’ sorveljanza

L-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza l-movimenti ta’ materjali tal-għalf li joriġinaw mill-pjanti jew tiben prodotti fiż-żona ta’ sorveljanza, dment li l-materjali tal-għalf jew it-tiben:

(a)

kienu prodotti f’postijiet li ma jżommux annimali tal-ispeċijiet elenkati, minbarra stabbilimenti għall-ipproċessar tal-għalf;

(b)

kienu prodotti fi stabbilimenti għall-ipproċessar tal-għalf li ma jżommux annimali tal-ispeċijiet elenkati u l-materja prima tal-pjanti toriġina:

(i)

minn postijiet imsemmija fil-paragrafu (a); jew

(ii)

minn barra ż-żona ta’ sorveljanza.

(c)

huma intiżi sabiex jintużaw fiż-żona ta’ sorveljanza;

(d)

ikun sarilhom mill-inqas wieħed mit-trattamenti ta’ mitigazzjoni tar-riskju stipulati fl-Anness VIII.

Artikolu 53

Kundizzjonijiet speċifiċi għall-awtorizzazzjoni tal-movimenti ta’ annimali miżmuma tal-ispeċijiet elenkati u ta’ prodotti lejn impjant approvat

1.   L-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza l-movimenti ta’ annimali miżmuma tal-ispeċijiet elenkati minn stabbilimenti li jinsabu fiż-żona ta’ sorveljanza lejn impjant approvat għall-ipproċessar jew għar-rimi ta’ prodotti sekondarji mill-annimali li fihom:

(a)

l-annimali miżmuma jinqatlu minnufih; u

(b)

il-prodotti sekondarji mill-annimali li jirriżultaw jintremew f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1069/2009.

2.   L-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza l-movimenti ta’ prodotti minn stabbilimenti u postijiet oħrajn fiż-żona ta’ sorveljanza lejn impjant approvat għall-ipproċessar jew għar-rimi ta’ prodotti sekondarji mill-annimali fejn jintremew jew jiġu pproċessati f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1069/2009.

Artikolu 54

Miżuri li għandhom jiġu applikati fin-negozji tal-ikel u tal-għalf, fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera, fl-istabbilimenti ta’ prodotti sekondarji mill-annimali jew kwalunkwe post ieħor ta’ rilevanza fiż-żona ta’ sorveljanza, inklużi mezzi tat-trasport

1.   L-awtorità kompetenti għandha tapplika l-miżuri rilevanti msemmija fl-Artikolu 40, u l-Artikoli 42 sa 53 fin-negozji u tal-ikel u tal-għalf, fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera, fl-istabbilimenti ta’ prodotti sekondarji mill-annimali jew fi kwalunkwe post ieħor ta’ rilevanza fiż-żona ta’ sorveljanza, inklużi mezzi tat-trasport.

2.   Fl-istabbilimenti u l-postijiet imsemmija fil-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti tista’ tapplika miżuri addizzjonali adattati għas-sitwazzjoni speċifika sabiex tevita t-tixrid tal-marda tal-kategorija A ġewwa u miż-żona ta’ sorveljanza.

Artikolu 55

Id-durata tal-miżuri għall-kontroll tal-mard fiż-żona ta’ sorveljanza

1.   L-awtorità kompetenti tista’ tneħħi l-miżuri għall-kontroll tal-mard applikati fiż-żona ta’ sorveljanza skont it-Taqsimiet 1 u 3 ta’ dan il-Kapitolu biss jekk il-perjodu stipulat fl-Anness XI ikun għadda u l-kundizzjonijiet li ġejjin ikunu ssodisfati:

(a)

ir-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 39 ġew issodisfati fiż-żona ta’ protezzjoni; u

(b)

numru rappreżentattiv ta’ stabbilimenti li jżommu annimali tal-ispeċijiet elenkati jkunu għaddew, b’riżultati favorevoli, minn żjarat imwettqa minn veterinarji uffiċjali, f’konformità mal-Artikolu 41.

2.   Meta l-marda rilevanti tal-kategorija A tiġi trażmessa minn vettur elenkat, f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1882, l-awtorità kompetenti tista’:

(a)

tistabbilixxi d-durata tal-miżuri fiż-żona ta’ sorveljanza fuq bażi ta’ każ b’każ, filwaqt li tqis il-fatturi li jinfluwenzaw ir-riskju tat-tixrid tal-marda; u

(b)

tipprevedi l-introduzzjoni ta’ annimali sentinella.

Taqsima 4

Derogi applikabbli fiż-żona ristretta fil-każ ta’ tifqigħat ulterjuri tal-mard

Artikolu 56

Derogi minn projbizzjonijiet tal-movimenti ta’ annimali fiż-żoni ristretti meta jinżammu l-miżuri ta’ restrizzjoni

1.   Fejn il-projbizzjonijiet tal-moviment ta’ annimali previsti fl-Artikoli 27 u l-Artikolu 42 jinżammu lil hinn mill-perjodu stabbilit fl-Anness XI minħabba l-konferma uffiċjali ta’ aktar tifqigħat tal-marda tal-kategorija A, l-awtorità kompetenti tista’, f’ċirkostanzi eċċezzjonali, tawtorizza l-moviment ta’ annimali miżmuma ta’ speċijiet elenkati minn stabbiliment fiż-żona ristretta f’każijiet mhux koperti mid-derogi previsti fl-Artikoli 27 u l-Artikolu 42, jekk:

(a)

l-operatur ikun issottometta applikazzjoni motivata għal dik l-awtorizzazzjoni;

(b)

ir-riskji derivati mill-awtorizzazzjoni ta’ tali movimenti ġew ivvalutati qabel l-awtorizzazzjoni u l-valutazzjoni tindika li r-riskju ta’ tixrid tal-marda tal-kategorija A huwa negliġibbli;

(c)

il-veterinarji uffiċjali jkunu wettqu eżamijiet kliniċi u jkunu ġabru kampjuni għal eżamijiet fil-laboratorju minn annimali tal-ispeċijiet elenkati, inklużi dawk li jridu jiġu mċaqilqa, li jkunu taw riżultati favorevoli.

2.   Meta l-movimenti tal-annimali jkunu ġew awtorizzati skont il-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li t-trasport ikun konformi mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 24.

KAPITOLU III

Ripopolament b’annimali terrestri ta’ stabbilimenti f’żoni ristretti

Artikolu 57

Il-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tar-ripopolament tal-istabbiliment affettwat

1.   L-awtorità kompetenti għandha tawtorizza biss ir-ripopolament tal-istabbiliment affettwat jekk jiġu ssodisfati r-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

tindif u diżinfezzjoni finali u, meta rilevanti, kontroll tal-insetti u tar-rodituri jkunu:

(i)

saru, skont il-proċeduri stabbiliti fil-punti A u C tal-Anness IV, bl-użu tal-prodotti bijoċidali xierqa sabiex tiġi żgurata l-qerda tal-aġent tal-marda tal-Kategorija A rilevanti; u

(ii)

ġew iddokumentati b’mod adegwat.

(b)

ikun għadda l-perjodu ta’ monitoraġġ stabbilit fl-Anness II għall-marda rilevanti, ikkalkolat ’il quddiem mid-data li fiha jkunu twettqu t-tindif u d-diżinfezzjoni finali previsti fil-punt (a).

2.   L-awtorità kompetenti għandha tissorvelja li t-tindif u d-diżinfezzjoni finali u, meta rilevanti, il-kontroll tal-insetti u tar-rodituri, fl-istabbiliment affettwat jitwettqu f’konformità mar-rekwiżiti fil-paragrafu 1(a).

3.   L-awtorità kompetenti ma għandhiex tippermetti l-aċċess għal mergħa ta’ annimali miżmuma tal-ispeċijiet elenkati matul il-perjodu ta’ żmien li matulu titqies bħala kkontaminata; dan il-perjodu ta’ żmien għandu jiġi stabbilit wara t-twettiq ta’ valutazzjoni tar-riskju.

4.   Fejn, għal raġunijiet debitament ġustifikati, it-tindif u d-diżinfezzjoni finali u, meta jkun rilevanti, il-kontroll tal-insetti u tar-rodituri msemmija fil-paragrafu 1, ma jkunux twettqu kompletament fl-istabbiliment affettwat, l-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza r-ripopolament b’deroga mill-paragrafu 1, dment li:

(a)

ikun għadda perjodu ta’ mill-inqas 3 xhur mit-twettiq tat-tindif u tad-diżinfezzjoni preliminari, kif imsemmi fl-Artikolu 15; u

(b)

qabel ma tagħti l-awtorizzazzjoni, l-awtorità kompetenti tkun ivvalutat ir-riskji li jirriżultaw minn dik l-awtorizzazzjoni u l-valutazzjoni tindika li r-riskju tat-tixrid tal-marda tal-kategorija A huwa negliġibbli.

Artikolu 58

Deroga mir-rekwiżit previst fl-Artikolu 55(1)(b)

Fil-każ tal-konferma uffiċjali ta’ tifqigħa ta’ marda tal-kategorija A fin-negozji tal-ikel u tal-għalf, fiċ-ċentri tal-assemblaġġ, fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera, fl-istabbilimenti ta’ prodotti sekondarji mill-annimali jew fi kwalunkwe post ieħor ta’ rilevanza, inklużi mezzi tat-trasport, l-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza l-introduzzjoni mill-ġdid ta’ annimali miżmuma tal-ispeċijiet elenkati għall-iskarnar, l-operazzjonijiet ta’ assemblaġġ, l-ispezzjoni jew it-trasport, 24 siegħa wara t-tlestija ta’:

(a)

il-miżuri msemmija fl-Artikolu 12, fl-Artikolu 14, fl-Artikolu 15, fl-Artikolu 17, fl-Artikolu 18 u fl-Artikolu 57(1)(a); u

(b)

kwalunkwe miżura addizzjonali applikata mill-awtorità kompetenti adattata għas-sitwazzjoni speċifika.

Artikolu 59

Ir-rekwiżiti għar-ripopolament tal-istabbiliment affettwat b’annimali miżmuma tal-ispeċijiet elenkati

1.   L-awtorità kompetenti għandha tissorvelja r-ripopolament b’annimali miżmuma tal-ispeċijiet elenkati tal-istabbiliment affettwat f’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu.

2.   L-annimali miżmuma tal-ispeċijiet elenkati intiżi għar-ripopolament għandhom:

(a)

ma joriġinawx minn stabbiliment soġġett għar-restrizzjonijiet previsti fil-Kapitolu III; u

(b)

ikunu soġġetti għal teħid ta’ kampjuni għal eżami fil-laboratorju sabiex tiġi eskluża l-preżenza tal-marda b’riżultati favorevoli qabel l-introduzzjoni tagħhom fl-istabbiliment.

3.   Għall-finijiet tal-paragrafu 2(b), il-kampjuni għandhom jinġabru minn:

(a)

numru rappreżentattiv tal-annimali kollha li se jiġu introdotti fl-istabbiliment, jekk jiġu introdotti kollha fl-istess ħin u mill-istess stabbiliment ta’ oriġini; jew

(b)

numru rappreżentattiv ta’ annimali ta’ kull konsenja, jekk l-annimali kollha se jiġu introdotti fi żminijiet differenti jew minn stabbilimenti ta’ oriġini differenti.

Fil-każ ta’ flieles ta’ ġurnata, l-awtorità kompetenti tista’ tiddeċiedi li ma twettaqx it-teħid tal-kampjuni għall-eżami fil-laboratorju msemmi fil-paragrafu 2(b).

4.   L-annimali miżmuma tal-ispeċijiet elenkati intiżi għar-ripopolament għandhom jiġu introdotti fl-istabbilimenti kif ġej:

(a)

fl-unitajiet epidemjoloġiċi u l-binjiet kollha tal-istabbiliment affettwat;

(b)

preferibbilment fl-istess żmien jew fil-perjodu ta’ monitoraġġ stabbilit fl-Anness II għall-marda rilevanti, ikkalkolat ’il quddiem mid-data li fiha kien introdott l-ewwel annimal; jew

(c)

fil-każ ta’ stabbilimenti tal-biedja fil-beraħ jew meta r-rekwiżit stabbilit fil-punt (a) ma jkunx prattiku, billi jintużaw annimali sentinella li jkunu ttieħdu kampjuni tagħhom għal eżamijiet fil-laboratorju b’riżultati favorevoli għall-marda tal-kategorija A rilevanti qabel ma jiġu introdotti fl-istabbiliment.

5.   Il-veterinarji uffiċjali għandhom iwettqu mill-inqas żjara fl-istabbiliment affettwat fl-aħħar jum tal-perjodu ta’ monitoraġġ stabbilit fl-Anness II għall-marda rilevanti, ikkalkolat ’il quddiem mid-data li fiha l-annimali jkunu tqiegħdu fl-istabbiliment u, fi kwalunkwe każ, qabel ma jkunu għaddew 30 jum minn dakinhar, fejn jagħmlu mill-inqas:

(a)

kontrolli dokumentarji, inkluża analiżi tar-rekords tal-produzzjoni, tas-saħħa u tat-traċċabbiltà;

(b)

eżami kliniku ta’ annimali miżmuma tal-ispeċijiet elenkati; u

(c)

il-ġbir ta’ kampjuni ta’ annimali għal eżami fil-laboratorju sabiex tiġi kkonfermata jew eskluża l-preżenza tal-marda tal-kategorija A rilevanti.

6.   Kwalunkwe persuna li tidħol fl-istabbiliment jew li titlaq minnu għandha tikkonforma mal-miżuri ta’ bijosigurtà xierqa li għandhom l-għan li jevitaw it-tixrid tal-marda tal-kategorija A rilevanti.

7.   L-annimali miżmuma tal-ispeċijiet elenkati għandhom jitilqu mill-istabbiliment biss bl-awtorizzazzjoni tal-awtorità kompetenti u biss wara li jinkisbu riżultati favorevoli mill-eżami fil-laboratorju msemmi fil-paragrafu 5(c).

8.   Mid-data li fiha l-annimali jkunu tqiegħdu fl-istabbiliment sat-tmiem tar-ripopolament, f’konformità mal-Artikolu 61, l-operatur għandu:

(a)

iżomm aġġornati r-rekords tas-saħħa u d-data tal-produzzjoni għal annimali miżmuma tal-ispeċijiet elenkati; u

(b)

jinnotifika minnufih lill-awtorità kompetenti bi kwalunkwe bidla sinifikanti fid-data tal-produzzjoni u kwalunkwe anormalità oħra.

9.   Jekk mortalitajiet jew sinjali kliniċi mhux tas-soltu tal-marda rilevanti tal-kategorija A jiġu nnotifikati lill-awtorità kompetenti matul il-perjodu msemmi fil-paragrafu 8, il-veterinarji uffiċjali għandhom mingħajr dewmien jiġbru kampjuni għall-eżami fil-laboratorju biex jeskludu l-preżenza tal-marda rilevanti tal-kategorija A.

10.   L-awtorità kompetenti tista’ teżenta lil stabbilimenti konfinati minn waħda jew aktar mid-dispożizzjonijiet stipulati fil-paragrafi 1 sa 9 wara li tkun ivvalutat ir-riskji li joħorġu minn dik l-eżenzjoni u l-valutazzjoni tindika li r-riskju li tinxtered il-marda tal-kategorija A huwa negliġibbli.

Artikolu 60

Rekwiżiti addizzjonali għar-ripopolament tal-istabbiliment affettwat

1.   L-awtorità kompetenti għandha tawtorizza r-ripopolament tal-istabbiliment affettwat b’annimali oħrajn minbarra annimali miżmuma tal-ispeċijiet elenkati billi tqis ir-riskju li tinxtered il-marda tal-kategorija A rilevanti u r-riskju ta’ persistenza tal-vetturi.

2.   L-awtorità kompetenti tista’ testendi wħud mid-dispożizzjonijiet jew id-dispożizzjonijiet kollha previsti fl-Artikoli 57 u 59 jekk jiġi applikat il-qtil preventiv kif previst fil-paragrafu 4 tal-Artikoli 7 u 9.

Artikolu 61

It-tmiem tar-ripopolament tal-istabbiliment affettwat u t-tneħħija tal-miżuri għall-kontroll tal-mard fl-istabbiliment affettwat

1.   Ir-ripopolament tal-istabbiliment affettwat għandu jitqies bħala ffinalizzat meta jkunu ġew ikkompletati b’suċċess il-miżuri previsti fl-Artikoli 57 u 59 u, meta rilevanti, fl-Artikolu 60.

2.   L-awtorità kompetenti għandha tneħħi l-miżuri kollha għall-kontroll tal-mard applikati fl-istabbiliment affettwat f’konformità ma’ dan ir-Regolament meta r-ripopolament jitqies bħala ffinalizzat kif previst fil-paragrafu 1.

KAPITOLU IV

Miżuri għall-kontroll tal-mard f’annimali selvaġġi tal-ispeċijiet elenkati

Artikolu 62

Miżuri fil-każ ta’ suspett ta’ marda tal-kategorija A f’annimali selvaġġi tal-ispeċijiet elenkati

1.   Fil-każ ta’ suspett ta’ marda tal-kategorija A f’annimali selvaġġi tal-ispeċijiet elenkati skont l-Artikolu 9(1), (3), u (4) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689, l-awtorità kompetenti għandha minnufih twettaq investigazzjoni biex tikkonferma jew telimina l-preżenza tal-marda elenkata suspettata.

2.   Matul l-investigazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti għandha mill-inqas torganizza awtopsji u l-ġbir ta’ kampjuni għall-eżami fil-laboratorju ta’ annimali selvaġġi tal-ispeċijiet elenkati maqtula b’tir jew misjuba mejta sabiex tikkonferma jew teskludi l-preżenza tal-marda tal-kategorija A.

3.   Fir-rigward tal-iġsma ta’ annimali selvaġġi mejtin li fihom hija ssuspettata l-marda tal-kategorija A rilevanti, irrispettivament minn jekk l-annimali selvaġġi jkunux inqatlu jew instabu mejta, l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li:

(a)

l-iġsma sħaħ tal-annimali selvaġġi mejtin jew il-partijiet minnhom jintremew jew jiġu pproċessati f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1069/2009; u

(b)

fejn ikun fattibbli, kwalunkwe materjal jew sustanza li x’aktarx ikunu kkontaminati minn kuntatt mal-iġsma ta’ annimali selvaġġi mejtin jew prodotti sekondarji mill-annimali miksuba minnhom, jitnaddfu u jiġu ddiżinfettati jew inkella jintremew skont l-istruzzjonijiet u taħt is-superviżjoni ta’ veterinarji uffiċjali.

Artikolu 63

Miżuri fil-każ ta’ tifqigħa ta’ marda tal-kategorija A f’annimali selvaġġi tal-ispeċijiet elenkati

1.   F’każ ta’ konferma uffiċjali ta’ tifqigħa ta’ marda tal-kategorija A f’annimali selvaġġi tal-ispeċijiet elenkati skont l-Artikolu 9(2), (3) u (4) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689, l-awtorità kompetenti tista’ tiddetermina żona infettata sabiex tipprevjeni t-tixrid ulterjuri tal-marda abbażi ta’:

(a)

il-profil tal-marda;

(b)

il-popolazzjoni stmata tal-annimali selvaġġi tal-ispeċijiet elenkati;

(c)

il-fatturi ta’ riskju li jikkontribwixxu għat-tixrid tal-marda tal-kategorija A rilevanti, b’mod partikolari r-riskju tal-introduzzjoni ta’ marda tal-kategorija A fi stabbilimenti li jżommu annimali tal-ispeċijiet elenkati;

(d)

ir-riżultati tat-teħid tal-kampjuni; u

(e)

fatturi rilevanti oħrajn.

