19.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 83/1

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/411

tad-19 ta’ Novembru 2019

li jemenda d-Direttiva 2009/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli u standards ta’ sigurtà għal vapuri tal-passiġġieri, fir-rigward tar-rekwiżiti tas-sikurezza għall-vapuri tal-passiġġieri involuti fi vjaġġi domestiċi

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 dwar regoli u standards ta’ sigurtà għall-vapuri tal-passiġġieri (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(2) tagħha,

Billi:

(1)

Il-Konvenzjonijiet Internazzjonali msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/45/KE ġew emendati. Rieżami dettaljat tal-elementi tekniċi wera wkoll li wħud mill-emendi preċedenti tal-Konvenzjonijiet Internazzjonali kienu tħallew barra.

(2)

Id-Direttiva (UE) 2017/2108 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) emendat id-definizzjoni ta’ “materjal ekwivalenti” biex tinkludi l-vapuri tal-aluminju fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2009/45/KE. Sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni armonizzata, jeħtieġ li jiddaħħlu għadd ta’ kjarifiki tekniċi fl-Annessi tad-Direttiva 2009/45/KE fir-rigward tal-vapuri tal-aluminju.

(3)

Barra minn hekk, id-Direttiva (UE) 2017/2108 eskludiet il-vapuri tal-passiġġieri b’tul ta’ inqas minn 24 metru mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2009/45/KE. Għalhekk, jenħtieġ li r-rekwiżiti tekniċi għal dawk il-vapuri jitħassru mill-Anness I tad-Direttiva 2009/45/KE.

(4)

Mill-esperjenza ħarġu fil-beraħ diversi ambigwitajiet u inkonsistenzi fir-rekwiżiti tekniċi relatati ma’ referenzi neqsin jew mhux korretti.

(5)

Il-Programm dwar l-Idoneità u l-Prestazzjoni tar-Regolamentazzjoni (REFIT) sab li l-format antikwat tal-Anness I tad-Direttiva 2009/45/KE kien qed ifisser li sar estremament diffiċli li l-istandards tas-sikurezza għall-vapuri tal-passiġġieri involuti fi vjaġġi domestiċi jitqabblu mar-rekwiżiti internazzjonali eżistenti. Il-kontroll tal-idoneità tar-REFIT kien jinkludi rakkomandazzjoni biex dak l-Anness jiġi ssimplifikat sabiex ikun jista’ jinftiehem iktar.

(6)

Sabiex ikun hemm din is-simplifikazzjoni u sabiex ikun jista’ jinftiehem iktar, filwaqt li jiġu aġġornati xi rekwiżiti tekniċi, jitqies li huwa xieraq li l-Anness I tad-Direttiva 2009/45/KE jiġi strutturat f’żewġ taqsimiet, waħda applikabbli għall-vapuri li l-prim tagħhom tqiegħed jew li kienu fi stadju simili ta’ kostruzzjoni qabel id-19 ta’ Settembru 2021, u l-oħra applikabbli għall-vapuri li l-prim tagħhom tqiegħed jew li kienu fi stadju simili ta’ kostruzzjoni waqt jew wara d-19 ta’ Settembru 2021. It-Taqsima 1 tal-Anness I għandu jkun fiha l-iktar aġġornamenti rilevanti li jikkonċernaw l-eliminazzjoni tad-dispożizzjonijiet kollha għall-vapuri tal-passiġġieri b’tul ta’ inqas minn 24 m, tad-dispożizzjonijiet għall-protezzjonijiet mill-istorbju, tal-proċeduri tal-irmunkar ta’ emerġenza, u tar-rekwiżiti għall-vapuri li jużaw karburanti b’punt ta’ fjammabbiltà baxx.

(7)

Mill-esperjenza bid-Direttiva 2009/45/KE ħareġ fil-beraħ li t-traspożizzjoni ta’ kull aġġornament tal-istandards internazzjonali fil-liġi nazzjonali jaf tieħu 30 xahar. Għalhekk, il-kontroll tal-idoneità tar-REFIT irrakkomanda li jiġi esplorat jekk il-proċedura attwali ta’ aġġornament tistax tiġi mħaffa sabiex b’hekk jitnaqqsu l-ispejjeż sussegwenti tat-traspożizzjoni għall-Istati Membri. Mill-esperjenza bl-implimentazzjoni ta’ Direttivi oħra f’dan il-qasam, ħareġ fil-beraħ li l-aġġornament tar-rekwiżiti tekniċi permezz ta’ Regolament inaqqas iż-żmien għall-adattament għar-rekwiżiti reveduti tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (“OMI”) u jelimina l-ispejjeż tat-traspożizzjoni għall-Istati Membri. Għaldaqstant, jenħtieġ li r-rekwiżiti tekniċi tas-sikurezza u l-formoli taċ-ċertifikati korrispondenti stipulati fl-Annessi I, II u III tad-Direttiva 2009/45/KE jiġu stabbiliti permezz ta’ Regolament.

(8)

Sabiex l-operaturi jkollhom żmien suffiċjenti biex jadattaw għar-rekwiżiti tekniċi emendati li hemm fl-Annessi ta’ dan ir-Regolament, kif ukoll biex l-Istati Membri jkunu jistgħu jħassru l-miżuri nazzjonali tagħhom li jittrasponu l-Annessi tad-Direttiva 2009/45/KE, u biex jadattaw id-dispożizzjonijiet nazzjonali tagħhom sabiex jiżguraw l-effettività sħiħa ta’ dawk ir-rekwiżiti tekniċi emendati, jenħtieġ li l-applikazzjoni tiġi ddifferita.

(9)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Direttiva 2009/45/KE tiġi emendata skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-Direttiva 2009/45/KE hija emendata kif ġej:

(1)

L-Anness I huwa sostitwit bit-test fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

(2)

L-Anness II huwa sostitwit bit-test fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

(3)

L-Anness III huwa sostitwit bit-test fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mid-19 ta’ Settembru 2021.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Novembru 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER

(1)  ĠU L 163, 25.6.2009, p. 1.

(2)  Id-Direttiva (UE) 2017/2108 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Novembru 2017 li temenda d-Direttiva 2009/45/KE dwar regoli u standards ta’ sigurtà għal vapuri tal-passiġġieri (ĠU L 315, 30.11.2017, p. 40).

WERREJ

ANNESS I 13
TAQSIMA 1 13
Rekwiżiti tas-sikurezza għall-vapuri tal-passiġġieri ġodda u eżistenti li l-prim tagħhom tqiegħed jew li kienu fi stadju simili ta’ kostruzzjoni qabel id-19 ta’ Settembru 2021 u li huma involuti fi vjaġġi domestiċi 13
KAPITOLU I 13
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI 13
KAPITOLU II-1 14
KOSTRUZZJONI — SUDDIVIŻJONI U STABBILTÀ, INSTALLAZZJONIJIET TAL-MAKKINARJU U TAL-ELETTRIKU 14
PARTI A 14
ĠENERALI 14

1.

Ir-Regolament II-1/A/1: Definizzjonijiet relatati mal-Parti B (R 2) 14

2.

Ir-Regolament II-1/A/2: Definizzjonijiet relatati mal-Partijiet C, D u E (R 3) 15
PARTI A-1 16
STRUTTURA TAL-VAPURI 16

1.

Ir-Regolament II-1/A-1/1: Installazzjoni ġdida ta’ materjali li fihom l-asbestos (R 3-5) 16

2.

Ir-Regolament II-1/A-1/2: Disinni tal-kostruzzjoni li jinżammu abbord u fuq l-art (R 3-7) 16

3.

Ir-Regolament II-1/A-1/3: Tagħmir tal-irmunkar u tal-irmiġġ (R 3-8) 16

4.

Ir-Regolament II-1/A-1/4: Protezzjoni kontra l-istorbju (R 3-12) 17

5.

Ir-Regolament II-1/A-1/5: Proċeduri tal-irmunkar ta’ emerġenza (R 3-4) 17
PARTI B 17
STABBILTÀ INTATTA, SUDDIVIŻJONI U STABBILTÀ F’KUNDIZZJONIJIET TA’ ĦSARA 17
Parti B-1 17
Vapuri li nbnew fl-1 ta’ Jannar 2009 jew wara – għażla tal-applikazzjoni tar-Riżoluzzjoni MSC.216.(82) 17
Parti B-2 17
Vapuri li nbnew qabel l-1 ta’ Jannar 2009 17

1.

Ir-Regolament II-1/B-2/1: Ir-Riżoluzzjoni A.749(18) dwar l-istabbiltà intatta kif emendata bir-Riżoluzzjoni MSC.75(69) 17

2.

Ir-Regolament II-1/B-2/2: Suddiviżjoni impermeabbli 18

3.

Ir-Regolament II-1/B-2/3: Tul li jista’ jegħreq (R 4) 18

4.

Ir-Regolament II-1/B-2/4: Tul permissibbli tal-kompartimenti (R 6) 19

5.

Ir-Regolament II-1/B-2/5: Permeabbiltà (R 5) 19

6.

Ir-Regolament II-1/B-2/6: Fattur tas-suddiviżjoni 19

7.

Ir-Regolament II-1/B-2/7: Rekwiżiti speċjali li jikkonċernaw is-suddiviżjoni tal-vapuri (R 7) 19

8.

Ir-Regolament II-1/B-2/8: Stabbiltà f’kundizzjonijiet ta’ ħsara (R 8) 20

8-1

Ir-Regolament II-1/B-2/8-1: Stabbiltà tal-vapuri ro-ro tal-passiġġieri f’kundizzjonijiet ta’ ħsara (R 8-1) 24

8-2

Ir-Regolament II-1/B-2/8-2: Rekwiżiti speċjali għall-vapuri ro-ro tal-passiġġieri li jġorru 400 persuna jew aktar (R 8-2) 24

8-3

Ir-Regolament II-1/B-2/8-3: Rekwiżiti speċjali għall-vapuri tal-passiġġieri, li mhumiex vapuri ro-ro tal-passiġġieri, li jġorru 400 persuna jew aktar 25

9.

Ir-Regolament II-1/B-2/9: Paratiji tal-ponta u tal-ispazju tal-makkinarju (R 10) 25

10.

Ir-Regolament II-1/B-2/10: Qigħan doppji (R 12) 26

11.

Ir-Regolament II-1/B-2/11: Assenjar, immarkar u reġistrazzjoni ta’ linji tat-tagħbija tas-suddiviżjoni (R 13) 27

12.

Ir-Regolament II-1/B-2/12: Kostruzzjoni u ttestjar inizjali tal-paratiji impermeabbli, eċċ. (R 14) 27

13.

Ir-Regolament II-1/B-2/13: Fetħiet f’paratiji impermeabbli (R 15) 28

14.

Ir-Regolament II-1/B-2/14: Vapuri li jġorru vetturi tal-merkanzija u l-persunal li jakkumpanjawhom (R 16) 33

15.

Ir-Regolament II-1/B-2/15: Fetħiet fil-kisi tal-qoxra taħt il-linja tal-marġni (R 17) 33

16.

Ir-Regolament II-1/B-2/16: Integrità tal-impermeabbiltà tal-vapuri tal-passiġġieri ’l fuq mil-linja tal-marġni (R 20) 35

17.

Ir-Regolament II-1/B-2/17: Għeluq tal-bibien li minnhom titgħabba l-merkanzija (R 20-1) 35

17-1

Ir-Regolament II-1/B-2/17-1: Integrità tal-impermeabbiltà mill-gverta tal-vapur ro-ro (gverta tal-paratija) għall-ispazji li jkunu taħt (R 20-2) 36

17-2

Ir-Regolament II-1/B-2/17-2: Aċċess għall-gverti ro-ro (R 20-3) 36

17-3

Ir-Regolament II-1/B-2/17-3: Għeluq tal-paratiji fuq il-gverta ro-ro (R 20-4) 36

18.

Ir-Regolament II-1/B-2/18: Informazzjoni dwar l-istabbiltà (R 22) 37

19.

Ir-Regolament II-1/B-2/19: Pjanijiet tal-kontroll tal-ħsarat (R 23) 37

20.

Ir-Regolament II-1/B-2/20: Integrità tal-buq u tas-sovrastruttura, prevenzjoni tal-ħsara u kontroll (R 23-2) 37

21.

Ir-Regolament II-1/B-2/21: Immarkar, tħaddim perjodiku u spezzjoni tal-bibien impermeabbli, eċċ. (R 24) 38

22.

Ir-Regolament II-1/B-2/22: Reġistrazzjonijiet fir-reġistru (R 25) 38

23.

Ir-Regolament II-1/B-2/23: Pjattaformi u rampi tal-karozzi li jistgħu jiġu olzati 38

24.

Ir-Regolament II-1/B-2/24: Ilqugħ 38
PARTI C 38
MAKKINARJU 38

1.

Ir-Regolament II-1/C/1: Ġenerali (R 26) 38

2.

Ir-Regolament II-1/C/2: Magni tal-kombustjoni interna (R 27) 39

3.

Ir-Regolament II-1/C/3: Arranġament tal-ippumpjar tas-sentina (R 21) 39

4.

Ir-Regolament II-1/C/4: Għadd u tip tal-pompi tas-sentina (R 21) 41

5.

Ir-Regolament II-1/C/5: Mezzi għall-moviment lura (R 28) 42

6.

Ir-Regolament II-1/C/6: Apparat għall-għoti tad-direzzjoni (R 29) 42

7.

Ir-Regolament II-1/C/7: Rekwiżiti addizzjonali għall-apparat elettriku u elettroidrawliku tal-għoti tad-direzzjoni (R 30) 44

8.

Ir-Regolament II-1/C/8: Sistemi tal-ventilazzjoni fl-ispazji tal-makkinarju (R 35) 45

9.

Ir-Regolament II-1/C/9: Komunikazzjoni bejn il-pont tan-navigazzjoni u l-ispazju tal-makkinarju (R 37) 45

10.

Ir-Regolament II-1/C/10: Allarm tal-inġiniera (R 38) 45

11.

Ir-Regolament II-1/C/11: Lok l-installazzjonijiet ta’ emerġenza (R 39) 45

12.

Ir-Regolament II-1/C/12: Kontrolli tal-makkinarju (R 31) 46

13.

Ir-Regolament II-1/C/13: Sistemi ta’ pajpijiet bl-istim (R 33) 48

14.

Ir-Regolament II-1/C/14: Sistemi tal-pressjoni tal-arja (R 34) 48

15.

Ir-Regolament II-1/C/15: Protezzjoni kontra l-istorbju (R 36) 48

16.

Ir-Regolament II-1/C/16: Liftijiet 48
PARTI D 49
INSTALLAZZJONIJIET ELETTRIĊI 49

1.

Ir-Regolament II-1/D/1: Ġenerali (R 40) 49

2.

Ir-Regolament II-1/D/2: Sors prinċipali tal-enerġija elettrika u tad-dawl (R 41) 49

3.

Ir-Regolament II-1/D/3: Sors ta’ emerġenza tal-enerġija elettrika (R 42) 50

4.

Ir-Regolament II-1/D/4: Dawl supplimentari ta’ emerġenza għall-vapuri ro-ro (R 42-1) 51

5.

Ir-Regolament II-1/D/5: Prekawzjonijiet kontra xokkijiet, nar u perikli oħra ta’ oriġini elettrika (R 45) 51
PARTI E 53
REKWIŻITI ADDIZZJONALI GĦALL-VAPURI LI NBNEW BI SPAZJI TAL-MAKKINARJU LI PERJODIKAMENT MA JKOLLHOMX NIES MAGĦHOM 53
Kunsiderazzjoni speċjali (R 54) 53

1.

Ir-Regolament II-1/E/1: Ġenerali (R 46) 53

2.

Ir-Regolament II-1/E/2: Prekawzjonijiet kontra n-nar (R 47) 53

3.

Ir-Regolament II-1/E/3: Protezzjoni kontra t-tgħarriq (R 48) 53

4.

Ir-Regolament II-1/E/4: Kontroll tal-makkinarju tal-propulsjoni mill-pont tan-navigazzjoni (R 49) 54

5.

Ir-Regolament II-1/E/5: Komunikazzjoni (R 50) 54

6.

Ir-Regolament II-1/E/6: Sistema tal-allarm (R 51) 54

7.

Ir-Regolament II-1/E/7: Sistemi tas-sikurezza (R 52) 55

8.

Ir-Regolament II-1/E/8: Rekwiżiti speċjali għall-installazzjonijiet tal-makkinarju, tal-bojlers u tal-elettriku (R 53) 55

9.

Ir-Regolament II-1/E/9: Sistemi awtomatiċi tal-kontroll u tal-allarm (R 53.4) 55
PARTI G 56
Vapuri li jużaw karburanti b’punt ta’ fjammabbiltà baxx 56

1.

Ir-Regolament II-1/G/1: Rekwiżiti għall-vapuri li jużaw karburanti b’punt ta’ fjammabbiltà baxx (R 57) 56
KAPITOLU II-2 56
PROTEZZJONI MIN-NAR, INDIVIDWAZZJONI TAN-NAR U TIFI TAN-NAR 56
PARTI A 56
ĠENERALI 56

1.

Ir-Regolament II-2/A/1: Prinċipji bażiċi (R 2) 56

2.

Ir-Regolament II-2/A/2: Definizzjonijiet (R 3) 57

3.

Ir-Regolament II-2/A/3: Pompi tan-nar, mejns tan-nar, idranti, pajpijiet u żennuni (R 4) 62

4.

Ir-Regolament II-2/A/4: Sistemi tat-tifi tan-nar fissi (R 5 + 8 + 9 + 10) 64

5.

Ir-Regolament II-2/A/5: Apparati tat-tifi tan-nar li jistgħu jinġarru (R 6) 68

6.

Ir-Regolament II-2/A/6: Arranġamenti għat-tifi tan-nar fi spazji tal-makkinarju (R 7) 69

7.

Ir-Regolament II-2/A/7: Arranġamenti speċjali fi spazji tal-makkinarju (R 11) 71

8.

Ir-Regolament II-2/A/8: Sistemi awtomatiċi tal-bexxixiet, tal-individwazzjoni tan-nar u tal-allarm tan-nar (R 12) 71

9.

Ir-Regolament II-2/A/9: Sistemi fissi tal-individwazzjoni tan-nar u tal-allarm tan-nar (R 13) 73

10.

Ir-Regolament II-2/A/10: Arranġamenti għall-karburant taż-żejt, għaż-żejt lubrifikanti u għal żjut oħra li jieħdu n-nar (R 15) 76

11.

Ir-Regolament II-2/A/11: Ilbies tal-ħaddiem tat-tifi tan-nar (R 17) 80

12.

Ir-Regolament II-2/A/12: Oġġetti varji (R 18) 81

13.

Ir-Regolament II-2/A/13: Pjanijiet tal-kontroll tan-nar (R 20) 84

14.

Ir-Regolament II-2/A/14: Prontezza operattiva u manutenzjoni 84

15.

Ir-Regolament II-2/A/15: Struzzjonijiet, taħriġ abbord u proċeduri ta’ prova 85

16.

Ir-Regolament II-2/A/16: Operazzjonijiet 86
PARTI B 86
MIŻURI TA’ SIKUREZZA KONTRA N-NAR 86

1.

Ir-Regolament II-2/B/1: Struttura (R 23) 86

2.

Ir-Regolament II-2/B/2: Żoni vertikali u żoni orizzontali prinċipali (R 24) 87

3.

Ir-Regolament II-2/B/3: Paratiji f’żona vertikali prinċipali (R 25) 88

4.

Ir-Regolament II-2/B/4: Integrità fir-rigward tar-reżistenza għan-nirien tal-paratiji u tal-gverti fil-vapuri ġodda li jġorru aktar minn 36 passiġġier (R 26) 88

5.

Ir-Regolament II-2/B/5: Integrità fir-rigward tar-reżistenza għan-nirien tal-paratiji u tal-gverti fil-vapuri ġodda li jġorru mhux aktar minn 36 passiġġier u fil-vapuri eżistenti tal-klassi B li jġorru aktar minn 36 passiġġier (R 27) 94

6.

Ir-Regolament II-2/B/6: Mezzi ta’ ħrib (R 28) 99

6-1

Ir-Regolament II-2/B/6-1: Rotot ta’ ħrib fuq vapuri ro-ro tal-passiġġieri (R 28-1) 103

7.

Ir-Regolament II-2/B/7: Penetrazzjonijiet u fetħiet fid-diviżjonijiet tal-klassi “A” u “B” (R 30, 31) 104

8.

Ir-Regolament II-2/B/8: Protezzjoni tat-turġien u tal-liftijiet fl-ispazji tal-akkomodazzjoni u tas-servizz (R 29) 107

9.

Ir-Regolament II-2/B/9: Sistemi ta’ ventilazzjoni għall-vapuri li nbnew qabel l-1 ta’ Jannar 2018 (R 32) 108

9a

Ir-Regolament II-2/B/9a: Sistemi ta’ ventilazzjoni fil-vapuri 112

10.

Ir-Regolament II-2/B/10: Twieqi u fetħiet fil-ġenb (R 33) 115

11.

Ir-Regolament II-2/B/11: Użu ristrett ta’ materjal li jaqbad (R 34) 116

12.

Ir-Regolament II-2/B/12: Dettalji tal-kostruzzjoni (R 35) 117

13.

Ir-Regolament II-2/B/13: Sistemi fissi tal-individwazzjoni tan-nirien u tal-allarm tan-nirien u sistemi awtomatiċi tal-bexxixiet, tal-individwazzjoni tan-nirien u tal-allarm tan-nirien (R 14) (R 36) 118

14.

Ir-Regolament II-2/B/14: Protezzjoni tal-ispazji ta’ kategorija speċjali (R 37) 119

15.

Ir-Regolament II-2/B/15: Rondi tal-għassa għan-nar, sistemi tal-individwazzjoni, tal-allarm u tat-tgħarrif pubbliku (R 40) 122

16.

Ir-Regolament II-2/B/16: Titjib tal-vapuri eżistenti tal-klassi B li jġorru aktar minn 36 passiġġier (R 41-1) 123

17.

Ir-Regolament II-2/B/17: Rekwiżiti speċjali għall-vapuri li jġorru oġġetti perikolużi (R 41) 125

18.

Ir-Regolament II-2/B/18: Rekwiżiti speċjali għall-faċilitajiet tal-ħelikopters 125
KAPITOLU III 125
TAGĦMIR TAS-SALVATAĠĠ 125

1.

Ir-Regolament III/1: Definizzjonijiet (R 3) 125

2.

Ir-Regolament III/2: Mezzi tal-komunikazzjoni, inġenji tal-baħar tas-sopravivenza u dgħajjes tas-salvataġġ, tagħmir personali tas-salvataġġ (R 6 + 7 + 18 + 21 + 22) 125

3.

Ir-Regolament III/3: Sistema tal-allarm ta’ emerġenza, sistema tat-tgħarrif pubbliku, lista tal-ġmigħ tan-nies u struzzjonijiet ta’ emerġenza, persunal ta’ komunikazzjoni bir-radju, struzzjonijiet tat-tħaddim, manwali tat-taħriġ u struzzjonijiet għall-manutenzjoni (R 6 + 8 + 9 + 19 + 20) 127

4.

Ir-Regolament III/4: Tqegħid ta’ nies mal-inġenji tal-baħar tas-sopravivenza u superviżjoni (R 10) 129

5.

Ir-Regolament III/5: Arranġamenti għall-ġmigħ tan-nies u għall-imbarkazzjoni fuq l-inġenji tal-baħar tas-sopravivenza (R 11 + 23 + 25) 129

5-1

Ir-Regolament III/5-1: Rekwiżiti għall-vapuri ro-ro tal-passiġġieri (R 26); 130

5-2

Ir-Regolament III/5-2: Pjattaformi tal-ħelikopters u żoni minn fejn jinġabru n-nies (R 28) 132

5-3

Ir-Regolament III/5-3: Sistema ta’ appoġġ għad-deċiżjonijiet għall-kaptani (R 29) 132

6.

Ir-Regolament III/6: Stazzjonijiet tal-varar (R 12) 133

7.

Ir-Regolament III/7: Stivar tal-inġenji tal-baħar tas-sopravivenza (R 13 + 24) 133

8.

Ir-Regolament III/8: Stivar tad-dgħajjes tas-salvataġġ (R 14) 134

8 a

Ir-Regolament III/8a: Stivar tas-sistemi tal-evakwazzjoni marina (R 15) 134

9.

Ir-Regolament III/9: Arranġamenti tal-varar tal-inġenji tal-baħar tas-sopravivenza u arranġamenti tal-irkupru (R 16) 134

10.

Ir-Regolament III/10: Arranġamenti tal-imbarkazzjoni, tal-varar u tal-irkupru tad-dgħajjes tas-salvataġġ (R 17) 135

10 a

Ir-Regolament III/10 a: Irkupru ta’ persuni mill-ilma 136

11.

Ir-Regolament III/11: Struzzjonijiet ta’ emerġenza (R 19) 136

12.

Ir-Regolament III/12: Prontezza għat-tħaddim, manutenzjoni u spezzjonijiet (R 20) 136

13.

Ir-Regolament III/13: Taħriġ u proċeduri ta’ prova tal-abbandun tal-vapuri (R 19 + R 30) 136

14.

Ir-Regolament III/14: Rekords (R 19.5) 137
KAPITOLU IV 138
KOMUNIKAZZJONIJIET BIR-RADJU 138

1.

Ir-Regolament IV/1: Tagħmir tal-Komunikazzjoni bir-Radju 138
TAQSIMA 2 138
Rekwiżiti tas-Sikurezza għall-vapuri tal-passiġġieri ġodda li l-prim tagħhom tqiegħed jew li kienu fi stadju simili ta’ kostruzzjoni waqt jew wara d-19 ta’ Settembru 2021 u li huma involuti fi vjaġġi domestiċi 138
KAPITOLU I 138
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI 138
KAPITOLU II-1 139
KOSTRUZZJONI — STRUTTURA, SUDDIVIŻJONI U STABBILTÀ, INSTALLAZZJONIJIET TAL-MAKKINARJU U TAL-ELETTRIKU 139
PARTI A 139
ĠENERALI 139
Ir-Regolament II-1/A/3: Definizzjonijiet relatati mal-Partijiet A-1, C, D u E 139
PARTI A-1 140
STRUTTURA TAL-VAPURI 140
Ir-Regolament II-1/A-1/3-2: Kisjiet protettivi ta’ tankijiet tas-saborra apposta għall-ilma baħar 140
Ir-Regolament II-1/A-1/3-4: Proċeduri tal-irmunkar ta’ emerġenza 140
Ir-Regolament II-1/A-1/3-5: Installazzjoni ġdida ta’ materjali li fihom l-asbestos 140
Ir-Regolament II-1/A-1/3-7: Disinni tal-kostruzzjoni li jinżammu abbord u fuq l-art 141
Ir-Regolament II-1/A-1/3-8: Tagħmir tal-irmunkar u tal-irmiġġ 141
Ir-Regolament II-1/A-1/3-9: Mezzi tal-imbarkazzjoni u tal-iżbark fuq/minn fuq il-vapuri 141
Ir-Regolament II-1/A-1/3-12: Protezzjoni kontra l-istorbju 141
PARTI B 142
STABBILTÀ INTATTA, SUDDIVIŻJONI U STABBILTÀ F’KUNDIZZJONIJIET TA’ ĦSARA 142
PARTI C 142
MAKKINARJU 142
Ir-Regolament II-1/C/26: Ġenerali 142
Ir-Regolament II-1/C/27: Magni tal-kombustjoni interna 142
Ir-Regolament II-1/C/28: Mezzi għall-moviment lura 142
Ir-Regolament II-1/C/29: Apparat għall-għoti tad-direzzjoni 142
Ir-Regolament II-1/C/30: Rekwiżiti addizzjonali għall-apparat elettriku u elettroidrawliku tal-għoti tad-direzzjoni 145
Ir-Regolament II-1/C/31: Kontrolli tal-makkinarju 145
Ir-Regolament II-1/C/33: Sistemi ta’ pajpijiet bl-istim 146
Ir-Regolament II-1/C/34: Sistemi tal-pressjoni tal-arja 147
Ir-Regolament II-1/C/35: Sistemi tal-ventilazzjoni fl-ispazji tal-makkinarju 147
Ir-Regolament II-1/C/35-1: Arranġament tal-ippumpjar tas-sentina 147
Ir-Regolament II-1/C/37: Komunikazzjoni bejn il-pont tan-navigazzjoni u l-ispazju tal-makkinarju 150
Ir-Regolament II-1/C/38: Allarm tal-inġiniera 150
Ir-Regolament II-1/C/39: Lok l-installazzjonijiet ta’ emerġenza 150
PARTI D 151
INSTALLAZZJONIJIET ELETTRIĊI 151
Ir-Regolament II-1/D/40: Ġenerali 151
Ir-Regolament II-1/D/41: Sors prinċipali tal-enerġija elettrika u tad-dawl 151
Ir-Regolament II-1/D/42: Sors ta’ emerġenza tal-enerġija elettrika 151
Ir-Regolament II-1/D/42-1: Dawl supplimentari ta’ emerġenza għall-vapuri ro-ro 153
Ir-Regolament II-1/D/44: Arranġamenti tal-istartjar għal settijiet tal-ġenerazzjoni ta’ emerġenza 153
Ir-Regolament II-1/D/45: Prekawzjonijiet kontra xokkijiet, nar u perikli oħra ta’ oriġini elettrika 154
PARTI E 155
REKWIŻITI ADDIZZJONALI GĦALL-VAPURI LI NBNEW BI SPAZJI TAL-MAKKINARJU LI PERJODIKAMENT MA JKOLLHOMX NIES MAGĦHOM 155
Ir-Regolament II-1/E/46: Ġenerali 155
Ir-Regolament II-1/E/47: Prekawzjonijiet kontra n-nar 155
Ir-Regolament II-1/E/48: Protezzjoni kontra t-tgħarriq 155
Ir-Regolament II-1/E/49: Kontroll tal-makkinarju tal-propulsjoni mill-pont tan-navigazzjoni 156
Ir-Regolament II-1/E/50: Komunikazzjoni 156
Ir-Regolament II-1/E/51: Sistema tal-allarm 156
Ir-Regolament II-1/E/52: Sistemi tas-sikurezza 157
Ir-Regolament II-1/E/53: Rekwiżiti speċjali għall-installazzjonijiet tal-makkinarju, tal-bojlers u tal-elettriku 157
Ir-Regolament II-1/E/54: Kunsiderazzjoni speċjali 157
PARTI G 158
Vapuri li jużaw karburanti b’punt ta’ fjammabbiltà baxx 158
Ir-Regolament II-1/G/57: Rekwiżiti għall-vapuri li jużaw karburanti b’punt ta’ fjammabbiltà baxx 158
PARTI Z 158
REKWIŻITI SPEĊIFIĊI TAD-DIRETTIVA 2009/45/KE 158
Ir-Regolament II-1/Z/100: Pjattaformi u rampi tal-karozzi li jistgħu jiġu olzati 158
Ir-Regolament II-1/Z/101: Ilqugħ 158
Ir-Regolament II-1/Z/102: Liftijiet 158
KAPITOLU II-2 158
PROTEZZJONI MIN-NAR, INDIVIDWAZZJONI TAN-NAR U TIFI TAN-NAR 158
PARTI A 158
ĠENERALI 158
Ir-Regolament II-2/A/1 Applikazzjoni 158
Ir-Regolament II-2/A/2: Objettivi u rekwiżiti funzjonali tas-sikurezza f’każ ta’ nirien 159
Ir-Regolament II-2/A/3: Definizzjonijiet 159
PARTI B 163
PREVENZJONI TAN-NAR U TA’ SPLUŻJONI 163
Ir-Regolament II-2/B/4: Probabbiltà ta’ tqabbid 163
Ir-Regolament II-2/B/5: Potenzjal li n-nar jikber 168
Ir-Regolament II-2/B/6: Potenzjal ta’ ġenerazzjoni ta’ duħħan u tossiċità 169
PARTI C 170
TRAŻŻIN TAN-NAR 170
Ir-Regolament II-2/C/7: Individwazzjoni u allarm 170
Ir-Regolament II-2/C/8: Kontroll tat-tifrix tad-duħħan 172
Ir-Regolament II-2/C/9: Żamma tan-nar 173
Ir-Regolament II-2/C/10: Tifi tan-nar 195
Ir-Regolament II-2/C/11: Integrità strutturali 203
PARTI D 204
ĦRIB 204
Ir-Regolament II-2/D/12: Notifika tal-ekwipaġġ u tal-passiġġieri 204
Ir-Regolament II-2/D/13: Mezzi ta’ ħrib 205
PARTI E 210
REKWIŻITI OPERATTIVI 210
Ir-Regolament II-2/E/14: Prontezza operattiva u manutenzjoni 210
Ir-Regolament II-2/E/15: Struzzjonijiet, taħriġ abbord u proċeduri ta’ prova 211
Ir-Regolament II-2/E/16: Operazzjonijiet 212
PARTI G 213
REKWIŻITI SPEĊJALI 213
Ir-Regolament II-2/G/18: Rekwiżiti speċjali għall-faċilitajiet tal-ħelikopters 213
Ir-Regolament II-2/G/19: Rekwiżiti speċjali għall-vapuri li jġorru oġġetti perikolużi 213
Ir-Regolament II-2/G/20: Protezzjoni ta’ spazji ta’ kategorija speċjali u tal-merkanzija tal-vapuri ro-ro 213
KAPITOLU III 217
TAGĦMIR TAS-SALVATAĠĠ 217
Ir-Regolament III/1: Definizzjonijiet (R 3) 217
Ir-Regolament III/2: Mezzi tal-komunikazzjoni, inġenji tal-baħar tas-sopravivenza u dgħajjes tas-salvataġġ, tagħmir personali tas-salvataġġ (R 6 + 7 + 18 + 21 + 22) 217
Ir-Regolament III/3: Sistema tal-allarm ta’ emerġenza, sistema tat-tgħarrif pubbliku, lista tal-ġmigħ tan-nies u struzzjonijiet ta’ emerġenza, persunal ta’ komunikazzjoni bir-radju, struzzjonijiet tat-tħaddim, manwali tat-taħriġ u struzzjonijiet għall-manutenzjoni (R 6 + 8 + 9 + 19 + 20) 219
Ir-Regolament III/4: Tqegħid ta’ nies mal-inġenji tal-baħar tas-sopravivenza u superviżjoni (R 10) 221
Ir-Regolament III/5: Arranġamenti għall-ġmigħ tan-nies u għall-imbarkazzjoni fuq l-inġenji tal-baħar tas-sopravivenza (R 11 + 23 + 25) 221
Ir-Regolament III/5-1: Rekwiżiti għall-vapuri ro-ro tal-passiġġieri (R 26); 222
Ir-Regolament III/5-2: Pjattaformi tal-ħelikopters u żoni minn fejn jinġabru n-nies (R 28) 223
Ir-Regolament III/5-3: Sistema ta’ appoġġ għad-deċiżjonijiet għall-kaptani (R 29) 223
Ir-Regolament III/6: Stazzjonijiet tal-varar (R 12) 224
Ir-Regolament III/7: Stivar tal-inġenji tal-baħar tas-sopravivenza (R 13 + 24) 224
Ir-Regolament III/8: Stivar tad-dgħajjes tas-salvataġġ (R 14) 225
Ir-Regolament III/8a: Stivar tas-sistemi tal-evakwazzjoni marina (R 15) 225
Ir-Regolament III/9: Arranġamenti tal-varar tal-inġenji tal-baħar tas-sopravivenza u arranġamenti tal-irkupru (R 16) 225
Ir-Regolament III/10: Arranġamenti tal-imbarkazzjoni, tal-varar u tal-irkupru tad-dgħajjes tas-salvataġġ (R 17) 226
Ir-Regolament III/10 a: Irkupru ta’ persuni mill-ilma 226
Ir-Regolament III/11: Struzzjonijiet ta’ emerġenza (R 19) 226
Ir-Regolament III/12: Prontezza għat-tħaddim, manutenzjoni u spezzjonijiet (R 20) 227
Ir-Regolament III/13: Taħriġ u proċeduri ta’ prova tal-abbandun tal-vapuri (R 19 + R 30) 227
Ir-Regolament III/14: Rekords (R 19.5) 228
KAPITOLU IV 228
KOMUNIKAZZJONIJIET BIR-RADJU 228
Ir-Regolament IV/1: Tagħmir tal-Komunikazzjoni bir-Radju 228

ANNESS I

“ANNESS I

TAQSIMA 1

REKWIŻITI TAS-SIKUREZZA GĦALL-VAPURI TAL-PASSIĠĠIERI ĠODDA U EŻISTENTI LI L-PRIM TAGĦHOM TQIEGĦED JEW LI KIENU FI STADJU SIMILI TA’ KOSTRUZZJONI QABEL ID-19 TA’ SETTEMBRU 2021 U LI HUMA INVOLUTI FI VJAĠĠI DOMESTIĊI

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

1.

It-Taqsima 1 tapplika għall-vapuri tal-passiġġieri ġodda u eżistenti li l-prim tagħhom tqiegħed jew li kienu fi stadju simili ta’ kostruzzjoni qabel id-19 ta’ Settembru 2021.

4.

Il-vapuri eżistenti tal-klassi C u D ma għandhomx għalfejn jikkonformaw mar-Regolamenti tal-Kapitoli II-1 u II-2 ta’ din it-Taqsima, diment li l-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera, li dawn il-vapuri jkollhom il-jedd itajru l-bandiera tiegħu, tiżgura li jikkonformaw mar-regoli nazzjonali tal-Istat tal-bandiera u li dawn ir-regoli jiggarantixxu livell ekwivalenti ta’ sikurezza daqs ir-regoli applikabbli għall-vapuri ġodda tal-klassi C u D jew għall-vapuri eżistenti tal-klassi B.

6.

Irrispettivament minn dak li huwa previst fl-Artikolu 6.1(b), il-vapuri tal-klassi D li ma jestendux il-vjaġġ tagħhom ’il barra miż-Żona tal-Baħar A 1, kif definit fir-Regolament IV/2.12 tal-Konvenzjoni SOLAS tal-1974, ma għandhomx l-obbligu li jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-ġarr fil-Kapitolu IV tal-Konvenzjoni SOLAS tal-1974, iżda għandhom tal-anqas jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet fil-Kapitolu IV ta’ dan l-Anness.

7.

Id-dispożizzjonijiet għall-viżibbiltà fuq il-pont tan-navigazzjoni fir-Regolament V/22 tal-Konvenzjoni SOLAS tal-1974, għandhom sa fejn huwa prattikabbli u raġonevoli, japplikaw ukoll għall-vapuri ta’ tul inqas minn 55 metru, fejn “tul” huwa kif definit fir-Regolament V/2 tal-Konvenzjoni SOLAS tal-1974.

8.

Kull fejn l-applikazzjoni ta’ riżoluzzjoni tal-OMI hija meħtieġa f’din it-Taqsima għall-vapuri eżistenti, vapuri li nbnew sa sentejn wara d-data tal-adozzjoni mill-OMI ta’ din ir-riżoluzzjoni, ma hemmx għalfejn jikkonformaw ma’ din ir-riżoluzzjoni diment li jikkonformaw mar-riżoluzzjoni(jiet) preċedenti applikabbli, jekk ikun hemm.

10.

F’din it-Taqsima, l-indikazzjoni “(R…)” wara diversi titoli ta’ Regolamenti tirreferi għar-Regolamenti tal-Konvenzjoni SOLAS tal-1974, li fuqha huma bbażati r-Regolamenti ta’ din it-Taqsima, jiġifieri:

1.

Il-Kapitolu II-1: Il-Parti A-1, isiru referenzi għall-Konvenzjoni SOLAS, inkluż l-emendi tal-2006.

2.

Il-Kapitolu II-1: Il-Parti A u B, isiru referenzi għall-Konvenzjoni SOLAS, inkluż l-emendi tas-96/tat-98.

3.

Il-Kapitolu II-2: Il-Parti A, ir-Regolamenti II-2/A/1 u II-2/A/2, isiru referenzi għall-Konvenzjoni SOLAS, inkluż l-emendi tal-1999/2000. Ir-Regolament II-2/A/1, paragrafu 3, issir referenza għall-Parti F (Disinni u arranġamenti alternattivi) tal-Kapitolu II-2 revedut (Emendi tal-2000) tal-Konvenzjoni SOLAS tal-1974, għall-vapuri ġodda li nbnew fl-1 ta’ Jannar 2003 jew wara. Il-Kapitolu II-2: Il-Parti A, ir-Regolamenti II-2/A/3 – II-2/A/16 u l-Parti B, ir-Regolamenti II-2/B/1 – II-2/B/18, isiru referenzi għall-Konvenzjoni SOLAS, inkluż l-emendi tas-96/tat-98.

4.

Il-Kapitolu III: Isiru referenzi għall-emendi tas-96/tat-98 u għall-emendi tal-2001 – 2003 tal-Konvenzjoni SOLAS.

11.

Dispożizzjonijiet applikabbli għall-VAPURI TAL-KLASSI A jistgħu jinsabu:

fil-Kapitolu II-1/A-1, ir-Regolament II-1/A-1/1,

fil-Kapitolu II-1/B-2, ir-Regolamenti II-1/B-2/1, II-1/B-2/23 u II-1/B-2/24,

fil-Kapitolu II-1/C, ir-Regolamenti II-1/C/1, II-1/C/3 u II-1/C/16,

fil-Kapitolu II-2/A, ir-Regolamenti II-2/A/4, II-2/A/9 u II-2/A/12, u

fil-Kapitolu II-2/B, ir-Regolament II-2/B/6.

12.

Dispożizzjonijiet applikabbli għall-VAPURI RO-RO TAL-PASSIĠĠIERI TAL-KLASSI A:

fil-Kapitolu II-1/B-2, ir-Regolamenti II-1/B-2/17-2, II-1/B-2/20.

KAPITOLU II-1

KOSTRUZZJONI — SUDDIVIŻJONI U STABBILTÀ, INSTALLAZZJONIJIET TAL-MAKKINARJU U TAL-ELETTRIKU

PARTI A

ĠENERALI

1.   Ir-Regolament II-1/A/1: Definizzjonijiet relatati mal-Parti B (R 2)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

1

1.

Il-linja tat-tagħbija tas-suddiviżjoni hija l-linja tal-ilma li tintuża biex tiġi stabbilita s-suddiviżjoni tal-vapur.

2.

Il-linja tat-tagħbija tas-suddiviżjoni l-aktar fonda hija l-linja tal-ilma li tikkorrispondi mal-akbar pixka permessa mir-rekwiżiti tas-suddiviżjoni applikabbli.

2

It-tul tal-vapur huwa t-tul imkejjel bejn il-perpendikulari meħuda mit-truf tal-linja tat-tagħbija tas-suddiviżjoni l-aktar fonda.

3

Il-wisa’ tal-vapur hija l-akbar wisa’ minn barra ta’ qafas sa barra ta’ qafas mal-linja tat-tagħbija tas-suddiviżjoni l-aktar fonda jew taħtha.

4

Il-pixka hija d-distanza vertikali mil-linja bażi ffurmata f’nofs il-vapur sal-linja tat-tagħbija tas-suddiviżjoni inkwistjoni.

5

Il-piż mejjet huwa d-differenza f’tunnellati bejn l-ispostament ta’ vapur fl-ilma ta’ gravità speċifika ta’ 1,025 mal-linja tal-ilma tat-tagħbija li tikkorrispondi mal-għoli barra mill-ilma tas-sajf assenjat u mal-ispostament ħafif tal-vapur.

6

L-ispostament ħafif huwa l-ispostament ta’ vapur f’tunnellati mingħajr merkanzija, karburant, żejt lubrifikanti, ilma tas-saborra, ilma ħelu u ilma għal servizzi fit-tankijiet, ħażniet għall-oġġetti tal-konsum, u l-passiġġieri u l-ekwipaġġ u l-effetti personali tagħhom.

7

Il-gverta tal-paratija hija l-gverta ta’ fuq nett li sa magħha jitwasslu l-paratiji impermeabbli trasversali.

8

Il-linja tal-marġni hija linja mmarkata tal-anqas 76 mm taħt il-wiċċ ta’ fuq tal-gverta tal-paratija mal-ġenb.

9

Il-permeabbiltà ta’ spazju hija l-perċentwal ta’ dak l-ispazju li jista’ jiġi okkupat mill-ilma. Il-volum ta’ spazju li jestendi ’l fuq mil-linja tal-marġni għandu jitkejjel biss sal-għoli ta’ dik il-linja.

10

L-ispazju tal-makkinarju għandu jittieħed bħala li jestendi mil-linja bażi ffurmata sal-linja tal-marġni u bejn il-paratiji impermeabbli trasversali ewlenin estremi, li jikkonfinaw l-ispazji li jkun fihom il-makkinarju ewlieni u awżiljarju ta’ propulsjoni, u l-bojlers li jservu l-ħtiġijiet ta’ propulsjoni.

11

L-ispazji tal-passiġġieri huma dawk l-ispazji li huma pprovduti għall-akkomodazzjoni u għall-użu tal-passiġġieri, eskluż il-kmamar tal-bagalji, tal-ħżin, tal-provvisti u tal-posta.

12

Impermeabbli b’rabta ma’ struttura tfisser li kapaċi tevita li jgħaddi l-ilma mill-istruttura fi kwalunkwe direzzjoni taħt wiċċ l-ilma li x’aktarx jista’ jseħħ fil-kundizzjoni intatta jew dik bil-ħsara.

13

Reżistenti għall-maltemp tfisser li l-ilma ma jippenetrax fil-vapur fi kwalunkwe kundizzjoni tal-baħar.

14

Vapur ro-ro tal-passiġġieri tfisser vapur tal-passiġġieri bi spazji tal-merkanzija tal-vapuri ro-ro jew bi spazji ta’ kategorija speċjali kif definit fir-Regolament II-2/A/2.

2.   Ir-Regolament II-1/A/2: Definizzjonijiet relatati mal-Partijiet C, D u E (R 3)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

1

1.

Is-sistema tal-kontroll tal-apparat tal-għoti tad-direzzjoni hija t-tagħmir li bih jintbagħtu l-ordnijiet mill-pont tan-navigazzjoni għall-unitajiet li jħaddmu l-apparat tal-għoti tad-direzzjoni. Is-sistemi tal-kontroll tal-apparat tal-għoti tad-direzzjoni jinkludu t-trażmettituri, ir-riċevituri, il-pompi tal-kontroll idrawliċi u l-muturi assoċjati magħhom, il-kontrolluri tal-muturi, il-pajpijiet u l-kejbils.

2.

L-apparat prinċipali tal-għoti tad-direzzjoni huwa l-makkinarju, l-attwaturi tat-tmun, l-unitajiet tal-enerġija tal-apparat tal-għoti tad-direzzjoni, jekk ikun hemm, u t-tagħmir anċillari u l-mezzi għall-applikazzjoni tat-torque fuq il-lasta tat-tmun (eż. il-laċċ tat-tmun jew il-kwadrant) meħtieġa biex it-tmun jiċċaqlaq bl-iskop li l-vapur jingħata d-direzzjoni f’kundizzjonijiet normali ta’ servizz.

2

L-unità tal-enerġija tal-apparat tal-għoti tad-direzzjoni hija:

1.

fil-każ ta’ apparat tal-elettriku tal-għoti tad-direzzjoni, mutur elettriku u t-tagħmir elettriku assoċjat tiegħu;

2.

fil-każ ta’ apparat elettroidrawliku tal-għoti tad-direzzjoni, mutur elettriku u t-tagħmir elettriku u l-pompa mqabbda assoċjati tiegħu;

3.

fil-każ ta’ apparat idrawliku ieħor tal-għoti tad-direzzjoni, magna li tħaddmu u pompa mqabbda miegħu.

3

L-apparat awżiljarju tal-għoti tad-direzzjoni huwa t-tagħmir għajr kwalunkwe parti mill-apparat prinċipali tal-għoti tad-direzzjoni meħtieġ biex il-vapur jingħata d-direzzjoni fil-każ ta’ ħsara tal-apparat prinċipali tal-għoti tad-direzzjoni iżda ma jinkludix il-laċċ tat-tmun, il-kwadrant jew il-komponenti li jservu għall-istess skop.

4

Il-kundizzjoni abitabbli u ta’ tħaddim normali hija kundizzjoni li fiha l-vapur kollu, il-makkinarju, is-servizzi, il-mezzi u l-għajnuniet li jiżguraw il-propulsjoni, il-kapaċità tal-għoti tad-direzzjoni, is-sikurezza tan-navigazzjoni, is-sikurezza f’każ ta’ nar u tgħarriq, il-komunikazzjonijiet u s-sinjali interni u esterni, il-mezzi ta’ ħrib, u l-winċijiet ta’ emerġenza tad-dgħajjes, kif ukoll il-kundizzjonijiet komdi ppjanati tal-abitabbiltà jkunu jaħdmu u jiffunzjonaw b’mod normali.

5

Il-kundizzjoni ta’ emerġenza hija kundizzjoni li fiha kwalunkwe servizz meħtieġ għat-tħaddim normali u għall-kundizzjonijiet abitabbli ma jkunx qed jaħdem minħabba ħsara fis-sors prinċipali tal-enerġija elettrika.

6

Is-sors prinċipali tal-enerġija elettrika huwa s-sors maħsub biex jipprovdi l-enerġija elettrika għall-iswiċċbord prinċipali għad-distribuzzjoni tas-servizzi kollha meħtieġa għaż-żamma tal-vapur f’kundizzjoni abitabbli u ta’ tħaddim normali.

7

Il-kundizzjoni ta’ vapur inattiv hija l-kundizzjoni li fiha l-impjant prinċipali tal-propulsjoni, il-bojlers u l-makkinarju awżiljarju ma jkunux qed joperaw minħabba n-nuqqas ta’ enerġija.

8

L-istazzjon prinċipali tal-ġenerazzjoni huwa l-ispazju li fih ikun jinsab is-sors prinċipali tal-enerġija elettrika.

9

L-iswiċċbord prinċipali hija l-iswiċċbord li tieħu l-enerġija elettrika direttament mis-sors prinċipali u li hija maħsuba biex tqassam l-enerġija elettrika lis-servizzi tal-vapur.

10

L-iswiċċbord ta’ emerġenza hija l-iswiċċbord li fil-każ ta’ ħsara fis-sistema tal-provvista tal-enerġija elettrika prinċipali tiġi pprovduta direttament mis-sors ta’ emerġenza tal-enerġija elettrika jew minn sors tranżizzjonali ta’ enerġija ta’ emerġenza u li hija maħsuba biex tqassam l-enerġija elettrika lis-servizzi ta’ emerġenza.

11

Is-sors ta’ emerġenza tal-enerġija elettrika huwa sors ta’ enerġija elettrika, maħsub biex jipprovdi l-enerġija lill-iswiċċbord ta’ emerġenza fil-każ ta’ ħsara fil-provvista mis-sors prinċipali tal-enerġija elettrika.

12

Il-veloċità massima ’l quddiem tas-servizz hija l-ogħla veloċità li l-vapur huwa ddisinjat li jżomm fis-servizz fuq il-baħar fl-aktar pixka fonda waqt it-tbaħħir.

13

Il-veloċità massima b’lura hija l-veloċità li l-vapur huwa stmat li jista’ jilħaq bl-enerġija massima b’lura fl-aktar pixka fonda waqt it-tbaħħir.

14(a)

L-ispazji tal-makkinarju huma l-ispazji kollha tal-makkinarju tal-kategorija A u dawk l-ispazji kollha li fihom makkinarju tal-propulsjoni, bojlers, unitajiet tal-karburant taż-żejt, magni tal-fwar u tal-kombustjoni interna, ġeneraturi u makkinarju elettriku prinċipali, stazzjonijiet tal-mili taż-żejt, makkinarju tal-ventilazzjoni u tal-kundizzjonament tal-arja, u spazji simili, u t-trunklines għal tali spazji.

14(b)

L-ispazji tal-makkinarju tal-kategorija A huma dawk l-ispazji u t-trunklines għal tali spazji li fihom:

1

makkinarju tal-kombustjoni interna li jintuża għall-propulsjoni prinċipali; jew

2

makkinarju tal-kombustjoni interna li jintuża għal skopijiet oħra barra dawk tal-propulsjoni prinċipali fejn tali makkinarju jkollu output totali tal-enerġija ta’ mhux anqas minn 375 kW; jew

3

kwalunkwe bojler taż-żejt jew unità tal-karburant taż-żejt.

15

Is-sistema tal-attivazzjoni tal-enerġija hija t-tagħmir idrawliku pprovdut għall-provvista tal-enerġija biex idawwar il-korp tat-tmun, l-unità jew l-unitajiet tal-enerġija tal-apparat tal-għoti tad-direzzjoni, flimkien mal-pajpijiet u l-aċċessorji assoċjati, u mekkaniżmu li jattiva t-tmun. Is-sistemi tal-attivazzjoni tal-enerġija jistgħu jikkondividu komponenti mekkaniċi komuni, jiġifieri l-laċċ, il-kwadranti u l-lasta tat-tmun, jew komponenti li jservu funzjoni bħal din.

16

L-istazzjonijiet tal-kontroll huma dawk l-ispazji li fihom jinsabu t-tagħmir tar-radju jew it-tagħmir prinċipali tan-navigazzjoni jew is-sors ta’ enerġija ta’ emerġenza jew fejn huwa ċċentralizzat it-tagħmir tal-kontroll tan-nar.

PARTI A-1

STRUTTURA TAL-VAPURI

1.   Ir-Regolament II-1/A-1/1: Installazzjoni ġdida ta’ materjali li fihom l-asbestos (R 3-5)

IL-VAPURI KOLLHA

1

Dan ir-Regolament II-1/A-1/1 għandu japplika għall-materjali li jintużaw għall-istruttura, għall-makkinarju, għall-installazzjonijiet elettriċi u għat-tagħmir koperti bir-Regolamenti ta’ dan l-Anness.

2

Għandha tkun ipprojbita kull installazzjoni ġdida ta’ materjali li fihom l-asbestos għall-vapuri kollha.

2.   Ir-Regolament II-1/A-1/2: Disinni tal-kostruzzjoni li jinżammu abbord u fuq l-art (R 3-7)

VAPURI TAL-KLASSIJIET B, C U D LI NBNEW FL-1 TA’ JANNAR 2012 JEW WARA:

1.

Sett ta’ disinni tal-kostruzzjoni tal-vapur kif mibni fil-bidu u pjanti oħra li juru kull tibdil strutturali ieħor li sar wara għandhom jinżammu abbord il-vapuri li nbnew fl-1 ta’ Jannar 2012 jew wara.

2.

Sett addizzjonali ta’ dawn id-disinni għandu jinżamm fuq l-art mill-Kumpanija, kif definit fir-Regolament IX/1.2 tal-Konvenzjoni SOLAS tal-1974.

3.

Issir referenza għall-MSC/Ċirk.1135 tal-OMI dwar “As-built construction drawings to be maintained on board the ship and ashore” (Disinni tal-kostruzzjoni li jridu jinżammu abbord u fuq l-art).

3.   Ir-Regolament II-1/A-1/3: Tagħmir tal-irmunkar u tal-irmiġġ (R 3-8)

VAPURI TAL-KLASSIJIET B, C U D LI NBNEW FL-1 TA’ JANNAR 2012 JEW WARA:

1.

Il-vapuri għandhom jiġu pprovduti b’arranġamenti, b’tagħmir u b’armar għal tagħbija ta’ xogħol li jkunu sikuri biżżejjed biex jitwettqu b’mod sikur l-operazzjonijiet kollha tal-irmunkar u tal-irmiġġ assoċjati mat-tħaddim normali tal-vapur.

2.

L-arranġamenti, it-tagħmir u l-armar ipprovduti f’konformità mal-paragrafu 1 għandhom jikkonformaw mal-istandards speċifikati għall-klassifika bir-regoli ta’ organizzazzjoni rikonoxxuta, jew b’regoli ekwivalenti li jintużaw minn Amministrazzjoni f’konformità mal-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 2009/15/KE.

3.

Issir referenza għall-MSC/Ċirk.1175 tal-OMI dwar “Guidance on shipboard towing and mooring equipment” (Gwida dwar it-tagħmir tal-irmunkar u tal-irmiġġ ta’ fuq il-vapuri).

4.

Kull armar jew oġġett ta’ tagħmir ipprovdut skont dan ir-Regolament II-1/A-1/3 għandu jiġi mmarkat b’mod ċar bi kwalunkwe restrizzjoni assoċjata ma’ operazzjoni sikura, li tikkunsidra s-saħħa tat-twaħħil tiegħu mal-istruttura tal-vapur.

4.   Ir-Regolament II-1/A-1/4: Protezzjoni kontra l-istorbju (R 3-12)

VAPURI TAL-KLASSIJIET B, C U D LI NBNEW FL-1 TA’ JANNAR 2018 JEW WARA

1.

Il-vapuri b’tunnellaġġ gross ta’ 1 600 tunnellata u fuqhom għandhom jinbnew b’tali mod li jitnaqqas l-istorbju abbord u li l-persunal jiġi protett mill-istorbju skont il-Kodiċi tal-OMI dwar il-livelli tal-istorbju abbord il-vapuri, adottat mill-Kumitat għas-Sikurezza Marittima permezz tar-Riżoluzzjoni MSC.337(91), skont kif tista’ tiġi emendata mill-OMI.

5.   Ir-Regolament II-1/A-1/5: Proċeduri tal-irmunkar ta’ emerġenza (R 3-4)

VAPURI TAL-KLASSI B

1.

Il-vapuri għandhom jiġu pprovduti bi proċedura tal-irmunkar ta’ emerġenza li tkun speċifika għalihom. Tali proċedura għandha ssir abbord il-vapur għall-użu f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza u għandha tkun ibbażata fuq l-arranġamenti eżistenti u t-tagħmir disponibbli abbord il-vapur.

2.

Il-proċedura (irreferi għall-“Guidelines for owners/operators on preparing emergency towing procedures” – Linji gwida għal sidien/operaturi dwar it-tħejjija ta’ proċeduri tal-irmunkar ta’ emerġenza (MSC.1/Ċirk.1255)) għandha tinkludi:

1.

disinni tal-gverta ta’ quddiem u ta’ wara li juru l-arranġamenti possibbli tal-irmunkar ta’ emerġenza;

2.

inventarju tat-tagħmir abbord li jista’ jintuża għall-irmunkar ta’ emerġenza;

3.

mezzi u metodi ta’ komunikazzjoni; u

4.

proċeduri kampjun li jiffaċilitaw it-tħejjija għall-operazzjonijiet tal-irmunkar ta’ emerġenza u t-twettiq tagħhom.

PARTI B

STABBILTÀ INTATTA, SUDDIVIŻJONI U STABBILTÀ F’KUNDIZZJONIJIET TA’ ĦSARA

Parti B-1

Vapuri li nbnew fl-1 ta’ Jannar 2009 jew wara – għażla tal-applikazzjoni tar-Riżoluzzjoni MSC.216.(82)

Il-vapuri tal-klassijiet B, C u D li l-prim tagħhom tqiegħed fl-1 ta’ Jannar 2009 jew wara, jew li kienu fi stat simili ta’ kostruzzjoni f’dik id-data, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti fil-parti B-2 jew, inkella, id-dispożizzjonijiet xierqa tal-Kapitolu II-I tal-Konvenzjoni SOLAS, il-Parti B, kif stipulat fl-Anness 2 tar-Riżoluzzjoni MSC 216(82).

Parti B-2

Vapuri li nbnew qabel l-1 ta’ Jannar 2009

1.   Ir-Regolament II-1/B-2/1: Ir-Riżoluzzjoni A.749(18) dwar l-istabbiltà intatta kif emendata bir-Riżoluzzjoni MSC.75(69)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET A, B, C U D

Il-klassijiet kollha tal-vapuri ġodda għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet rilevanti għall-vapuri tal-passiġġieri tal-Kodiċi dwar l-Istabbiltà Intatta kif adottat permezz tar-Riżoluzzjoni A.749(18) tal-OMI, kif emendata.

Meta l-Istati Membri jikkunsidraw mhux xierqa l-applikazzjoni tal-Kriterju tal-Irjieħ Severi u tal-Irrolljar tar-Riżoluzzjoni A.749(18) tal-OMI, kif emendata, għandu jiġi applikat metodu ieħor li jiżgura stabbiltà sodisfaċenti. Dan għandu jiġi appoġġat minn evidenza lill-Kummissjoni li tikkonferma li ntlaħaq livell ekwivalenti ta’ sikurezza.

VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSIJIET A U B

Il-vapuri eżistenti kollha tal-klassijiet A u B għandhom, fil-kundizzjonijiet kollha tat-tagħbija, jissodisfaw il-kriterji tal-istabbiltà li ġejjin wara l-korrezzjoni dovuta għall-effett tal-wiċċ ħieles tal-likwidi fit-tankijiet f’konformità mas-suppożizzjonijiet tal-paragrafu 3.3 tar-Riżoluzzjoni A.749(18) tal-OMI kif emendata, jew l-ekwivalenti.

(a)

L-erja taħt il-kurva tal-lieva tal-iddrittar (il-kurva GZ) ma għandhiex tkun ta’ anqas minn:

(i)

0,055 metru-radians sa angolu tal-mejl trasversali ta’ 30°;

(ii)

0,09 metru-radians sa angolu tal-mejl trasversali ta’ 40° jew inkella l-angolu tat-tgħarriq, jiġifieri l-angolu tal-mejl trasversali fejn it-truf ta’ isfel ta’ kwalunkwe fetħa fil-buq, fis-sovrastrutturi jew fil-kmamar ta’ fuq il-gverta, li jkunu fetħiet li ma jistgħux jingħalqu b’mod reżistenti għall-maltemp, ikunu mgħaddsa, jekk dak l-angolu jkun ta’ anqas minn 40°;

(iii)

0,03 metru-radians bejn l-angoli tal-mejl trasversali ta’ 30° u ta’ 40° jew bejn 30° u l-angolu tat-tgħarriq jekk l-angolu jkun ta’ anqas minn 40°;

(b)

Il-kurva GZ tal-lieva tal-iddrittar għandha tkun tal-anqas 0,20°metru f’angolu tal-mejl trasversali ugwali jew akbar minn 30°.

(c)

Il-kurva GZ massima tal-lieva tal-iddrittar għandha tkun f’angolu tal-mejl trasversali li preferibbilment jaqbeż it-30° iżda ma jkunx anqas minn 25°.

(d)

L-għoli metaċentriku trasversali inizjali ma għandux ikun anqas minn 0,15 metri.

Il-kundizzjonijiet tat-tagħbija li jridu jiġu kkunsidrati sabiex tiġi vverifikata l-konformità mal-kriterji tal-istabbiltà msemmija hawn fuq għandhom jinkludu tal-anqas dawk imniżżlin fil-paragrafu 3.5.1.1 tar-Riżoluzzjoni A.749(18) tal-OMI, kif emendata.

Il-vapuri eżistenti kollha tal-klassijiet A u B għandhom jikkonformaw ukoll mal-kriterji addizzjonali kif mogħtija fir-Riżoluzzjoni A.749(18) tal-OMI, il-paragrafu 3.1.2.6 (kriterji addizzjonali għall-vapuri tal-passiġġieri) u l-paragrafu 3.2 (Kriterju tal-Irjieħ Severi u tal-Irrolljar).

Meta l-Istati Membri jikkunsidraw mhux xierqa l-applikazzjoni tal-Kriterju tal-Irjieħ Severi u tal-Irrolljar tar-Riżoluzzjoni A.749(18) tal-OMI, kif emendata, għandu jiġi applikat metodu ieħor li jiżgura stabbiltà sodisfaċenti. Dan għandu jiġi appoġġat minn evidenza mill-Kummissjoni li tikkonferma li ntlaħaq livell ekwivalenti ta’ sikurezza.

2.   Ir-Regolament II-1/B-2/2: Suddiviżjoni impermeabbli

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

Kull vapur għandu jiġi suddiviż skont il-paratiji, li ma għandhomx iħallu l-ilma jgħaddi minnhom għall-gverta tal-paratija, f’kompartimenti impermeabbli li t-tul massimu tagħhom għandu jiġi kkalkulat skont ir-rekwiżiti speċifiċi mogħtija hawnhekk.

Minflok dawk ir-rekwiżiti, jistgħu jintużaw ir-Regolamenti dwar is-suddiviżjoni u l-istabbiltà tal-vapuri tal-passiġġieri bħala ekwivalenti għall-Parti B tal-Kapitolu II tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-Sikurezza tal-Ħajja fuq il-Baħar, 1960, kif mogħtija fir-Riżoluzzjoni A.265(VIII) tal-OMI, jekk jiġu applikati fl-intier tagħhom.