2.   Fir-rigward tal-iġsma ta’ annimali selvaġġi li fihom tkun ġiet ikkonfermata l-marda tal-kategorija A rilevanti, irrispettivament minn jekk l-annimali selvaġġi jkunux inqatlu jew instabu mejta, l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li:

(a)

l-iġsma sħaħ tal-annimali selvaġġi mejtin jew il-partijiet minnhom jintremew jew jiġu pproċessati f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1069/2009; u

(b)

fejn ikun fattibbli, kwalunkwe materjal jew sustanza li x’aktarx ikunu kkontaminati minn kuntatt mal-iġsma ta’ annimali selvaġġi mejtin jew prodotti sekondarji mill-annimali miksuba minnhom, jitnaddfu u jiġu ddiżinfettati jew inkella jintremew skont l-istruzzjonijiet u taħt is-superviżjoni ta’ veterinarji uffiċjali.

3.   L-awtorità kompetenti tista’ tadatta l-konfini taż-żona infettata inizjali:

(a)

sabiex tikkontrolla t-tixrid ulterjuri tal-marda tal-kategorija A rilevanti; u

(b)

fil-każ ta’ konferma ta’ aktar tifqigħat tal-marda tal-kategorija A f’annimali selvaġġi.

4.   L-awtorità kompetenti għandha tinforma minnufih lill-operaturi, lill-veterinarji kliniċi, lill-kaċċaturi, lil awtoritajiet kompetenti rilevanti oħrajn u lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika oħra kkonċernata bit-tifqigħa tal-marda u bil-miżuri ta’ kontroll adottati.

Artikolu 64

Miżuri li għandhom jiġu applikati fiż-żona infettata

1.   Fiż-żona infettata stabbilita skont l-Artikolu 63, l-awtorità kompetenti għandha torganizza awtopsji tal-annimali selvaġġi tal-ispeċijiet elenkati li nqatlu b’tir jew li nstabu mejta, inkluż, meta jkun meħtieġ, it-teħid tal-kampjuni għall-eżami fil-laboratorju.

2.   Fiż-żona infettata l-awtorità kompetenti għandha minn tal-inqas:

(a)

timplimenta miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju u ta’ bijosigurtà rinforzati sabiex jiġi evitat it-tixrid tal-marda tal-kategorija A mill-annimali affettwati u miż-żona infettata għall-annimali mhux affettwati jew għall-bnedmin;

(b)

tipprojbixxi l-movimenti ta’ annimali selvaġġi tal-ispeċijiet elenkati u tal-prodotti li joriġinaw minn dawn l-annimali kif previst fir-Regolament Delegat (UE) 2020/688 (16); u

(c)

tiżgura li l-iġsma kollha ta’ annimali selvaġġi mejtin tal-ispeċijiet elenkati, irrispettivament minn jekk l-annimali jkunux inqatlu jew instabu mejta, jew il-partijiet minnhom, jintremew jew jiġu pproċessati f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1069/2009.

Artikolu 65

Miżuri addizzjonali li għandhom jiġu applikati fiż-żona infettata

Sabiex jiġi evitat it-tixrid tal-marda tal-kategorija A, fiż-żona infettata l-awtorità kompetenti tista’:

(a)

tirregola l-movimenti ta’ annimali miżmuma tal-ispeċijiet elenkati;

(b)

tirregola l-attivitajiet tal-kaċċa u attivitajiet oħrajn li jsiru fuq barra;

(c)

tirrestrinġi l-alimentazzjoni tal-annimali selvaġġi tal-ispeċijiet elenkati; u

(d)

tiżviluppa u timplimenta pjan ta’ eradikazzjoni għall-marda tal-kategorija A f’annimali selvaġġi tal-ispeċijiet elenkati jekk is-sitwazzjoni epidemjoloġika tkun tirrikjedi dan.

Artikolu 66

Grupp ta’ esperti operazzjonali

F’każ ta’ tifqigħa kkonfermata b’mod uffiċjali ta’ marda tal-kategorija A f’annimali selvaġġi tal-ispeċijiet elenkati u f’każ li l-awtorità kompetenti tiddetermina żona infettata skont l-Artikolu 63, l-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi grupp ta’ esperti operazzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 43 tar-Regolament (UE) 2016/429 biex jassisti lill-awtorità kompetenti:

(a)

fil-valutazzjoni tas-sitwazzjoni epidemjoloġika u l-evoluzzjoni tagħha;

(b)

fid-definizzjoni taż-żona infettata;

(c)

fl-istabbiliment tal-miżuri xierqa li għandhom jiġu applikati fiż-żona infettata skont dan il-Kapitolu u d-durata tagħhom; u

(d)

fl-iżvilupp ta’ pjan ta’ eradikazzjoni, meta jkun rilevanti.

Artikolu 67

Id-durata tal-miżuri fiż-żona infettata

L-awtorità kompetenti għandha żżomm il-miżuri applikati fiż-żona infettata skont dan il-Kapitolu sakemm l-informazzjoni epidemjoloġika tkun tindika li l-popolazzjoni selvaġġa rilevanti ma tkunx għadha tippreżenta riskju ta’ introduzzjoni tal-marda tal-Kategorija A fi stabbilimenti li jżommu l-annimali tal-ispeċijiet elenkati u l-grupp operazzjonali jirrakkomanda li l-miżuri jitneħħew.

KAPITOLU V

Miżuri għall-kontroll tal-mard għall-mard tal-kategoriji B u C tal-annimali terrestri

Artikolu 68

Miżuri preliminari għall-kontroll tal-mard li għandhom jiġu applikati meta tiġi ssuspettata marda tal-kategorija B jew C mill-awtorità kompetenti fl-Istati Membri jew fiż-żoni li ngħataw stat ta’ ħelsien minn mard

Fil-każ ta’ suspett ta’ marda tal-kategorija B jew C skont l-Artikolu 9(1), (3) jew (4) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689, fi Stati Membri jew f’żoni li ngħataw stat ta’ ħelsien mill-mard skont l-Artikolu 36(4) tar-Regolament (UE) 2016/429 jew l-Artikolu 84(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689, l-awtorità kompetenti għandha tapplika l-miżuri stabbiliti fi:

(a)

l-Artikoli 21, 22, 23 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689 għal infezzjoni bi Brucella abortus, B. melitensis, B. suis, infezzjoni bil-kumpless tal-Mycobacterium tuberculosis, il-lewkożi bovina enżootika, ir-rinotrakeite bovina infettiva/vulvovaġinite pustulari infettiva, l-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Aujeszky u d-dijarea virali bovina;

(b)

l-Artikolu 35 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689 għal infezzjoni bil-virus tar-rabja; u

(c)

l-Artikolu 41 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689 għal infezzjoni bil-virus tal-ilsien blu (is-serotip 1-24).

Artikolu 69

Miżuri għall-kontroll tal-mard li għandhom jiġu applikati meta tiġi kkonfermata marda tal-kategorija B jew C

Fil-każ ta’ konferma ta’ marda tal-kategorija B jew C skont il-punt (2) tal-Artikolu 9 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689 fi Stati Membri jew f’żoni li ngħataw l-istat ta’ ħelsien mill-mard skont il-paragrafu 4 tal-Artikolu 36 tar-Regolament (UE) 2016/429 jew il-paragrafu 1 tal-Artikolu 84 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689, l-awtorità kompetenti għandha tapplika l-miżuri stabbiliti fi:

(a)

l-Artikoli 24 sa 31 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689 għal infezzjoni bi Brucella abortus, B. melitensis, B. suis, infezzjoni bil-kumpless tal-Mycobacterium tuberculosis, il-lewkożi bovina enżootika, ir-rinotrakeite bovina infettiva/vulvovaġinite pustulari infettiva, l-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Aujeszky u d-dijarea virali bovina;

(b)

l-Artikolu 36 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689 għal infezzjoni bil-virus tar-rabja; u

(c)

l-Artikolu 42 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689 għal infezzjoni bil-virus tal-ilsien blu (is-serotip 1-24).

PARTI III

ANNIMALI AKKWATIĊI

KAPITOLU I

Miżuri għall-kontroll tal-mard għal mard tal-kategorija A f’annimali tal-akkwakultura

Taqsima 1

Miżuri preliminari għall-kontroll tal-mard fil-każ ta’ suspett ta’ marda tal-kategorija A f’annimali tal-akkwakultura

Artikolu 70

Obbligi fuq l-operaturi fil-każ ta’ suspett ta’ marda tal-kategorija A f’annimali tal-akkwakultura fi stabbilimenti

Fil-każ ta’ suspett ta’ marda tal-kategorija A f’annimali tal-akkwakultura tal-ispeċijiet elenkati, l-operaturi għandhom jieħdu l-miżuri għall-kontroll tal-mard li ġejjin sabiex jevitaw it-tixrid tal-marda tal-kategorija A mill-annimali u l-istabbilimenti tal-akkwakultura affettwati taħt ir-responsabbiltà tagħhom għal annimali akkwatiċi mhux affettwati oħrajn sakemm l-awtorità kompetenti teskludi l-preżenza tal-marda tal-kategorija A:

(a)

jiżolaw, fejn ikun teknikament possibbli, l-annimali tal-akkwakultura kollha fl-istabbiliment suspettat li jkun infettat bil-marda tal-kategorija A;

(b)

jipprevjenu l-movimenti ta’ annimali tal-akkwakultura lejn u mill-istabbiliment;

(c)

iżommu rekords taż-żjarat u TAl-movimenti kollha minn u lejn l-istabbiliment;

(d)

iżommu kwalunkwe prodott, biċċa tagħmir, materjal jew sustanza li x’aktarx ikunu kkontaminati bil-mard tal-kategorija A jew li jittrażmettuh, iżolati u, sa fejn ikun prattikabbli, protetti minn vetturi u minn annimali akkwatiċi oħrajn;

(e)

jimplimentaw il-miżuri ta’ bijosigurtà xierqa sabiex jiġi evitat it-tixrid tal-marda tal-kategorija A;

(f)

jipprovdu lill-awtorità kompetenti, fuq talba tagħha, kwalunkwe informazzjoni rilevanti rigward il-marda tal-kategorija A; u

(g)

isegwu kwalunkwe struzzjoni mogħtija mill-awtorità kompetenti rigward il-kontroll tal-marda tal-kategorija A, f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/429 u ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 71

Investigazzjoni mill-awtorità kompetenti tas-suspett ta’ marda tal-kategorija A f’annimali tal-akkwakultura fi stabbiliment

1.   Fil-każ ta’ suspett ta’ marda tal-kategorija A f’annimali tal-akkwakultura fi stabbiliment skont l-Artikolu 9(1), (3) u (4) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689, l-awtorità kompetenti għandha minnufih twettaq investigazzjoni biex tikkonferma jew telimina l-preżenza tal-marda elenkata suspettata.

2.   Matul l-investigazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li l-veterinarji uffiċjali jwettqu mill-inqas:

(a)

eżamijiet kliniċi tal-annimali tal-akkwakultura; u

(b)

il-ġbir ta’ kampjuni għal eżami fil-laboratorju.

Artikolu 72

Miżuri preliminari ta’ restrizzjoni u bijosigurtà li għandhom jiġu applikati fil-każ tas-suspett ta’ marda tal-kategorija A f’annimali tal-akkwakultura

1.   Fil-każ ta’ suspett ta’ marda tal-kategorija A fi stabbiliment, l-awtorità kompetenti għandha tqiegħed l-istabbiliment taħt sorveljanza uffiċjali u timponi minnufih il-miżuri preliminari ta’ restrizzjoni u bijosigurtà li ġejjin, sabiex tevita t-tixrid tal-marda tal-kategorija A mill-annimali tal-akkwakultura affettwati u mill-istabbiliment affettwat għal annimali akkwatiċi mhux affettwati:

(a)

il-projbizzjoni tal-movimenti ta’ annimali tal-akkwakultura lejn u mill-istabbiliment;

(b)

il-projbizzjoni tal-movimenti mhux essenzjali mill-istabbiliment ta’ mezzi tat-trasport u tagħmir;

(c)

il-projbizzjoni tal-iskarnar ta’ annimali tal-akkwakultura għall-konsum mill-bniedem;

(d)

fejn ikun teknikament fattibbli u meqjus bħala neċessarju, jiġi ordnat l-iżolament tal-annimali tal-akkwakultura kollha; u

(e)

meta jkun prattiku, jiġu implimentati mezzi u miżuri adegwati għall-kontroll tal-għasafar u ta’ predaturi oħrajn.

2.   L-awtorità kompetenti tista’ tordna l-qtil preventiv ta’ speċijiet elenkati fl-istabbiliment affettwat fejn tkun issuspettata marda tal-kategorija A dment li jiġu applikati l-miżuri kollha meħtieġa ta’ bijosigurtà u ta’ mitigazzjoni tar-riskju biex jiġi evitat it-tixrid tal-marda tal-kategorija A mill-istabbiliment.

3.   B’deroga mill-Artikolu 10(i) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 u wara t-twettiq ta’ valutazzjoni tar-riskju, l-awtorità kompetenti għandha tawtorizza l-movimenti ta’ annimali tal-akkwakultura għall-iskop uniku ta’ qtil immedjat fi stabbiliment għall-kontroll tal-mard tal-ikel akkwatiku jew f’impjant approvat għall-ipproċessar jew għar-rimi ta’ prodotti sekondarji mill-annimali tal-kategorija 1 jew tal-kategorija 2 skont dak ir-Regolament. L-awtorizzazzjoni tista’ tingħata biss meta jiġu applikati l-miżuri ta’ bijosigurtà meħtieġa u miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju oħrajn biex jiġi evitat it-tixrid tal-marda tal-kategorija A.

4.   Il-prodotti sekondarji mill-annimali kollha minn annimali tal-akkwakultura mejta li mietu jew li nqatlu f’konformità ma’ dan l-Artikolu, inkluż qxur tal-molluski bil-laħam, b’deroga mill-Artikolu 10(i) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, għandhom jiġu pproċessati jew mormija bħala materjal tal-kategorija 1 jew tal-kategorija 2 f’konformità ma’ dak ir-Regolament sabiex jiġi żgurat li l-aġent tal-marda rilevanti jkun inattivat u sabiex tiġi evitata t-trażmissjoni tal-marda għal annimali akkwatiċi oħrajn.

Artikolu 73

Inventarju u analiżi tar-rekords fil-każ tas-suspett ta’ marda tal-kategorija A f’annimali tal-akkwakultura

1.   Fil-każ ta’ suspett ta’ marda tal-kategorija A, l-awtorità kompetenti għandha tordna u tivverifika li, mingħajr dewmien, l-operaturi tal-istabbilimenti fejn ikun hemm suspett ta’ marda tal-kategorija A jikkompilaw u jżommu inventarju aġġornat ta’ dawn li ġejjin:

(a)

l-ispeċijiet, il-kategoriji u l-kwantitajiet (numru, volum jew piż) tal-annimali tal-akkwakultura miżmuma fl-istabbiliment;

(b)

kwalunkwe prodott, materjal jew sustanza li x’aktarx ikunu kkontaminati jew li x’aktarx jittrażmettu l-marda tal-kategorija A; u

(c)

il-mortalità f’kull unità epidemjoloġika fl-istabbiliment, irreġistrata kuljum.

2.   Fil-qafas tal-inkjesta epidemjoloġika, imsemmija fl-Artikolu 57 tar-Regolament (UE) 2016/429 u mwettqa fi stabbilimenti fejn ikun hemm suspett tal-marda, il-veterinarji uffiċjali għandhom janalizzaw mill-inqas ir-rekords elenkati fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 186 tar-Regolament (UE) 2016/429.

Artikolu 74

Estensjoni tal-miżuri għall-kontroll tal-mard fil-każ tas-suspett ta’ marda tal-kategorija A għal stabbilimenti oħrajn

Sabiex tevita t-tixrid ta’ marda tal-kategorija A, l-awtorità kompetenti għandha twettaq investigazzjoni prevista fl-Artikolu 71 u, wara t-twettiq ta’ valutazzjoni tar-riskji, testendi l-miżuri rilevanti previsti fl-Artikoli 72 u 73 għal:

(a)

stabbilimenti li jinsabu fl-istess kompartiment bħall-istabbiliment fejn ikun hemm suspett tal-marda, jew li, minħabba d-distanza, il-kundizzjonijiet idrodinamiċi jew il-kundizzjonijiet topografiċi, għandhom riskju akbar li jikkuntrattaw l-aġent tal-marda rilevanti mill-istabbiliment fejn hemm suspett tal-marda;

(b)

kwalunkwe stabbiliment għajr dawk imsemmija fil-punt (a) li għandu rabta epidemjoloġika diretta mal-istabbiliment fejn hemm suspett tal-marda.

Artikolu 75

Żoni ristretti temporanji madwar l-istabbiliment

L-awtorità kompetenti tista’ tistabbilixxi żona ristretta temporanja madwar l-istabbiliment fejn hemm suspett ta’ marda tal-kategorija A u fejn jiġu applikati miżuri preliminari għall-kontroll tal-mard kif imsemmi fl-Artikolu 72 u fl-Artikolu 73, billi tqis iċ-ċirkostanzi li ġejjin:

(a)

il-post tal-istabbiliment f’żona bi stabbilimenti oħrajn li jżommu annimali tal-akkwakultura tal-ispeċijiet elenkati li għalihom hemm suspett ta’ marda tal-kategorija A;

(b)

il-moviment ta’ annimali fil-viċinanza tal-istabbiliment suspettat;

(c)

id-dewmien fil-konferma tal-marda tal-kategorija A skont l-Artikolu 77;

(d)

l-informazzjoni insuffiċjenti dwar l-oriġini possibbli u r-rotot tal-introduzzjoni tal-marda tal-kategorija A suspettata; u

(e)

il-profil tal-marda, b’mod partikolari r-rotot u l-veloċità tat-trażmissjoni tal-marda u l-persistenza tal-marda fil-popolazzjoni rilevanti ta’ annimali tal-akkwakultura tal-ispeċijiet elenkati.

Artikolu 76

Miżuri li għandhom jiġu applikati fil-każ ta’ suspett ta’ marda tal-kategorija A fin-negozji tal-ikel u tal-għalf, f’ċentri ta’ purifikazzjoni, f’ċentri ta’ spedizzjoni, fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera, fi stabbilimenti ta’ prodotti sekondarji mill-annimali jew fi kwalunkwe post ieħor ta’ rilevanza, inklużi mezzi tat-trasport

1.   Fil-każ ta’ suspett ta’ marda tal-kategorija A skont l-Artikolu 9(1), (3) u (4) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689 fin-negozji tal-ikel u tal-għalf, f’ċentri ta’ purifikazzjoni, f’ċentri ta’ spedizzjoni, fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera, fi stabbilimenti ta’ prodotti sekondarji mill-annimali jew fi kwalunkwe post ieħor ta’ rilevanza, inklużi mezzi tat-trasport, l-awtorità kompetenti għandha tapplika:

(a)

il-miżuri previsti fl-Artikoli 71 sa 75; u

(b)

jekk ikunu meħtieġa, miżuri addizzjonali adattati għas-sitwazzjoni speċifika sabiex jiġi evitat it-tixrid tal-marda tal-kategorija A mill-annimali u mill-istabbilimenti jew mill-postijiet taħt suspett għal annimali mhux affettwati.

2.   L-awtorità kompetenti għandha tapplika d-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 71 sa 75 ukoll fl-istabbilimenti ta’ oriġini tal-annimali jew tal-prodotti preżenti fl-istabbilimenti u l-postijiet imsemmija fil-paragrafu 1.

Taqsima 2

Miżuri għall-kontroll tal-mard fil-każ ta’ konferma uffiċjali ta’ marda tal-kategorija A fl-annimali miżmuma tal-akkwakultura

Artikolu 77

Konferma uffiċjali ta’ marda tal-kategorija A f’annimali tal-akkwakultura

L-awtorità kompetenti għandha tikkonferma uffiċjalment tifqigħa ta’ marda tal-kategorija A f’annimali tal-akkwakultura meta jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 9(2), (3) u (4) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689.

Artikolu 78

Miżuri għall-kontroll tal-mard fil-każ ta’ konferma uffiċjali ta’ tifqigħa ta’ marda tal-kategorija A fi stabbiliment

1.   Wara l-konferma uffiċjali ta’ tifqigħa ta’ marda tal-kategorija A f’konformità mal-Artikolu 77, l-awtorità kompetenti għandha, minbarra l-miżuri previsti fl-Artikolu 72 u fl-Artikolu 73, tordna li jiġu applikati minnufih il-miżuri għall-kontroll tal-mard li ġejjin taħt is-superviżjoni ta’ veterinarji uffiċjali, fl-istabbiliment fejn seħħet il-konferma uffiċjali ta’ tifqigħa ta’ marda tal-kategorija A:

(a)

il-ħut u l-krustaċji tal-ispeċijiet elenkati għandhom jinqatlu malajr kemm jista’ jkun u l-molluski tal-ispeċijiet elenkati għandhom jitneħħew mill-ilma malajr kemm jista’ jkun;

(b)

l-annimali msemmija f’(a) għandhom, b’deroga mill-Artikolu 10(i) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, jintremew bħala materjal tal-kategorija 1 jew tal-kategorija 2 f’konformità ma’ dak ir-Regolament;

(c)

il-miżuri previsti fil-punti (a) u (b) għandhom jitwettqu:

(i)

fl-istabbiliment fejn tkun seħħet il-konferma uffiċjali ta’ tifqigħa ta’ marda tal-kategorija A b’ipproċessar sussegwenti fuq il-post; jew

(ii)

fi stabbiliment għall-kontroll tal-mard tal-ikel akkwatiku, jew f’impjant approvat f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 għall-ipproċessar jew għar-rimi b’mod li jipprevjeni r-riskju ta’ tixrid tal-marda tal-kategorija A.

(d)

l-annimali tal-akkwakultura tal-ispeċijiet mhux elenkati għandhom, malajr kemm jista’ jkun, jinqatlu jew jiġu skarnati għall-konsum mill-bniedem jew, fil-każ tal-molluski, jitneħħew mill-ilma f’konformità mal-paragrafu 1(b);

(e)

għandhom jiġu applikati miżuri xierqa sabiex jillimitaw kwalunkwe tixrid possibbli tal-marda tal-kategorija A għal u minn kwalunkwe annimal akkwatiku selvaġġ li jistgħu jkunu f’kuntatt epidemjoloġiku mal-istabbiliment;

(f)

il-prodotti, il-materjali jew is-sustanzi kollha potenzjalment ikkontaminati għandhom jiġu iżolati sakemm:

(i)

jintremew f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, fil-każ ta’ prodotti sekondarji mill-annimali;

(ii)

permezz ta’ deroga mill-Artikolu 10(i) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, jintremew jew jiġu pproċessati bħala materjal tal-kategorija 1 jew tal-kategorija 2 skont dak ir-Regolament, fil-każ ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali;

(iii)

il-miżuri ta’ tindif u ddiżinfezzjoni ikunu ġew ikkompletati f’konformità mad-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 80, fil-każ ta’ materjali u sustanzi li jista’ jsirilhom tindif u diżinfezzjoni; u

(iv)

jitneħħew mill-istabbiliment u jintremew taħt is-superviżjoni ta’ veterinarji uffiċjali, fil-każ ta’ għalf u materjali oħrajn li ma jistax isirilhom tindif u diżinfezzjoni.

2.   L-awtorità kompetenti għandha tordna u tissorvelja:

(a)

li t-trasport mill-istabbiliment affettwat tal-prodotti sekondarji mill-annimali msemmija fil-paragrafu 1(f)(i) u tal-prodotti ta’ oriġini mill-annimali msemmija fil-paragrafu 1(f)(ii) ikun f’konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009; u

(b)

li t-trasport mill-istabbiliment affettwat tal-materjali jew is-sustanzi msemmija fil-paragrafu 1(f)(iv) ikun f’konformità mal-istruzzjonijiet tagħha rigward il-kundizzjonijiet tal-bijosigurtà u tal-bijosikurezza sabiex jiġi evitat it-tixrid tal-aġent tal-marda tal-kategorija A.

3.   B’deroga mill-paragrafu 1 (a), l-awtorità kompetenti tista’, wara t-twettiq ta’ valutazzjoni tar-riskju, tippermetti l-iskarnar tal-ħut jew tal-krustaċji jew, fil-każ tal-molluski, it-tneħħija mill-ilma, għall-konsum mill-bniedem, fl-istabbiliment jew fi stabbiliment għall-kontroll tal-mard tal-ikel akkwatiku, dment li jittieħdu miżuri ta’ bijosigurtà xierqa u miżuri oħra ta’ mitigazzjoni tar-riskju biex jiġi evitat it-tixrid tal-marda tal-Kategorija A. Il-prodotti sekondarji mill-annimali kollha li jirriżultaw minn dik id-deroga għandhom, b’deroga mill-Artikolu 10(i) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, jiġu pproċessati jew mormija bħala materjal tal-kategorija 1 jew tal-kategorija 2 f’konformità ma’ dak ir-Regolament.

4.   B’deroga mill-paragrafu 1 (d), l-awtorità kompetenti tista’, wara t-twettiq ta’ valutazzjoni tar-riskju, tiddeċiedi li ma toqtolx, tiskarnax jew tneħħi mill-ilma l-annimali tal-akkwakultura ta’ speċijiet mhux elenkati dment li jiġu applikati miżuri xierqa ta’ mitigazzjoni tar-riskju biex jiġi evitat kull riskju ta’ tixrid tal-marda rilevanti tal-kategorija A mill-istabbiliment.

5.   B’deroga mill-paragrafu 1(f)(ii), l-awtorità kompetenti tista’, wara t-twettiq ta’ valutazzjoni tar-riskji, tippermetti t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti ta’ oriġini mill-annimali f’konformità mal-Artikolu 83.

Artikolu 79

Derogi speċifiċi minn miżuri ta’ kontroll fi stabbilimenti fejn l-ispeċijiet elenkati jinżammu għal skopijiet xjentifiċi jew għal skopijiet relatati mal-konservazzjoni ta’ speċijiet fil-periklu

1.   L-awtorità kompetenti tista’ tagħti derogi mill-miżuri previsti fl-Artikolu 78(1)(a) u (c) fil-każ ta’ konferma uffiċjali ta’ marda tal-kategorija A fi stabbilimenti fejn l-ispeċijiet elenkati jinżammu għal skopijiet xjentifiċi jew għal skopijiet relatati mal-konservazzjoni ta’ speċijiet fil-periklu, dment li:

(a)

l-istat tas-saħħa tal-annimali tal-Istat Membru kkonċernat, jew ta’ Stati Membri oħra, ma jiġix ipperikolat; u

(b)

jittieħdu l-miżuri ta’ bijosigurtà kollha xierqa kif elenkati fl-Artikolu 78 sabiex jiġi evitat kwalunkwe riskju ta’ tixrid tal-aġent tal-marda tal-kategorija A.

2.   Meta tingħata deroga skont il-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li l-annimali tal-akkwakultura tal-ispeċijiet elenkati koperti mid-deroga jkunu:

(a)

miżmuma f’bini fejn jiġu implimentati miżuri ta’ bijosigurtà xierqa sabiex jiġi evitat it-tixrid tal-marda tal-kategorija A rilevanti; u

(b)

soġġetti għal sorveljanza ulterjuri u eżami fil-laboratorju u ma jiġux imċaqilqa mill-istabbiliment sakemm it-testijiet fil-laboratorji jindikaw li huma ma jippreżentaw l-ebda riskju ta’ tixrid ulterjuri tal-marda tal-kategorija A rilevanti.

Artikolu 80

Tindif u diżinfezzjoni

1.   L-awtorità kompetenti għandha tordna lill-operaturi jwettqu, minnufih wara l-ikkompletar tal-miżuri għall-kontroll tal-mard previsti fl-Artikolu 78, it-tindif u d-diżinfezzjoni ta’:

(a)

l-istabbiliment, safejn l-awtorità kompetenti tqis li huwa teknikament possibbli;

(b)

kwalunkwe tagħmir relatat mat-trobbija, inkluż iżda mhux limitat għat-tmigħ, il-gradazzjoni, it-trattament, it-tilqim u d-dgħajjes tax-xogħol;

(c)

kwalunkwe tagħmir relatat mal-produzzjoni, inkluż iżda mhux limitat għal gaġeġ, xbieki, kavalletti, boroż u konzijiet;

(d)

kwalunkwe lbies protettiv jew tagħmir ta’ sikurezza użat minn operaturi u viżitaturi; u

(e)

il-mezzi tat-trasport kollha, inklużi tankijiet u tagħmir ieħor li jintuża sabiex jiġu mċaqilqa annimali infettati jew membri tal-persunal li kienu f’kuntatt ma’ annimali infettati.

2.   It-tindif u d-diżinfezzjoni previsti fil-paragrafu 1 għandhom jitwettqu:

(a)

f’konformità ma’ protokoll preċedentement miftiehem bejn l-awtorità kompetenti u l-operatur; u

(b)

taħt is-superviżjoni ta’ veterinarji uffiċjali.

Artikolu 81

Mistrieħ sanitarju tal-istabbiliment affettwat

Wara t-tlestija tat-tindif u d-diżinfezzjoni previsti fl-Artikolu 80, l-awtorità kompetenti għandha tordna lill-operaturi jwettqu l-mistrieħ sanitarju tal-istabbiliment affettwat għall-perjodu ta’ żmien stabbilit fl-Anness XIII.

Artikolu 82

Estensjoni tal-miżuri għall-kontroll tal-mard fil-każ ta’ konferma ta’ marda tal-kategorija A

Sabiex tevita t-tixrid ta’ marda tal-kategorija A, l-awtorità kompetenti għandha twettaq investigazzjoni prevista fl-Artikolu 71 u, wara t-twettiq ta’ valutazzjoni tar-riskji, testendi wħud mill-miżuri jew il-miżuri kollha previsti fl-Artikoli 78, 80 u 81 għal:

(a)

stabbilimenti tal-istess kompartiment, jew li, minħabba d-distanza, il-kundizzjonijiet idrodinamiċi jew il-kundizzjonijiet topografiċi, għandhom riskju akbar li jikkuntrattaw l-aġent tal-marda rilevanti mill-istabbiliment suspettat fejn hemm konferma tal-marda;

(b)

kwalunkwe stabbiliment li, b’riżultat tal-inkjesta prevista fl-Artikolu 57 tar-Regolament (UE) 2016/429, wera rabta epidemjoloġika diretta mal-istabbiliment fejn hija kkonfermata l-marda.

Artikolu 83

It-tqegħid fis-suq ta’ prodotti ta’ oriġini mill-annimali minn annimali tal-akkwakultura tal-ispeċijiet elenkati prodotti fi stabbilimenti infettati

1.   Meta tagħti deroga skont l-Artikolu 78(5), l-awtorità kompetenti tista’ tippermetti t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti ta’ oriġini mill-annimali biss jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-ħut irid jiġi skarnat u jiġi evixxerat qabel id-dispaċċ;

(b)

il-molluski u l-krustaċji jridu jkunu traċċabbli kompletament u pproċessati fi prodotti mhux vijabbli li ma jkunux jistgħu jibqgħu ħajjin jekk jitpoġġew lura fl-ilma, qabel id-dispaċċ.

Meta tkun meħtieġa l-purifikazzjoni qabel l-ipproċessar u t-tqegħid fis-suq, għandha titwettaq fi stabbiliment għall-kontroll tal-mard tal-ikel akkwatiku jew f’ċentru ta’ purifikazzjoni bijosigur.

2.   Il-prodotti ta’ oriġini mill-annimali msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu intiżi:

(a)

għall-konsumatur finali direttament; jew

(b)

għall-ipproċessar ulterjuri fi stabbiliment għall-kontroll tal-mard tal-ikel akkwatiku.

Artikolu 84

Miżuri li għandhom jiġu applikati fil-każ ta’ konferma ta’ marda tal-kategorija A fin-negozji tal-ikel u tal-għalf, fiċ-ċentri ta’ purifikazzjoni, fiċ-ċentri ta’ spedizzjoni, fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera jew fi kwalunkwe post ieħor ta’ rilevanza, inklużi mezzi tat-trasport

1.   F’każ ta’ konferma ta’ marda tal-kategorija A fin-negozji tal-ikel u tal-għalf, fiċ-ċentri ta’ purifikazzjoni, fiċ-ċentri ta’ spedizzjoni, fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera jew fi kwalunkwe post ieħor ta’ rilevanza, inkluż mezzi tat-trasport, skont l-Artikolu 77, l-awtorità kompetenti għandha tapplika:

(a)

il-miżuri previsti fl-Artikolu 78, fl-Artikolu 80 u fl-Artikolu 81; u

(b)

jekk ikunu meħtieġa, miżuri addizzjonali adattati għas-sitwazzjoni speċifika sabiex jiġi evitat it-tixrid tal-marda tal-kategorija A mill-annimali u l-istabbilimenti jew il-postijiet affettwati għal annimali mhux affettwati.

2.   L-awtorità kompetenti għandha tapplika d-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 78, fl-Artikolu 80 u fl-Artikolu 81 ukoll fl-istabbilimenti ta’ oriġini tal-annimali jew tal-prodotti preżenti fl-istabbilimenti u l-postijiet imsemmija fil-paragrafu 1.

KAPITOLU II

Miżuri għall-kontroll tal-mard għal mard tal-kategorija A ta’ annimali tal-akkwakultura fiż-żona ristretta

Taqsima 1

Miżuri ġenerali għall-kontroll tal-mard fiż-żona ristretta

Artikolu 85

L-istabbiliment ta’ żona ristretta

1.   Fil-każ tal-konferma uffiċjali ta’ tifqigħa ta’ marda tal-kategorija A fi stabbiliment, negozju tal-għalf u tal-ikel, stabbiliment ta’ prodotti sekondarji mill-annimali jew kwalunkwe post ieħor ta’ rilevanza, inklużi mezzi tat-trasport, l-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi minnufih żona ristretta madwar l-istabbiliment jew il-post affettwat, li tinkludi:

(a)

żona ta’ protezzjoni madwar l-istabbiliment jew il-post fejn hija kkonfermata l-marda tal-kategorija A;

(b)

żona ta’ sorveljanza madwar iż-żona ta’ protezzjoni; u

(c)

jekk ikunu meħtieġa, abbażi tal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 64(1) tar-Regolament (UE) 2016/429, aktar żoni ristretti madwar jew maġenb iż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza.

2.   Il-kobor taż-żoni għandu jiġi stabbiliti każ b’każ, filwaqt li jitqiesu l-fatturi li jinfluwenzaw ir-riskju tat-tixrid tal-marda. Għal dak il-għan, l-awtorità kompetenti għandha tqis id-data u l-kriterji li ġejjin:

(a)

data mill-inkjesta epidemjoloġika f’konformità mal-Artikolu 57 fir-Regolament (UE) 2016/429;

(b)

data idrodinamika rilevanti;

(c)

il-kriterji elenkati fl-Artikolu 64(1) tar-Regolament (UE) 2016/429; u

(d)

il-kriterji previsti fl-Anness XIV ta’ dan ir-Regolament.

3.   L-awtorità kompetenti għandha tadatta l-konfini taż-żona ristretta inizjali, inklużi l-konfini taż-żoni ta’ protezzjoni, ta’ sorveljanza u ż-żoni ristretti ulterjuri, fil-każ tas-sovrapożizzjoni ta’ żewġ żoni ristretti jew aktar minħabba tifqigħat ulterjuri tal-marda tal-kategorija A.

4.   B’deroga mill-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti tista’, minħabba ċirkostanzi ġeografiċi, idrodinamiċi u epidemjoloġiċi speċifiċi, u wara t-twettiq ta’ valutazzjoni tar-riskji li tqis il-profil tal-marda:

(a)

ma tistabbilixxix iż-żona ristretta kif previst fil-paragrafu 1 madwar l-istabbiliment jew il-post infettat;

(b)

tistabbilixxi żona ristretta li tikkonsisti f’żona ta’ protezzjoni mingħajr żona ta’ sorveljanza li tmiss magħha; u

(c)

ma tistabbilixxix żona ristretta meta tiġi kkonfermata marda tal-kategorija A fin-negozji tal-għalf u tal-ikel, fiċ-ċentri ta’ purifikazzjoni, fiċ-ċentri ta’ spedizzjoni, fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera, fi stabbilimenti ta’ prodotti sekondarji mill-annimali jew fi kwalunkwe post ieħor ta’ rilevanza, inkluż il-mezzi tat-trasport.

5.   L-awtorità kompetenti tista’ tidderoga, sal-punt meħtieġ u wara t-twettiq ta’ valutazzjoni tar-riskji li tqis iċ-ċirkostanzi ġeografiċi, idrodinamiċi u epidemjoloġiċi u l-profil tal-marda, mid-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu:

(a)

fiż-żoni ristretti ulterjuri; u

(b)

f’każ li l-awtorità kompetenti tiddeċiedi li tistabbilixxi ż-żona ristretta meta sseħħ tifqigħa ta’ marda tal-kategorija A fl-istabbilimenti jew fi kwalunkwe post ieħor ta’ rilevanza msemmija fil-paragrafu 4(c).

Artikolu 86

Miżuri li għandhom jiġu applikati fiż-żona ristretta

1.   L-awtorità kompetenti għandha mingħajr dewmien tikkompila u żżomm aġġornat inventarju tal-istabbilimenti kollha li jżommu annimali tal-akkwakultura tal-ispeċijiet elenkati li jinsabu fiż-żona ristretta, inklużi l-ispeċijiet, il-kategoriji u n-numru stmat ta’ annimali f’kull stabbiliment.

2.   Fl-istabbilimenti li jinsabu fiż-żona ristretta, l-awtorità kompetenti tista’, abbażi ta’ informazzjoni epidemjoloġika jew evidenza rilevanti oħra u wara t-twettiq ta’ valutazzjoni tar-riskji, timplimenta qtil preventiv jew, skarnar għall-konsum mill-bniedem jew, fil-każ tal-molluski, tneħħija mill-ilma, ta’ annimali tal-akkwakultura tal-ispeċijiet elenkati skont l-Artikolu 78(1)(a) u (2).

3.   Kwalunkwe ġbir ta’ kampjuni fl-istabbilimenti fiż-żona ristretta li jżommu annimali tal-akkwakultura tal-ispeċijiet elenkati, għal skopijiet oħrajn minbarra sabiex tiġi kkonfermata jew eskluża l-preżenza tal-marda tal-kategorija A rilevanti, irid ikun awtorizzat mill-awtorità kompetenti.