Kull porzjon ieħor tal-istruttura interna li jaffettwa l-effiċjenza tas-suddiviżjoni tal-vapur għandu jkun impermeabbli.

3.   Ir-Regolament II-1/B-2/3: Tul li jista’ jegħreq (R 4)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

1.

It-tul li jista’ jegħreq f’punt stabbilit huwa l-porzjon massimu tat-tul tal-vapur, li għandu ċ-ċentru tiegħu fil-punt inkwistjoni, li jkun jista’ jegħreq, skont is-suppożizzjoni tal-permeabbiltà mogħtija hawn taħt, mingħajr ma l-vapur jogħdos iktar ’l isfel mil-linja tal-marġni.

2.

F’każ ta’ vapur li ma jkollux gverta tal-paratija kontinwa, it-tul li jista’ jegħreq fi kwalunkwe punt jista’ jiġi determinat fuq suppożizzjoni ta’ linja tal-marġni kontinwa li fl-ebda punt ma tkun anqas minn 76 mm taħt il-wiċċ tal-gverta fuq ġenb u li fiha l-paratiji kkonċernati u l-qoxra jinġarru mingħajr ma jgħaddi l-ilma minnhom.

3.

Fejn porzjon tas-suppożizzjoni tal-linja tal-marġni jkun b’mod sinifikanti taħt il-gverta li fuqha jkunu qed jinġarru l-paratiji, l-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera tista’ tippermetti llaxkar limitat fir-rekwiżit tal-impermeabbiltà ta’ dawk il-porzjonijiet tal-paratiji li jkunu ’l fuq mil-linja tal-marġni u immedjatament taħt l-ogħla gverta.

4.   Ir-Regolament II-1/B-2/4: Tul permissibbli tal-kompartimenti (R 6)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

It-tul massimu permissibbli ta’ kompartiment li jkollu ċ-ċentru tiegħu fi kwalunkwe punt mit-tul tal-vapur jinkiseb mit-tul li jista’ jegħreq billi jiġi mmultiplikat dan tal-aħħar b’fattur xieraq imsejjaħ il-fattur tas-suddiviżjoni.

5.   Ir-Regolament II-1/B-2/5: Permeabbiltà (R 5)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

Is-suppożizzjonijiet definiti msemmija fir-Regolament II-1/B-2/3 huma relatati mal-permeabbiltà tal-ispazji taħt il-linja tal-marġni.

Sabiex jiġi ddeterminat it-tul li jista’ jegħreq, is-suppożizzjoni tal-permeabbiltà medja tal-ispazji taħt il-linja tal-marġni għandha tiġi indikata fit-tabella fir-Regolament II-1/B-2/8.3.

6.   Ir-Regolament II-1/B-2/6: Fattur tas-suddiviżjoni

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D U VAPURI RO-RO TAL-PASSIĠĠIERI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

Il-fattur tas-suddiviżjoni għandu jkun:

1,0 meta l-għadd ta’ persuni li l-vapur huwa ċċertifikat li jġorr ikun anqas minn 400, u

1,0 meta l-għadd ta’ persuni li l-vapur huwa ċċertifikat li jġorr ikun 400 jew iktar b’ tul ta’ L< 55, u

0,5 meta l-għadd ta’ persuni li l-vapur huwa ċċertifikat li jġorr ikun 400 jew aktar.

Il-vapuri ro-ro tal-passiġġieri eżistenti tal-klassi B għandhom jikkonformaw ma’ dan ir-rekwiżit sa mhux aktar tard mid-data tal-konformità stabbilita fir-Regolament II-1/B-2/8-2, il-paragrafu 2.

VAPURI TAL-PASSIĠĠIERI EŻISTENTI TAL-KLASSI B LI MHUMIEX RO-RO:

Il-fattur tas-suddiviżjoni għandu jkun: 1,0

7.   Ir-Regolament II-1/B-2/7: Rekwiżiti speċjali li jikkonċernaw is-suddiviżjoni tal-vapuri (R 7)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

1.

Meta f’porzjon jew f’porzjonijiet ta’ vapur il-paratiji impermeabbli jinġarru għal gverta ogħla milli hemm fil-kumplament tal-vapur u jkun hemm ix-xewqa li jittieħed vantaġġ mill-estensjoni ogħla tal-paratiji sabiex jiġi kkalkulat it-tul li jista’ jegħreq, jistgħu jintużaw linji tal-marġni separati għal kull waħda mill-porzjonijiet tal-vapur diment li:

1.

il-ġnub tal-vapur ikunu estiżi mat-tul tal-vapur sal-gverta li tikkorrispondi mal-linja tal-marġni ta’ fuq u l-fetħiet kollha fil-kisi tal-qoxra taħt din il-gverta tul it-tul tal-vapur jitqiesu li qegħdin taħt il-linja tal-marġni, għall-iskop tar-Regolament II-1/B-2/15; u

2.

iż-żewġ kompartimenti li jkunu ħdejn it-“tarġa” fil-gverta tal-paratija jkunu t-tnejn fil-limitu tat-tul permissibbli li jikkorrispondi mal-linji tal-marġni tagħhom, u, barra minn hekk, it-tul konġunt tagħhom ma jkunx jaqbeż id-doppju tat-tul permissibbli abbażi tal-linja tal-marġni li tkun l-aktar fil-baxx.

2.

Kompartiment jista’ jaqbeż it-tul permissibbli determinat mir-regoli tar-Regolament II-1/B-2/4 diment li t-tul ikkombinat ta’ kull par ta’ kompartimenti ħdejn xulxin, li għalihom il-kompartiment inkwistjoni jkun komuni, ma jaqbiżx la t-tul li jista’ jegħreq u lanqas id-doppju tat-tul permissibbli, skont liema minnhom ikun l-iqsar.

3.

Il-paratija trasversali prinċipali tista’ tiddaħħal diment li l-partijiet kollha li jiddaħħlu jkunu iktar ’il ġewwa mill-uċuħ vertikali taż-żewġ ġnub tal-vapur, li jkunu jinsabu mdaħħla ’l ġewwa b’distanza mill-kisi tal-qoxra li tkun ugwali għal għoxrin fil-mija tal-wisa’ tal-vapur, u mkejla f’angoli retti mal-linja ċentrali fil-livell tal-linja tat-tagħbija tas-suddiviżjoni l-aktar fonda. Kwalunkwe parti ta’ daħla li tkun qiegħda ’l barra minn dawn il-limiti għandha titqies bħala tarġa skont il-paragrafu 6.

4.

Fejn paratija trasversali prinċipali tiddaħħal jew tittarraġ, biex tiġi stabbilita s-suddiviżjoni għandha tintuża paratija ċatta ekwivalenti.

5.

Fejn kompartiment trasversali prinċipali jkun fih suddiviżjoni lokali u l-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera tkun issodisfata li, wara, kull suppożizzjoni ta’ ħsara magħmula fil-ġenb li testendi għal iktar minn tul ta’ 3,0 metri u 3 % tat-tul tal-vapur jew 11,0-il metru jew 10 % tat-tul tal-vapur skont liema jkun l-inqas, il-volum kollu tal-kompartiment prinċipali ma jiġix mgħarraq, u tista’ titħalla żieda proporzjonata għat-tul permissibbli li kieku jkun meħtieġ għat-tali kompartiment. F’dak il-każ il-volum effettiv u preżunt ta’ kemm iżomm f’wiċċ l-ilma fuq il-ġenb li ma kellux ħsarat ma għandux ikun ikbar minn dak preżunt fuq il-ġenb fejn ikun hemm il-ħsarat.

Konċessjoni skont dan il-paragrafu ssir biss jekk it-tali konċessjoni ma tkunx probabbli li ttellef il-konformità mar-Regolament II-1/B-2/8.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D:

6.

Paratija trasversali prinċipali tista’ tkun imtarrġa diment li tissodisfa waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

1.

it-tul ikkombinat taż-żewġ kompartimenti, separati mill-paratija inkwistjoni, ma jaqbiżx jew id-90 % tat-tul li jista’ jegħreq jew id-doppju tat-tul permissibbli, ħlief li, fil-vapuri li jkollhom fattur tas-suddiviżjoni ugwali għal 1, it-tul ikkombinat taż-żewġ kompartimenti inkwistjoni ma għandux jaqbeż it-tul permissibbli;

2.

suddiviżjoni addizzjonali tiġi pprovduta permezz tat-tarġa sabiex jinżamm l-istess livell ta’ sikurezza bħal dak li jkun hemm fil-paratija mimduda;

3.

il-kompartiment li fuqu testendi t-tarġa ma jaqbiżx it-tul permissibbli li jikkorrispondi ma’ linja tal-marġni meħuda 76 mm ’l isfel mit-tarġa.

7.

Fil-vapuri ta’ 100 metru tul u iktar, waħda mill-paratiji trasversali prinċipali quddiem il-gavun tal-pruwa għandha titwaħħal b’distanza mill-perpendikular ta’ quddiem li ma tkunx itwal mit-tul permissibbli.

8.

Jekk id-distanza bejn żewġ paratiji trasversali prinċipali ħdejn xulxin, jew il-paratiji tat-twavel ekwivalenti għalihom, jew id-distanza bejn il-partijiet ċatti trasversali li jgħaddu mill-eqreb partijiet imtarrġa tal-paratiji, tkun ta’ inqas minn 3,0 metri u 3 % tat-tul tal-vapur, jew 11,0-il metru, jew 10 % tat-tul tal-vapur, skont liema minnhom ikun l-inqas, waħda minn dawn il-paratiji biss tista’ titqies li tifforma parti mis-suddiviżjoni tal-vapur.

9.

Fejn il-fattur tas-suddiviżjoni meħtieg ikun ta’ 0,50, it-tul ikkombinat ta’ kwalunkwe żewġ kompartimenti ħdejn xulxin ma għandux jaqbeż it-tul li jista’ jegħreq.

8.   Ir-Regolament II-1/B-2/8: Stabbiltà f’kundizzjonijiet ta’ ħsara (R 8)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

1.1.

Għandha tiġi pprovduta stabbiltà intatta suffiċjenti fil-kundizzjonijiet kollha tas-servizz sabiex il-vapur ikun jiflaħ sal-aħħar stadju tat-tgħarriq ta’ kwalunkwe wieħed mill-kompartimenti prinċipali li jeħtieġ li jkunu fil-limiti tat-tul li jista’ jegħreq.

1.2.

Fejn żewġ kompartimenti prinċipali ħdejn xulxin ikunu separati minn paratija mtarrġa skont il-kundizzjonijiet tar-Regolament II-1/B-2/7, is-subparagrafu 6.1, l-istabbiltà intatta għandha tkun adegwata biex tiflaħ għat-tgħarriq ta’ dawk iż-żewġ kompartimenti ħdejn xulxin.

1.3.

Fejn il-fattur meħtieġ tas-suddiviżjoni jkun ta’ 0,50, l-istabbiltà intatta għandha tkun adegwata biex tiflaħ għat-tgħarriq ta’ kwalunkwe żewġ kompartimenti ħdejn xulxin.

2.1.

Ir-rekwiżiti tas-subparagrafu.1 għandhom jiġu ddeterminati b’kalkoli li jkunu f’konformità mal-paragrafi.3,.4 u.6 u li jikkunsidraw il-proporzjonijiet u l-karatteristiċi tad-disinn tal-vapur kif ukoll l-arranġament u l-konfigurazzjoni tal-kompartimenti bi ħsarat. Meta jsiru dawn il-kalkoli l-vapur għandu jitqies li huwa fl-agħar kundizzjoni antiċipata tas-servizz fir-rigward tal-istabbiltà.

2.2.

Fejn jiġi propost li jitqiegħdu gverti, qxur ta’ ġewwa jew paratiji lonġitudinali ssikkati biżżejjed biex jirrestrinġu serjament il-fluss tal-ilma, trid tingħata kunsiderazzjoni xierqa għal tali restrizzjonijiet fil-kalkoli.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D U VAPURI RO-RO TAL-PASSIĠĠIERI EŻISTENTI TAL-KLASSI B U VAPURI TAL-PASSIĠĠIERI EŻISTENTI TAL-KLASSI B LI MHUMIEX RO-RO, LI NBNEW FID-29 TA’ APRIL 1990 JEW WARA:

2.3.

L-istabbiltà meħtieġa fil-kundizzjoni finali wara l-ħsarat, u wara l-ekwalizzazzjoni fejn tkun ipprovduta, għandha tiġi stabbilita kif ġej:

2.3.1.

Il-kurva pożittiva residwa tal-lieva tal-iddrittar għandu jkollha firxa minima ta’ 15° lil hinn mill-angolu tal-ekwilibriju. Din il-firxa tista’ titnaqqas sa minimu ta’ 10°, fil-każ li l-erja taħt il-kurva tal-lieva tal-iddrittar tkun dik imsemmija fis-subparagrafu.2.3.2 immultiplikata bil-proporzjon 15/firxa, fejn il-firxa tkun espressa fi gradi.

2.3.2.

L-erja taħt il-kurva tal-lieva tal-iddrittar għandha tkun ta’ mill-anqas 0,015 m-rad, imkejla mill-angolu tal-ekwilibriju sal-anqas wieħed:

1.

mill-angolu li fih iseħħ it-tgħarriq progressiv;

2.

minn 22° (imkejla mill-pożizzjoni tal-vapur wieqaf) fil-każ li jegħreq kompartiment wieħed, jew 27° (imkejla mill-pożizzjoni tal-vapur wieqaf) fil-każ li ż-żewġ kompartimenti ħdejn xulxin jegħrqu fl-istess ħin.

2.3.3.

Trid tinkiseb kurva residwa tal-lieva tal-iddrittar fil-firxa ta’ stabbiltà pożittiva, wara li titqies l-akbar minn dawn il-moments tal-mejl:

1.

l-iffullar tal-passiġġieri kollha fuq naħa waħda;

2.

il-varar tal-inġenji tas-sopravivenza kollha varati b’parank mgħobbija kollha fuq naħa waħda;

3.

minħabba l-pressjoni tar-riħ;

kif ikkalkulat bil-formula:

Image 1

Madanakollu l-lieva tal-iddrittar fl-ebda każ ma trid tkun anqas minn 0,10 metri.

2.3.4.

Sabiex jiġu kkalkulati l-moments tal-mejl fil-paragrafu.2.3.3 għandhom isiru dawn is-suppożizzjonijiet:

1.

Moment dovut għall-iffullar tal-passiġġieri:

1.1.

erba’ persuni f’kull metru kwadru;

1.2.

massa ta’ 75 kg għal kull passiġġier;

1.3.

il-passiġġieri għandhom jitqassmu fuq iż-żoni tal-gverta li jkunu disponibbli lejn naħa waħda tal-vapur fuq il-gverti fejn jinsabu l-istazzjonijiet tal-ġmigħ tan-nies u b’tali mod li jipproduċu l-aktar moment tal-mejl li jagħmel ħsara.

2.

Il-moment dovut għall-varar tal-inġenji tas-sopravivenza varati b’parank mgħobbija kollha fuq naħa waħda:

2.1.

id-dgħajjes tas-salvataġġ u d-dgħajjes tas-sopravivenza mwaħħlin man-naħa ta’ fejn tmejjel il-vapur wara li ġarrab ħsara għandhom jitqiesu li tbandlu ’l barra mgħobbijin kollha u lesti biex jitniżżlu;

2.2.

għad-dgħajjes tas-sopravivenza rranġati biex jiġu varati mgħobbijin kollha mill-pożizzjoni fejn kienu stivati, għandu jittieħed l-akbar moment tal-mejl waqt il-varar;

2.3.

ċattra tas-salvataġġ mgħobbija kollha u varata b’parank, imwaħħla ma’ kull parank man-naħa ta’ fejn tmejjel il-vapur wara li ġarrab ħsara, għandha titqies li tbandlet ’il barra lesta biex titniżżel;

2.4.

persuni li ma jkunux fit-tagħmir tas-salvataġġ li jkun tbandal ’il barra ma għandhomx jipprovdu moment tal-mejl jew moment tal-iddrittar addizzjonali;

2.5.

it-tagħmir tas-salvataġġ tal-vapur li qiegħed fuq in-naħa opposta għan-naħa li lejha tmejjel il-vapur għandu jitqies li huwa fil-pożizzjoni li fiha jkun ġie stivat.

3.

Moments dovuti għall-pressjoni tar-riħ:

3.1.

klassi B: pressjoni tar-riħ ta’ 120 N/m2 li trid tiġi applikata;

il-klassijiet C u D: pressjoni tar-riħ ta’ 80 N/m2 li trid tiġi applikata;

3.2.

l-erja applikabbli għandha tkun l-erja laterali projettata tal-vapur li qiegħda ’l fuq mil-linja tal-ilma li tikkorrispondi mal-kundizzjoni intatta;

3.3.

it-tul tal-moment għandu jkun id-distanza vertikali minn punt f’nofs il-pixka medja li jikkorrispondi mal-kundizzjoni intatta saċ-ċentru tal-gravità tal-erja laterali.

2.4.

F’każ ta’ tgħarriq progressiv maġġuri, jiġifieri meta dan jikkawża tnaqqis mgħaġġel fil-lieva tal-iddrittar ta’ 0,04 metri jew aktar, il-kurva tal-lieva tal-iddrittar trid titqies bħala terminata fl-angolu li fih iseħħ it-tgħarriq progressiv u l-firxa u l-erja msemmija f’.2.3.1 u f’.2.3.2 jenħtieġ li titkejjel sa dak l-angolu.

2.5.

F’każijiet fejn it-tgħarriq progressiv ikun ta’ natura limitata li ma jkomplix jekk jitrażżan u li jikkawża tnaqqis bil-mod u aċċettabbli fil-lieva tal-iddrittar ta’ anqas minn 0,04 metri, il-bqija tal-kurva għandha tinqata’ parzjalment bis-suppożizzjoni li l-ispazju li għereq progressivament kien mgħarraq b’daqshekk mill-bidu.

2.6.

Fi stadji intermedji ta’ tgħarriq, il-massimu li l-lieva tal-iddrittar għandha tkun huwa tal-anqas 0,05 metri u l-firxa tal-lievi tal-iddrittar pożittivi għandha tkun tal-anqas 7. F’kull każ, hemm bżonn li jkunu preżunti biss qasma waħda fil-buq u wiċċ ħieles wieħed fil-wiċċ.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

3.

Sabiex isiru l-kalkoli tal-istabbiltà bil-ħsarat, il-permeabbiltajiet għall-volum u l-wiċċ għandhom ikunu kif ġej:

Spazji

Permeabbiltà

(%)

Li jintużaw għat-tagħbija jew il-ħażniet

60

Okkupati mill-akkomodazzjonijiet

95

Okkupati mill-makkinarji

85

Maħsuba għal-likwidi

0 jew 95  (*1)

Il-permeabbilitajiet tal-wiċċ ogħla jridu jiġu preżunti fir-rigward ta’ spazji li, fil-viċinanza tal-wiċċ espost għall-ilma li ġarrab ħsara, ma għandhom l-ebda kwantità sostanzjali ta’ akkomodazzjoni jew makkinarju u spazji li ma jiġux okkupati ġeneralment minn kwantità sostanzjali ta’ merkanzija jew ħażniet.

4.

Il-firxa preżunta tal-ħsarat għandha tkun kif ġej:

1.

il-firxa lonġitudinali: 3,0 metri u 3 % tat-tul tal-vapur, jew 11,0-il metru jew 10 % tat-tul tal-vapur, skont liema minnhom tkun l-inqas;

2.

il-firxa trasversali (imkejla ’l ġewwa minn mal-ġenb tal-vapur, f’angoli retti għal-linja taċ-ċentru fil-livell tal-linja tat-tagħbija tas-suddiviżjoni l-aktar fonda): distanza ta’ għoxrin fil-mija tal-wisa’ tal-vapur; u

3.

il-firxa vertikali: mil-linja tal-bażi ’l fuq mingħajr limitu;

4.

jekk tirriżulta kwalunkwe ħsara li tkun inqas minn dik indikata f’.4.1, f’.4.2 u f’.4.3 li twassal għal kundizzjoni aktar gravi ta’ mejl jew telf tal-għoli metaċentriku, tali ħsara għandha tiġi preżunta fil-kalkoli.

5.

It-tgħarriq li ma jkunx simetriku għandu jinżamm għal minimu konsistenti mal-arranġamenti effiċjenti. Fejn ikun meħtieġ li jiġu kkoreġuti angoli kbar ta’ mejl, il-mezz li jiġi adottat għandu, fejn ikun prattikabbli, ikun wieħed li jista’ jsir waħdu, iżda f’kull każ fejn ikunu pprovduti kontrolli għall-mekkaniżmi ta’ tgħarriq reċiproku dawn għandhom jitħaddmu minn fuq il-gverta tal-paratiji. Għal vapuri ġodda tal-klassijiet B, C u D, l-angolu ta’ mejl massimu wara t-tgħarriq iżda qabel l-ekwalizzazzjoni ma għandux jaqbeż 15 °. Fejn il-mekkaniżmi ta’ tgħarriq reċiproku jkunu meħtieġa, il-ħin għall-ekwalizzazzjoni ma għandux jaqbeż 15-il minuta. Għandha tiġi pprovduta informazzjoni adattata dwar l-użu tal-mekkaniżmu ta’ tgħarriq lill-kaptan tal-vapur.

6.

Il-kundizzjonijiet finali tal-vapur wara l-ħsara u, fil-każ ta’ tgħarriq li mhux simetriku, wara li jkun ittieħed il-kejl tal-ekwalizzazzjoni għandhom ikunu kif ġej:

1.

fil-każ ta’ tgħarriq simetriku għandu jkun hemm għoli metaċentriku residwu pożittiv ta’ mill-inqas 50 mm kif ikkalkulat bil-metodu tal-ispostament kostanti;

2a.

sakemm ma jkunx previst mod ieħor fil-paragrafu 6.2b, fil-każ ta’ tgħarriq mhux simetriku l-angolu ta’ mejl għat-tgħarriq ta’ kompartiment wieħed ma għandux jaqbeż 7° għall-vapuri tal-klassi B (ġodda u eżistenti) u 12° għall-vapuri tal-klassijiet C u D (ġodda).

Għat-tgħarriq fl-istess ħin ta’ żewġ kompartimenti ħdejn xulxin, jista’ jiġi awtorizzat mejl ta’ 12° għall-vapuri eżistenti jew ġodda tal-klassi B, diment li l-fattur tas-suddiviżjoni ma jkun imkien akbar minn 0,50 f’dik il-parti tal-vapur li għerqet;

2b.

għall-vapuri tal-passiġġieri eżistenti tal-klassi B li mhumiex ro-ro, li nbnew qabel id-29 ta’ April 1990, fil-każ ta’ tgħarriq mhux simetriku, l-angolu ma għandux jaqbeż 7°, ħlief li f’każijiet eċċezzjonali l-Amministrazzjoni tista’ tħalli mejl addizzjonali dovut għall-moment mhux simetriku, imma fl-ebda każ il-mejl finali ma għandu jaqbeż 15°.

3.

fl-ebda każ il-linja tal-marġni ma għandha tkun mgħaddsa fl-istadju finali tat-tgħarriq. Jekk jitqies li l-linja tal-marġni tista’ tiġi mgħarrqa waqt l-istadju intermedju tat-tgħarriq, l-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera tista’ titlob tali investigazzjonijiet u arranġamenti skont kif tikkunsidra meħtieġ għas-sikurezza tal-vapur.

7.

Il-kaptan tal-vapur għandu jiġi pprovdut bid-data meħtieġa biex tinżamm stabbiltà intatta suffiċjenti fil-kundizzjonijiet tas-servizz sabiex il-vapur ikun jista’ jiflaħ għall-ħsara kritika. Fil-każ ta’ vapuri li jirrikjedu tgħarriq reċiproku l-kaptan tal-vapur għandu jiġi infurmat bil-kundizzjonijiet tal-istabbiltà li fuqhom huma bbażati l-kalkoli tal-mejl u jkun imwissi li jista’ jirriżulta mejl eċċessiv jekk il-vapur isofri ħsara meta jkun f’kundizzjoni inqas favorevoli.

8.

Id-data msemmija fil-paragrafu.7 li permezz tagħha l-kaptan ikun jista’ jżomm stabbiltà intatta suffiċjenti għandha tinkludi informazzjoni li tindika l-għoli permissibbli massimu taċ-ċentru tal-gravità tal-vapur ’il fuq mill-prim (KG), jew alternattivament l-għoli metaċentriku permissibbli minimu (GM), għal firxa ta’ pixkiet jew ta’ spostament suffiċjenti biex jinkludu l-kundizzjonijiet kollha tas-servizz. L-informazzjoni għandha turi l-influwenza tal-inklinazzjonijiet differenti tat-tagħbija b’kunsiderazzjoni għal-limiti tat-tħaddim.

9.

Kull vapur għandu jkollu skali ta’ pixkiet immarkati b’mod ċar fil-pruwa u fil-poppa. Fil-każ meta l-marki tal-pixka ma jkunux f’post fejn jistgħu jinqraw faċilment, jew restrizzjonijiet fit-tħaddim jagħmluha diffiċli biex jinqraw il-marki tal-pixka, il-vapur għandu jkollu wkoll imwaħħla sistema affidabbli li timmarka l-pixka li permezz tagħha tkun tista’ tiġi ddeterminata l-pixka tal-pruwa u tal-poppa.

10.

Mat-tlestija tat-tagħbija fuq il-vapur u qabel ma jitlaq il-vapur, il-kaptan għandu jistabbilixxi l-inklinazzjoni u l-istabbiltà tal-vapur kif ukoll jiżgura u jirreġistra li l-vapur huwa konformi mal-kriterju tal-istabbiltà fir-Regolamenti rilevanti. Id-determinazzjoni tal-istabbiltà tal-vapur għandha dejjem issir b’kalkolu. Jistgħu jintużaw għal din ir-raġuni kompjuter elettroniku tat-tagħbija u tal-istabbiltà jew mezzi ekwivalenti.

11.

L-ebda llaxkar mir-rekwiżiti għall-istabbiltà f’każ ta’ ħsara ma jista’ jiġi kkunsidrat mill-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera sakemm ma jintweriex li l-għoli metaċentriku intatt fi kwalunkwe kundizzjoni tas-servizz neċessarja biex tissodisfa dawn ir-rekwiżiti, ikun eċċessiv għas-servizz maħsub.

12.

L-illaxkar mir-rekwiżiti għall-istabbiltà f’każ ta’ ħsara għandu jiġi permess biss f’każijiet eċċezzjonali u soġġett għall-kundizzjoni li l-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera tkun sodisfatta li l-proporzjonijiet, l-arranġamenti u l-karatteristiċi l-oħra tal-vapur ikunu l-aktar favorevoli għall-istabbiltà wara l-ħsara, u li jistgħu jiġu adottati b’mod prattiku u raġonevoli fiċ-ċirkostanzi partikolari.

8-1   Ir-Regolament II-1/B-2/8-1: Stabbiltà tal-vapuri ro-ro tal-passiġġieri f’kundizzjonijiet ta’ ħsara (R 8-1)

VAPURI RO-RO TAL-PASSIĠĠIERI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

1.

Il-vapuri ro-ro tal-passiġġieri eżistenti tal-klassi B għandhom jikkonformaw mar-Regolament II-1/B-2/8, sa mhux aktar tard mid-data tal-ewwel stħarriġ perjodiku wara d-data tal-konformità stabbilita hawn taħt, skont il-valur tal-A/Amax kif definit fl-Anness tal-MSC/Ċirk.574, “Calculation Procedure to Assess the Survivability Characteristics of Existing Ro-Ro Passenger Ships When Using a Simplified Method Based Upon Resolution A.265(VIII)” (Proċedura tal-Kalkolu sabiex issir Valutazzjoni tal-Karatteristiċi tas-Sopravivenza tal-Vapuri ro-ro tal-Passiġġieri Eżistenti Meta Jintuża Metodu Simplifikat Ibbażat Fuq ir-Riżoluzzjoni A.265(VIII)).

Valur ta’ A/Amax:

Data tal-konformità:

inqas minn 85 %

fl-1 ta’ Ottubru 1998.

85 % jew aktar iżda inqas minn 90 %

fl-1 ta’ Ottubru 2000.

90 % jew aktar iżda inqas minn 95 %

fl-1 ta’ Ottubru 2002.

95 % jew aktar iżda inqas minn 97,5 %

fl-1 ta’ Ottubru 2004.

97,5 % jew aktar

fl-1 ta’ Ottubru 2005.

8-2   Ir-Regolament II-1/B-2/8-2: Rekwiżiti speċjali għall-vapuri ro-ro tal-passiġġieri li jġorru 400 persuna jew aktar (R 8-2)

VAPURI RO-RO TAL-PASSIĠĠIERI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D U EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

Minkejja d-dispożizzjonijiet tar-Regolament II-1/B-2/8 u II-1/B-2/8-1:

1.

il-vapuri ro-ro tal-passiġġieri ġodda ċċertifikati biex iġorru 400 persuna jew aktar għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu.2.3 tar-Regolament II-1/B-2/8, bis-suppożizzjoni li l-ħsara tkun saret xi mkien fit-tul tal-vapur L; u

.2

il-vapuri ro-ro tal-passiġġieri eżistenti ċċertifikati biex iġorru 400 persuna jew aktar għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-paragrafu 1 sa mhux aktar tard mid-data tal-ewwel stħarriġ perjodiku wara d-data tal-konformità stabbilita fis-subparagrafi.2.1,.2.2 jew.2.3 skont liema minnhom iseħħ l-aħħar:

.2.1

Valur ta’ A/Amax:

Data tal-konformità:

inqas minn 85 %

fl-1 ta’ Ottubru 1998.

85 % jew aktar iżda inqas minn 90 %

fl-1 ta’ Ottubru 2000.

90 % jew aktar iżda inqas minn 95 %

fl-1 ta’ Ottubru 2002.

95 % jew aktar iżda inqas minn 97,5 %

fl-1 ta’ Ottubru 2004.

97,5 % jew aktar

fl-1 ta’ Ottubru 2010.

.2.2

Għadd awtorizzat ta’ persuni li jistgħu jiġu ttrasportati:

1 500 jew aktarfl-1 ta’ Ottubru 2002

1 000 jew aktar iżda inqas minn 1 500

fl-1 ta’ Ottubru 2006

600 jew aktar iżda inqas minn 1 000

fl-1 ta’ Ottubru 2008

400 jew aktar iżda inqas minn 600

fl-1 ta’ Ottubru 2010.

.2.3

Età tal-vapur ugwali għal 20 sena jew aktar:

fejn l-età tal-vapur tfisser iż-żmien li ngħadd mid-data li fiha tqiegħed il-prim jew id-data li fiha kien fi stadju simili tal-kostruzzjoni jew mid-data li fiha l-vapur ġie kkonvertit għal vapur ro-ro tal-passiġġieri.

8-3   Ir-Regolament II-1/B-2/8-3: Rekwiżiti speċjali għall-vapuri tal-passiġġieri, li mhumiex vapuri ro-ro tal-passiġġieri, li jġorru 400 persuna jew aktar

VAPURI TAL-KLASSIJIET B, C U D, LI NBNEW FL-1 TA’ JANNAR 2003 JEW WARA, LI MHUMIEX VAPURI RO-RO TAL-PASSIĠĠIERI.

Minkejja d-dispożizzjonijiet tar-Regolament II-I/B-2/8, il-vapuri tal-passiġġieri, li mhumiex vapuri ro-ro tal-passiġġieri, iċċertifikati biex iġorru 400 persuna jew aktar, għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tas-subparagrafi.2.3 u.2.6 tar-Regolament II-1/B-2/8, bis-suppożizzjoni li l-ħsara tkun saret xi mkien fit-tul tal-vapur L.

9.   Ir-Regolament II-1/B-2/9: Paratiji tal-ponta u tal-ispazju tal-makkinarju (R 10)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.1

Għandhom jitwaħħlu paratija tal-ħbit jew gavun tal-pruwa li għandhom ikunu impermeabbli sal-gverta tal-paratija. Din il-paratija għandha tkun tinsab f’distanza mill-perpendikulari ta’ quddiem ta’ mhux inqas minn 5 % tat-tul tal-vapur u mhux iktar minn tliet (3) metri u 5 % tat-tul tal-vapur.

.2

Fejn kwalunkwe parti mill-vapur taħt il-linja tal-ilma testendi ’l quddiem mill-perpendikulari ta’ quddiem, eż. pruwa bulbali, id-distanzi stipulati fil-paragrafu 1 għandhom jitkejlu minn punt jew:

.1

f’nofs it-tul ta’ tali estensjoni; jew

.2

f’distanza ta’ 1,5 % tat-tul tal-vapur ’il quddiem mill-perpendikulari ta’ quddiem; jew inkella

.3

f’distanza ta’ tliet (3) metri ’l quddiem mill-perpendikulari ta’ quddiem, skont liema kejl ikun l-inqas.

.3

Fejn ikun hemm sovrastruttura twila ’l quddiem imwaħħla, il-paratija tal-ħbit jew il-gavun tal-pruwa għandhom jestendu r-reżistenza għall-maltemp sal-gverta sħiħa li jmiss li tkun ’il fuq mill-gverta tal-paratija. L-estensjoni għandha tiġi rranġata b’tali mod li tevita l-possibbiltà li l-bieb tal-pruwa jikkawżalha ħsara fil-każ ta’ ħsara, jew jekk jinqala’ bieb tal-pruwa.

.4

L-estensjoni meħtieġa fil-paragrafu.3 ma hemmx għalfejn titwaħħal direttament fuq il-paratija diment li l-partijiet kollha tal-estensjoni ma jkunux jinsabu ’l quddiem mil-limitu ta’ quddiem speċifikat fil-paragrafu 1 jew fil-paragrafu 2.

Madanakollu, fil-vapuri eżistenti tal-klassi B:

.1

fejn rampa mżerżqa għat-tagħbija tifforma parti mill-estensjoni tal-paratija tal-ħbit ’il fuq mill-gverta tal-paratija, il-parti tar-rampa li hija aktar minn 2,3 metri ’l fuq mill-gverta tal-paratija tista’ testendi sa mhux aktar minn 1,0 metru aktar ’il quddiem mil-limiti ta’ kemm jistgħu jkunu ’l quddiem, speċifikati fil-paragrafi.1 u.2;

.2

fejn ir-rampa eżistenti ma tikkonformax mar-rekwiżiti għall-aċċettazzjoni bħala estensjoni għall-paratija tal-ħbit u l-pożizzjoni tar-rampa tevita li l-ippustjar ta’ tali estensjoni fil-limiti speċifikati fil-paragrafu.1 jew fil-paragrafu.2, l-estensjoni tista’ titpoġġa f’ċerta distanza mil-limitu tal-poppa kif speċifikat fil-paragrafu.1 jew fil-paragrafu.2. Din id-distanza jenħtieġ li ma tkunx aktar milli huwa meħtieġ biex jiġi żgurat li ma jkunx hemm interferenza mar-rampa. L-estensjoni għall-paratija tal-ħbit għandha tinfetaħ ’il quddiem u tikkonforma mar-rekwiżiti tal-paragrafu.3 u għandha tkun irranġata b’mod sabiex tevita l-possibbiltà li r-rampa tikkawżalha ħsara fil-każ ta’ ħsara lil, jew jekk tinqala’, ir-rampa.

.5

Ir-rampi li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti msemmija hawn fuq ma għandhomx jitqiesu bħala estensjoni tal-paratija tal-ħbit.

.6

Għandhom ukoll jitwaħħlu paratija tal-ponta tal-poppa u paratiji li jaqsmu l-ispazju tal-makkinarju, mill-ispazji tal-merkanzija u tal-passiġġieri ’l quddiem u lura, u għandhom ikunu magħmula b’mod li ma jgħaddix ilma sal-gverta tal-paratija. Il-paratija tal-ponta tal-poppa tista’ madanakollu, tkun imtarrġa taħt il-gverta tal-paratija, diment li l-grad tas-sikurezza tal-vapur fir-rigward tas-suddiviżjoni ma jitnaqqasx minħabba dan.

.7

Fil-każijiet kollha, it-tubi tal-poppa għandhom jingħalqu fi spazji impermeabbli. Il-boxxla tax-xaft tal-poppa għandha tkun f’mina bix-xaft impermeabbli jew spazju ieħor separat mill-kompartiment tat-tubu tal-poppa u ta’ tali volum li, jekk tegħreq minħabba li l-boxxla tax-xaft tal-poppa tnixxi l-ilma, il-linja tal-marġni ma tegħriqx taħt l-ilma.

10.   Ir-Regolament II-1/B-2/10: Qigħan doppji (R 12)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B

.1

F’vapuri ta’ tul ta’ inqas minn 50 metru għandu jitwaħħal qiegħ doppju li jkun jestendi mill-paratija tat-tank tal-pruwa nett sal-paratija tal-ponta tal-poppa sa fejn dan hu prattiku u kompatibbli mad-disinn u t-tħaddim xieraq tal-vapur.

.2

F’vapuri ta’ tul ta’ 50 metru u aktar iżda ta’ anqas minn 61 metru, għandu jitwaħħal qiegħ doppju tal-inqas mill-ispazju tal-makkinarju sal-paratija tat-tank tal-pruwa nett, jew l-eqreb possibbli fil-prattika.

.3

F’vapuri ta’ tul ta’ 61 metru u aktar iżda ta’ anqas minn 76 metru, għandu jitwaħħal qiegħ doppju tal-inqas mill-ispazju tal-makkinarju sal-paratija tal-gavun tal-pruwa u ta’ wara, jew l-eqreb possibbli fil-prattika.

.4

F’vapuri ta’ tul ta’ 76 metru u iktar, għandu jitwaħħal qiegħ doppju f’nofs il-vapur u għandu jestendi sal-paratija ta’ quddiem u ta’ wara jew l-eqreb possibbli fil-prattika.

.5

Fejn ikun meħtieġ li jitwaħħal qiegħ doppju l-fond tiegħu għandu jikkonforma mal-istandards ta’ organizzazzjoni rikonoxxuta u l-qiegħ ta’ ġewwa għandu jitkompla ’l barra mal-ġnub tal-vapur f’tali mod li jipproteġi l-qiegħ sad-dawra tal-qiegħ tas-sentina. Din il-protezzjoni għandha titqies sodisfaċenti jekk il-linja tal-qasma tat-tarf ta’ barra tal-kisi tal-marġni bil-kisi tat-tundjatura tal-qiegħ tas-sentina ma tkunx iktar baxxa f’kull parti mill-pjan orizzontali li jgħaddi mill-punt tal-qasma bil-linja tal-qafas f’nofs il-vapur ta’ linja djagonali trasversali, inklinata b’25° għal-linja tal-bażi u li taqsamha f’punt li huwa nofs il-wisa’ ffurmata tal-vapur mil-linja tan-nofs.

.6

Bjar żgħar mibnija fil-qiegħ doppju b’konnessjoni mal-arranġamenti tad-drenaġġ tal-istivi eċċ., ma għandhomx jinżlu aktar ’l isfel milli huwa meħtieġ. Il-fond tal-bir fl-ebda każ ma għandu jkun aktar mill-fond b’460 mm imnaqqsa mill-qiegħ doppju fil-linja taċ-ċentru, u l-bir lanqas ma għandu jestendi aktar ’l isfel mill-pjan orizzontali msemmi fil-paragrafu.5. Madanakollu, huwa awtorizzat bir li jestendi sal-qiegħ ta’ barra nett fit-tarf tal-aħħar tal-mina tax-xaft. Bjar oħra (eż. għaż-żejt tal-lubrifikazzjoni taħt il-magni) jistgħu jkunu awtorizzati mill-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera jekk din tkun sodisfatta li l-arranġamenti jagħtu protezzjoni ekwivalenti għal dik mogħtija minn qiegħ doppju li jikkonforma ma’ dan ir-Regolament II-1/B-2/10.

.7

Ma hemmx bżonn jitwaħħal qiegħ doppju fil-partijiet tal-kompartimenti impermeabbli ta’ daqs moderat li jintużaw esklussivament għall-ġarr tal-likwidi, diment li fil-fehma tal-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera, is-sikurezza tal-vapur, fil-każ ta’ ħsara fil-qiegħ jew fil-ġenb, ma tonqosx minħabba dan.

.8

Minkejja l-paragrafu.1 ta’ dan ir-Regolament II-1/B-2/10, l-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera tista’ tippermetti li ma jkunx hemm qiegħ doppju f’kull parti tal-vapur li hija suddiviża b’fattur li ma jaqbiżx 0,5, jekk tkun sodisfatta li qiegħ doppju f’dik il-parti ma jkunx kompatibbli mad-disinn u mat-tħaddim xieraq tal-vapur.

11.   Ir-Regolament II-1/B-2/11: Assenjar, immarkar u reġistrazzjoni ta’ linji tat-tagħbija tas-suddiviżjoni (R 13)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.1

Sabiex jinżamm il-grad meħtieġ tas-suddiviżjoni, għandha tingħata linja tat-tagħbija li tikkorrispondi mal-pixka tas-suddiviżjoni approvata u tiġi mmarkata fuq il-ġnub tal-vapur f’nofs il-vapur. Vapur li jkollu spazji li huma adattati speċjalment għall-akkomodazzjoni tal-passiġġieri u għall-ġarr tal-merkanzija b’mod alternattiv jista’, jekk il-proprjetarji jixtiequ, ikollu linja tat-tagħbija waħda jew aktar addizzjonali u mmarkata/i biex tikkorrispondi/jikkorrispondu mal-pixka tas-suddiviżjoni li l-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera tista’ tapprova għall-kundizzjonijiet alternattivi tas-servizz.

.2

Il-linja tat-tagħbija ta’ suddiviżjoni assenjata u mmarkata għandha tiġi rreġistrata fiċ-Ċertifikat tas-Sikurezza għall-Vapuri tal-Passiġġieri, u tista’ tiġi identifikata bin-notazzjoni C.1 jekk ikun hemm linja tat-tagħbija ta’ suddiviżjoni waħda biss.

Jekk ikun hemm iktar minn linja tat-tagħbija ta’ suddiviżjoni waħda, il-kundizzjonijiet alternattivi għandhom ikunu identifikati bin-notazzjonijiet C.2, C.3, C.4 eċċ. (1).

.3

L-għoli barra mill-ilma li jikkorrispondi ma’ kull waħda minn dawn il-linji tat-tagħbija għandu jitkejjel fl-istess pożizzjoni u mill-istess linja tal-gverta bħall-għoli barra mill-ilma ddeterminat f’konformità mal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Linji tat-Tagħbija fis-seħħ.

.4

L-għoli barra mill-ilma li jikkorrispondi ma’ kull linja tat-tagħbija tas-suddiviżjoni approvata u l-kundizzjonijiet tas-servizz li għalihom kienet approvata għandhom jiġu indikati b’mod ċar fuq iċ-Ċertifikat tas-Sikurezza għall-Vapuri tal-Passiġġieri.

.5

Il-linja tat-tagħbija tas-suddiviżjoni ma għandha fl-ebda każ tkun immarkata ’l fuq mil-linja tat-tagħbija l-iktar fonda fl-ilma mielaħ kif iddeterminat mis-saħħa tal-vapur fil-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Linji tat-Tagħbija fis-seħħ.

.6

Tkun fejn tkun il-pożizzjoni tal-marki tal-linja tat-tagħbija tas-suddiviżjoni, vapur ma għandu qatt jitgħabba sal-punt li l-marka tal-linja tat-tagħbija adattata skont l-istaġun u l-lokalità tinżel taħt l-ilma, f’konformità mal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Linji tat-Tagħbija fis-seħħ.

.7

Vapur ma għandu qatt jitgħabba sal-punt li l-linja tat-tagħbija tas-suddiviżjoni adattata għall-vjaġġ partikolari u għall-kundizzjoni tas-servizz tinżel taħt l-ilma.

12.   Ir-Regolament II-1/B-2/12: Kostruzzjoni u ttestjar inizjali tal-paratiji impermeabbli, eċċ. (R 14)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.1

Kull paratija tas-suddiviżjoni impermeabbli, sew jekk trasversali jew lonġitudinali, għandha tinbena b’mod li tkun kapaċi tiflaħ, b’marġni ta’ reżistenza kif suppost, għall-pressjoni dovuta għal massa massima tal-ilma li jkollha tiflaħ fil-każ ta’ ħsara għall-vapur iżda tal-anqas għall-pressjoni li tirriżulta mill-massa tal-ilma sal-linja tal-marġni. Il-kostruzzjoni ta’ dawn il-paratiji għandha tkun f’konformità mal-istandards ta’ organizzazzjoni rikonoxxuta.

.2.1

It-turġien u d-daħliet fil-paratiji għandhom ikunu impermeabbli u għandhom ikunu b’saħħithom daqs il-paratija fil-post fejn ikunu jinsabu.

.2.2

Fejn l-oqfsa jew it-travi jgħaddu minn ġo gverta impermeabbli jew minn paratija, tali gverta jew paratija għandhom ikunu magħmula minn struttura impermeabbli mingħajr l-użu tal-injam jew tas-siment.

.3

L-ittestjar tal-kompartimenti prinċipali bil-mili bl-ilma mhux obbligatorju. Meta ma jsirx ittestjar bil-mili bl-ilma, għandu jsir test bil-manka fejn ikun prattikabbli. Dan it-test għandu jsir fl-aktar stadju avvanzat tal-armar tal-vapur. Fejn ma jkunx prattiku test bil-manka minħabba ħsara potenzjali għall-makkinarju, għat-tagħmir elettriku jew għall-oġġetti li jitwaħħlu fuq barra, dan jista’ jiġi ssostitwit minn eżami viżiv bir-reqqa tal-konnessjonijiet iwweldjati, appoġġati fejn jitqies neċessarju minn mezzi bħal test ta’ penetrazzjoni ta’ żebgħa jew test ultrasoniku tat-tnixxija jew test ekwivalenti. Fi kwalunkwe każ, għandha ssir spezzjoni dettaljata tal-paratiji impermeabbli.

.4

Il-gavun tal-pruwa, il-qigħan doppji (inkluż il-karina) u l-kisjiet ta’ ġewwa għandhom jiġu ttestjati bl-ilma li jkollu massa li tikkorrispondi mar-rekwiżiti tal-paragrafu.1.

.5

It-tankijiet maħsuba biex iżommu l-likwidi, u li jiffurmaw parti mis-suddiviżjoni tal-vapur, għandhom jiġu ttestjati għall-impermeabbiltà, bl-ilma ta’ massa sal-linja tat-tagħbija tas-suddiviżjoni l-aktar fonda jew ta’ massa li tikkorrispondi għal żewġ terzi tal-fond min-naħa ta’ fuq tal-prim sal-linja tal-marġni quddiem it-tankijiet, skont liema minnhom tkun l-akbar, diment li l-massa tat-test ma tkun fl-ebda każ anqas minn 0,9 metri ’l fuq min-naħa ta’ fuq tat-tank; jekk l-ittestjar permezz tal-ilma ma jkunx jista’ jsir, jista’ jiġi aċċettat li ssir prova tat-tnixxija tal-arja fejn it-tankijiet ikunu soġġetti għall-pressjoni tal-arja ta’ mhux aktar minn 0,14 bar.

.6

It-testijiet imsemmija fil-paragrafi.4 u.5 qegħdin għall-iskop li jiżguraw li l-arranġamenti tas-suddiviżjonijiet ikunu impermeabbli u ma jridux jitqiesu bħala test tal-idoneità ta’ kwalunkwe kompartiment għall-ħżin tal-karburant taż-żejt jew għal skopijiet speċjali oħra li għalihom test ta’ natura superjuri jista’ jkun meħtieġ skont l-għoli li għalih likwidu jkollu aċċess fit-tank jew fil-konnessjonijiet tiegħu.

13.   Ir-Regolament II-1/B-2/13: Fetħiet f’paratiji impermeabbli (R 15)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.1

L-għadd ta’ fetħiet fil-paratiji impermeabbli għandu jitnaqqas għall-minimu li huwa kompatibbli mad-disinn u mat-tħaddim xieraq tal-vapur; għandhom jiġu pprovduti mezzi sodisfaċenti biex jagħlqu dawn il-fetħiet.

.2.1

Fejn il-pajpijiet, it-toqob fuq il-gvieret, il-kejbils tal-elettriku, eċċ., jinġarru mill-paratiji tas-suddiviżjoni impermeabbli, għandhom isiru arranġamenti biex jiżguraw l-integrità tal-impermeabbiltà f’dawn il-paratiji.

.2.2

Il-valvijiet li ma jiffurmawx parti minn sistema tal-pajpijiet ma għandhomx jitħallew f’paratiji tas-suddiviżjoni impermeabbli.

.2.3

Ma għandhomx jintużaw ċomb jew materjali oħra sensittivi għas-sħana f’sistemi li jippenetraw il-paratiji tas-suddiviżjoni impermeabbli, fejn id-deterjorament ta’ dawn is-sistemi f’każ ta’ nirien jaffettwa l-integrità tal-impermeabbiltà f’dawn il-paratiji.

.3.1

Ma huma permessi l-ebda bibien, toqob tal-ispezzjonar, jew fetħiet li jagħtu aċċess:

.1

fil-paratija tal-ħbit li tkun taħt il-linja tal-marġni;

.2

f’paratiji trasversali impermeabbli li jiddividu l-ispazju tat-tagħbija minn spazju tat-tagħbija ħdejh, ħlief kif previst fil-paragrafu.10.1 u fir-Regolament II-1/B-2/14.

.3.2

Ħlief kif previst fil-paragrafu.3.3, il-paratija tal-ħbit tista’ tittaqqab taħt il-linja tal-marġni minn mhux aktar minn pajp wieħed biex imexxi l-karburant fl-ewwel gavun tal-pruwa, diment li l-pajp jitwaħħal b’valv li jista’ jiġi ssikkat ’l isfel li jista’ jitħaddem minn fuq il-gverta tal-paratija, fejn il-kaxxa tal-valv tkun issikkata fl-ewwel pruwa għall-paratija tal-ħbit. Madanakollu t-twaħħil ta’ dan il-valv fuq il-parti ta’ wara l-paratija tal-ħbit jista’ jiġi aċċettat diment li l-valv ikun aċċessibbli faċilment fil-kundizzjonijiet kollha tas-servizz u l-ispazju li qiegħed fih ma jkunx spazju tal-merkanzija.

.3.3

Jekk il-gavun tal-pruwa jkun diviż biex iżomm żewġ tipi differenti ta’ likwidi, il-paratija tal-ħbit tista’ tittaqqab taħt il-linja tal-marġni minn żewġ pajpijiet li kull wieħed minnhom ikun imwaħħal kif meħtieġ mill-paragrafu.3.1, diment li ma jkunx hemm alternattiva prattika għat-twaħħil tat-tieni pajp u li, wara li titqies s-suddiviżjoni addizzjonali pprovduta fil-gavun tal-pruwa, is-sikurezza tal-vapur tinżamm.

.4

Fl-ispazji li fihom il-makkinarju prinċipali u awżiljari tal-propulsjoni inklużi l-bojlers li jservu l-bżonn tal-propulsjoni, jista’ jitwaħħal mhux aktar minn bieb wieħed ’il bogħod mill-bibien għall-mini tax-xaft f’kull waħda mill-paratiji prinċipali trasversali. Fejn ikunu mwaħħla żewġ xaftijiet jew aktar, il-mini għandhom jiġu konnessi minn passaġġ interkonness. Għandu jkun hemm biss bieb wieħed bejn l-ispazju tal-makkinarju u l-ispazji tal-mini fejn huma mwaħħlin ż-żewġ xaftijiet, u żewġ bibien biss fejn hemm aktar minn żewġ xaftijiet. Dawn il-bibien kollha għandhom ikunu tat-tip li jiżżerżqu u għandhom jitpoġġew b’tali mod li jkollhom il-ħoġor għoli sa fejn ikun prattiku. L-apparat manwali li jintuża biex iħaddem dawn il-bibien minn fuq il-gverta tal-paratija għandu jkun barra mill-ispazji li fihom il-makkinarju.

.5.1

VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B U VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D

Bibien impermeabbli għandhom ikunu bibien li jiżżerżqu jew li jduru fuq iċ-ċappetti jew bibien ta’ tip ekwivalenti. Bibien tal-pjanċi magħluqa biss bil-firrolli u bibien li biex jingħalqu trid twaqqagħhom jew li trid twaqqa’ piż biex jingħalqu mhumiex permessi.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D

Bibien impermeabbli, ħlief kif previst fil-paragrafu.10.1 jew ir-Regolament II-1/B-2/14, għandhom ikunu bibien li jiżżerżqu u motorizzati li jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-paragrafu.7 li jistgħu jingħalqu flimkien mill-makkinarju tal-kontroll ċentrali fil-pont tan-navigazzjoni f’mhux aktar minn 60 sekonda bil-vapur f’pożizzjoni wieqfa.

.5.2

VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B

Bibien li jiżżerżqu jistgħu jkunu jew:

jitħaddmu manwalment biss, jew

li jistgħu jitħaddmu b’enerġija motorizzata kif ukoll manwalment.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D

F’vapuri fejn l-għadd totali ta’ bibien impermeabbli mhux akbar minn tnejn u dawn il-bibien ikunu jinsabu fl-ispazju tal-makkinarju jew fil-paratiji ta’ madwar it-tali spazju, l-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera tista’ tippermetti li dawn il-bibien jitħaddmu manwalment biss. Fejn hemm imwaħħlin bibien li jiżżerżqu li jitħaddmu manwalment, tali bibien għandhom jingħalqu qabel il-vapur iħalli l-post fejn kien qiegħed marbut biex jitlaq fuq vjaġġ li jġorr il-passiġġieri u għandhom jinżammu magħluqa matul in-navigazzjoni.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.5.3

Il-mezzi tat-tħaddim kemm bl-enerġija motorizzata kif ukoll b’mod manwali ta’ kwalunkwe bieb impermeabbli li jiżżerżaq kemm jekk bl-enerġija motorizzata kif ukoll b’mod manwali, għandhom ikunu kapaċi jagħlqu l-bieb bil-vapur immejjel 15° lejn kull naħa. Għandhom jiġu kkunsidrati wkoll il-forzi li jistgħu jinfluwenzaw kull naħa tal-bibien bħal ma jkun hemm meta jkun għaddej l-ilma mill-fetħa u tiġi applikata pressa statika ekwivalenti għall-għoli tal-ilma ta’ mill-anqas 1 metru ’l fuq mill-ħoġor fuq il-linja taċ-ċentru tal-bieb.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D

.5.4

Tagħmir li jikkontrolla l-bibien impermeabbli, inkluż pajpijiet idrawliċi u kejbils tal-elettriku, għandhom jinżammu kemm jista’ jkun qrib il-paratija li fiha hemm imwaħħlin il-bibien sabiex tkun minimizzata il-probabbiltà li jiġu involuti f’kull ħsara li jista’ jġarrab il-vapur. Il-pożizzjoni tal-bibien impermeabbli u tat-tagħmir li jikkontrollahom għandha tkun tali li jekk il-vapur iġarrab ħsara f’għoxrin fil-mija tal-wisa’ tal-vapur, u tali distanza titkejjel f’angoli retti għal-linja taċ-ċentru fil-livell tal-linja tat-tagħbija tas-suddiviżjoni l-aktar fonda, it-tħaddim tal-bibien impermeabbli li mhux qegħdin fil-parti tal-vapur li ġarrbet ħsara ma jiġix imfixkel.

.5.5

Il-bibien kollha li jiżżerżqu li jitħaddmu bl-enerġija motorizzata jew b’mod manwali għandhom jiġu pprovduti b’indikazzjoni li turi l-pożizzjonijiet kollha tat-tħaddim mill-bogħod kemm jekk il-bibien ikunu miftuħa u kemm jekk ikunu magħluqa. Il-pożizzjonijiet kollha tat-tħaddim mill-bogħod għandhom ikunu biss fil-pont tan-navigazzjoni kif meħtieġ mill-paragrafu.7.1.5 u l-post fejn huwa meħtieġ it-tħaddim manwali ’l fuq mill-gverta tal-paratija mill-paragrafu.7.1.4.

VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B

.5.6

Il-bibien impermeabbli li ma jikkonformawx mal-paragrafi.5.1 sa.5.5 għandhom jingħalqu qabel ma jibda l-vjaġġ, u għandhom jinżammu magħluqa matul in-navigazzjoni; il-ħin li jinfetħu dawn il-bibien fil-port u l-ħin li jingħalqu qabel ma jitlaq il-vapur għandhom jinkitbu fir-reġistru.

VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B

.6.1

Bibien li jiżżerżqu li jitħaddmu manwalment jista’ jkollhom moviment orizzontali jew vertikali. Għandu jkun possibbli li l-mekkaniżmu jitħaddem fil-bieb stess minn kull naħa, u minn pożizzjoni aċċessibbli ’l fuq mill-gverta tal-paratija, b’moviment ta’ dawra sħiħa tal-krank, jew kull moviment ieħor li jipprovdi l-istess garanzija ta’ sikurezza u ta’ tip approvat. Meta titħaddem lieva tal-idejn il-ħin meħtieġ biex jingħalaq totalment il-bieb bil-vapur f’pożizzjoni wieqfa, ma għandux jaqbeż id-90 sekonda.

VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.6.2

Bibien li jiżżerżqu li jitħaddmu bl-enerġija motorizzata jista’ jkollhom moviment orizzontali jew vertikali. Jekk bieb jitħaddem bl-enerġija elettrika minn tagħmir ta’ kontroll ċentrali, il-gerijiet għandhom ikunu rranġati b’mod li l-bieb ikun jista’ jitħaddem bl-enerġija mill-bieb innifsu miż-żewġ naħat. Għandhom jiġu pprovduti pumi ta’ kontroll lokali f’konnessjoni mal-ger tal-enerġija fuq kull naħa tal-paratija u għandhom jiġu rranġati b’tali mod li jħallu lill-persuni jgħaddu mill-bieb biex iżommu ż-żewġ pumi fil-pożizzjoni miftuħa mingħajr ma jkunu jistgħu aċċidentalment jolqtu l-mekkaniżmu li jagħlaq. Bibien li jiżżerżqu li jitħaddmu bl-enerġija għandhom jiġu pprovduti b’pum tal-id li jista’ jitħaddem minn fuq kull naħa tal-istess bieb, u minn pożizzjoni aċċessibbli ’l fuq mill-gverta tal-paratija, b’moviment ta’ dawra sħiħa tal-krank, jew moviment ieħor li jipprovdi l-istess garanzija ta’ sikurezza u ta’ tip approvat. Għandu jkun hemm dispożizzjoni biex ikun hemm sinjal li jinstema’ li l-bieb beda jingħalaq u għandu jkompli jinstema’ sakemm jingħalaq kompletament. Barra minn hekk, f’żoni ta’ ambjent b’ħafna storbju għandu jintalab li jkun hemm ukoll sinjal viżiv intermittenti mal-bieb.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D:

.7.1

Kull bieb impermeabbli li jiżżerżaq u li jaħdem bl-enerġija motorizzata:

.1

għandu jkollu moviment vertikali jew orizzontali;

.2

għandu, soġġett għall-paragrafu.11, ikun limitat normalment għall-massimu ta’ wisa’ netta ta’ 1,2 metri. L-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera tista’ tippermetti bibien akbar biss sa fejn jitqies meħtieġ għat-tħaddim effettiv tal-vapur diment li miżuri oħra tas-sikurezza, inklużi li ġejjin, jiġu kkunsidrati:

.2.1

għandha tingħata kunsiderazzjoni speċjali lis-saħħa tal-bieb u l-partijiet tiegħu li jingħalqu sabiex ma jkunx hemm xi tnixxija;

.2.2

il-bieb għandu jkun barra ż-żona ta’ ħsara B/5;

.2.3

il-bieb għandu jinżamm magħluq meta l-vapur ikun fuq il-baħar, ħlief għal perjodi limitati meta jkun assolutament meħtieġ kif stabbilit mill-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera;

.3

għandu jkollu t-tagħmir meħtieġ biex jiftaħ u jagħlaq il-bieb permezz tal-enerġija elettrika, l-enerġija idrawlika, jew kull forma oħra ta’ enerġija li tkun aċċettabbli għall-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera;

.4

għandu jiġi pprovdut b’mekkaniżmu individwali li jitħaddem manwalment. Għandu jkun possibbli li wieħed jiftaħ u jagħlaq il-bieb manwalment mill-bieb innifsu minn kull naħa, u barra minn hekk, li jingħalaq il-bieb minn pożizzjoni aċċessibbli ’l fuq mill-gverta tal-paratija b’moviment tal-krank mad-dawra kollha jew moviment ieħor li jipprovdi l-istess grad ta’ sikurezza li jkun aċċettabbli għall-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera. Id-direzzjoni tad-dawrien jew moviment ieħor għandhom jiġu indikati b’mod ċar fil-pożizzjonijiet kollha tat-tħaddim. Il-ħin meħtieġ għall-għeluq totali tal-bieb, meta jiġi mħaddem b’pum tal-idejn, ma għandux jaqbeż 90 sekonda meta l-vapur ikun f’pożizzjoni wieqfa;

.5

għandu jiġi pprovdut b’tagħmir tal-kontroll għall-ftuħ u għall-għeluq tal-bieb bl-enerġija motorizzata miż-żewġ naħat tal-bieb kif ukoll biex jingħalaq il-bieb bl-enerġija motorizzata mit-tagħmir ċentrali tat-tħaddim fuq il-pont tan-navigazzjoni;

.6

għandu jkollu allarm li jinstema’, differenti minn kull allarm ieħor fiż-żona, li għandu jdoqq kull meta l-bieb jingħalaq bl-enerġija motorizzata mill-bogħod u li għandu jdoqq għal mill-anqas ħames (5) sekondi iżda għal mhux aktar minn 10 sekondi qabel ma jibda jiċċaqlaq il-bieb u għandu jkompli jdoqq sakemm il-bieb jingħalaq kompletament. Fil-każ ta’ tħaddim mill-bogħod manwalment, huwa biżżejjed li jinstema l-allarm biss meta l-bieb ikun qed jiċċaqlaq. Barra minn hekk, f’żoni tal-passiġġieri u f’żoni fejn hemm ħafna storbju, l-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera tista’ tirrikjedi li l-allarm li jinstema’ jiġi ssupplimentat minn sinjal intermittenti viżiv fil-bieb; u

.7

għandu jkollu rata bejn wieħed u ieħor uniformi għall-għeluq bl-enerġija motorizzata. Il-ħin tal-għeluq, mill-ħin meta l-bieb jibda jiċċaqlaq sal-ħin li fih jilħaq il-pożizzjoni fejn ikun magħluq totalment, ma għandu fl-ebda każ ikun ta’ anqas minn 20 sekonda u mhux aktar minn 40 sekonda bil-vapur fil-pożizzjoni wieqfa.

.7.2

L-enerġija elettrika meħtieġa għall-bibien impermeabbli li jiżżerżqu u li jitħaddmu bl-enerġija motorizzata għandha tiġi pprovduta mill-iswiċċbord tal-emerġenza jew direttament jew inkella b’bord tad-distribuzzjoni apposta li jinsab fuq il-gverta tal-paratija; il-kontroll assoċjat, iċ-ċirkwiti ta’ indikazzjoni u ta’ allarm għandhom jieħdu l-enerġija mill-iswiċċbord tal-emerġenza jew direttament jew b’bord ta’ distribuzzjoni apposta li jkun jinsab fuq il-gverta tal-paratija u li tkun tista’ tiġi pprovduta awtomatikament mis-sors ta’ enerġija elettrika tal-emerġenza fil-każ ta’ falliment jew tas-sors prinċipali jew tal-emerġenza tal-enerġija elettrika.