Taqsima 2

Miżuri għall-kontroll tal-mard fiż-żona ta’ protezzjoni

Artikolu 87

Miżuri li għandhom jiġu applikati fi stabbilimenti li jżommu annimali tal-akkwakultura fiż-żona ta’ protezzjoni

1.   L-awtorità kompetenti għandha tordna lill-operaturi ta’ stabbilimenti li jżommu annimali tal-akkwakultura ta’ kwalunkwe speċi fiż-żona ta’ protezzjoni, minbarra l-istabbiliment li fih tkun ġiet ikkonfermata l-marda tal-kategorija A, sabiex iwettqu mill-inqas il-miżuri li ġejjin sabiex jipprevjenu u jikkontrollaw it-tixrid tal-marda:

(a)

jaġġornaw mingħajr dewmien ir-rekords tal-inventarju previsti fl-Artikolu 73(1);

(b)

fejn ikun prattikabbli, jimplimentaw miżuri xierqa sabiex jillimitaw kwalunkwe tixrid possibbli tal-marda tal-kategorija A għal u minn kwalunkwe annimal akkwatiku selvaġġ li jistgħu jkunu f’kuntatt epidemjoloġiku mal-istabbiliment;

(c)

jipprevjenu li l-annimali tal-akkwakultura jitneħħew mill-istabbiliment fejn ikunu miżmuma, sakemm ma jkunux awtorizzati mill-awtorità kompetenti;

(d)

jimplimentaw miżuri ta’ bijosigurtà xierqa għal kwalunkwe prodott, biċċa tagħmir, materjal jew sustanza li x’aktarx ixerrdu l-marda tal-kategorija A rilevanti;

(e)

inaqqsu n-numru ta’ viżitaturi għal dawk li huma strettament meħtieġa sabiex l-istabbiliment jopera kif suppost; u

(f)

fejn ikun prattikabbli, jimplimentaw mezzi xierqa ta’ tindif u diżinfezzjoni fid-dħul u fil-ħruġ tal-istabbiliment.

2.   L-awtorità kompetenti għandha tordna u tissorvelja li l-operatur ikun ipproċessa jew rema, bħala l-materjal tal-kategorija rilevanti skont ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009, il-prodotti sekondarji mill-annimali minn annimali tal-akkwakultura ta’ speċijiet elenkati li mietu jew inqatlu, inkluż qxur tal-molluski bil-laħam, fi stabbilimenti li jżommu l-ispeċijiet elenkati fiż-żona ta’ protezzjoni.

3.   L-awtorità kompetenti tista’ tiddeċiedi, wara t-twettiq ta’ valutazzjoni tar-riskji, li l-Artikoli 87 u 88 japplikaw biss għall-annimali tal-akkwakultura tal-ispeċijiet elenkati.

Artikolu 88

Żjarat minn veterinarji uffiċjali fi stabbilimenti fiż-żona ta’ protezzjoni

1.   L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li l-veterinarji uffiċjali jwettqu mill-inqas żjara waħda fl-istabbilimenti kollha msemmija fl-Artikolu 87, mill-aktar fis possibbli u mingħajr dewmien wara l-konferma uffiċjali ta’ tifqigħa ta’ marda tal-kategorija A, u għandha tingħata prijorità lil stabbilimenti li l-awtorità kompetenti tkun ivvalutat li għandhom riskju għoli fir-rigward tas-suxxettibbiltà għall-marda jew it-tixrid tagħha.

2.   Meta jwettqu ż-żjarat imsemmija fil-paragrafu 1, il-veterinarji uffiċjali għandhom jagħmlu mill-inqas l-attivitajiet li ġejjin:

(a)

kontrolli dokumentarji u analiżi tar-rekords;

(b)

verifika tal-implimentazzjoni tal-miżuri maħsuba sabiex jipprevjenu l-introduzzjoni jew it-tixrid tal-marda tal-kategorija A rilevanti f’konformità mal-Artikolu 87;

(c)

eżami kliniku ta’ annimali tal-akkwakultura tal-ispeċijiet elenkati; u

(d)

jekk ikun meħtieġ, il-ġbir ta’ kampjuni għal eżami fil-laboratorju sabiex tiġi kkonfermata jew eskluża l-preżenza tal-marda tal-kategorija A rilevanti.

3.   L-awtorità kompetenti tista’ titlob li jsiru aktar żjarat veterinarji fl-istabbilimenti bħala segwitu tas-sitwazzjoni.

4.   L-awtorità kompetenti għandha żżomm rekord tal-attivitajiet u taż-żjarat imsemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3 u s-sejbiet tagħhom.

Artikolu 89

Projbizzjonijiet fir-rigward tal-movimenti tal-annimali tal-akkwakultura, tal-prodotti minn annimali tal-akkwakultura, ta’ sustanzi u materjali oħrajn fi, minn jew lejn iż-żona ta’ protezzjoni

1.   L-awtorità kompetenti għandha tipprojbixxi l-movimenti li ġejjin fiż-żona ta’ protezzjoni:

(a)

il-moviment ta’ annimali tal-akkwakultura tal-ispeċijiet elenkati bejn l-istabbilimenti fiż-żona ta’ protezzjoni;

(b)

il-moviment ta’ annimali tal-akkwakultura tal-ispeċijiet elenkati minn jew lejn iż-żona ta’ protezzjoni;

(c)

kwalunkwe movimenti mill-istabbilimenti fiż-żona ta’ protezzjoni ta’ mezzi tat-trasport u kwalunkwe tagħmir, prodott, materjal jew sustanza li x’aktarx jittrażmettu l-marda tal-kategorija A rilevanti;

(d)

it-trasport ta’ annimali tal-akkwakultura b’dgħajsa barrada miż-żona ta’ protezzjoni; u

(e)

id-dispaċċ ta’ prodotti sekondarji mill-annimali mhux ipproċessati minn annimali tal-akkwakultura ta’ kwalunkwe speċi minn stabbilimenti fiż-żona ta’ protezzjoni.

2.   L-awtorità kompetenti tista’, wara t-twettiq ta’ valutazzjoni tar-riskji, testendi l-projbizzjonijiet previsti fil-paragrafu 1(a) sa 1(d) għall-annimali tal-ispeċijiet mhux elenkati u għall-prodotti tagħhom.

Artikolu 90

Kundizzjonijiet ġenerali għall-għoti ta’ derogi minn projbizzjonijiet tal-moviment u tat-trasport li jikkonċernaw l-annimali akkwatiċi u l-prodotti fiż-żona ta’ protezzjoni

1.   B’deroga mill-projbizzjonijiet previsti fl-Artikolu 89(1), l-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza l-moviment u t-trasport ta’ annimali akkwatiċi u prodotti fil-każijiet koperti mill-Artikoli 91 sa 94 fil-kundizzjonijiet speċifiċi previsti f’dawk l-Artikoli u l-kundizzjonijiet ġenerali stipulati fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

2.   Meta tagħti l-awtorizzazzjonijiet previsti fil-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-movimenti kollha jridu jitwettqu esklussivament minn rotot magħżula, miftiehma mal-awtorità kompetenti, mingħajr ħatt jew waqfien;

(b)

kwalunkwe skambju ta’ ilma u tnixxijiet ta’ ilma matul it-trasportazzjoni jridu jitwettqu f’żoni, stabbilimenti jew punti għall-iskambju tal-ilma approvati mill-awtorità kompetenti;

(c)

il-mezzi tat-trasport iridu jinbnew u jinżammu b’tali mod li jkunu jistgħu jsirulhom tindif u diżinfezzjoni kif suppost;

(d)

il-mezzi tat-trasport jitnaddfu u jiġu ddiżinfettati:

(i)

qabel l-operazzjonijiet tat-trasport; u

(ii)

wara l-operazzjonijiet tat-trasport taħt is-superviżjoni tal-veterinarju uffiċjali;

(e)

trid tittieħed kwalunkwe miżura ta’ bijosigurtà supplimentari oħra meqjusa bħala meħtieġa mill-awtorità kompetenti fir-rigward tal-operazzjonijiet tat-trasport.

Artikolu 91

Kundizzjonijiet speċifiċi għall-iskarnar, u l-movimenti għall-iskarnar jew l-ipproċessar ta’ annimali tal-akkwakultura mill-ispeċijiet elenkati minn stabbilimenti fiż-żona ta’ protezzjoni

1.   L-annimali tal-akkwakultura minn stabbilimenti li jżommu l-ispeċijiet elenkati fiż-żona ta’ protezzjoni jistgħu:

(a)

jiġu skarnati fl-istabbiliment f’konformità mal-miżuri ta’ bijosigurtà previsti mill-awtorità kompetenti; jew

(b)

jiġu mċaqilqa għal skarnar immedjat għall-konsum mill-bniedem fi stabbiliment għall-kontroll tal-mard tal-ikel akkwatiku; jew

(c)

fil-każ tal-molluski, jitneħħew mill-ilma u jittieħdu fi stabbiliment għall-kontroll tal-mard tal-ikel akkwatiku għall-purifikazzjoni jekk ikun meħtieġ u għal aktar ipproċessar.

2.   L-awtorità kompetenti tista’, wara t-twettiq ta’ valutazzjoni tar-riskju bbażata fuq data epidemjoloġika rilevanti, tillimita l-applikazzjoni tal-miżuri previsti fil-paragrafu 1 għal stabbilimenti li jżommu biss annimali tal-akkwakultura tal-ispeċijiet elenkati fit-tielet kolonna tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882.

3.   Meta tawtorizza l-movimenti tal-annimali tal-akkwakultura msemmija fil-paragrafu 1(b), l-awtorità kompetenti responsabbli għall-istabbiliment għall-kontroll tal-mard tal-ikel akkwatiku għandha:

(a)

tkun infurmata bl-intenzjoni li jintbagħtu annimali tal-akkwakultura ta’ speċijiet elenkati lill-istabbiliment għall-kontroll tal-mard tal-ikel akkwatiku;

(b)

taqbel li tirċievi l-annimali tal-akkwakultura inkwistjoni;

(c)

tissorvelja u tikkonferma l-iskarnar tal-annimali lill-awtorità kompetenti tad-dispaċċ;

(d)

tiżgura li l-annimali tal-akkwakultura tal-ispeċijiet elenkati li joriġinaw miż-żona ta’ protezzjoni jinżammu separatament mill-annimali tal-akkwakultura tal-ispeċijiet elenkati li joriġinaw minn barra ż-żona ta’ protezzjoni, u jiġu skarnati jew jiġu pproċessati separatament minn dawk l-annimali;

(e)

timmonitorja l-iskarnar jew l-ipproċessar;

(f)

tiżgura li t-tindif u d-diżinfezzjoni tal-post tlestew qabel ma jiġu skarnati jew ipproċessati l-annimali tal-akkwakultura minn stabbilimenti barra ż-żona ta’ protezzjoni;

(g)

tiżgura li l-prodotti ta’ oriġini mill-annimali miksuba mill-annimali tal-akkwakultura jkunu konformi mal-kundizzjonijiet speċifiċi għat-tqegħid fis-suq previsti fl-Artikolu 92; u

(h)

tiżgura li l-prodotti sekondarji mill-annimali mill-iskarnar jew minn proċessi oħrajn imsemmija fil-paragrafu 1, jiġu pproċessati jew mormija f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1069/2009.

Artikolu 92

Kundizzjonijiet speċifiċi għat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti ta’ oriġini mill-annimali minn annimali tal-akkwakultura tal-ispeċijiet elenkati prodotti fi stabbilimenti mhux affettwati fiż-żona ta’ protezzjoni

1.   L-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti ta’ oriġini mill-annimali miksuba minn annimali tal-akkwakultura tal-ispeċijiet elenkati fi stabbilimenti mhux affettwati fiż-żona ta’ protezzjoni, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-ħut irid jiġi skarnat u jiġi evixxerat qabel id-dispaċċ; u

(b)

il-molluski u l-krustaċji jridu jkunu traċċabbli kompletament u pproċessati fi prodotti mhux vijabbli li ma jkunux jistgħu jibqgħu ħajjin jekk jitpoġġew lura fl-ilma, qabel id-dispaċċ.

2.   Il-prodotti ta’ oriġini mill-annimali msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu intiżi:

(a)

għall-forniment dirett lill-konsumatur finali; jew

(b)

għall-ipproċessar ulterjuri fi stabbiliment għall-kontroll tal-mard tal-ikel akkwatiku.

Artikolu 93

Kundizzjonijiet speċjali għall-awtorizzazzjoni tat-trasport ta’ prodotti sekondarji mill-annimali mhux ipproċessati minn stabbilimenti li jinsabu fiż-żona ta’ protezzjoni

L-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza t-trasport ta’ prodotti sekondarji mill-annimali mhux ipproċessati ta’ annimali tal-akkwakultura tal-ispeċijiet elenkati minn stabbilimenti fiż-żona ta’ protezzjoni lejn impjant għall-ipproċessar ulterjuri f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1069/2009.

Artikolu 94

Miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju li jikkonċernaw ċerti attivitajiet relatati mal-annimali akkwatiċi fiż-żona ta’ protezzjoni

1.   L-awtorità kompetenti tista’, wara t-twettiq ta’ valutazzjoni tar-riskju, timplimenta miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju fir-rigward ta’:

(a)

attivitajiet tas-sajd kummerċjali u rikreattivi fiż-żona ta’ protezzjoni;

(b)

attivitajiet oħrajn li huma relatati ma’ annimali akkwatiċi fiż-żona ta’ protezzjoni u li jistgħu jippreżentaw riskju ta’ tixrid tal-marda; u

(c)

it-trasport ta’ dgħajjes tas-servizz użati għal attivitajiet ta’ manutenzjoni u għat-trattament ta’ annimali akkwatiċi fiż-żona ta’ protezzjoni.

2.   Fil-qafas tal-miżuri previsti fil-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti tista’, skont kif rilevanti, tordna t-tindif u d-diżinfezzjoni tat-tagħmir, li ntuża fl-ilmijiet koperti miż-żona ta’ protezzjoni.

Artikolu 95

Miżuri li għandhom jiġu applikati fin-negozji tal-ikel u tal-għalf, fiċ-ċentri ta’ purifikazzjoni, fiċ-ċentri ta’ spedizzjoni, fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera, fi stabbilimenti ta’ prodotti sekondarji mill-annimali jew fi kwalunkwe post ieħor ta’ rilevanza fiż-żona ta’ protezzjoni, inklużi mezzi tat-trasport

1.   L-awtorità kompetenti għandha tapplika l-miżuri msemmija fl-Artikolu 87 sa 93 fin-negozji tal-ikel u tal-għalf, fiċ-ċentri ta’ purifikazzjoni, fiċ-ċentri ta’ spedizzjoni, fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera, fi stabbilimenti ta’ prodotti sekondarji mill-annimali jew fi kwalunkwe post ieħor ta’ rilevanza fiż-żona ta’ protezzjoni, inklużi mezzi tat-trasport.

2.   Fl-istabbilimenti u l-postijiet imsemmija fil-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti tista’ tapplika miżuri addizzjonali adattati għas-sitwazzjoni speċifika sabiex tevita t-tixrid tal-marda tal-kategorija A ġewwa u miż-żona ta’ protezzjoni.

Artikolu 96

It-tneħħija tal-annimal tal-akkwakultura mill-istabbilimenti affettwati u miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju sussegwenti

1.   L-awtorità kompetenti għandha tiddetermina data sa meta għandhom jitneħħew l-annimali tal-akkwakultura fl-istabbilimenti infettati kollha.

2.   L-awtorità kompetenti tista’ tiddeċiedi, wara t-twettiq ta’ valutazzjoni tar-riskji, li l-paragrafu 1 japplika wkoll għall-istabbilimenti fiż-żona ta’ protezzjoni li fihom ma tkunx ġiet ikkonfermata l-marda tal-kategorija A sabiex jiġi kkontrollat u evitat it-tixrid possibbli tal-mard.

3.   Wara t-tneħħija tal-annimali tal-akkwakultura kif previst fil-paragrafu 1, it-tindif, id-diżinfezzjoni u l-mistrieħ sanitarju għandhom jitwettqu f’konformità mal-Artikoli 80 u 81.

4.   L-awtorità kompetenti għandha tordna l-mistrieħ sanitarju sinkroniku tal-istabbilimenti affettwati u tal-istabbilimenti magħżula f’konformità mal-paragrafu 2.

5.   Il-mistrieħ sanitarju sinkroniku msemmi fil-paragrafu 4 għandu jdum għall-perjodu ta’ żmien stabbilit fl-Anness XIII.

Artikolu 97

Id-durata tal-miżuri għall-kontroll tal-mard fiż-żona ta’ protezzjoni, ir-ripopolament tal-istabbilimenti koperti miż-żona ta’ protezzjoni

1.   L-awtorità kompetenti għandha żżomm il-miżuri għall-kontroll tal-mard fiż-żona ta’ protezzjoni kif previst fit-Taqsima 2 ta’ dan il-Kapitolu sakemm:

(a)

jitwettqu u jiġu kkompletati l-miżuri stabbiliti fl-Artikolu 96; u

(b)

l-awtorità kompetenti, abbażi tal-eżitu tal-investigazzjonijiet immexxija f’konformità mal-Artikolu 88, tkun eskludiet kwalunkwe okkorrenza tal-marda tal-kategorija A rilevanti fl-istabbilimenti l-oħrajn fiż-żona ta’ protezzjoni.

2.   Meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet fil-paragrafu 1:

(a)

l-awtorità kompetenti għandha tapplika l-miżuri previsti fit-Taqsima 3 ta’ dan il-Kapitolu fiż-żona ta’ protezzjoni għall-perjodu ta’ żmien stabbilit fl-Artikolu 101; u

(b)

l-istabbilimenti msemmija fl-Artikolu 96(1) u (2) u li qabel kienu koperti miż-żona ta’ protezzjoni jistgħu jiġu ripopolati.

Taqsima 3

Miżuri għall-kontroll tal-mard fiż-żona ta’ sorveljanza

Artikolu 98

Miżuri li għandhom jiġu applikati fi stabbilimenti fiż-żona ta’ sorveljanza

1.   Fiż-żona ta’ sorveljanza, l-awtorità kompetenti għandha tordna li l-miżuri previsti fl-Artikolu 87 jiġu applikati fl-istabbilimenti kollha li jżommu annimali tal-akkwakultura tal-ispeċijiet elenkati.

2.   Il-veterinarji uffiċjali għandhom iżuru l-istabbilimenti msemmija fil-paragrafu 1 u jwettqu l-attivitajiet previsti fl-Artikolu 88(2) kif xieraq.

3.   L-istabbilimenti fiż-żona ta’ sorveljanza għandhom jgħaddu minn sorveljanza li tinkludi żjarat u teħid ta’ kampjuni kif deskritt fil-punt 1 tal-Anness XV.

4.   Is-sorveljanza prevista fil-paragrafu 3 għandha titwettaq mill-awtorità kompetenti.

Artikolu 99

Miżuri fir-rigward tal-moviment u t-trasport ta’ annimali tal-akkwakultura ġewwa, minn jew lejn iż-żona ta’ sorveljanza

1.   L-awtorità kompetenti għandha tipprojbixxi kwalunkwe moviment ta’ annimali tal-akkwakultura minn stabbilimenti fiż-żona ta’ sorveljanza għall-iskarnar, għat-trobbija ulterjuri jew għar-rilaxx fis-selvaġġ barra miż-żona ta’ sorveljanza.

2.   L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li kwalunkwe trasport ta’ annimali tal-akkwakultura tal-ispeċijiet elenkati ġewwa jew fiż-żona ta’ sorveljanza għandu jitwettaq fil-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 90(a) sa (e) u fl-Artikolu 91.

3.   L-awtorità kompetenti tista’ tordna li jiġu applikati miżuri ta’ bijosigurtà supplimentari xierqa għall-operazzjonijiet tat-trasport, inkluż il-ħatt fl-istabbiliment tad-destinazzjoni magħżul sabiex jiġi kkontrollat u evitat it-tixrid possibbli tal-mard.

4.   B’deroga mill-paragrafu 1 u bi ftehim mal-awtorità kompetenti tal-post tad-destinazzjoni, l-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza l-movimenti ta’ annimali tal-akkwakultura dment li jiġu applikati miżuri ta’ bijosigurtà xierqa li jipprevjenu t-tixrid tal-marda tal-kategorija A.

Artikolu 100

Miżuri li għandhom jiġu applikati fin-negozji tal-ikel u tal-għalf, fiċ-ċentri ta’ purifikazzjoni, fiċ-ċentri ta’ spedizzjoni, fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera, fi stabbilimenti ta’ prodotti sekondarji mill-annimali jew fi kwalunkwe post ieħor ta’ rilevanza fiż-żona ta’ sorveljanza, inklużi mezzi tat-trasport

1.   L-awtorità kompetenti għandha tordna mingħajr dewmien li l-miżuri previsti fl-Artikoli 98 u 99 jiġu applikati fin-negozji tal-ikel u tal-għalf, fiċ-ċentri ta’ purifikazzjoni, fiċ-ċentri ta’ spedizzjoni, fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera, fi stabbilimenti ta’ prodotti sekondarji mill-annimali jew fi kwalunkwe post ieħor ta’ rilevanza fiż-żona ta’ sorveljanza, inklużi mezzi tat-trasport.

2.   Fil-postijiet imsemmija fil-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti tista’ tapplika miżuri addizzjonali adattati għas-sitwazzjoni speċifika sabiex tevita t-tixrid tal-marda tal-kategorija A ġewwa u miż-żona ta’ sorveljanza.

Artikolu 101

Id-durata tal-miżuri għall-kontroll tal-mard fiż-żona ta’ sorveljanza

L-awtorità kompetenti għandha tneħħi l-miżuri għall-kontroll tal-mard previsti f’din it-Taqsima meta l-perjodu ta’ sorveljanza, stipulat fil-punt 2 tal-Anness XV, għall-marda tal-kategorija A rilevanti jkun għadda b’riżultati favorevoli.

KAPITOLU III

Miżuri għall-kontroll tal-mard f’annimali akkwatiċi selvaġġi

Artikolu 102

Miżuri fil-każ ta’ suspett ta’ marda tal-kategorija A fl-annimali akkwatiċi selvaġġi tal-ispeċijiet elenkati

F’ każ ta’ suspett ta’ każ ta’ marda tal-kategorija A fl-annimali akkwatiċi selvaġġi tal-ispeċijiet elenkati skont l-Artikolu 9(1), (3) u (4) fir-Regolament Delegat (UE) 2020/689, l-awtorità kompetenti għandha:

(a)

twettaq minnufih investigazzjoni tal-annimali akkwatiċi selvaġġi tal-ispeċijiet elenkati mistada, maqbuda, miġbura jew misjuba mejta sabiex tikkonferma jew teskludi l-preżenza tal-marda tal-kategorija A f’konformità mal-Artikolu 71(2);

(b)

tiżgura li l-prodotti sekondarji tal-annimali kollha miksuba mill-annimali akkwatiċi selvaġġi ta’ speċijiet elenkati ssuspettati li huma infettati, inklużi qxur tal-molluski bil-laħam, jiġu pproċessati jew mormija bħala materjal tal-kategorija 1 jew tal-kategorija 2 skont ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009;

(c)

fejn ikun prattikabbli, tiżgura li kwalunkwe materjal jew sustanza li x’aktarx ikunu kkontaminati minn annimali suspettati li jkunu affettwati jew mill-prodotti sekondarji mill-annimali miksuba minn dawk l-annimali jitnaddfu u jiġu diżinfettati jew inkella jintremew skont l-istruzzjonijiet u taħt is-superviżjoni ta’ veterinarji uffiċjali; u

(d)

tipprovdi informazzjoni rilevanti lill-operaturi jew l-awtoritajiet responsabbli mill-immaniġġjar tal-popolazzjoni tal-annimali rilevanti.

Artikolu 103

Miżuri fil-każ ta’ tifqigħa ta’ marda tal-kategorija A fl-annimali akkwatiċi selvaġġi tal-ispeċijiet elenkati

1.   Fil-każ ta’ każ ikkonfermat b’mod uffiċjali ta’ marda tal-kategorija A fl-annimali akkwatiċi selvaġġi tal-ispeċijiet elenkati, l-awtorità kompetenti għandha tiddetermina żona infettata fuq il-bażi ta’:

(a)

il-kundizzjonijiet idrodinamiċi, topografiċi u epidemjoloġiċi rilevanti;

(b)

il-profil tal-marda u l-popolazzjoni stmata tal-annimali akkwatiċi tal-ispeċijiet elenkati; u

(c)

il-fatturi ta’ riskju li jikkontribwixxu għat-tixrid tal-marda tal-kategorija A rilevanti, b’mod partikolari dawk assoċjati mar-riskju tal-introduzzjoni tal-marda fi stabbilimenti li jżommu l-annimali akkwatiċi tal-ispeċijiet elenkati.

2.   L-awtorità kompetenti tista’ tadatta l-konfini taż-żona infettata inizjali:

(a)

sabiex tikkontrolla t-tixrid ulterjuri tal-marda tal-kategorija A rilevanti; u

(b)

fil-każ ta’ konferma ta’ aktar tifqigħat tal-marda tal-kategorija A f’annimali selvaġġi.

3.   L-awtorità kompetenti għandha tinforma minnufih lill-operaturi, lil awtoritajiet kompetenti rilevanti oħrajn, lill-veterinarji rilevanti u lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika oħra kkonċernata, dwar it-tifqigħa tal-mard u l-miżuri ta’ kontroll adottati.

Artikolu 104

Miżuri li għandhom jiġu applikati fiż-żona infettata

1.   Fiż-żona infettata stabbilita skont l-Artikolu 103-awtorità kompetenti għandha:

(a)

timplimenta miżuri għall-mitigazzjoni tar-riskju u tal-bijosigurtà rinforzata sabiex jiġi evitat it-tixrid tal-marda tal-kategorija A mill-annimali affettwati u miż-żona infettata għal annimali u żoni mhux affettwati;

(b)

tipprojbixxi kwalunkwe moviment mill-bnedmin ta’ annimali akkwatiċi selvaġġi ta’ speċijiet elenkati u prodotti li joriġinaw mill-annimali miksuba minn dawk l-annimali miż-żona infettata;

(c)

permezz ta’ deroga mill-Artikolu 10(i) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tiżgura li l-prodotti sekondarji mill-annimali kollha miksuba mill-annimali akkwatiċi selvaġġi tal-ispeċijiet elenkati fiż-żona infettata inkluż il-qxur tal-molluski bil-laħam, jiġu pproċessati jew mormija bħala materjal tal-kategorija 1 jew tal-kategorija 2 skont dak ir-Regolament;

(d)

fejn ikun prattikabbli, tiżgura li kwalunkwe materjal jew sustanza li x’aktarx ikunu kkontaminati minn annimali akkwatiċi selvaġġi tal-ispeċijiet elenkati fiż-żona infettata jew prodotti sekondarji mill-annimali miksuba minn dawk l-annimali, jitnaddfu u jiġu ddiżinfettati jew inkella jintremew skont l-istruzzjonijiet u taħt is-superviżjoni ta’ veterinarji uffiċjali; u

(e)

tipprojbixxi d-dħul fi stabbilimenti li jżommu annimali tal-akkwakultura ta’ speċijiet elenkati kemm fiż-żona infettata kif ukoll barra minnha jew lejn żoni tal-ġbir tal-ilma jew żoni kostali barra miż-żona infettata kwalunkwe parti minn annimali akkwatiċi tal-ispeċijiet elenkati, kemm jekk mistada, maqbuda, miġbura jew misjuba mejta fiż-żona infettata kif ukoll kull prodott, materjal jew sustanza li x’aktarx ikunu kkontaminati b’marda tal-kategorija A fiż-żona infettata.

2.   B’deroga mill-paragrafu 1(b) u bl-iskop li jiġi ppreservat materjal ġenetiku ta’ valur, l-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza l-movimenti ta’ annimali akkwatiċi selvaġġi ta’ speċijiet elenkati miż-żona infettata lil stabbiliment awtorizzat mill-awtorità kompetenti għal dak l-iskop, dment li jiġu applikati miżuri ta’ bijosigurtà xierqa biex jiġi evitat it-tixrid tal-marda tal-Kategorija A. L-istabbiliment tad-destinazzjoni għandu jitqies bħala stabbiliment li jinsab fiż-żona infettata għall-iskopijiet tal-Artikolu 108.

Artikolu 105

Miżuri addizzjonali li għandhom jiġu applikati fiż-żona infettata.

1.   Wara t-twettiq ta’ valutazzjoni tar-riskji, l-awtorità kompetenti għandha tiddetermina l-miżuri addizzjonali li huma meħtieġa għall-kontroll jew l-eradikazzjoni tal-marda tal-kategorija A rilevanti.

2.   Bħala parti mill-kontroll jew l-eradikazzjoni tal-marda tal-kategorija A rilevanti, l-awtorità kompetenti tista’:

(a)

tissospendi l-attivitajiet ta’ ripopolament, sajd, ġbir u qbid;

(b)

tordna t-tindif u d-diżinfezzjoni obbligatorji ta’ tagħmir u dgħajjes tas-sajd u tagħmir ieħor li x’aktarx ikunu kkontaminati; u

(c)

iżżid l-attivitajiet ta’ sajd, ġbir u qbid jew timplimenta miżuri rilevanti oħrajn sabiex teradika l-marda.

3.   Il-miżuri previsti fil-paragrafu 1 għandhom jiġu implimentati wara konsultazzjonijiet u b’kooperazzjoni mal-grupp ta’ esperti operazzjonali msemmi fl-Artikolu 107 u ma’ awtoritajiet u partijiet ikkonċernati oħrajn.

Artikolu 106

Estensjoni tal-miżuri

L-awtorità kompetenti tista’ tiddeċiedi li l-miżuri rilevanti msemmija fl-Artikoli 102 sa 105 japplikaw ukoll għall-annimali akkwatiċi tal-ispeċijiet mhux elenkati.

Artikolu 107

Grupp ta’ esperti operazzjonali

1.   F’każ ta’ każ ikkonfermat ta’ marda tal-kategorija A fl-annimali akkwatiċi selvaġġi tal-ispeċijiet elenkati, l-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi grupp ta’ esperti operazzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 43(2)(d)(iii) tar-Regolament (UE) 2016/429.

2.   Il-grupp ta’ esperti operazzjonali għandu jgħin lill-awtorità kompetenti:

(a)

fil-valutazzjoni tas-sitwazzjoni epidemjoloġika u l-evoluzzjoni tagħha;

(b)

tiddetermina ż-żona infettata; u

(c)

tistabbilixxi l-miżuri xierqa li għandhom jiġu applikati fiż-żona infettata u d-durata tagħhom.

Artikolu 108

Miżuri fl-istabbilimenti fiż-żona infettata

1.   Fl-istabbilimenti li jżommu l-annimali tal-akkwakultura ta’ speċijiet elenkati fiż-żona infettata, l-awtorità kompetenti għandha tapplika l-miżuri previsti fl-Artikolu 87.

2.   Minbarra l-miżuri previsti fl-Artikolu 87, l-awtorità kompetenti għandha tipprojbixxi l-moviment ta’ annimali tal-akkwakultura miżmuma fi stabbilimenti fiż-żona infettata:

(a)

barra miż-żona infettata; jew

(b)

lejn stabbilimenti oħra fiż-żona infettata.

3.   L-awtorità kompetenti tista’, wara t-twettiq ta’ valutazzjoni tar-riskji, tillimita l-projbizzjoni fil-paragrafu 2 għall-annimali tal-akkwakultura tal-ispeċijiet elenkati.

4.   Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 2, l-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza, wara t-twettiq ta’ valutazzjoni tar-riskju u bi qbil mal-awtorità kompetenti tal-post tad-destinazzjoni, il-moviment ta’ annimali tal-ispeċijiet elenkati barra miż-żona infettata jew lejn stabbilimenti oħra fiż-żona infettata.

Artikolu 109

Id-durata tal-miżuri fiż-żona infettata

L-awtorità kompetenti għandha żżomm il-miżuri previsti f’dan il-Kapitolu sakemm l-informazzjoni epidemjoloġika tindika li l-popolazzjoni selvaġġa rilevanti ma għadha tippreżenta l-ebda riskju ta’ tixrid tal-marda u l-grupp operazzjonali jirrakkomanda li l-miżuri jitneħħew.

KAPITOLU IV

Miżuri għall-kontroll tal-mard għall-mard tal-kategoriji b u c ta’ annimali akkwatiċi

Artikolu 110

Miżuri preliminari għall-kontroll tal-mard li għandhom jiġu applikati meta tiġi ssuspettata marda tal-kategorija B jew C mill-awtorità kompetenti fl-Istati Membri, fiż-żoni jew fil-kompartimenti li ngħataw stat ta’ ħelsien mill-mard

L-awtorità kompetenti għandha tapplika l-miżuri stabbiliti fl-Artikoli 55, l-Artikolu 56 u l-Artikolu 57 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689 fil-każ ta’ suspett ta’ marda tal-kategorija B jew C skont l-Artikolu 9(1), (3) jew (4) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689, fi Stati Membri, żoni jew kompartimenti li jkunu ngħataw stat ta’ ħelsien mill-mard kif previst fl-Artikolu 36(4) u l-Artikolu 37(4) tar-Regolament (UE) 2016/429, jew l-Artikolu 83, l-Artikolu 84(1)(h) sa (m) jew l-Artikolu 84(2)(b) sa (g) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689.

Artikolu 111

Miżuri għall-kontroll tal-mard li għandhom jiġu applikati meta tiġi kkonfermata marda tal-kategorija B jew C

L-awtorità kompetenti għandha tapplika l-miżuri stabbiliti fl-Artikoli 58 sa 65 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689 fil-każ ta’ konferma ta’ marda tal-kategorija B jew C skont l-Artikolu 9(2), (3) jew (4) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689 fi Stati Membri jew żoni jew kompartimenti li jkunu ngħataw l-istat ta’ ħelsien mill-mard kif previst fl-Artikolu 36(4) u l-Artikolu 37(4) tar-Regolament (UE) 2016/429, jew l-Artikolu 83, l-Artikolu 84(1)(h) sa (m) jew l-Artikolu 84(2)(b) sa (g) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689:

PARTI IV

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 112

Tħassir

Id-Direttiva 92/66/KEE, id-Direttiva 2001/89/KE, id-Direttiva 2003/85/KE u d-Direttiva 2005/94 kif ukoll l-atti adottati fuq il-bażi tagħhom, għandhom jieqfu japplikaw b’effett mill-21 ta’ April 2021.

Artikolu 113

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu jibda japplika mill-21 ta’ April 2021.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Diċembru 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 tat-3 ta’ Diċembru 2018 dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard għal kategoriji ta’ mard elenkat u li jistabbilixxi lista ta’ speċijiet u gruppi ta’ speċijiet li jippreżentaw riskju konsiderevoli għat-tixrid ta’ dak il-mard elenkat. (ĠU L 308, 4.12.2018, p. 21).

(3)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/689 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissuplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ regoli għas-sorveljanza, programmi ta’ qerda, u stat ta’ ħelsien mill-mard għal ċertu mard elenkat u emerġenti (Ara paġna 211 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(4)  Ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew idderivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (Regolament dwar prodotti sekondarji tal-annimali) (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 1).

(5)  Id-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 24 ta’ Settembru 2008 dwar it-trasport intern ta’ oġġetti perikolużi (ĠU L 260, 30.9.2008, p. 13).

(6)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE tal-24 ta’ Ottubru 2006 dwar il-ħtiġiet tas-saħħa tal-annimali għall-annimali tal-akkwakultura u l-prodotti tagħhom, u dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard f’annimali akkwatiċi (ĠU L 328, 24.11.2006, p. 14).

(7)  Id-Direttiva tal-Kunsill 92/66/KEE tal-14 ta’ Lulju 1992 li tintroduċi miżuri tal-Komunità għall-kontroll tal-marda Newcastle (ĠU L 260, 5.9.1992, p. 1).

(8)  Id-Direttiva 2001/89/KE tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2001 dwar il-miżuri tal-Komunità għall-kontroll tal-marda tal-infafet vesikolari (deni klassiku) tal-ħnieżer (ĠU L 316, 1.12.2001, p. 5).

(9)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/60/KE tas-27 ta’ Ġunju 2002 li tistabbilixxi miżuri għall-kontroll tad-deni Afrikan tal-qżieqeż u temenda d-Direttiva 92/119/KEE għar-rigward tal-marda Teschen u d-deni Afrikan tal-qżieqeż (ĠU L 192, 20.7.2002, p. 27).

(10)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/85/KE tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar miżuri tal-Komunità fuq il-kontroll tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer li tirrevoka id-Direttiva 85/511/KEE u d-Deċiżjoni 89/531/KEE u 91/665/KEE u temenda d-Direttiva 92/46/KEE (ĠU L 306, 22.11.2003, p. 1).

(11)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE tal-20 ta’ Diċembru 2005 dwar miżuri Komunitarji għall-kontroll tal-influwenza tat-tjur u li tħassar id-Direttiva 92/40/KEE (ĠU L 10, 14.1.2006, p. 16).

(12)  Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55).

(13)  Ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 95, 7.4.2017; p. 1).

(14)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2035 tat-28 ta’ Ġunju 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-regoli għall-istabbilimenti li jżommu l-annimali terrestri u l-imfaqas, u t-traċċabbiltà ta’ ċerti annimali terrestri miżmuma u tal-bajd għat-tifqis (ĠU L 314, 5.12.2019, p. 115).

(15)  Ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1).

(16)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/688 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissuplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ rekwiżiti dwar is-saħħa tal-annimali għal movimenti fi ħdan l-Unjoni ta’ annimali terrestri u bajd għat-tifqis (Ara paġna 140 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali)


ANNESS I

EŻAMIJIET KLINIĊI, PROĊEDURI TA’ TEĦID TAL-KAMPJUNI, METODI DIJANJOSTIĊI TA’ MARD TAL-KATEGORIJA A U TRASPORT TAL-KAMPJUNI

(kif imsemmi fl-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament)

A.   Proċeduri ta’ teħid tal-kampjuni

A.1   TEĦID TA’ KAMPJUNI TAL-ANNIMALI GĦAL EŻAMIJIET KLINIĊI

1.

L-eżamijiet kliniċi jridu jinkludu, jekk ikun possibbli:

(a)

annimali li juru sinjali kliniċi ta’ mard tal-kategorija A,

(b)

annimali li x’aktarx ikunu mietu riċentement mill-marda ssuspettata/kkonfermata

(c)

annimali b’rabta epidemjoloġika ma’ każ suspettat jew ikkonfermat; u

(d)

annimali li kisbu riżultati pożittivi jew mhux konklużivi f’eżamijiet fil-laboratorju preċedenti.

2.

L-annimali li għandhom jiġu eżaminati jridu jintgħażlu b’mod aleatorju, f’numru kbir biżżejjed li jippermetti l-iskoperta tal-marda, jekk preżenti, fejn ma jkunx hemm sinjali ovvji tal-marda jew leżjonijiet post-mortem li jissuġġerixxu li hemm mard tal-kategorija A.

3.