.7.3

Kull bieb impermeabbli li jiżżerżaq u li jaħdem bl-enerġija motorizzata għandu jkollu:

.1

sistema ċentralizzata idrawlika b’żewġ sorsi tal-enerġija indipendenti fejn kull wieħed minnhom ikollu mutur u pompa li jkunu kapaċi jagħlqu l-bibien kollha fl-istess ħin. Barra minn hekk, għandu jkun hemm installazzjoni sħiħa tal-akkumulaturi idrawliċi ta’ kapaċità suffiċjenti biex iħaddmu l-bibien tal-inqas tliet darbiet, jiġifieri. magħluq-miftuħ-magħluq, kontra mejl fuq il-ġenb bil-kontra ta’ 15 °. Dan iċ-ċiklu tat-tħaddim għandu jkun jista’ jitwettaq meta l-akkumulatur ikun fil-pressjoni ta’ attivazzjoni tal-pompa. Il-likwidu użat għandu jintgħażel wara li titqies it-temperatura li probabbli wieħed se jiltaqa’ magħha bl-installazzjoni tul is-servizz tagħha. Is-sistema tat-tħaddim bl-enerġija għandha tiġi ddisinjata biex tnaqqas il-possibbiltà li falliment wieħed fil-pajpijiet idrawliċi jaffettwa b’mod negattiv it-tħaddim ta’ aktar minn bieb wieħed. Is-sistema idrawlika għandha tiġi pprovduta b’allarm ta’ livell baxx għall-kontenituri tal-likwidu idrawliku li jservu s-sistema li titħaddem bl-enerġija u allarm ta’ pressjoni ta’ gass baxxa jew mezzi aktar effettivi tas-sorveljanza tat-telf tal-enerġija maħżuna f’akkumulaturi idrawliċi. Dawn l-allarmi jridu jkunu jinstemgħu u jidhru u għandhom ikunu fis-sistema tal-kontroll ċentrali fuq il-pont tan-navigazzjoni; jew

.2

sistema indipendenti idrawlika għal kull bieb fejn kull sors ta’ enerġija jkollu mutur u pompa li jkunu kapaċi jiftħu u jagħlqu l-bieb. Barra minn hekk, għandu jkun hemm akkumulatur idrawliku ta’ kapaċità suffiċjenti biex iħaddem il-bibien tal-anqas tliet darbiet, jiġifieri magħluq-miftuħ-magħluq, kontra mejl fuq il-ġenb ta’ 15 °. Dan iċ-ċiklu tat-tħaddim għandu jkun jista’ jitwettaq meta l-akkumulatur ikun fil-pressjoni ta’ attivazzjoni tal-pompa. Il-likwidu użat għandu jintgħażel wara li titqies it-temperatura li probabbli wieħed se jiltaqa’ magħha bl-installazzjoni tul is-servizz tagħha. Allarm ta’ pressjoni baxxa ta’ gass ta’ grupp żgħir jew mezz ieħor effiċjenti biex jiġi sorveljat it-telf tal-enerġija maħżuna fl-akkumulaturi idrawliċi għandu jiġi pprovdut fit-tagħmir tal-kontroll ċentrali fuq il-pont tan-navigazzjoni. Indikazzjoni ta’ telf tal-enerġija maħżuna f’kull pożizzjoni lokali tat-tħaddim ukoll għandha tiġi pprovduta; jew

.3

Sistema elettrika indipendenti u mutur għal kull bieb ma’ kull sors ta’ enerġija li jikkonsisti f’mutur li kapaċi jiftaħ u jagħlaq il-bieb. Is-sors tal-enerġija għandu jkun jista’ jiġi pprovdut awtomatikament mis-sors tat-tranżitu tal-enerġija elettrika tal-emerġenza fil-każ ta’ falliment ta’ waħda mis-sorsi tal-enerġija elettrika prinċipali jew tal-emerġenza u b’kapaċità suffiċjenti biex topera l-bieb tal-inqas tliet darbiet, jiġifieri magħluq-miftuħ-magħluq, kontra mejl fuq il-ġenb bil-kontra ta’ 15 °.

Għas-sistemi speċifikati f’.7.3.1, f’.7.3.2 u f’.7.3.3, jenħtieġ li jkun hemm dispożizzjoni kif ġej:

Sistemi tal-enerġija għall-bibien li jiżżerżqu impermeabbli li jitħaddmu bl-enerġija għandhom ikunu separati minn kull sistema oħra ta’ enerġija. Falliment wieħed fis-sistemi li jaħdmu bl-enerġija elettrika jew idrawlika ħlief l-attwatur idrawliku ma għandux ifixkel it-tħaddim manwali ta’ kull bieb.

.7.4

Għandhom jiġu pprovduti pumi tal-kontroll fuq kull naħa tal-paratija f’għoli minimu ta’ 1,6 metru ’l fuq mill-art u għandhom jiġu rranġati b’tali mod li jħallu lill-persuni jgħaddu mill-bieb biex iżommu ż-żewġ pumi fil-pożizzjoni miftuħa mingħajr ma jkun jista’ jiġi attivat aċċidentalment il-mekkaniżmu tal-għeluq motorizzat. Id-direzzjoni tal-movimenti tal-pumi biex jiftħu u jagħlqu l-bibien għandha tkun fid-direzzjoni tal-moviment tal-bieb u għandha tkun indikata b’mod ċar. Il-pumi tal-kontroll idrawliku għall-bibien impermeabbli fl-ispazji tal-akkomodazzjoni għandhom, jekk hija meħtieġa azzjoni waħda biss biex tibda l-moviment li jagħlaq il-bieb, jitqiegħdu f’postijiet fejn it-tfal ma jkunux jistgħu jħaddmuhom, eż. wara l-bibien tal-panel bil-firrolli mpoġġija tal-anqas 170 cm ’il fuq mil-livell tal-gverta.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D

Fuq iż-żewġ naħat tal-bieb għandu jkun hemm plakka bl-istruzzjonijiet dwar kif is-sistema tal-bieb għandha titħaddem. Fuq iż-żewġ naħat ta’ kull bieb għandu jkun hemm plakka bil-kliem jew bl-istampi li jwissu bil-periklu meta wieħed jibqa’ fil-fetħa tal-bieb meta l-bieb ikun beda l-moviment li jagħlaq. Dawn il-pjanċi għandhom isiru b’materjal li jibqa’ tajjeb fit-tul u għandhom ikunu mwaħħlin b’mod b’saħħtu. It-test fuq il-plakka tal-istruzzjoni jew tat-twissija għandu jinkludi informazzjoni dwar il-ħin tal-għeluq tal-bieb inkwistjoni.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D

.7.5

Sa fejn huwa prattikabbli, it-tagħmir u l-komponenti elettriċi tal-bibien impermeabbli għandhom ikunu ’l fuq mill-gverta tal-paratija u ’l barra minn żoni u spazji ta’ periklu.

.7.6

L-imgħalaq tal-komponenti elettriċi meħtieġa li jinsabu taħt il-gverta għandhom jipprovdu biżżejjed protezzjoni kontra d-dħul tal-ilma.

.7.7

Iċ-ċirkwiti tal-enerġija elettrika, tal-kontroll, tal-indikazzjoni u tal-allarm għandhom jiġu protetti kontra l-ħsarat b’tali mod li l-falliment f’ċirkwit ta’ bieb wieħed ma jikkawżax falliment f’ebda ċirkwit ta’ bieb ieħor. Short circuits jew ħsarat oħra fiċ-ċirkwiti tal-allarm jew tal-indikaturi ta’ bieb ma għandhomx jirriżultaw f’telf tat-tħaddim tal-enerġija ta’ dak il-bieb. L-arranġamenti għandhom ikunu tali li n-nixxija tal-ilma fit-tagħmir elettriku li jinsab taħt il-gverta tal-paratija ma jikkawżax ftuħ tal-bieb.

.7.8

Falliment wieħed fl-elettriku fis-sistema tat-tħaddim tal-enerġija jew tal-kontroll ta’ bieb impermeabbli li jiżżerżaq ma għandux jirriżulta fil-fatt li bieb magħluq jinfetaħ. Id-disponibbiltà tal-provvista tal-enerġija jenħtieġ li tiġi ssorveljata f’punt taċ-ċirkwit elettriku kemm jista’ jkun fil-qrib daqs kemm ikun prattikabbli għal kull wieħed mill-muturi meħtieġa mill-paragrafu.7.3. It-telf ta’ tali provvista tal-enerġija għandha tattiva allarm li jinstema’ u li jidher fit-tagħmir ċentrali li jikkontrolla l-pont tan-navigazzjoni.

.8.1

It-tagħmir ċentrali tat-tħaddim tal-pont tan-navigazzjoni għandu jkollu swiċċ tal-“master mode” b’żewġ modalitajiet ta’ kontroll: modalità tal-“kontroll lokali” li għandha tħalli kwalunkwe bieb jinfetaħ lokalment u jingħalaq lokalment wara l-użu mingħajr ma jingħalaq awtomatikament, u modalità ta’ “bibien magħluqa” li għandha tagħlaq awtomatikament kwalunkwe bieb li jkun miftuħ. Il-modalità tal-“bibien magħluqa” għandha tippermetti li l-bibien jinfetħu lokalment u għandha terġa’ tagħlaq il-bieb awtomatikament wara li jiġi rrilaxxat il-mekkaniżmu tal-kontroll lokali. Is-swiċċ tal-“master mode” għandu normalment ikun fil-modalità tal-“kontroll lokali”. Il-modalità tal-“bieb magħluq” għandha tintuża biss f’emerġenza jew għal skopijiet ta’ ttestjar.

.8.2

It-tagħmir ċentrali tat-tħaddim tal-pont tan-navigazzjoni għandu jiġi pprovdut b’dijagramma li turi fejn jinsab kull bieb, b’indikaturi viżivi biex juru jekk kull bieb huwiex miftuħ jew magħluq. Dawl aħmar għandu jindika li l-bieb huwa miftuħ kompletament u dawl aħdar għandu jindika li l-bieb huwa magħluq kompletament. Meta l-bieb jingħalaq mill-bogħod id-dawl aħmar għandu jindika l-pożizzjoni intermedja billi jteptep. Iċ-ċirkwit li jindika għandu jkun indipendenti miċ-ċirkwit tal-kontroll għal kull bieb.

.8.3

Ma għandux ikun possibbli li jinfetaħ bieb mill-bogħod mill-pożizzjoni ċentrali tal-kontroll.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.9.1

Il-bibien impermeabbli kollha għandhom jinżammu magħluqa waqt il-vjaġġ iżda jistgħu jinfetħu matul il-vjaġġ kif speċifikat fil-paragrafi.9.2 u.9.3. Il-bibien impermeabbli li jkollhom wisa’ ta’ aktar minn 1,2 metru permessi mill-paragrafu.11 jistgħu jinfetħu biss fiċ-ċirkostanzi msemmija f’dak il-paragrafu. Kwalunkwe bieb li jinfetaħ f’konformità ma’ dan il-paragrafu għandu jkun lest biex jingħalaq minnufih.

.9.2

Bieb impermeabbli jista’ jinfetaħ matul il-vjaġġ biex iħalli l-passiġġieri jew il-membri tal-ekwipaġġ jgħaddu, jew meta x-xogħol fil-viċinanza immedjata tal-bieb ikun jeħtieġ li l-bieb jinfetaħ. Il-bieb għandu jingħalaq minnufih meta jkun lest it-tranżitu minn ġo fih jew meta l-biċċa xogħol li minħabba fiha nfetaħ tkun ġiet fi tmiemha.

.9.3

Ċerti bibien impermeabbli jistgħu jitħallew miftuħa matul il-vjaġġ biss jekk jitqies assolutament meħtieġ; jiġifieri, li jkunu miftuħin ikun meqjus bħala essenzjali għat-tħaddim sikur u effettiv tal-makkinarju tal-vapur u biex jippermetti l-passiġġieri aċċess li normalment ma jkunx ristrett tul iż-żona tal-passiġġieri. Tali determinazzjoni għandha ssir mill-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera biss wara li ssir kunsiderazzjoni bir-reqqa dwar l-impatt fuq it-tħaddim u s-soppravivenza tal-vapur. Bieb impermeabbli bil-permess li jibqa’ miftuħ għandu jiġi indikat b’mod ċar fl-informazzjoni dwar l-istabbiltà tal-vapur u għandu jkun dejjem lest biex jingħalaq minnufih.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D:

.10.1

Jekk l-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera tkun sodisfatta li tali bibien huma essenzjali, il-bibien impermeabbli mibnija b’mod sodisfaċenti jistgħu jitwaħħlu f’paratiji impermeabbli li jiddividu l-merkanzija bejn l-ispazji fuq il-gverta. Tali bibien jistgħu jkunu biċ-ċappetti, li jirrumblaw jew li jiżżerżqu iżda li ma jistgħux ikunu kkontrollati mill-bogħod. Għandhom jiġu mgħammra fl-ogħla livell u ’l bogħod kemm jista’ jkun mill-kisi tal-qoxra, iżda t-truf vertikali ta’ fuq barra ma għandhom fl-ebda każ ikunu jinsabu f’distanza mill-kisi tal-qoxra li tkun anqas minn għoxrin fil-mija tal-wisa’ tal-vapur, tali distanza titkejjel f’angoli retti għal-linja taċ-ċentru fil-livell tal-linja tat-tagħbija l-iktar fonda.

.10.2

Tali bibien għandhom jingħalqu qabel jibda l-vjaġġ u għandhom jinżammu magħluqa matul in-navigazzjoni; il-ħin li jinfetħu dawn il-bibien fil-port u l-ħin li jingħalqu qabel ma jitlaq il-vapur għandhom jinkitbu fir-reġistru. Jekk wieħed mill-bibien ikun aċċessibbli matul il-vjaġġ, għandhom ikunu mgħammra b’mezz li jipprevjeni l-ftuħ mhux awtorizzat. Meta jiġi suġġerit li jitwaħħlu tali bibien, l-għadd u l-arranġamenti għandhom jitqiesu b’mod speċjali mill-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera.

.11

Pjanċi li jinġarru fuq il-paratiji ma għandhomx jiġu permessi ħlief fi spazji tal-makkinarju. Tali pjanċi għandhom dejjem ikunu f’posthom qabel il-vapur jitlaq mill-port, u ma għandhomx jitneħħew matul in-navigazzjoni ħlief fil-każ ta’ bżonn urġenti skont id-diskrezzjoni tal-kaptan. L-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera ma tistax tippermetti aktar minn bieb wieħed li jiżżerżaq impermeabbli u motorizzat f’kull paratija trasversali prinċipali akbar minn dawk speċifikati fil-paragrafu.7.1.2 li jrid jiġi ssostitwit b’dawn il-pjanċi li jinġarru, diment li dawn il-bibien jingħalqu qabel il-vapur iħalli l-port u jibqgħu magħluqa matul in-navigazzjoni ħlief fil-każ ta’ bżonn urġenti skont id-diskrezzjoni tal-kaptan. Dawn il-bibien ma hemmx għalfejn jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-paragrafu.7.1.4 dwar l-għeluq totali b’tagħmir li jitħaddem manwalment f’90 sekonda. Il-ħin li jinfetħu dawn il-bibien fil-port u l-ħin li jingħalqu qabel ma jitlaq il-vapur għandhom jinkitbu fir-reġistru.

14.   Ir-Regolament II-1/B-2/14: Vapuri li jġorru vetturi tal-merkanzija u l-persunal li jakkumpanjawhom (R 16)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.1

Dan ir-Regolament II-1/B-2/14 japplika għall-vapuri tal-passiġġieri ddisinjati jew adattati għall-ġarr tal-merkanzija, tal-vetturi u tal-persunal li jakkumpanjawhom.

.2

Jekk f’tali vapur l-għadd totali ta’ passiġġieri, inkluż il-persuni li qed jakkumpanjaw il-vetturi ma jaqbiżx N = 12 + A/25, fejn A = l-erja totali fuq il-gverta (f’metri kwadri) ta’ spazji disponibbli għall-istivar tal-vetturi tal-merkanzija u fejn l-għoli tad-differenza fil-pożizzjoni tal-istivar u fid-daħla ta’ tali spazji ma tkunx inqas minn erba’ (4) metri, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament II-1/B-2/13, il-paragrafu.10, għandhom japplikaw fir-rigward tal-bibien impermeabbli ħlief li l-bibien jistgħu jitwaħħlu f’kull livell f’paratiji impermeabbli li jiddividu l-ispazji tal-merkanzija. Barra minn hekk, huma meħtieġa indikaturi fuq il-pont tan-navigazzjoni biex juru awtomatikament meta kull bieb ikun magħluq u meta s-sokriet tal-bibien ikunu maqfula.

.3

Meta jkunu qed jiġu applikati d-dispożizzjonijiet ta’ dan il-kapitolu għal tali vapur, N għandha titqies bħala l-akbar għadd ta’ passiġġieri li għalih il-vapur jista’ jiġi ċċertifikat f’konformità ma’ dan ir-Regolament II-1/B-2/14.

15.   Ir-Regolament II-1/B-2/15: Fetħiet fil-kisi tal-qoxra taħt il-linja tal-marġni (R 17)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.1

L-għadd ta’ fetħiet fil-kisi tal-qoxra għandu jitnaqqas għall-minimu kompatibbli mad-disinn u mat-tħaddim xieraq tal-vapur.

.2.1

L-arranġament u l-effiċjenza tal-mezzi għall-għeluq ta’ kwalunkwe fetħa fil-kisi tal-qoxra għandhom ikunu konsistenti mal-iskop maħsub u mal-pożizzjoni li fiha qegħdin imwaħħla.

.2.2

Soġġett għar-rekwiżiti tal-Konvenzjoni Internazzjonali tal-Linja tat-Tagħbija fis-seħħ, l-ebda ftuħ fil-ġenb ma għandu jitwaħħal f’tali pożizzjoni li l-ħoġor taħt linja mmarkata bi dritt il-gverta tal-paratija fil-ġenb u li jkollu l-punt l-aktar baxx tiegħu 2,5 % tal-wisa’ tal-vapur ’il fuq mil-linja tat-tagħbija tas-suddiviżjoni l-aktar fonda, jew 500 mm, skont liema minnhom ikun l-akbar.

.2.3

Il-fetħiet kollha tal-ġenb li jkollhom il-ħoġor tagħhom taħt il-linja tal-marġni għandhom ikunu ta’ tali kostruzzjoni li effettivament ma tħalli l-ebda persuna tiftaħhom mingħajr il-kunsens tal-kaptan tal-vapur.

.2.4

Fejn f’post bejn il-gverti, il-ħoġor ta’ kwalunkwe fetħa fil-ġenb imsemmija fil-paragrafu.2.3 ikun taħt il-linja mpinġija bi dritt il-gverta tal-paratija tal-ġenb u li jkollha l-aktar punt baxx 1,4 metru u 2,5 % tal-wisa’ tal-vapur ’il fuq mill-ilma meta l-vapur jitlaq minn port, il-fetħiet fil-ġenb kollha ta’ bejn il-gverti għandhom ikunu magħluqa, impermeabbli u msakkra qabel ma l-vapur iħalli l-port u ma għandhomx jinfetħu qabel ma l-vapur jasal fil-port li jmiss. Fl-applikazzjoni ta’ dan il-paragrafu, jista’ jkun hemm tolleranza xierqa għal meta l-vapur ikun fl-ilma ħelu.

.2.5

Il-fetħiet fil-ġenb u l-kontropurtelli tagħhom li ma jkunux aċċessibbli matul in-navigazzjoni għandhom jingħalqu u jissakkru qabel il-vapur iħalli l-port.

.3

L-għadd ta’ toqob, punti ta’ rimi sanitarju u fetħiet oħra bħal dawn fil-kisi tal-qoxra għandhom jitnaqqsu għall-minimu jew billi kull rimi jkun tali li jservi kemm il-pajp sanitarju u pajpijiet oħra possibbli, jew bi kwalunkwe mod sodisfaċenti ieħor.

.4

It-toqob tad-dħul u tal-ħruġ kollha fil-kisi tal-qoxra għandhom jitwaħħlu b’arranġamenti effiċjenti u aċċessibbli li jevitaw id-dħul aċċidentali tal-ilma fil-vapur.

.4.1

Soġġett għar-rekwiżiti tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Linja tat-Tagħbija fis-seħħ, u ħlief kif imsemmi fil-paragrafu.5, kull rimi separat li jgħaddi mill-kisi tal-qoxra taħt il-linja tal-marġni għandu jiġi pprovdut jew b’valv wieħed awtomatiku li minnu ma hemmx ritorn u mwaħħal b’mezz pożittiv biex jagħlqu minn fuq il-gverta tal-paratija jew b’żewġ valvijiet awtomatiċi li minnhom ma hemmx ritorn u li ma jkollhomx mezz pożittiv biex jingħalqu, diment li l-valv ta’ ġewwa jkun jinsab fuq il-linja tat-tagħbija tas-suddiviżjoni l-aktar fonda u jkun dejjem aċċessibbli għall-eżami skont il-kundizzjonijiet tas-servizz.

Meta jitwaħħal valv b’mezz pożittiv tal-għeluq, il-pożizzjoni tat-tħaddim ’il fuq mill-gverta tal-paratija għandha dejjem tkun aċċessibbli fil-pront u għandhom jiġu pprovduti mezzi biex jindikaw jekk il-valv huwiex miftuħ jew magħluq.

.4.2

Ir-rekwiżiti tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Linja tat-Tagħbija fis-seħħ għandhom japplikaw għar-rimi li jgħaddi mill-kisi tal-qoxra mill-ispazji ’l fuq mil-linja tal-marġni.

.5

It-toqob tad-dħul u tal-ħruġ prinċipali u awżiljarji tal-ispazju tal-makkinarju konnessi mat-tħaddim tal-makkinarju għandu jkollhom valvijiet li jkunu aċċessibbli fil-pront bejn il-pajpijiet u l-kisi tal-qoxra jew bejn il-pajpijiet u kaxxi fabbrikati mwaħħla mal-kisi tal-qoxra. Il-valvijiet għandhom ikunu jistgħu jiġu kkontrollati lokalment u għandhom jiġu pprovduti b’indikaturi li juru jekk humiex miftuħa jew magħluqa.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D:

.1

Ir-roti manwali jew il-pumi għall-iżbokk għall-ilma baħar għandhom ikunu aċċessibbli għat-tħaddim. Il-valvijiet kollha li jintużaw bħala valvijiet taħt il-linja tal-ilma sabiex jidħol jew joħroġ l-ilma minnhom (seacocks) għandhom jingħalqu b’moviment fid-direzzjoni kif idur l-arloġġ tar-roti manwali tagħhom.

.2

Viti tar-rimi jew valvijiet fuq il-ġenb tal-vapur għall-ilma li jkun żejjed mill-bojlers għandhom ikunu f’postijiet li faċli tilħaqhom u mhux fil-kisi tal-gverta. Il-viti jew il-valvijiet għandhom jiġu ddisinjati sabiex ikun faċli biex wieħed jara jekk humiex miftuħa jew magħluqa. Il-viti għandhom jiġu pprovduti bi skrins tas-sikurezza, iddisinjati b’tali mod li ċ-ċavetta ma tkunx tista’ tinqala’ meta l-vit ikun miftuħ.

.3

Il-valvijiet u l-viti kollha fis-sistema tal-pajpijiet bħas-sistemi tas-sentina u tas-saborra, is-sistemi tal-karburant taż-żejt u taż-żejt lubrifikanti, is-sistemi tat-tifi tan-nar u tas-sieqja, l-ilma li jkessaħ u s-sistemi sanitarji, eċċ. għandhom jiġu mmarkati b’mod ċar skont il-funzjonijiet tagħhom.

.4

Pajpijiet oħra ta’ ħruġ għandhom, jekk ikunu joħorġu ’l isfel mil-linja tat-tagħbija tas-suddiviżjoni l-aktar fonda, jiġu pprovduti b’mezz ekwivalenti ta’ għeluq fil-ġenb tal-vapur; jekk joħorġu ’l fuq mil-linja tat-tagħbija l-aktar fonda tas-suddiviżjoni, għandhom jiġu pprovduti b’valv ordinarju tal-maltemp. Fiż-żewġ każijiet il-valvijiet jistgħu jitħallew barra jekk il-pajpijiet li jintużaw ikunu tal-istess ħxuna daqs il-kisi tat-toqob tal-ħruġ mit-tojlits u mis-sinkijiet u t-toqob tal-art mill-kmamar tal-ħasil eċċ. ipprovduti b’kontropurtelli jew protetti b’mod ieħor kontra x-xokk tal-ilma. Il-ħxuna tal-ħitan ta’ tali pajpijiet ma hemmx bżonn, madanakollu, tkun akbar minn 14-il mm.

.5

Jekk jitwaħħal valv b’mekkaniżmu dirett li jagħlaq, il-post minn fejn jitħaddem għandu dejjem ikun aċċessibbli b’mod faċli, u għandu jkun hemm mezz biex jiġi indikat jekk il-valv huwiex miftuħ jew magħluq.

.6

Meta l-valvijiet b’mekkaniżmi diretti li jagħlqu jkunu fi spazji tal-makkinarju, huwa biżżejjed li jitħaddmu minn fejn ikunu jinsabu, diment li dan l-ispazju jkun aċċessibbli b’mod faċli fil-kundizzjonijiet kollha.

.6

It-tagħmir tal-qafas u l-valvijiet meħtieġa minn dan ir-Regolament II-1/B-2/15 għandhom ikunu tal-azzar, tal-bronż jew ta’ materjal duttili ieħor approvat. Valvijiet tal-ħadid fondut ordinarju jew materjali bħalu mhumiex aċċettabbli. Kull pajp li għalih jirreferi dan ir-Regolament II-1/B-2/15 għandu jkun tal-azzar jew ta’ materjal ieħor ekwivalenti li jissodisfa l-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera.

.7

Skaletti u gverti tal-merkanzija mwaħħla taħt il-linja tal-marġni għandhom ikunu ta’ saħħa suffiċjenti. Għandhom ikunu magħluqa b’mod effettiv u ssiġillati biex ma jgħaddix ilma minnhom qabel ma l-vapur isalpa mill-port, u għandhom jinżammu magħluqa matul il-vjaġġ.

.8

Tali portijiet ma jistgħu fl-ebda każ jitwaħħlu b’tali mod li jkollhom l-aktar punt baxx tagħhom ’l isfel mil-linja tat-tagħbija tas-suddiviżjoni l-aktar fonda.

16.   Ir-Regolament II-1/B-2/16: Integrità tal-impermeabbiltà tal-vapuri tal-passiġġieri ’l fuq mil-linja tal-marġni (R 20)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.1

Għandhom jittieħdu l-miżuri kollha raġonevoli u prattikabbli biex jillimitaw id-dħul u l-firxa tal-ilma ’l fuq mill-gverta tal-paratija. Tali miżuri jistgħu jinkludu paratiji jew xbieki parzjali. Meta paratiji u xbieki parzjali impermeabbli jitwaħħlu fuq il-gverta tal-paratiji, fuq jew fil-viċinanza immedjata tal-paratiji prinċipali tas-suddiviżjoni, għandu jkollhom qafas u konnessjonijiet tal-gverta tal-paratija impermeabbli sabiex jirrestrinġu l-fluss tal-ilma tul il-gverta meta l-vapur ikun qed imil f’kundizzjoni ta’ ħsara. Fejn il-paratija parzjali impermeabbli ma tkunx bi dritt il-paratija ta’ taħtha, il-gverta tal-paratija ta’ bejniethom għandha ssir effettiva biżżejjed li ma tħallix ilma jgħaddi.

.2

Il-gverta tal-paratija jew gverta fuqha għandhom ikunu reżistenti għall-maltemp. Il-fetħiet kollha fil-gverta tal-osservazzjoni li hija esposta għandu jkollhom muxxillari ta’ għoli u saħħa biżżejjed u għandhom jiġu pprovduti b’mezzi effiċjenti biex jagħlquhom b’mod effiċjenti li jkunu impermeabbli. Għandhom jitwaħħlu freeing ports, poġġamani miftuħa u toqob kif ikun meħtieġ biex titnaddaf il-gverta tal-ilma fil-kundizzjonijiet kollha tat-temp.

.3

F’vapuri eżistenti tal-klassi B, it-tarf miftuħ tal-pajpijiet tal-arja li jispiċċaw ġewwa sovrastruttura għandhom ikunu tal-anqas metru (1) ’il fuq mil-linja tal-ilma meta l-vapur imil għal angolu ta’ 15 °C, jew l-angolu massimu ta’ mejl matul l-istadji intermedji tat-tgħarriq, kif stabbilit b’kalkolu dirett, skont liema minnhom ikun l-akbar. Jew inkella, il-pajpijiet tal-arja minn tankijiet li mhumiex tankijiet taż-żejt jistgħu jarmu mill-ġenb tas-sovrastruttura. Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu huma mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni Internazzjonali tal-Linji tat-Tagħbija fis-seħħ.

.4

Il-fetħiet żgħar tal-ġenb, l-iskaletti, il-portijiet tal-merkanzija u l-mezzi l-oħra biex jagħlqu l-fetħiet fil-kisi tal-qoxra ’l fuq mil-linja tal-marġni għandhom ikunu ta’ disinn u ta’ kostruzzjoni effiċjenti u ta’ saħħa biżżejjed wara li jiġu kkunsidrati l-ispazji li fihom jitwaħħlu u l-pożizzjonijiet relattivi għal-linja tat-tagħbija tas-suddiviżjoni l-aktar fonda.

.5

Il-kontropurtelli effiċjenti ta’ fuq ġewwa, irranġati b’tali mod li jistgħu jingħalqu b’mod effettiv u jiġu ssiġillati biex ma jgħaddix ilma minnhom, għandhom jiġu pprovduti għall-fetħiet kollha tal-ġenb għall-ispazji taħt l-ewwel gverta fuq il-gverta tal-paratija.

17.   Ir-Regolament II-1/B-2/17: Għeluq tal-bibien li minnhom titgħabba l-merkanzija (R 20-1)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.1

Il-bibien li ġejjin, li jinsabu ’l fuq mil-linja tal-marġni, għandhom ikunu magħluqa u msakkra qabel ma l-vapur jibda xi vjaġġ, u għandhom jibqgħu magħluqa u msakkra sakemm il-vapur jirmiġġa fejn imiss:

.1

il-bibien li minnhom titgħabba l-merkanzija fil-qoxra jew fil-konfini tas-sovrastrutturi magħluqa;

.2

il-viżieri tal-pruwa mwaħħla f’pożizzjonijiet, kif indikat fil-paragrafu.1.1;

.3

il-bibien li minnhom titgħabba l-merkanzija fil-paratija tal-ħbit;

.4

ir-rampi li jirreżistu għall-maltemp li jifformaw għeluq alternattiv għal dak definit fil-paragrafi.1.1 sa 1.3 inkluż. Diment li bieb ma jkunx jista’ jinfetaħ jew jingħalaq meta l-vapur ikun sorġut f’postu, tali bieb jista’ jinfetaħ jew jinżamm miftuħ meta l-vapur joqrob jew jitbiegħed mill-post fejn kien sorġut, iżda biss sa fejn ikun neċessarju biex il-bieb ikun jista’ jitħaddem immedjatament. F’kull każ, il-bieb ta’ ġewwa tal-pruwa jrid jinżamm magħluq.

.2

Minkejja r-rekwiżiti tal-paragrafi.1.1 u.1.4, l-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera tista’ tawtorizza li bibien partikolari jistgħu jinfetħu skont id-diskrezzjoni tal-kaptan, jekk dan ikun neċessarju għat-tħaddim tal-vapur jew għall-imbarkazzjoni jew għall-inżul tal-passiġġieri, meta l-vapur ikun ankrat bla periklu u diment li s-sikurezza tal-vapur ma tiġix affettwata.

.3

Il-kaptan għandu jiżgura li tiġi implimentata sistema effettiva ta’ superviżjoni u ta’ rappurtar tal-għeluq u tal-ftuħ tal-bibien kif imsemmi fil-paragrafu.1.

.4

Il-kaptan għandu jiżgura, qabel ma l-vapur jitlaq fuq vjaġġ, li jiġi rreġistrat kif meħtieġ fir-Regolament II-1/B-2/22, il-ħin li fih ingħalqu l-aħħar il-bibien speċifikati fil-paragrafu.1 u l-ħin ta’ kwalunkwe ftuħ ta’ bibien partikolari f’konformità mal-paragrafu.2.

17-1   Ir-Regolament II-1/B-2/17-1: Integrità tal-impermeabbiltà mill-gverta tal-vapur ro-ro (gverta tal-paratija) għall-ispazji li jkunu taħt (R 20-2)

VAPURI RO-RO ĠODDA TAL-PASSIĠĠIERI TAL-KLASSIJIET B, C U D:

.1.1

Soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafi.1.2 u.1.3, l-aċċessi kollha li jwasslu għall-ispazji taħt il-gverta tal-paratija għandu jkollhom il-punt l-aktar baxx mhux anqas minn 2,5 metri ’l fuq mill-gverta tal-paratija;

.1.2

fejn hemm imwaħħla rampi tal-vetturi biex jagħtu aċċess għall-ispazji taħt il-gverta tal-paratija, il-fetħiet tagħhom għandhom ikunu jistgħu jingħalqu b’mod li jkunu jirreżistu għall-maltemp biex jevitaw id-dħul tal-ilma taħt, ikunu bl-allarm u jkunu indikati fil-pont tan-navigazzjoni;

.1.3

l-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera tista’ tħalli t-twaħħil ta’ aċċessi partikolari għall-ispazji taħt il-gverta tal-paratija diment li jkunu meħtieġa għat-tħaddim essenzjali tal-vapur, eż. moviment ta’ makkinarju u ħażniet, diment li dawn l-aċċessi jsiru impermeabbli, ikunu mgħammra b’allarm u jkunu indikati fil-pont tan-navigazzjoni;

.1.4

l-aċċessi msemmija fil-paragrafi.1.2 u.1.3 għandhom jingħalqu qabel ma l-vapur iħalli l-post fejn ikun irmiġġat fuq kwalunkwe vjaġġ u għandhom jinżammu magħluqa qabel il-vapur jirmiġġa fejn imissu;

.1.5

il-kaptan għandu jiżgura li tiġi implimentata sistema effettiva ta’ superviżjoni u ta’ rappurtar tal-għeluq u tal-ftuħ ta’ tali aċċessi kif imsemmi fil-paragrafi.1.2 u.1.3; u

.1.6

il-kaptan għandu jiżgura, qabel ma l-vapur isalpa mill-irmiġġ fuq kwalunkwe vjaġġ, li jiġi rreġistrat fir-reġistru, kif meħtieġ mir-Regolament II-1/B-2/22, il-ħin tal-aħħar għeluq ta’ aċċessi msemmija fil-paragrafi.1.2 u.1.3;

.1.7

vapuri ro-ro ġodda tal-passiġġieri tal-klassi C ta’ anqas minn 40 metru tul u vapuri ro-ro ġodda tal-passiġġieri tal-klassi D jistgħu, minflok ma jikkonformaw mal-paragrafi.1.1 sa.1.6, jikkonformaw mal-paragrafi.2.1 sa.2.3, diment li l-għoli tal-muxxillari u tal-ħoġor ikunu tal-anqas 600 mm fuq gverti tal-vapuri ro-ro tal-merkanzija miftuħa u tal-anqas 380 mm fuq gverti tal-vapuri ro-ro tal-merkanzija magħluqa.

VAPURI RO-RO TAL-PASSIĠĠIERI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.2.1

L-aċċessi kollha mill-gverta tal-vapuri ro-ro li jwasslu sal-ispazji taħt il-gverta tal-paratija għandhom ikunu jirreżistu għall-maltemp u għandhom jiġu pprovduti bil-mezzi fuq il-pont tan-navigazzjoni, li jindikaw jekk l-aċċess huwiex miftuħ jew magħluq;

.2.2

dawn l-aċċessi kollha għandhom jingħalqu qabel ma l-vapur iħalli l-post fejn ikun irmiġġat fuq xi vjaġġ u għandhom jinżammu magħluqa sakemm il-vapur jirmiġġa fejn imissu;

.2.3

minkejja r-rekwiżiti tal-paragrafu.2.2, l-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera tista’ tippermetti li xi aċċessi jinfetħu matul il-vjaġġ iżda dan biss għal perjodu li jippermetti l-passaġġ u, jekk ikun meħtieġ għat-tħaddim essenzjali tal-vapur.

17-2   Ir-Regolament II-1/B-2/17-2: Aċċess għall-gverti ro-ro (R 20-3)

IL-VAPURI RO-RO KOLLHA TAL-PASSIĠĠIERI:

Il-kaptan, jew l-uffiċjal innominat għandu jiżgura li, mingħajr il-kunsens mogħti mill-kaptan jew mill-uffiċjal maħtur, l-ebda passiġġier ma għandu jkollu aċċess għall-gverta ro-ro meta l-vapur ikun qed isalpa.

17-3   Ir-Regolament II-1/B-2/17-3: Għeluq tal-paratiji fuq il-gverta ro-ro (R 20-4)

VAPURI RO-RO TAL-PASSIĠĠIERI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D U EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.1

Il-paratiji trasversali u lonġitudinali kollha kkunsidrati bħala effettivi biex jikkonfinaw l-ilma tal-baħar li jkun inġabar fuq il-gverta tal-vapur ro-ro għandhom ikunu f’posthom u marbuta qabel ma l-vapur isalpa mill-post fejn ikun irmiġġat u għandhom jibqgħu f’posthom u marbuta sakemm il-vapur jirmiġġa fejn imissu.

.2

Minkejja r-rekwiżiti tal-paragrafu.1, l-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera tista’ tippermetti li xi aċċessi f’dawn il-paratiji jinfetħu matul il-vjaġġ iżda dan biss għal perjodu li jippermetti l-passaġġ u, jekk ikun meħtieġ, għat-tħaddim essenzjali tal-vapur.

18.   Ir-Regolament II-1/B-2/18: Informazzjoni dwar l-istabbiltà (R 22)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.1

Kull vapur tal-passiġġieri għandu jiġi inklinat malli jitlesta u l-elementi tal-istabbiltà tiegħu għandhom jiġu determinati. Il-kaptan għandu jingħata tali informazzjoni, li tkun approvata mill-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera, kif ikun meħtieġ biex ikun jista’ jikseb għajnuna preċiża dwar l-istabbiltà tal-vapur taħt kundizzjonijiet varji tas-servizz bi proċessi li ma jdumux u li jkunu sempliċi.

.2

Fejn isir kwalunkwe tibdil fil-vapur li jaffettwa materjalment l-informazzjoni dwar l-istabbiltà li tiġi pprovduta lill-kaptan, għandha tiġi pprovduta informazzjoni emendata dwar l-istabbiltà. Jekk ikun meħtieġ, il-vapur għandu jerġa’ jiġi inklinat mill-ġdid.

.3

F’intervalli perjodiċi li ma jaqbżux il-ħames snin, għandu jsir stħarriġ sempliċi li jivverifika jekk kienx hemm xi tibdil fil-volum tal-ispostament tal-ilma ta’ vapur irmiġġat u fiċ-ċentru tal-gravità lonġitudinali. Il-vapur għandu jiġi inklinat mill-ġdid kull meta, meta mqabbel mal-informazzjoni approvata dwar l-istabbiltà, ikun hemm jew tiġi mbassra devjazzjoni mill-volum tal-ispostament tal-ilma tal-vapur ankrat li taqbeż 2 % jew devjazzjoni taċ-ċentru tal-gravità lonġitudinali li taqbeż 1 % tat-tul tal-vapur.

.4

L-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera tista’ tippermetti li t-test dwar l-inklinazzjoni ta’ vapur individwali ma jsirx diment li jkun hemm data bażika dwar l-istabbiltà ta’ vapur mit-test dwar l-inklinazzjoni ta’ vapur li jkun bħalu eżatt u jintwera għas-sodisfazzjon tal-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera li tista’ tinħareġ informazzjoni affidabbli dwar l-istabbiltà għall-vapur eżentat minn tali data bażika. Qed issir referenza għal MSC/Ċirk.1158.

.5

Meta inklinazzjoni preċiża ma tkunx prattika, l-ispostament ħafif u ċ-ċentru tal-gravità għandhom jiġu determinati bi stħarriġ u b’kalkolu preċiż. Qiegħda ssir referenza għall-informazzjoni fir-Regolament 2.7 fil-Kodiċi tal-Inġenji tal-Baħar b’Veloċità Għolja tal-2000 tal-OMI.

19.   Ir-Regolament II-1/B-2/19: Pjanijiet tal-kontroll tal-ħsarat (R 23)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

Għandu jkun hemm, eżibiti b’mod permanenti biex jgħinu lill-uffiċjal li jkun qed jikkmanda l-vapur, pjanti li juru b’mod ċar għal kull gverta u stiva sa fejn jaslu l-kompartimenti impermeabbli, il-fetħiet ta’ ġo fihom bil-mezzi tal-għeluq u l-pożizzjoni tal-kontrolli tagħhom, u l-arranġamenti għall-korrezzjoni ta’ kull mejl fuq il-ġenb minħabba tgħarriq. Ma’ dawn, għandu jkunu hemm għad-dispożizzjoni tal-uffiċjali tal-vapur kotba żgħar li fihom l-informazzjoni msemmija hawn fuq.

20.   Ir-Regolament II-1/B-2/20: Integrità tal-buq u tas-sovrastruttura, prevenzjoni tal-ħsara u kontroll (R 23-2)

.1

Għandhom jiġu pprovduti indikaturi fil-pont tan-navigazzjoni għall-bibien kollha tal-qoxra, għall-bibien li jgħabbu minnhom u għal tagħmir ieħor li jagħlaq li, jekk jitħallew miftuħa jew mhux magħluqa sew, jistgħu jwasslu għat-tgħarriq ta’ spazju ta’ kategorija speċjali jew ta’ spazju tal-merkanzija tal-vapuri ro-ro. Is-sistema tal-indikaturi għandha tiġi ddisinjata fuq il-prinċipju “fail-safe” u għandha turi b’allarmi viżivi jekk bieb ikunx magħluq kompletament jew jekk xi wieħed mill-arranġamenti li jagħlqu ma jkunx f’postu u msakkar sew u b’allarmi li jinstemgħu jekk tali bieb jew tagħmir li jagħlaq jinfetaħ jew l-arranġamenti li jagħlqu ma jibqgħux maqfula. Il-panel tal-indikaturi fil-pont tan-navigazzjoni għandu jkun mgħammar b’funzjoni ta’ għażla tal-modalità “port/vjaġġ fuq il-baħar”, irranġat b’tali mod li tingħata twissija li tinstema’ fil-pont tan-navigazzjoni jekk il-vapur isalpa mill-port bil-bibien tal-pruwa, bil-bibien interni, bir-rampa tal-poppa jew b’xi bibien oħra tal-qoxra mhux magħluqa jew jekk xi apparat tal-għeluq ma jkunx fil-pożizzjoni korretta. Il-provvista tal-enerġija għas-sistema tal-indikazzjoni għandha tkun indipendenti mill-provvista tal-enerġija biex tħaddem u tagħlaq il-bibien. Is-sistemi tal-indikazzjoni, li huma installati fuq vapuri eżistenti, u li huma approvati mill-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera, ma hemmx bżonn jinbidlu.

.2

Is-sorveljanza bit-televiżjoni u s-sistema li tinnota t-tnixxija tal-ilma għandhom jiġu rranġati sabiex jipprovdu indikazzjoni lill-pont tan-navigazzjoni u lill-istazzjon tal-kontroll tal-magna ta’ kwalunkwe tnixxija mill-bibien ta’ ġewwa u ta’ barra tal-pruwa, mill-bibien tal-poppa jew minn kwalunkwe bieb ieħor tal-qoxra li jista’ jwassal għat-tgħarriq ta’ spazji ta’ kategorija speċjali jew ta’ spazji tal-merkanzija tal-vapuri ro-ro.

.3

L-ispazji ta’ kategorija speċjali u l-ispazji tal-merkanzija tal-vapuri ro-ro għandhom jiġu mħarsa jew immonitorjati kontinwament b’mezzi effettivi, bħas-sorveljanza bit-televiżjoni, sabiex kwalunkwe moviment ta’ vetturi f’kundizzjonijiet tat-temp li jkunu ħżiena u aċċess mhux awtorizzat mill-passiġġieri għalihom jiġi nnutat waqt li l-vapur ikun fi triqtu.

.4

Proċeduri dokumentati tat-tħaddim biex jagħlqu u jsakkru l-bibien tal-qoxra, il-bibien li jgħabbu minnhom u tagħmir ieħor li jagħlaq li, jekk jitħallew miftuħa jew ma jkunux magħluqa sew, jistgħu jwasslu għat-tgħarriq ta’ spazju ta’ kategorija speċjali jew ta’ spazju tal-merkanzija tal-vapuri ro-ro, għandhom jinżammu abbord u jitqiegħdu f’post xieraq.

21.   Ir-Regolament II-1/B-2/21: Immarkar, tħaddim perjodiku u spezzjoni tal-bibien impermeabbli, eċċ. (R 24)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.1

Il-proċeduri ta’ prova għat-tħaddim ta’ bibien impermeabbli, fetħiet fil-ġenb, valvijiet u mekkaniżmi li jagħlqu t-toqob għandhom isiru kull ġimgħa.

.2

Il-bibien impermeabbli kollha fil-paratiji trasversali prinċipali, li jintużaw fuq il-baħar, għandhom jitħaddmu kuljum.

.3

Il-bibien impermeabbli u l-mekkaniżmi u l-indikaturi kollha mqabbda magħhom, il-valvijiet kollha, li jkun hemm bżonn li jingħalqu biex kompartiment ma jgħaddix ilma minnu, u l-valvijiet kollha li l-ħidma tagħhom hija meħtieġa għall-konnessjonijiet inkroċjati tal-kontroll tal-ħsarat għandhom jiġu spezzjonati perjodikament fuq il-baħar tal-anqas darba fil-ġimgħa.

.4

Tali valvijiet, bibien u mekkaniżmi għandhom jiġu mmarkati b’mod adegwat biex jiġi żgurat li jistgħu jintużaw sew biex jipprovdu sikurezza massima.

22.   Ir-Regolament II-1/B-2/22: Reġistrazzjonijiet fir-reġistru (R 25)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.1

Il-bibien bil-ħoġor, il-plakek li jistgħu jinġarru, il-fetħiet fil-ġenb, il-portijiet tal-passarelli u tal-merkanzija u fetħiet oħra, li skont ir-Regolamenti rilevanti jeħtieġ li jinżammu magħluqa matul in-navigazzjoni, għandhom jingħalqu qabel ma l-vapur iħalli l-port. Il-ħin tal-għeluq u l-ħin tal-ftuħ (jekk ikun permess skont dawn ir-Regolamenti) għandhom jiġu rreġistrati fir-reġistru.

.2

Rekord tal-proċeduri ta’ prova u tal-ispezzjonijiet kollha meħtieġa mir-Regolament II-1/B-2/21 għandu jiddaħħal fir-reġistru b’rekord espliċitu ta’ kwalunkwe difett li jista’ jiġi żvelat.

23.   Ir-Regolament II-1/B-2/23: Pjattaformi u rampi tal-karozzi li jistgħu jiġu olzati

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET A, B, C U D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

Fuq vapuri mgħammra bi gverti mdendla għat-trasport tal-vetturi tal-passiġġieri, il-kostruzzjoni, l-installazzjoni u t-tħaddim għandhom jitwettqu skont il-miżuri imposti mill-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera. Fir-rigward tal-kostruzzjoni, għandhom jintużaw ir-regoli rilevanti ta’ organizzazzjoni rikonoxxuta.

24.   Ir-Regolament II-1/B-2/24: Ilqugħ

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET A, B, C U D LI NBNEW FL-1 TA’ JANNAR 2003 JEW WARA:

1.

Fuq il-gverti esterni li għalihom il-passiġġieri għandhom aċċess, u fejn ma hemmx murata tal-għoli neċessarju pprovduta, għandu jiġi pprovdut ilqugħ ta’ għoli minimu ta’ 1 100 mm ’il fuq mill-gverta u ta’ tali disinn u kostruzzjoni biex jiġi evitat li xi passiġġier jirkeb fuq dan l-ilqugħ u aċċidentalment jaqa’ minn dik il-gverta.

2.

It-turġien u l-pjanijiet fuq tali gverti esterni għandhom jiġu pprovduti b’ilqugħ ta’ kostruzzjoni ekwivalenti.

PARTI C

MAKKINARJU

1.   Ir-Regolament II-1/C/1: Ġenerali (R 26)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.1

Il-makkinarju, il-bojlers u reċipjenti oħra taħt pressjoni, is-sistemi u t-tagħmir assoċjati ta’ pajpijiet għandhom ikunu installati u protetti b’tali mod li jnaqqsu għall-minimu kwalunkwe periklu għall-persuni abbord, filwaqt li tingħata l-attenzjoni dovuta lill-partijiet li jiċċaqilqu, lill-uċuh li jkunu jaħarqu u lil perikli oħra.

.2

Għandhom jiġu pprovduti mezzi li bihom it-tħaddim normali tal-makkinarju tal-propulsjoni jista’ jiġi sostnut jew ristabbilit anki jekk wieħed mill-makkinarju awżiljarju essenzjali ma jibqax operattiv.

.3

Għandhom jiġu pprovduti mezzi biex jiżguraw li l-makkinarju jkun jista’ jitħaddem mill-kundizzjoni ta’ vapur inattiv mingħajr għajnuna esterna.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSI B u Ċ:

.4

Il-makkinarju prinċipali tal-propulsjoni u kull makkinarju awżiljarju essenzjali għall-propulsjoni u għas-sikurezza tal-vapur, kif imwaħħla fil-vapur, għandhom jiġu ddisinjati biex jaħdmu meta l-vapur ikun dritt u meta jkun inklinat fi kwalunkwe angolu ta’ mejl fuq il-ġenb sa u li jinkludi 15° fuq kull naħa taħt kundizzjonijiet statiċi u 22,5° taħt kundizzjonijiet dinamiċi (irrolljar) fuq kull naħa u inklinati simultanjament b’mod dinamiku (xengil) 7,5° bil-pruwa jew bil-poppa.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET A, B, C U D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.5

Għandhom jiġu pprovduti mezzi biex il-makkinarju tal-propulsjoni u l-iskrun jitwaqqfu f’każijiet ta’ emerġenza mill-pożizzjonijiet rilevanti ’l barra mill-kamra tal-magna/kamra tal-kontroll tal-magna, eż. il-gverta miftuħa jew il-kenn għat-tmunier.

VAPURI TAL-KLASSIJIET B, C U D LI NBNEW FL-1 TA’ JANNAR 2003 JEW WARA:

.6

Il-post fejn jinsabu u l-arranġament tal-pajpijiet tal-fetħiet għall-arja għat-tankijiet taż-żejt tal-karburant, tas-sedimentazzjoni u taż-żejt lubfrikanti għandhom ikunu tali li fil-każ li jinkiser pajp tal-fetħiet għall-arja, dan ma għandux iwassal direttament għar-riskju li jidħol l-ilma tal-baħar miċ-ċafċif jew l-ilma tax-xita. Għandhom jiġu pprovduti żewġ tankijiet taż-żejt tal-karburant tas-servizz għal kull tip ta’ karburant li jintuża fuq il-vapur li jkun meħtieġ għall-propulsjoni u għas-sistemi vitali jew arranġamenti ekwivalenti għal kull vapur, b’kapaċità ta’ mill-anqas tmien (8) sigħat għall-vapuri tal-klassi B u tal-anqas erba’ (4) sigħat għall-vapuri tal-klassijiet C u D, bi klassifikazzjoni kontinwa massima tal-impjant tal-propulsjoni u bi tħaddim tat-tagħbija normali fuq il-baħar tal-impjant tal-ġenerazzjoni.

2.   Ir-Regolament II-1/C/2: Magni tal-kombustjoni interna (R 27)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.1

Il-magni tal-kombustjoni interna b’dijametru taċ-ċilindri ta’ 200 mm, jew b’volum tal-kaxxa tal-krank ta’ 0,6 m3 u ’l fuq għandhom jiġu pprovduti b’valvijiet għar-rilaxx tal-pressjoni kontra l-isplużjoni tal-kaxxa tal-krank ta’ tip xieraq b’erja suffiċjenti tal-iżbokk għar-rimi. Il-valvijiet għar-rilaxx tal-pressjoni għandhom jiġu rranġati jew ipprovduti b’mezz li jiżgura li l-ħruġ minnhom ikun dirett b’tali mod li jimminimizza l-possibbiltà li jweġġa’ l-persunal.

3.   Ir-Regolament II-1/C/3: Arranġament tal-ippumpjar tas-sentina (R 21)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.1.1

Għandha tiġi pprovduta sistema effiċjenti tal-ippumpjar tas-sentina, li tkun kapaċi għall-ippumpjar u għad-drenaġġ minn kwalunkwe kompartiment impermeabbli li ma jkunx spazju li jintuża b’mod permanenti għall-ġarr tal-ilma ħelu, tal-ilma tas-saborra, tal-karburant taż-żejt jew ta’ merkanzija likwida u li għalihom jkunu pprovduti mezzi oħra effiċjenti tal-ippumpjar, fil-kundizzjonijiet prattiċi kollha. Għandhom jiġu pprovduti mezzi effiċjenti għad-drenaġġ tal-ilma minn ġo kompartimenti iżolati.

.1.2

Jistgħu jiġu aċċettati pompi sanitarji, tas-saborra u dawk ġenerali tas-servizz bħala pompi tas-sentina motorizzati independenti jekk ikunu mgħammra bil-konnessjonijiet meħtieġa għas-sistema tal-ippumpjar tas-sentina.

.1.3

Il-pajpijiet kollha tas-sentina li jintużaw fit-tankijiet jew taħt it-tankijiet tal-ħżin tal-karburant jew fi spazji tal-bojler jew fi spazji tal-makkinarju, inklużi spazji li fihom tankijiet li fihom joqgħod iż-żejt jew li fihom unitajiet li jippumpjaw il-karburant taż-żejt, għandhom ikunu tal-azzar jew ta’ materjal xieraq ieħor.

.1.4

L-arranġament tas-sistema tal-ippumpjar tas-sentina u tas-saborra għandu jkun tali li jevita l-possibbiltà li l-ilma jgħaddi mill-baħar u mill-ispazji tas-saborra tal-ilma fl-ispazji tal-merkanzija u tal-makkinarju, jew minn kompartiment għall-ieħor. Għandu jkun hemm dispożizzjoni biex jiġi evitat li xi tank fond li jkollu konnessjonijiet tas-sentina u tas-saborra jsofri mit-tgħarriq mill-baħar bi żball meta jkun fih merkanzija, jew li jintrema minn pompa tas-sentina meta jkun fih saborra tal-ilma.

.1.5

Il-kaxxi tad-distribuzzjoni u l-valvijiet li jinfetħu manwalment f’konnessjoni mal-arranġamenti tal-ippumpjar tas-sentina għandhom ikunu f’pożizzjonijiet li jkunu aċċessibbli f’ċirkostanzi ordinarji.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D:

.1.6

Għandu jkun hemm dispożizzjoni għad-drenaġġ tal-ispazji magħluqa tal-merkanzija li jinsabu fuq il-gverta tal-paratija.

.1.6.1

Fejn l-għoli barra mill-ilma sal-gverta tal-paratija jkun tali li t-tarf tal-gverta jkun taħt l-ilma meta l-vapur imil aktar minn 5°, id-drenaġġ għandu permezz ta’ għadd suffiċjenti ta’ fetħiet ta’ daqs xieraq jintrema direttament fil-baħar, li jkunu installati f’konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament II-1/B-2/15.

.1.6.2

Fejn l-għoli barra mill-ilma jkun tali li t-tarf tal-gverta tal-paratija jkun taħt l-ilma meta l-vapur imil 5° jew anqas, id-drenaġġ tal-ispazji tal-merkanziji magħluqa fuq il-gverta tal-paratija għandu jitwassal sa spazju xieraq, jew sa spazji xierqa, ta’ kapaċità adegwata, li jkollu/jkollhom allarm tal-livell għoli tal-ilma u arranġamenti xierqa għar-rimi fil-baħar. Barra minn hekk, irid jiġi żgurat li:

.1

l-għadd, id-daqs u d-dispożizzjoni tal-fetħiet ikunu tali li jevitaw akkumulazzjoni mhux raġonevoli ta’ ilma liberu;

.2

l-arranġamenti tal-ippumpjar meħtieġa minn dan ir-Regolament II-1/C/3 jikkunsidraw ir-rekwiżiti għal kwalunkwe sistema tat-tifi tan-nar li taħdem billi tispara l-ilma bi pressjoni fissa;

.3

l-ilma kkontaminat bil-petrol u b’sustanzi perikolużi oħra ma jintremiex fi spazji tal-makkinarju jew fi spazji oħra fejn jista’ jkun hemm sorsi li jieħdu n-nar; u

.4

fejn l-ispazju magħluq tal-merkanzija jkun protett minn sistema tat-tifi tan-nar bid-diossidu tal-karbonju, il-fetħiet tal-gverta jkunu mwaħħla b’mezzi li jipprevjenu l-ħruġ tal-gass li jitfi n-nar.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET A, B, C U D:

.1.6.3

Id-drenaġġ mill-gverti tal-vapuri ro-ro u mill-gverti tal-karozzi għandu jkun ta’ kapaċità suffiċjenti li l-fetħiet tal-ħasil eċċ. fuq in-naħa tal-lemin u tax-xellug ikunu kapaċi jlaħħqu ma’ kwantità ta’ ilma li tkun ġejja mill-pompi li jitfu n-nar, wara li jiġu kkunsidrati l-kundizzjonijiet ta’ mejl u tal-inklinazzjoni.

.1.6.4

Meta jkunu pprovduti b’installazzjonijiet tal-bexxiexa u b’idranti, is-swali tal-passiġġieri u tal-ekwipaġġ għandu jkollhom għadd adegwat ta’ fetħiet, li jkun suffiċjenti biex ilaħħqu mal-kwantità ta’ ilma li toħroġ mit-tifi tan-nar mill-irjus tal-bexxiexa tal-kamra u minn żewġ manki tat-tifi tan-nar bil-ġettijiet. Il-fetħiet għandhom ikunu fl-aktar postijiet effettivi, eż. f’kull kantuniera.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.2.1

Is-sistema tal-ippumpjar tas-sentina meħtieġa mill-paragrafu.1.1 għandha tkun kapaċi taħdem fil-kundizzjonijiet prattikabbli kollha wara inċident kemm jekk il-vapur ikun dritt u kemm jekk ikun immejjel. Għal dan l-iskop għandhom jitwaħħlu pompi ta’ ġbid bl-arja fil-ġnub ħlief fil-kompartimenti dojoq fit-tarf tal-vapur fejn pompa ta’ ġbid bl-arja waħda tista’ tkun biżżejjed. F’kompartimenti li għandhom forma mhux tas-soltu, jistgħu jkunu meħtieġa pompi tal-ġbid bl-arja addizzjonali. Għandhom isiru arranġamenti li bihom l-ilma fil-kompartiment jista’ jsib ruħu fil-pajpijiet tal-ġbid bl-arja.

.2.2

Fejn ikun prattikabbli, il-pompi tal-enerġija tas-sentina għandhom jitpoġġew f’kompartimenti impermeabbli separati u għandhom jiġu rranġati u ppustjati b’mod li dawn il-kompartimenti ma jiġux mgħarrqa bl-istess ħsara. Jekk il-makkinarju tal-propulsjoni prinċipali, il-makkinarju awżiljarju u l-bojlers ikunu f’żewġ kompartimenti impermeabbli jew aktar, il-pompi disponibbli għas-servizz tas-sentina għandhom jiġu distribwiti kif ikun possibbli f’dawn il-kompartimenti.

.2.3

Bl-eċċezzjoni ta’ pompi addizzjonali li jistgħu jiġu pprovduti għal kompartimenti fl-għoli biss, kull pompa tas-sentina għandha tiġi rranġata b’tali mod li tiġbed l-ilma minn kwalunkwe spazju li jeħtieġ li jitneħħa l-ilma minnu skont il-paragrafu.1.1.

.2.4

Kull pompa tal-enerġija tas-sentina għandha tkun kapaċi tippompja l-ilma minn ġol-pajp tas-sentina prinċipali meħtieġ b’veloċità ta’ mhux inqas minn 2 m/sekonda. Il-pompi tas-sentina motorizzati indipendenti li jkunu jinsabu fi spazji tal-makkinarju għandu jkollhom ġbid dirett minn dawn l-ispazji, ħlief li mhux iktar minn tnejn minn dawn il-pompi tal-ġbid għandhom ikunu meħtieġa f’kull wieħed mill-ispazji. Fejn ikunu pprovduti żewġ pompi tal-ġbid bl-arja jew aktar għandu tal-anqas ikun hemm waħda fuq kull naħa tal-vapur. L-apparat tal-ġbid bl-arja dirett għandu jkun irranġat b’mod xieraq u dak li jkun jinsab f’kull spazju tal-makkinarju għandu jkun ta’ dijametru ta’ mhux anqas minn dak meħtieġ għas-sentina prinċipali.

.2.5

Minbarra l-ġbid bl-arja dirett fuq is-sentina jew il-ġbid bl-arja meħtieġ skont il-paragrafu.2.4, għandu jitwaħħal apparat ta’ emerġenza tal-ġbid bl-arja dirett fuq is-sentina, li jkollu valv mingħajr ritorn, mill-akbar pompa motorizzata indipendenti disponibbli sal-livell tad-drenaġġ tal-ispazju tal-makkinarju; l-apparat tal-ġbid bl-arja għandu jkun tal-istess dijametru bħad-daħla prinċipali għall-pompi użati.

.2.6

Id-dussiesa tad-daħla mill-baħar u tal-valvijiet tal-ġbid dirett bl-arja għandhom jestendu lil hinn sew mill-pjattaforma tal-kamra tal-magna.

.2.7

Kull pajp tal-ġbid bl-arja fuq is-sentina sal-konnessjoni mal-pompi għandu jkun indipendenti mill-pajpijiet l-oħra.

.2.8

Id-dijametru “d” tal-pajpijiet prinċipali u tal-pajpijiet tal-fergħat tal-ġbid bl-arja fuq is-sentina għandhom jiġu kkalkulati konformement mal-formuli li ġejjin. Madanakollu, id-dijametru intern reali jista’ jitqarreb sal-eqreb daqs standard li jkun aċċettabbli għall-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera:

pajp prinċipali tal-ġbid bl-arja fuq is-sentina:

Image 2

pajpijiet tal-fergħat tal-ġbid bl-arja fuq is-sentina bejn id-depożiti u l-apparat tal-ġbid bl-arja:

Image 3

fejn:

d

huwa d-dijametru intern tas-sentina prinċipali (millimetri),

L u B

huma t-tul u l-wisa’ tal-vapur (metri),

L1

huwa t-tul tal-kompartiment, u

D

huwa l-fond iffurmat tal-vapur sal-gverta tal-paratija (metri) diment li, f’vapur li jkollu spazju magħluq għall-merkanzija fuq il-gverta tal-paratija li jsirilha d-drenaġġ tal-ilma f’konformità mar-rekwiżiti tal-paragrafu.1.6.2 u li testendi għat-tul kollu tal-vapur, D għandu jitkejjel sal-gverta li jmiss ’il fuq mill-gverta tal-paratija. Fejn l-ispazji magħluqa tal-merkanzija jkopru tul iqsar, D għandha titqies bħala l-fond iffurmat sal-gverta tal-paratija flimkien mal-lh/L fejn l u h huma s-somma tat-tul u tal-għoli rispettivament tal-ispazji magħluqa tal-merkanzija.

.2.9

Għandu jkun hemm dispożizzjoni biex ikun evitat li kompartiment jiġi moqdi b’pajp tal-ġbid bl-arja tas-sentina li jkun mgħarraq fil-każ li jinqatal-pajp jew inkella jġarrab ħsara bil-ħbit jew jeħel f’kompartiment ieħor. Għal dan l-iskop, fejn il-pajp ikun jinsab f’xi parti eqreb lejn il-ġenb tal-vapur minn għoxrin fil-mija tal-wisa’ tal-vapur (imkejjel f’angoli retti għal-linja taċ-ċentru sal-livell tal-linja tat-tagħbija l-aktar fonda), jew ikun qiegħed ġo karina (duct keel), għandu jitwaħħal valv unidirezzjonali ma’ dan il-pajp fil-kompartiment li fih it-tarf miftuħ.

.2.10

Il-kaxxi tad-distribuzzjoni, il-viti u l-valvijiet f’konnessjoni mas-sistema tal-ippumpjar tas-sentina għandhom jiġu rranġati b’tali mod li, fil-każ li jkun hemm tgħarriq, waħda mill-pompi tas-sentina tkun tista’ titħaddem fi kwalunkwe kompartiment; barra minn hekk, il-ħsara lill-pompa jew lill-pajp tagħha li jgħaqqad mal-mejn tas-sentina fuq barra ta’ linja mpinġija f’għoxrin fil-mija tal-wisa’ tal-vapur ma għandhiex twaqqaf is-sentina milli taħdem. Jekk ikun hemm sistema waħda biss ta’ pajpijiet li tkun komuni għall-pajpijiet kollha, il-valvijiet neċessarji biex jikkontrollaw il-ġbid bl-arja tas-sentina għandhom jitħaddmu minn fuq il-gverta tal-paratiji. Fejn, flimkien mas-sistema prinċipali tal-ippumpjar tas-sentina tkun ipprovduta sistema tal-ippumpjar tas-sentina ta’ emerġenza, din għandha tkun indipendenti mis-sistema prinċipali u għandha tiġi rranġata b’tali mod li kull pompa tkun kapaċi taħdem fi kwalunkwe kompartiment f’kundizzjoni ta’ tgħarriq kif speċifikat fil-paragrafu.2.1; fil-każ li l-valvijiet meħtieġa għat-tħaddim tas-sistema tal-emerġenza biss jeħtieġ li jkunu kapaċi jitħaddmu minn fuq il-gverta tal-paratija.