L-annimali li għandhom jiġu eżaminati u l-metodu tat-teħid tal-kampjuni jridu jintgħażlu f’konformità mal-istruzzjonijiet tal-awtorità kompetenti u mal-pjan ta’ kontinġenza rilevanti msemmi fl-Artikolu 43 tar-Regolament (UE) 2016/429. L-annimali li għandhom jiġu eżaminati u l-metodu tat-teħid tal-kampjuni jridu jqisu l-profil tal-marda u:

(a)

l-iskop tat-teħid tal-kampjuni;

(b)

l-ispeċijiet elenkati miżmuma fl-istabbiliment;

(c)

in-numru ta’ annimali tal-ispeċijiet elenkati miżmuma fl-istabbiliment;

(d)

il-kategorija tal-annimali miżmuma;

(e)

ir-rekords disponibbli tal-produzzjoni, tas-saħħa u tat-traċċabbiltà tal-annimali miżmuma li jkunu rilevanti għall-investigazzjoni;

(f)

it-tip ta’ stabbiliment u l-prattiki tat-trobbija;

(g)

il-livell ta’ riskju ta’ esponiment:

(i)

il-probabbiltà tal-esponiment għall-aġent tal-marda jew għall-vettur;

(ii)

in-nuqqas ta’ immunizzazzjoni tal-annimali minħabba tilqim jew immunità materna; u

(iii)

l-istorja tar-residenza fl-istabbiliment.

(h)

fatturi epidemjoloġiċi rilevanti oħrajn.

4.

In-numru minimu ta’ annimali li għandhom jiġu eżaminati jrid ikun f’konformità mal-istruzzjonijiet tal-awtorità kompetenti u mal-pjan ta’ kontinġenza rilevanti kif imsemmi fl-Artikolu 43 tar-Regolament (UE) 2016/429. In-numru minimu ta’ annimali li għandhom jiġu eżaminati jrid iqis il-profil tal-marda u b’mod partikolari:

(a)

il-prevalenza mistennija fl-istabbiliment;

(b)

il-livell ta’ fiduċja mixtieq tar-riżultati tal-istħarriġ, li fi kwalunkwe każ ma għandux ikun inqas minn 95 %; u

(c)

l-istandards internazzjonali u l-evidenza xjentifika disponibbli.

A.2   TEĦID TA’ KAMPJUNI TAL-ANNIMALI GĦAL EŻAMIJIET FIL-LABORATORJU

1.

It-teħid tal-kampjuni għal eżamijiet fil-laboratorju għandu jqis l-eżitu tal-eżamijiet kliniċi msemmija fil-punt A.1 u, jekk possibbli, għandu jinkludi l-annimali msemmija fil-paragrafu 1 tal-punt A.1.

2.

Jekk ma jkunx hemm sinjali ovvji ta’ mard jew leżjonijiet post-mortem li jissuġġerixxu mard tal-kategorija A, il-kampjuni jridu jinġabru b’mod aleatorju f’kull unità epidemjoloġika tal-istabbiliment u jridu jippermettu l-iskoperta tal-marda, jekk preżenti.

3.

L-annimali li għandhom jittieħdu kampjuni tagħhom, in-natura tal-kampjuni li għandhom jittieħdu u l-metodu tat-teħid tal-kampjuni jridu jkunu f’konformità mal-istruzzjonijiet tal-awtorità kompetenti u mal-pjan ta’ kontinġenza rilevanti msemmi fl-Artikolu 43 tar-Regolament (UE) 2016/429. L-annimali li għandhom jittieħdu kampjuni tagħhom, in-natura tal-kampjuni li għandhom jittieħdu u l-metodu tat-teħid tal-kampjuni jridu jqisu l-profil tal-marda u l-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 3 tal-punt A.1.

4.

In-numru minimu ta’ annimali li għandhom jittieħdu kampjuni tagħhom irid ikun f’konformità mal-istruzzjonijiet tal-awtorità kompetenti u mal-pjan ta’ kontinġenza rilevanti kif msemmi fl-Artikolu 43 tar-Regolament (UE) 2016/429. In-numru minimu ta’ annimali li għandhom jittieħdu kampjuni tagħhom irid iqis il-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 4 tal-punt A.1 u l-prestazzjoni tat-testijiet użati.

5.

Fil-każ ta’ annimali selvaġġi, il-kampjuni jridu jinġabru minn annimali maqtula, misjuba mejta jew maqbuda apposta, jew inkella jridu jinkisbu abbażi ta’ metodi mhux invażivi bħalma huma l-ħaġar tal-melħ u l-ħbula biex jomogħduhom jew il-lixki. In-numru minimu u n-natura tal-kampjuni jridu jqisu d-daqs stmat tal-popolazzjoni selvaġġa u l-kriterji rilevanti stabbiliti fil-paragrafi 3 u 4 tal-punt A.1.

A.3   GĦAŻLA TA’ KAMPJUNI TAL-ISTABBILIMENTI GĦAŻ-ŻJARAT

1.

L-għażla tal-istabbilimenti li għandhom jittieħdu kampjuni minnhom u l-metodu tat-teħid tal-kampjuni jridu jkunu f’konformità mal-istruzzjonijiet tal-awtorità kompetenti u mal-pjan ta’ kontinġenza rilevanti, kif imsemmi fl-Artikolu 43 tar-Regolament (UE) 2016/429. L-għażla tal-istabbilimenti li għandhom jittieħdu kampjuni minnhom u l-metodu tat-teħid tal-kampjuni jridu jqisu l-profil tal-marda u l-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 3 tal-punt A1.

2.

In-numru minimu ta’ stabbilimenti li għandhom isiru żjarat fihom irid ikun f’konformità mal-istruzzjonijiet tal-awtorità kompetenti u mal-pjan ta’ kontinġenza rilevanti, kif imsemmi fl-Artikolu 43 tar-Regolament (UE) 2016/429.

B.   Metodi dijanjostiċi

It-tekniki, il-materjali ta’ referenza, l-istandardizzazzjoni tagħhom u l-interpretazzjoni tar-riżultati tat-testijiet imwettqa bl-użu tal-metodi dijanjostiċi rilevanti għal mard tal-kategorija A jridu jkunu konformi mal-Artikolu 6 u mal-Parti III tal-Anness VI tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689.

Il-metodoloġija dijanjostika magħżula trid timmira li timmassimizza s-sensittività tas-sorveljanza. F’ċerti ċirkostanzi, din is-sorveljanza tista’ tinkludi l-użu ta’ eżamijiet fil-laboratorju sabiex jiġi vvalutat l-esponiment preċedenti għall-marda.

C.   Trasport tal-kampjuni

1.

Il-kampjuni kollha meħuda sabiex tiġi kkonfermata jew eskluża l-preżenza ta’ marda tal-kategorija A jridu jintbagħtu, b’tikkettar u identifikazzjoni xierqa, lil laboratorju uffiċjali li jkun ġie informat bil-wasla tagħhom. Dawn il-kampjuni jridu jkunu akkumpanjati mill-formoli xierqa, f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti mill-awtorità kompetenti u mil-laboratorju li jirċievi l-kampjuni. Dawn il-formoli jridu jinkludu mill-inqas:

(a)

l-istabbiliment tal-oriġini tal-annimali inklużi fil-kampjun;

(b)

informazzjoni dwar l-ispeċi, l-età u l-kategorija tal-annimali inklużi fil-kampjun;

(c)

l-istorja klinika tal-annimali, jekk tkun disponibbli u rilevanti;

(d)

is-sinjali kliniċi u s-sejbiet post-mortem; u

(e)

kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra.

2.

Il-kampjuni kollha għandhom:

(a)

jinħażnu f’kontenituri u pakketti li ma jgħaddix ilma minnhom u li ma jistgħux jitkissru f’konformità mal-istandards internazzjonali applikabbli;

(b)

jinżammu fl-aktar temperatura u kundizzjonijiet oħrajn xierqa matul it-trasport, billi jitqiesu l-fatturi li jistgħu jaffettwaw il-kwalità tal-kampjuni.

3.

Il-parti ta’ barra tal-pakkett trid tkun ittikkettjata bl-indirizz tal-laboratorju li jirċievi l-kampjuni u l-messaġġ li ġej irid ikun jidher b’mod prominenti:

Materjal patoloġiku tal-annimali; jitħassar malajr; fraġli; tiftaħx barra mil-laboratorju tad-destinazzjoni.”

4.

Il-persuna responsabbli fil-laboratorju uffiċjali li tirċievi l-kampjuni trid tiġi infurmata fil-ħin dwar il-wasla tal-kampjuni.

ANNESS II

PERJODU TA’ MONITORAĠĠ

(kif imsemmi fl-Artikoli 8, 17, 27, 32, 48, 57 u 59 ta’ dan ir-Regolament)

Mard tal-kategorija A

Perjodu ta’ monitoraġġ

Marda tal-ilsien u d-dwiefer (FMD)

21 jum

Infezzjoni bil-virus tal-pesta bovina (RP)

21 jum

Infezzjoni bil-virus tad-deni tal-Wied tar-Rift (RVFV)

30 jum

Infezzjoni bil-virus tal-marda tal-infafet fil-ġilda (LSD)

28 jum

Infezzjoni bil-Mycoplasma mycoides subsp. mycoides SC (Plewropulmonite bovina li tittieħed) (CBPP)

45 jum

Ġidri tan-nagħaġ u ġidri tal-mogħoż (SPGP)

21 jum

Infezzjoni bil-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar (PPR)

21 jum

Plewropulmonite kaprina li tittieħed (CCPP)

45 jum

Marda Afrikana taż-żwiemel (AHS)

14-il jum

Infezzjoni bil-Burkholderia mallei (Glanders)

6 xhur

Deni klassiku tal-ħnieżer (CSF)

15-il jum

Deni Afrikan tal-ħnieżer (ASF)

15-il jum

Influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja (HPAI)

21 jum

Infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle (NCD)

21 jum


ANNESS III

KUNDIZZJONIJIET GĦAL ĊERTI DEROGI MILL-ARTIKOLU 12(1)(a) FL-ANNIMALI EKWINI

(kif imsemmi fl-Artikolu 13(4))

1.

Fil-każ ta’ tifqigħa tal-marda Afrikana taż-żwiemel, l-awtorità kompetenti tista’ tidderoga mill-Artikolu 12(1)(a) l-annimali affettwati u mhux affettwati, dment li:

(a)

l-annimali affettwati soġġetti għad-deroga jkunu iżolati f’binjiet protetti mill-vetturi u li jevitaw kwalunkwe trażmissjoni tal-aġent tal-marda mill-annimali lill-vetturi rilevanti sa ma jkunu għaddew l-40 jum, li jikkorrispondu għall-perjodu infettiv, kif stabbilit fil-Kapitolu rilevanti tal-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE), wara d-dħul tal-annimali fil-binjiet protetti mill-vetturi; u

(b)

is-sorveljanza, inkluż jekk meħtieġ l-eżamijiet fil-laboratorju, imwettqa mill-awtorità kompetenti, tindika li l-ebda annimal fil-bini protett mill-vetturi ma jippreżenta riskju ta’ trażmissjoni tal-virus.

2.

Fil-każ ta’ tifqigħa ta’ infezzjoni bil-Burkholderia mallei (Glanders), l-awtorità kompetenti tista’ tidderoga mill-Artikolu 12(1)(a) l-annimali mhux affettwati, dment li l-annimali soġġetti għad-deroga jkunu fi kwarantina sakemm:

(a)

l-annimali affettwati jinqatlu u jinqerdu;

(b)

wara l-qtil, it-tindif u d-diżinfezzjoni tal-istabbiliment ikunu tlestew kif previst fl-Artikolu 15; u

(c)

il-bqija tal-annimali jkunu ġew soġġetti għal test ta’ fissazzjoni tal-komplement b’riżultat negattiv b’dilwizzjoni tas-serum ta’ 1 f’kull 5 fuq kampjuni li ttieħdu mill-inqas 6 xahar wara t-tindif u d-diżinfezzjoni msemmija fil-punt (b).


ANNESS IV

PROĊEDURI GĦAT-TINDIF, ID-DIŻINFEZZJONI U, META JKUN MEĦTIEĠ, IL-KONTROLL TAL-INSETTI U TAR-RODITURI

(kif imsemmi fl-Artikoli 12, 15, 16, 39, 45 u 57 ta’ dan ir-Regolament)

A.   Rekwiżiti ġenerali

1.

L-għażla tal-prodotti bijoċidali u l-proċeduri għall-operazzjonijiet ta’ tindif u diżinfezzjoni iridu jqisu:

(a)

l-aġent kawżali tal-infezzjoni;

(b)

in-natura tal-istabbilimenti, tal-veikoli, tal-oġġetti u tal-materjali li għandhom jiġu ttrattati; u

(c)

il-leġiżlazzjoni applikabbli.

2.

Il-kundizzjonijiet li fihom jintużaw il-prodotti bijoċidali jridu jiżguraw li l-effikaċja tagħhom ma tkunx indebolita. B’mod partikolari, iridu jiġu osservati l-parametri tekniċi pprovduti mill-manifattur, bħalma huma l-pressjoni, it-temperatura, il-ħin ta’ kuntatt meħtieġ jew il-ħżin. L-attività tad-diżinfettant ma għandhiex tkun kompromessa mill-interazzjoni ma’ sustanzi oħrajn.

3.

Il-kontaminazzjoni mill-ġdid tal-partijiet preċedentement imnaddfa trid tiġi evitata, b’mod partikolari meta l-ħasil jitwettaq bil-likwidi applikati taħt pressjoni.

4.

L-ilma li jintuża għall-operazzjonijiet tat-tindif irid jinżamm kontenut u jintrema b’mod li jiġi evitat kwalunkwe riskju ta’ tixrid tal-aġenti tal-mard tal-kategorija A.

5.

Il-prodotti bijoċidali jridu jintużaw b’mod li jnaqqas kemm jista’ jkun kwalunkwe impatt avvers fuq l-ambjent u fuq is-saħħa pubblika li jista’ jirriżulta mill-użu tagħhom.

B.   Tindif u diżinfezzjoni preliminari

Għat-tindif u d-diżinfezzjoni preliminari skont l-Artikolu 15, sabiex jiġi evitat it-tixrid tal-marda tal-kategorija A:

(a)

l-iġsma sħaħ jew il-partijiet ta’ annimali miżmuma mejta tal-ispeċijiet elenkati jridu jiġu sprejjati b’diżinfettant u jitneħħew mill-istabbiliment, f’veikoli jew kontejners magħluqa u li ma jnixxux għall-ipproċessar u r-rimi;

(b)

kwalunkwe tessut jew demm li seta’ nxtered waqt il-qtil, l-iskarnar jew l-eżami post-mortem irid jinġabar bir-reqqa u jintrema;

(c)

hekk kif l-iġsma sħaħ jew il-partijiet ta’ annimali miżmuma mejta tal-ispeċijiet elenkati jkunu tneħħew għall-ipproċessar jew għar-rimi, il-partijiet tal-istabbiliment li fihom inżammu dawn l-annimali u kwalunkwe partijiet ta’ bini, superfiċji jew tagħmir oħrajn li jkunu ġew ikkontaminati waqt il-qtil jew l-eżami post-mortem iridu jiġu sprejjati b’diżinfettant;

(d)

id-demel, inklużi l-imfierex u l-imraqad użati, iridu jixxarrbu sewwa bid-diżinfettant;

(e)

id-diżinfettant irid jibqa’ fuq is-superfiċje ttrattat għal mill-inqas 24 siegħa;

(f)

it-tagħmir, il-kontenituri, l-utensili għall-konsum, is-superfiċji jew kwalunkwe materjal li x’aktarx ikun ikkontaminat wara l-ħasil u d-diżinfezzjoni iridu jinqerdu.

C.   Tindif u diżinfezzjoni finali:

Għat-tindif u d-diżinfezzjoni finali għall-iskop tal-Artikolu 57:

1.

Id-demel, inklużi l-imfierex u l-imraqad użati, iridu jitneħħew u jiġu ttrattati kif ġej:

(a)

il-fażi solida tad-demel, inkluż l-imfierex u l-imraqad użati, għandha:

(i)

tgħaddi minn trattament bil-fwar f’temperatura ta’ mill-inqas 70 C;

(ii)

tinqered bil-ħruq;

(iii)

tindifen fil-fond biżżejjed sabiex jiġi evitat l-aċċess mill-annimali; jew

(iv)

tinżamm f’munzell għas-sħana, tiġi sprejjata b’diżinfettant u titħalla għal mill-inqas 42 jum, li matulhom il-munzell irid jitgħatta jew inkella jinġabar f’munzell mill-ġdid sabiex jiġi żgurat it-trattament termiku tas-saffi kollha;

(b)

il-fażi likwida tad-demel trid tinħażen għal mill-inqas 42 jum u, fil-każ tal-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja, 60 jum, wara l-aħħar żieda ta’ materjal infettiv.

2.

Il-bini, is-superfiċji u t-tagħmir iridu jinħaslu u jitnaddfu sewwa billi jitneħħew il-grass u l-ħmieġ li jifdal u jiġu sprejjati bid-diżinfettanti.

3.

Wara sebat ijiem, l-istabbilimenti jridu jitnaddfu u jiġu ddiżinfettati mill-ġdid.