.2.11

Il-viti u l-valvijiet kollha msemmija fil-paragrafu.2.10 li jistgħu jitħaddmu minn fuq il-gverta tal-paratija għandu jkollhom il-kontrolli tagħhom fil-post fejn jitħaddmu mmarkati b’mod ċar u għandhom jiġu pprovduti b’mezzi li jindikaw jekk humiex miftuħa jew magħluqa.

4.   Ir-Regolament II-1/C/4: Għadd u tip tal-pompi tas-sentina (R 21)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

sa 250 passiġġier:

pompa waħda prinċipali tal-magna u pompa motorizzata indipendenti waħda, li tinsab u titħaddem barra mill-kamra tal-magna,

‘il fuq minn 250 passiġġier:

pompa waħda prinċipali tal-magna u żewġ pompi motorizzati indipendenti, li waħda minnhom tkun tinsab u titħaddem barra mill-kamra tal-magna.

Il-pompa prinċipali tal-magna tista’ tiġi ssostitwita minn pompa motorizzata indipendenti waħda.

Id-drenaġġ ta’ kompartimenti żgħar ħafna jista’ jiġi trattat b’pompi tal-id li jistgħu jinġarru.

5.   Ir-Regolament II-1/C/5: Mezzi għall-moviment lura (R 28)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.1

Għandha tiġi pprovduta enerġija suffiċjenti biex jiġi żgurat il-kontroll kif suppost tal-vapur fiċ-ċirkostanzi normali kollha.

.2

L-abbiltà tal-makkinarju li jreġġa’ lura d-direzzjoni tal-ġibda tal-iskrun f’ħin suffiċjenti, u għalhekk li jwaqqaf il-vapur f’distanza raġonevoli mill-veloċità tas-servizz massimu ’l quddiem, għandha tintwera u tiġi rreġistrata.

.3

Il-ħinijiet tal-waqfien, id-direzzjonijiet ta’ fejn ikunu sejrin il-vapuri u d-distanzi rreġistrati fil-provi, flimkien mar-riżultati tal-provi biex tiġi ddeterminata l-abbiltà tal-vapuri li jkollhom aktar minn skrun wieħed li jinnavigaw u li jimmanuvraw bi skrun wieħed jew aktar li ma jkunux qed jaħdmu, għandhom ikunu disponibbli fuq il-vapur għall-użu tal-kaptan jew ta’ ekwipaġġ iddeżinjat.

6.   Ir-Regolament II-1/C/6: Apparat għall-għoti tad-direzzjoni (R 29)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.1

Kull vapur għandu jiġi pprovdut b’sistema prinċipali u awżiljarja tal-għoti tad-direzzjoni li tkun effiċjenti. Is-sistema ewlenija u dik awżiljari tal-għoti tad-direzzjoni għandhom jiġu rranġati b’tali mod sabiex jekk waħda minnhom ma tibqax taħdem, ma twaqqafx l-oħra milli topera.

.2

L-apparat prinċipali tal-għoti tad-direzzjoni u l-lasta tat-tmun, fejn dawn ikunu mwaħħla, għandhom ikunu:

.2.1

ta’ saħħa adegwata, u kapaċi jdawru l-vapur bil-veloċità massima ’l quddiem tas-servizz, u ddisinjati b’tali mod li ma jġarrbux ħsara bil-veloċità massima b’lura;

.2.2

kapaċi jpoġġu t-tmun minn pożizzjoni ta’ 35° fuq naħa waħda għal 35° fuq in-naħa l-oħra bil-bastiment bil-profondità l-iktar fonda ta’ tbaħħir tiegħu u li jkun qed jiġri ’l quddiem bil-veloċità massima tas-servizz u, bl-istess kundizzjonijiet, minn 35° fuq kwalunkwe naħa għal 30° fuq in-naħa l-oħra f’mhux iktar minn 28 sekonda. Meta ma jkunx prattiku li wieħed juri l-konformità ma’ dan ir-rekwiżit matul il-provi fil-baħar bil-vapur bil-profondità l-iktar fonda ta’ tbaħħir tiegħu u li jkun qed jiġri ’l quddiem bil-veloċità li tikkorrispondi għall-għadd ta’ dawriet massimi kontinwi tal-magna ewlenija u għall-pass massimu tad-disinn tal-iskrun, din il-konformità tal-vapuri, tkun xi tkun id-data meta nbnew, tista’ tintwera permezz ta’ wieħed mill-metodi li ġejjin:

.1

matul il-provi fil-baħar il-vapur ikollu prim dritt u t-tmun ikun taħt l-ilma għalkollox waqt li l-vapur ikun qed jiġri ’l quddiem bil-veloċità li tikkorrispondi għall-għadd ta’ dawriet kontinwi massimi tal-magna prinċipali u għall-pass massimu tad-disinn tal-iskrun; jew

.2

meta t-tmun ma jkunx jista’ jitpoġġa taħt l-ilma għalkollox waqt il-provi fil-baħar, il-veloċità xierqa tal-vapur meta jkun miexi ’l quddiem għandha tiġi kkalkulata bl-użu tal-erja tal-korp tat-tmun li jinsab taħt l-ilma fil-kundizzjoni tat-tagħbija proposta għall-provi fil-baħar. Il-veloċità kkalkulata tal-vapur meta jkun miexi ’l quddiem għandha twassal għal forza u torque applikati fuq is-sistema tat-tmun ewlenija li jkunu tal-inqas daqs dawk li jinkisbu li kieku l-vapur jiġi ttestjat bil-profondità l-iktar fonda ta’ tbaħħir tiegħu u meta jkun qed jiġri ’l quddiem bil-veloċità li tikkorrispondi għall-għadd ta’ dawriet massimi kontinwi tal-magna ewlenija u għall-pass massimu tad-disinn tal-iskrun; jew

.3

il-forza u t-torque tat-tmun fil-kundizzjoni tat-tagħbija tal-provi fil-baħar ikunu tbassru b’mod affidabbli u ġew estrapolati għall-kundizzjoni tat-tagħbija sħiħa. Il-veloċità tal-vapur għandha tikkorrispondi għall-għadd ta’ dawriet massimi kontinwi tal-magna prinċipali u għall-pass massimu tad-disinn tal-iskrun.

.2.3

jistgħu jitħaddmu b’enerġija motorizzata fejn meħtieġ biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-paragrafu.2.2.2 u fi kwalunkwe każ meta jkun meħtieġ, għall-konformità mal-paragrafu.2.2.1, lasta tat-tmun ta’ dijametru ta’ aktar minn 120 mm fir-rigward tal-laċċ tat-tmun, eskluż is-saħħa li tingħata għan-navigazzjoni fuq is-silġ.

.3

Jekk ikun imwaħħal, l-apparat awżiljarju tal-għoti tad-direzzjoni għandu jkun:

.1

ta’ saħħa adegwata u kapaċi jagħti direzzjoni lill-vapur f’veloċità navigabbli u li jitħaddem malajr f’emerġenza;

.2

kapaċi jpoġġi t-tmun minn pożizzjoni ta’ 15° fuq naħa waħda għal 15° fuq in-naħa l-oħra f’mhux iktar minn 60 sekonda bil-vapur bil-profondità l-iktar fonda ta’ tbaħħir tiegħu u li jkun qed jiġri ’l quddiem b’nofs il-veloċità massima ’l quddiem tas-servizz tiegħu jew b’seba’ (7) knots, skont liema tkun l-akbar. Meta ma jkunx prattiku li wieħed juri l-konformità ma’ dan ir-rekwiżit matul il-provi fil-baħar bil-vapur bil-profondità l-iktar fonda ta’ tbaħħir tiegħu u li jkun qed jiġri ’l quddiem b’nofs il-veloċità li tikkorrispondi għall-għadd ta’ dawriet massimi kontinwi tal-magna ewlenija u għall-pass massimu tad-disinn tal-iskrun jew b’seba’ (7) knots, skont liema tkun l-akbar, din il-konformità tal-vapuri, tkun xi tkun id-data meta nbnew, tista’ tintwera permezz ta’ wieħed mill-metodi li ġejjin:

.1

matul il-provi fil-baħar il-vapur ikollu prim dritt u t-tmun ikun taħt l-ilma għalkollox waqt li l-vapur ikun qed jiġri ’l quddiem b’nofs il-veloċità li tikkorrispondi għall-għadd ta’ dawriet kontinwi massimi tal-magna prinċipali u għall-pass massimu tad-disinn tal-iskrun jew b’seba’ (7) knots, skont liema tkun l-akbar; jew

.2

meta t-tmun ma jkunx jista’ jitpoġġa taħt l-ilma għalkollox waqt il-provi fil-baħar, il-veloċità xierqa tal-vapur meta jkun miexi ’l quddiem għandha tiġi kkalkulata bl-użu tal-erja tal-korp tat-tmun li jinsab taħt l-ilma fil-kundizzjoni tat-tagħbija proposta għall-provi fil-baħar. Il-veloċità kkalkulata tal-vapur meta jkun miexi ’l quddiem għandha twassal għal forza u torque applikati fuq is-sistema tat-tmun awżiljarja li jkunu tal-inqas daqs dawk li jinkisbu li kieku l-vapur jiġi ttestjat bil-profondità l-iktar fonda ta’ tbaħħir tiegħu u meta jkun qed jiġri ’l quddiem b’nofs il-veloċità li tikkorrispondi għall-għadd ta’ dawriet massimi kontinwi tal-magna ewlenija u għall-pass massimu tad-disinn tal-iskrun jew b’seba’ (7) knots, skont liema tkun l-akbar; jew

.3

il-forza u t-torque tat-tmun fil-kundizzjoni tat-tagħbija tal-provi fil-baħar ikunu tbassru b’mod affidabbli u ġew estrapolati għall-kundizzjoni tat-tagħbija sħiħa;

.3

imħaddem bl-enerġija motorizzata fejn ikun meħtieġ biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-paragrafu.3.2 u fi kwalunkwe każ fejn lasta tat-tmun li jkollha dijametru ta’ aktar minn 230 mm fir-rigward tal-laċċ tat-tmun, eskluż is-saħħa li tingħata għan-navigazzjoni fuq is-silġ.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D:

.4

L-unitajiet tal-enerġija motorizzata tal-għoti tad-direzzjoni għandhom ikunu:

.1

irranġati biex jibdew mill-ġdid b’mod awtomatiku meta l-enerġija motorizzata tiġi ristabbilita wara li jkun hemm qtugħ fl-enerġija; u

.2

kapaċi jibdew jitħaddmu minn pożizzjoni fuq il-pont tan-navigazzjoni. Fil-każ ta’ qtugħ tal-enerġija għal kull waħda mill-unitajiet tal-enerġija li jagħtu direzzjoni, għandu jingħata allarm li jinstema’ u li jidher fuq il-pont tan-navigazzjoni.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.5

Fejn l-apparat prinċipali tal-għoti tad-direzzjoni jkun fih żewġ unitajiet jew aktar tal-enerġija motorizzata, ma hemmx bżonn li jiġi mwaħħal apparat awżiljarju tal-għoti tad-direzzjoni, diment li:

.1

l-apparat prinċipali tal-għoti tad-direzzjoni jkun kapaċi jħaddem it-tmun kif meħtieġ bis-subparagrafu.2.2.2 waqt li xi wieħed mill-unitajiet tal-enerġija ma jkunx qiegħed jaħdem;

.2

l-apparat prinċipali tal-għoti tad-direzzjoni jkun irranġat b’tali mod li wara nuqqas wieħed fis-sistema tal-pajpijiet tiegħu jew f’waħda mill-unitajiet tal-enerġija motorizzata d-difett jista’ jiġi iżolat b’tali mod li l-kapaċità tad-direzzjoni tinżamm jew terġa’ tinkiseb malajr kemm jista’ jkun.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D:

.6

Għandu jiġi pprovdut kontroll tal-apparat tal-għoti tad-direzzjoni:

.1

għall-apparat prinċipali tal-għoti tad-direzzjoni, kemm fuq il-pont tan-navigazzjoni kif ukoll fil-kompartiment tal-apparat tal-għoti tad-direzzjoni;

.2

meta l-apparat prinċipali tal-għoti tad-direzzjoni jkun irranġat f’konformità mal-paragrafu.5, minn żewġ sistemi indipendenti tal-kontroll, li t-tnejn jistgħu jitħaddmu mill-pont tan-navigazzjoni. Dan ma jirrikjedix il-bdil tar-rota li tagħti direzzjoni jew tal-pum li jagħti direzzjoni. Meta s-sistema tal-kontroll tikkonsisti f’telemutur idrawliku, ma hemmx bżonn titwaħħal it-tieni sistema indipendenti;

.3

għall-apparat awżiljarju tal-għoti tad-direzzjoni, fil-kompartiment tal-apparat tal-għoti tad-direzzjoni u, jekk jitħaddem bl-enerġija motorizzata, għandu jitħaddem ukoll minn fuq il-pont tan-navigazzjoni u għandu jkun indipendenti mis-sistema tal-kontroll tal-apparat prinċipali tal-għoti tad-direzzjoni.

.7

Kwalunkwe sistema tal-kontroll prinċipali u awżiljarja tal-apparat tal-għoti tad-direzzjoni li titħaddem mill-pont tan-navigazzjoni għandha tikkonforma ma’ dan li ġej:

.1

jekk tkun tal-elettriku, għandu jkollha ċ-ċirkwit separat tagħha li jkollu provvista miċ-ċirkwit tal-enerġija tal-apparat tal-għoti tad-direzzjoni minn punt fil-kompartiment tal-apparat tal-għoti tad-direzzjoni, jew direttament mill-busbars tal-iswiċċbord li jfornu lil dak iċ-ċirkwit tal-enerġija tal-apparat tal-għoti tad-direzzjoni f’punt fuq l-iswiċċbord li jkun ħdejn il-provvista taċ-ċirkwit tal-enerġija tal-apparat tal-għoti tad-direzzjoni;

.2

għandhom jiġu pprovduti mezzi fil-kompartiment tal-apparat tal-għoti tad-direzzjoni biex tiġi skonnettjata kwalunkwe sistema tal-kontroll li titħaddem mill-pont tan-navigazzjoni mill-apparat tal-għoti tad-direzzjoni li tkun qed isservi;

.3

is-sistema għandha tkun kapaċi tibda taħdem minn pożizzjoni fuq il-pont tan-navigazzjoni;

.4

fil-każ ta’ qtugħ tal-provvista tal-enerġija elettrika għas-sistema tal-kontroll, għandu jingħata allarm li jinstema’ u li jidher fuq il-pont tan-navigazzjoni; u

.5

protezzjoni mix-short circuit għandha tiġi pprovduta biss għaċ-ċirkwiti tal-provvista tal-kontroll tal-apparat tal-għoti tad-direzzjoni.

.8

Iċ-ċirkwiti tal-enerġija elettrika u s-sistemi tal-kontroll tal-għoti tad-direzzjoni bil-komponenti, bil-kejbils u bil-pajpijiet assoċjati tagħhom meħtieġa minn dan ir-Regolament II-1/C/6: u mir-Regolament II-1/C/7 għandhom jiġu separati sa fejn ikun prattikabbli mat-tul kollu tagħhom.

.9

Għandu jiġi pprovdut mezz ta’ komunikazzjoni bejn il-pont tan-navigazzjoni u l-kompartiment tal-apparat tal-għoti tad-direzzjoni jew pożizzjoni alternattiva tal-għoti tad-direzzjoni.

.10

Il-pożizzjoni angolari tat-tmun/tmien:

.1

jekk l-apparat prinċipali tal-għoti tad-direzzjoni jkun jitħaddem bl-enerġija motorizzata, għandha tiġi indikata fuq il-pont tan-navigazzjoni. L-indikazzjoni tal-angolu tat-tmun għandha tkun indipendenti mis-sistema ta’ kontroll tad-direzzjoni;

.2

tkun tingħaraf fil-kompartiment tal-apparat tal-għoti tad-direzzjoni.

.11

L-apparat tal-għoti tad-direzzjoni li jitħaddem bl-enerġija idrawlika għandu jiġi pprovdut b’li ġej:

.1

arranġamenti biex tinżamm l-indafa tal-fluwidu idrawliku wara li jiġu kkunsidrati t-tip u d-disinn tas-sistema idrawlika;

.2

allarm ta’ livell baxx għal kull kontenitur ta’ fluwidu idrawliku biex jagħti l-aktar indikazzjoni bikrija possibbli li hemm tnixxija tal-fluwidu idrawliku. L-allarmi li jinstemgħu u li jidhru għandhom jingħataw fuq il-pont tan-navigazzjoni u fl-ispazju tal-makkinarju fejn ikunu jistgħu jiġu osservati faċilment; u

.3

tank fiss tal-ħżin li jkollu kapaċità suffiċjenti biex jiċċarġja mill-ġdid tal-anqas sistema waħda ta’ attwazzjoni inkluż il-kontenitur, fejn ikun meħtieġ li s-sistema prinċipali tal-għoti tad-direzzjoni titħaddem bl-enerġija motorizzata. It-tank tal-ħżin għandu jkun imqabbad b’mod permanenti b’pajpijiet li jkunu b’tali mod li s-sistemi idrawliċi jkunu jistgħu jerġgħu jiġu kkargati mill-ġdid minn pożizzjoni fil-kompartiment tal-apparat li jagħti direzzjoni u għandu jiġi pprovdut b’gejġ li juri l-kontenut.

.12

Il-kompartimenti tal-apparat tal-għoti tad-direzzjoni għandhom ikunu:

.1

aċċessibbli faċilment u, sa fejn huwa prattikabbli, isseparati mill-ispazji tal-makkinarju; u

.2

ipprovduti b’arranġamenti adegwati biex jiżguraw aċċess għat-tħaddim tal-makkinarju u tal-kontrolli tal-apparat tal-għoti tad-direzzjoni. Dawn l-arranġamenti għandhom jinkludu l-poġġamani u l-gradi jew uċuħ oħra li ma jiżolqux biex jiżguraw kundizzjonijiet tax-xogħol xierqa fil-każ ta’ tnixxija tal-likwidu idrawliku.

7.   Ir-Regolament II-1/C/7: Rekwiżiti addizzjonali għall-apparat elettriku u elettroidrawliku tal-għoti tad-direzzjoni (R 30)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.1

Mezzi biex jindikaw li l-muturi tal-apparat elettriku u elettroidrawliku tal-għoti tad-direzzjoni qed jaħdmu għandhom jiġu installati fuq il-pont tan-navigazzjoni f’pożizzjoni xierqa tal-kontroll tal-makkinarju prinċipali.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D:

.2

Kull sistema elettrika jew elettroidrawlika tal-għoti tad-direzzjoni li tinkludi unità tal-enerġija waħda jew aktar għandha tiġi moqdija minn tal-anqas żewġ ċirkwiti esklużivi li jiġu alimentati direttament mill-iswiċċbord prinċipali; madanakollu, waħda minn dawn iċ-ċirkwiti tista’ tiġi pprovduta mill-iswiċċbord tal-emerġenza. Sistema awżiljari elettrika jew elettroidrawlika tal-għoti tad-direzzjoni assoċjata ma’ sistema elettrika jew elettroidrawlika tad-direzzjoni tista’ tiġi konnessa ma’ wieħed miċ-ċirkwiti li jforni din is-sistema ewlenija tal-għoti tad-direzzjoni. Iċ-ċirkwiti li jfornu sistema elettrika jew elettroidrawlika tal-għoti tad-direzzjoni għandhom ikunu klassi adegwata biex ifornu l-muturi kollha li jistgħu jitqabbdu fl-istess ħin magħhom u li jistgħu jkunu meħtieġa jaħdmu b’mod separat.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.3

Il-protezzjoni mix-short circuit u ta’ allarm bit-tagħbija żejda għandhom jiġu pprovduti għaċ-ċirkwiti u għall-muturi tal-apparat elettriku u elettroidrawliku tal-għoti tad-direzzjoni. Protezzjoni kontra l-kurrent eċċessiv, inkluż il-kurrent tal-istartjar, jekk ikun ipprovdut, għandha tkun mhux anqas mid-doppju tal-kurrent bit-tagħbija kollha tal-mutur jew ċirkwit hekk protett, u għandha tiġi rranġata biex tippermetti l-passaġġ tal-kurrenti xierqa tal-istartjar.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D:

L-allarmi meħtieġa f’dan il-paragrafu għandhom ikunu jinstemgħu kif ukoll jidhru u għandhom ikunu f’pożizzjoni li tidher fl-ispazju prinċipali tal-makkinarju jew fil-kamra tal-kontroll li minnha l-makkinarju prinċipali normalment jiġi kkontrollat u kif jista’ jkun mitlub mir-Regolament II-1/E/6.

.4

Meta apparat awżiljarju tal-għoti tad-direzzjoni jkun meħtieġ mir-Regolament II-1/C/6, is-subparagrafu.3.3, li jkun motorizzat, ma jkunx motorizzat bl-elettriku jew ikun motorizzat b’mutur elettriku maħsub primarjament għal servizzi oħra, is-sistema prinċipali tal-għoti tad-direzzjoni tista’ tieħu l-enerġija minn ċirkwit wieħed mill-iswiċċbord prinċipali. Fejn tali mutur elettriku maħsub primarjament għal servizzi oħra jkun irranġat biex iħaddem tali sistema awżiljarja tal-għoti tad-direzzjoni, ir-rekwiżiti tal-paragrafu.3 jistgħu jiġu injorati mill-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera, jekk tkun sodisfatta bl-arranġament għall-protezzjoni flimkien mar-rekwiżiti tar-Regolament II-1/C/6, il-paragrafu.4 applikabbli għas-sistemi awżiljarji tal-għoti tad-direzzjoni.

8.   Ir-Regolament II-1/C/8: Sistemi tal-ventilazzjoni fl-ispazji tal-makkinarju (R 35)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

L-ispazji tal-makkinarju tal-Kategorija A għandhom ikunu ventilati b’mod adegwat sabiex ikun żgurat li meta l-makkinarju jew il-bojlers ġo fihom ikunu qed jaħdmu bil-potenza sħiħa fil-kundizzjonijiet kollha tat-temp anke meta t-temp ikun ħażin, tinżamm provvista xierqa ta’ arja għall-ispazji għas-sikurezza u l-kumdità tal-persunal u għat-tħaddim tal-makkinarju.

9.   Ir-Regolament II-1/C/9: Komunikazzjoni bejn il-pont tan-navigazzjoni u l-ispazju tal-makkinarju (R 37)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

Għandhom tal-anqas jiġu pprovduti żewġ mezzi indipendenti tal-komunikazzjoni għall-ordnijiet tal-komunikazzjoni mill-pont tan-navigazzjoni għall-pożizzjoni fl-ispazju tal-makkinarju jew fil-kamra tal-kontroll li minnha normalment jiġu kkontrollati l-veloċità u d-direzzjoni tal-ġibda tal-iskrejjen. Waħda minn dawn għandha tkun telegrafu tal-kamra tal-magna li jipprovdi indikazzjoni viżiva tal-ordnijiet u tar-risponsi kemm fl-ispazju tal-makkinarju kif ukoll fil-pont tan-navigazzjoni. Għandhom jiġu pprovduti mezzi xierqa ta’ komunikazzjoni mill-pont tan-navigazzjoni u mill-kamra tal-magni għal kwalunkwe pożizzjoni oħra li minnha l-veloċità jew id-direzzjoni tal-ġibda tal-iskrejjen tista’ tiġi kkontrollata.

10.   Ir-Regolament II-1/C/10: Allarm tal-inġiniera (R 38)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

Għandu jiġi pprovdut allarm tal-inġiniera biex jitħaddem mill-kamra tal-kontroll tal-magna jew minn pjattaforma tal-immanuvrar kif xieraq, u dan għandu jinstema’ b’mod ċar fl-akkomodazzjoni tal-inġiniera, u/jew mill-pont tan-navigazzjoni kif ikun xieraq.

11.   Ir-Regolament II-1/C/11: Lok l-installazzjonijiet ta’ emerġenza (R 39)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

Sorsi ta’ emerġenza tal-enerġija elettrika, pompi tan-nar, pompi tas-sentina ħlief għal dawk li jservu speċifikament l-ispazji aktar ’il quddiem mill-paratija tal-ħbit, u s-sistema fissa tat-tifi tan-nar meħtieġa mill-Kapitolu II-2 u installazzjonijiet oħra ta’ emerġenza li huma essenzjali għas-sikurezza tal-vapur, ħlief għall-arganelli tal-ankra, ma għandhomx jiġu installati ’l quddiem mill-paratija tal-ħbit.

12.   Ir-Regolament II-1/C/12: Kontrolli tal-makkinarju (R 31)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D:

.1

Il-makkinarju prinċipali u awżiljarju essenzjali għall-propulsjoni u għas-sikurezza tal-vapur għandu jiġi pprovdut b’mezzi effettivi għall-operazzjoni u għall-kontroll tiegħu.

.2

Fejn ikun ipprovdut kontroll mill-bogħod tal-makkinarju tal-propulsjoni mill-pont tan-navigazzjoni u l-ispazji tal-makkinarju jkunu maħsuba biex ikollhom in-nies fuqhom, għandu japplika li ġej:

.1

il-veloċità, id-direzzjoni tal-ġibda u, jekk ikun applikabbli, il-pass tal-iskrun għandhom ikunu kontrollabbli għalkollox mill-pont tan-navigazzjoni fil-kundizzjonijiet kollha tat-tbaħħir, inkluż l-immanuvrar;

.2

il-kontroll mill-bogħod għandu jsir, għal kull skrun indipendenti, b’mezz tal-kontroll iddisinjat u mibni b’tali mod li t-tħaddim tiegħu ma jkunx jitlob attenzjoni partikolari għad-dettalji tat-tħaddim tal-makkinarju. Fejn l-iskrejjen multipli huma ddisinjati biex jaħdmu flimkien, jistgħu jiġu kkontrollati minn mezz wieħed tal-kontroll.

.3

il-makkinarju prinċipali tal-propulsjoni għandu jiġi pprovdut b’mezz ta’ waqfien f’emerġenza fuq il-pont tan-navigazzjoni li għandu jkun indipendenti mis-sistema tal-kontroll tan-navigazzjoni fuq il-pont;

.4

l-ordnijiet tal-propulsjoni tal-makkinarju mill-pont tan-navigazzjoni għandhom jiġu indikati fil-kamra prinċipali tal-kontroll tal-makkinarju jew fil-pjattaforma tal-immanuvrar skont kif ikun xieraq;

.5

il-kontroll mill-bogħod tal-makkinarju tal-propulsjoni għandu jkun possibbli biss minn post wieħed kull darba; f’tali postijiet ikunu permessi pożizzjonijiet tal-kontroll interkonnessi. F’kull post għandu jkun hemm indikatur li juri liema post qiegħed jikkontrolla l-makkinarju tal-propulsjoni. It-trasferiment tal-kontroll bejn il-pont tan-navigazzjoni u l-ispazji tal-makkinarju għandu jkun possibbli biss fl-ispazju prinċipali tal-makkinarju jew fil-kamra tal-kontroll tal-makkinarju prinċipali. Din is-sistema għandha tinkludi mezz li jevita li l-ġibda tal-propulsjoni tinbidel b’mod sinifikanti waqt li l-kontroll ikun qed jiġi ttrasferit minn post għal ieħor;

.6

għandu jkun possibbli li l-makkinarju tal-propulsjoni jiġi kkontrollat lokalment, anke fil-każ ta’ ħsara f’xi parti mis-sistema tal-kontroll mill-bogħod;

.7

id-disinn tas-sistema tal-kontroll mill-bogħod għandu jkun tali li fil-każ ta’ ħsara jingħata allarm. Il-veloċità ddeterminata minn qabel u d-direzzjoni tal-imbottatura tal-iskrejjen għandhom jinżammu sakemm jibda jitħaddem il-kontroll lokali;

.8

għandhom jitwaħħlu indikaturi fuq il-pont tan-navigazzjoni:

.1

għall-veloċità tal-iskrun u għad-direzzjoni tar-rotazzjoni fil-każ ta’ skrejjen b’pass fiss;

.2

għall-veloċità tal-iskrun u l-pożizzjoni tal-pass fil-każ ta’ skrejjen b’pass kontrollabbli;

.9

għandu jiġi pprovdut allarm fuq il-pont tan-navigazzjoni u fl-ispazju tan-navigazzjoni li jindika pressjoni baxxa tal-arja tal-istartjar li għandha tiġi ffissata f’livell sabiex tippermetti aktar operazzjonijiet li jistartjaw il-magna prinċipali. Jekk is-sistema tal-kontroll mill-bogħod tal-makkinarju tal-propulsjoni tkun iddisinjata għall-istartjar awtomatiku, l-għadd ta’ tentattivi konsekuttivi awtomatiċi li ma jirnexxilhomx jistartjaw il-makkinarju għandu jiġi limitat sabiex tiġi ssalvagwardjata pressjoni tal-arja suffiċjenti biex il-makkinarju jiġi startjat lokalment.

.3

Fejn il-makkinarju prinċipali tal-propulsjoni u dak assoċjat, inkluż is-sorsi tal-provvista prinċipali tal-enerġija elettrika, ikunu pprovduti bi gradi varji ta’ kontroll awtomatiku u mill-bogħod u jkunu qegħdin taħt superviżjoni manwali kontinwa minn kamra tal-kontroll, l-arranġamenti u l-kontrolli għandhom jiġu ddisinjati, mgħammra u installati b’tali mod li t-tħaddim tal-makkinarju jkun sikur u effettiv daqs li kieku kien taħt superviżjoni diretta; għal dan l-iskop ir-Regolamenti minn II-1/E/1 sa II-1/E/5 għandhom japplikaw kif xieraq. Għandha tingħata kunsiderazzjoni partikolari biex tipproteġi tali spazji kontra n-nar u t-tgħarriq.

.4

Ġeneralment, is-sistemi tal-istartjar awtomatiku, tat-tħaddim u tal-kontroll għandhom jinkludu dispożizzjonijiet biex il-kontrolli awtomatiċi jiġu sottoposti għall-kontroll manwali. Il-falliment ta’ xi waħda minn dawn is-sistemi ma għandux jipprevjeni l-użu tal-kontroll manwali.

VAPURI TAL-KLASSIJIET B, C U D LI NBNEW FL-1 TA’ JANNAR 2003 JEW WARA:

.5

Il-makkinarju prinċipali u awżiljarju essenzjali għall-propulsjoni, għall-kontroll u għas-sikurezza tal-vapur għandu jiġi pprovdut b’mezzi effettivi għat-tħaddim u għall-kontroll tiegħu. Is-sistemi kollha tal-kontroll li huma meħtieġa għall-propulsjoni kontroll u sikurezza tal-vapur għandhom ikunu indipendenti jew iddisinjati b’tali mod li l-ħsara f’sistema waħda ma ttellifx mill-prestazzjoni tas-sistema l-oħra.

.6

Fejn ikun ipprovdut kontroll mill-bogħod tal-makkinarju tal-propulsjoni mill-pont tan-navigazzjoni, għandu japplika dan li ġej:

.1

il-veloċità, id-direzzjoni tal-ġibda u, jekk ikun applikabbli, il-pass tal-iskrun għandhom ikunu kontrollabbli għalkollox mill-pont tan-navigazzjoni fil-kundizzjonijiet kollha tat-tbaħħir, inkluż l-immanuvrar;

.2

il-kontroll għandu jsir b’mezz wieħed tal-kontroll għal kull skrun indipendenti bit-twettiq awtomatiku tas-servizzi kollha assoċjati, inkluż fejn ikun meħtieġ, mezzi għall-prevenzjoni ta’ tagħbija żejda fuq il-makkinarju tal-propulsjoni. Fejn hemm iktar minn skrun wieħed iddisinjati biex joperaw fl-istess ħin, dawn jistgħu jiġu kkontrollati permezz ta’ apparat ta’ kontroll wieħed.

.3

il-makkinarju prinċipali tal-propulsjoni għandu jiġi pprovdut b’mezz ta’ waqfien f’emerġenza fuq il-pont tan-navigazzjoni li għandu jkun indipendenti mis-sistema tal-kontroll tan-navigazzjoni fuq il-pont;

.4

l-ordnijiet tal-makkinarju tal-propulsjoni mill-pont tan-navigazzjoni għandhom jiġu indikati fil-kamra prinċipali tal-kontroll tal-makkinarju u fil-pjattaforma tal-immanuvrar;

.5

il-kontroll mill-bogħod tal-makkinarju tal-propulsjoni għandu jkun possibbli biss minn post wieħed kull darba; f’tali postijiet ikunu permessi pożizzjonijiet tal-kontroll interkonnessi. F’kull post għandu jkun hemm indikatur li juri liema post qiegħed jikkontrolla l-makkinarju tal-propulsjoni. It-trasferiment tal-kontroll bejn il-pont tan-navigazzjoni u l-ispazji tal-makkinarju għandu jkun possibbli biss fl-ispazju prinċipali tal-makkinarju jew fil-kamra tal-kontroll tal-makkinarju prinċipali. Din is-sistema għandha tinkludi mezz li jevita li l-ġibda tal-propulsjoni tinbidel b’mod sinifikanti waqt li l-kontroll ikun qed jiġi ttrasferit minn post għal ieħor;

.6

għandu jkun possibbli li l-makkinarju tal-propulsjoni jiġi kkontrollat lokalment, anke fil-każ ta’ ħsara f’xi parti mis-sistema tal-kontroll mill-bogħod. Għandu wkoll ikun possibbli li jiġi kkontrollat il-makkinarju awżiljari, li huwa essenzjali għall-propulsjoni u s-sikurezza tal-vapur, fi jew ħdejn il-makkinarju kkonċernat;

.7

id-disinn tas-sistema tal-kontroll mill-bogħod għandu jkun tali li fil-każ ta’ ħsara jingħata allarm. Il-veloċità ddeterminata minn qabel u d-direzzjoni tal-imbottatura tal-iskrejjen għandhom jinżammu sakemm jibda jitħaddem il-kontroll lokali;

.8

għandhom jitwaħħlu indikaturi fil-pont tan-navigazzjoni, fil-kamra prinċipali tal-kontroll tal-makkinarju u fil-pjattaforma tal-immanuvrar:

.8.1

għall-veloċità tal-iskrun u għad-direzzjoni tar-rotazzjoni fil-każ ta’ skrejjen b’pass fiss, u

Fil-każ ta’ vapuri tal-klassijiet B, C u D li nbnew fl-1 ta’ Jannar 2012 jew wara, is-sistemi ta’ awtomazzjoni għandhom ikunu ddisinjati b’mod li jiżgura li t-twissija ta’ livell limitu li fi ftit żmien is-sistema ta’ propulsjoni tkun se tmajna jew se tieqaf, tingħata fil-ħin lill-uffiċjal inkarigat mill-għassa tan-navigazzjoni biex hu jkun jista’ jivvaluta ċ-ċirkostanzi tan-navigazzjoni f’każ ta’ emerġenza. B’mod partikolari, is-sistemi għandhom jikkontrollaw, jissorveljaw, jirrapportaw, javżaw u jieħdu prekawzjonijiet ta’ sikurezza biex imajnaw jew iwaqqfu l-propulsjoni filwaqt li jipprovdu lill-uffiċjal inkarigat mill-għassa tan-navigazzjoni l-opportunità li jintervjeni manwalment, ħlief f’dawk il-każijiet fejn l-intervent manwali jkun se jirriżulta f’falliment totali tal-magna u/jew tal-apparat ta’ propulsjoni fi żmien qasir, pereżempju fil-każ ta’ veloċità żejda.

13.   Ir-Regolament II-1/C/13: Sistemi ta’ pajpijiet bl-istim (R 33)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D:

.1

Kull pajp tal-fwar u kull tagħmir konness miegħu li minnu jista’ jgħaddi l-fwar għandu jkun iddisinjat u installat b’tali mod biex jiflaħ għall-forzi massimi tat-tħaddim li jista’ jiġi soġġett għalihom.

.2

Għandhom jiġu pprovduti mezzi biex jitbattal kull pajp tal-fwar li fih tista’ sseħħ azzjoni perikoluża magħrufa bħala ‘martell tal-ilma’ (water hammer).

.3

Jekk pajp tal-fwar jew tagħmir ikun jista’ jirċievi l-fwar minn kwalunkwe sors bi pressjoni aktar għolja minn dik li jkun ġie ddisinjat għaliha, għandu jitwaħħal valv xieraq li jnaqqas il-pressjoni, valv għar-rilaxx tal-pressjoni, u gejġ tal-pressjoni.

14.   Ir-Regolament II-1/C/14: Sistemi tal-pressjoni tal-arja (R 34)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D:

.1

Għandhom jiġu pprovduti mezzi biex jipprevjenu l-pressjoni żejda fi kwalunkwe parti tas-sistemi tal-arja kompressa kull fejn l-għatjiet tal-ilma jew il-kejsing tal-kumpressuri tal-arja u t-tagħmir li jkessaħ jistgħu jiġu soġġetti għal pressjoni żejda perikoluża minħabba tnixxija ġo fihom mill-partijiet tal-pressjoni tal-arja. Għas-sistemi kollha għandhom jiġu pprovduti arranġamenti xierqa biex itaffu l-pressjoni.

.2

L-arranġamenti prinċipali tal-arja tal-istartjar tal-magni bil-kombustjoni interna tal-propulsjoni prinċipali għandhom ikunu protetti b’mod xieraq kontra l-effetti ta’ backfiring u ta’ splużjoni interna fil-pajpijiet tal-arja tal-istartjar.

.3

Il-pajpijiet kollha ta’ skariku mill-kompressuri tal-arja tal-istartjar għandhom iwasslu direttament għar-riċevituri tal-arja tal-istartjar, u l-pajpijiet kollha tal-istartjar mir-riċevituri tal-arja għall-magni prinċipali u awżiljarji għandhom ikunu totalment separati mis-sistema tal-kompressur tal-pajpijiet ta’ skariku.

.4

Għandu jkun hemm dispożizzjoni sabiex jitnaqqas għal minimu d-dħul taż-żejt fis-sistemi tal-pressjoni tal-arja u sabiex dawn is-sistemi jitbattlu.

15.   Ir-Regolament II-1/C/15: Protezzjoni kontra l-istorbju (R 36) (2)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D LI MHUMIEX KOPERTI SKONT IR-REGOLAMENT II-1/A-1/4

Għandhom jittieħdu miżuri biex l-istorbju tal-makkinarju fl-ispazji tal-makkinarju jitnaqqas għal livelli aċċettabbli. Jekk dan l-istorbju ma jistax jitnaqqas biżżejjed is-sors tal-istorbju eċċessiv għandu jiġi iżolat b’mod xieraq, jew magħluq għalih jew jekk l-ispazju jkun jeħtieġ li jkun hemm in-nies fih għandu jiġi pprovdut refuġju mill-istorbju. Għandu jiġi pprovdut tagħmir li jipproteġi l-widnejn tal-persunal li jkun meħtieġ jidħol f’dawn l-ispazji.

16.   Ir-Regolament II-1/C/16: Liftijiet

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET A, B, C U D:

.1

Il-liftijiet tal-passiġġieri u tal-oġġetti għandhom, fir-rigward tad-dimensjonar, it-tqassim, l-għadd ta’ passiġġieri u/jew il-kwantità ta’ oġġetti, jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet stabbiliti mill-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera f’kull każ individwali jew għal kull tip ta’ impjant.

.2

It-tpinġijiet tal-installazzjoni u l-istruzzjonijiet tal-manutenzjoni, inkluż id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-ispezzjonijiet perjodiċi, għandhom jiġu approvati mill-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera, li għandha tispezzjona u tapprova l-impjant qabel ma jibda jintuża.

.3

Wara l-approvazzjoni, l-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera għandha toħroġ ċertifikat li għandu jinżamm abbord.

.4

L-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera tista’ tippermetti li jsiru spezzjonijiet perjodiċi minn espert li jkun awtorizzat mill-Amministrazzjoni, jew minn organizzazzjoni rikonoxxuta.

PARTI D

INSTALLAZZJONIJIET ELETTRIĊI

1.   Ir-Regolament II-1/D/1: Ġenerali (R 40)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.1

L-installazzjonijiet elettriċi għandhom ikunu tali li:

.1

is-servizzi awżiljarji elettriċi kollha li jkunu meħtieġa biex iżommu l-vapur fil-kundizzjonijiet abitabbli u tat-tħaddim normali jkunu żgurati mingħajr rikors għas-sors tal-enerġija elettrika ta’ emerġenza;

.2

is-servizzi elettriċi li jkunu essenzjali għas-sikurezza jkunu żgurati f’kundizzjonijiet ta’ emerġenza varji; u

.3

is-sikurezza tal-passiġġieri, tal-ekwipaġġ u tal-vapur tkun żgurata mill-perikli elettriċi.

.2

L-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera għandha tieħu l-passi xierqa biex tiżgura l-uniformità tal-implimentazzjoni u tal-applikazzjoni tad-dispożizzjoni ta’ din il-parti fir-rigward tal-installazzjonijiet elettriċi (3).

2.   Ir-Regolament II-1/D/2: Sors prinċipali tal-enerġija elettrika u tad-dawl (R 41)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.1

Il-vapuri l-ġodda tal-klassijiet C u D li fihom l-enerġija elettrika tkun l-unika enerġija għaż-żamma tas-servizzi awżiljarji essenzjali għas-sikurezza tal-vapur, u l-vapuri ġodda u dawk eżistenti tal-klassi B li fihom l-enerġija elettrika tkun l-unika enerġija għaż-żamma tas-servizzi awżiljarji essenzjali għas-sikurezza u għall-propulsjoni tal-vapur, għandhom jiġu pprovduti żewġ settijiet ta’ ġeneraturi prinċipali jew aktar ta’ din l-enerġija sabiex is-servizzi msemmija hawn fuq ikunu jistgħu jitħaddmu meta xi wieħed mis-settijiet ma jkunx qed jaħdem.

.2.1

Sistema prinċipali tad-dawl elettriku li għandha tipprovdi d-dawl f’dawk il-partijiet tal-vapur li normalment ikunu aċċessibbli għall-passiġġieri jew għall-ekwipaġġ u li jintużaw minnhom għandha tiġi pprovduta mis-sors prinċipali tal-enerġija elettrika.

.2.2

L-arranġament tas-sistema prinċipali tad-dawl elettriku għandu jkun tali li f’każ ta’ nar jew xi diżgrazzja oħra fl-ispazji li fihom is-sors prinċipali tal-enerġija elettrika, it-tagħmir ta’ trasformazzjoni assoċjat, jekk ikun hemm, l-iswiċċbord prinċipali u l-iswiċċbord prinċipali tad-dawl, ma jwasslux biex is-sistema tad-dawl ta’ emerġenza meħtieġa skont ir-Regolament II-1/D/3 ma tibqax operattiva.

.2.3

L-arranġament tas-sistema ta’ emerġenza tad-dawl elettriku għandu jkun tali li f’każ ta’ nar jew xi diżgrazzja oħra fl-ispazji li fihom is-sors ta’ emerġenza tal-enerġija elettrika, it-tagħmir ta’ trasformazzjoni assoċjat, jekk ikun hemm, l-iswiċċbord ta’ emerġenza u l-iswiċċbord ta’ emerġenza tad-dawl, ma jwassalx biex is-sistema prinċipali tad-dawl meħtieġa skont ir-Regolament II-1/D/2 ma tibqax operattiva.

.3

L-iswiċċbord prinċipali għandu jitpoġġa f’pożizzjoni relattiva għal stazzjon wieħed ta’ ġenerazzjoni prinċipali sabiex, sa fejn ikun prattikabbli, l-integrità tal-provvista normali tal-elettriku tkun affettwata biss min-nar jew minn xi diżgrazzja oħra fl-ispazju fejn ikunu installati s-sett tal-ġenerazzjoni u l-iswiċċbord.

VAPURI TAL-KLASSIJIET B, C U D LI NBNEW FL-1 TA’ JANNAR 2012 JEW WARA:

.4

Fil-vapuri tal-klassijiet B, C u D li nbnew fl-1 ta’ Jannar 2012 jew wara, għandu jiġi pprovdut dawl supplimentari fil-kabini kollha biex jindika biċ-ċar il-ħruġ sabiex l-okkupanti jkunu jistgħu jsibu triqithom ’il barra. Dan id-dawl, li jista’ jiġi mqabbad mas-sors tal-enerġija ta’ emerġenza jew ikollu sors ta’ enerġija elettrika fih innifsu f’kull kabina, għandu jixgħel awtomatikament meta l-enerġija tad-dawl normali tal-kabina tinqata’ u għandu jibqa’ jixgħel għal minimu ta’ 30 minuta.

3.   Ir-Regolament II-1/D/3: Sors ta’ emerġenza tal-enerġija elettrika (R 42)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.1

Kull vapur għandu jiġi pprovdut b’sors ta’ emerġenza tal-enerġija elettrika fih stess li jkollu swiċċbord tal-emerġenza li tkun tinsab fuq il-gverta tal-paratija, fi spazju li jkun aċċessibbli faċilment u li ma għandux ikun kontigwu mal-konfini tal-ispazji tal-makkinarju tal-kategorija A jew ta’ dawk l-ispazji li jkun fihom is-sors prinċipali tal-enerġija elettrika jew l-iswiċċbord prinċipali.

.1

Ir-rekwiżit fl-ewwel paragrafu mhuwiex meħtieġ diment li l-vapuri jkunu ddisinjati b’żewġ spazji tal-makkinarju li jkunu kompletament żejda, separati b’minn tal-anqas kompartiment impermeabbli wieħed u li ma jistax jieħu n-nar u żewġ paratiji jew xi kostruzzjoni alternattiva li tagħti l-istess livell ta’ sikurezza, u li jkun hemm tal-anqas ġeneratur wieħed bi swiċċbord assoċjata, eċċ. f’kull spazju tal-makkinarju.

.2

Is-sors ta’ emerġenza tal-enerġija elettrika jista’ jkun batterija li takkumula li tkun kapaċi tikkonforma mar-rekwiżiti tal-paragrafu.5, mingħajr ma tiġi ċċarġjata mill-ġdid jew tbati minħabba tnaqqis eċċessiv fil-vultaġġ, jew ġeneratur, li jkun kapaċi jikkonforma mar-rekwiżiti tal-paragrafu.5, li jaħdem b’makkinarju tat-tip tal-kombustjoni interna bi provvista indipendenti ta’ karburant li jkollu l-punt ta’ fjammabbiltà ta’ mhux anqas minn 43 °C, b’arranġamenti awtomatiċi ta’ startjar għall-vapuri ġodda u b’arranġamenti approvati ta’ startjar għall-vapuri eżistenti, u pprovdut b’sors tranżizzjonali tal-enerġija elettrika ta’ emerġenza skont il-paragrafu.6.

.3

Is-sors ta’ emerġenza tal-enerġija elettrika għandu jkun irranġat b’tali mod li jaħdem b’mod effiċjenti meta l-vapur ikun immejjel laġenba sa 22,5° u meta l-inklinazzjoni tal-vapur tkun 10° minn prim dritt. Is-sett(ijiet) ta’ emerġenza tal-ġenerazzjoni għandu/għandhom ikunu kapaċi jitqabbad/jitqabbdu mill-ewwel f’kull kundizzjoni kiesħa li probabbli jiltaqgħu magħha u, f’vapuri ġodda, ikun kapaċi jaqbad awtomatikament.

.4

L-iswiċċbord ta’ emerġenza, sa fejn prattikabbli, għandu jkun jinsab l-aktar qrib possibbli tas-sors ta’ emerġenza tal-enerġija.

.5

Is-sors ta’ emerġenza tal-enerġija meħtieġ skont il-paragrafu.1 għandu:

.1

ikun kapaċi jitħaddem b’mod ġenerali għal perjodu ta’:

12-il siegħa għall-vapuri tal-klassi B (ġodda u eżistenti)

sitt (6) sigħat għall-vapuri tal-klassi C (ġodda)

tliet (3) sigħat għall-vapuri tal-klassi D (ġodda);

.2

b’mod partikolari, ikun kapaċi jħaddem fl-istess ħin il-konsumaturi kif identifikati fis-servizzi li ġejjin kif meħtieġ għall-klassi ta’ vapuri għall-ħinijiet indikati hawn fuq:

(a)

pompa indipendenti waħda tal-enerġija motorizzata tas-sentina u waħda mill-pompi tan-nar;

(b)

dawl ta’ emerġenza:

1.

f’kull stazzjon tal-ġmigħ tan-nies jew tal-imbarkazzjoni u fuq il-ġnub kif previst fir-Regolament III/5, il-paragrafu.3;

2.

fil-passaġġi, fit-turġien u fil-bibien tal-ħruġ kollha li jagħtu aċċess għall-istazzjonijiet tal-ġmigħ tan-nies jew ta’ imbarkazzjoni;

3.

fl-ispazji tal-makkinarju, u fil-post fejn ikun jinsab il-ġeneratur ta’ emerġenza;

4.

fl-istazzjonijiet tal-kontroll fejn ikun jinsab it-tagħmir tar-radju u tan-navigazzjoni prinċipali;

5.

kif meħtieġ fir-Regolament II-2/B/16, is-subparagrafu.1.3.7 u fir-Regolament II-2/B/6, is-subparagrafu.1.7;

6.

fil-pożizzjonijiet kollha tal-istivar għall-ilbies ta’ dawk li jitfu n-nirien;

7.

fil-pompa tal-emerġenza tas-sentina u f’waħda mill-pompi tan-nar, imsemmija fis-subparagrafu (a) u fil-pożizzjoni tal-istartjar tal-muturi tagħhom;

(c)

id-dawl tan-navigazzjoni tal-vapur;

(d)

1.

it-tagħmir kollu tal-komunikazzjoni,

2.

is-sistema ġenerali tal-allarm,

3.

is-sistema tal-individwazzjoni tan-nar, u

4.

is-sinjali kollha li jistgħu jkunu meħtieġa f’emerġenza, jekk ikunu jitħaddmu elettrikament mis-settijiet prinċipali ta’ ġenerazzjoni tal-vapur;

(e)

il-pompa tal-bexxixiet tal-vapur, jekk ikun hemm u jekk tkun titħaddem elettrikament; u

(f)

il-lampa tas-sinjalar ta’ binhar tal-vapur, jekk titħaddem bis-sors prinċipali tal-enerġija elettrika tal-vapur;

.3

ikun kapaċi jħaddem, għal perjodu ta’ nofs siegħa, il-bibien impermeabbli li jaħdmu bl-enerġija motorizzata flimkien maċ-ċirkwiti tal-kontroll, tal-indikazzjoni u tal-allarm assoċjati.

.6

Is-sors tranżizzjonali tal-enerġija elettrika ta’ emerġenza meħtieġa skont il-paragrafu.2 għandu jikkonsisti minn batterija li takkumula li tkun tinsab f’post tajjeb biex tintuża f’emerġenza li għandha taħdem mingħajr il-bżonn li tiġi ċċarġjata mill-ġdid jew mingħajr ma tbati minn tnaqqis eċċessiv fil-vultaġġ għal nofs siegħa:

(a)

id-dawl meħtieġ skont il-paragrafu.2(b)1 ta’ dan ir-Regolament II-1/D/3;

(b)

il-bibien impermeabbli, kif meħtieġ skont il-paragrafi.7.2 u.7.3 tar-Regolament II-1/B-2/13, iżda mhux neċessarjament kollha kemm huma flimkien, sakemm ma jiġix ipprovdut sors indipendenti temporanju ta’ enerġija maħżuna; u

(c)

iċ-ċirkwiti tal-kontroll, tal-indikazzjoni u tal-allarm kif meħtieġ skont il-paragrafu.7.2 tar-Regolament II-1/B-2/13.

.7

VAPURI TAL-KLASSIJIET B, C U D LI NBNEW FL-1 TA’ JANNAR 2003 JEW WARA:

Fejn l-enerġija elettrika hija meħtieġa biex treġġa’ lura l-propulsjoni, il-kapaċità għandha tkun suffiċjenti biex treġġa’ lura l-propulsjoni tal-vapur flimkien ma’ makkinarju ieħor, kif ikun xieraq, minn kundizzjoni ta’ vapur inattiv sa 30 minuta wara l-blackout.

4.   Ir-Regolament II-1/D/4: Dawl supplimentari ta’ emerġenza għall-vapuri ro-ro (R 42-1)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

Flimkien mad-dawl ta’ emerġenza meħtieġ skont ir-Regolament II-1/D/3, is-subparagrafu.5.2(b), fuq kull vapur ro-ro bl-ispazji tal-merkanzija jew spazji ta’ kategorija speċjali:

.1

l-ispazji pubbliċi u l-passaġġi tal-passiġġieri kollha għandhom jiġu pprovduti b’dawl elettriku supplimentari li jista’ jaħdem għal minn tal-anqas tliet sigħat meta s-sorsi l-oħra kollha tal-enerġija elettrika jkunu fallew u f’kull kundizzjoni ta’ mejl. Id-dawl ipprovdut għandu jkun tali li tkun tidher faċilment it-triq tal-mezz tal-ħrib. Is-sors tal-enerġija għad-dawl supplimentari għandu jikkonsisti f’batteriji li jakkumulaw li jkunu jinsabu fl-unitajiet tad-dawl li jiġu ċċarġjati kontinwament, fejn ikun prattiku, mill-iswiċċbord tal-emerġenza. Alternattivament, kull mezz ieħor ta’ dawl li huwa tal-anqas effettiv indaqs jista’ jiġi aċċettat mill-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera. Id-dawl supplementari għandu jkun tali li kull falliment tal-lampa jkun jidher mill-ewwel. Kull batterija li takkumula li tiġi pprovduta għandha tinbidel f’intervalli wara li titqies l-ħajja tas-servizz fil-kundizzjonijiet tal-ambjent li tkun soġġetta għalihom fis-servizz; u

.2

għandha tiġi pprovduta lampa li tista’ tinġarr li taħdem b’batterija li tista’ terġa’ tiġi ċċarġjata mill-ġdid f’kull spazju ta’ passaġġ tal-ekwipaġġ, spazju rikreattiv u f’kull spazju fejn isir ix-xogħol, li normalment ikun okkupat sakemm ma jiġix ipprovdut dawl supplimentari ta’ emerġenza, kif meħtieġ skont il-paragrafu.1.

5.   Ir-Regolament II-1/D/5: Prekawzjonijiet kontra xokkijiet, nar u perikli oħra ta’ oriġini elettrika (R 45)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.1

Partijiet tal-metall esposti tal-makkinarju jew tat-tagħmir elettriku li ma jkunux maħsuba biex jgħaddi l-kurrent minnhom iżda li huma soġġetti li jgħaddi l-kurrent minnhom f’kundizzjonijiet ta’ ħsara għandhom jiġu ertjati sakemm il-makkinarju jew it-tagħmir ma jkunux:

.1

ipprovduti b’vultaġġ li ma jaqbiżx il-50 V ta’ kurrent dirett jew 50 V, l-għerq tal-medja tal-kwadrati, bejn il-kondutturi; ma għandhomx jintużaw awtotrasformaturi bl-iskop li jinkiseb dan il-vultaġġ; jew

.2

ipprovduti b’vultaġġ li ma jaqbiżx il-250 V minn trasformaturi li jiżolaw għas-sikurezza li jipprovdu mezz wieħed biss li jikkonsma; jew

.3

inbnew f’konformità mal-prinċipju tal-iżolazzjoni doppja.

.2

L-apparat elettriku kollu għandu jkun mibni u installat b’tali mod li ma jikkawżax ħsara meta jinġarr jew jintmess b’mod normali.

.3

Il-ġnub u n-naħa ta’ wara u, fejn ikun meħtieġ, in-naħa ta’ quddiem tal-iswiċċbords għandhom ikunu protetti tajjeb. Partijiet li jgħaddi l-kurrent minnhom esposti li għandhom il-vultaġġi għall-ert ogħla mill-vultaġġ speċifikat taħt 1.1 ma għandhomx ikunu installati fuq il-parti ta’ quddiem ta’ tali swiċċbords. Fejn ikun meħtieġ, twapet jew gradi li ma jkunux konduttivi għandhom jiġu pprovduti fuq quddiem u fuq wara tal-iswiċċbord.

.4

Fis-sistemi tad-distribuzzjoni li ma jkollhom l-ebda konnessjoni mal-ert, għandu jiġi pprovdut mezz li kapaċi jagħmel monitoraġġ tal-livell ta’ iżolazzjoni għall-ert u li jagħti indikazzjoni li tinstema’ jew li tidher ta’ valuri ta’ iżolazzjoni baxxi wisq.

.5.1

Il-pjanċi kollha tal-metall u l-armar tal-kejbils għandhom ikunu elettrikament kontinwi u għandhom ikunu ertjati.

.5.2

Il-kejbils elettriċi kollha u l-wajers esterni għat-tagħmir għandhom ikunu mill-anqas tat-tip li jdewmu t-tifrix tan-nar u għandhom ikunu installati b’tali mod li ma jtellfux il-karatteristiki oriġinali tagħhom. Fejn ikun neċessarju għal applikazzjoni partikolari, l-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera tista’ tippermetti l-użu ta’ tip speċjali ta’ kejbils bħall-kejbils tal-frekwenza tar-radju, li ma jikkonformawx ma’ dak li ssemma aktar ’il fuq.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D:

.5.3

Il-kejbils u l-wajers li jfornu enerġija essenzjali jew ta’ emerġenza, dawl, komunikazzjoni interna jew sinjali għandhom sa fejn ikun prattikabbli jgħaddu ’l bogħod mill-kċejjen, mill-kmamar tal-ħasil tal-ħwejjeġ, mill-ispazji tal-makkinarju tal-kategorija A u mill-kejsings tagħhom u minn żoni oħra b’riskju għoli li jieħdu n-nar. F’vapuri ro-ro ġodda u eżistenti, l-kejbling għall-allarmi tal-emerġenza u sistemi tat-tgħarrif pubbliku li ġew installati fl-1 ta’ Lulju 1998 jew wara għandhom jiġu approvati mill-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera wara li jiġu kkunsidrati r-rakkomandazzjonijiet żviluppati mill-OMI. Il-kejbils li jgħaqqdu l-pompi tan-nar mal-iswiċċbord tal-emerġenza għandhom ikunu tat-tip li jirreżistu n-nar meta jgħaddu minn żoni b’riskju qawwi ta’ nar. Fejn ikun prattiku tali kejbils għandhom jgħaddu b’mod li jevita li dawn jispiċċaw ma jaħdmux minħabba fis-sħana tal-paratiji li tista’ tiġi kkawżata minn nar fi spazju maġenbhom.

.6

Il-kejbils u l-wajers għandhom jiġu installati u sostnuti b’tali mod li jiġi evitat li jħokku jew li jkollhom ħsara oħra. It-truf u l-ġonot fil-kondutturi kollha għandhom ikunu magħmulin b’tali mod li jżommu l-karatteristiki elettriċi u mekkaniċi oriġinali tagħhom li jdewmu t-tifrix tan-nar u, fejn ikun meħtieġ, li jirreżistu għan-nar.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.7.1

Kull ċirkwit separat għandu jiġi protett mix-short circuit u mit-tagħbija elettrika eċċessiva, ħlief kif permess fir-Regolamenti II-1/C/6 u II-1/C/7.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D:

.7.2

It-tagħmir tad-dawl għandu jiġi rranġat b’tali mod li jevita żidiet fit-temperatura li jistgħu jagħmlu ħsara lill-kejbils u lill-wajers, u li jevita li l-materjal tal-madwar isir jaħraq wisq.

.8.1

Il-batteriji li jakkumulaw għandhom jitpoġġew f’kaxxi adattati, u l-kompartimenti li jintużaw prinċipalment biex jitqiegħdu fihom għandhom jinbnew sew u għandhom jiġu ventilati b’mod effiċjenti.

.8.2

Ma għandux jitħalla tagħmir elettriku jew tagħmir ieħor li jistgħu jikkostitwixxu sors li jqabbad fwar li jieħu n-nar f’dawn il-kompartimenti.

.9

Is-sistemi tad-distribuzzjoni għandhom jiġu rranġati b’tali mod li n-nar fi kwalunkwe żona vertikali prinċipali, kif definit fir-Regolament II-2/A/9, il-paragrafu.9 ma jinterferixxix mas-servizzi essenzjali għas-sikurezza fi kwalunkwe żona oħra bħalha. Dan ir-rekwiżit jiġi ssodisfat jekk il-feeders prinċipali u ta’ emerġenza li jgħaddu minn tali żona ikunu separati kemm vertikalment kif ukoll orizzontalment fil-wisa’ sa fejn ikun prattiku.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D LI NBNEW FL-1 TA’ JANNAR 2012 JEW WARA:

.10

L-ebda tagħmir elettriku ma għandu jkun installat f’xi spazju fejn huwa possibbli li jinġemgħu xi taħlitiet li jaqbdu, pereżempju f’kompartimenti assenjati prinċipalment għall-batteriji li jakkumulaw, f’kabinetti taż-żebgħa, f’imħażen tal-aċetilen jew fi spazji simili, sakemm l-Amministrazzjoni ma tkunx sodisfatta li t-tali tagħmir huwa:

.1

essenzjali għal skopijiet operattivi;

.2

ta’ tip li ma jistax iqabbad it-taħlita konċernata;

.3

xieraq għall-ispazju konċernat; u

.4

iċċertifikat b’mod xieraq għall-użu sikur fit-trabijiet, fil-fwar u fil-gassijiet li x’aktarx se jkun hemm.

PARTI E

REKWIŻITI ADDIZZJONALI GĦALL-VAPURI LI NBNEW BI SPAZJI TAL-MAKKINARJU LI PERJODIKAMENT MA JKOLLHOMX NIES MAGĦHOM

Kunsiderazzjoni speċjali (R 54)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

Il-vapuri ġodda kollha tal-klassijiet B, C u D u l-vapuri eżistenti kollha tal-klassi B għandhom jiġu kkunsidrati b’mod speċjali mill-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera jekk l-ispazji tal-makkinarju jistgħux jitħallew mingħajr nies magħhom, u jekk dan ikun il-każ, jekk humiex neċessarji rekwiżiti addizzjonali ma’ dawk imsemmija f’dawn ir-Regolamenti sabiex tinkiseb sikurezza ekwivalenti għal dik ta’ spazji tal-makkinarju li normalment ikollhom in-nies magħhom.

1.   Ir-Regolament II-1/E/1: Ġenerali (R 46)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.1

L-arranġamenti pprovduti għandhom ikunu b’tali mod li jiżguraw li s-sikurezza tal-vapur fil-kundizzjonijiet kollha tat-tbaħħir, inkluż l-immanuvrar, tkun ekwivalenti għal dik ta’ vapur li jkollu n-nies mal-ispazji tal-makkinarju.

.2

Għandhom jittieħdu miżuri biex jiġi żgurat li t-tagħmir qed jiffunzjona b’mod affidabbli u li jsiru arranġamenti sodisfaċenti għal spezzjonijiet regolari u għal testijiet tar-rutina sabiex jiżguraw ħidma kontinwa u ta’ min joqgħod fuqha.

.3

Kull vapur għandu jiġi pprovdut b’evidenza dokumentata dwar kemm hu kapaċi jaħdem bi spazji tal-makkinarju li ma jkollhomx nies magħhom.

2.   Ir-Regolament II-1/E/2: Prekawzjonijiet kontra n-nar (R 47)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D:

.1

Għandhom jiġu pprovduti mezzi biex jindividwaw u jagħtu l-allarm fi stadju bikri f’każ ta’ nirien:

.1

fil-kejsings tal-provvista tal-arja tal-bojlers u fl-egżosts (uptakes); u

.2

fiċ-ċintorini tal-arja (scavenging air belts) tal-makkinarju tal-propulsjoni, għajr jekk jiġi kkunsidrat li mhuwiex meħtieġ f’każ partikolari.

.2

Il-magni tal-kombustjoni interna ta’ 2 250 kW u aktar jew li għandhom ċilindri b’bor ta’ aktar minn 300 mm għandhom jiġu pprovduti b’tagħmir li jindividwa rxiex taż-żejt fil-kaxxa tal-krank jew monitors tal-magna li juru t-temperatura jew mezzi ekwivalenti.

3.   Ir-Regolament II-1/E/3: Protezzjoni kontra t-tgħarriq (R 48)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.1

Il-bjar tas-sentina fi spazji tal-makkinarju li ma jkollhomx nies magħhom għandhom jiġu lokalizzati u mmonitorjati b’tali mod li l-akkumulu tal-likwidi jintgħaraf f’angoli normali tal-inklinazzjoni u tal-mejl, u għandhom ikunu kbar biżżejjed biex jakkomodaw faċilment id-drenaġġ normali matul il-perjodu li ma jkunx hemm nies magħhom.

.2

Fejn il-pompi tas-sentina jkunu kapaċi jistartjaw waħedhom b’mod awtomatiku, għandhom jiġu pprovduti mezzi biex jindikaw meta l-influss ta’ likwidu jkun akbar mill-kapaċità tal-pompa jew meta l-pompa tkun qed taħdem aktar spiss milli jkun normalment mistenni. F’dawn il-każijiet, bjar żgħar tas-sentina biex ikopru perjodu raġonevoli ta’ żmien jistgħu jiġu permessi. Fejn huma pprovduti pompi tas-sentina kkontrollati awtomatikament, għandha tingħata attenzjoni speċjali għar-rekwiżiti tal-prevenzjoni tat-tniġġis biż-żejt.

.3

Il-post tal-kontrolli ta’ kwalunkwe valv li jservi daħla tal-baħar, punt ta’ ħruġ ’l isfel mil-livell tal-ilma jew sistema ta’ injezzjoni tas-sentina għandhom ikunu f’post li jħalli biżżejjed ħin għat-tħaddim fil-każ ta’ influss tal-ilma fl-ispazju, wara li jiġi kkunsidrat il-ħin li x’aktarx huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu u jitħaddmu dawn il-kontrolli. Jekk il-livell li fih l-ispazju jista’ jegħreq bil-vapur fil-kundizzjoni ta’ tagħbija massima jirrikjedi hekk, għandhom isiru arranġamenti sabiex jitħaddmu l-kontrolli minn pożizzjoni li tkun ’il fuq mit-tali livell.

4.   Ir-Regolament II-1/E/4: Kontroll tal-makkinarju tal-propulsjoni mill-pont tan-navigazzjoni (R 49)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D:

.1

Fil-kundizzjonijiet kollha tat-tbaħħir, inkluż l-immanuvrar, il-veloċità, id-direzzjoni tal-ġibda u, jekk ikun applikabbli, il-pass tal-iskrun għandhom ikunu kontrollabbli għalkollox mill-pont tan-navigazzjoni.

.1

Tali kontroll mill-bogħod għandu jsir b’mezz wieħed tal-kontroll separat għal kull skrun indipendenti, bi twettiq awtomatiku tas-servizzi kollha assoċjati, inkluż, fejn ikun meħtieġ, mezzi biex jipprevjenu tagħbija żejda fuq il-makkinarju tal-propulsjoni.

.2

Il-makkinarju prinċipali tal-propulsjoni għandu jiġi pprovdut b’mezz ta’ waqfien f’emerġenza fil-pont tan-navigazzjoni li għandu jkun indipendenti mis-sistema tal-kontroll tan-navigazzjoni fil-pont.

.2

L-ordnijiet tal-makkinarju tal-propulsjoni mill-pont tan-navigazzjoni għandhom jiġu indikati fil-kamra prinċipali tal-kontroll tal-makkinarju jew fil-pożizzjoni tal-kontroll tal-makkinarju tal-propulsjoni kif ikun xieraq.

.3

Il-kontroll mill-bogħod tal-makkinarju tal-propulsjoni għandu jkun possibbli biss minn post wieħed kull darba; f’tali postijiet ikunu permessi pożizzjonijiet tal-kontroll interkonnessi. F’kull post għandu jkun hemm indikatur li juri liema post qiegħed jikkontrolla l-makkinarju tal-propulsjoni. It-trasferiment tal-kontroll bejn il-pont tan-navigazzjoni u l-ispazji tal-makkinarju għandu jkun possibbli biss fl-ispazju prinċipali tal-makkinarju jew fil-kamra tal-kontroll tal-makkinarju prinċipali. Is-sistema għandha tinkludi mezz li jevita li l-imbottatura li ssuq ’il quddiem tinbidel b’mod sinifikanti waqt li l-kontroll ikun qed jiġi ttrasferit minn post għall-ieħor;

.4

Għandu jkun possibbli għall-makkinarju essenzjali kollu għat-tħaddim sikur tal-vapur li jiġi kkontrollat minn pożizzjoni lokali, anki fil-każ ta’ nuqqas f’xi parti mis-sistemi awtomatiċi jew tal-kontroll mill-bogħod.

.5

Id-disinn tas-sistema awtomatika ta’ kontroll mill-bogħod għandu jkun tali li fil-każ ta’ ħsara jingħata allarm. Sakemm ma jitqiesx prattikabbli, il-veloċità ddeterminata minn qabel u d-direzzjoni tal-imbottatura tal-iskrun għandhom jinżammu sakemm jibda jitħaddem il-kontroll lokali;

.6

Għandhom jitwaħħlu indikaturi fil-pont tan-navigazzjoni:

.1

għall-veloċità tal-iskrun u għad-direzzjoni tar-rotazzjoni fil-każ ta’ skrejjen b’pass fiss; jew

.2

għall-veloċità tal-iskrun u l-pożizzjoni tal-pass fil-każ ta’ skrejjen b’pass kontrollabbli.

.7

L-għadd ta’ tentattivi awtomatiċi konsekuttivi li ma jirnexxilhomx iwasslu għal startjar għandhom jiġu limitati sabiex jissalvagwardaw biżżejjed pressjoni tal-arja tal-istartjar. Għandu jiġi pprovdut allarm biex jindika livell ta’ pressjoni tal-arja baxxa li xorta tippermetti l-istartjar tal-makkinarju tal-propulsjoni.

5.   Ir-Regolament II-1/E/5: Komunikazzjoni (R 50)

VAPURI ĠODDA U EŻISTENTI TAL-KLASSI B U VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET C U D

Għandu jiġi pprovdut mezz affidabbli tal-komunikazzjoni verbali bejn il-kamra tal-kontroll tal-makkinarju jew il-pożizzjoni tal-kontroll tal-makkinarju tal-propulsjoni kif inhu xieraq, il-pont tan-navigazzjoni u l-akkomodazzjoni tal-uffiċjali tal-inġiniera.

6.   Ir-Regolament II-1/E/6: Sistema tal-allarm (R 51)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.1

Għandha tiġi pprovduta sistema tal-allarm li tindika kwalunkwe ħsara li tkun teħtieġ l-attenzjoni u:

.1

għandha tkun kapaċi tagħmel allarm li jinstema’ fil-kamra tal-kontroll tal-makkinarju prinċipali jew fil-pożizzjoni tal-kontroll tal-makkinarju tal-propulsjoni, u tindika viżwalment kull funzjoni separata tal-allarm f’pożizzjoni xierqa;

.2

għandu jkollha konnessjoni mal-kmamar pubbliċi tal-inġiniera u ma’ kull waħda mill-kabini tal-inġiniera bi swiċċ tal-għażla, li jiżgura l-konnessjoni ma’ mill-anqas waħda minn dawk il-kabini. Jistgħu jiġu permessi arranġamenti alternattivi jekk ikunu kkunsidrati bħala ekwivalenti;

.3

għandha tattiva allarm li jinstema’ u li jkun viżiv fil-pont tan-navigazzjoni għal kwalunkwe sitwazzjoni li titlob azzjoni mill-uffiċjal li jkun għassa jew jew l-attenzjoni tiegħu;

.4

sa fejn ikun prattikabbli għandha tkun iddisinjata fuq il-prinċipju “fail-to-safety”; u

.5

għandha tattiva l-allarm tal-inġiniera meħtieġ skont ir-Regolament II-1/C/10, jekk funzjoni tal-allarm ma tkunx irċeviet l-attenzjoni lokalment fi żmien limitat.

.2.1

Is-sistema tal-allarm għandha tkun alimentata kontinwament u għandu jkollha bdil awtomatiku għall-provvista tal-enerġija ta’ riżerva fil-każ ta’ telf tal-provvista normali tal-enerġija.

.2.2

Ħsara fil-provvista normali tal-enerġija tas-sistema tal-allarm għandha tiġi indikata b’allarm.

.3.1

Is-sistema tal-allarm għandha tkun kapaċi tindika fl-istess ħin aktar minn ħsara waħda u l-aċċettazzjoni ta’ allarm ma għandhiex ittellef allarm ieħor.

.3.2

L-aċċettazzjoni fil-pożizzjoni msemmija fil-paragrafu.1 ta’ kwalunkwe kundizzjoni ta’ allarm għandha tiġi indikata fil-pożizzjonijiet fejn din tintwera. L-allarmi għandhom jinżammu sakemm jiġu aċċettati u l-indikaturi viżivi tal-allarmi individwali għandhom jibqgħu sakemm il-ħsara tissewwa, meta s-sistema tal-allarm awtomatikament titqiegħed mill-ġdid f’postha fil-kundizzjoni normali tat-tħaddim.

7.   Ir-Regolament II-1/E/7: Sistemi tas-sikurezza (R 52)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

Sistema tas-sikurezza għandha tiġi pprovduta biex tiżgura li funzjoni ħażina serja fil-makkinarju jew tħaddim tal-bojlers li tippreżenta periklu immedjat, għandha tibda l-għeluq awtomatiku ta’ dik il-parti tal-impjant u li għandu jingħata allarm. L-għeluq tas-sistema tal-propulsjoni ma għandhiex tkun attivata awtomatikament ħlief fil-każijiet li jistgħu jwasslu għal ħsara serja, waqfien totali, jew splużjoni. Fejn l-arranġamenti għall-irkib tal-għeluq tal-makkinarju prinċipali li jħaddem ikunu mwaħħlin, dawn għandhom ikunu tali li jipprekludu t-tħaddim bi żball. Għandhom jiġu pprovduti mezzi viżivi biex jindikaw meta l-irkib ikun ġie attivat. Għeluq awtomatiku tal-makkinarju u kontrolli li jnaqqsu l-veloċità għandhom jiġu separati mill-installazzjoni tal-allarm.

8.   Ir-Regolament II-1/E/8: Rekwiżiti speċjali għall-installazzjonijiet tal-makkinarju, tal-bojlers u tal-elettriku (R 53)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.1

Is-sors prinċipali tal-enerġija elettrika għandu jikkonforma ma’ dan li ġej:

.1

fejn l-enerġija elettrika tista’ normalment tiġi pprovduta minn ġeneratur wieħed, għandhom jiġu pprovduti arranġamenti xierqa ta’ tnaqqis tat-tagħbija biex jiżguraw l-integrità tal-provvisti għas-servizzi meħtieġa għall-propulsjoni u għall-għoti tad-direzzjoni kif ukoll għas-sikurezza tal-vapur. Fil-każ ta’ telf tal-ġeneratur waqt li jkun qed jaħdem, għandhom isiru arranġamenti xierqa għall-istartjar awtomatiku u għall-konnessjoni mal-iswiċċbord prinċipali ta’ ġeneratur li jkun fir-riżerva li jkollu kapaċità biżżejjed li jippermetti li ssir il-propulsjoni u d-direzzjoni u li jiżgura s-sikurezza tal-vapur bl-istartjar mill-ġdid tal-awżiljari essenzjali inklużi, fejn meħtieġ, l-operazzjonijiet sekwenzjali.

.2

Jekk l-enerġija elettrika normalment tiġi pprovduta minn aktar minn ġeneratur wieħed fl-istess ħin bi tħaddim parallel, għandu jkun hemm dispożizzjoni, pereżempju permezz tat-tnaqqis tat-tagħbija, biex jiġi żgurat li, fil-każ ta’ telf ta’ wieħed mis-settijiet tal-ġenerazzjoni, dawk li jifdal jinżammu jaħdmu mingħajr ma jkollhom tagħbija żejda sabiex jippermettu l-propulsjoni u l-għoti tad-direzzjoni, u sabiex tiġi żgurata s-sikurezza tal-vapur.

.2

Fejn huma meħtieġa magni ta’ riżerva għal makkinarju awżiljarju ieħor li jkun essenzjali għall-propulsjoni, għandhom jiġu pprovduti mezzi tal-bdil awtomatiku.

9.   Ir-Regolament II-1/E/9: Sistemi awtomatiċi tal-kontroll u tal-allarm (R 53.4)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.1

Is-sistema tal-kontroll għandha tkun tali li s-servizzi meħtieġa għat-tħaddim tal-makkinarju prinċipali tal-propulsjoni u l-awżiljari tiegħu jkunu żgurati permezz tal-arranġamenti awtomatiċi neċessarji.

.2

Għandu jingħata allarm mal-bdil awtomatiku.

.3

Għandha tiġi pprovduta sistema tal-allarm li tikkonforma mar-Regolament II-1/E/6 għall-pressjonijiet, għat-temperaturi u għal-livelli ta’ fluwidi importanti u għal parametri essenzjali oħra.

.4

Għandha tiġi rranġata pożizzjoni ċentralizzata tal-kontroll bil-panels neċessarji tal-allarm u bl-istrumentazzjoni li tindika li hemm xi allarm.

.5

Għandhom jiġu pprovduti mezzi biex iżommu l-pressjoni tal-arja tal-istartjar fil-livell meħtieġ fejn il-magni tal-kombustjoni interna li huma essenzjali għall-propulsjoni prinċipali jiġu startjati bl-arja kompressa.

PARTI G

VAPURI LI JUŻAW KARBURANTI B’PUNT TA’ FJAMMABBILTÀ BAXX

1.   Ir-Regolament II-1/G/1: Rekwiżiti għall-vapuri li jużaw karburanti b’punt ta’ fjammabbiltà baxx (R 57)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D [U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B]

Il-vapuri, irrispettivament mid-data meta nbnew, ikkonvertiti għall-użu jew li ntrabtu li jużaw karburanti gassużi jew likwidi li jkollhom punt ta’ fjammabbiltà aktar baxx minn dak permess skont ir-Regolament II-2/A/10, is-subparagrafu.1.1, għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-Kodiċi IGF, kif definit fir-Regolament II-1/2.28 tal-Konvenzjoni SOLAS.

KAPITOLU II-2

PROTEZZJONI MIN-NAR, INDIVIDWAZZJONI TAN-NAR U TIFI TAN-NAR

PARTI A

ĠENERALI

1.   Ir-Regolament II-2/A/1: Prinċipji bażiċi (R 2)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.1

L-objettivi tas-sikurezza f’każ ta’ nirien ta’ dan il-kapitolu huma:

.1

li tiġi evitata l-okkorrenza ta’ nirien u ta’ splużjonijiet;

.2

li jitnaqqas ir-riskju għall-ħajja kkawżat min-nirien;

.3

li jitnaqqas ir-riskju ta’ ħsarat ikkawżati min-nirien lill-vapur, lill-merkanzija tiegħu u lill-ambjent;

.4

li jinżammu, li jiġu kkontrollati u li jitrażżnu n-nirien u l-isplużjonijiet fil-kompartiment mnejn ikunu oriġinaw; u

.5

li jiġu pprovduti mezzi adegwati u aċċessibbli faċilment għall-ħrib tal-passiġġieri u tal-ekwipaġġ.

.2

Sabiex jinkisbu l-objettivi tan-nirien stabbiliti fil-paragrafu.1, il-prinċipji bażiċi li ġejjin isejsu r-Regolamenti ta’ dan il-kapitolu u jagħmlu parti mir-Regolamenti kif inhu xieraq, filwaqt li jikkunsidraw it-tip ta’ vapuri u l-periklu potenzjali involut ta’ nirien:

.1

id-diviżjoni tal-vapur f’żoni vertikali prinċipali b’konfini termali u strutturali;

.2

is-separazzjoni tal-ispazji tal-akkomodazzjoni mill-kumplament tal-vapur b’konfini termali u strutturali;

.3

l-użu ristrett tal-materjali kombustibbli;

.4

l-individwazzjoni ta’ kwalunkwe nar fiż-żona tal-oriġini;

.5

iż-żamma u t-tifi ta’ kwalunkwe nar fl-ispazju tal-oriġini;

.6

il-protezzjoni tal-mezz tal-ħrib u l-aċċess għat-tifi tan-nar;

.7

id-disponibbiltà fil-pront tat-tagħmir tat-tifi tan-nar;

.8

il-minimizzazzjoni tat-tqabbid possibbli tal-fwar fjammabbli tal-merkanzija.

.3

L-objettivi tas-sikurezza f’każ ta’ nirien stabbiliti fil-paragrafu.1 għandhom jinkisbu billi tiġi żgurata konformità mar-rekwiżiti preskrittivi speċifikati f’dan il-kapitolu jew b’disinn u b’arranġamenti alternattivi li jikkonformaw mal-Parti F tal-Kapitolu II-2 revedut tal-Konvenzjoni SOLAS tal-1974, li tapplika għall-vapuri li nbnew fl-1 ta’ Jannar 2003 jew wara. Vapur għandu jiġi kkunsidrat li jissodisfa r-rekwiżiti funzjonali stabbiliti fil-paragrafu.2 u li jikseb l-objettivi tas-sikurezza f’każ ta’ nirien stabbiliti fil-paragrafu.1 meta:

.1

id-disinni u l-arranġamenti tal-vapur, kollha kemm huma, jikkonformaw mar-rekwiżiti preskrittivi rilevanti f’dan il-kapitolu;

.2

id-disinni u l-arranġamenti tal-vapur, kollha kemm huma, ikunu ġew rieżaminati u approvati f’konformità mal-Parti F tal-Kapitolu II-2 revedut tal-Konvenzjoni SOLAS tal-1974, li tapplika għall-vapuri li nbnew fl-1 ta’ Jannar 2003 jew wara;

.3

parti(jiet) tad-disinni u tal-arranġamenti tal-vapur, ikunu ġew rieżaminati u approvati f’konformità mal-Parti F tal-Kapitolu II-2 revedut tal-Konvenzjoni SOLAS, u l-partijiet li jibqa’ tal-vapur jikkonformaw mar-rekwiżiti preskrittivi rilevanti ta’ dan il-kapitolu.

.4

Il-vapuri kollha li jsirulhom tiswijiet, alterazzjonijiet, modifiki u tiġdid relatat magħhom li ma jaqgħux taħt id-definizzjoni ta’ natura estensiva inkluża fl-Artikolu 2 (zh) tad-Direttiva 2009/45/KE għandhom ikomplu jikkonformaw ma’ mill-inqas ir-rekwiżiti li qabel kienu applikabbli għal dawn il-vapuri.

VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.5

Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu.4, il-vapuri eżistenti tal-klassi B li jġorru aktar minn 36 passiġġier għandhom jikkonformaw ma’ dan li ġej meta jkun qed isirulhom tiswijiet, alterazzjonijiet, modifiki u tiġdid relatat magħhom:

.1

il-materjali kollha introdotti f’dawn il-vapuri għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti fir-rigward tal-materjal applikabbli għall-vapuri ġodda tal-klassi B; u

.2

it-tiswijiet, l-alterazzjonijiet, il-modifiki u t-tiġdid relatat magħhom li jinvolvu s-sostituzzjoni ta’ materjal ta’ 50 tunnellata jew aktar, għajr dak meħtieġ skont ir-Regolament II-2/B/16, għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti applikabbli għall-vapuri ġodda tal-klassi B.

2.   Ir-Regolament II-2/A/2: Definizzjonijiet (R 3)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.1

Materjal mhux kombustibbli huwa materjal li la jaqbad u lanqas jitfa’ fwar li jaqbad fi kwantità suffiċjenti biex jaqbad waħdu meta jissaħħan sa bejn wieħed u ieħor 750 °C, u dan jiġi ddeterminat minn test tan-nar f’konformità mar-Riżoluzzjoni A.799(19) tal-OMI “Revised recommendation on test methods for qualifying marine construction materials as non-combustible” (Rakkomandazzjoni reveduta dwar metodi tal-ittestjar għall-kwalifikazzjoni ta’ materjali tal-bini ta’ vapuri bħala materjali mhux kombustibbli). Kwalunkwe materjal ieħor huwa materjal kombustibbli.

.1.a

GĦALL-VAPURI TAL-KLASSIJIET B, C U D LI NBNEW FL-1 TA’ JANNAR 2003 JEW WARA:

Materjal mhux kombustibbli huwa materjal li la jaqbad u lanqas jitfa’ fwar li jaqbad fi kwantità suffiċjenti biex jaqbad waħdu meta jissaħħan sa bejn wieħed u ieħor 750 °C, u dan jiġi ddeterminat f’konformità mal-Kodiċi tal-Proċeduri tat-Test tan-Nar. Kwalunkwe materjal ieħor huwa materjal kombustibbli.

.2

Test tan-nar standard huwa test li fih eżemplari tal-paratiji jew tal-gverti rilevanti jiġu esposti f’forn tal-ittestjar għal temperaturi li jikkorrispondu bejn wieħed u ieħor għall-kurva standard tat-temperatura skont il-ħin. L-eżemplar għandu jkollu superfiċe esposta ta’ mhux anqas minn 4,65 m2 u għoli (jew tul tal-gverta) ta’ 2,44 metri, li tixbah kemm jista’ jkun il-bini maħsub u li tinkludi fejn ikun xieraq minn tal-anqas ġonta waħda. Il-kurva standard tat-temperatura skont il-ħin hija definita b’kurva lixxa mpinġija mill-punti li ġejjin tat-temperatura interna tal-forn:

temperatura interna inizjali tal-forn

20 °C

fl-aħħar tal-ewwel ħames (5) minuti

576 °C

fl-aħħar ta’ 10 minuti

679 °C

fl-aħħar ta’ 15-il minuta

738 °C

fl-aħħar ta’ 30 minuta

841 °C

fl-aħħar ta’ 60 minuta

945 °C

.2a.

GĦALL-VAPURI TAL-KLASSIJIET B, C U D LI NBNEW FL-1 TA’ JANNAR 2003 JEW WARA:

Test tan-nar standard huwa test li fih l-eżemplari tal-paratiji jew tal-gverti rilevanti jiġu esposti f’forn tal-ittestjar għal temperaturi li jikkorrispondu bejn wieħed u ieħor għall-kurva standard tat-temperatura. Il-metodi tal-ittestjar għandhom ikunu konformi mal-Kodiċi tal-Proċeduri tat-Test tan-Nar.

.3

Id-diviżjonijiet tal-klassi “A” huma dawk id-diviżjonijiet iffurmati mill-paratiji u mill-gverti li jikkonformaw ma’ dan li ġej:

.1

għandhom jinbnew bl-azzar jew b’materjal ekwivalenti ieħor;

.2

għandhom jitwebbsu kemm ikun hemm bżonn;

.3

għandhom jinbnew b’tali mod li jkunu kapaċi jipprevjenu l-passaġġ tad-duħħan u tal-fjammi sa tmiem it-test tan-nar standard li jdum siegħa;

.4

għandhom ikunu iżolati b’materjali mhux kombustibbli approvati b’tali mod li t-temperatura medja tan-naħa mhux esposta ma togħliex iżjed minn 140 °C ’il fuq mit-temperatura oriġinali, u lanqas it-temperatura, fi kwalunkwe punt, inkluż kwalunkwe ġonta, ma għandha togħla iżjed minn 180 °C ’il fuq mit-temperatura oriġinali, fil-ħin imniżżel hawn taħt:

il-klassi “A-60”

60 minuta

il-klassi “A-30”

30 minuta

klassi “A-15”

15-il minuta

il-klassi “A-0”

0 minuti

.5

L-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera għandha teħtieġ test ta’ prototip tal-paratija jew tal-gverta sabiex tiżgura li tissodisfa r-rekwiżiti ta’ hawn fuq għall-integrità u għaż-żieda fit-temperatura f’konformità mar-Riżoluzzjoni A.754(18) tal-OMI.

Għall-vapuri tal-klassijiet B, C u D li nbnew fl-1 ta’ Jannar 2003 jew wara, “ir-Riżoluzzjoni A.754(18) tal-OMI” għandha tfisser “il-Kodiċi tal-Proċeduri tat-Test tan-Nar”.

.4

Id-diviżjonijiet tal-klassi “B” huma dawk id-diviżjonijiet iffurmati mill-paratiji, mill-gverti, mis-soqfa jew mis-suffitti li jikkonformaw ma’ li ġej:

.1

għandhom jinbnew b’tali mod li jkun kapaċi jipprevjenu l-passaġġ ta’ fjammi sa tmiem l-ewwel nofs siegħa tat-test tan-nar standard;

.2

għandu jkollhom valur ta’ iżolazzjoni tali li t-temperatura medja tan-naħa mhux esposta ma togħliex iżjed minn 140 °C ’il fuq mit-temperatura oriġinali, u lanqas it-temperatura, fi kwalunkwe punt, inkluż kwalunkwe ġonta, ma għandha togħla iżjed minn 225 °C ’il fuq mit-temperatura oriġinali fil-ħin imniżżel hawn taħt:

il-klassi “B-15”

15-il minuta

il-klassi “B-0”

0 minuti

.3

għandhom jinbnew b’materjali mhux kombustibbli approvati u l-materjali kollha li jidħlu fil-bini u fit-twaqqif ta’ diviżjonijiet tal-klassi “B” għandhom ikunu materjali mhux kombustibbli bl-eċċezzjoni ta’ fuljetti kombustibbli li jistgħu jkunu permessi diment li jissodisfaw rekwiżiti oħra ta’ dan il-kapitolu;

.4

l-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera għandha teħtieġ test ta’ prototip ta’ diviżjoni sabiex tiżgura li tissodisfa r-rekwiżiti ta’ hawn fuq għall-integrità u għaż-żieda fit-temperatura f’konformità mar-Riżoluzzjoni A.754(18) tal-OMI.

Għall-vapuri tal-klassijiet B, C u D li nbnew fl-1 ta’ Jannar 2003 jew wara, “ir-Riżoluzzjoni A.754(18) tal-OMI” għandha tfisser “il-Kodiċi tal-Proċeduri tat-Test tan-Nar”.

.5

Id-diviżjonijiet tal-klassi “C” huma diviżjonijiet li nbnew b’materjali mhux kombustibbli approvati. Ma għandhom bżonn jissodisfaw l-ebda rekwiżit marbut mal-passaġġ tad-duħħan u tal-fjammi u lanqas limitazzjonijiet marbuta maż-żieda fit-temperatura. Il-fuljetti kombustibbli huma permessi diment li jissodisfaw rekwiżiti oħra ta’ dan il-kapitolu.

.6

Soqfa jew suffitti kontinwi tal-klassi “B” huma dawk is-soqfa jew is-suffitti tal-klassi “B” li jispiċċaw biss f’diviżjoni tal-klassi “A” jew “B”.

.8

Tifrix baxx tal-fjammi tfisser li s-superfiċe deskritta b’dan il-mod tirrestrinġi b’mod adegwat it-tifrix tal-fjammi, u dan jiġi ddeterminat minn test tan-nar skont ir-Riżoluzzjoni A.653(16) tal-OMI, għall-materjali tat-tlestija tal-paratiji, tas-soqfa u tal-gverti.

.8 a

GĦALL-VAPURI TAL-KLASSIJIET B, C U D LI NBNEW FL-1 TA’ JANNAR 2003 JEW WARA:

Tifrix baxx tal-fjammi tfisser li s-superfiċe deskritta b’dan il-mod tirrestrinġi b’mod adegwat it-tifrix tal-fjammi, u dan jiġi ddeterminat f’konformità mal-Kodiċi tal-Proċeduri tat-Test tan-Nar.

.9

Iż-żoni vertikali prinċipali huma dawk it-taqsimiet li fihom il-buq, is-sovrastruttura u l-kmamar ta’ fuq il-gverta jkunu diviżi b’diviżjonijiet tal-klassi “A”, fejn it-tul u l-wisa’ medji tagħhom fuq kwalunkwe gverta b’mod ġenerali ma jaqbżux l-40 metru.

.10

Spazji tal-akkomodazzjoni huma dawk l-ispazji li jintużaw bħala spazji pubbliċi, kurituri, tojlits, kabini, uffiċini, sptarijiet, ċinema, kmamar tal-logħob u tal-passatempi, ħwienet tal-barbiera, dispensi li ma jkun fihom l-ebda tagħmir tat-tisjir u spazji simili.

.11

Spazji pubbliċi huma dawk il-porzjonijiet tal-akkomodazzjoni li jintużaw għas-swali, għall-kmamar tal-ikel, għas-salotti u għal spazji oħra simili li jkunu magħluqa b’mod permanenti.

.12

Spazji tas-servizz huma dawk l-ispazji li jintużaw għall-kċejjen, għad-dispensi li jkun fihom it-tagħmir tat-tisjir, għall-kabinetti li jissakkru, għall-kmamar tal-posta u għall-kmamar għall-ħżin ta’ oġġetti ta’ valur, għall-postijiet fejn isir ix-xogħol għajr dawk li jiffurmaw parti mill-ispazji tal-makkinarju, u spazji u trunklines simili għal tali spazji.

.13

Spazji tal-merkanzija huma l-ispazji kollha li jintużaw għall-merkanzija (inkluż it-tankijiet taż-żejt tal-merkanzija) u għat-trunklines għal tali spazji.

.13-1

L-ispazji tal-vetturi huma spazji tal-merkanzija maħsuba għall-ġarr tal-vetturi bil-mutur li jkollhom il-karburant fit-tankijiet tagħhom għall-propulsjoni tagħhom stess.

.14

Spazji tal-merkanzija tal-vapuri ro-ro huma spazji li normalment ma jkunu suddiviżi bl-ebda mod u li jestendu għal tul sostanzjali jew inkella għat-tul kollu tal-vapur, li fihom il-vetturi bil-mutur li jkollhom il-karburant fit-tankijiet tagħhom għall-propulsjoni tagħhom stess u/jew oġġetti (ippakkjati jew sfużi, fil-karozzi tat-triq, fil-vetturi ferrovjarji jew fuqhom), vetturi (inklużi vetturi tat-triq u ferrovjarji li jġorru ż-żejt), trejlers, kontejners, pallets, tankijiet li jiżżarmaw jew f’unitajiet jew f’reċipjenti oħra tal-istivar simili) ikunu jistgħu jitgħabbew u jinħattu normalment f’direzzjoni orizzontali.

.15

Spazji miftuħa tal-merkanzija tal-vapuri ro-ro huma spazji tal-merkanzija tal-vapuri ro-ro li jkunu miftuħa miż-żewġ naħat jew inkella li jkunu miftuħa minn naħa waħda, li jkunu pprovduti b’ventilazzjoni naturali adegwata li tkun effettiva fuq it-tul kollu permezz ta’ fetħiet permanenti fil-pjanċi tal-ġenb jew fil-ponta tal-gverta, jew minn fuq, u għall-vapuri li nbnew fl-1 ta’ Jannar 2003 jew wara, li jkollhom erja totali ta’ mill-anqas 10 % tal-erja totali tal-ġnub tal-ispazji.

.15-1

Spazji miftuħa tal-vetturi huma dawk l-ispazji tal-vetturi li jkunu miftuħa miż-żewġ naħat jew inkella li jkunu miftuħa minn naħa waħda, li jkunu pprovduti b’ventilazzjoni naturali adegwata li tkun effettiva fuq it-tul kollu permezz ta’ fetħiet permanenti fil-pjanċi tal-ġenb jew fil-ponta tal-gverta, jew minn fuq, u għall-vapuri li nbnew fl-1 ta’ Jannar 2003 jew wara, li jkollhom erja totali ta’ mill-anqas 10 % tal-arja totali tal-ġnub tal-ispazji.

.16

Spazji magħluqa tal-merkanzija tal-vapuri ro-ro huma spazji tal-merkanzija tal-vapuri ro-ro li la jkunu spazji miftuħa tal-merkanzija tal-vapuri ro-ro u lanqas gverti tal-osservazzjoni.

.16-1

Spazji magħluqa tal-vetturi huma spazji tal-vetturi li la jkunu spazji miftuħa tal-vetturi u lanqas gverti tal-osservazzjoni.

.17

Gverta tal-osservazzjoni hija gverta li tkun esposta kompletament għat-temp minn fuq u tal-anqas minn żewġt iġnub.

.18

Spazji ta’ kategorija speċjali huma dawk l-ispazji tal-vetturi magħluqa ’l fuq jew ’l isfel mill-gverta tal-paratija li tali vetturi jistgħu jinsaqu fihom jew joħorġu minnhom u li għalihom ikollhom aċċess il-passiġġieri. L-ispazji ta’ kategorija speċjali jistgħu jiġu akkomodati fuq aktar minn gverta waħda diment li l-għoli ġenerali totali li jgħaddu minn taħtu l-vetturi ma jaqbiżx l-10 metri.

.19.1

L-ispazji tal-makkinarju tal-kategorija A huma dawk l-ispazji u t-trunklines għal tali spazji li jkun fihom:

.1

makkinarju tal-kombustjoni interna li jintuża għall-propulsjoni prinċipali; jew

.2

makkinarju tal-kombustjoni interna li jintuża għal skopijiet oħra barra dawk tal-propulsjoni prinċipali fejn tali makkinarju jkollu output totali tal-enerġija ta’ mhux anqas minn 375 kW; jew

.3

kwalunkwe bojler taż-żejt jew unità tal-karburant taż-żejt.

.19.2

L-ispazji tal-makkinarju huma l-ispazji kollha tal-makkinarju tal-kategorija A u dawk l-ispazji kollha li fihom makkinarju tal-propulsjoni, bojlers, unitajiet tal-karburant taż-żejt, magni tal-fwar u tal-kombustjoni interna, ġeneraturi u makkinarju elettriku prinċipali, stazzjonijiet tal-mili taż-żejt, makkinarju tal-ventilazzjoni u tal-kundizzjonament tal-arja, u spazji simili, u t-trunklines għal tali spazji.

.20

Unità tal-karburant taż-żejt huwa t-tagħmir li jintuża għall-preparazzjoni tal-karburant taż-żejt għall-konsenja lejn bojler taż-żejt, jew tagħmir li jintuża għall-preparazzjoni għall-konsenja taż-żejt imsaħħan lejn magna tal-kombustjoni interna, u jinkludi kwalunkwe pompa tal-pressjoni taż-żejt, filtru u tagħmir tat-tisħin li jkollhom x’jaqsmu ma’ żejt b’pressjoni ta’ aktar minn 0,18 N/mm2.

.21

L-istazzjonijiet tal-kontroll huma dawk l-ispazji li fihom jinsabu t-tagħmir tar-radju jew it-tagħmir prinċipali tan-navigazzjoni jew is-sors ta’ enerġija ta’ emerġenza jew fejn huwa ċċentralizzat it-tagħmir tal-kontroll tan-nar.

.21.1

Stazzjon tal-kontroll ċentrali huwa stazzjon tal-kontroll li fih il-funzjonijiet tal-kontroll u tal-indikazzjoni li ġejjin ikunu ċċentralizzati:

.1

sistemi fissi tal-individwazzjoni tan-nirien u tal-allarm;

.2

sistemi awtomatiċi tal-bexxixiet, tal-individwazzjoni tan-nar u tal-allarm tan-nar;

.3

panels tal-indikazzjoni tal-bibien li jaqtgħu n-nirien;

.4

għeluq tal-bibien li jaqtgħu n-nirien;

.5

panels tal-indikazzjoni tal-bibien impermeabbli;

.6

għeluq tal-bibien impermeabbli;

.7

fannijiet tal-ventilazzjoni;

.8

allarmi ta’ kontra n-nirien/ġenerali;

.9

sistemi ta’ komunikazzjoni li jinkludu t-telefowns; u

.10

mikrofoni tas-sistemi tat-tgħarrif pubbliku.

.21.2

Stazzjon tal-kontroll ċentrali li jkollu n-nies miegħu kontinwament huwa stazzjon tal-kontroll ċentrali li kontinwament ikollu membru responsabbli tal-ekwipaġġ miegħu.

.22

Il-kmamar li jkun fihom l-għamara u t-tagħmir ta’ riskju ristrett ta’ nirien huma, għall-iskop tar-Regolament II-2/B/4, dawk il-kmamar li jkun fihom l-għamara u t-tagħmir ta’ riskju ristrett ta’ nirien (kemm jekk kabini, spazji pubbliċi, uffiċini jew tipi oħra ta’ akkomodazzjoni) li jkun fihom:

.1

l-għamara kollha bħal skrivaniji, gwardarobbi, tavolini, burò u gradenzi, li tkun mibnija totalment b’materjali mhux kombustibbli approvati, għajr fuljetta kombustibbli li ma taqbiżx iż-2 mm li tista’ tintuża fuq is-superfiċe tax-xogħol ta’ tali oġġetti;

.2

l-għamara għaliha kollha, bħal siġġijiet, sufani u mwejjed, li tkun mibnija b’oqfsa ta’ materjali mhux kombustibbli;

.3

id-drappijiet kollha, il-purtieri kollha u materjali mdendla oħra tat-tessuti jkollhom kwalitajiet ta’ reżistenza għall-propagazzjoni tal-fjammi mhux inferjuri għal dawk tas-suf b’massa ta’ 0,8 kg/m2, f’konformità mar-Riżoluzzjoni A.471(XII) tal-OMI, kif emendata.

Għall-vapuri tal-klassijiet B, C u D li nbnew fl-1 ta’ Jannar 2003 jew wara, “ir-Riżoluzzjoni A.471(XII) tal-OMI”, kif emendata, għandha tfisser “il-Kodiċi tal-Proċeduri tat-Test tan-Nar”;

.4

il-koperturi kollha tal-art ikollhom kwalitajiet ta’ reżistenza għall-propagazzjoni tal-fjammi li ma jkunux inferjuri għal dawk ta’ materjal tas-suf ekwivalenti li jintuża għall-istess skop.

Għall-vapuri tal-klassijiet B, C u D li nbnew fl-1 ta’ Jannar 2003 jew wara, dan is-subparagrafu għandu jfisser:

il-koperturi kollha tal-art ikollhom karatteristiki ta’ tifrix baxx tal-fjammi;

.5

is-superfiċi esposti kollha tal-paratiji, tas-suffitti u tas-soqfa jkollhom karatteristiki ta’ tifrix baxx tal-fjammi; u

.6

l-għamara kollha bit-tapizzerija jkollha kwalitajiet ta’ reżistenza għat-tqabbid u għall-propagazzjoni tal-fjammi, f’konformità mal-Kodiċi tal-Proċeduri tat-Test tan-Nar tal-Għamara bit-Tapizzerija tar-Riżoluzzjoni A.652(16) tal-OMI.

Għall-vapuri tal-klassijiet B, C u D li nbnew fl-1 ta’ Jannar 2003 jew wara, “ir-Riżoluzzjoni A.652(16) tal-OMI” għandha tfisser “il-Kodiċi tal-Proċeduri tat-Test tan-Nar”.

GĦALL-VAPURI TAL-KLASSIJIET B, C U D LI NBNEW FL-1 TA’ JANNAR 2003 JEW WARA

.7

il-komponenti kollha tas-sodod ikollhom kwalitajiet ta’ reżistenza għat-tqabbid u għall-propagazzjoni tal-fjammi, u dan ikun determinat f’konformità mal-Kodiċi tal-Proċeduri tat-Test tan-Nar.

.23

Vapur ro-ro tal-passiġġieri tfisser vapur tal-passiġġieri bi spazji tal-merkanzija tal-vapuri ro-ro jew bi spazji ta’ kategorija speċjali kif definit fir-Regolament II-2/A/2.

.24

Il-Kodiċi tal-Proċeduri tat-Test tan-Nar tfisser il-Kodiċi Internazzjonali għall-Applikazzjoni tal-Proċeduri tat-Test tan-Nar, kif adottat bir-Riżoluzzjoni MSC.61(67), kif emendata.

.25

Il-Kodiċi tas-Sistemi tas-Sikurezza kontra n-Nirien tfisser il-Kodiċi Internazzjonali għas-Sistemi tas-Sikurezza kontra n-Nirien adottat bir-Riżoluzzjoni MSC.98(73), kif emendata.

.26

Il-punt ta’ fjammabbiltà huwa t-temperatura fi gradi Celsius (closed cup test) li fiha prodott jirrilaxxa biżżejjed fwar fjammabbli biex jaqbad, kif determinat b’apparat approvat tal-punt ta’ fjammabbiltà.

.27

Rekwiżiti preskrittivi jfissru l-karatteristiki kostruttivi, li jillimitaw d-dimensjonijiet jew is-sistemi tas-sikurezza kontra n-nirien speċifikati f’dan il-kapitolu.

.28

Barriera tan-nirien tfisser, għall-iskop tal-implimentazzjoni tar-Regolament II-2/B/9a, apparat installat f’kanal tal-ventilazzjoni li f’kundizzjonijiet normali jibqa’ miftuħ u jippermetti li jgħaddi l-kurrent fil-kanal, u li jingħalaq meta jkun hemm xi nirien, sabiex jipprevjeni l-kurrent fil-kanal u b’hekk jirrestrinġi l-passaġġ tan-nirien. Meta tintuża d-definizzjoni ta’ hawn fuq, jistgħu jiġu assoċjati magħha t-termini li ġejjin:

.1

barriera tan-nirien awtomatika tfisser barriera tan-nirien li tingħalaq waħedha meta jkun hemm esponiment għall-prodotti tan-nar;

.2

barriera tan-nirien manwali tfisser barriera tan-nirien maħsuba biex tinfetaħ jew tingħalaq manwalment mill-ekwipaġġ direttament fil-post; u

.3

barriera tan-nirien li titħaddem mill-bogħod tfisser barriera tan-nirien li tingħalaq mill-ekwipaġġ permezz ta’ apparat ta’ kontroll li jkun jinsab ’il bogħod mill-barriera kkontrollata.

.29

Barriera tad-duħħan tfisser, għall-iskop tal-implimentazzjoni tar-Regolament II-2/B/9a, apparat installat f’kanal tal-ventilazzjoni li f’kundizzjonijiet normali jibqa’ miftuħ u jippermetti li jgħaddi l-kurrent fil-kanal, u li jingħalaq meta jkun hemm xi nirien, sabiex jipprevjeni l-kurrent fil-kanal u b’hekk jirrestrinġi l-passaġġ tad-duħħan u tal-gassijiet sħan. Mhux mistenni li barriera tad-duħħan tikkontribwixxi għall-integrità ta’ diviżjoni kklassifikata kontra n-nar li tiġi ppenetrata minn kanal tal-ventilazzjoni. Meta tintuża d-definizzjoni ta’ hawn fuq, jistgħu jiġu assoċjati magħha t-termini li ġejjin:

.1

barriera tad-duħħan awtomatika tfisser barriera tad-duħħan li tingħalaq waħedha meta jkun hemm esponiment għad-duħħan jew għall-gassijiet sħan;

.2

barriera tad-duħħan manwali tfisser barriera tad-duħħan maħsuba biex tinfetaħ jew tingħalaq manwalment mill-ekwipaġġ direttament fil-post; u

.3

barriera tad-duħħan li titħaddem mill-bogħod tfisser barriera tad-duħħan li tingħalaq mill-ekwipaġġ permezz ta’ apparat ta’ kontroll li jkun jinsab ’il bogħod mill-barriera kkontrollata.

3.   Ir-Regolament II-2/A/3: Pompi tan-nar, mejns tan-nar, idranti, pajpijiet u żennuni (R 4)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.1.1

Kull vapur għandu jiġi pprovdut b’pompi tan-nar, b’mejns tan-nar, b’idranti, b’pajpijiet u b’żennuni li jikkonformaw kif applikabbli mar-rekwiżiti tar-Regolament II-2/A/3.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D LI NBNEW QABEL L-1 TA’ JANNAR 2003:

.1.2

Fejn tkun meħtieġa aktar minn pompa tan-nar indipendenti waħda, għandhom jitwaħħlu valvijiet li jiżolaw biex jisseparaw it-taqsima tal-mejn tan-nar fl-ispazju tal-makkinarju li jkun fih il-pompa jew il-pompi prinċipali tan-nar mill-kumplament tal-mejn tan-nar f’pożizzjoni faċilment aċċessibbli u mingħajr riskji ’l barra minn dan l-ispazju tal-makkinarju. Il-mejn tan-nar għandu jiġi rranġat b’tali mod li meta l-valvijiet li jiżolaw ikunu magħluqa, l-idranti kollha fuq il-vapur, ħlief dawk fl-ispazju tal-makkinarju msemmija hawn fuq, ikunu jistgħu jiġu pprovduti bl-ilma b’pompa tan-nar li ma tkunx tinsab f’dan l-ispazju tal-makkinarju permezz ta’ pajpijiet li ma jidħlux f’dan l-ispazju. Eċċezzjonalment, partijiet qosra tal-ġbid bl-arja tal-pompa tan-nar ta’ emerġenza u l-pajpijiet li jarmu jistgħu jippenetraw l-ispazju tal-makkinarju jekk ma jkunx prattiku li jgħaddu fuq barra diment li l-integrità tal-mejn tan-nar tinżamm mill-magħlaq tal-pajpijiet f’kejsing sostanzjali tal-azzar.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D LI NBNEW FL-1 TA’ JANNAR 2003 JEW WARA:

.1.3

Għandhom jitwaħħlu valvijiet iżolanti biex jisseparaw it-taqsima tal-mejn tan-nar fl-ispazju tal-makkinarju li jkun fih il-pompa jew il-pompi prinċipali tan-nar mill-kumplament tal-mejn tan-nar f’pożizzjoni faċilment aċċessibbli u mingħajr riskji ’l barra mill-ispazji tal-makkinarju. Il-mejn tan-nar għandu jiġi rranġat b’tali mod li meta l-valvijiet li jiżolaw ikunu magħluqa, l-idranti kollha fuq il-vapur, ħlief dawk fl-ispazju tal-makkinarju msemmi hawn fuq, ikunu jistgħu jiġu pprovduti bl-ilma b’pompa tan-nar oħra jew b’pompa tan-nar ta’ emerġenza. Il-pompa ta’ emerġenza, id-daħla tagħha tal-ilma baħar u l-pajpijiet li jiġbdu u li jfornu u l-valvijiet li jiżolaw għandhom ikunu ’l barra mill-ispazju tal-makkinarju. Jekk dan l-arranġament ma jkunx jista’ jsir, jista’ jitwaħħal armarju fl-ispazju tal-makkinarju jekk il-valv ikun ikkontrollat mill-bogħod minn pożizzjoni fl-istess kompartiment bħall-pompa ta’ emerġenza, u l-pajp tal-ġbid bl-arja jkun kemm jista’ jkun qasir. Partijiet qosra tal-ġbid jew tal-pajpijiet li jarmu jistgħu jippenetraw l-ispazju tal-makkinarju, diment li jkunu magħluqa f’kejsing sostanzjali tal-azzar jew ikunu iżolati skont l-istandards A-60. Il-pajpijiet għandu jkollhom ħxuna tal-ħitan sostanzjali, iżda li fl-ebda każ ma għandha tkun ta’ anqas minn 11-il mm u għandhom ikunu wweldjati ħlief għall-konnessjoni bil-flanġijiet mal-valv tal-bokka mill-baħar.

VAPURI ĠODDA U EŻISTENTI TAL-KLASSI B U VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET C U D

.2

Kapaċità tal-pompi tan-nar

.1

Għall-iskopijiet tat-tifi tan-nar, il-pompi tan-nar meħtieġa għandhom ikunu kapaċi jfornu kwantità ta’ ilma, bil-pressjoni speċifikata fil-paragrafu.4.2 ta’ mhux anqas minn żewġ terzi tal-kwantità meħtieġa li jridu jlaħħqu magħha l-pompi tas-sentina meta jitħaddmu għall-ippumpjar tas-sentina.

.2

F’kull vapur li skont ir-Regolament II-2/A/3 jeħtieġ li jiġi pprovdut b’aktar minn pompa tan-nar motorizzata waħda, kull waħda mill-pompi tan-nar meħtieġa għandu jkollha kapaċità ta’ mhux anqas minn 80 % tal-kapaċità totali meħtieġa, diviża bin-numru minimu ta’ pompi tan-nar meħtieġa iżda fi kwalunkwe każ mhux inqas minn 25 m3/h u kull pompa ta’ dan it-tip għandha fi kwalunkwe każ tkun kapaċi tforni tal-anqas iż-żewġ ġettijiet tal-ilma meħtieġa. Dawn il-pompi tan-nar għandhom ikunu kapaċi jfornu s-sistema tal-mejn tan-nar fil-kundizzjonijiet meħtieġa.

.3

Fil-vapuri li nbnew fl-1 ta’ Jannar 2003 jew wara, li fuqhom jiġu installati aktar pompi mill-minimu meħtieġ, tali pompi addizzjonali għandu jkollhom kapaċità ta’ mill-anqas 25 m3/h u għandhom ikunu kapaċi jfornu ż-żewġ ġettijiet tal-ilma meħtieġa fil-paragrafu.5 tar-Regolament II-2/A/3.

.3

Arranġamenti tal-pompi tan-nar, tal-mejns tan-nirien u disponibbiltà fil-pront tal-provvista tal-ilma

.1

Il-vapuri għandhom jiġu pprovduti b’pompi tan-nar motorizzati kif ġej:

.1

il-vapuri ċċertifikati biex iġorru aktar minn 500 passiġġier: tal-anqas tlieta, li waħda minnhom tkun pompa li titħaddem mill-magna prinċipali;

.2

il-vapuri ċċertifikati biex iġorru sa 500 passiġġier jew anqas: tal-anqas tnejn, li waħda minnhom tkun pompa li titħaddem mill-magna prinċipali.

.2

Il-pompi sanitarji, tas-saborra, tas-sentina jew tas-servizz ġenerali jistgħu jiġu aċċettati bħala pompi tan-nar, diment li ma jintużawx normalment biex jippumpjaw iż-żejt u diment li jekk jintużaw b’mod okkażjonali għat-trasferiment jew għall-ippumpjar tal-karburant taż-żejt, ikun hemm arranġamenti adattati tal-bdil.

.3

L-arranġament tal-konnessjonijiet tal-baħar, tal-pompi tan-nar u tas-sorsi tal-enerġija tagħhom għandu jkun b’tali mod li jiżgura li fil-vapur iċċertifikat biex iġorr aktar minn 250 passiġġier, fil-każ ta’ nar f’xi wieħed mill-kompartimenti, il-pompi tan-nar kollha ma jiġux diżattivati.

Fil-vapuri ġodda tal-klassi B iċċertifikati biex iġorru sa 250 passiġġier jew anqas, jekk nar f’xi wieħed mill-kompartimenti jkun jista’ jiddiżattiva l-pompi kollha, il-mezz alternattiv li jipprovdi l-ilma għall-iskopijiet tat-tifi tan-nar għandu jkun pompa tan-nar indipendenti u motorizzata ta’ emerġenza bis-sors ta’ enerġija u bil-konnessjoni tal-baħar tagħha jkunu ’l barra mill-ispazju tal-makkinarju. Tali pompa tan-nar indipendenti u motorizzata ta’ emerġenza għandha tikkonforma mad-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi għas-Sistemi tas-Sikurezza Kontra n-Nirien għall-vapuri li nbnew fl-1 ta’ Jannar 2003 jew wara.

.4

Fil-vapuri ġodda tal-klassi B iċċertifikati biex iġorru aktar minn 250 passiġġier, l-arranġamenti għad-disponibbiltà fil-pront tal-provvista tal-ilma għandhom ikunu b’tali mod li tal-anqas ġett effettiv wieħed tal-ilma jkun disponibbli minnufih minn kwalunkwe idrant f’post fuq ġewwa u b’tali mod li jiżgura l-kontinwazzjoni tal-ħruġ tal-ilma bl-istartjar awtomatiku ta’ pompa tan-nar meħtieġa.

.5

Fil-vapuri bi spazju tal-makkinarju li perjodikament ma jkunx hemm nies miegħu jew meta persuna waħda biss tkun meħtieġa biex tagħmel l-għassa, għandu jkun hemm konsenja immedjata tal-ilma mis-sistema tal-mejn tan-nirien bi pressjoni adattata, bi startjar mill-bogħod ta’ waħda mill-pompi tan-nar prinċipali bi startjar mill-bogħod mill-pont tan-navigazzjoni u mill-istazzjon tal-kontroll tan-nar, jekk ikun hemm, jew inkella bl-użu ta’ pressjoni għolja permanenti tas-sistema tal-mejn tan-nirien b’waħda mill-pompi tan-nar prinċipali.

.6

Il-valv tal-ħruġ ta’ kull pompa tan-nar għandu jkun mgħammar b’valv unidirezzjonali.

.4

Dijametru u pressjoni tal-mejns tan-nirien

.1

Id-dijametru tal-mejn tan-nirien u l-pajpijiet tas-servizz tal-ilma għandhom ikunu suffiċjenti għad-distribuzzjoni effettiva tal-ħruġ massimu meħtieġ minn żewġ pompi tan-nar li jitħaddmu fl-istess ħin.

.2

B’żewġ pompi bi skariku simultanju minn żennuni speċifikati fil-paragrafu.8 u b’biżżejjed idranti biex jipprovdu l-kwantità ta’ ilma speċifikata fil-paragrafu.4.1, il-pressjonijiet minimi li ġejjin għandhom jinżammu fl-idranti kollha:

Il-vapuri tal-klassi B iċċertifikati biex iġorru:

Ġodda

Eżistenti

aktar minn 500 passiġġier

0,4 N/mm2

0,3 N/mm2

sa 500 passiġġier

0,3 N/mm2

0,2 N/mm2

.3

Il-pressjoni massima fi kwalunkwe idrant ma għandhiex taqbeż dik li fiha jista’ jintwera l-kontroll effettiv tal-manka tat-tifi tan-nar.

.5

Numru ta’ idranti u l-pożizzjoni tagħhom

.1

In-numru ta’ idranti u l-pożizzjoni tagħhom għandhom ikunu tali li tal-anqas żewġ ġettijiet tal-ilma li ma jkunux ġejjin mill-istess idrant, li wieħed minnhom għandu jkun ġej minn tul wieħed tal-manka, ikunu jistgħu jilħqu kwalunkwe parti tal-vapur li normalment tkun aċċessibbli għall-passiġġieri jew għall-ekwipaġġ waqt li l-vapur ikun qed ibaħħar u kwalunkwe parti mill-ispazju tal-merkanzija meta jkun vojt, kwalunkwe spazju tal-merkanzija tal-vapuri ro-ro jew kwalunkwe spazju ta’ kategorija speċjali, u fil-każ tal-aħħar iż-żewġ ġettijiet għandhom jilħqu kwalunkwe parti ta’ tali spazju, kull wieħed minn tul wieħed tal-manka. Barra minn hekk, tali idranti għandhom jitpoġġew ħdejn l-aċċessi għall-ispazji protetti.

.2

Fl-ispazji tal-akkomodazzjoni, tas-servizz u tal-makkinarju, in-numru ta’ idranti u l-pożizzjoni tagħhom għandhom ikunu tali li jista’ jkun hemm konformità mar-rekwiżiti tal-paragrafu.5.1 meta l-bibien impermeabbli kollha u l-bibien kollha fil-paratiji taż-żona vertikali prinċipali jkunu magħluqa.

.3

Fejn ikun ipprovdut aċċess għal spazju tal-makkinarju f’livell baxx minn mina tax-xaft li tkun ħdejha, għandhom jiġu pprovduti żewġ idranti esterni iżda ħdejn l-entratura għal dak l-ispazju tal-makkinarju. Fejn tali aċċessi jkunu pprovduti minn spazji oħra, f’wieħed minn dawn l-ispazji għandhom jiġu pprovduti żewġ idranti ħdejn l-entratura tal-ispazju tal-makkinarju. Ma hemmx bżonn ikun hemm din id-dispożizzjoni meta l-mina jew spazji ħdejha ma jkunux parti mir-rotta tal-ħrib.

.6

Pajpijiet u idranti

.1

Il-materjali li saru ineffettivi bis-sħana ma għandhomx jintużaw għall-mejns tan-nirien u għall-idranti sakemm ma jkunux protetti b’mod adegwat. Il-pajpijiet u l-idranti għandhom jitpoġġew b’mod li l-manki tat-tifi tan-nar ikunu jistgħu faċilment jiġu akkoppjati magħhom. L-arranġament tal-pajpijiet u tal-idranti għandu jkun b’tali mod li jevita l-possibbiltà tal-iffriżar. Fil-vapuri fejn tista’ tinġarr il-merkanzija fuq il-gverta, il-pożizzjonijiet tal-idranti għandhom ikunu tali li jkunu dejjem aċċessibbli fil-pront u l-pajpijiet għandhom jiġu rranġati sa fejn ikun prattiku biex jiġi evitat ir-riskju ta’ ħsara minn tali merkanzija.

.2

Għandu jitwaħħal valv biex jaqdi kull waħda mill-manki tat-tifi tan-nar sabiex kwalunkwe waħda manka tat-tifi tan-nar tkun tista’ titneħħa waqt li l-pompi tan-nar ikunu qed jaħdmu.

.3

Fil-vapuri li nbnew fl-1 ta’ Jannar 2003 jew wara għandhom jiġu installati valvijiet li jiżolaw għall-fergħat prinċipali miftuħa kollha tat-tifi tan-nar fuq il-gverta li jintużaw għal skopijiet oħra li mhumiex tat-tifi tan-nar.

.7

Manki tat-tifi tan-nar

.1

Il-manki tat-tifi tan-nar għandhom ikunu ta’ materjal li ma jispiċċax, approvat mill-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera, u għandhom ikunu twal biżżejjed biex jitfgħu ġett tal-ilma fi kwalunkwe wieħed mill-ispazji li fihom jista’ jkun hemm bżonn li jintużaw. Kull manka għandu jkollha żennuna u l-couplings meħtieġa. Għandu jkun hemm interkambjabbiltà kompleta bejn il-couplings u ż-żennuni tal-manka. Il-manki li f’dan il-kapitolu ġew speċifikati bħala “manki tat-tifi tan-nar” għandhom flimkien ma’ kwalunkwe tagħmir u għodda meħtieġa, jinżammu lesti għall-użu f’pożizzjonijiet li jidhru ħdejn l-idranti jew il-konnessjonijiet tas-servizz tal-ilma. Barra minn hekk, f’postijiet interni fil-vapuri li jġorru aktar minn 36 passiġġier, il-manki tat-tifi tan-nar għandhom ikunu konnessi b’mod permanenti mal-idranti.

.2

Għandu jkun hemm tal-anqas manka waħda tat-tifi tan-nar għal kull wieħed mill-idranti meħtieġa mill-paragrafu.5. It-tul ta’ manka tat-tifi tan-nar jenħtieġ li jiġi ristrett sa mhux aktar minn 20 metru fuq il-gverta u fis-sovrastrutturi u sa 15-il metru fl-ispazji tal-makkinarju, u fil-vapuri li jkunu iżgħar, rispettivament sa 15-il metru u 10 metri.

.8

Żennuni

.1.1

Għall-iskopijiet ta’ dan il-kapitolu, id-daqsijiet taż-żennuni standard għandhom ikunu 12-il mm, 16-il mm u 19-il mm jew kemm jista’ jkun qribhom. F’każijiet fejn jintużaw sistemi oħra — bħas-sistemi taċ-ċpar — jistgħu jiġu permessi żennuni ta’ dijametru differenti.

.1.2

Iż-żennuni kollha għandhom ikunu ta’ tip approvat b’użu doppju (jiġifieri sprej/ġett), u għandu jkollhom faċilità li jingħalqu totalment.

.2

Għall-ispazji tal-akkomodazzjoni u tas-servizz, ma hemmx għalfejn jintuża daqs taż-żennuna li jkun akbar minn 12-il mm.

.3

Għall-ispazji tal-makkinarju u għall-postijiet esterni, id-daqs taż-żennuna għandu jkun tali li jikseb ir-rimi massimu possibbli minn żewġ ġettijiet bil-pressjoni msemmija fil-paragrafu.4 mill-iżgħar pompa, diment li ma jkunx hemm il-ħtieġa li tintuża żennuna ikbar minn 19-il mm.

4.   Ir-Regolament II-2/A/4: Sistemi tat-tifi tan-nar fissi (R 5 + 8 + 9 + 10)

.1   Sistemi fissi tat-tifi tan-nar bil-gass: Ġenerali (R 5.1)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D LI NBNEW QABEL L-1 TA’ JANNAR 2003 U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.1

Il-pajpijiet neċessarji biex iwasslu aġent tat-tifi tan-nar fi spazji protetti għandhom jiġu pprovduti b’valvijiet tal-kontroll immarkati b’tali mod biex jindikaw b’mod ċar l-ispazji li għalihom iwasslu l-pajpijiet. Għandu jkun hemm dispożizzjoni adattata biex jiġi evitat id-dħul mhux mistenni tal-mezz fi kwalunkwe spazju.

.2

Is-sistema tal-pajpijiet għad-distribuzzjoni tal-aġent tat-tifi tan-nar għandha tiġi rranġata u ż-żennuni tar-rimi tal-aġent għandhom ikunu ppożizzjonati b’tali mod li tinkiseb distribuzzjoni uniformi tal-aġent.

.3

Għandhom jiġu pprovduti mezzi biex jingħalqu minn barra l-ispazji protetti u l-fetħiet kollha li jistgħu jdaħħlu l-arja fihom jew li jħallu l-gass joħroġ mill-ispazju protett.

.4

Għandhom jiġu pprovduti mezzi biex awtomatikament jagħtu twissija li tinstema’ li l-aġent tat-tifi tan-nar ġie rrilaxxat fi kwalunkwe spazju li fih normalment jaħdem il-persunal jew li għandu aċċess għalih. L-allarm għandu jaħdem għal perjodu xieraq qabel ma jiġi rrilaxxat l-aġent.

.5

Il-mezzi tal-kontroll ta’ kwalunkwe sistema fissa tat-tifi tan-nar bil-gass għandhom ikunu faċilment aċċessibbli u sempliċi biex jitħaddmu u għandhom jiġu miġbura flimkien kemm jista’ jkun fl-inqas numru ta’ postijiet u f’pożizzjonijiet li x’aktarx ma jinqatgħux għalihom min-nirien fi spazju protett. Għandu jkun hemm istruzzjonijiet ċari f’kull post dwar it-tħaddim tas-sistema filwaqt li titqies s-sikurezza tal-persunal.

.6

Ma għandux jiġi permess ir-rilaxx awtomatiku tal-aġent tat-tifi tan-nar, ħlief kif inhu permess fir-rigward tal-unitajiet lokali mwaħħla u li jitħaddmu awtomatikament, flimkien ma’ u indipendenti minn kwalunkwe sistema fissa meħtieġa tat-tifi tan-nar, fl-ispazji tal-makkinarju fuq tagħmir li jkollu riskju għoli li jieħu n-nar jew f’żoni magħluqa fl-ispazji tal-makkinarju li jkollhom riskju għoli li jieħdu n-nar.

.7

Fejn il-kwantità tal-aġent tat-tifi tan-nar tkun meħtieġa biex tipproteġi aktar minn spazju wieħed, il-kwantità tal-aġent disponibbli ma hemmx bżonn tkun aktar mill-akbar kwantità meħtieġa għal kwalunkwe spazju li jkun protett b’dan il-mod.

.8

Ħlief jekk mhux permess mod ieħor xi mkien ieħor, il-kontenituri tal-pressjoni meħtieġa għall-ħżin tal-aġent tat-tifi tan-nar, għandu jkun jinsab ’il barra mill-ispazji protetti f’konformità mal-paragrafu.1.11.

.9

Għandhom jiġu pprovduti mezzi għall-ekwipaġġ jew għall-persunal fuq l-art biex b’mod sikur jivverifikaw il-kwantità tal-aġent fil-kontenituri.

.10

Il-kontenituri għall-ħżin tal-aġent tat-tifi tan-nar u tal-komponenti tal-pressjoni assoċjati għandhom jiġu ddisinjati skont il-kodiċijiet tal-prattika xierqa wara li jiġu kkunsidrati l-postijiet fejn ikunu jinsabu u t-temperaturi ambjentali massimi mistennija fis-servizz.

.11

Meta l-aġent tat-tifi tan-nar jinħażen ’il barra minn spazju protett, għandu jinħażen f’kamra li għandha tinsab f’pożizzjoni sikura u faċilment aċċessibbli u għandha tkun ventilata b’mod effettiv. Kwalunkwe daħla għal tali kamra tal-ħżin għandha tkun preferibbilment mill-gverta miftuħa u fi kwalunkwe każ għandha tkun indipendenti mill-ispazju protett.

Il-bibien tal-aċċess għandhom jinfetħu ’l barra, u l-paratiji u l-gverti, inkluż il-bibien u mezzi oħra li jagħlqu kwalunkwe fetħa fihom, li jiffurmaw il-konfini bejn tali kmamar u l-ispazji magħluqa li qegħdin ħdejhom għandhom ikunu impermeabbli għall-gass. Għall-iskop tal-applikazzjoni tal-imwejjed għall-integrità tal-paratiji u l-gverti min-nirien fir-Regolamenti II-2/B/4 jew II-2/B/5, kif ikun applikabbli, tali kmamar tal-ħżin għandhom jiġu ttrattati bħala stazzjonijiet tal-kontroll.