ANNESS V

RAĠĠ MINIMU TAŻ-ŻONI TA’ PROTEZZJONI U TA’ SORVELJANZA

(kif imsemmi fl-Artikolu 21 ta’ dan ir-Regolament)

Indikat bħala raġġ ta’ ċirku ċċentrat fuq l-istabbiliment

Mard tal-kategorija A

Żona ta’ Protezzjoni

Żona ta’ Sorveljanza

Il-marda tal-ilsien u d-dwiefer

3 km

10 km

Infezzjoni bil-virus tal-pesta bovina

3 km

10 km

Infezzjoni bil-virus tad-deni tal-Wied tar-Rift

20 km

50 km

Infezzjoni bil-virus tal-marda tal-infafet fil-ġilda

20 km

50 km

Infezzjoni bil-Mycoplasma mycoides subsp. mycoides SC (Plewropulmonite bovina li tittieħed)

Stabbiliment

3 km

Ġidri tan-nagħaġ u ġidri tal-mogħoż

3 km

10 km

Infezzjoni bil-virus tal-pesta tar-ruminanti ż-żgħar

3 km

10 km

Plewropulmonite kaprina li tittieħed

Stabbiliment

3 km

Marda Afrikana taż-żwiemel

100 km

150 km

Infezzjoni bil-Burkholderia mallei (Glanders)

Stabbiliment

Stabbiliment

Deni klassiku tal-ħnieżer

3 km

10 km

Deni Afrikan tal-ħnieżer

3 km

10 km

Influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja

3 km

10 km

Infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle

3 km

10 km


ANNESS VI

PROJBIZZJONIJIET FIŻ-ŻONA RISTRETTA

(kif imsemmi fl-Artikolu 27 ta’ dan ir-Regolament)

Tabella: Projbizzjonijiet tal-attivitajiet li jikkonċernaw l-annimali tal-ispeċijiet elenkati u l-prodotti minn dawk l-annimali

PROJBIZZJONIJIET TAL-ATTIVITAJIET LI JIKKONĊERNAW L-ANNIMALI U L-PRODOTTI

FMD (1)

RP

RVFV

LSD

CBPP

SPGP

PPR

CCPP

CSF

ASF

AHS

GLAND

HPAI

NCD

Movimenti ta’ annimali miżmuma tal-ispeċijiet elenkati minn stabbilimenti fiż-żona ristretta

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

M/A

X

X

Movimenti ta’ annimali miżmuma tal-ispeċijiet elenkati lejn stabbilimenti fiż-żona ristretta

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

M/A

X

X

Ripopolazzjoni ta’ annimali tal-kaċċa tal-ispeċijiet elenkati

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

M/A

X

X

Fieri, swieq, wirjiet u ġemgħat oħrajn ta’ annimali miżmuma tal-ispeċijiet elenkati, inklużi l-ġbir u d-dispersjoni ta’ dawk l-ispeċijiet

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

M/A

X

X

Movimenti ta’ semen, ooċiti u embrijuni miksuba minn annimali miżmuma tal-ispeċijiet elenkati minn stabbilimenti fiż-żona ristretta

X

X

X

X (*2)

X

X

X

X

X

X

X

M/A

M/A

M/A

Ġbir ta’ semen, ooċiti u embrijuni minn annimali miżmuma tal-ispeċijiet elenkati

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

MP

M/A

M/A

M/A

Inseminazzjoni artifiċjali itineranti ta’ annimali miżmuma tal-ispeċijiet elenkati

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

M/A

M/A

M/A

Servizz naturali itineranti ta’ annimali miżmuma tal-ispeċijiet elenkati

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

M/A

M/A

M/A

Movimenti ta’ bajd għat-tifqis minn stabbilimenti fiż-żona ristretta

M/A

M/A

M/A

M/A

M/A

M/A

M/A

M/A

M/A

M/A

M/A

M/A

X

X

Movimenti ta’ laħam frisk, minbarra ġewwieni, minn annimali miżmuma u selvaġġi tal-ispeċijiet elenkati minn biċċeriji jew stabbilimenti li jipproċessaw il-kaċċa fiż-żona ristretta

X

X

X

MP

MP

X

X

MP

X

X

MP

M/A

X

X

Movimenti ta’ ġewwieni minn annimali miżmuma u selvaġġi tal-ispeċijiet elenkati minn biċċeriji jew stabbilimenti li jipproċessaw il-kaċċa fiż-żona ristretta

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

MP

M/A

X

X

Movimenti ta’ prodotti tal-laħam miksuba minn laħam frisk tal-ispeċijiet elenkati minn stabbilimenti fiż-żona ristretta

X

X

X

MP

NP

NP

X

MP

X

X

MP

M/A

X

X

Moviment ta’ ħalib mhux ipproċessat u kolostru miksuba minn annimali miżmuma tal-ispeċijiet elenkati minn stabbilimenti fiż-żona ristretta

X

X

X

X

MP

X

X

MP

M/A

M/A

NP

M/A

M/A

M/A

Moviment ta’ prodotti tal-ħalib u prodotti bbażati fuq il-kolostru minn stabbilimenti fiż-żona ristretta

X

X

X

X

MP

X

X

MP

M/A

M/A

NP

M/A

M/A

M/A

Moviment ta’ bajd għall-konsum mill-bniedem minn stabbilimenti fiż-żona ristretta

M/A

M/A

M/A

M/A

M/A

M/A

M/A

M/A

M/A

M/A

M/A

M/A

X

X

Moviment ta’ demel, inklużi imfierex u mraqad użati, minn annimali miżmuma tal-ispeċijiet elenkati minn stabbilimenti fiż-żona ristretta

X

X

X

X

MP

X

X

MP

X

X

MP

M/A

X

X

Moviment ta’ ġlud, suf, lanżit u rix minn annimali miżmuma tal-ispeċijiet elenkati minn stabbilimenti fiż-żona ristretta

X

X

X

X

MP

X

X

MP

X

X

MP

M/A

X

X

Moviment ta’ materjal tal-għalf ta’ oriġini mill-pjanti u tiben miksuba fiż-żona ta’ protezzjoni (*1)

X

X

MP

MP

MP

MP

MP

MP

MP

MP

MP

M/A

MP

MP


(*1)  ooċiti u embrijuni biss

(*2)  ooċiti u embrijuni biss

(1)  L-abbrevjazzjonijiet tal-mard f’konformità mal-Anness II.

M/A= Mhux applikabbli

X= projbizzjoni

MP= Mhux projbiti


ANNESS VII

TRATTAMENTI TA’ MITIGAZZJONI TAR-RISKJI GĦAL PRODOTTI TA’ ORIĠINI MILL-ANNIMALI MIŻ-ŻONA RISTRETTA

(kif imsemmi fl-Artikoli 27, 33 u 49 ta’ dan ir-Regolament)

Trattament

FMD (8)

RP

RVFV

LSD

CBPP

SPGP

PPR

CCPP

CSF

ASF

AHS

HPAI

NCD

LAĦAM

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Trattament bis-sħana f’kontenitur issiġillat b’mod ermetiku, sabiex jinkiseb valur F0  (7) minimu ta’ 3

x

 

 

 

 

 

X

 

X

X

 

X

X

Trattament bis-sħana sabiex tinkiseb temperatura fil-qalba ta’ 80 °C

X

 

 

 

 

 

X

 

X

X

 

X

X

Trattament bis-sħana sabiex tinkiseb temperatura fil-qalba ta’ 70 °C

X

 

 

 

 

 

X

 

X

 

 

X

X

Trattament bis-sħana (għal laħam li diġà tneħħilu l-għadam u x-xaħam) sabiex tinkiseb temperatura fil-qalba ta’ 70 °C għal minimu ta’ 30 minuta

X

 

 

 

 

 

X

 

X

 

 

 

 

F’kontenitur issiġillat b’mod ermetiku, l-applikazzjoni ta’ temperatura ta’ 60 °C għal minimu ta’ 4 sigħat

X

 

 

 

 

 

X

 

X

X

 

 

 

Temperatura fil-qalba ta’ 73,9  °C għal minimu ta’ 0,51 sekonda (6)

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

X

Temperatura fil-qalba ta’ 70,0  °C għal minimu ta’ 3,5 sekondi (6)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

X

Temperatura fil-qalba ta’ 65,0  °C għal minimu ta’ 42 sekonda (6)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

X

Temperatura fil-qalba ta’ 60 °C għal minimu ta’ 507 sekondi (6)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

X

Trattament bis-sħana sabiex tinkiseb dessikazzjoni għal valuri massimi ta’ Aw ta’ 0,93 u pH ta’ 6

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Trattament bis-sħana sabiex tinkiseb temperatura fil-qalba ta’ 65 °C għal perjodu ta’ żmien sabiex jinkiseb valur minimu ta’ pasturizzazzjoni ta’ 40

 

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

Fermentazzjoni naturali u maturazzjoni għal-laħam bl-għadam: minimu ta’ 9 xhur, sabiex jinkisbu valuri massimi ta’ Aw ta’ 0,93 u pH ta’ 6

X

 

 

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

Fermentazzjoni naturali u maturazzjoni għal-laħam mingħajr għadam: minimu ta’ 9 xhur, sabiex jinkisbu valuri massimi ta’ Aw ta’ 0,93 u pH ta’ 6

X

 

 

 

 

 

 

 

X

X

 

 

 

Fermentazzjoni naturali għal-lojns: minimu ta’ 140 jum, sabiex jinkisbu valuri massimi ta’ Aw ta’ 0,93 u pH ta’ 6 (5)

 

 

 

 

 

 

 

 

X

X

 

 

 

Fermentazzjoni naturali għall-prieżet: minimu ta’ 190 jum, sabiex jinkisbu valuri massimi ta’ Aw ta’ 0,93 u pH ta’ 6 (5)

 

 

 

 

 

 

 

 

X

X

 

 

 

Tnixxif wara t-tmelliħ tal-prieżet bl-għadma stil Taljan: minimu ta’ 313-il jum (5)

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

Tnixxif wara t-tmelliħ tal-prieżet u tal-lojns bl-għadma stil Spanjol (5):

Prieżet Iberjani: minimu ta’ 252 jum

Spallejn Iberjani: minimu ta’ 140 jum

Lojns Iberjani: minimu ta’ 126 jum

Prieżet ta’ Serrano: minimu ta’ 140 jum

X

 

 

 

 

 

 

 

X

X

 

 

 

Maturazzjoni tal-karkassi f’temperatura minima ta’ 2 °C għal minimu ta’ 24 siegħa wara l-iskarnar

 

 

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Tneħħija tal-ġewwieni

 

 

 

X

X

 

 

X

 

 

 

 

 

BUDELLAT

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Tmelliħ bil-klorur tas-sodju (NaCl) niexef jew bħala salmura saturata (Aw < 0,80 ), għal perjodu kontinwu ta’ 30 jum jew itwal f’temperatura ambjentali ta’ 20 °C jew aktar

X

 

 

SC (4)

 

 

X

 

X

X

 

 

 

Tmelliħ b’melħ issupplimentat bil-fosfat 86,5 % NaCl, 10,7 % Na2HPO4 u 2,8 % Na3PO4 niexef jew bħala salmura saturata (Aw < 0,80 ), għal perjodu kontinwu ta’ 30 jum jew itwal f’temperatura ambjentali ta’ 20 °C jew aktar

X

 

 

 

 

X

 

X

X

 

 

 

Tmelliħ bil-klorur tas-sodju (NaCl) għal minimu ta’ 30 jum (3)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Ibbliċjar (2)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Tnixxif (2)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

ĦALIB

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Trattament bis-sħana (proċess ta’ sterilizzazzjoni) sabiex jinkiseb valur F0 minimu ta’ 3

X

 

 

 

SC (1)

 

 

SC (1)

 

 

 

 

 

Trattament bis-sħana UHT (temperatura ultra għolja): Minimu ta’ 132 °C għal minimu ta’ sekonda

X

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

Trattament bis-sħana UHT (temperatura ultra għolja): Minimu ta’ 135 °C għal ħin adattat ta’ ħżin

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Trattament bis-sħana HTST (Pasturizzazzjoni f’temperatura għolja u għal ħin qasir) jekk il-pH tal-ħalib ikun aktar baxx minn 7, minimu ta’ 72 °C għal minimu ta’ 15-il sekonda

X

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

Trattament bis-sħana HTST (Pasturizzazzjoni f’temperatura għolja u għal ħin qasir) jekk il-pH tal-ħalib ikun 7 jew ogħla, minimu ta’ 72 °C għal minimu ta’ 15-il sekonda, applikat darbtejn

X

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

Trattament bis-sħana HTST (Pasturizzazzjoni f’temperatura għolja u għal ħin qasir) flimkien ma’ trattament fiżiku sabiex jinkiseb valur ta’ pH aktar baxx minn 6 għal minimu ta’ siegħa (1h) jew sabiex tinkiseb temperatura minima ta’ 72 °C, flimkien ma’ dessikazzjoni

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Pasturizzazzjoni li tikkonsisti fi trattament bis-sħana wieħed b’effett mill-inqas ekwivalenti għal dak miksub bl-applikazzjoni ta’ temperatura ta’ 72 °C għal 15-il sekonda

X

 

X

X

 

 

 

 

 

 

 


Trattament

HPAI

NCD

BAJD

 

 

Trattament bis-sħana:

Bajda sħiħa:

60,0  °C - 188 sek.

imsajra kompletament

Taħlitiet ta’ bajd sħiħ:

60 °C - 188 sek.

imsajra kompletament

61,1  °C - 94 sek.

Abjad tal-bajd likwidu:

55,6  °C - 870 sek.

56,7  °C - 232 sek.

Isfar tal-bajd sempliċi jew pur:

60 °C - 288 sek.

10 % isfar tal-bajd immellaħ:

62,2  °C - 138 sek.

Abjad tal-bajd imnixxef:

67 °C - 20 siegħa

54,4  °C - 50,4 siegħa

51,7  °C - 73,2 siegħa

X

 

Trattament bis-sħana:

Bajda sħiħa:

55 °C - 2 521  sek.

57 °C - 1 596  sek.

59 °C - 674 sek.

imsajra kompletament

Abjad tal-bajd likwidu:

55 °C - 2 278  sek.

57 °C - 986 sek.

59 °C - 301 sek.

10 % isfar tal-bajd immellaħ:

55 °C - 176 sek.

Abjad tal-bajd imnixxef:

57 °C - 54,0 siegħa

 

X


(1)  Komodità sikura

(2)  Mhux għall-budellat tal-annimali bovini, ovini, kaprini u porċini

(3)  Mhux għall-budellat tal-annimali bovini, ovini, kaprini u porċini

(4)  Komodità sikura

(5)  Għall-annimali porċini biss

(6)  Għal-laħam tal-pollam biss

(7)  F0 huwa l-effett mortali kkalkolat fuq l-ispori batterjoloġiċi. Valur F0 ta’ 3 ifisser li l-aktar punt kiesaħ fil-prodott ġie msaħħan biżżejjed sabiex jilħaq l-istess effett mortali bħal ta’ 121 °C (250 °F) fi tliet minuti b’tisħin u tkessiħ istantanju

(8)  L-abbrevjazzjonijiet tal-mard f’konformità mal-Anness II.


ANNESS VIII

TRATTAMENTI TA’ MITIGAZZJONI TAR-RISKJI GĦAL PRODOTTI MHUX TA’ ORIĠINI MILL-ANNIMALI MIŻ-ŻONA TA’ PROTEZZJONI

(kif imsemmi fl-Artikoli 36 u 52 ta’ dan ir-Regolament)

Trattament

FMD (1)

RP

Trattament bis-sħana, temperatura minima ta’ 80 °C għal minimu ta’ 10 minuti, fwar f’kompartiment magħluq

X

X

Il-ħżin fil-pakketti jew il-balal taħt kenn f’bini li ma jinsabx eqreb minn 2 km mill-eqreb tifqigħa u dawn ma jiġux rilaxxati mill-bini qabel jgħaddu mill-inqas tliet xhur wara t-tlestija tat-tindif u tad-diżinfezzjoni skont l-Artikolu 15

X

X


(1)  L-abbrevjazzjonijiet tal-mard f’konformità mal-Anness II.


ANNESS IX

IMMARKAR TA’ LAĦAM FRISK MIŻ-ŻONA TA’ PROTEZZJONI

(kif imsemmi fl-Artikoli 33 u 49 ta’ dan ir-Regolament)

1.

Il-marka li għandha tiġi applikata għal-laħam frisk tal-pollam li joriġina miż-żona ta’ protezzjoni u mhux intiż għal Stat Membru ieħor skont l-Artikolu 33(1)(b) trid tkun konformi ma’ dawn li ġejjin:

(a)

il-forma u l-kontenut:

Fejn “XY” tfisser il-kodiċi tal-pajjiż rilevanti previst fil-punt 6 tal-Parti B tat-Taqsima I tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 u “1234” tfisser in-numru ta’ approvazzjoni tal-istabbiliment imsemmi fil-punt 7 tal-Parti B tat-Taqsima I tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 853/2004.

(b)

il-qisien:

“XY” b’wisa’ ta’ 8 mm

“1234” b’wisa’ ta’ 11-il mm

il-wisa’ tad-dijametru ta’ barra mhux inqas minn 30 mm

il-ħxuna tal-linja tal-kaxxa tkun 3 mm

2.

Il-marka li għandha tiġi applikata għal-laħam frisk maħsub għal trattament f’impjant tal-ipproċessar skont l-Artikolu 33(2)(a) għandha tikkonsisti fi:

(a)

il-marka tal-identifikazzjoni prevista fir-Regolament (KE) Nru 853/2004 b’salib dijagonali addizzjonali li jikkonsisti f’żewġ linji dritti li jiltaqgħu fiċ-ċentru tat-timbru u li jippermettu li l-informazzjoni fuqha tibqa’ tinqara; jew

(b)

timbru ovali wieħed, wiesa’ 6,5 cm b’għoli ta’ 4,5 cm, li fih l-informazzjoni li ġejja trid tidher b’karattri li jkunu jistgħu jinqraw perfettament;

fil-parti ta’ fuq, l-isem sħiħ jew il-kodiċi ISO tal-Istat Membru b’ittri kapitali;

fin-nofs, in-numru tal-approvazzjoni tal-istabbiliment;

fil-parti ta’ isfel, wieħed mis-settijiet ta’ inizjali li ġejjin CE, EC, EF, EG, EK, EY, EO, ES, EB, WE jew EZ;

żewġ linji dritti li jinterċettaw fiċ-ċentru tat-timbru b’tali mod li l-informazzjoni ma titgħattiex;

l-ittri għandhom ikunu għoljin mill-inqas 0,8 cm u ċ-ċifri għoljin mill-inqas 1 cm.


ANNESS X

IT-TUL TA’ ŻMIEN TAL-MIŻURI FIŻ-ŻONA TA’ PROTEZZJONI

(kif imsemmi fl-Artikolu 39 ta’ dan ir-Regolament)

Mard tal-kategorija A

Perjodu minimu tat-tul ta’ żmien tal-miżuri fiż-żona ta’ protezzjoni (l-Artikolu 39(1))

Perjodu addizzjonali tat-tul ta’ żmien tal-miżuri ta’ sorveljanza fiż-żona ta’ protezzjoni (l-Artikolu 39(3))

Il-marda tal-ilsien u d-dwiefer

15-il jum

15-il jum

L-infezzjoni bil-virus tal-pesta bovina

21 jum

9 ijiem

L-infezzjoni bil-virus tad-deni tal-Wied tar-Rift

30 jum

15-il jum

L-infezzjoni bil-virus tal-marda tal-infafet fil-ġilda

28 jum

17-il jum

Infezzjoni bil-Mycoplasma mycoides subsp. mycoides SC (Plewropulmonite bovina li tittieħed)

45 jum

Mhux applikabbli

Ġidri tan-nagħaġ u ġidri tal-mogħoż

21 jum

9 ijiem

Infezzjoni bil-virus tal-pesta tar-ruminanti ż-żgħar

21 jum

9 ijiem

Plewropulmonite kaprina li tittieħed

45 jum

Mhux applikabbli

Marda Afrikana taż-żwiemel

12-il xahar

Mhux applikabbli

Infezzjoni bil-Burkholderia mallei (Glanders)

6 xhur

Mhux applikabbli

Deni klassiku tal-ħnieżer

15-il jum

15-il jum

Deni Afrikan tal-ħnieżer

15-il jum

15-il jum

Influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja

21 jum

9 ijiem

Infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle

21 jum

9 ijiem


ANNESS XI

IT-TUL TA’ ŻMIEN TAL-MIŻURI FIŻ-ŻONA TA’ SORVELJANZA

(kif imsemmi fl-Artikoli 55 u 56 ta’ dan ir-Regolament)

Mard tal-kategorija A

Perjodu minimu tat-tul ta’ żmien tal-miżuri fiż-żona ta’ sorveljanza

Il-marda tal-ilsien u d-dwiefer

30 jum

Infezzjoni bil-virus tal-pesta bovina

30 jum

Infezzjoni bil-virus tad-deni tal-Wied tar-Rift

45 jum

Infezzjoni bil-virus tal-marda tal-infafet fil-ġilda

45 jum

Infezzjoni bil-Mycoplasma mycoides subsp. mycoides SC (Plewropulmonite bovina li tittieħed)

45 jum

Ġidri tan-nagħaġ u ġidri tal-mogħoż

30 jum

Infezzjoni bil-virus tal-pesta tar-ruminanti ż-żgħar

30 jum

Plewropulmonite kaprina li tittieħed

45 jum

Marda Afrikana taż-żwiemel

12-il xahar

Infezzjoni bil-Burkholderia mallei (Glanders)

Mhux applikabbli

Deni klassiku tal-ħnieżer

30 jum

Deni Afrikan tal-ħnieżer

30 jum

Influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja

30 jum

Infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle

30 jum


ANNESS XII

PROĊEDURI TAT-TEĦID TAL-KAMPJUNI U METODI DIJANJOSTIĊI GĦAL MARD TAL-KATEGORIJA A FL-ANNIMALI AKKWATIĊI

1.