.12

L-użu ta’ aġent tat-tifi tan-nar, li jew waħdu jew f’kundizzjonijiet mistennija tal-użu jirrilaxxa gassijiet tossiċi fi kwantitajiet li jipperikolaw il-persuni jew li jirrilaxxaw gassijiet li huma ta’ ħsara għall-ambjent, f’sistemi tat-tifi tan-nar abbord vapuri ġodda u f’tali installazzjonijiet ġodda abbord vapuri eżistenti, mhuwiex permess.

VAPURI TAL-KLASSIJIET B, C U D LI NBNEW FL-1 TA’ JANNAR 2003 JEW WARA:

.13

Is-sistemi fissi tat-tifi tan-nar bil-gass għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi għas-Sistemi tas-Sikurezza Kontra n-Nirien.

.14

Għandhom jiġu pprovduti mezzi biex jingħalqu minn barra l-ispazju protett u l-fetħiet kollha li jistgħu jdaħħlu l-arja fih jew li jħallu l-gass joħroġ mill-ispazju protett.

.15

Meta l-aġent tat-tifi tan-nar jinħażen ’il barra minn spazju protett, għandu jinħażen f’kamra li tkun tinsab wara l-paratija tal-ħbit minn quddiem u li ma tintuża għall-ebda skop ieħor. Kull daħla għal tali kamra tal-ħżin għandha tkun preferibbilment mill-gverta miftuħa u għandha tkun indipendenti mill-ispazju protett. Jekk il-post tal-ħżin jkun taħt il-gverta, għandu jkun jinsab mhux aktar minn gverta waħda taħt il-gverta miftuħa u għandu jkun aċċessibbli direttament minn taraġ jew sellum mill-gverta miftuħa.

Spazji li jinsabu taħt il-gverta jew spazji fejn l-aċċess mhux ipprovdut mill-gverta miftuħa għandu jkollhom sistema ta’ ventilazzjoni mekkanika ddisinjata biex tieħu l-arja tal-egżost mill-qiegħ tal-ispazju u għandhom ikunu ta’ daqs li jipprovdu tal-anqas sitt (6) bidliet tal-arja fis-siegħa. Il-bibien tal-aċċess għandhom jinfetħu ’l barra, u l-paratiji u l-gverti, inkluż il-bibien u mezzi oħra li jagħlqu kwalunkwe fetħa fihom, li jiffurmaw il-konfini bejn tali kmamar u l-ispazji magħluqa li qegħdin ħdejhom għandhom ikunu impermeabbli għall-gass. Għall-iskop tal-applikazzjoni tat-tabelli 4.1, 4.2, 5.1, 5.2, 5.1(a) u 5.2(a), fil-Parti B ta’ dan il-Kapitolu, tali kmamar tal-ħżin għandhom jiġu ttrattati bħala stazzjonijiet tal-kontroll tan-nirien.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET A, B, C U D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.16

Fejn il-volum tal-arja libera li tkun fir-riċevituri tal-arja fi kwalunkwe spazju tkun tali li, jekk jiġi rrilaxxat f’tali spazju fil-każ ta’ nar, dan jaffettwa serjament l-effiċjenza tas-sistema fissa tat-tifi tan-nar, għandha tiġi pprovduta kwantità addizzjonali tal-aġent tat-tifi tan-nar.

.17

Il-fornituri ta’ installazzjonijiet fissi tat-tifi tan-nar għandhom jipprovdu deskrizzjoni tal-installazzjoni, inkluż lista tal-iċċekkjar għall-manutenzjoni, bl-Ingliż u bil-lingwa/i uffiċjali tal-Istat tal-bandiera.

.18

Il-kwantità tal-aġent tat-tifi tan-nar għandha tiġi vverifikata tal-anqas darba fis-sena minn espert awtorizzat mill-Amministrazzjoni, mill-fornitur tal-installazzjoni jew inkella minn organizzazzjoni rikonoxxuta.

.19

Il-verifika perjodika li ssir mill-inġinier prinċipali tal-vapur jew li tiġi organizzata mill-maniġment tal-vapur għandha tiddaħħal fir-reġistru tal-vapur u għandhom jissemmew l-ambitu u l-ħin ta’ tali verifika.

.20

It-tagħmir tat-tifi tan-nar mhux preskritt li jkun installat pereżempju fil-kmamar tal-ħżin għandu, fil-bini u fid-dimensjonar tiegħu, jikkonforma mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament II-2/A/4 għat-tip ta’ installazzjoni inkwistjoni.

.21

Il-bibien kollha li jagħtu għal spazji protetti b’installazzjoni tas-CO2 għandhom jiġu mmarkati “Dan l-ispazju huwa protett b’installazzjoni tas-CO2 u għandu jiġi evakwat meta t-tagħmir tal-allarm jibda jaħdem”.

.2   Sistemi tad-diossidu tal-karbonju (R 5.2)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D LI NBNEW QABEL L-1 TA’ JANNAR 2003 U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.1.1

Għall-ispazji tal-merkanzija, il-kwantità ta’ CO2 disponibbli għandha, sakemm ma jkunx previst mod ieħor, tkun suffiċjenti biex tagħti volum minimu ta’ gass liberu ugwali għal 30 % tal-volum gross tal-akbar spazju tal-merkanzija li jkun protett b’dan il-mod fil-vapur.

Jekk ikun hemm konnessjoni fil-kanali tal-ventilazzjoni bejn żewġ spazji tal-merkanzija jew aktar, dawn għandhom jiġu kkunsidrati bħala spazju wieħed. Fil-vapuri li jintużaw għall-ġarr tal-vetturi, il-kwantità meħtieġa ta’ CO2 għandha tiġi kkalkulata bħala 45 % tal-kontenut kubiku gross tal-akbar spazju tal-merkanzija.

.1.2

Għall-ispazji tal-makkinarju, il-kwantità ta’ diossidu tal-karbonju għandha tkun biżżejjed biex tagħti volum minimu ta’ gass liberu ugwali għall-akbar mill-volumi li ġejjin, jew:

.1

40 % tal-volum gross tal-akbar spazju tal-makkinarju protett b’dan il-mod, il-volum li jeskludi dik il-parti tal-kejsing li tkun ’il fuq mil-livell li fih l-erja orizzontali tal-kejsing tkun 40 % jew anqas tal-erja orizzontali tal-ispazju kkonċernat meħud fin-nofs bejn l-għatu tat-tank u l-aktar parti baxxa tal-kejsing; jew

.2

35 % tal-volum gross tal-akbar spazju tal-makkinarju protett, inkluż il-kejsing; diment li żewġ spazji tal-makkinarju jew aktar ma jkunux separati totalment, għandhom jiġu kkunsidrati li jiffurmaw spazju wieħed.

.2

Għall-iskop ta’ dan il-paragrafu, il-volum ta’ diossidu tal-karbonju liberu għandu jiġi kkalkulat bħala 0,56 m3/kg.

.3

Is-sistema tal-pajpijiet fissa għandha tkun tali li 85 % tal-gass ikun jista’ jintrema f’dak l-ispazju fi żmien żewġ (2) minuti.

.4

Mekkaniżmu tar-rilaxx tad-diossidu tal-karbonju:

.1

Għandhom jiġu pprovduti żewġ kontrolli separati għar-rilaxx tad-diossidu tal-karbonju fi spazju protett u biex jiġu żgurati l-attivitajiet tal-allarm. Kontroll wieħed għandu jintuża biex iħalli l-gass joħroġ mit-tankijiet tal-ħżin. Għandu jintuża kontroll ieħor biex iħaddem il-valv tal-pajpijiet li jitfgħu l-gass fl-ispazju protett.

.2

Iż-żewġ kontrolli għandhom ikunu f’kaxxa tar-rilaxx li tkun identifikata b’mod ċar għall-ispazju partikolari. Jekk il-kaxxa li fiha l-kontrolli trid tkun imsakkra, ħdejn il-kaxxa, b’mod li jidher ċar, għandu jkun hemm ċavetta għaliha, f’kontenitur tal-ħġieġ li jista’ jinfaqa’ biex taċċessaha.

.5

L-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera għandha tiżgura li l-ispazji li fihom jinsabu l-batteriji tas-CO2 ikunu rranġati b’mod xieraq fir-rigward tal-aċċess, il-ventilazzjoni u t-tagħmir tal-komunikazzjoni tagħhom. Għandha tieħu l-miżuri kollha tas-sikurezza meħtieġa dwar il-bini, l-installazzjoni, l-immarkar, il-mili u l-ittestjar taċ-ċilindri tas-CO2, tal-pajpijiet u tat-tagħmir, u għat-tagħmir tal-kontroll u tal-allarm għal tali installazzjoni.

VAPURI TAL-KLASSIJIET B, C U D LI NBNEW FL-1 TA’ JANNAR 2003 JEW WARA:

.6

Is-sistemi tad-diossidu tal-karbonju għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi għas-Sistemi tas-Sikurezza Kontra n-Nirien.

.7

L-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera għandha tiżgura li l-ispazji li fihom jinsabu l-batteriji tas-CO2 ikunu rranġati b’mod xieraq fir-rigward tal-aċċess, il-ventilazzjoni u t-tagħmir tal-komunikazzjoni tagħhom. Għandha tieħu l-miżuri kollha tas-sikurezza meħtieġa dwar il-kostruzzjoni, l-installazzjoni, l-immarkar, il-mili u l-ittestjar taċ-ċilindri tas-CO2, tal-pajpijiet u tat-tagħmir li jeħel, u għat-tagħmir tal-kontroll u tal-allarm għal tali installazzjoni.

.3   Sistemi fissi tat-tifi tan-nar b’fowm b’espansjoni baxxa u li jinsabu fl-ispazji tal-makkinarju (R 8)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D, LI NBNEW QABEL L-1 TA’ JANNAR 2003 U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.1

Fejn fi kwalunkwe spazju tal-makkinarju titwaħħal sistema fissa tat-tifi tan-nar bil-fowm b’espansjoni baxxa apparti r-rekwiżiti tar-Regolament II-2/A/6, tali sistema għandha tkun kapaċi tarmi l-fowm mit-toqob fissi għar-rimi, f’mhux aktar minn ħames minuti, kwantità ta’ fowm li tkun biżżejjed biex tkopri sa fond ta’ 150 mm l-akbar erja waħedha li fuqha jista’ jinfirex il-karburant taż-żejt. Is-sistema għandha tkun kapaċi tiġġenera fowm li jkun tajjeb biex jitfi n-nirien taż-żejt. Għandhom jiġu pprovduti mezzi għad-distribuzzjoni effettiva tal-fowm minn sistema permanenti tal-pajpijiet u tal-valvijiet tal-kontroll jew tal-viti għat-toqob tar-rimi u sabiex il-fowm jiġi direzzjonat b’mod effettiv mill-isprejers fissi fuq perikli prinċipali oħra tan-nar fl-ispazju protett. Il-proporzjon tal-espansjoni tal-fowm ma għandux jaqbeż it-12 għal 1.

.2

Il-mezzi tal-kontroll ta’ kwalunkwe sistema bħal din għandhom ikunu faċilment aċċessibbli u faċli biex jitħaddmu u għandhom ikunu miġbura flimkien fl-anqas postijiet possibbli, f’pożizzjonijiet li mhux probabbli jkunu maqtugħa minn nar fl-ispazju protett.

VAPURI TAL-KLASSIJIET B, C U D LI NBNEW FL-1 TA’ JANNAR 2003 JEW WARA:

.3

Is-sistemi fissi tat-tifi tan-nar bil-fowm b’espansjoni baxxa fl-ispazji tal-makkinarju għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi għas-Sistemi tas-Sikurezza tan-Nirien.

.4   Sistemi fissi tat-tifi tan-nar bil-fowm b’espansjoni kbira fl-ispazji tal-makkinarju (R 9)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D LI NBNEW QABEL L-1 TA’ JANNAR 2003 U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.1

Kwalunkwe sistema fissa bil-fowm b’espansjoni kbira fl-ispazji tal-makkinarju għandha tkun kapaċi tarmi malajr mit-toqob tar-rimi kwantità ta’ fowm li tkun biżżejjed biex timla’ l-akbar żona li trid tiġi protetta b’rata ta’ mill-anqas metru (1) fond kull minuta. Il-kwantità ta’ likwidu li jifforma l-fowm li jkun disponibbli għandu jkun biżżejjed biex jipproduċi volum ta’ fowm li jkun ekwivalenti għal ħames darbiet il-volum tal-akbar spazju li jrid jiġi protett. Il-proporzjon tal-espansjoni tal-fowm ma għandux jaqbeż l-1 000 għal 1.

.2

Il-kanali tal-provvista għad-distribuzzjoni tal-fowm, it-toqob li jiġbdu l-arja għal ġol-ġeneratur tal-fowm u n-numru ta’ unitajiet li jipproduċu l-fowm għandhom ikunu tali li jipprovdu produzzjoni u distribuzzjoni effettiva tal-fowm.

.3

L-arranġament tal-kanali għall-forniment għall-ġeneratur tal-fowm għandu jkun tali li nar fl-ispazju protett ma jaffettwax it-tagħmir li jiġġenera l-fowm.

.4

Il-ġeneratur tal-fowm, is-sorsi tal-provvista tal-enerġija tiegħu, il-likwidu li jifforma l-fowm u l-mezzi tal-kontroll tas-sistema għandhom ikunu faċilment aċċessibbli u faċli li tħaddimhom u għandhom ikunu miġbura flimkien fl-anqas postijiet possibbli f’pożizzjonijiet li mhux probabbli jkunu maqtugħa minn nar fi spazju protett.

VAPURI TAL-KLASSIJIET B, C U D LI NBNEW FL-1 TA’ JANNAR 2003 JEW WARA:

.5

Is-sistemi fissi tat-tifi tan-nar bil-fowm b’espansjoni kbira fl-ispazji tal-makkinarju għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi għas-Sistemi tas-Sikurezza Kontra n-Nirien.

.5   Sistemi tat-tifi tan-nar li jisparaw l-ilma bil-pressjoni fissa fl-ispazji tal-makkinarju (R 10)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D LI NBNEW QABEL L-1 TA’ JANNAR 2003 U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.1

Kwalunkwe sistema tat-tifi tan-nar li tispara l-ilma bil-pressjoni fissa li tkun meħtieġa fl-ispazji tal-makkinarju għandha tiġi pprovduta b’żennuni ta’ tip approvat.

.2

In-numru u l-arranġament taż-żennuni għandhom ikunu tali li jiżguraw distribuzzjoni medja effettiva tal-ilma ta’ mill-anqas ħames (5) litri/m2 kull minuta fl-ispazji li jridu jiġu protetti. Jistgħu jiġu kkunsidrati rati tal-applikazzjoni miżjuda jekk ikun meħtieġ għal żoni partikolari li jkunu ta’ periklu. Għandhom jitwaħħlu żennuni fuq is-sentini, l-għotjien tat-tankijiet u żoni oħra li fuqhom il-karburant taż-żejt jista’ jinfirex kif ukoll fuq perikli speċifiċi oħra tan-nar fl-ispazji tal-makkinarju.

.3

Is-sistema tista’ tiġi diviża f’taqsimiet, li l-valvijiet tad-distribuzzjoni tagħhom għandhom jitħaddmu minn pożizzjonijiet li jkunu aċċessibbli b’mod faċli ’l barra mill-ispazji li jridu jiġu protetti u li ma jinqatgħux mill-ewwel minn nar fl-ispazju protett.

.4

Is-sistema għandha tinżamm ikkargata bil-pressjoni meħtieġa u l-pompa li tipprovdi l-ilma għas-sistema għandha tiġi attivata awtomatikament permezz ta’ tnaqqis fil-pressjoni fis-sistema.

.5

Il-pompa għandha tkun kapaċi li fl-istess ħin tforni bil-pressjoni meħtieġa t-taqsimiet kollha tas-sistema fi kwalunkwe kompartiment li jrid jiġi protett. Il-pompa u l-kontrolli tagħha għandhom jiġu installati ’l barra mill-ispazju jew mill-ispazji li jrid(u) jiġi/u protett(i). Ma għandux ikun possibbli għal nar fl-ispazju jew spazji mħarsa mis-sistema li tispara l-ilma li jwaqqaf it-tħaddim tas-sistema.

.6

Għandhom jittieħdu prekawzjonijiet biex jiġi evitat li ż-żennuni jinstaddu b’impuritajiet fl-ilma jew bil-korrużjoni tal-pajpijiet, taż-żennuni, tal-valvijiet u tal-pompa.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D LI NBNEW QABEL L-1 TA’ JANNAR 2003:

.7

Il-pompa tista’ titħaddem minn makkinarju indipendenti tal-kombustjoni interna iżda, jekk tkun tiddependi fuq enerġija li tiġi fornuta mill-ġeneratur ta’ emerġenza mwaħħal f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Parti D tal-Kapitolu II-1, dak il-ġeneratur għandu jiġi rranġat b’tali mod li jistartja awtomatikament f’każ ta’ qtugħ tal-enerġija prinċipali sabiex l-enerġija għall-pompa meħtieġa skont il-paragrafu.5 tkun disponibbli minnufih. Meta l-pompa titħaddem minn makkinarju indipendenti tal-kombustjoni interna, din għandha tkun f’post li nar fl-ispazju protett ma jaffettwax il-provvista tal-arja fil-makkinarju.

VAPURI TAL-KLASSIJIET B, C U D LI NBNEW FL-1 TA’ JANNAR 2003 JEW WARA:

.8

Is-sistemi tat-tifi tan-nar li jisparaw l-ilma bil-pressjoni fissa fl-ispazji tal-makkinarju għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi għas-Sistemi tas-Sikurezza Kontra n-Nirien.

5.   Ir-Regolament II-2/A/5: Apparati tat-tifi tan-nar li jistgħu jinġarru (R 6)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D LI NBNEW QABEL L-1 TA’ JANNAR 2003 U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.1

L-apparati tat-tifi tan-nar kollha għandhom ikunu ta’ tipi u disinni approvati.

.2

Il-kapaċità tal-apparati tat-tifi tan-nar bil-fluwidi li jistgħu jinġarru ma għandhiex tkun aktar minn 13,5-il litru u mhux anqas minn disa’ (9) litri. Apparati oħra tat-tifi tan-nar għandhom tal-anqas ikunu jistgħu jinġarru bħall-apparat tat-tifi tan-nar bil-fluwidi ta’ 13,5-il litru u għandu jkollhom kapaċità tat-tifi tan-nar li tkun tal-anqas ekwivalenti għal dik ta’ apparat tat-tifi tan-nar bil-fluwidi ta’ disa’ (9) litri.

.3

Għandhom jinġarru kariki ta’ riżerva għal 50 % tat-total ta’ kull tip ta’ apparat tat-tifi tan-nar abbord. Apparat ieħor tat-tifi tan-nar tal-istess tip huwa karika ta’ riżerva għal apparat tat-tifi tan-nar li ma jistax jiġi kkargat mill-ġdid malajr abbord.

.4

B’mod ġenerali, l-apparati tat-tifi tan-nar tas-CO2 li jistgħu jinġarru ma għandhomx ikunu fl-ispazji tal-akkomodazzjoni. Fejn tali apparati tat-tifi tan-nar jiġu pprovduti fil-kmamar tar-radju, fl-iswiċċbords u f’pożizzjonijiet simili oħra, il-volum ta’ kwalunkwe spazju li jkun fih apparat tat-tifi tan-nar wieħed jew aktar għandu jkun tali li jillimita l-konċentrazzjoni tal-fwar li jista’ jseħħ minħabba rilaxx ta’ mhux aktar minn 5 % tal-volum nett tal-ispazju għall-iskop tar-Regolament II-2/A/5. Il-volum tas-CO2 għandu jiġi kkalkulat bħala 0,56 m3/kg.

VAPURI TAL-KLASSIJIET B, C U D LI NBNEW FL-1 TA’ JANNAR 2003 JEW WARA:

.5

L-apparati tat-tifi tan-nar li jistgħu jinġarru għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi għas-Sistemi tas-Sikurezza Kontra n-Nirien.

.6

L-apparati tat-tifi tan-nar tad-diossidu tal-karbonju ma għandhomx jitpoġġew fl-ispazji tal-akkomodazzjoni. Fl-istazzjonijiet tal-kontroll u fi spazji oħra li jkun fihom tagħmir jew apparati elettriċi jew elettroniċi meħtieġa għas-sikurezza tal-vapur, jenħtieġ li jiġu pprovduti apparati tat-tifi tan-nar li l-aġent tat-tifi tan-nar tagħhom ma jkunx konduttiv għall-elettriku u lanqas ta’ ħsara għat-tagħmir u għall-apparati.

.7

L-apparati tat-tifi tan-nar għandhom jitpoġġew lesti biex jintużaw f’postijiet li jidhru faċilment, li jistgħu jintlaħqu malajr u faċilment fi kwalunkwe ħin f’każ ta’ nar, u b’tali mod li t-tul ta’ żmien ta’ kemm idumu jservu ma jiġix imfixkel mit-temp, mill-vibrazzjonijiet jew minn fatturi esterni oħra. Għandhom jiġu pprovduti apparati tat-tifi tan-nar li jistgħu jinġarru b’mezzi li jindikaw jekk intużawx.

.8

Għandhom jiġu pprovduti kariki ta’ riżerva għal 100 % tal-ewwel 10 apparati tat-tifi tan-nar u għal 50 % tal-apparati tat-tifi tan-nar li jibqa’ li jkunu jistgħu jerġgħu jiġu kkargati abbord.

.9

Għall-apparati tat-tifi tan-nar li ma jistgħux jiġu kkargati mill-ġdid abbord, għandhom jiġu pprovduti apparati addizzjonali tat-tifi tan-nar li jistgħu jinġarru tal-istess kwantità, tip, kapaċità u għadd bħal dawk imsemmija fil-paragrafu.13 ta’ hawn taħt minflok kariki ta’ riżerva.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.10

L-apparati tat-tifi tan-nar li jkun fihom aġent tat-tifi tan-nar li waħdu jew fil-kundizzjonijiet mistennija għall-użu jarmi gassijiet tossiċi f’tali kwantitajiet li jipperikolaw il-persuni jew jarmi gassijiet li jkunu ta’ ħsara għall-ambjent, ma għandhomx ikunu permessi.

.11

L-apparati tat-tifi tan-nar għandhom ikunu adattati għat-tifi ta’ nar li jaf ikun hemm fil-viċinanza ta’ fejn ikun jinsab l-apparat tat-tifi tan-nar.

.12

Wieħed mill-apparati tat-tifi tan-nar li jistgħu jinġarru li jkun maħsub biex jintuża fi kwalunkwe spazju għandu jkun jinsab ħdejn l-entratura ta’ dak l-ispazju.

.13

In-numru minimu ta’ apparati tat-tifi tan-nar għandu jkun kif ġej:

.1

fl-ispazji tal-akkomodazzjoni u tas-servizz:

l-apparati tat-tifi tan-nar għandhom ikunu jinsabu f’post fejn l-ebda punt fl-ispazju ma jkun iktar minn distanza ta’ 10 metri bil-mixi minn apparat tat-tifi tan-nar;

.2

apparat tat-tifi tan-nar li jkun adattat biex jintuża f’żoni b’vultaġġ għoli għandu jkun jinsab qrib kwalunkwe panel tal-elettriku jew subpanel li jkollu enerġija ta’ 20 kW jew aktar;

.3

fil-kċejjen, l-apparati tat-tifi tan-nar għandhom ikunu jinsabu f’post fejn l-ebda punt fl-ispazju ma jkun aktar minn distanza ta’ 10 metri bil-mixi minn apparat tat-tifi tan-nar;

.4

għandu jkun hemm apparat tat-tifi tan-nar qrib il-kmamar tal-ħżin li fihom kabinetti taż-żebgħa li jissakkru li jkollhom prodotti li jieħdu n-nar malajr;

.5

għandu jkun hemm tal-anqas apparat wieħed tat-tifi tan-nar fil-pont tan-navigazzjoni u f’kull stazzjon tal-kontroll.

.14

L-apparati tat-tifi tan-nar li jistgħu jinġarru li jiġu pprovduti għall-użu fl-ispazji tal-akkomodazzjoni jew tas-servizz għandu jkollhom, sa fejn ikun prattikabbli, metodu uniformi tat-tħaddim.

.15

Spezzjoni perjodika tal-apparati tat-tifi tan-nar:

l-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera għandha tiżgura li l-apparati tat-tifi tan-nar li jistgħu jinġarru għandhom jiġu spezzjonati perjodikament, ittestjati għal kif jiffunzjonaw u ttestjati għall-pressjoni.

6.   Ir-Regolament II-2/A/6: Arranġamenti għat-tifi tan-nar fi spazji tal-makkinarju (R 7)

L-ispazji tal-makkinarju tal-kategorija A għandhom jiġu pprovduti bi:

FIL-VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D:

.1

kwalunkwe waħda mis-sistemi fissi tat-tifi tan-nar li ġejjin:

.1

sistema bil-gass li tikkonforma mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-paragrafi.1 u.2 tar-Regolament II-2/A/4, jew sistema ekwivalenti bbażata fuq l-ilma, li tikkonforma mad-dispożizzjonijiet tal-MSC/Ċirk.1165 tal-OMI kif emendata, filwaqt li titqies id-data meta nbena l-vapur;

.2

sistema bil-fowm b’espansjoni kbira li tikkonforma mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-paragrafu.4 tar-Regolament II-2/A/4, filwaqt li titqies id-data meta nbena l-vapur;

.3

sistema li tispara l-ilma bil-pressjoni li tikkonforma mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-paragrafu.5 tar-Regolament II-2/A/4, filwaqt li titqies id-data meta nbena l-vapur.

.2

tal-anqas sett wieħed ta’ tagħmir tal-fowm bl-arja li jista’ jinġarr li jkollu żennuna tal-fowm bl-arja tat-tip tal-induzzjoni li jkun jista’ jiġi konness mal-mejn tan-nar b’manka tat-tifi tan-nar, flimkien ma’ tank li jista’ jinġarr li jkun fih tal-anqas 20 litru ta’ likwidu li jagħmel il-fowm u tank wieħed ta’ riżerva. Iż-żennuna għandha tkun kapaċi tipproduċi fowm effettiv adattat għat-tifi ta’ nar miż-żejt, b’rata ta’ mill-anqas 1,5 m3 kull minuta.

.3

F’kull spazju tali, għandu jkun hemm apparati approvati tat-tifi tan-nar bil-fowm, li kull wieħed minnhom ikollu kapaċità ta’ mill-anqas 45 litru, jew l-ekwivalenti, li jkunu numerikament biżżejjed biex permezz tagħhom il-fowm jew l-ekwivalenti tiegħu jiġu diretti fuq kwalunkwe parti tas-sistemi tal-pressjoni tal-karburant u taż-żejt lubrifikanti, tal-ingranaġġ u ta’ perikli oħra tan-nar. Barra minn hekk, għandu jiġi pprovdut numru suffiċjenti ta’ apparati tat-tifi tan-nar bil-fowm li jistgħu jinġarru jew l-ekwivalenti li għandhom jitpoġġew f’post fejn l-ebda punt fl-ispazju ma jkun aktar minn distanza ta’ 10 metri bil-mixi minn apparat tat-tifi tan-nar u li jkun hemm tal-anqas żewġ apparati tat-tifi tan-nar minnhom f’kull spazju bħal dan.

FIL-VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.4

waħda mis-sistemi fissi tat-tifi tan-nar speċifikati fil-paragrafu.1 ta’ hawn fuq, kif ukoll fi kwalunkwe spazju li jkun fih magni tal-kombustjoni interna, jew tankijiet fejn joqgħod il-karburant taż-żejt jew unitajiet tal-karburant taż-żejt, apparat wieħed tat-tifi tan-nar bil-fowm b’kapaċità ta’ mill-anqas 45 litru jew l-ekwivalenti ta’ kwantità suffiċjenti biex il-fowm jew l-ekwivalenti tiegħu jiġi ddirezzjonat fuq kwalunkwe parti mis-sistemi tal-pressjoni tal-karburant u taż-żejt lubrifikanti, tal-ingranaġġ u ta’ perikli oħra tan-nirien, u

.5

apparat wieħed tat-tifi tan-nar li jista’ jinġarr li jkun adattat biex jitfi n-nirien miż-żejt għal kull 746 kW jew parti minnhom għal tali makkinarju; diment li jkun hemm mhux anqas minn żewġ apparati tat-tifi tan-nar u mhux aktar minn sitt apparati tat-tifi tan-nar bħal dawn fi kwalunkwe spazju bħal dan.

L-użu ta’ sistema fissa bil-fowm b’espansjoni baxxa minflok uħud mis-sitt apparati tat-tifi tan-nar li jistgħu jinġarru meħtieġa skont ir-Regolament II-2/A/6: huwa permess.

FIL-VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.6

Kull spazju tal-makkinarju għandu jiġi ipprovdut b’żewġ applikaturi adattati tat-tirxix fin tal-ilma fl-arja li jistgħu jikkonsistu f’pajp tal-metall forma ta’ L, bil-parti t-twila b’tul ta’ xi żewġ (2) metri, li tkun tista’ teħel ma’ manka tat-tifi tan-nar, u bil-parti l-qasira b’tul ta’ xi 250 mm u mwaħħla ma’ żennuna fissa tat-tirxix fin tal-ilma jew li tkun tista’ teħel ma’ żennuna li tispara l-ilma.

F’VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.7

Meta ż-żejt imsaħħan jintuża bħala aġent tat-tisħin, jista’ wkoll ikun meħtieġ ma’ dan, li l-kmamar tal-bojlers jkunu mgħammra b’tagħmir li jkun installat b’mod permanenti jew b’tagħmir li jista’ jinġarr għas-sistemi lokali għall-isprejjar tal-ġett tal-ilma taħt pressjoni jew għat-tifrix tal-fowm ’il fuq mill-art jew taħt l-art bl-iskop li jintefa n-nar.

FIL-VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D LI NBNEW FL-1 TA’ JANNAR 2003 JEW WARA; U FIL-VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D LI NBNEW QABEL L-1 TA’ JANNAR 2003, ĊĊERTIFKATI LI JĠORRU AKTAR MINN 400 PASSIĠĠIER U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B ĊĊERTIFIKATI LI JĠORRU AKTAR MINN 400 PASSIĠĠIER:

.8

.1

L-ispazji tal-makkinarju tal-kategorija A ta’ volum ’il fuq minn 500 m3, minbarra s-sistema fissa tat-tifi tan-nar meħtieġa skont ir-Regolament II-2/A/6, għandhom ikunu protetti b’tip approvat ta’ sistema fissa tat-tifi tan-nar ibbażata fuq l-ilma jew b’applikazzjoni lokali ekwivalenti approvata, ibbażata fuq il-linji gwida fl-MSC/Ċirk.913 “Guidelines for the approval of fixed water-based local application fire-fighting systems for use in category A machinery spaces” (Linji gwida għall approvazzjoni ta’ sistemi fissi tat-tifi tan-nar bbażati fuq l-ilma b’applikazzjoni lokali għall-użu fl-ispazji tal-makkinarju tal-kategorija A).

Fil-każ ta’ spazji tal-makkinarju li perjodikament ma jkollhomx nies magħhom, is-sistema tat-tifi tan-nar għandu jkollha kemm kapaċitajiet għar-rilaxx awtomatiku kif ukoll għal dak manwali. Fil-każ ta’ spazji tal-makkinarju li jkollhom in-nies magħhom kontinwament, huwa meħtieġ li s-sistema tat-tifi tan-nar ikollha kapaċità ta’ rilaxx manwali.

.2

Is-sistemi fissi tat-tifi tan-nar b’applikazzjoni lokali jridu jipproteġu żoni bħal dawn li ġejjin mingħajr ma jkun hemm bżonn li l-magna tintefa, li l-persunal jiġi evakwat jew li l-ispazji jiġu ssiġillati:

.1

il-porzjonijiet ta’ periklu ta’ nirien tal-makkinarju tal-kombustjoni interna li jintuża għall-propulsjoni u għall-ġenerazzjoni tal-enerġija prinċipali tal-vapur, u għall-vapuri li nbnew fl-1 ta’ Jannar 2018 jew wara, il-porzjonijiet ta’ periklu ta’ nirien tal-makkinarju kollu tal-kombustjoni interna,

.2

in-naħa ta’ quddiem tal-bojlers,

.3

il-porzjonijiet ta’ periklu ta’ nirien tal-inċineraturi u

.4

il-purifikaturi għaż-żejt tal-karburant imsaħħan.

.3

L-attivazzjoni ta’ kwalunkwe sistema b’applikazzjoni lokali għandha tagħti allarm li jidher u li jinstema’ fl-ispazju protett u fl-istazzjonijiet li kontinwament ikollhom in-nies magħhom. L-allarm għandu jindika s-sistema speċifika li ġiet attivata. Ir-rekwiżiti tas-sistema tal-allarm deskritti f’dan il-paragrafu huma addizzjonali u mhux sostituzzjoni għas-sistemi tal-allarm u tal-individwazzjoni tan-nirien meħtieġa f’partijiet oħra f’dan il-kapitolu.

7.   Ir-Regolament II-2/A/7: Arranġamenti speċjali fi spazji tal-makkinarju (R 11)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.1

In-numru ta’ tamboċċi, ta’ bibien, ta’ ventilaturi, ta’ fetħiet fl-imbiebet biex iħallu l-ventilazzjoni tad-duħħan, u ta’ fetħiet oħra fl-ispazji tal-makkinarju għandu jiġi mnaqqas għal minimu li jkun konsistenti mar-rekwiżiti tal-ventilazzjoni u mat-tħaddim kif suppost u sikur tal-vapur.

.2

It-tamboċċi għandhom ikunu tal-azzar u ma għandux ikollhom panels tal-ħġieġ. Għandhom isiru arranġamenti adattati li jippermettu r-rilaxx tad-duħħan fil-każ ta’ nar, mill-ispazju li jrid jiġi protett.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D:

.3

Il-bibien għajr il-bibien impermeabbli li jaħdmu bl-enerġija motorizzata, għandhom ikunu rranġati b’tali mod li l-għeluq pożittiv ikun żgurat fil-każ ta’ nar fl-ispazju, permezz ta’ arranġamenti tal-għeluq li jaħdmu bl-enerġija motorizzata jew billi jiġu pprovduti bibien li jingħalqu waħedhom b’inklinazzjoni ta’ 3,5° li jopponu l-għeluq u li jkollhom faċilità li żżommhom lura u li tkun “fail-safe”, b’apparat tar-rilaxx li jitħaddem mill-bogħod.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.4

Ma għandhomx jitwaħħlu twieqi fil-konfini tal-ispazju tal-makkinarju. Dan ma jipprekludix l-użu ta’ ħġieġ fil-kmamar tal-kontroll fl-ispazji tal-makkinarju.

.5

Għandhom jiġu pprovduti mezzi ta’ kontroll:

.1

għall-ftuħ u għall-għeluq tat-tamboċċi, għall-għeluq tal-fetħiet fl-imbiebet li normalment jippermettu l-ventilazzjoni tal-egżost, u għall-għeluq tal-barrieri tal-ventilaturi;

.2

li jippermettu r-rilaxx tad-duħħan;

.3

għall-għeluq tal-bibien li jaħdmu bl-enerġija motorizzata jew għall-attwazzjoni ta’ mekkaniżmu tar-rilaxx fuq bibien għajr il-bibien impermeabbli li jaħdmu bl-enerġija motorizzata;

.4

għat-twaqqif tal-fannijiet tal-ventilazzjoni; u

.5

għat-twaqqif tal-fannijiet għall-kurrenti tal-arja sfurzati jew attivati, tal-pompi li jittrasferixxu l-karburant taż-żejt, tal-pompi tal-unitajiet tal-karburant taż-żejt u ta’ pompi simili oħra tal-karburant. Pompi simili oħra tal-karburant tfisser, għall-vapuri li nbnew fl-1 ta’ Jannar 2003 jew wara, pompi tas-servizz taż-żejt lubrifikanti, pompi li jiċċirkolaw iż-żejt termali u separaturi taż-żejt. Madanakollu, il-paragrafu.6 tar-Regolament II-2/A/7 ma hemmx bżonn japplika għas-separaturi tal-ilma żejtni.

.6

Il-kontrolli meħtieġa skont il-paragrafu.5 tar-Regolament II-2/A/7: u fis-subparagrafu.2.5 tar-Regolament II-2/A/10 għandhom ikunu jinsabu ’l barra mill-ispazju kkonċernat, fejn ma jinqatgħux fil-każ ta’ nar fl-ispazju li jaqdu. Tali kontrolli u l-kontrolli għal kwalunkwe sistema tat-tifi tan-nar għandhom ikunu jinsabu f’pożizzjoni tal-kontroll waħda jew miġbura fl-anqas pożizzjonijiet possibbli. Tali pożizzjonijiet għandu jkollhom aċċess sikur għalihom mill-gverta miftuħa.

.7

Meta l-aċċess għal kwalunkwe spazju tal-makkinarju tal-kategorija A jkun ipprovdut f’livell baxx permezz ta’ mina tax-xaft li tkun maġenbu, għandu jiġi pprovdut fil-mina tax-xaft, ħdejn il-bieb impermeabbli, b’bieb ħafif tal-azzar li jipproteġi kontra n-nirien u li jista’ jitħaddem minn kull naħa.

8.   Ir-Regolament II-2/A/8: Sistemi awtomatiċi tal-bexxixiet, tal-individwazzjoni tan-nar u tal-allarm tan-nar (R 12)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D LI NBNEW QABEL L-1 TA’ JANNAR 2003 U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.1

Kwalunkwe sistema awtomatika tal-bexxixiet, tal-individwazzjoni tan-nar u tal-allarm tan-nar għandha tkun kapaċi taħdem immedjatament fi kwalunkwe ħin u l-ebda azzjoni mill-ekwipaġġ ma għandha tkun neċessarja biex tħaddimha. Għandha tkun tat-tip tal-pajp imxarrab iżda taqsimiet żgħar esposti jistgħu jkunu tat-tip tal-pajp niexef fejn din tkun prekawzjoni neċessarja. Kull parti mis-sistema li tista’ tkun soġġetta għat-temperaturi ta’ ffriżar matul is-servizz għandha tiġi protetta b’mod xieraq kontra l-iffriżar. Għandha tinżamm kkargata bil-pressjoni meħtieġa u għandu jkun hemm dispożizzjoni għall-provvista kontinwa tal-ilma kif meħtieġ skont ir-Regolament II-2/A/8.

.2

Kull taqsima tal-bexxixiet għandha tinkludi mezzi li jagħtu sinjal tal-allarm viżiv u li jinstema’ awtomatikament f’unità tal-indikazzjoni waħda jew aktar kull meta xi bexxiexa tibda’ taħdem. Tali unitajiet għandhom jindikaw f’liema taqsima moqdija mis-sistema kien hemm in-nar u għandhom ikunu ċċentralizzati fuq il-pont tan-navigazzjoni, kif ukoll, allarmi li jidhru u li jinstemgħu mill-unità għandhom jitpoġġew f’pożizzjoni li ma tkunx fuq il-pont tan-navigazzjoni sabiex tiżgura li l-indikazzjoni tan-nar titwassal minnufih lill-ekwipaġġ. Is-sistema tal-allarm għandha tkun tali li tindika jekk hemmx ħsara fis-sistema.

.3

Il-bexxixiet għandhom jinġabru f’taqsimiet separati, u kull grupp ma għandux ikun fih aktar minn 200 bexxiexa. Kull taqsima tal-bexxixiet ma għandhiex isservi aktar minn żewġ gverti u ma għandhiex tkun f’aktar minn żona waħda prinċipali vertikali, sakemm ma jintweriex li l-arranġamenti ma’ taqsima tal-bexxixiet li sservi aktar minn żewġ sezzjonijiet jew tkun f’aktar minn żona vertikali prinċipali waħda ma’ tnaqqasx il-protezzjoni tal-vapur kontra n-nar.

.4

Kull taqsima tal-bexxixiet għandha tkun tista’ tiġi iżolata b’valv iżolanti wieħed biss li jwaqqaf. Il-valv iżolanti ta’ kull taqsima għandu jkun aċċessibbli mill-ewwel u għandu jkun indikat b’mod ċar u permanenti fejn jinsab dan il-valv. Għandhom jiġu pprovduti mezzi li jevitaw li l-valvijiet iżolanti jitħaddmu minn kwalunkwe persuna mhux awtorizzata.

.5

Għandu jiġi pprovdut gejġ li jindika l-pressjoni fis-sistema fil-valv iżolanti ta’ kull taqsima u fi stazzjon ċentrali.

.6

Il-bexxixiet għandhom ikunu reżistenti għall-korrużjoni mill-atmosfera tal-baħar. Fl-ispazji tal-akkomodazzjoni u tas-servizz il-bexxixiet għandhom jibdew jaħdmu f’temperatura li tvarja minn 68 sa 79 °C, ħlief li f’postijiet bħall-kmamar tat-tnixxif, fejn huma mistennija temperaturi ambjentali għoljin, it-temperatura tat-tħaddim tista’ tiżdied b’mhux aktar minn 30 °C ’il fuq mit-temperatura massima fuq quddiem tal-gverta.

.7

Għandha tintwera lista jew pjanta f’kull unità tal-indikazzjoni li turi l-ispazji koperti u fejn tinsab iż-żona fir-rigward ta’ kull taqsima. Għandhom ikunu disponibbli struzzjonijiet xierqa għall-ittestjar u għall-manutenzjoni.

.8

Il-bexxixiet għandhom jitwaħħlu f’pożizzjoni ’l fuq mill-irjus u bi spazju bejniethom f’disinn adattat sabiex tinżamm rata tal-applikazzjoni medja ta’ mhux anqas minn ħames (5) litri/m2 kull minuta fuq iż-żona nominali koperta mill-bexxixiet.

Il-bexxixiet għandhom jitpoġġew kemm jista’ jkun lil hinn mit-travi jew affarijiet oħra li jtellfu l-proġettazzjonijiet tal-ilma u f’tali pożizzjonijiet li l-materjal li jieħu n-nar fl-ispazju jixxarrab sew.

.9

Għandu jiġi pprovdut tank tal-pressjoni li jkollu volum ugwali għal mill-inqas darbtejn dak tal-karika tal-ilma speċifikat f’dan il-paragrafu. It-tank għandu jkun fih karika fissa ta’ ilma ħelu, ekwivalenti għall-ammont ta’ ilma li kieku joħroġ f’minuta waħda mill-pompa msemmija fil-paragrafu.12, u l-arranġamenti għandhom jipprevedu ż-żamma ta’ pressjoni tal-arja fit-tank li tkun tali biex jiġi żgurat li fejn tkun intużat karika fissa ta’ ilma ħelu fit-tank, il-pressjoni ma tkunx anqas mill-pressjoni tat-tħaddim tal-bexxiexa, flimkien mal-pressjoni li toħroġ minn massa ta’ ilma mkejla mill-qiegħ tat-tank sal-ogħla bexxiexa fis-sistema. Għandhom jiġu pprovduti mezzi xierqa biex jimlew mill-ġdid l-arja taħt pressjoni u biex jimlew il-livell tal-ilma frisk fit-tank. Għandu jiġi pprovdut gejġ tal-ħġieġ li jkejjel il-livell korrett tal-ilma fit-tank.

.10

Għandhom jiġu pprovduti mezzi li jipprevjenu li jgħaddi l-ilma baħar ġot-tank. It-tank tal-pressjoni għandu jitwaħħallu valv għar-rilaxx tal-pressjoni effiċjenti u gejġ li jkejjel il-pressjoni. Għandhom jiġu pprovduti valvijiet li jwaqqfu jew viti f’kull waħda mill-konnessjonijiet tal-gejġ.

.11

Għandha tiġi pprovduta pompa motorizzata indipendenti bl-iskop biss li jitkompla awtomatikament il-ħruġ tal-ilma mill-bexxixiet. Il-pompa għandha titħaddem awtomatikament mit-tnaqqis fil-pressjoni tas-sistema qabel tintuża kompletament il-karika permanenti tal-ilma ħelu fit-tank tal-pressjoni.

.12

Il-pompa u s-sistema tal-pajpijiet għandhom ikunu kapaċi jżommu l-pressjoni meħtieġa fil-livell tal-ogħla bexxiexa sabiex jiżguraw ħruġ kontinwu ta’ ilma li jkun biżżejjed għall-kopertura simultanja ta’ erja minima ta’ 280 m2 bir-rata tal-applikazzjoni speċifikata fil-paragrafu.8. Għall-vapuri ġodda tal-klassijiet C u D b’tul ta’ anqas minn 40 metru u b’erja protetta totali ta’ anqas minn 280 m2, l-Amministrazzjoni tista’ tispeċifika l-erja xierqa għad-daqs tal-pompi u tal-komponenti alternattivi tal-provvista.

.13

Il-pompa għandu jkollha mwaħħal magħha fuq in-naħa tal-konsenja valv tal-ittestjar b’pajp tar-rimi qasir bit-truf miftuħa. Iż-żona effettiva mill-valv u mill-pajp għandha tkun adegwata biex tippermetti r-rilaxx tal-produzzjoni meħtieġa tal-pompa filwaqt li tinżamm il-pressjoni fis-sistema speċifikata fil-paragrafu.9.

.14

Kull fejn ikun possibbli, id-daħla mill-baħar għall-pompa għandha tkun fl-ispazju li jkun fih il-pompa u għandha tkun irranġata b’tali mod li meta l-vapur ikun f’wiċċ l-ilma ma jkunx hemm bżonn li tingħalaq il-provvista ta’ ilma baħar għall-pompa għal kwalunkwe skop ħlief l-ispezzjoni jew it-tiswija tal-pompa.

.15

Il-pompa tal-bexxiexa u t-tank għandhom ikunu f’pożizzjoni li tkun raġonevolment ’il bogħod minn kwalunkwe spazju tal-makkinarju u ma għandhomx ikunu f’xi spazju li jkun meħtieġ li jkun protett mis-sistema tal-bexxiexa.

.16

Għandu jkun hemm mhux anqas minn żewġ sorsi ta’ provvista tal-enerġija għall-pompa tal-ilma baħar u għas-sistemi awtomatiċi tal-allarm u tal-individwazzjoni. Fejn is-sorsi tal-enerġija għall-pompa jkunu elettriċi, dawn għandhom ikunu ġeneratur prinċipali u sors ta’ enerġija ta’ emerġenza. Provvista waħda għall-pompa għandha tittieħed mill-iswiċċbord prinċipali, u waħda mill-iswiċċbord ta’ emerġenza minn fornituri separati rriżervati unikament għal dak l-iskop. Il-fornituri għandhom jiġu rranġati b’tali mod li jiġu evitati l-kċejjen, l-ispazji tal-makkinarju u spazji oħra magħluqa li jkollhom riskju kbir li jieħdu n-nar ħlief sa fejn ikun meħtieġ biex jintlaħqu l-iswiċċbords xierqa, u għandhom jitħaddmu fuq swiċċ li jaqleb b’mod awtomatiku li jkun jinsab ħdejn il-pompa tal-bexxiexa. Dan l-iswiċċ għandu jippermetti l-provvista tal-enerġija mill-iswiċċbord prinċipali sakemm ikun hemm provvista disponibbli minn hemm, u li jkun iddisinjat b’tali mod li malli jkun hemm ħsara f’dik il-provvista jaqleb awtomatikament għall-provvista mill-iswiċċbord ta’ emerġenza. L-iswiċċijiet fuq l-iswiċċbord prinċipali u l-iswiċċbord ta’ emerġenza għandu jkollhom tikketta ċara u normalment jinżammu magħluqa. Ma għandu jiġi permess l-ebda swiċċ ieħor fil-fornituri kkonċernati. Wieħed mis-sorsi tal-provvista tal-enerġija għas-sistemi tal-allarm u tal-individwazzjoni għandu jkun sors ta’ emerġenza. Fejn wieħed mis-sorsi tal-enerġija għall-pompa jkun magna tal-kombustjoni interna, minbarra li jikkonforma mad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu.15, għandu jkun jinsab f’post fejn nar fi kwalunkwe spazju protett ma jaffettwax il-provvista tal-arja għall-makkinarju.

.17

Is-sistema tal-bexxixiet għandu jkollha konnessjoni mill-mejn tan-nar tal-vapur permezz ta’ valv unidirezzjonali li jintrabat ’l isfel u li jista’ jissakkar fil-konnessjoni li ma tħallix fluss b’lura mis-sistema tal-bexxixiet għall-mejn tan-nar.

.18

Għandu jiġi pprovdut valv tal-ittestjar biex jittestja l-allarm awtomatiku għal kull taqsima ta’ bexxixiet minn ħruġ tal-ilma ekwivalenti għat-tħaddim ta’ bexxiexa waħda. Il-valv tal-ittestjar għal kull taqsima għandu jkun ħdejn il-valv iżolanti ta’ dik it-taqsima.

.19

Għandhom jiġu pprovduti mezzi għat-tħaddim awtomatiku tal-pompa mat-tnaqqis tal-pressjoni fis-sistema.

.20

Għandhom jiġu pprovduti swiċċijiet f’waħda mill-pożizzjonijiet ta’ indikazzjoni msemmija fil-paragrafu.2 li jippermettu l-allarm u l-indikaturi ta’ kull taqsima ta’ bexxixiet jiġu ttestjati.

.21

Għandhom jiġu pprovduti tal-anqas sitt (6) irjus żejda tal-bexxixiet għal kull taqsima.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D LI NBNEW FL-1 TA’ JANNAR 2003 JEW WARA:

.22

Is-sistemi awtomatiċi tal-bexxixiet, tal-individwazzjoni tan-nar u tal-allarm tan-nar għandhom ikunu ta’ tip approvat, li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi tas-Sistema tas-Sikurezza kontra n-Nirien.

.23

Għall-vapuri ġodda tal-klassijiet C u D b’tul ta’ anqas minn 40 metru u b’erja protetta totali ta’ anqas minn 280 m2, l-Amministrazzjoni tal-Istat tal-Bandiera tista’ tispeċifika l-erja xierqa għad-daqs tal-pompi u tal-komponenti alternattivi.

9.   Ir-Regolament II-2/A/9: Sistemi fissi tal-individwazzjoni tan-nar u tal-allarm tan-nar (R 13)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D LI NBNEW QABEL L-1 TA’ JANNAR 2003 U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.1

Ġenerali

.1

Kwalunkwe sistema fissa tal-individwazzjoni tan-nar u tal-allarm tan-nar b’punti tal-ajjut li jitħaddmu manwalment għandha tkun kapaċi titħaddem fi kwalunkwe ħin.

.2

Il-provvisti tal-enerġija u ċ-ċirkwiti elettriċi meħtieġa għat-tħaddim tas-sistema għandhom jiġu mmonitorjati għat-telf tal-enerġija jew għall-kundizzjonijiet ta’ ħsara kif ikun xieraq. Fil-każ ta’ ħsara għandu jixgħel sinjal tal-ħsara li jidher u li jinstema’ fil-pannell tal-kontroll li għandu jkun differenti minn sinjal li hemm nar.

.3

Għandu jkun hemm mhux anqas minn żewġ sorsi ta’ provvista tal-enerġija għat-tagħmir elettriku li jintuża fit-tħaddim tas-sistemi tal-individwazzjoni tan-nar u tal-allarm tan-nar, li waħda minnhom tista’ tkun sors ta’ emerġenza. Il-provvista għandha tiġi pprovduta b’tagħmir separat li jagħti li huwa rriżervat biss għal dik ir-raġuni. Tali ċirkwiti għandhom jaslu sa swiċċ ta’ bdil awtomatiku li jkun jinsab fil-pannell tal-kontroll għas-sistema tal-individwazzjoni tan-nar jew maġenbu.

.4

L-individwaturi u l-punti tal-ajjut li jaħdmu manwalment għandhom jiġu miġbura f’taqsimiet. L-attivazzjoni ta’ kull individwatur jew punt tal-ajjut li jaħdmu manwalment għandhom jagħtu bidu għal sinjal ta’ nar viżiv u li jinstema’ fil-panel tal-kontroll u fl-unitajiet li jindikaw. Jekk is-sinjali ma jkunux ġew innutati f’żewġ (2) minuti għandu jinstema’ awtomatikament allarm fl-akkomodazzjoni tal-ekwipaġġ u fl-ispazji tas-servizz, fl-istazzjonijiet tal-kontroll u fl-ispazji tal-makkinarju. Din is-sistema li ssemma l-allarm ma hemmx bżonn tkun parti integrali mis-sistema tal-individwazzjoni.

.5

Il-panel tal-kontroll għandu jkun jinsab fil-pont tan-navigazzjoni jew fl-istazzjon tal-kontroll tan-nar prinċipali.

.6

L-unitajiet li jindikaw għandhom, bħala minimu, isemmu t-taqsima li fiha tħaddem individwatur jew punt tal-ajjut li jitħaddem manwalment. Tal-anqas unità waħda għandha tkun tinsab f’post fejn tkun tista’ tintlaħaq faċilment fil-ħinijiet kollha mill-membri tal-ekwipaġġ responsabbli, meta jkunu fuq il-baħar jew fil-port, ħlief meta l-vapur ma jkunx attiv. Unità waħda tal-indikazzjoni għandha tkun tinsab fuq il-pont tan-navigazzjoni jekk il-pannell tal-kontroll jinsab fl-istazzjon tal-kontroll tan-nar prinċipali.

.7

Għandha tintwera informazzjoni ċara fuq jew maġenb kull unità tal-indikazzjoni dwar l-ispazji koperti u fejn ikunu jinsabu dawn it-taqsimiet.

.8

Fejn is-sistema tal-individwazzjoni tan-nar ma tinkludix mezzi li jidentifikaw mill-bogħod kull individwatur individwalment, l-ebda taqsima li tkopri aktar minn gverta waħda fl-istazzjonijiet tal-akkomodazzjoni, tas-servizz u tal-kontroll, ma għandha normalment tiġi permessa ħlief taqsima li tkopri taraġ magħluq. Sabiex jiġi evitat li jkun hemm dewmien biex jiġi identifikat is-sors tan-nar, l-għadd ta’ spazji magħluqa inklużi f’kull taqsima għandu jkun limitat kif jiġi stabbilit mill-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera. Fl-ebda każ ma għandhom ikunu permessi aktar minn 50 spazju magħluq f’kull taqsima. Jekk is-sistema tal-individwazzjoni tkun mgħammra b’individwaturi tan-nar li jkunu identifikabbli individwalment, is-sezzjonijiet jistgħu jkopru diversi gverti u jservu kwalunkwe għadd ta’ spazji magħluqa.

.9

Jekk ma jkunx hemm sistema tal-individwazzjoni tan-nar li tkun kapaċi li mill-bogħod u individwalment tidentifika kull individwatur, taqsima ta’ individwaturi ma għandhiex isservi spazji fuq iż-żewġ naħat tal-vapur u lanqas tkun fuq aktar minn gverta waħda u lanqas ma għandha tinsab f’aktar minn żona vertikali prinċipali waħda ħlief li l-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera, jekk tkun sodisfatta li l-protezzjoni tal-vapur kontra n-nirien ma tkunx b’hekk imnaqqsa, tista’ tippermetti li taqsima ta’ individwaturi bħal din isservi ż-żewġ naħat tal-vapur u aktar minn gverta waħda. F’vapuri mgħammra b’individwaturi tan-nar li jkunu identifikabbli individwalment, taqsima tista’ sservi spazji fuq iż-żewġ naħat tal-vapur u fuq diversi gverti iżda ma tistax tinsab f’aktar minn żona waħda vertikali prinċipali.

.10

Taqsima ta’ individwaturi tan-nar li tkopri stazzjon tal-kontroll, spazju tas-servizz jew spazju tal-akkomodazzjoni ma għandhiex tinkludi spazju tal-makkinarju.

.11

L-individwaturi għandhom jitħaddmu bis-sħana, bid-duħħan jew bi prodotti oħra bil-kombustjoni, bil-fjammi jew kwalunkwe kombinazzjoni ta’ dawn il-fatturi. L-individwaturi mħaddma minn fatturi oħra li jindikaw nirien inċipjenti jistgħu jiġu kkunsidrati mill-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera diment li ma jkunux anqas sensittivi mit-tali individwaturi. L-individwaturi tal-fjammi għandhom jintużaw biss flimkien ma’ individwaturi tad-duħħan jew tas-sħana.

.12

Għandhom jiġu pprovduti struzzjonijiet xierqa u partijiet żejda tal-komponenti għall-ittestjar u għall-manutenzjoni.

.13

Il-funzjoni tas-sistema tal-individwazzjoni għandha tiġi ttestjata perjodikament għas-sodisfazzjon tal-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera permezz ta’ tagħmir li jipproduċi arja sħuna fit-temperatura xierqa, jew partiċelli aerosol jew duħħan li jkollhom firxa xierqa ta’ densità jew daqs tal-partiċelli, jew fenomeni oħra assoċjati man-nirien inċipjenti li għalihom huwa ddisinjat li jirrispondi l-individwatur.

Kull individwatur għandu jkun ta’ tip li jkun jista’ jiġi ttestjat għat-tħaddim korrett u ristabbilit għal sorveljanza normali mingħajr is-sostituzzjoni ta’ kwalunkwe komponent.

.14

Is-sistema tal-individwazzjoni tan-nar ma għandha tintuża għall-ebda skop ieħor, ħlief l-għeluq tal-bibien li jaqtgħu n-nirien u funzjonijiet simili jistgħu jistgħu jkunu permessi fil-panel tal-kontroll.

.15

Is-sistemi tal-individwazzjoni tan-nar li kapaċi jidentifikaw l-indirizz taż-żona għandhom jiġu rranġati b’tali mod li:

ħolqa (loop) ma tkunx tista’ ssirilha ħsara minn nar f’aktar minn punt wieħed;

jiġu pprovduti mezzi li jiżguraw li kwalunkwe ħsara (eż. qtugħ tad-dawl, short circuit, ert) li sseħħ fil-ħolqa ma trendix il-ħolqa kollha ineffettiva,

l-arranġamenti kollha jsiru biex il-konfigurazzjoni inizjali tas-sistema tkun tista’ tiġi ristabbilita fil-każ ta’ ħsara (elettrika, elettronika, informatika),

l-ewwel allarm tan-nar attivat ma jxekkilx lil xi individwatur ieħor li jattiva allarmi oħra tan-nar.

.2

Rekwiżiti tal-installazzjoni

.1

Punti tal-ajjut operati manwalment għandhom jiġu installati tul l-ispazji tal-akkomodazzjoni, l-ispazji tas-servizz u l-istazzjonijiet tal-kontroll kollha. Għandu jkun hemm punt tal-ajjut li jaħdem manwalment f’kull punt ta’ ħruġ. Għandhom ikunu aċċessibbli punti tal-ajjut li jitħaddmu manwalment fil-kurituri ta’ kull gverta b’tali mod li l-ebda parti mill-kuritur ma tkun aktar minn 20 metru minn punt tal-ajjut li jitħaddem manwalment.

.2

Għandhom jiġu installati individwaturi tad-duħħan f’kull taraġ, kuritur u rotta tal-ħrib fl-ispazji tal-akkomodazzjoni.

.3

Fejn tkun meħtieġa sistema fissa tal-individwazzjoni tan-nar u tal-allarm tan-nar għall-protezzjoni ta’ spazji għajr dawk imsemmija fil-paragrafu.2.2 ta’ hawn fuq, għandu jiġi installat tal-anqas individwatur wieħed li jikkonforma mal-paragrafu.1.11 f’kull spazju tali.

.4

L-individwaturi għandhom ikunu jinsabu f’post fejn jagħtu prestazzjoni ottimali. Għandhom jiġu evitati l-pożizzjonijiet ħdejn it-travi u l-kanali tal-ventilazzjoni jew pożizzjonijiet oħra fejn id-disinni tal-fluss tal-arja jistgħu jaffettwaw b’mod negattiv il-prestazzjoni u l-pożizzjonijiet fejn l-impatt jew ħsara fiżika x’aktarx iseħħu. B’mod ġenerali, individwaturi li jkunu jinsabu ’l fuq mill-irjus għandhom ikunu distanza minima ta’ 0,5 metri ’l bogħod mill-paratiji.

.5

L-ispazju massimu tal-individwaturi għandu jkun konformi mat-tabella ta’ hawn taħt:

Tip ta’ individwatur

Erja massima ta’ art għal kull individwatur

(m2)

Distanza massima bejn ċentri

(m)

Distanza massima ’l bogħod mill-paratiji

(m)

Sħana

37

9

4,5

Duħħan

74

11

5,5

L-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera tal-vapur tista’ tirrikjedi jew tippermetti spazji oħra skont id-data tat-test li turi l-karatteristiki tal-individwaturi.

.6

Wajers elettriċi li jifformaw parti mis-sistema għandhom jiġu rranġati b’tali mod sabiex jevitaw il-kċejjen, l-ispazji tal-makkinarju, u spazji magħluqa oħra li jkollhom riskju għoli li jieħdu n-nar ħlief fejn ikun meħtieġ għall-individwazzjoni tan-nar jew għall-allarm tan-nar f’tali spazji jew biex ikunu konnessi mal-provvista tal-enerġija xierqa.

.3

Rekwiżiti tad-disinn

.1

Is-sistema u t-tagħmir għandhom jiġu ddisinjati b’mod xieraq biex ikunu jifilħu għal varjazzjoni fil-provvista tal-vultaġġ u transients, tibdil fit-temperatura ambjentali, vibrazzjoni, umdità, xokk, impatt u korrużjoni li normalment issibhom fil-vapuri.

.2

L-individwaturi tad-duħħan li jridu jiġu installati fit-turġien, fil-kurituri u fir-rotot tal-ħrib fl-ispazji tal-akkomodazzjoni kif meħtieġ mill-paragrafu.2.2 għandhom jiġu ċċertifikati li jaħdmu qabel ma d-densità tad-duħħan taqbeż it-12,5 % tal-oskurazzjoni għal kull metru, iżda mhux sakemm id-densità tad-duħħan taqbeż it-2 % tal-oskurazzjoni għal kull metru.

L-individwaturi tad-duħħan li jridu jiġu installati fi spazji oħra għandhom jaħdmu fil-limiti tas-sensittività għas-sodisfazzjon tal-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera wara li titqies n-nuqqas ta’ insensittività jew sensittività żejda tal-individwatur.

.3

L-individwaturi tas-sħana għandhom jiġu ċċertifikati li jaħdmu qabel ma t-temperatura taqbeż it-78 °C iżda mhux sakemm it-temperatura taqbeż l-54 °C, meta t-temperatura togħla għal dawk il-limiti b’rata anqas minn 1 °C kull minuta. F’rati għola ta’ żidiet fit-temperaturi, l-individwaturi tas-sħana għandhom jaħdmu fil-limiti tat-temperatura għas-sodisfazzjon tal-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera wara li titqies il-ħtieġa li tiġi evitata sensittività nieqsa jew sensittività żejda.

.4

It-temperatura permissibbli tat-tħaddim tal-individwaturi tas-sħana tista’ tiżdied għal 30 °C fuq it-temperatura massima tal-parti ta’ quddiem tal-gverta fil-kmamar tat-tnixxif u fi spazji simili li jkollhom temperatura ambjentali normali li tkun għolja.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D LI NBNEW FL-1 TA’ JANNAR 2003 JEW WARA:

.4.1

Is-sistemi fissi tal-individwazzjoni tan-nar u tal-allarm tan-nar għandhom ikunu ta’ tip approvat, u jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi tas-Sistemi tas-Sikurezza kontra n-Nirien.

.4.2

Għandhom jiġu installati punti tal-ajjut li jitħaddmu manwalment u li jikkonformaw mal-Kodiċi tas-Sistemi tas-Sikurezza kontra n-Nirien tul l-ispazji tal-akkomodazzjoni, l-ispazji tas-servizz u l-istazzjonijiet tal-kontroll kollha. Għandu jkun hemm punt tal-ajjut li jitħaddem manwalment f’kull ħruġ. Għandhom ikunu aċċessibbli punti tal-ajjut li jitħaddmu manwalment fil-kurituri ta’ kull gverta b’tali mod li l-ebda parti mill-kuritur ma tkun aktar minn 20 metru minn punt tal-ajjut li jitħaddem manwalment.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET A, B, C U D:

.5

Minbarra d-dispożizzjonijiet ta’ hawn fuq, l-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera għandha tiżgura li jkun hemm konformità mad-dispożizzjonijiet tas-sikurezza fuq l-installazzjonijiet rigward l-indipendenza tagħhom minn installazzjonijiet jew sistemi oħra, ir-reżistenza għall-korrużjoni tal-komponenti tagħhom, il-provvista tal-enerġija elettrika għas-sistema tal-kontroll tagħhom, u d-disponibbiltà tal-istruzzjonijiet għat-tħaddim u għall-manutenzjoni.

10.   Ir-Regolament II-2/A/10: Arranġamenti għall-karburant taż-żejt, għaż-żejt lubrifikanti u għal żjut oħra li jieħdu n-nar (R 15)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.1

Limitazzjonijiet fl-użu taż-żejt bħala karburant

Il-limitazzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw għall-użu taż-żejt bħala karburant:

.1

Ħlief jekk mhux permess mod ieħor skont dan il-paragrafu, ma għandu jintuża l-ebda karburant taż-żejt li l-punt ta’ fjammabbiltà tiegħu jkun anqas minn 60 °C.

.2

Fil-ġeneraturi ta’ emerġenza, jista’ jintuża karburant taż-żejt li l-punt ta’ fjammabbiltà tiegħu ma jkunx anqas minn 43 °C.

.3

Soġġett għal dawn il-prekawzjonijiet addizzjonali li tista’ tikkunsidra li jkunu meħtieġa u bil-kundizzjoni li t-temperatura ambjentali tal-ispazju li fih jinħażen jew jintuża tali karburant taż-żejt ma titħalliex togħla sa 10 °C taħt il-punt ta’ fjammabbiltà tal-karburant taż-żejt, l-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera tista’ tippermetti l-użu ġenerali ta’ karburant taż-żejt li jkollu punt ta’ fjammabbiltà ta’ anqas minn 60 °C iżda ta’ mhux anqas minn 43 °C. Għall-vapuri li nbnew fl-1 ta’ Jannar 2003 jew wara, jista’ jitħalla karburant taż-żejt li jkollu punt ta’ fjammabbiltà ta’ anqas minn 60 °C iżda ta’ mhux anqas minn 43 °C soġġett għal dan li ġej:

.3.1

it-tankijiet taż-żejt tal-karburant għajr dawk li jkunu rranġati f’kompartimenti bil-qiegħ doppju għandhom ikunu jinsabu ’l barra mill-ispazji tal-makkinarju tal-kategorija A;

.3.2

id-dispożizzjonijiet għall-kejl tat-temperatura taż-żejt ikunu pprovduti fuq il-pajp li jiġbed tal-pompa tal-karburant taż-żejt;

.3.3

jiġu pprovduti valvijiet iżolanti u/jew viti fuq in-naħa tad-daħla u fuq in-naħa tal-ħruġ tal-istrejners tal-karburant taż-żejt u;

.3.4

kemm jista’ jkun, fil-pajpijiet jintużaw ġonot iwweldjati jew li jkunu ta’ tip ta’ konu ċirkolari jew ta’ tip ta’ ġonta sferika.

Il-punt ta’ fjammabbiltà taż-żjut għandu jiġi ddeterminat permezz ta’ closed cup test li jkun ġie approvat.

.4

Fil-vapuri, li għalihom hija applikabbli l-Parti G tal-Kapitolu II-1, l-użu ta’ karburant taż-żejt li jkollu punt ta’ fjammabbiltà aktar baxx milli speċifikat fil-paragrafu.1.1 huwa permess.

.2

Arranġamenti għall-karburant taż-żejt

F’vapur li fih jintuża l-karburant taż-żejt, l-arranġamenti għall-ħżin, għad-distribuzzjoni u għall-użu tal-karburant taż-żejt għandhom ikunu tali li jiżguraw is-sikurezza tal-vapur u tal-passiġġieri u għandhom tal-anqas jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet li ġejjin:

.1.1

Sa fejn ikun prattikabbli, partijiet mis-sistema tal-karburant taż-żejt li jkun fihom żejt imsaħħan li jkun taħt pressjoni li taqbeż 0,18 N/mm2 ma għandhomx jitpoġġew f’post fejn ikunu moħbija b’tali mod li d-difetti u t-tnixxija ma jkunux jistgħu jiġu osservati faċilment. L-ispazji tal-makkinarju li jkunu f’dawn il-partijiet tas-sistema tal-karburant taż-żejt għandhom ikunu mdawla b’mod xieraq.

.1.2

Żejt imsaħħan tfisser żejt li t-temperatura tiegħu wara li jissaħħan tkun ogħla minn 60 °C jew ogħla mill-punt ta’ fjammabbiltà attwali taż-żejt, jekk dan ikun anqas minn 60 °C.

.2

Il-ventilazzjoni tal-ispazji tal-makkinarju għandha tkun biżżejjed fil-kundizzjonijiet normali kollha biex tevita li jakkumula fwar taż-żejt.

.3

Sa fejn ikun prattikabbli, it-tankijiet tal-karburant taż-żejt għandhom ikunu parti mill-istruttura tal-vapur u għandhom ikunu ’l barra mill-ispazji tal-makkinarju. Fejn it-tankijiet tal-karburant taż-żejt, għajr tankijiet bil-qiegħ doppju, ikunu meħtieġa li jinsabu ħdejn l-ispazji tal-makkinarju jew fihom, tal-anqas wieħed mill-ġnub vertikali tagħhom għandu jkun kontigwu mal-konfini tal-ispazju tal-makkinarju, u għandu jkollu preferibbilment konfini komuni mat-tankijiet bil-qiegħ doppju, u ż-żona tal-konfini tat-tank li tkun komuni mal-ispazji tal-makkinarju għandha tkun l-inqas possibbli. Fejn tali tankijiet ikunu jinsabu fil-konfini tal-ispazji tal-makkinarju, dawn ma għandux ikun fihom karburant taż-żejt li jkollu punt ta’ fjammabbiltà ta’ inqas minn 60 °C. L-użu tat-tankijiet tal-karburant taż-żejt għalihom għandu jiġi evitat u għandu jkun projbit fl-ispazji tal-makkinarju.

.4

Ma għandu jkun hemm l-ebda tank tal-karburant taż-żejt li jkun jinsab f’post fejn jekk karburant taż-żejt jaqa’ jew inixxi minnu, dan ikun jikkostitwixxi periklu għax jaqa’ fuq superfiċi msaħħna. Għandhom jittieħdu prekawzjonijiet biex jiġi evitat li kwalunkwe żejt li jista’ joħroġ taħt pressjoni minn kwalunkwe pompa, filtru jew tagħmir li jsaħħan jiġu f’kuntatt ma’ wċuħ imsaħħna.

.5

Għandu jitwaħħal vit jew valv fuq kull pajp tal-karburant taż-żejt, sabiex jekk ikollu ħsara, iż-żejt ikun jista’ joħroġ mit-tank tal-ħżin, mit-tank tas-sedimentazzjoni taż-żejt jew mit-tank li jintuża għas-servizz ta’ kuljum, li jkollu kapaċità ta’ 500 litru jew aktar, li jkun jinsab fuq il-qiegħ doppju, u dan għandu jsir direttament fuq it-tank li jkun jista’ jingħalaq minn pożizzjoni sikura ’l barra mill-ispazju kkonċernat fil-każ li jkun hemm nar fl-ispazju li fih ikunu jinsabu tali tankijiet. Fil-każ speċjali tat-tankijiet fondi li jkunu jinsabu fi kwalunkwe xaft jew mina tal-pajpijiet jew fi spazju simili, it-tank għandu jkun mgħammar bil-valvijiet iżda l-kontroll fil-każ ta’ nar ikun jista’ jsir permezz ta’ valv addizzjonali fuq il-pajp jew il-pajpijiet barra l-mina jew fi spazju simili. Jekk tali valv addizzjonali jitwaħħal fl-ispazju tal-makkinarju għandu jitħaddem minn pożizzjoni li tkun barra dan l-ispazju.

.1

Fil-vapuri li nbnew fl-1 ta’ Jannar 2003 jew wara, il-kontroll għat-tħaddim mill-bogħod tal-valv għat-tank tal-karburant tal-ġeneratur ta’ emerġenza għandu jkun jinsab f’pożizzjoni separata mill-kontrolli għat-tħaddim mill-bogħod ta’ valvijiet oħra li jkunu jinsabu fl-ispazji tal-makkinarju.

.2

Fil-vapuri li nbnew fl-1 ta’ Jannar 2012 jew wara li jkollhom tunnellaġġ gross ta’ inqas minn 500, għandu jitwaħħlilhom valv jew vit ’il fuq mill-qiegħ doppju.

.3

Fil-vapuri li nbnew qabel l-1 ta’ Jannar 2012 li jkollhom tunnellaġġ gross ta’ inqas minn 500, il-vit jew il-valv imsemmi fl-ewwel paragrafu għandu jitwaħħal ukoll fit-tankijiet tal-karburant li jkollhom kapaċità ta’ inqas minn 500 litru u li jkunu jinsabu ’l fuq mill-qiegħ doppju, mhux iktar tard mill-ewwel stħarriġ perjodiku fl-1 ta’ Jannar 2012 jew wara.

.6

Għandhom jiġu pprovduti mezzi sikuri u effiċjenti biex jiġi żgurat l-ammont ta’ karburant taż-żejt li jkun fih tank tal-karburant taż-żejt.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D:

.1

Il-pajpijiet tal-iskandaljar ma għandhomx jieqfu fi kwalunkwe spazju fejn jista’ jkun hemm ir-riskju li jieħu n-nar jew li jaqa’ mill-pajp tal-iskandaljar. B’mod partikolari, ma għandhomx jintemmu fl-ispazji tal-passiġġieri jew tal-ekwipaġġ. Bħala regola ġenerali, il-pajpijiet tal-iskandaljar ma għandhomx jispiċċaw fl-ispazji tal-makkinarju. Madanakollu, jekk l-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera tikkunsidra li r-rekwiżiti imsemmija l-aħħar ma jkunux prattikabbli, tista’ tippermetti li l-pajpijiet tal-iskandaljar jispiċċaw fl-ispazji tal-makkinarju, bil-kundizzjoni li r-rekwiżiti li ġejjin jiġu ssodisfati:

.1.1

barra minn hekk, jiġi pprovdut gejġ li jkejjel il-livell taż-żejt li jissodisfa r-rekwiżiti tas-subparagrafu.2.6.2;

.1.2

il-pajpijiet tal-iskandaljar jispiċċaw f’postijiet li jkunu ’l bogħod minn perikli li jieħdu n-nar sakemm ma jittiħdux prekawzjonijiet, bħat-twaħħil ta’ skrins effettivi, sabiex jiġi evitat li l-karburant taż-żejt f’każ ta’ tixrid mit-truf tal-pajpijiet tal-iskandaljar jiġu f’kuntatt ma’ sors ta’ tqabbid;

.1.3

it-truf tal-pajpijiet tal-iskandaljar ikunu mgħammra b’apparati awtomatiċi tal-għeluq u b’vit tal-kontroll b’dijametru żgħir li jagħlaq awtomatikament li jkun jinsab taħt l-apparat awtomatiku tal-għeluq bl-iskop li jiġi żgurat li qabel jinfetaħ, dak il-karburant taż-żejt ma jkunx preżenti. Għandhom jittieħdu miżuri li jiżguraw li kull tixrid ta’ karburant taż-żejt mill-vit tal-kontroll ma jkun jinvolvi l-ebda periklu ta’ tqabbid.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.2

Jistgħu jiġu permessi mezzi oħra li jiżguraw il-kontroll tal-ammont ta’ karburant taż-żejt li jkun hemm ġo tank tal-karburant taż-żejt jekk tali mezzi ma jeħtiġux penetrazzjoni taħt l-għatu tat-tank, u diment li jekk ikun hemm ħsara jew it-tankijiet ifuru l-karburant ma jitħalliex joħroġ.

.3

Il-mezzi preskritti fis-subparagrafu.2.6.2 għandhom jinżammu fil-kundizzjoni xierqa sabiex jiġi żgurat li jibqgħu jiffunzjonaw b’mod preċiż fis-servizz.

.7

Għandu jkun hemm dispożizzjonijiet sabiex tiġi evitata pressjoni żejda fi kwalunkwe tank taż-żejt jew fi kwalunkwe parti tas-sistema tal-karburant taż-żejt, inkluż il-pajpijiet tal-mili fornuti mill-pompi abbord. Kwalunkwe valv għar-rilaxx tal-pressjoni u pajp għall-arja u għat-tifwir għandu jarmi f’pożizzjoni fejn ma hemmx riskju ta’ nar jew splużjoni mill-ħruġ taż-żjut u fwar u ma għandux iwassal għall-ispazji tal-ekwipaġġ, spazji tal-passiġġieri u lanqas fi spazji ta’ kategorija speċjali, spazji ro-ro magħluqa, spazji tal-makkinarju jew spazji bħal dawn, li jinsabu fil-vapuri li nbnew fl-1 ta’ Jannar 2003 jew wara.

.8

Il-pajpijiet tal-karburant taż-żejt u l-valvijiet u t-tagħmir tagħhom għandhom ikunu tal-azzar jew materjal ieħor approvat, għajr l-użu ristrett ta’ pajpijiet flessibbli li jista’ jiġi permess. Tali pajpijiet flessibbli u partijiet li jeħlu mat-truf għandhom ikunu magħmula minn materjali approvati li jirreżistu n-nar u li jkunu ta’ saħħa xierqa.

Għall-valvijiet, imwaħħla mat-tankijiet tal-karburant taż-żejt u li jkunu taħt pressjoni statika, jistgħu jiġu aċċettati l-azzar jew il-ħadid fondut bil-grafit sferojdali. Madankollu, jistgħu jintużaw valvijiet tal-ħadid fondut ordinarju fis-sistemi tal-pajpijiet, fejn il-pressjoni tad-disinn tkun anqas minn seba’ (7) bar u t-temperatura tad-disinn tkun anqas minn 60 °C.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D:

.9

Il-linji esterni kollha tal-forniment tal-karburant taż-żejt bi pressjoni għolja bejn il-pompi tal-karburant bi pressjoni għolja u l-injetturi tal-karburant għandhom jiġu protetti b’sistema tal-pajpijiet miksija li tkun kapaċi żżomm il-karburant milli joħroġ f’każ ta’ ħsara fil-linja tal-pressjoni għolja. Pajp miksi jinkludi pajp fuq barra li fih jitpoġġa pajp tal-karburant bi pressjoni għolja li jifforma assemblaġġ permanenti. Is-sistema tal-pajpijiet miksija għandha tinkludi mezz għall-ġbir tat-tnixxijiet u għandhom jiġu pprovduti arranġamenti biex jingħata allarm fejn ikun hemm ħsara f’linja tal-karburant.

.10

Is-superfiċi kollha b’temperaturi ’l fuq minn 220 °C li jistgħu jiġu affettwati b’riżultat ta’ ħsara fis-sistema tal-karburant għandhom jiġu iżolati b’mod xieraq.

.11

Il-linji tal-karburant taż-żejt għandhom jiġu skrinjati jew inkella protetti b’mod adattat sabiex jevitaw sa fejn ikun prattikabbli li jkun hemm sprej taż-żejt jew tnixxija taż-żejt fuq superfiċi jaħarqu, f’toqob tal-makkinarju li jiġbdu l-arja, jew sorsi oħra ta’ tqabbid. In-numru ta’ ġonot f’tali sistemi tal-pajpijiet għandu jinżamm għal minimu.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D LI NBNEW FL-1 TA’ JANNAR 2003 JEW WARA:

.12

Il-linji tal-karburant taż-żejt ma għandhomx ikunu jinsabu immedjatament fuq jew madwar unitajiet ta’ temperatura għolja, fosthom il-bojlers, il-pajpijiet tal-fwar, il-manifolds tal-egżost, is-silencers, jew tagħmir ieħor li jkun meħtieġ li jiġi iżolat. Sa fejn ikun prattikabbli, il-linji tal-karburant taż-żejt għandhom jiġu rranġati ’l bogħod mis-superfiċe jaħarqu, mill-installazzjonijiet tal-elettriku jew minn sorsi oħra tat-tqabbid u għandhom jiġu skrinjati jew inkella protetti b’mod xieraq sabiex jevitaw l-isprej taż-żejt jew it-tnixxija taż-żejt fuq is-sorsi tat-tqabbid. In-numru ta’ ġonot f’tali sistemi tal-pajpijiet għandu jinżamm għal minimu.

.13

Il-komponenti ta’ sistema tal-karburant ta’ magna diżil għandhom jiġu ddisinjati wara li titqies l-pressjoni massima milħuqa li tgħaddi minnha fis-servizz, inkluż l-flussi ta’ pressjoni għolja li jiġu ġġenerati u trażmessi lura fil-linji tal-provvista tal-karburant u tat-tnixxija bl-azzjoni tal-pompi tal-injezzjoni tal-karburant. Il-konnessjonijiet fil-linji tal-provvista tal-karburant u tat-tnixxija għandhom jinbnew wara li jitqies kemm dawn ikunu kapaċi li jimpedixxu t-tnixxija tal-karburant taż-żejt bi pressjoni għolja meta jkunu fis-servizz u wara l-manutenzjoni.

.14

Fl-installazzjonijiet b’ħafna magni li jkunu fornuti mill-istess sors ta’ karburant, għandhom jiġu pprovduti l-mezzi għall-iżolament tal-provvista tal-karburant u tal-pajpijiet tat-tnixxija għall-magni individwali. Il-mezzi tal-iżolazzjoni ma għandhomx jaffettwaw it-tħaddim tal-magni l-oħra u għandhom jaħdmu minn pożizzjoni li ma tkunx saret inaċċessibbli minn nar f’kull waħda mill-magni.

.15

Fejn l-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera tista’ tippermetti it-twassil taż-żejt u ta’ likwidi kombustibbli mill-ispazji tal-akkomodazzjoni u tas-servizz, il-pajpijiet li jwasslu ż-żejt jew il-likwidi kombustibbli għandhom ikunu magħmula b’materjal approvat mill-Amministrazzjoni wara li jkun ġie kkunsidrat r-riskju ta’ nirien.

.16

Il-vapuri eżistenti tal-klassi B għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-paragrafi.2.9 sa.2.11, ħlief li għall-magni li jkollhom potenza ta’ 375 kW jew anqas u li jkollhom pompi tal-injezzjoni tal-karburant li jaqdu aktar minn injettatur wieħed, bħala alternattiva għas-sistema ta’ pajpijiet miksija msemmija fil-paragrafu.2.9. tista’ tintuża xi forma ta’ għeluq ieħor.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.3

Arranġamenti għaż-żejt lubrifikanti

L-arranġamenti għall-ħżin, għad-distribuzzjoni u għall-użu taż-żejt li jintuża fis-sistemi tal-lubrifikazzjoni bil-pressjoni għandhom ikunu tali li jiżguraw is-sikurezza tal-vapur u tal-persuni abbord, u tali arranġamenti fl-ispazji tal-makkinarju għandhom tal-anqas jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tal-paragrafi.2.1,.2.4,.2.5,.2.6,.2.7,.2.8,.2.10 u.2.11, għajr li:

.1

dan ma jipprekludix l-użu ta’ ħġieġ għall-kontroll tal-livelli (sight-flow glasses) fis-sistemi tal-lubrifikazzjoni diment li jintwera b’test li jkollhom grad adattat ta’ reżistenza għan-nar. Jekk jintuża ħġieġ għall-kontroll tal-livelli, il-pajp għandu jiġi pprovdut b’valvijiet fiż-żewġ truf. Il-valv fit-tarf ta’ taħt tal-pajp għandu jkun ta’ tip li jagħlaq awtomatikament;

.2

il-pajpijiet tal-iskandaljar jistgħu jiġu awtorizzati fl-ispazji tal-makkinarju; ir-rekwiżiti tal-paragrafi 2.6.1.1 u 2.6.1.3 ma hemmx bżonn jiġu applikati, bil-kundizzjoni li l-pajpijiet tal-iskandaljar ikunu mgħammra b’mezzi xierqa tal-għeluq.

Għall-vapuri li nbnew fl-1 ta’ Jannar 2003 jew wara, id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 10.2.5 għandhom japplikaw ukoll għat-tankijiet taż-żejt lubrifikanti ħlief dawk li jkollhom kapaċità ta’ anqas minn 500 litru, it-tankijiet tal-ħżin li l-valvijiet fuqhom jingħalqu waqt it-tħaddim normali tal-vapur jew fejn jiġi determinat li t-tħaddim mhux intenzjonat ta’ valv li jagħlaq malajr fuq it-tank taż-żejt lubrifikanti jipperikola t-tħaddim sikur tal-propulsjoni prinċipali u l-makkinarju awżiljarju essenzjali.

.4

Arranġamenti għal żjut oħra li jieħdu n-nar

L-arranġamenti għall-ħżin, għad-distribuzzjoni u għall-użu ta’ żjut oħra li jieħdu n-nar u li jintużaw taħt pressjoni fis-sistemi tat-trażmissjoni motorizzata, fis-sistemi tal-kontroll u tal-attivazzjoni u fis-sistemi tat-tisħin għandhom ikunu tali li jiżguraw is-sikurezza tal-vapur u tal-persuni abbord. F’postijiet fejn ikun hemm mezzi għat-tqabbid, tali arranġamenti għandhom tal-anqas jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tal-paragrafi.2.4,.2.6,.2.10 u.2.11, kif ukoll mad-dispożizzjonijiet tal-paragrafi.2.7 u.2.8 fir-rigward is-saħħa u l-bini.

.5

Spazji tal-makkinarju li perjodikament ma jkollhomx nies magħhom

Flimkien mar-rekwiżiti tad-dispożizzjonijiet 1 sa 4, is-sistemi tal-karburant taż-żejt u taż-żejt lubrifikanti għandhom jikkonformaw ma’ dan li ġej:

.1

fejn it-tankijiet tal-karburant taż-żejt tas-servizz ta’ kuljum jimtlew awtomatikament, jew bil-kontroll mill-bogħod, għandhom jiġu pprovduti mezzi biex jevitaw it-tixrid minn forniment żejjed. Tagħmir ieħor li jittratta l-likwidi li jieħdu n-nar awtomatikament, eż. purifikaturi tal-karburant taż-żejt, kull meta jkun prattikabbli, għandu jiġi installat fi spazju speċjali riżervat għall-purifikaturi u għat-tagħmir tat-tisħin tagħhom, u għandu jkollu arranġamenti biex jipprevjenu t-tixrid minn forniment żejjed;

.2

fejn it-tankijiet tal-karburant taż-żejt tas-servizz ta’ kuljum jew it-tankijiet għall-ġbir tas-sedimentazzjoni jkunu mgħammra b’arranġamenti tat-tisħin, għandu jiġi pprovdut allarm għat-temperatura għolja jekk il-punt ta’ fjammabbiltà tal-karburant taż-żejt ikun jista’ jinqabeż.

.6

Projbizzjoni tal-ġarr ta’ żjut li jieħdu n-nar f’tankijiet tal-pruwa nett.

Iż-żejt tal-karburant, iż-żejt tal-lubrikazzjoni u żjut oħra li jieħdu n-nar ma għandhomx jinġarru fit-tankijiet li jinsabu fil-pruwa nett.

11.   Ir-Regolament II-2/A/11: Ilbies tal-ħaddiem tat-tifi tan-nar (R 17)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.1

Għall-vapuri li nbnew qabel l-1 ta’ Lulju 2019, l-ilbies tal-ħaddiem tat-tifi tan-nar għandu jikkonsisti minn:

.1.1

Tagħmir personali li jinkludi:

.1

ilbies protettiv magħmul minn materjal li jipproteġi l-ġilda mis-sħana li toħroġ min-nar kif ukoll mill-ħruq u mit-tismit bil-fwar. Is-superfiċe ta’ barra għandha tkun reżistenti għall-ilma;

.2

bwiez u ingwanti tal-lastku jew materjal ieħor li ma jkunux konduttivi għall-elettriku;

.3

elmu riġidu li joffri protezzjoni effettiva mill-impatt;

.4

lampa elettrika tas-sikurezza (lanterna tal-idejn) ta’ tip approvat li tixgħel għal perjodu minimu ta’ tliet sigħat;

.5

mannara tal-ħaddiem tat-tifi tan-nar.

.1.2

Apparat tat-teħid tan-nifs ta’ tip approvat li jikkonsisti minn apparat awtonomu tat-teħid tan-nifs li jaħdem bl-arja kompressa (SCBA), fejn il-volum tal-arja fiċ-ċilindri għandu jkun tal-anqas 1 200 litru, jew apparat awtonomu ieħor tat-teħid tan-nifs li għandu jkun kapaċi jiffunzjona għal mill-anqas 30 minuta. Kull SCBA għandu jiġi pprovdut b’ċilindri b’karika sħiħa ta’ riżerva li għandu jkollhom kapaċità tal-ħżin ta’ mill-inqas 2 400 litru ta’ arja libera għajr:

(i)

jekk il-vapur ikun qed iġorr ħames SCBA jew aktar, il-kapaċità totali tal-ħżin ta’ arja libera ma hemmx bżonn taqbeż id-9 600 litru; jew

(ii)

jekk il-vapur ikun mgħammar b’mezzi biex jikkarga mill-ġdid bl-arja ċ-ċilindri tal-arja bil-pressjoni kollha, mingħajr kontaminazzjoni, il-kapaċità tal-ħżin taż riżerva taċ-ċilindri b’kariga sħiħa ta’ kull SCBA għandha tkun tal-anqas 1 200 litru ta’ arja libera, u l-kapaċità totali tal-ħżin ta’ riżerva ta’ arja libera pprovduta fil-vapur ma għandhiex tkun meħtieġa taqbeż l-4 800 litru ta’ arja libera.

Iċ-ċilindri tal-arja kollha għall-SCBA għandhom ikunu interkambjabbli.

.1.3

Sal-1 ta’ Lulju 2019, l-apparat awtonomu tat-teħid tan-nifs li jaħdem bl-arja kompressa tal-ilbies tal-ħaddiem tat-tifi tan-nar għandu jkun konformi mal-paragrafu 2.1.2.2 tal-Kapitolu 3 tal-Kodiċi għas-Sistemi tas-Sikurezza Kontra n-Nirien.

.1 a

Għall-vapuri li nbnew fl-1 ta’ Lulju 2019 jew wara, l-ilbies tal-ħaddiem tat-tifi tan-nar għandu jkun konformi mal-Kodiċi għas-Sistemi tas-Sikurezza Kontra n-Nirien. Kull apparat tat-teħid tan-nifs għandu jiġi pprovdut b’ċilindri ta’ riżerva b’karika sħiħa li jkollhom kapaċità tal-ħżin ta’ riżerva ta’ mill-inqas 2 400 litru ta’ arja libera għajr:

(i)

jekk il-vapur ikun qed iġorr ħames apparati tat-teħid tan-nifs jew aktar, il-kapaċità totali tal-ħżin ta’ arja libera ma hemmx bżonn taqbeż id-9 600 litru; jew

(ii)

jekk il-vapur ikun mgħammar b’mezzi biex jikkarga mill-ġdid bl-arja ċ-ċilindri tal-arja bil-pressjoni kollha, mingħajr kontaminazzjoni, il-kapaċità tal-ħżin taż riżerva taċ-ċilindri b’kariga sħiħa ta’ kull apparat tat-teħid tan-nifs għandha tkun tal-anqas 1 200 litru ta’ arja libera, u l-kapaċità totali tal-ħżin ta’ riżerva ta’ arja libera pprovduta fil-vapur ma għandhiex tkun meħtieġa taqbeż l-4 800 litru.

.2

Għal kull apparat tat-teħid tan-nifs għandha tiġi pprovduta siegla tas-salvataġġ li tirreżisti n-nar ta’ tul u ta’ saħħa suffiċjenti li tista’ titwaħħal permezz ta’ ganċ li jingħalaq mal-irbit tal-apparat jew ma’ ċintorin separat sabiex jimpedixxi li l-apparat tat-teħid tan-nifs jinqala’ meta titħaddem is-siegla tas-salvataġġ.

.3

Il-vapuri ġodda u dawk eżistenti tal-klassi B u l-vapuri ġodda tal-klassijiet C u D b’tul ta’ 40 metru u aktar għandhom iġorru tal-anqas żewġt ilbiesi tal-ħaddiema tat-tifi tan-nar.

.1

Fil-vapuri b’tul ta’ 60 metru u aktar, għandhom jiġu pprovduti wkoll, jekk l-aggregat tat-tulijiet tal-ispazji tal-passiġġieri u tal-ispazji tas-servizz kollha fuq il-gverta li jkollha tali spazji ikun ta’ aktar minn 80 metru, jew, jekk hemm aktar minn gverta waħda ta’ dan it-tip, fuq il-gverta li jkollha l-akbar aggregat ta’ tali tulijiet, żewġt ilbiesi tal-ħaddiema tat-tifi tan-nar u żewġ settijiet ta’ tagħmir personali għal kull 80 metru, jew parti minnhom, ta’ tali aggregat ta’ tulijiet.

Fil-vapuri li jġorru aktar minn 36 passiġġier, għandhom jiġu pprovduti żewġt ilbiesi addizzjonali tal-ħaddiema tat-tifi tan-nar għal kull żona vertikali prinċipali, ħlief għall-imgħalaq tat-turġien li jikkostitwixxu żoni vertikali prinċipali individwali u għaż-żoni vertikali prinċipali b’tul limitat fil-parti ta’ quddiem u ta’ wara ta’ vapur li ma jinkludux l-ispazji tal-akkomodazzjoni, l-ispazji tal-makkinarju jew il-kċejjen prinċipali.

.2

Fil-vapuri b’tul ta’ 40 metru u aktar iżda anqas minn 60 metru, għandhom jiġu pprovduti żewġt ilbiesi tal-ħaddiema tat-tifi tan-nar.

.3

Fil-vapuri ġodda u dawk eżistenti tal-klassi B b’tul ta’ anqas minn 40 metru, għandhom jiġu pprovduti wkoll żewġt ilbiesi tal-ħaddiema tat-tifi tan-nar, iżda b’karika ta’ riżerva tal-arja waħda biss għall-apparat awtonomu tat-teħid tan-nifs.

.4

Fil-vapuri tal-klassijiet C u D b’tul ta’ anqas minn 40 metru, ma għandu jiġi pprovdut l-ebda lbies tal-ħaddiem tat-tifi tan-nar.

.4 a

Komunikazzjoni bejn il-ħaddiema tat-tifi tan-nar:

Għall-vapuri li abbord huma meħtieġa jġorru mill-inqas tibdila waħda tal-ilbies tal-ħaddiema tat-tifi tan-nar u li nbnew fl-1 ta’ Jannar 2018 jew wara, għandhom jinġarru abbord tal-anqas żewġ radjutelefowns portabbli bidirezzjonali għal kull parti tat-tifi tan-nar għall-komunikazzjoni bejn il-ħaddiema tat-tifi tan-nar. Fil-każ tal-vapuri li jaħdmu bl-LNG jew tal-vapuri ro-ro tal-passiġġieri li jkollhom spazji ro-ro magħluqin jew spazji ta’ kategorija speċjali, dawk ir-radjutelefowns portabbli bidirezzjonali għandhom ikunu ta’ tip li jiflaħ għall-isplużjonijiet jew ikunu intrinsikament sikuri. Il-vapuri li nbnew qabel l-1 ta’ Jannar 2018 għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tar-Regolament II-2/A/11 sa mhux iktar tard minn meta jsir l-ewwel stħarriġ wara l-1 ta’ Lulju 2019.

.5

L-ilbies tal-ħaddiema tat-tifi tan-nar jew is-settijiet ta’ tagħmir personali għandhom jinħażnu b’tali mod li jkunu aċċessibbli faċilment u lesti biex jintużaw u, meta tinġarr aktar minn tibdila waħda tal-ilbies tal-ħaddiema tat-tifi tan-nar jew aktar minn sett wieħed ta’ tagħmir personali, dawn għandhom jinħażnu f’pożizzjonijiet separati ferm. Tal-anqas tibdila waħda tal-ilbies tal-ħaddiema tat-tifi tan-nar u sett wieħed ta’ tagħmir personali għandhom ikunu disponibbli fi kwalunkwe pożizzjoni tali.

.6

Meta l-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera tikkonsidra li d-dispożizzjonijiet tal-ġarr fir-Regolament II-2/A/11 ma jkunux raġonevoli u/jew ma jkunux adattati teknikament abbord vapur, tali vapur jista’, f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 9(3) tad-Direttiva 2009/45/KE, jiġi eżentat minn rekwiżit wieħed jew aktar fir-Regolament II-2/A/11.

12.   Ir-Regolament II-2/A/12: Oġġetti varji (R 18)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.1

Fejn id-diviżjonijiet tal-klassi “A” jiġu ppenetrati biex jgħaddu l-kejbils tal-elettriku, il-pajpijiet, it-trunklines, il-kanali, eċċ., jew għal travi tal-ħadid li jirfdu s-saqaf (girders), travi jew membri strutturali oħra, għandhom isiru arranġamenti biex jiżguraw li r-reżistenza għan-nar ma tiġix imfixkla sa fejn ikun raġonevoli u prattikabbli.

Għall-vapuri li nbnew fl-1 ta’ Jannar 2003 jew wara, fejn id-diviżjonijiet tal-klassi “A” jkunu ppenetrati, tali penetrazzjonijiet għandhom jiġu ttestjati f’konformità mal-Kodiċi tal-Proċeduri tat-Test tan-Nar, sabiex jiġi żgurat li r-reżistenza għan-nar tad-diviżjonijiet ma tiġix imfixkla.

Fil-każ tal-kanali tal-ventilazzjoni, japplikaw ir-Regolament II-2/B/9, is-subparagrafu.1.4; ir-Regolament II-2/B/9, is-subparagrafu.2.2a; ir-Regolament II-2/B/9, is-subparagrafu.2.2b; ir-Regolament II-2/B/9, il-punt.3; ir-Regolament II-2/B/9a, is-subparagrafu.1.2; u r-Regolament II-2/B/9a, is-subparagrafu.3.1 kif ikun xieraq.

Madankollu, fejn il-penetrazzjoni tal-pajp tkun tal-azzar jew materjal ekwivalenti li jkollu ħxuna ta’ tliet (3) mm jew aktar u tul ta’ mhux anqas minn 900 mm (preferibbilment 450 mm fuq kull naħa tad-diviżjoni) u ma jkollu l-ebda fetħa, l-ittestjar ma jkunx meħtieġ.

Tali penetrazzjonijiet għandhom ikunu iżolati b’mod adattat bl-estensjoni tal-iżolazzjoni fl-istess livell tad-diviżjoni.

.2

Fejn id-diviżjonijiet tal-klassi “B” jiġu ppenetrati biex jgħaddu l-kejbils tal-elettriku, il-pajpijiet, it-trunklines, il-kanali, eċċ., jew jitwaħħlu t-terminals tal-ventilazzjoni, it-tagħmir tad-dawl u apparati simili, għandhom isiru arranġamenti biex jiżguraw li r-reżistenza għan-nar ma tiġix imfixkla sa fejn ikun raġonevoli u prattikabbli. Fil-vapuri li nbnew fl-1 ta’ Jannar 2003 jew wara għal tali penetrazzjonijiet għandhom isiru arranġamenti biex jiżguraw li r-reżistenza għan-nar tad-diviżjonijiet ma tiġix imfixkla.

Pajpijiet li mhumiex tal-azzar jew tar-ram li jippenetraw mid-diviżjonijiet tal-klassi “B” għandhom ikunu protetti:

.1

b’apparat tal-penetrazzjoni ttestjat li jirreżisti għan-nar, li jkun adattat għar-reżistenza f’każ ta’ nar fid-diviżjoni ppenetrata u għat-tip ta’ pajp li jkun intuża; jew inkella

.2

bi sleeve tal-azzar, li jkollha ħxuna ta’ mhux anqas minn 1,8 mm u tul ta’ mhux anqas minn 900 mm għal pajpijiet b’dijametru ta’ 150 mm jew aktar u mhux anqas minn 600 mm għal pajpijiet b’dijametru ta’ anqas minn 150 mm (preferibbilment diviżi ugwalment fuq kull naħa tad-diviżjoni).

Il-pajp għandu jiġi konness fit-truf tas-sleeve bi flanġi jew b’couplings jew l-ispazju bejn is-sleeve u l-pajp ma għandhiex taqbeż 2,5 mm jew kwalunkwe spazju bejn il-pajp u s-sleeve għandu jiġi mimli b’materjal mhux kombustibbli jew materjal adattat ieħor.

.3

Il-pajpijiet li jippenetraw id-diviżjonijiet tal-klassi “A” jew “B” għandhom ikunu magħmula minn materjali approvati wara li titqies it-temperatura li tali diviżjonijiet huma meħtieġa jifilħu għaliha.

Fil-vapuri li nbnew fl-1 ta’ Jannar 2003 jew wara, il-pajpijiet metalliċi mhux iżolati li jippenetraw diviżjonijiet tal-klassi “A” jew “B” ma għandhomx ikunu magħmula minn materjali li jkollhom temperatura tat-tidwib li taqbeż id-950 °C għad-diviżjonijiet tal-klassi “A-0” u t-850 °C għad-diviżjonijiet tal-klassi “B-0”.

.4

Fl-ispazji tal-akkomodazzjoni, fl-ispazji tas-servizz jew fl-istazzjonijiet tal-kontroll, il-pajpijiet maħsuba għat-twassil taż-żejt jew ta’ likwidi oħra li jieħdu n-nar għandhom ikunu magħmula minn materjal adattat u għandu jkollhom kostruzzjoni adattata għar-riskju tan-nar.

.5

Il-materjali li ma jibqgħux effettivi minħabba s-sħana ma għandhomx jintużaw għal toqob li jitfgħu fil-baħar, għar-rilaxxi sanitarji u għal toqob oħra li jkunu qrib il-linja sa fejn jasal l-ilma u fejn il-falliment tal-materjal fil-każ ta’ nar jagħti lok għal periklu ta’ tgħarriq.

.6

Ir-radjaturi elettriċi, jekk jintużaw, għandhom jitwaħħlu f’pożizzjoni u għandhom jinbnew b’tali mod li b’hekk jitnaqqas kemm jista’ jkun ir-riskju ta’ nar. L-ebda wieħed minn dawn ir-radjaturi ma għandu jkun mgħammar b’element li jkun espost b’tali mod li l-ħwejjeġ, il-purtieri, jew materjali simili oħra jkunu jistgħu jinħarqu jew jieħdu n-nar minħabba s-sħana mill-element.

.7

Ir-reċipjenti tal-iskart kollha għandhom jinbnew b’materjali mhux kombustibbli u bl-ebda fetħa fil-ġnub jew fil-qiegħ.

.8

Fi spazji fejn il-penetrazzjoni ta’ prodotti taż-żejt tkun possibbli, is-superfiċi tal-iżolazzjoni għandha tkun ta’ tip impermeabbli għaż-żejt jew għall-fwar taż-żejt.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET A, B, C u D: Fi spazji fejn hemm riskju ta’ titjir ta’ żjut jew ta’ fwar taż-żejt, pereżempju fl-ispazji tal-makkinarju tal-kategorija A, is-superfiċe tal-materjal tal-iżolazzjoni għandha tkun impermeabbli għaż-żejt u għall-fwar taż-żejt. Meta jkun hemm kopertura b’kisja tal-azzar mhux ipperforat jew b’materjali mhux kombustibbli oħra (mhux l-aluminju) li tkun is-superfiċe fiżika finali, tali kopertura tista’ tiġġannat permezz ta’ tgħaqqid xifer ma’ xifer, irbattar, eċċ.

.9

Il-kabinetti taż-żebgħa u l-kabinetti tal-likwidi li jieħdu n-nar għandhom ikunu protetti b’arranġament approvat tat-tifi tan-nar, li jippermetti lill-ekwipaġġ jitfi n-nar mingħajr ma jkollu jidħol fl-ispazju.

Fil-vapuri li nbnew fill-1 ta’ Jannar 2003 jew wara:

.1

Il-kabinetti taż-żebgħa għandhom ikun protetti b’waħda minn dawn is-sistemi:

.1.1

sistema tad-diossidu tal-karbonju, iddisinjata biex tagħti volum minimu ta’ gass liberu ugwali għal 40 % tal-volum gross tal-ispazju protett;

.1.2

sistema tat-trab niexef, iddisinjata għal mill-anqas 0,5 kg trab/m3;

.1.3

sistema li tispara l-ilma jew sistema ta’ bexxixiet, iddisinjata għal ħames (5) litri/m2 min. Is-sistemi li jisparaw l-ilma jistgħu jiġu konnessi mal-mejn tan-nar tal-vapur; jew

.1.4

sistema li tipprovdi protezzjoni ekwivalenti, kif stabbilit mill-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera.

Fi kwalunkwe każ, is-sistema għandha tkun tista’ titħaddem minn barra l-ispazju protett.

.2

Il-kabinetti tal-likwidu li jieħu n-nar għandhom jiġu protetti b’arranġament xieraq tat-tifi tan-nar approvat mill-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera.

.3

Għall-kabinetti b’erja tal-gverta ta’ anqas minn 4 m2, li ma jagħtux aċċess għall-ispazji tal-akkomodazzjoni, minflok sistema fissa jista’ jiġi aċċettat apparat tat-tifi tan-nar tad-diossidu tal-karbonju li jista’ jinġarr u li jkollu daqs tali biex jipprovdi volum minimu ta’ gass liberu ugwali għal 40 % tal-volum gross tal-ispazju.

Għandu jkun hemm fetħa mal-ġenb tal-kabinett li tippermetti l-ħruġ tal-apparat tat-tifi tan-nar mingħajr ma jkun hemm għalfejn tidħol fl-ispazju protett. L-apparat meħtieġ tat-tifi tan-nar li jista’ jinġarr għandu jkun stivat maġenb il-fetħa. Alternattivament, fetħa jew konnessjoni tal-manka jistgħu jiġu pprovduti biex jiġi ffaċilitat l-użu tal-ilma tal-mejn tan-nar.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET A, B, C U D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.10

Apparat għall-qali, għat-togħlija u għax-xiwi:

Meta l-apparat għall-qali, għat-togħlija u għax-xiwi jkun installat u jintuża fi spazji barra l-kċina prinċipali, l-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera għandha timponi miżuri oħra tas-sikurezza fir-rigward tal-perikli speċifiċi tan-nirien assoċjati ma’ dan it-tip ta’ tagħmir.

Fil-vapuri li nbnew fl-1 ta’ Jannar 2003 jew wara, l-apparat għall-qali, għat-togħlija u għax-xiwi għandu jkun mgħammar b’li ġej:

.1

sistema awtomatika jew manwali tat-tifi tan-nar ittestjata skont standard internazzjonali f’konformità mal-Pubblikazzjoni ISO 15371:2000 dwar is-sistemi tat-tifi tan-nar għall-protezzjoni ta’ tagħmir fil-kċejjen għall-qali, għat-togħlija u għax-xiwi;

.2

termostat primarju u ieħor ta’ riżerva b’allarm biex javża lill-operatur fil-każ ta’ ħsara ta’ kwalunkwe termostat;

.3

arranġamenti biex l-enerġija elettrika tinqata’ awtomatikament malli tiġi attivata s-sistema tat-tifi tan-nar;

.4

allarm li jindika li s-sistema tat-tifi tan-nar fil-kċina fejn ikun installat it-tagħmir qed taħdem; u

.5

kontrolli għat-tħaddim manwali tas-sistema tat-tifi tan-nar, li jkunu mmarkati b’mod ċar għall-użu fil-pront mill-ekwipaġġ.

Fil-vapuri li nbnew qabel l-1 ta’ Jannar 2003, l-installazzjonijiet ġodda għat-tagħmir għall-qali, għat-togħlija u għax-xiwi għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ dan il-paragrafu.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET A, B, C u D:

.11

Pontijiet tas-sħana:

Fl-implimentazzjoni ta’ miżuri kontra n-nar, għandhom jittieħdu passi mill-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera biex jimpedixxu t-trasferiment tas-sħana mill-pontijiet tas-sħana, pereżempju bejn il-gverti u l-paratiji.

Fil-vapuri li nbnew fl-1 ta’ Jannar 2003 jew wara, l-iżolazzjoni ta’ gverta jew ta’ paratija għandha ssir lil hinn mill-punt tal-penetrazzjoni, tal-intersezzjoni jew tat-terminal għal distanza ta’ mill-anqas 450 mm fil-każ ta’ strutturi tal-azzar u tal-aluminju. Jekk spazju jiġi diviż bi gverta jew b’paratija ta’ standard ta’ klassi “A” b’iżolazzjoni ta’ valuri differenti, l-iżolazzjoni bl-ogħla valur għandha tkompli fuq il-gverta jew il-paratija bl-iżolazzjoni tal-inqas valur għal distanza ta’ mill-inqas 450 mm.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET A, B, C U D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.12

Kontenituri tal-gass bi pressjoni għolja:

Il-kontenituri tal-gass kollha li jistgħu jinġarru u li jkunu kompressi, likwifikati jew diżaggregati taħt pressjoni, li jistgħu jalimentaw nar possibbli, għandhom jitpoġġew f’post adattat immedjatament wara li jintużaw fuq il-gverta tal-paratija, minn fejn ikun hemm aċċess dirett għall-gverta miftuħa.

13.   Ir-Regolament II-2/A/13: Pjanijiet tal-kontroll tan-nar (R 20)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.1

Fil-vapuri kollha, il-pjanijiet tal-arranġamenti ġenerali għandhom ikunu esposti b’mod permanenti għall-gwida tal-uffiċjali tal-vapur, u għandhom juru b’mod ċar l-istazzjonijiet tal-kontroll għal kull gverta, it-taqsimiet varji magħluqa tan-nar b’diviżjonijiet tal-klassi “A”, it-taqsimiet magħluqa b’diviżjonijiet tal-klassi “B” flimkien mad-dettalji tas-sistemi tal-individwazzjoni tan-nar u tal-allarm tan-nar, l-installazzjoni ta’ bexxixiet, l-apparati tat-tifi tan-nar, il-mezzi ta’ aċċess għall-kompartimenti differenti, għall-gverti, eċċ u s-sistema tal-ventilazzjoni li tinkludi dettalji dwar il-pożizzjonijiet tal-kontroll tal-fann, il-pożizzjoni tal-barrieri u n-numri tal-identifikazzjoni tal-fannijiet tal-ventilazzjoni li jservu kull taqsima. Alternattivament, id-dettalji msemmija hawn fuq jistgħu jitniżżlu fi ktejjeb, li għandha tingħata kopja tiegħu lil kull uffiċjal, u kopja waħda għandha l-ħin kollu tkun disponibbli abbord f’pożizzjoni aċċessibbli. Il-pjanti u l-ktejjeb għandhom jinżammu aġġornati, u kwalunkwe tibdil għandu jiġi rreġistrat mill-aktar fis possibbli. Id-deskrizzjonijiet f’tali pjanijiet u ktejjeb għandhom ikunu bil-lingwa uffiċjali tal-Istat tal-bandiera. Jekk il-lingwa ma tkunx la l-Ingliż u lanqas il-Franċiż, għandha tiġi inkluża traduzzjoni f’waħda minn dawn il-lingwi. Fil-każ li l-vapur ikun involut fi vjaġġi domestiċi fi Stat Membru ieħor, għandha tiġi inkluża traduzzjoni fil-lingwa uffiċjali ta’ dak l-Istat tal-port, jekk il-lingwa ma tkunx la l-Ingliż u lanqas il-Franċiż.

Għall-vapuri ġodda tal-klassijiet B, C u D li nbnew fl-1 ta’ Jannar 2003 jew wara, l-informazzjoni li trid tiġi pprovduta mal-pjanti u mal-ktejjeb meħtieġa għall-kontroll tan-nar u s-simboli grafiċi li jridu jintużaw għall-pjanti għall-kontroll tan-nar għandhom ikunu konformi mar-Riżoluzzjonijiet A.756(18) u A.952(23) tal-OMI.

.2

Sett duplikat ta’ pjanti għall-kontroll tan-nar jew ktejjeb li jkun fih tali pjanti għandhom jinħażnu b’mod permanenti f’magħlaq prominenti u mmarkat, li ma jkunx affettwat mit-temp u li jkun jinsab ’l barra mill-kamra ta’ fuq il-gverta għall-assistenza tal-persunal tat-tifi tan-nar li jkun fuq l-art.

14.   Ir-Regolament II-2/A/14: Prontezza operattiva u manutenzjoni

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.1

Rekwiżiti ġenerali

Fil-ħinijiet kollha li l-vapur ikun fis-servizz, is-sistemi tal-protezzjoni kontra n-nirien u s-sistemi u t-tagħmir tat-tifi tan-nar għandhom jinżammu lesti biex jintużaw.

Vapur ma jkunx fis-servizz meta:

.1

ikun daħal għat-tiswijiet jew sorġa (ikun ankrat jew fil-port) jew fil-baċir;

.2

jiġi ddikjarat li mhux fis-servizz mis-sid jew mir-rappreżentant tas-sid; u

.3

jekk ma jkunx hemm passiġġieri abbord.

Is-sistemi tal-protezzjoni min-nar li ġejjin għandhom jinżammu f’kundizzjoni tajba sabiex jiġi żgurat li jagħtu l-prestazzjoni meħtieġa f’każ ta’ nar:

.1.1

Prontezza operattiva

.1

protezzjoni strutturali kontra n-nirien li tinkludi diviżjonijiet li jirreżistu għan-nirien u protezzjoni tal-fetħiet u tal-penetrazzjonijiet f’dawn id-diviżjonijiet;

.2

sistemi tal-individwazzjoni tan-nar u tal-allarm tan-nar; u

.3

sistemi u apparati tal-mezzi tal-ħrib.

Is-sistemi u l-apparati tat-tifi tan-nar għandhom jinżammu f’kundizzjoni ta’ tħaddim tajba u jkunu disponibbli fil-pront għall-użu immedjat. L-apparati tat-tifi tan-nar li jinġarru u li jkunu ġew skarikati għandhom jiġu kkargati mill-ġdid jew sostitwiti immedjatament b’unità ekwivalenti.

.1.2

Manutenzjoni, ittestjar u spezzjonijiet

Il-manutenzjoni, l-ittestjar u l-ispezzjonijiet għandhom isiru abbażi tal-linji gwida fl-MSC/Ċirk.850 tal-OMI u b’manjiera li tqis b’mod xieraq l-iżgurar tal-affidabbiltà tas-sistemi u tal-apparati tat-tifi tan-nar. Għandu jinżamm pjan tal-manutenzjoni abbord il-vapur u għandu jkun disponibbli għall-ispezzjoni, kull meta jkun meħtieġ, mill-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera.

Il-pjan tal-manutenzjoni għandu jinkludi tal-anqas is-sistemi tal-protezzjoni min-nar u s-sistemi u l-apparati tat-tifi tan-nar, fejn ikunu installati:

.1

mejns tan-nar, pompi tan-nar u idranti, inkluż manki u żennuni;

.2

sistemi fissi tal-individwazzjoni tan-nar u tal-allarm tan-nar;

.3

sistemi fissi tat-tifi tan-nar u apparati oħra tat-tifi tan-nar;

.4

sistemi awtomatiċi tal-bexxixiet, tal-individwazzjoni tan-nirien u tal-allarm tan-nirien;

.5

sistemi tal-ventilazzjoni, inkluż barrieri tan-nirien u tad-duħħan, fannijiet u l-kontrolli tagħhom;

.6

għeluq ta’ emerġenza tal-provvista tal-karburant;

.7

bibien li jaqtgħu n-nar, inkluż il-kontrolli tagħhom;

.8

sistemi tal-allarm ta’ emerġenza ġenerali;

.9

apparati tat-teħid tan-nifs waqt ħrib ta’ emerġenza;

.10

apparati tat-tifi tan-nar li jistgħu jinġarru, inkluż kariki ta’ riżerva; u

.11

ilbies tal-ħaddiema tat-tifi tan-nar.

Il-programm tal-manutenzjoni jista’ jkun ibbażat fuq il-kompjuter.

.2

Rekwiżiti addizzjonali

Għall-vapuri ġodda tal-klassijiet B, C u D li nbnew fl-1 ta’ Jannar 2003 jew wara u li jġorru aktar minn 36 passiġġier, pjan tal-manutenzjoni għad-dwal li jkunu qegħdin f’postijiet baxxi u sistemi għat-tgħarrif pubbliku għandu jiġi żviluppat flimkien mal-pjan tal-manutenzjoni imsemmi fil-paragrafu.1.2.

15.   Ir-Regolament II-2/A/15: Struzzjonijiet, taħriġ abbord u proċeduri ta’ prova

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.1

Struzzjonijiet, dmirijiet u organizzazzjoni

.1

Il-membri tal-ekwipaġġ għandhom jirċievu struzzjonijiet dwar is-sikurezza f’każ ta’ nirien abbord il-vapur.

.2

Il-membri tal-ekwipaġġ għandhom jirċievu struzzjonijiet dwar id-dmirijiet assenjati lilhom.

.3

Il-partijiet responsabbli għat-tifi tan-nar għandhom ikunu organizzati. Dawn il-partijiet għandhom ikunu kapaċi jaqdu dmirijiethom f’kull ħin waqt li l-vapur ikun fis-servizz.

.2

Taħriġ abbord u proċeduri ta’ prova

.1

Il-membri tal-ekwipaġġ għandhom jiġu mħarrġa sabiex ikunu familjari mal-arranġamenti tal-vapur kif ukoll mal-lok u mat-tħaddim ta’ kwalunkwe sistema u tagħmir tat-tifi tan-nar li jistgħu jiġu msejħa biex jużaw.

.2

It-taħriġ fl-użu tal-apparati tat-teħid tan-nifs waqt ħrib tal-emerġenza għandu jiġi kkunsidrat bħala parti mit-taħriġ abbord.

.3

Il-prestazzjoni tal-membri tal-ekwipaġġ li ngħataw dmirijiet tat-tifi tan-nar għandhom jiġu evalwati perjodikament billi jsir taħriġ abbord u proċeduri ta’ prova sabiex jiġu identifikati l-oqsma fejn ikun hemm bżonn li jsir titjib, sabiex jiġi żgurat li l-kompetenza fil-kapaċitajiet tat-tifi tan-nar tkun qed tinżamm u sabiex tiġi żgurata l-prontezza operattiva tal-organizzazzjoni tat-tifi tan-nar.

.4

Għandu jiġi ppjanat u mwettaq taħriġ abbord fl-użu tas-sistemi u tat-tagħmir tat-tifi tan-nar tal-vapur f’konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament III/19.4.1 tal-Konvenzjoni SOLAS tal-1974, kif emendata.

.5

Għandhom isiru proċeduri ta’ prova f’każ ta’ nar u għandhom jiġu rreġistrati f’konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti III/19.3.5, III/19.5 u III/30 tal-Konvenzjoni SOLAS tal-1974, kif emendata.

.6

Fil-vapuri soġġetti għar-Regolament II-2/A/11, iċ-ċilindri tal-apparat tat-teħid tan-nifs li jintużaw waqt il-proċeduri ta’ prova għandhom jimtlew mill-ġdid jew jiġu sostitwiti qabel it-tluq.

.3

Manwali tat-taħriġ

Għandu jiġi pprovdut manwal tat-taħriġ f’kull mess room tal-ekwipaġġ, f’kull kamra tar-rikreazzjoni jew f’kull kabina tal-ekwipaġġ. Il-manwal tat-taħriġ għandu jinkiteb fil-lingwa tat-tħaddim tal-vapur. Il-manwal tat-taħriġ, li jista’ jkun fih diversi volumi, għandu jkollu fih l-istruzzjonijiet u l-informazzjoni meħtieġa f’dan il-paragrafu f’termini li jinftiehmu faċilment u li jkunu mpinġija kull meta jkun possibbli. Kull parti ta’ din l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta fil-forma ta’ għajnuniet awdjoviżivi minflok il-manwal. Il-manwal tat-taħriġ għandu jispjega li ġej fid-dettall:

.1

il-prattiki u l-prekawzjonijiet ġenerali tas-sikurezza f’każ ta’ nar b’rabta mal-perikli tat-tipjip, mal-perikli elettriċi, mal-likwidi li jieħdu n-nar u ma’ perikli simili oħra li huma komuni fuq il-vapuri;

.2

l-istruzzjonijiet ġenerali dwar l-attivitajiet tat-tifi tan-nar u l-proċeduri tat-tifi tan-nar, inkluż il-proċeduri għan-notifikazzjoni tan-nirien u l-użu ta’ punti tal-ajjut li jitħaddmu manwalment;

.3

it-tifsiriet tal-allarmi tal-vapur;

.4

it-tħaddim u l-użu tas-sistemi u tat-tagħmir tat-tifi tan-nar;

.5

it-tħaddim u l-użu tal-bibien li jaqtgħu n-nirien;

.6

it-tħaddim u l-użu tal-barrieri tan-nirien u tad-duħħan; u

.7

is-sistemi u l-apparati tal-ħrib.

.4

Pjanti għall-kontroll tan-nar

Il-pjanti għall-kontroll tan-nar għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tar-Regolament II-2/A/13.

16.   Ir-Regolament II-2/A/16: Operazzjonijiet

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C, D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.1

Sabiex jiġu pprovduti l-informazzjoni u l-istruzzjonijiet għall-operazzjonijiet tal-ġarr tal-merkanzija kif suppost minn fuq il-vapur b’rabta mas-sikurezza f’każ ta’ nar, abbord għandu jiġi pprovdut ktejjeb tat-tħaddim.

.2

Il-ktejjeb tat-tħaddim meħtieġ f’każ ta’ nar għandu jkun fih l-informazzjoni u l-istruzzjonijiet meħtieġa għat-tħaddim sikur tal-vapur u għall-operazzjonijiet tal-ġarr tal-merkanzija b’rabta mas-sikurezza f’każ ta’ nar. Il-ktejjeb għandu jinkludi informazzjoni dwar ir-responsabbiltajiet tal-ekwipaġġ għas-sikurezza ġenerali f’każ ta’ nar fuq il-vapur waqt it-tagħbija u l-ħatt tal-merkanzija. Għall-vapuri li jġorru oġġetti perikolużi, il-ktejjeb tat-tħaddim għas-sikurezza f’każ ta’ nirien għandu jagħmel referenza għall-istruzzjonijiet pertinenti tat-tifi tan-nar u tal-ġarr tal-merkanzija f’emerġenza li jinsabu fil-Kodiċi Internazzjonali Marittimu dwar l-Oġġetti Perikolużi.

.3

Il-ktejjeb tat-tħaddim għas-sikurezza f’każ ta’ nirien għandu jinkiteb bil-lingwa tat-tħaddim tal-vapur.

.4

Il-ktejjeb tat-tħaddim għas-sikurezza f’każ ta’ nirien jista’ jiġi kkombinat mal-manwali tat-taħriġ meħtieġa fir-Regolament II-2/A/15, il-paragrafu.3.

PARTI B

MIŻURI TA’ SIKUREZZA KONTRA N-NAR

1.   Ir-Regolament II-2/B/1: Struttura (R 23)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.1

Il-buq, is-sovrastrutturi, il-paratiji strutturali, il-gverti u l-kmamar ta’ fuq il-gverta għandhom jinbnew bl-azzar jew b’materjal ekwivalenti ieħor. Għall-iskop li tiġi applikata d-definizzjoni ta’ materjal ekwivalenti ieħor kif mogħtija fl-Artikolu 2 (za) tad-Direttiva 2009/45/KE, l-“esponiment applikabbli għan-nirien” għandu jkun skont l-istandards tal-integrità u tal-iżolazzjoni mogħtija fit-tabelli tar-Regolamenti II-2/B/4 u II-2/B/5. Pereżempju, fejn tali diviżjonijiet bħall-gverti jew il-ġnub u t-truf tal-kmamar ta’ fuq il-gverta jista’ jkollhom integrità tan-nar “B-0”, l-“esponiment applikabbli għan-nirien” għandu jkun ta’ nofs siegħa.

.2

Madankollu, f’każijiet fejn kwalunkwe parti tal-istruttura tkun magħmula minn liega tal-aluminju, għandu japplika dan li ġej:

.1

L-iżolazzjoni tal-komponenti tal-liega tal-aluminju tad-diviżjonijiet tal-klassi “A” jew “B”, ħlief għall-istruttura li ma żżommx tagħbija fuqha, għandha tkun tali li t-temperatura tal-qalba strutturali ma togħliex aktar minn 200 °C ’il fuq mit-temperatura ambjentali fi kwalunkwe ħin matul l-esponiment applikabbli għan-nirien għat-test standard tan-nar.

.2

Għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-iżolazzjoni tal-komponenti tal-liega tal-aluminju tal-kolonni, tal-pilastri jew ta’ membri strutturali oħra meħtieġa biex jakkomodaw l-istivar tad-dgħajjes tas-sopravivenza u taċ-ċattri tas-salvataġġ, iż-żoni tal-varar u tal-imbarkazzjoni, u d-diviżjonijiet tal-klassijiet “A” u “B” biex jiġi żgurat:

.1

li għal dawk il-membri li jakkomodaw iż-żoni tad-dgħajjes tas-sopravivenza u taċ-ċattri tas-salvataġġ kif ukoll id-diviżjonijiet tal-klassi “A”, il-limitazzjoni taż-żieda fit-temperatura speċifikata fil-paragrafu.2.1 għandha tapplika fl-aħħar ta’ siegħa; u

.2

li għal dawk il-membri meħtieġa biex jakkomodaw id-diviżjonijiet tal-klassi “B”, il-limitazzjoni taż-żieda fit-temperatura speċifikata fil-paragrafu.2.1 għandha tapplika fl-aħħar ta’ nofs siegħa.

.3

L-għata u l-kejsings tal-ispazji tal-makkinarju tal-kategorija A għandhom ikunu magħmula minn kostruzzjoni tal-azzar li tkun iżolata b’mod adegwat, u l-fetħiet fiha, jekk ikun hemm, għandhom jiġu irranġati u protetti b’mod adattat sabiex jipprevjenu t-tixrid tan-nar.

2.   Ir-Regolament II-2/B/2: Żoni vertikali u żoni orizzontali prinċipali (R 24)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D:

.1.1

Fil-vapuri li jġorru aktar minn 36 passiġġier, il-buq, is-sovrastruttura u l-kmamar ta’ fuq il-gverta għandhom jiġu suddiviżi f’żoni vertikali prinċipali b’diviżjonijiet tal-klassi “A-60”.

It-turġien u d-daħliet għandhom jintużaw mill-inqas, iżda fejn ikunu meħtieġa, għandu jkun hemm ukoll diviżjonijiet tal-klassi A-60.

Fejn spazju miftuħ fuq il-gverta, spazju sanitarju jew spazju simili jew tank, inkluż tank taż-żejt tal-karburant, spazju vojt jew spazju awżiljarju tal-makkinarju li jkollu ftit jew l-ebda riskju ta’ nar, ikun fuq naħa waħda jew fejn it-tankijiet taż-żejt tal-karburant ikunu fuq iż-żewġ naħat tad-diviżjoni, l-istandard jista’ jitnaqqas għal A-0.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.1.2

Għall-vapuri ġodda tal-klassijiet B, C u D li jġorru mhux aktar minn 36 passiġġier u għall-vapuri eżistenti tal-klassi B li jġorru aktar minn 36 passiġġier, il-buq, is-sovrastruttura u l-kmamar ta’ fuq il-gverta li jservu bħala spazji tal-akkomodazzjoni u tas-servizz għandhom jiġu suddiviżi f’żoni vertikali prinċipali f’diviżjonijiet tal-klassi “A”. Dawn id-diviżjonijiet għandu jkollhom valuri tal-iżolazzjoni f’konformità mat-tabelli fir-Regolament II-2/B/5.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D:

.2

Sa fejn ikun prattikabbli, il-paratiji li jiffurmaw il-konfini taż-żoni vertikali prinċipali ’l fuq mill-gverta tal-paratija għandhom ikunu f’linja mal-paratiji impermeabbli tas-suddiviżjoni li jkunu jinsabu direttament taħt il-gverta tal-paratija. It-tul u l-wisa’ taż-żoni vertikali prinċipali jistgħu jiġu estiżi għal massimu ta’ 48 metru sabiex iġibu t-truf taż-żoni vertikali prinċipali jikkoinċidu mal-paratiji impermeabbli tas-suddiviżjoni jew sabiex jakkomodaw kull spazju pubbliku kbir li jestendi għat-tul kollu taż-żona vertikali prinċipali diment li l-erja totali taż-żona vertikali prinċipali ma tkunx akbar minn 1 600 m2 fuq kwalunkwe gverta. It-tul u l-wisa’ ta’ żona vertikali prinċipali hija d-distanza massima bejn l-aktar punti mbiegħda tal-paratiji li jdawruha.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B LI JĠORRU AKTAR MINN 36 PASSIĠĠIER:

.3

Tali paratiji għandhom jestendu minn gverta għal gverta u sal-qoxra jew sa konfini oħra.