Il-proċeduri li ġejjin japplikaw għall-eżami kliniku u għall-ġbir ta’ kampjuni:

(a)

l-eżami kliniku u t-teħid tal-kampjuni għall-eżamijiet fil-laboratorju jridu jinkludu:

(i)

annimali tal-akkwakultura tal-ispeċijiet elenkati li juru sinjali kliniċi tal-marda tal-kategorija A rilevanti; u

(ii)

annimali tal-akkwakultura li x’aktarx ikunu mietu riċentement mill-marda tal-kategorija A ssuspettata/kkonfermata; u

(iii)

annimali tal-akkwakultura b’rabta epidemjoloġika ma’ każ issuspettat jew ikkonfermat ta’ marda tal-kategorija A.

(b)

in-numru minimu ta’ kampjuni li għandhom jinġabru huwa:

 

Xenarju

Tip ta’ annimali

Rapport ta’ żieda fil-mortalità

Introduzzjoni tal-annimali infettati

Sinjali post-mortem jew kliniċi osservati

Suspett ibbażat fuq ċirkostanzi oħrajn

Molluski (l-annimal sħiħ)

30

30

150

Krustaċji

10

 

10

150

Ħut

10

30

(c)

il-kriterji addizzjonali li ġejjin japplikaw għat-teħid tal-kampjuni tal-molluski:

(i)

l-annimali issuspettati li huma infettati jridu jintgħażlu għat-teħid tal-kampjuni. Jekk l-ispeċijiet elenkati jkunu preżenti fil-popolazzjoni tal-annimali kkonċernati mis-suspett, dawk iridu jintgħażlu għat-teħid tal-kampjuni;

(ii)

jekk ikunu preżenti molluski bla saħħa, miftuħin jew li għadhom kif mietu, iżda mhux fi stat ta’ dekompożizzjoni, dawk iridu jintgħażlu l-ewwel. Jekk tali molluski ma jkunux preżenti, il-molluski magħżula jridu jinkludu l-aktar molluski f’saħħithom kbar fiż-żmien;

(iii)

jekk l-istabbiliment juża aktar minn sors wieħed tal-ilma għall-produzzjoni tal-molluski, il-molluski li jirrappreżentaw is-sorsi kollha tal-ilma jridu jiġu inklużi għat-teħid tal-kampjuni sabiex jiġi żgurat li l-partijiet kollha tal-istabbiliment ikunu rrappreżentati b’mod proporzjonali fil-kampjun;

(iv)

meta l-kampjuni jittieħdu minn grupp ta’ stabbilimenti li jrabbu l-molluski li evidentement ikollhom status epidemjoloġiku identiku, għandhom jiġu inklużi fil-kampjun molluski minn numru rappreżentattiv ta’ punti tat-teħid tal-kampjuni.

Il-fatturi ewlenin li jridu jitqiesu meta jintgħażlu dawk il-punti tat-teħid tal-kampjuni jridu jkunu d-densità tal-bhejjem, il-kurrenti tal-ilma, il-preżenza tal-ispeċijiet elenkati, l-ispeċijiet kemm suxxettibbli kif ukoll tal-vetturi, il-batimetrija u l-prattiki tal-immaniġġjar. Il-qigħan naturali fi ħdan jew biswit l-istabbiliment(i) tat-trobbija tal-molluski jridu jkunu inklużi fil-kampjun.

(d)

il-kriterji addizzjonali li ġejjin japplikaw meta jittieħdu kampjuni tal-krustaċji:

(i)

jekk ikunu preżenti krustaċji bla saħħa jew moribondi tal-ispeċijiet elenkati fl-unitajiet tal-produzzjoni, dawk il-krustaċji jridu jintgħażlu l-ewwel. Jekk ma jkunux preżenti annimali bħal dawn, il-krustaċji magħżula jridu jinkludu krustaċji ta’ klassijiet ta’ snin differenti, irrappreżentati b’mod proporzjonali fil-kampjun;

(ii)

jekk jintużaw aktar minn sors wieħed tal-ilma għall-produzzjoni tal-krustaċji, il-krustaċji tal-ispeċijiet elenkati li jirrappreżentaw is-sorsi kollha tal-ilma jridu jiġu inklużi fil-kampjun sabiex jiġi żgurat li l-partijiet kollha tal-istabbiliment ikunu rrappreżentati b’mod proporzjonali fil-kampjun;

(iii)

meta jkun meħtieġ il-ġbir ta’ kampjuni minn popolazzjonijiet selvaġġi tal-ispeċijiet elenkati skont l-Artikolu 102(a) ta’ dan ir-Regolament, in-numru u d-distribuzzjoni ġeografika tal-punti tat-teħid tal-kampjuni jridu jiġu ddeterminati b’mod li tiġi żgurata kopertura raġonevoli taż-żona suspettata li hija infettata.

Il-punti tat-teħid tal-kampjuni jridu jkunu rappreżentattivi tal-ekosistemi differenti fejn jinsabu l-popolazzjonijiet selvaġġi tal-ispeċijiet suxxettibbli, bħalma huma s-sistemi tal-baħar, tal-estwarji, tax-xmajjar u tal-lagi.

(e)

il-kriterji addizzjonali li ġejjin japplikaw għat-teħid ta’ kampjuni tal-ħut:

(i)

jekk ikun preżenti ħut bla saħħa, b’imġiba anormali jew li għadu kif miet, iżda mhux fi stadju ta’ dekompożizzjoni, dak il-ħut irid jintgħażel. Jekk ma jkunux preżenti annimali bħal dawn, il-ħut li jintgħażel irid jinkludi ħut tal-ispeċijiet elenkati, li jappartjeni għal klassijiet ta’ snin differenti, irrappreżentati b’mod proporzjonali fil-kampjun;

(ii)

jekk jintużaw aktar minn sors wieħed tal-ilma għall-produzzjoni tal-ħut, l-ispeċijiet elenkati li jirrappreżentaw is-sorsi kollha tal-ilma jridu jiġu inklużi fil-kampjun sabiex jiġi żgurat li l-partijiet kollha tal-istabbiliment ikunu rrappreżentati b’mod proporzjonali fil-kampjun;

(iii)

jekk ikunu preżenti t-trota qawsalla (Onchorynchus mykiss) jew id-dott tal-Ewropa ta’ Fuq (Perca fluviatilis), huwa biss il-ħut ta’ dawk l-ispeċijiet li jista’ jintgħażel fil-kampjuni. Jekk la t-trota qawsalla u lanqas id-dott tal-Ewropa ta’ Fuq ma jkunu preżenti, il-kampjun irid ikun rappreżentattiv tal-ispeċijiet elenkati l-oħrajn kollha preżenti, skont il-kriterji fil-punti (a) sa (d);

(iv)

meta jkun meħtieġ il-ġbir ta’ kampjuni minn popolazzjonijiet selvaġġi tal-ispeċijiet elenkati skont l-Artikolu 102(a) ta’ dan ir-Regolament, in-numru u d-distribuzzjoni ġeografika tal-punti tat-teħid tal-kampjuni jridu jiġu ddeterminati b’mod li tiġi żgurata kopertura raġonevoli taż-żona suspettata li hija infettata.

Il-punti tat-teħid tal-kampjuni jridu jkunu rappreżentattivi tal-ekosistemi differenti fejn jinsabu l-popolazzjonijiet selvaġġi tal-ispeċijiet suxxettibbli, bħas-sistemi tal-baħar, tal-estwarji, tax-xmajjar u tal-lagi.

(f)

l-għażla tal-organi li għandhom jittieħdu kampjuni tagħhom, il-preparazzjoni, il-ħżin u l-konsenja tal-kampjuni lejn il-laboratorju jridu jitwettqu f’konformità mar-rakkomandazzjonijiet mil-laboratorju ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea għall-marda rilevanti.

2.

Il-kampjuni jridu jiġu eżaminati fil-laboratorju bl-użu ta’ metodi u proċeduri dijanjostiċi approvati mil-laboratorju ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea għall-marda rilevanti.

ANNESS XIII

PERJODI MINIMI TA’ MISTRIEĦ SANITARJU TAL-ISTABBILIMENTI TAL-AKKWAKULTURA AFFETTWATI

Perjodi għall-mistrieħ sanitarju previsti fl-Artikolu 81 u perjodi għall-mistrieħ sanitarju sinkroniku previsti fl-Artikolu 96(4) u (5) ta’ dan ir-Regolament

Marda tal-kategorija A

Perjodu minimu ta’ mistrieħ sanitarju tal-istabbiliment affettwat

Perjodu minimu ta’ mistrieħ sanitarju sinkroniku tal-istabbilimenti affettwati fl-istess żona ta’ protezzjoni

Rekwiżiti supplimentari

Infezzjoni bil-Microcytos mackini

6 xhur

4 ġimgħat

Iridu jinkludu l-aktar perjodu kiesaħ tas-sena

Infezzjoni bil-Perkinsus marinus

6 xhur

4 ġimgħat

Iridu jinkludu l-aktar perjodu sħun tas-sena

Infezzjoni bil-virus tas-sindrome ta’ Taura

6 ġimgħat

4 ġimgħat

Iridu jinkludu l-aktar perjodu sħun tas-sena

Infezzjoni bil-virus tas-sindrome tar-ras safra

6 ġimgħat

3 ġimgħat

Iridu jinkludu l-aktar perjodu sħun tas-sena

In-nekrożi ematopojetika epiżotika

8 ġimgħat

4 ġimgħat

Iridu jinkludu l-aktar perjodu sħun tas-sena


ANNESS XIV

KRITERJI GĦALL-ISTABBILIMENT TAŻ-ŻONI RISTRETTI FIR-RIGWARD TAL-MARD TAL-KATEGORIJA A F’ANNIMALI AKKWATIĊI

1.

Iż-żoni ristretti msemmija fl-Artikolu 85 iridu jiġu definiti fuq bażi ta’ każ b’każ, billi jitqiesu mill-inqas il-fatturi li ġejjin:

(a)

in-numru akkumulat, il-perċentwal akkumulat u d-distribuzzjoni tal-mortalitajiet tal-molluski/krustaċji/ħut fl-istabbiliment jew fi grupp ta’ stabbilimenti tat-trobbija infettati b’mard tal-kategorija A;

(b)

informazzjoni rilevanti rigward movimenti minn u lejn l-istabbiliment(i) infettat(i);

(c)

id-distanza lejn u d-densità tal-istabbilimenti tal-viċinat;

(d)

il-preżenza ta’ annimali akkwatiċi selvaġġi;

(e)

kwalunkwe għarfien li jikkonċerna l-mortalitajiet, każijiet suspettati jew tifqigħat f’annimali akkwatiċi selvaġġi li huma jew jistgħu jkunu relatati mal-marda tal-kategorija A speċifika;

(f)

il-qrubija għall-istabbilimenti tal-ipproċessar u l-ispeċijiet preżenti f’dawk l-istabbilimenti, speċjalment fir-rigward tal-ispeċijiet elenkati;

(g)

il-prattiki tat-trobbija applikati fl-istabbilimenti affettwati u tal-viċinat;

(h)

il-kundizzjonijiet idrodinamiċi u fatturi identifikati oħrajn ta’ sinifikat epidemjoloġiku.

2.

Għad-demarkazzjoni ġeografika taż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza għal mard tal-kategorija A li jaffettwa l-molluski u l-krustaċji, japplikaw ir-rekwiżiti minimi li ġejjin:

(a)

iż-żona ta’ protezzjoni trid tiġi stabbilita fil-viċinanza immedjata ta’ stabbiliment jew grupp ta’ stabbilimenti tat-trobbija uffiċjalment ikkonfermnati bħala infettati b’marda tal-kategorija A u trid tikkorrespondi għal żona ddeterminata skont dejta idrodinamika u epidemjoloġika xierqa;

(b)

iż-żona ta’ sorveljanza trid tiġi stabbilita barra miż-żona ta’ protezzjoni u trid tikkorrespondi għal żona madwar iż-żona ta’ protezzjoni, iddeterminata skont dejta idrodinamika jew epidemjoloġika xierqa.

3.

Għad-demarkazzjoni ġeografika taż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza għal mard tal-kategorija A li jaffettwa l-ħut, japplikaw ir-rekwiżiti minimi li ġejjin:

(a)

iż-żona ta’ protezzjoni trid tiġi stabbilita madwar stabbiliment fejn tkun ġiet ikkonfermata infezzjoni bil-virus tan-nekrożi ematopojetika epiżootika (EHN). Din iż-żona għandha tikkorrespondi:

(i)

f’żoni kostali: għal żona inkluża f’ċirku b’raġġ ta’ mill-inqas eskursjoni waħda tal-marea jew mill-inqas 5 km, skont liema tkun l-akbar, iċċentrata fuq l-istabbiliment li fih l-infezzjoni b’EHN tkun ġiet ikkonfermata uffiċjalment, jew żona ekwivalenti ddeterminata skont data epidemjoloġika jew idrodinamika xierqa;

(ii)

f’żoni interni: għall-magħqad tal-ilma kollu tal-istabbiliment li fih l-infezzjoni b’EHN tkun ġiet ikkonfermata uffiċjalment. L-awtorità kompetenti tista’ tillimita l-estensjoni taż-żona għal partijiet tal-magħqad tal-ilma, jew taż-żona tal-istabbiliment, sakemm din ma tikkompromettix il-prevenzjoni tat-tixrid tal-marda;

(b)

iż-żona ta’ sorveljanza trid tiġi stabbilita mill-awtorità kompetenti barra miż-żona ta’ protezzjoni u trid:

(i)

f’żoni kostali: tikkorrespondi għal żona, madwar iż-żona ta’ protezzjoni, u fejn l-eskursjonijiet tal-marea huma sovrapposti; jew żona, madwar iż-żona ta’ protezzjoni, u inkluża f’ċirku b’raġġ ta’ 10 km miċ-ċentru taż-żona ta’ protezzjoni; jew żona ekwivalenti ddeterminata skont data idrodinamika jew epidemjoloġika xierqa;

(ii)

f’żoni interni: tkun żona estiża barra miż-żona ta’ protezzjoni stabbilita.


ANNESS XV

SKEMA TA’ SORVELJANZA U T-TUL TA’ ŻMIEN TAL-MIŻURI TA’ KONTROLL FIŻ-ŻONA TA’ SORVELJANZA GĦAL MARD TAL-KATEGORIJA A F’ANNIMALI TAL-AKKWAKULTURA

(imsemmija fl-Artikoli 98 u 101 ta’ dan ir-Regolament)

1.   Skema ta’ sorveljanza

L-istabbilimenti u l-gruppi ta’ stabbilimenti tal-akkwakultura li jżommu l-ispeċijiet elenkati f’żona ta’ sorveljanza jridu jgħaddu minn sorveljanza kif previst fl-Artikolu 98 sabiex jiġu vverifikati għal infezzjoni bil-marda tal-kategorija A rilevanti. Is-sorveljanza trid tinkludi żjarat tas-saħħa, inkluż teħid ta’ kampjuni minn unitajiet tal-produzzjoni. Dawk iż-żjarat iridu jsiru mill-awtorità kompetenti f’konformità mat-Tabelli 1 u 2.

Il-kriterji stabbiliti fil-punt 1 tal-Anness XII, kif xieraq għall-ispeċijiet, japplikaw għat-teħid tal-kampjuni.

Tabella 1

Skema għas-sorveljanza li tinkludi żjarat tas-saħħa u teħid ta’ kampjuni fi stabbilimenti u gruppi ta’ stabbilimenti għal mard tal-kategorija A f’annimali akkwatiċi, għajr in-nekrożi ematopojetika epiżootika

Marda tal-kategorija A

Numru ta’ żjarat tas-saħħa kull sena

Numru ta’ eżamijiet fil-laboratorji kull sena

Numru ta’ annimali fil-kampjun

Perjodu tas-sena għat-teħid tal-kampjuni

Perjodu ta’ residenza tal-annimali soġġetti għat-teħid ta’ kampjuni fl-istabbiliment

Infezzjoni bil-Microcytos mackini

1

1

150

Meta l-prevalenza ta’ infezzjoni hija magħrufa li tkun massima jew inkella f’April-Mejju, wara perjodu ta’ 3-4 xhur meta t-temperaturi tal-ilma baħar ikunu inqas minn 10 °C

4 xhur

Infezzjoni bil-Perkinsus marinus

1

1

150

Meta l-prevalenza ta’ infezzjoni hija magħrufa li tkun massima jew fix-xahar ta’ Settembru, Ottubru jew Novembru

4 xhur

Infezzjoni bil-virus tas-sindrome ta’ Taura

2

2

150

Fil-perjodu tas-sena meta t-temperatura tal-ilma x’aktarx tilħaq l-ogħla livell annwali tagħha

xahrejn

Infezzjoni bil-virus tas-sindrome tar-ras safra

2

2

150

Fil-perjodu tas-sena meta t-temperatura tal-ilma x’aktarx tilħaq l-ogħla livell annwali tagħha

xahrejn


Tabella 2

Skema speċifika għas-sorveljanza li tinkludi żjarat tas-saħħa u teħid ta’ kampjuni fi stabbilimenti għan-nekrożi ematopojetika epiżootika (EHN) f’annimali akkwatiċi  (1)

Tip ta’ stabbiliment

In-numru ta’ spezzjonijiet tas-saħħa kull sena (sentejn)

In-numru ta’ drabi li jittieħdu kampjuni kull sena (sentejn)

In-numru ta’ ħut fil-kampjun

In-numru ta’ ħut li qed jikber

In-numru ta’ ħut riproduttur (2)

(a)

Stabbilimenti b’ħut riproduttur

2

2

150 (l-ewwel u t-tieni spezzjoni)

150 (l-ewwel jew it-tieni spezzjoni)

(b)

Stabbilimenti b’ħut riproduttur biss

2

1

0

150 (2) (l-ewwel jew it-tieni spezzjoni)

(c)

Stabbilimenti mingħajr ħut riproduttur

2

2

150 (l-ewwel u t-tieni spezzjoni)

0

In-numru massimu ta’ ħut f’kull vaska: 10

2.   It-tul ta’ żmien tal-miżuri ta’ kontroll fiż-żona ta’ sorveljanza

Marda tal-kategorija A

Perjodi minimi ta’ sorveljanza

Infezzjoni bil-Microcytos mackini

3 snin

Infezzjoni bil-Perkinsus marinus

3 snin

Infezzjoni bil-virus tas-sindrome ta’ Taura

sentejn

Infezzjoni bil-virus tas-sindrome tar-ras safra

sentejn

In-nekrożi ematopojetika epiżotika

sentejn

Meta l-perjodu ta’ sorveljanza jkun għadda u ma tkun saret l-ebda skoperta ġdida ta’ infezzjoni bil-marda tal-kategorija A rilevanti, il-miżuri fiż-żona ta’ sorveljanza jridu jitneħħew kif previst fl-Artikolu 101 ta’ dan ir-Regolament.


(1)  It-teħid ta’ kampjuni tal-ħut għal eżami fil-laboratorju jrid isir kull meta t-temperatura tal-ilma tkun bejn 11-il°C u 20 °C. Ir-rekwiżit tat-temperatura tal-ilma jrid japplika wkoll għall-ispezzjonijiet tas-saħħa. Fi stabbilimenti fejn it-temperatura tal-ilma ma tilħaqx il-11 °C matul is-sena, it-teħid tal-kampjuni u ż-żjarat tas-saħħa jridu jsiru meta t-temperatura tal-ilma tkun fl-ogħla livell tagħha.

(2)  Il-kampjuni mill-ħut riproduttur ma għandhomx jinkludu fluwidi gonadali, sperma tal-ħut jew ova, minħabba li ma teżisti l-ebda evidenza ta’ EHN li tikkawża infezzjoni fl-apparat riproduttiv.