.4

Fejn żona vertikali prinċipali tkun suddiviża f’diviżjonijiet orizzontali tal-klassi “A” f’żoni orizzontali bl-iskop li tipprovdi barriera xierqa bejn iż-żoni tal-vapur bil-bexxixiet u dawk mingħajr bexxixiet, id-diviżjonijiet għandhom jestendu bejn il-paratiji ta’ żoni vertikali prinċipali ħdejn xulxin u sal-qoxra jew sal-konfini esterni tal-vapur u għandhom jiġu iżolati f’konformità mal-valuri tal-iżolazzjoni u tal-integrità mogħtija fit-tabella 4.2 għall-vapuri ġodda li jġorru aktar minn 36 passiġġier u għall-vapuri eżistenti tal-klassi B li jġorru aktar minn 36 passiġġier.

.5

.1

Fuq vapuri ddisinjati għal skopijiet speċjali, bħal vapuri li jġorru l-karozzi jew il-vetturi ferrovjarji fejn jekk ikun hemm paratiji fiż-żona vertikali prinċipali jkun qed jintilef l-iskop li għalih huwa intiż il-vapur, għandha tinkiseb protezzjoni ekwivalenti billi l-ispazju jiġi diviż f’żoni orizzontali.

.2

Madanakollu, f’vapur bi spazji ta’ kategorija speċjali, kwalunkwe spazju bħal dan għandu jikkonforma mad-dispożizzjonijiet applikabbli tar-Regolament II-2/B/14 u sa fejn din il-konformità tkun inkonsistenti mal-konformità mar-rekwiżiti l-oħra ta’ din il-parti, għandhom jipprevalu r-rekwiżiti tar-Regolament II-2/B/14.

3.   Ir-Regolament II-2/B/3: Paratiji f’żona vertikali prinċipali (R 25)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D LI JĠORRU AKTAR MINN 36 PASSIĠĠIER:

.1.1

Għall-vapuri ġodda li jġorru aktar minn 36 passiġġier, il-paratiji kollha li mhumiex meħtieġa li jkunu diviżjonijiet tal-klassi “A” għandhom ikunu tal-anqas diviżjonijiet tal-klassi “B” jew “C” kif preskritt fit-tabelli fir-Regolament II-2/B/4. Dawn id-diviżjonijiet kollha jistgħu jiġu miksija b’materjali kombustibbli f’konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament II-2/B/11.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D LI JĠORRU MHUX AKTAR MINN 36 PASSIĠĠIER U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B LI JĠORRU AKTAR MINN 36 PASSIĠĠIER:

.1.2

Għall-vapuri ġodda li jġorru mhux aktar minn 36 passiġġier u għall-vapuri eżistenti tal-klassi B li jġorru aktar minn 36 passiġġier, il-paratiji kollha fl-ispazji tal-akkomodazzjoni u tas-servizz li mhumiex meħtieġa li jkunu diviżjonijiet tal-klassi “A” għandhom tal-anqas ikunu diviżjonijiet tal-klassi “B” jew “C” kif preskritt fit-tabelli fir-Regolament II-2/B/5.

Dawn id-diviżjonijiet kollha jistgħu jiġu miksija b’materjal kombustibbli f’konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament II-2/B/11.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.2

Għall-vapuri ġodda li jġorru mhux aktar minn 36 passiġġier u għall-vapuri eżistenti tal-klassi B li jġorru aktar minn 36 passiġġier, il-paratiji kollha ta’ mal-kuritur li mhumiex meħtieġa jkunu diviżjonijiet tal-klassi “A” għandhom ikunu diviżjonijiet tal-klassi “B” li għandhom jestendu minn gverta għall-oħra ħlief:

.1

meta s-soqfa jew is-suffitti kontinwi tal-klassi “B” ikunu mwaħħla fuq iż-żewġ naħat tal-paratija, il-porzjon tal-paratija wara s-saqaf jew is-suffitt kontinwi għandu jkun magħmul minn materjal li, fil-ħxuna u fil-kompożizzjoni tiegħu, ikun aċċettabbli fil-kostruzzjoni tad-diviżjonijiet tal-klassi “B”, iżda li għandu jkun meħtieġ jissodisfa l-istandards tal-integrità tal-klassi “B” biss sa fejn dan ikun prattikabbli u raġonevoli;

.2

fil-każ ta’ vapur protett b’sistema awtomatika tal-bexxixiet li tikkonforma mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament II-2/A/8, il-paratiji tal-kuritur tal-materjali tal-klassi “B” jistgħu jieqfu f’saqaf fil-kuritur diment li tali saqaf ikun magħmul minn materjal li, fil-ħxuna u fil-kompożizzjoni tiegħu, ikun aċċettabbli fil-kostruzzjoni tad-diviżjonijiet tal-klassi “B”.

Minkejja r-rekwiżiti tar-Regolamenti II-2/B/4 u II-2/B/5, tali paratiji u soqfa għandhom ikunu meħtieġa jissodisfaw l-istandards tal-integrità tal-klassi “B” sa fejn ikun raġonevoli u prattikabbli biss. Il-bibien u l-oqfsa kollha f’tali paratiji għandhom ikunu magħmula minn materjali mhux kombustibbli u għandhom jinbnew u jitwaqqfu b’tali mod sabiex jipprovdu reżistenza sostanzjali għan-nar.

.3

Il-paratiji kollha meħtieġa biex ikunu diviżjoni tal-klassi “B”, ħlief il-paratiji tal-kurituri preskritti fil-paragrafu.2, għandhom jestendu minn gverta għall-oħra u sal-qoxra jew sa konfini oħra sakemm is-soqfa jew is-suffitti kontinwi tal-klassi “B” imwaħħlin fuq iż-żewġ naħat tal-paratiji ma jkollhomx tal-anqas l-istess reżistenza għan-nar bħall-paratija, f’liema każ il-paratija tista’ tispiċċa fis-saqaf jew fis-suffitt kontinwi.

4.   Ir-Regolament II-2/B/4: Integrità fir-rigward tar-reżistenza għan-nirien tal-paratiji u tal-gverti fil-vapuri ġodda li jġorru aktar minn 36 passiġġier (R 26)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D:

.1

Minbarra li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet speċifiċi għall-integrità fir-rigward tar-reżistenza għan-nirien tal-paratiji u tal-gverti msemmija f’postijiet oħra f’din il-parti, l-integrità minima fir-rigward tar-reżistenza għan-nirien tal-paratiji u tal-gverti kollha għandha tkun kif preskritta fit-tabelli 4.1 u 4.2.

.2

Għall-applikazzjoni tat-tabelli għandhom jiġu osservati dawn ir-rekwiżiti:

.1

It-tabella 4.1 għandha tapplika għall-paratiji li ma jkunux madwar iż-żoni vertikali prinċipali jew iż-żoni orizzontali.

It-tabella 4.2 għandha tapplika għall-gverti li ma jiffurmawx turġien fiż-żoni vertikali prinċipali u lanqas ikunu madwar iż-żoni orizzontali.

.2

Sabiex jiġu ddeterminati l-istandards xierqa tal-integrità fir-rigward tar-reżistenza min-nirien li jridu jiġu applikati għall-konfini bejn l-ispazji maġenb xulxin, tali spazji huma kklassifikati skont ir-riskju li jieħdu n-nar kif muri fil-kategoriji (1) sa (14). Fejn il-kontenuti u l-użu ta’ spazju jkunu tali li jkun hemm dubju dwar il-klassifikazzjoni għall-iskop tar-Regolament II-2/B/4, għandhom jiġu ttrattati bħala spazju fil-kategorija rilevanti li jkollu l-aktar rekwiżiti strinġenti għall-konfini. It-titolu ta’ kull kategorija huwa maħsub biex ikun tipiku aktar milli restrittiv. In-numru indikat fil-parenteżi qabel kull kategorija jirreferi għall-kolonna jew għar-ringiela applikabbli fit-tabelli.

(1)

Stazzjonijiet tal-kontroll:

l-ispazji li jkun fihom sorsi tal-enerġija u tad-dawl ta’ emerġenza,

il-kamra tat-tmunier u l-kamra fejn jinżammu l-mapep,

l-ispazji li jkun fihom it-tagħmir tar-radju tal-vapur,

il-kmamar tat-tifi tan-nar, il-kmamar tal-kontroll tan-nar u l-istazzjonijiet li jirreġistraw il-każijiet ta’ nirien,

il-kamra tal-kontroll għall-makkinarju tal-propulsjoni meta jkun jinsab barra mill-ispazju għall-makkinarju tal-propulsjoni,

l-ispazji li jkun fihom tagħmir ċentralizzat tal-allarm tan-nar,

l-ispazji li jkun fihom stazzjonijiet u tagħmir tas-sistema ċentralizzata ta’ tgħarrif pubbliku ta’ emerġenza.

(2)

Turġien:

it-turġien fuq ġewwa, il-liftijiet u l-iskali mobbli (għajr dawk li jinsabu kompletament fl-ispazji tal-makkinarju) għall-passiġġieri u għall-ekwipaġġ u l-imgħalaq li jagħtu għalihom;

f’din il-konnessjoni, taraġ li jkun magħluq f’livell wieħed biss għandu jitqies bħala parti mill-ispazju li ma jkunx separat b’bieb li jaqta’ n-nar.

(3)

Kurituri:

il-kurituri tal-passiġġieri u tal-ekwipaġġ.

(4)

Stazzjonijiet tal-evakwazzjoni u rotot esterni ta’ ħrib:

iż-żona tal-istivar tal-inġenji tas-sopravivenza,

l-ispazji tal-gverta miftuħa u l-postijiet magħluqa tal-mixi li jiffurmaw stazzjonijiet tal-imbarkazzjoni u tat-tniżżil tad-dgħajjes tas-sopravivenza u taċ-ċattri tas-salvataġġ,

l-istazzjonijiet tal-ġmigħ tan-nies, interni u esterni,

it-turġien fuq barra u l-gverti miftuħa li jintużaw bħala rotot tal-ħrib,

il-ġenb tal-vapur sal-linja sa fejn jasal l-ilma fil-kundizzjoni l-aktar ħafifa tat-tbaħħir, il-ġnub tas-sovrastruttura u tal-kamra ta’ fuq il-gverta li jinsabu taħt u maġenb iċ-ċattri tas-salvataġġ u ż-żrieżaq tal-evakwazzjoni fiż-żoni tal-imbarkazzjoni.

(5)

Spazji tal-gverta miftuħa:

l-ispazji tal-gverta miftuħa u l-postijiet magħluqa tal-mixi li ma jkunx fihom stazzjonijiet tal-imbarkazzjoni u tat-tniżżil tad-dgħajjes tas-sopravivenza u taċ-ċattri tas-salvataġġ,

l-ispazji tal-ajru (l-ispazju fuq in-naħa ta’ barra tas-sovrastrutturi u tal-kmamar ta’ fuq il-gverta).

(6)

Spazji tal-akkomodazzjoni b’riskju minuri li jieħdu n-nar:

il-kabini li jkun fihom l-għamara u t-tagħmir b’riskju ristrett li jieħdu n-nar,

l-uffiċċji u d-dispensi li jkun fihom l-għamara u t-tagħmir b’riskju ristrett li jieħdu n-nar,

l-ispazji pubbliċi li jkun fihom l-għamara u t-tagħmir b’riskju ristrett li jieħdu n-nar u li jkollhom żona tal-gverta ta’ anqas minn 50 m2.

(7)

Spazji tal-akkomodazzjoni b’riskju moderat li jieħdu n-nar:

l-ispazji bħal fil-kategorija (6) ta’ hawn fuq iżda li jkun fihom l-għamara u t-tagħmir b’kull riskju ieħor li mhux ir-riskju ristrett li jieħdu n-nar,

l-ispazji pubbliċi li jkun fihom l-għamara u t-tagħmir b’riskju ristrett li jieħdu n-nar u li jkollhom żona tal-gverta ta’ 50 m2 jew aktar,

il-kabinetti iżolati li jissakkru u l-kmamar żgħar tal-ħżin fl-ispazji tal-akkomodazzjoni li jkollhom żoni ta’ anqas minn 4 m2 (li ma jinħażnux fihom likwidi li jieħdu n-nar),

il-ħwienet tal-bejgħ,

is-swali ta’ projezzjoni u tal-ħżin tal-films,

il-kċejjen djetetiċi (li ma jkun fihom l-ebda fjamma mikxufa),

il-kabinetti li jissakkru li jkun fihom it-tagħmir tat-tindif (li fihom ma jkunux stivati likwidi li jieħdu n-nar),

il-laboratorji (li fihom ma jkunux stivati likwidi li jieħdu n-nar),

l-ispiżeriji,

il-kmamar żgħar tat-tnixxif (li jkollhom żona tal-gverta ta’ 4 m2 jew anqas),

il-kmamar għall-ħżin ta’ oġġetti ta’ valur,

il-kmamar operattivi.

(8)

Spazji tal-akkomodazzjoni b’riskju akbar li jieħdu n-nar:

l-ispazji pubbliċi li jkun fihom l-għamara u t-tagħmir b’kull riskju ieħor li mhux ir-riskju ristrett li jieħdu n-nar u li jkollhom żona tal-gverta ta’ 50 m2 jew aktar,

il-ħwienet tal-barbiera u l-ħwienet tas-sbuħija.

(9)

Spazji sanitarji u spazji simili:

il-faċilitajiet sanitarji tal-komunità, id-doċċi, il-banjijiet, it-tojlits, eċċ.,

il-kmamar żgħar tal-ħasil tal-ħwejjeġ,

iż-żona tal-pixxina interna,

id-dispensi iżolati li ma jkun fihom l-ebda tagħmir tat-tisjir fl-ispazji tal-akkomodazzjoni,

il-faċilitajiet sanitarji privati għandhom jiġu kkunsidrati bħala porzjon tal-ispazju li fih ikunu jinsabu.

(10)

Tankijiet, spazji vojta u spazji tal-makkinarju awżiljarju li jkollhom ftit jew l-ebda riskju li jieħdu n-nar:

it-tankijiet tal-ilma li jiffurmaw parti mill-istruttura tal-vapur;

l-ispazji vojta u l-istrutturi għall-ilma,

l-ispazji tal-makkinarju awżiljarju li ma jkunx fihom makkinarju b’sistema tal-lubrifikazzjoni bil-pressjoni u fejn il-ħżin tal-oġġetti li jieħdu n-nar huwa pprojbit, bħalma huma;

il-kmamar tal-ventilazzjoni u tal-kundizzjonament tal-arja; il-kamra tal-arganell; il-kamra tat-tagħmir tal-għoti tad-direzzjoni; il-kamra bit-tagħmir li jistabbilizza; il-kamra tal-magni tal-propulsjoni elettrika; il-kmamar li fihom swiċċbords tat-taqsimiet u tagħmir purament elettriku għajr trasformaturi elettriċi mimlija biż-żejt (‘il fuq minn 10 kVA); il-mini tax-xaft u l-mini tal-pajpijiet; l-ispazji għall-pompi u għall-makkinarju tar-refriġerazzjoni (li la jġorru u lanqas jużaw likwidi li jieħdu n-nar),

it-trunklines magħluqa li jaqdu l-ispazji mniżżla hawn fuq,

trunklines magħluqa oħra bħal dawk tal-pajpijiet u tal-kejbils.

(11)

Spazji tal-makkinarju awżiljarju, spazji tal-merkanzija, tankijiet tal-merkanzija, tankijiet taż-żejt oħra u spazji simili oħra b’riskju moderat li jieħdu n-nar:

it-tankijiet taż-żejt tal-merkanzija,

il-postijiet fejn ikun hemm il-merkanzija, minn fejn jgħaddu t-trunklines u l-bokkaporti,

il-kmamar imkessħa,

it-tankijiet tal-karburant taż-żejt (fejn ikunu installati fi spazju separat mingħajr makkinarju),

il-mini tax-xaft u l-mini tal-pajpijiet li jippermettu l-ħżin tal-oġġetti li jieħdu n-nar,

l-ispazji tal-makkinarju awżiljarju bħal tal-kategorija (10) li jkun fihom makkinarju b’sistema tal-lubrifikazzjoni bil-pressjoni jew fejn il-ħżin tal-oġġetti li jieħdu n-nar huwa permess,

l-istazzjonijiet minn fejn jimtela l-karburant taż-żejt,

l-ispazji li jkun fihom trasformaturi elettriċi mimlija biż-żejt (‘il fuq minn 10 kVA),

l-ispazji li jkun fihom magni żgħar tal-kombustjoni interna li jagħtu enerġija sa 110 kW li jdawru l-ġeneraturi, il-pompi tal-bexxixiet, il-pompi tat-tagħmir li jxarrab jew il-pompi tat-tifi tan-nar, il-pompi tas-sentina, eċċ.,

it-trunklines magħluqa li jaqdu l-ispazji mniżżla hawn fuq.

(12)

Spazji tal-makkinarju u kċejjen prinċipali:

il-kmamar tal-makkinarju tal-propulsjoni prinċipali (li mhumiex kmamar tal-magni tal-propulsjoni elettrika) u l-kmamar tal-bojlers,

l-ispazji tal-makkinarju awżiljarju għajr dawk tal-kategoriji (10) u (11) li jkun fihom makkinarju tal-kombustjoni interna jew unitajiet oħra li jaħarqu, isaħħnu jew jippumpjaw iż-żejt,

il-kċejjen prinċipali u l-annessi,

it-trunklines u l-kejsings għall-ispazji mniżżla hawn fuq.

(13)

Kmamar tal-ħżin, kmamar tax-xogħol, dispensi, eċċ.:

id-dispensi prinċipali li ma jkunux annessi mal-kċejjen,

il-kamra prinċipali tal-ħasil tal-ħwejjeġ,

il-kmamar kbar tat-tnixxif (li jkollhom żona tal-gverta ta’ aktar minn 4 m2),

il-kmamar tal-ħżin mixxellanji,

il-kmamar tal-posta u tal-bagalji,

il-kmamar taż-żibel,

il-kmamar tax-xogħol (li ma jkunux parti mill-ispazji tal-makkinarju, mill-kċejjen, eċċ.),

il-kabinetti li jissakkru u l-kmamar tal-ħżin li jkollhom żoni akbar minn 4 m2, għajr dawk l-ispazji li jkollhom dispożizzjonijiet għall-ħżin ta’ likwidi li jieħdu n-nar.

(14)

Spazji oħra fejn jiġu stivati l-likwidi li jieħdu n-nar:

il-kabinetti taż-żebgħa li jissakkru,

il-kmamar tal-ħżin li jkun fihom likwidi li jieħdu n-nar (inkluż il-kuluri taż-żebgħa, il-mediċini, eċċ.),

il-laboratorji (li fihom ikunu stivati l-likwidi li jieħdu n-nar).

.3

Fejn għall-integrità fir-rigward tar-reżistenza għan-nirien ta’ konfini bejn żewġ spazji jintwera biss valur wieħed, dak il-valur għandu japplika fil-każijiet kollha.

.4

Ma hemm l-ebda rekwiżit speċjali għall-materjal jew għall-integrità tal-konfini fejn jidher biss sing twil fit-tabelli.

.5

L-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera għandha tistabbilixxi fir-rigward tal-ispazji tal-kategorija (5) jekk il-valuri tal-iżolazzjoni fit-tabella 4.1 għandhomx japplikaw għat-truf tal-kmamar ta’ fuq il-gverta u tas-sovrastrutturi, u jekk il-valuri tal-iżolazzjoni fit-tabella 4.2 għandhomx japplikaw għall-gverti tal-osservazzjoni tat-temp. Ir-rekwiżiti tal-kategorija (5) tat-tabella 4.1 jew 4.2 ma għandhom fl-ebda każ jeħtieġu l-għeluq ta’ spazji li fl-opinjoni tal-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera ma hemmx bżonn ikunu magħluqa.

.3

Is-soqfa jew is-suffitti kontinwi tal-klassi “B”, assoċjati mal-gverti jew mal-paratiji rilevanti, jistgħu jiġu aċċettati bħala li jikkontribwixxu fis-sħiħ jew parzjalment, għall-iżolazzjoni u għall-integrità meħtieġa ta’ diviżjoni.

.4

Meta tapprova d-dettalji strutturali tal-protezzjoni min-nirien l-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera għandha tikkunsidra r-riskju tat-trasferiment tas-sħana fl-intersezzjonijiet u fil-punti tat-terminals tal-barrieri termali meħtieġa.

Tabella 4.1

Paratiji li la jikkonfinaw maż-żoni prinċipali vertikali u lanqas maż-żoni orizzontali

Spazji

(1)

(2)

(3)

(4)

(5)

(6)

(7)

(8)

(9)

(10)

(11)

(12)

(13)

(14)

Stazzjonijiet tal-kontroll

(1)

B-0 (a)

A-0

A-0

A-0

A-0

A-60

A-60

A-60

A-0

A-0

A-60

A-60

A-60

A-60

Turġien

(2)

A-0 (a)

A-0

A-0

A-0

A-0

A-15

A-15

A-0 (c)

A-0

A-15

A-30

A-15

A-30

Kurituri

(3)

B-15

A-60

A-0

B-15

B-15

B-15

B-15

A-0

A-15

A-30

A-0

A-30

Stazzjonijiet tal-evakwazzjoni u rotot esterni ta’ ħrib

(4)

A-0

A-60 (b,d)

A-60 (b,d)

A-60 (b,d)

A-0 (d)

A-0

A-60 (b)

A-60 (b)

A-60 (b)

A-60 (b)

Spazji miftuħa tal-gverta

(5)

A-0

A-0

A-0

A-0

A-0

A-0

A-0

A-0

A-0

Spazji tal-akkomodazzjoni b’riskju minuri li jieħdu n-nar

(6)

B-0

B-0

B-0

C

A-0

A-0

A-30

A-0

A-30

Spazji tal-akkomodazzjoni b’riskju moderat li jieħdu n-nar

(7)

B-0

B-0

C

A-0

A-15

A-60

A-15

A-60

Spazji tal-akkomodazzjoni b’riskju akbar li jieħdu n-nar

(8)

B-0

C

A-0

A-30

A-60

A-15

A-60

Spazji sanitarji u spazji simili

(9)

C

A-0

A-0

A-0

A-0

A-0

Tankijiet, spazji vojta u spazji tal-makkinarju awżiljarju li jkollhom ftit jew l-ebda riskju li jieħdu n-nar

(10)

A-0 (a)

A-0

A-0

A-0

A-0

Spazji tal-makkinarju awżiljarju, spazji tal-merkanzija, tankijiet tal-merkanzija, tankijiet taż-żejt oħra u spazji b’riskju moderat li jieħdu n-nar

(11)

A-0 (a)

A-0

A-0

A-15

Spazji tal-makkinarju u kċejjen prinċipali:

(12)

A-0 (a)

A-0

A-60

Kmamar tal-ħżin, kmamar tax-xogħol, dispensi, eċċ.

(13)

A-0 (a)

A-0

Spazji oħra fejn jiġu stivati l-likwidi li jieħdu n-nar

(14)

A-30

Tabella 4.2

Gverti li la jiffurmaw turġien fiż-żoni vertikali prinċipali u lanqas jikkonfinaw maż-żoni orizzontali

Spazju taħt↓ Spazju fuq→

Spazji tal-gverta miftuħa

A-30 (a)

Noti li jridu jiġu applikati għat-tabelli 4.1 u 4.2

(a)

Fejn l-ispazji ħdejn xulxin ikunu fl-istess kategorija numerika u jidher is-superskritt “a”, ma hemmx bżonn titwaħħal paratija jew gverta bejn tali spazji jekk jitqies li dan ma jkunx neċessarju mill-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera. Pereżempju, fil-kategorija (12) ma hemmx għalfejn tkun meħtieġa paratija bejn il-kċina u d-dispensi annessi magħha diment li l-paratija u l-gverti tad-dispensi jżommu l-integrità tal-konfini tal-kċina. Madankollu, paratija tkun meħtieġa bejn kċina u spazju tal-makkinarju anki jekk iż-żewġ spazji ikunu fil-kategorija (12).

(b)

Il-ġenb tal-vapur sal-linja sa fejn jasal l-ilma fil-kundizzjoni l-aktar ħafifa tat-tbaħħir, is-sovrastruttura u l-ġnub tal-kamra ta’ fuq il-gverta li jinsabu taħt u maġenb iċ-ċattri tas-salvataġġ u ż-żrieżaq tal-evakwazzjoni jistgħu jitnaqqsu għal “A-30”.

(c)

Fejn it-tojlits pubbliċi jkunu installati kompletament fil-magħlaq tat-taraġ, il-paratija tat-tojlit pubbliku fil-magħlaq tat-taraġ jista’ jkollha integrità tal-klassi “B”.

(d)

Fejn l-ispazji tal-kategoriji (6), (7), (8) u (9) ikunu jinsabu kompletament fil-perimetru ta’ barra tal-istazzjon tal-ġmigħ tan-nies, il-paratiji ta’ dawn l-ispazji jista’ jkollhom integrità tal-klassi “B-0”. Il-pożizzjonijiet tal-kontroll għall-installazzjonijiet tal-awdjo, tal-vidjo u tad-dawl jistgħu jiġu kkunsidrati bħala parti mill-istazzjon tal-ġmigħ tan-nies.

5.   Ir-Regolament II-2/B/5: Integrità fir-rigward tar-reżistenza għan-nirien tal-paratiji u tal-gverti fil-vapuri ġodda li jġorru mhux aktar minn 36 passiġġier u fil-vapuri eżistenti tal-klassi B li jġorru aktar minn 36 passiġġier (R 27)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D LI JĠORRU MHUX AKTAR MINN 36 PASSIĠĠIER U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B LI JĠORRU AKTAR MINN 36 PASSIĠĠIER:

.1

Minbarra li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet speċifiċi għall-integrità fir-rigward tar-reżistenza għan-nirien tal-paratiji u tal-gverti msemmija f’postijiet oħra f’din il-parti, l-integrità minima fir-rigward tar-reżistenza għan-nirien tal-paratiji u tal-gverti għandha tkun kif preskritta fit-tabelli 5.1 jew 5.1(a), u 5.2 jew 5.2(a), kif ikun xieraq.

Meta jiġu approvati l-prekawzjonijiet strutturali għall-protezzjoni min-nar fil-vapuri l-ġodda, għandu jitqies ir-riskju tat-trasferiment tas-sħana bejn il-pontijiet tas-sħana fil-punti ta’ intersezzjoni u fit-truf tal-apparati li jimblokkaw is-sħana.

.2

Għall-applikazzjoni tat-tabelli għandhom jiġu osservati dawn ir-rekwiżiti:

.1

It-tabelli 5.1 u 5.2 għandhom japplikaw rispettivament għall-paratiji u għall-gverti li jisseparaw l-ispazji ħdejn xulxin.

.2

Sabiex jiġu ddeterminati l-istandards xierqa tal-integrità fir-rigward tar-reżistenza għan-nirien li għandhom jiġu applikati għad-diviżjonijiet bejn l-ispazji maġenb xulxin, dawn l-spazji għandhom jiġu kklassifikati skont ir-riskju li jaqbdu kif muri f’kategoriji (1) sa (11). It-titolu ta’ kull kategorija huwa maħsub biex ikun tipiku aktar milli restrittiv. In-numru indikat fil-parenteżi qabel kull kategorija jirreferi għall-kolonna jew għar-ringiela applikabbli fit-tabelli.

(1)

Stazzjonijiet tal-kontroll:

l-ispazji li jkun fihom sorsi tal-enerġija u tad-dawl ta’ emerġenza,

il-kamra tat-tmunier u l-kamra fejn jinżammu l-mapep,

l-ispazji li jkun fihom it-tagħmir tar-radju tal-vapur,

il-kmamar tat-tifi tan-nar, il-kmamar tal-kontroll tan-nar u l-istazzjonijiet li jirreġistraw il-każijiet ta’ nirien,

il-kamra tal-kontroll għall-makkinarju tal-propulsjoni meta jkun jinsab barra mill-ispazju għall-makkinarju tal-propulsjoni,

l-ispazji li jkun fihom tagħmir ċentralizzat tal-allarm tan-nar.

(2)

Kurituri:

il-kurituri u s-swali tal-passiġġieri u tal-ekwipaġġ.

(3)

Spazji tal-akkomodazzjoni:

l-ispazji kif definiti fir-Regolament II-2/A/10, il-paragrafu.10, esklużi l-kurituri.

(4)

Turġien:

it-turġien fuq ġewwa, il-liftijiet u l-iskali mobbli (għajr dawk li jinsabu kompletament fl-ispazji tal-makkinarju) u l-imgħalaq li jagħtu għalihom;

f’din il-konnessjoni, taraġ li jkun magħluq f’livell wieħed biss għandu jitqies bħala parti mill-ispazju li ma jkunx separat b’bieb li jaqta’ n-nar.

(5)

Spazji tas-servizz (b’riskju baxx):

kabinetti li jissakkru u kmamar tal-ħżin li ma jkollhomx dispożizzjonijiet għal-likwidi li jieħdu n-nar u li jkollhom żoni ta’ anqas minn 4 m2 u kmamar tat-tnixxif u kmamar tal-ħasil tal-ħwejjeġ.

(6)

Spazji tal-makkinarju tal-kategorija A:

l-ispazji kif definiti fir-Regolament II-2/A/2, is-subparagrafu.19.1.

(7)

Spazji tal-makkinarju oħra:

l-ispazji kif definiti fir-Regolament II-2/A/2, is-subparagrafu.19.2, esklużi l-ispazji tal-makkinarju tal-kategorija A.

(8)

Spazji tal-merkanzija:

l-ispazji kollha li jintużaw għall-merkanzija (inkluż it-tankijiet taż-żejt tal-merkanzija) u l-passaġġi tat-trunklines u l-bokkaporti għal tali spazji, li mhumiex spazji ta’ kategorija speċjali.

(9)

Spazji tas-servizz (riskju għoli):

il-kċejjen, id-dispensi li jkun fihom it-tagħmir tat-tisjir, il-kmamar taż-żebgħa u tal-lampi, il-kabinetti li jissakkru u l-kmamar tal-ħżin li jkollhom żoni ta’ 4 m2 jew aktar, l-ispazji għall-ħżin tal-likwidi li jieħdu n-nar, u l-kmamar tax-xogħol għajr dawk li jiffurmaw parti mill-ispazji tal-makkinarju.

(10)

Gverti miftuħa:

l-ispazji tal-gverta miftuħa u l-postijiet magħluqa tal-mixi li ma jkollhom l-ebda riskju li jieħdu n-nar. Spazji tal-ajru (l-ispazju fuq in-naħa ta’ barra tas-sovrastrutturi u tal-kmamar ta’ fuq il-gverta).

(11)

Spazji ta’ kategorija speċjali:

l-ispazji kif definiti fir-Regolament II-2/A/2, il-paragrafu.18.

.3

Meta jiġi ddeterminat l-istandard tal-integrità applikabbli fir-rigward tar-reżistenza għan-nirien ta’ konfini bejn żewġ spazji f’żona vertikali prinċipali jew f’żona orizzontali li ma tkunx protetta b’sistema awtomatika ta’ bexxixiet li tikkonforma mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament II-2/A/8 jew bejn tali żoni li l-ebda minnhom ma tkun protetta b’dan il-mod, għandu japplika l-ogħla wieħed miż-żewġ valuri mogħtija fit-tabelli.

.4

Meta jiġi ddeterminat l-istandard tal-integrità applikabbli fir-rigward tar-reżistenza għan-nirien ta’ konfini bejn żewġ spazji f’żona vertikali prinċipali jew f’żona orizzontali li tkun protetta b’sistema awtomatika ta’ bexxixiet li tikkonforma mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament II-2/A/8 jew bejn tali żoni protetti b’dan il-mod, għandu japplika l-inqas wieħed miż-żewġ valuri mogħtija fit-tabelli. Fejn żona li fiha l-bexxixiet u żona li ma fihiex bexxixiet jiltaqgħu fl-ispazji tal-akkomodazzjoni u tas-servizz, għandu japplika l-ogħla wieħed miż-żewġ valuri mogħtija fit-tabelli għad-diviżjoni bejn iż-żoni.

.3

Is-soqfa jew is-suffitti kontinwi tal-klassi “B”, assoċjati mal-gverti jew mal-paratiji rilevanti, jistgħu jiġu aċċettati bħala li jikkontribwixxu fis-sħiħ jew parzjalment, għall-iżolazzjoni u għall-integrità meħtieġa ta’ diviżjoni.

.4

Il-konfini esterni li skont ir-Regolament II-2/B/1, il-paragrafu.1, jeħtieġ li jkunu tal-azzar jew materjal ekwivalenti ieħor jistgħu jiġu mtaqqba għat-twaħħil ta’ twieqi u ta’ fetħiet fil-ġnub, diment li ma jkun hemm l-ebda rekwiżit li jeħtieġ li tali konfini jkollhom integrità tal-klassi “A” f’xi post ieħor f’din il-parti. Bl-istess mod, fit-tali konfini li għalihom ma jkunux meħtieġa jkollhom integrità tal-klassi “A”, il-bibien jistgħu jkunu magħmula minn materjali li jissodisfaw l-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera.

Tabella 5.1

Integrità fir-rigward tar-reżistenza għan-nirien tal-paratiji li jisseparaw l-ispazji ħdejn xulxin

Spazji

(1)

(2)

(3)

(4)

(5)

(6)

(7)

(8)

(9)

(10)

(11)

Stazzjonijiet tal-kontroll

(1)

A-0 (c)

A-0

A-60

A-0

A-15

A-60

A-15

A-60

A-60

(*)

A-60

Kurituri

(2)

C (e)

B-0(e)

A-0 (a)

B-0(e)

A-60

A-0

A-0

A-15

(*)

A-15

B-0 (e)

A-0 (d)

Spazji tal-akkomodazzjoni

(3)

C (e)

A-0 (a)

B-0 (e)

A-60

A-0

A-0

A-15

(*)

A-30

B-0 (e)

A-0 (d)

A-0 (d)

Turġien

(4)

A-0 (a)

A-0 (a)

A-60

A-0

A-0

A-15

(*)

A-15

B-0 (e)

B-0 (e)

A-0 (d)

Spazji tas-servizz (riskju baxx)

(5)

C (e)

A-60

A-0

A-0

A-0

(*)

A-0

Spazji tal-makkinarju tal-kategorija A

(6)

(*)

A-0

A-0

A-60

(*)

A-60

Spazji tal-makkinarju oħra

(7)

A-0 (b)

A-0

A-0

(*)

A-0

Spazji tal-merkanzija

(8)

(*)

A-0

(*)

A-0

Spazji tas-servizz (riskju għoli)

(9)

A-0 (b)

(*)

A-30

Gverti miftuħa

(10)

A-0

Spazji ta’ kategorija speċjali

(11)

A-0

It-tabella li ġejja għandha tapplika għall-VAPURI KOLLHA TAL-KLASSIJIET B, C U D LI NBNEW FL-1 TA’ JANNAR 2018 JEW WARA:

Tabella 5.1(a)

Tabella 5.2

Integrità fir-rigward tar-reżistenza għan-nirien tal-gverti li jisseparaw l-ispazji ħdejn xulxin

Spazju taħt↓ Spazju fuq→

(1)

(2)

(3)

(4)

(5)

(6)

(7)

(8)

(9)

(10)

(11)

Stazzjonijiet tal-kontroll

(1)

A-0

A-0

A-0

A-0

A-0

A-60

A-0

A-0

A-0

(*)

A-30

Kurituri

(2)

A-0

(*)

(*)

A-0

(*)

A-60

A-0

A-0

A-0

(*)

A-0

Spazji tal-akkomodazzjoni

(3)

A-60

A-0

(*)

A-0

(*)

A-60

A-0

A-0

A-0

(*)

A-30

A-0 (d)

Turġien

(4)

A-0

A-0

A-0

(*)

A-0

A-60

A-0

A-0

A-0

(*)

A-0

Spazji tas-servizz (riskju baxx)

(5)

A-15

A-0

A-0

A-0

(*)

A-60

A-0

A-0

A-0

(*)

A-0

Spazji tal-makkinarju tal-kategorija A

(6)

A-60

A-60

A-60

A-60

A-60

(*)

A-60 (f)

Tabella 5.2(a)

Noti li jridu jiġu applikati għat-tabelli 5.1, 5.1(a), 5.2 u 5.2(a), kif ikun xieraq

(a)

Għal kjarifika dwar liema minnhom japplika, ara r-Regolament II-2/B/3 u r-Regolament II-2/B/8.

(b)

Fejn l-ispazji jkunu tal-istess kategorija numerika u jidher superskritt “b”, paratija jew gverta tal-klassifikazzjoni murija fit-tabelli tkun meħtieġa biss meta l-ispazji ħdejn xulxin ikunu għal skop differenti, eż. fil-kategorija (9). Kċina ħdejn oħra ma teħtieġx paratija iżda kċina ħdejn kamra taż-żebgħa teħtieġ paratija “A-0”.

(c)

Il-paratiji li jisseparaw il-kamra tat-tmunier u l-kamra fejn jinżammu l-mapep minn xulxin jista’ jkollhom klassifikazzjoni “B-0”.

(d)

Ara l-paragrafi.2.3 u.2.4 tar-Regolament II-2/B/5.

(e)

Għall-applikazzjoni tar-Regolament II-2/B/2, is-subparagrafu.1.2, kull fejn jidhru “B-0” u “C” fit-tabelli 5.1 u 5.1(a) għandhom jitqiesu bħala “A-0”.

(f)

Ma hemmx bżonn li jkun hemm iżolament min-nirien jekk l-ispazju tal-makkinarju fil-kategorija (7) ikollu ftit jew l-ebda riskju li jieħu n-nar.

(*)

Fejn jidher asterisk fit-tabelli, id-diviżjoni jeħtieġ li tkun tal-azzar jew materjal ekwivalenti ieħor, iżda mhux meħtieġa tkun tal-istandard tal-klassi “A”. Madankollu, fil-vapuri li nbnew fl-1 ta’ Jannar 2003 jew wara, fejn gverta, ħlief fi spazju tal-kategorija (10), tkun ippenetrata biex jgħaddu l-kejbils elettriċi, il-pajpijiet u l-kanali tal-ventilazzjoni, tali penetrazzjoni għandha tkun bl-eżatt biex tevita li jgħaddu l-fjammi u d-duħħan. Id-diviżjonijiet bejn l-istazzjonijiet tal-kontroll (ġeneraturi ta’ emerġenza) u l-gverti miftuħa jista’ jkollhom fetħiet tat-teħid tal-arja mingħajr mezz għall-għeluq, sakemm ma titwaħħalx sistema fissa tat-tifi tan-nar bil-gass. Għall-applikazzjoni tas-subparagrafu.1.2. tar-Regolament II-2/B/2, fejn jidher asterisk fit-tabelli 5.2 u 5.2(a), ħlief għall-kategoriji (8) u (10), għandu jitqies bħala “A-0”.

6.   Ir-Regolament II-2/B/6: Mezzi ta’ ħrib (R 28)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.1

It-turġien u s-slielem, il-kurituri u l-bibien għandhom ikunu rranġati b’tali mod li jipprovdu mezz pront ta’ ħrib għall-gverta tal-imbarkazzjoni tad-dgħajjes tas-sopravivenza u taċ-ċattri tas-salvataġġ mill-ispazji kollha tal-passiġġieri u tal-ekwipaġġ u mill-ispazji li fihom normalment ikun hemm l-ekwipaġġ, li mhumiex spazji tal-makkinarju. B’mod partikolari, għandu jkun hemm konformità mad-dispożizzjonijiet li ġejjin:

.1

Taħt il-gverta tal-paratija, żewġ mezzi ta’ ħrib, li tal-anqas wieħed minnhom għandu jkun indipendenti mill-bibien impermeabbli, għandhom jiġu pprovduti minn kull kompartiment impermeabbli jew spazju jew grupp ta’ spazji ristrett(i) b’mod simili. Eċċezzjonalment wieħed mill-mezzi ta’ ħrib jista’ ma jintużax, wara li jiġu kkunsidrati n-natura u l-lok tal-ispazji u l-għadd ta’ persuni li normalment jista’ jkun hemm.

F’każ bħal dan l-uniku mezz ta’ salvataġġ għandu jipprovdi ħrib sikur.

Għall-vapuri, li nbnew fl-1 ta’ Jannar 2003 jew wara, id-dispensar imsemmi hawn fuq jista’ jingħata biss għall-ispazji tal-ekwipaġġ li jidħlu fihom biss okkażjonalment, u f’dak il-każ ir-rotta tal-ħrib meħtieġa għandha tkun indipendenti mill-bibien impermeabbli.

.2

‘Il fuq mill-gverta tal-paratija għandu jkun hemm tal-anqas żewġ mezzi ta’ ħrib minn kull żona vertikali prinċipali jew spazju jew grupp ta’ spazji ristrett(i) b’mod simili, li tal-anqas wieħed minnhom għandu jagħti aċċess għal taraġ li jifforma ħrib vertikali.

.3

Jekk stazzjon tar-radjutelegrafija ma jkollu l-ebda aċċess dirett għall-gverta miftuħa, għandhom jiġu pprovduti żewġ mezzi ta’ ħrib minn tali stazzjon jew aċċess għalih, li wieħed minnhom jista’ jkun toqba jew tieqa ta’ daqs suffiċjenti jew mezz ieħor.

.4

Fil-vapuri eżistenti tal-klassi B, kuritur, jew parti minn kuritur, minn fejn ikun hemm rotta waħda biss ta’ ħrib, ma għandux jaqbeż:

.1

tul ta’ ħames (5) metri għall-vapuri li nbnew fl-1 ta’ Ottubru 1994 jew wara,

.2

tul ta’ 13-il metru għall-vapuri li nbnew qabel l-1 ta’ Ottubru 1994, li jġorru iktar minn 36 passiġġier, u

.3

tul ta’ seba’ (7) metri għall-vapuri li nbnew qabel l-1 ta’ Ottubru 1994, li jġorru mhux iktar minn 36 passiġġier.

Fil-vapuri ġodda tal-klassijiet A, B, C u D, għandu jiġi pprojbit li jkun hemm kuritur, sala jew parti minn kuritur minn fejn ikun hemm rotta waħda biss ta’ ħrib.

Il-kurituri li ma jwasslu mkien li jintużaw fiż-żoni tas-servizz u li jkunu meħtieġa għall-utilità prattika tal-vapur, bħall-istazzjonijiet taż-żejt tal-karburant u l-kurituri tal-provvista ta’ wara, għandhom jiġu permessi, diment li dawn il-kurituri li ma jwasslu mkien ikunu separati miż-żoni tal-akkomodazzjoni tal-ekwipaġġ u ma jkunux aċċessibbli miż-żoni tal-akkomodazzjoni tal-passiġġieri. Parti minn kuritur b’fond li ma jaqbiżx il-wisa’ tiegħu titqies bħala daħla jew estensjoni lokali, u hija permessa.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D LI NBNEW QABEL L-1 TA’ JANNAR 2003:

.5

Tal-anqas wieħed mill-mezzi ta’ ħrib meħtieġa mill-paragrafi.1.1 u.1.2 għandu jikkonsisti minn taraġ magħluq li jkun aċċessibbli faċilment, li għandu jipprovdi protezzjoni kontinwa min-nar mil-livell tal-oriġini tiegħu sal-gverti tal-imbarkazzjoni xierqa tad-dgħajjes tas-sopravivenza u taċ-ċattri tas-salvataġġ, jew sal-ogħla gverta jekk il-gverta tal-imbarkazzjoni ma testendix saż-żona vertikali prinċipali meqjusa.

Fil-każ imsemmi l-aħħar, għandu jiġi pprovdut aċċess dirett għall-gverta tal-imbarkazzjoni permezz ta’ turġien u passaġġi miftuħa esterni u għandu jkollhom dawl ta’ emerġenza f’konformità mar-Regolament III/5, il-paragrafu.3, kif ukoll superfiċi li ma jiżolqux. Il-konfini li jħarsu lejn it-turġien u l-passaġġi miftuħa esterni li jiffurmaw parti minn rotta ta’ ħrib għandhom ikunu protetti b’tali mod li nar fi kwalunkwe spazju magħluq wara tali konfini ma jimpedixxix il-ħrib lejn il-istazzjonijiet tal-imbarkazzjoni.

Il-wisgħat, in-numru u l-kontinwità tal-mezzi ta’ ħrib għandhom ikunu kif ġej:

.1

It-turġien ma għandux ikollhom wisa’ netta ta’ inqas minn 900 mm, jekk dan ikun raġonevoli u prattikabbli għas-sodisfazzjon tal-Istat Membru, iżda fl-ebda każ ma għandhom ikunu anqas minn 600 mm. It-turġien għandhom jitwaħħlu bil-poġġamani fuq kull naħa. Il-wisa’ netta minima tat-turġien għandha tiżdied b’10 mm għal kull persuna malli jinqabżu d-90 persuna. Il-wisa’ netta massima bejn il-poġġamani fejn it-turġien ikunu usa’ minn 900 mm għandha tkun 1 800 mm. In-numru totali ta’ persuni li jridu jiġu evakwati minn tali turġien għandu jiġi preżunt li jkun żewġ terzi tal-ekwipaġġ u n-numru totali ta’ passiġġieri fiż-żoni moqdija minn tali turġien. Il-wisa’ tat-turġien għandha tal-anqas tikkonforma mal-istandard mogħti fir-Riżoluzzjoni A.757(18) tal-OMI.

.2

It-turġien kollha ta’ daqs maħsub għal aktar minn 90 persuna għandhom jiġu allinjati qabel u wara.

.3

Il-bibien, il-kurituri u l-pjanijiet intermedji inklużi fil-mezzi ta’ ħrib għandhom ikunu ta’ daqs maħsub bl-istess mod bħat-turġien.

.4

It-turġien ma għandhomx jaqbżu t-3,5 metri fiż-żieda vertikali mingħajr ma jiġi pprovdut pjan u ma għandux ikollhom angolu ta’ inklinazzjoni akbar minn 45°.

.5

Il-pjanijiet f’kull livell tal-gverta ma għandux ikollhom erja anqas minn 2 m2 u għandhom jiżdiedu b’1 m2 għal kull 10 persuni malli jinqabżu l-20 persuna iżda ma hemmx bżonn jaqbżu s-16 m2, ħlief dawk il-pjanijiet li jaqdu l-ispazji pubbliċi u li jkollhom aċċess dirett għall-magħlaq tat-taraġ.

VAPURI TAL-KLASSIJIET B, C U D LI NBNEW FL-1 TA’ JANNAR 2003 JEW WARA:

.5 a

Tal-anqas wieħed mill-mezzi ta’ ħrib meħtieġa fil-paragrafi.1.1 u.1.2 għandu jikkonsisti minn taraġ magħluq li jkun aċċessibbli faċilment, li għandu jipprovdi protezzjoni kontinwa min-nar mil-livell tal-oriġini tiegħu sal-gverti tal-imbarkazzjoni xierqa tad-dgħajjes tas-sopravivenza u taċ-ċattri tas-salvataġġ, jew sal-ogħla gverta tal-osservazzjoni tat-temp jekk il-gverta tal-imbarkazzjoni ma testendix saż-żona vertikali prinċipali meqjusa.

Fil-każ imsemmi l-aħħar, għandu jiġi pprovdut aċċess dirett għall-gverta tal-imbarkazzjoni permezz ta’ turġien u passaġġi miftuħa esterni u għandu jkollhom dawl ta’ emerġenza f’konformità mar-Regolament III/5.3, kif ukoll superfiċi li ma jiżolqux. Il-konfini li jħarsu lejn it-turġien u l-passaġġi miftuħa esterni li jiffurmaw parti minn rotta ta’ ħrib u konfini f’pożizzjoni tali li jekk ikollhom ħsara waqt li jkun hemm nar jimpedixxu l-ħrib lejn il-gverta tal-imbarkazzjoni għandu jkollhom l-integrità fir-rigward tar-reżistenza għan-nirien, inkluż valuri tal-iżolazzjoni, f’konformità mat-tabelli 4.1 sa 5.2, kif ikun xieraq.

Il-wisgħat, in-numru u l-kontinwità tal-mezzi ta’ ħrib għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti tal-Kodiċi għas-Sistemi tas-Sikurezza Kontra n-Nirien.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D, LI NBNEW QABEL L-1 TA’ JANNAR 2003 U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.6

Għandha tiġi pprovduta protezzjoni sodisfaċenti għall-aċċess mill-imgħalaq tat-turġien għaż-żoni tal-imbarkazzjoni tad-dgħajjes tas-sopravivenza u taċ-ċattri tas-salvataġġ.

VAPURI TAL-KLASSIJIET B, C U D LI NBNEW FL-1 TA’ JANNAR 2003 JEW WARA:

.6 a

Il-protezzjoni għall-aċċess mill-imgħalaq tat-turġien għaż-żoni tal-imbarkazzjoni tad-dgħajjes tas-sopravivenza u taċ-ċattri tas-salvataġġ għandhom jiġu pprovduti direttament jew inkella minn rotot interni protetti li jkollhom integrità fir-rigward tar-reżistenza għan-nirien u valuri tal-iżolazzjoni għall-imgħalaq tat-turġien kif stabbilit mit-tabelli 4.1 sa 5.2, kif ikun xieraq.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D:

.7

Flimkien mad-dawl ta’ emerġenza meħtieġ skont ir-Regolamenti II-1/D/3 u III/5.3, il-mezzi ta’ ħrib inkluż it-turġien u l-ħruġ, għandhom jiġu mmarkati b’indikaturi li jixegħlu jew li jixegħlu bi strippa fotoluminixxenti mpoġġija mhux aktar minn 0,3 metri ’l fuq mill-gverta fil-punti kollha tar-rotta ta’ ħrib, inkluż l-angoli u l-punti ta’ intersezzjoni. L-immarkar jrid iħalli l-passiġġieri jidentifikaw ir-rotot kollha ta’ ħrib u jidentifikaw malajr il-postijiet minn fejn tista’ toħroġ. Jekk tintuża l-illuminazzjoni elettrika, din għandha tiġi pprovduta mis-sors tal-enerġija ta’ emerġenza u għandha tiġi rranġata b’tali mod li f’każ ta’ ħsara ta’ kwalunkwe dawl singolu jew ta’ qtugħ ta’ kurrent fi strippa tad-dawl, dan ma jirriżultax fl-ineffettività tal-immarkar. Barra minn hekk, is-sinjali kollha tar-rotta tal-ħrib u l-immarkar ta’ fejn jinsab it-tagħmir tat-tifi tan-nar għandhom ikunu magħmula minn materjal fotoluminixxenti jew immarkati bid-dawl. L-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera għandha tiżgura li dan it-tagħmir li jixgħel jew fotoluminixxenti jkun ġie evalwat, ittestjat u applikat f’konformità mal-linji gwida mogħtija fir-Riżoluzzjoni A.752(18) tal-OMI.

Madankollu, għall-vapuri ġodda tal-klassijiet B, C u D li nbnew fl-1 ta’ Jannar 2003 jew wara, l-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera għandha tiżgura li tali tagħmir li jixgħel jew fotoluminixxenti jkun ġie evalwat, ittestjat u applikat f’konformità mal-Kodiċi għas-Sistemi tas-Sikurezza Kontra n-Nirien.

VAPURI TAL-KLASSIJIET B, C U D LI NBNEW FL-1 TA’ JANNAR 2003 JEW WARA:

.8

Fil-vapuri li jġorru aktar minn 36 passiġġier, ir-rekwiżiti tal-paragrafu.1.7 tar-Regolament II-2/B/6 għandhom japplikaw ukoll għall-akkomodazzjonijiet tal-ekwipaġġ.

.9

Bibien li normalment jinżammu msakkra u li jiffurmaw parti minn rotta tal-ħrib.

.1

Il-bibien tal-kabini u l-kmamar privati ma għandux ikollhom bżonn ċwievet biex jinfetħu minn ġewwa l-kamra.

Ma għandu jkun hemm l-ebda bieb tul kwalunkwe rotta indikata bħala rotta tal-ħrib li jkun jeħtieġ iċ-ċwievet biex jinfetaħ meta dak li jkun jinsab miexi fid-direzzjoni tal-ħrib.

.2

Il-bibien tal-ħrib mill-ispazji pubbliċi li normalment ikunu jinsabu maqfula għandhom jiġu mgħammra b’mezz biex jinfetħu malajr. Dawn il-mezzi għandhom jikkonsistu f’mekkaniżmu li jaqfel il-bibien li jiftaħ il-maqfel malli tiġi applikata l-forza fid-direzzjoni tal-fluss tal-ħrib. Il-mekkaniżmi li jinfetħu malajr għandhom jiġu ddisinjati u installati għas-sodisfazzjon tal-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera u partikolarment:

.2.1

għandhom ikunu jikkonsistu minn żbarri jew pannelli, li l-porzjon ta’ attwazzjoni tagħhom ikun jestendi tul tal-anqas nofs il-wisa’ tal-qoxra tal-bieb, tal-anqas 760 mm u mhux aktar minn 1 120 mm ’il fuq mill-gverta;

.2.2

għandhom iġiegħlu l-maqfel tal-bieb jinfetaħ meta tiġi applikata forza li ma taqbiżx is-67 N; u

.2.3

ma għandhomx ikunu mgħammra b’xi mezz li jsakkar, b’vit ta’ aġġustament (set screw) jew arranġament ieħor li jipprevjeni l-ftuħ tal-maqfel meta tiġi applikata l-pressjoni fuq il-mezz li jiftaħ.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.2

.1

Fl-ispazji ta’ kategorija speċjali, in-numru u d-dispożizzjoni tal-mezzi tal-ħrib kemm taħt kif ukoll fuq il-gverta tal-paratija għandhom ikunu għas-sodisfazzjon tal-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera u inġenerali s-sikurezza tal-aċċess għall-gverta tal-imbarkazzjoni għandha tal-anqas tkun ekwivalenti għal dak previst skont il-paragrafi.1.1,.1.2,.1.5 u.1.6.

Fil-vapuri ġodda tal-klassijiet B, C u D li nbnew fl-1 ta’ Jannar 2003 jew wara, tali spazji għandhom jiġu pprovduti b’passaġġi tal-mixi indikati għall-mezz tal-ħrib b’wisa’ ta’ mill-inqas 600 mm, u fejn ikun prattikabbli u raġonevoli dawk il-passaġġi tal-mixi lonġitudinali indikati għandhom jogħlew tal-anqas 150 mm ’il fuq mis-superfiċe tal-gverta. L-arranġamenti tal-ipparkjar għall-vetturi għandhom iħallu l-passaġġi tal-mixi liberi l-ħin kollu.

.2

Waħda mir-rotot ta’ ħrib mill-ispazji tal-makkinarju fejn l-ekwipaġġ ikun normalment impjegat għandha tevita l-aċċess dirett għal kwalunkwe spazju ta’ kategorija speċjali.

.3

Ir-rampi li jistgħu jintrefgħu ’l fuq/‘l isfel għas-sewqan għal fuq il-gverti tal-pjattaformi ma jridux ikunu kapaċi jimblukkaw ir-rotot approvati tal-ħrib meta jkunu fil-pożizzjoni baxxuta.

.3.1

Għandhom jiġu pprovduti żewġ mezzi ta’ ħrib minn kull spazju tal-makkinarju. B’mod partikolari, għandu jkun hemm konformità mad-dispożizzjonijiet li ġejjin:

.1

Fejn l-ispazju jkun taħt il-gverta tal-paratija, iż-żewġ mezzi ta’ ħrib għandhom jikkonsistu minn:

.1

żewġ settijiet ta’ slielem tal-azzar li jkunu kemm jista’ jkun separati minn xulxin, li jwasslu għall-bibien fil-parti ta’ fuq tal-ispazju li jkunu separati b’mod simili, u li minnhom ikun hemm aċċess għall-gverti tal-imbarkazzjoni xierqa tad-dgħajjes tas-sopravivenza u taċ-ċattri tas-salvataġġ. Fil-vapuri ġodda, wieħed minn dawn is-slielem għandu jipprovdi kenn kontinwu min-nar mill-parti l-aktar baxxa tal-ispazju għal pożizzjoni sikura ’l barra mill-ispazju. Fil-vapuri ġodda tal-klassijiet B, C u D li nbnew fl-1 ta’ Jannar 2003 jew wara, dak is-sellum għandu jkun jinsab f’magħlaq protett li jissodisfa r-Regolament II-2/B/4, il-kategorija (2), jew ir-Regolament II-2/B/5, il-kategorija (4), kif ikun xieraq, mill-parti l-aktar baxxa tal-ispazju li jaqdi għal pożizzjoni ’l barra mill-ispazju. Il-bibien li jaqtgħu n-nirien u li jingħalqu awtomatikament tal-istess standards ta’ integrità fir-rigward tar-reżistenza għan-nirien għandhom jitwaħħlu fil-magħlaq. Is-sellum għandu jitwaħħal b’tali mod li s-sħana ma tiġix ittrasferita fil-magħlaq minn ġo punti tat-twaħħil mhux iżolati. Il-magħlaq protett għandu jkollu dimensjonijiet interni minimi ta’ mill-inqas 800 mm × 800 mm, u għandu jkollu dispożizzjonijiet tad-dawl ta’ emerġenza; jew

.2

sellum wieħed tal-azzar li jwassal għal bieb fil-parti ta’ fuq tal-ispazju li minnu jkun ipprovdut aċċess għall-gverta tal-imbarkazzjoni, u flimkien ma’ dan, fil-parti l-iktar baxxa tal-ispazju u f’pożizzjoni li tkun separata sew mis-sellum imsemmi, bieb tal-azzar li jkun kapaċi jitħaddem minn kull naħa u li jipprovdi aċċess għal rotta sikura ta’ ħrib mill-parti l-iktar baxxa tal-ispazju għall-gverta tal-imbarkazzjoni.

.2

Fejn l-ispazju jkun fuq il-gverta tal-paratija, iż-żewġ mezzi ta’ ħrib għandhom ikunu kemm jista’ jkun separati minn xulxin u l-bibien li jwasslu minn tali mezzi ta’ ħrib għandhom ikunu f’pożizzjoni li minnha jkun ipprovdut l-aċċess għall-gverti tal-imbarkazzjoni xierqa tad-dgħajjes tas-sopravivenza u taċ-ċattri tas-salvataġġ. Fejn dawn il-mezzi ta’ ħrib jeħtieġu l-użu ta’ slielem, dawn għandhom ikunu tal-azzar.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET A, B, C U D:

.3

Mill-ispazji għall-monitoraġġ tat-tħaddim tal-makkinarju, u mill-ispazji tax-xogħol, għandu jkun hemm tal-anqas żewġ mezzi ta’ ħrib, li minnhom waħda għandha tkun indipendenti mill-ispazju tal-makkinarju u tagħti aċċess għall-gverta tal-imbarkazzjoni.

.4

Il-parti ta’ taħt tat-turġien fl-ispazji tal-makkinarju għandu jkollha lqugħ.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.3.2

L-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera tista’ tippermetti li ma jkunx hemm wieħed mill-mezzi ta’ ħrib minn kwalunkwe spazju tali diment li jkun hemm bieb jew sellum tal-azzar li jipprovdu rotta sikura ta’ ħrib għall-gverta tal-imbarkazzjoni, wara li jiġu kkunsidrati kemm meħtieġ in-natura u l-lok tal-ispazju u jekk normalment ikunx hemm nies jaħdmu f’dak l-ispazju. Fil-vapuri ġodda tal-klassijiet B, C u D li nbnew fl-1 ta’ Jannar 2003 jew wara, għandu jiġi pprovdut it-tieni mezz ta’ ħrib fl-ispazju tat-tagħmir tal-għoti tad-direzzjoni meta l-pożizzjoni tal-għoti tad-direzzjoni ta’ emerġenza tkun tinsab f’dak l-ispazju sakemm ma jkunx hemm aċċess dirett għall-gverta miftuħa.

.3.3

Għandhom jiġu pprovduti żewġ mezzi ta’ ħrib minn kamra tal-kontroll tal-makkinarju li tkun tinsab fi spazju tal-makkinarju, u tal-anqas wieħed minnhom għandu jipprovdi kenn kontinwu min-nirien għal pożizzjoni sikura ’l barra mill-ispazju tal-makkinarju.

VAPURI TAL-KLASSIJIET B, C U D LI NBNEW FL-1 TA’ JANNAR 2018 JEW WARA

.3.4

Għandhom jiġu pprovduti żewġ mezzi ta’ ħrib mill-post tax-xogħol prinċipali fi spazju tal-makkinarju. Tal-anqas waħda minn dawk ir-rotot tal-ħrib għandha tipprovdi kenn kontinwu min-nirien sa pożizzjoni sikura ’l barra mill-ispazju tal-makkinarju.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.4

Il-liftijiet ma għandhom qatt jiġu kkunsidrati li jiffurmaw wieħed mill-mezzi meħtieġa ta’ ħrib.

.5

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B B’TUL TA’ 40 METRU U AKTAR:

.1

Għandhom jinġarru apparati tat-teħid tan-nifs waqt ħrib ta’ emerġenza, li jikkonformaw mal-Kodiċi għas-Sistemi tas-Sikurezza Kontra n-Nirien.

.2

Għandhom jinġarru tal-anqas żewġ apparati tat-teħid tan-nifs waqt ħrib ta’ emerġenza f’kull żona vertikali prinċipali.

.3

Fil-vapuri li jġorru aktar minn 36 passiġġier, żewġ apparati tan-nifs waqt ħrib ta’ emerġenza, flimkien ma’ dawk meħtieġa skont is-subparagrafu.5.2 għandhom jinġarru f’kull żona vertikali prinċipali.

.4

Madankollu, is-subparagrafi.5.2 u.5.3 ma japplikawx għall-imgħalaq tat-turġien li jiffurmaw żoni vertikali prinċipali individwali u għaż-żoni vertikali prinċipali fuq quddiem jew fuq wara ta’ vapur, li ma jkunx fihom spazji tal-kategoriji (6), (7), (8) jew (12) definiti fir-Regolament II-2/B/4.

.5

Fl-ispazji tal-makkinarju, l-apparati tat-teħid tan-nifs waqt ħrib ta’ emerġenza għandhom jinsabu lesti għall-użu f’postijiet li jidhru faċilment, li jkunu jistgħu jintlaħqu malajr u faċilment fi kwalunkwe ħin fil-każ ta’ nirien. Il-lok tal-apparati tat-teħid tan-nifs waqt ħrib ta’ emerġenza għandu jqis il-mod kif inhu ppustjat l-ispazju tal-makkinarju u n-numru ta’ persuni li normalment jaħdmu fl-ispazju.

.6

Għandha ssir referenza għal-Linji Gwida għall-prestazzjoni, għal-lok, għall-użu u għall-kura tal-apparati tat-teħid tan-nifs waqt ħrib ta’ emerġenza (EEBD) fl-MSC/Ċirk.849 tal-OMI.

.7

In-numru u fejn jinsabu dawn il-mezzi għandhom jiġu indikati fil-pjanta tal-kontroll tan-nirien meħtieġa skont ir-Regolament II-2/A/13.

6-1   Ir-Regolament II-2/B/6-1: Rotot ta’ ħrib fuq vapuri ro-ro tal-passiġġieri (R 28-1)

.1   REKWIŻITI APPLIKABBLI GĦALL-VAPURI RO-RO ĠODDA TAL-PASSIĠĠIERI TAL-KLASSIJIET B, C U D U GĦAL DAWK EŻISTENTI TAL-KLASSI B

.1.1

Dan il-paragrafu japplika għall-vapuri ro-ro ġodda tal-passiġġieri tal-klassijiet B, C u D u għal dawk eżistenti tal-klassi B.

.1.2

Għandhom jiġu pprovduti poġġamani jew postijiet oħra ma’ fejn wieħed jista’ jżomm, fil-kurituri kollha tul ir-rotta sħiħa tal-ħrib, sabiex ikun hemm post sikur fejn jitqiegħdu l-idejn f’kull pass tar-rotta, fejn ikun possibbli, għall-istazzjonijiet tal-ġmigħ tan-nies u għall-istazzjonijiet tal-imbarkazzjoni. Dawn il-poġġamani għandhom jiġu pprovduti fuq iż-żewġ naħat tal-kurituri lonġitudinali b’wisa’ ta’ aktar minn 1,8 metri u tal-kurituri trasversali b’wisa’ ta’ aktar minn metru (1). Għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-ħtieġa biex ikun possibbli li wieħed jgħaddi mill-entraturi, mill-atriji u minn spazji miftuħa kbar oħra tul ir-rotot tal-ħrib. Il-poġġamani u kull post ieħor ma’ fejn wieħed jista’ jżomm għandu jkollhom saħħa tali li jkunu jifilħu tagħbija orizzontali mifruxa ta’ 750 N/m applikata fid-direzzjoni taċ-ċentru tal-kuritur jew ta’ spazju, u tagħbija vertikali mifruxa ta’ 750 N/m applikata fid-direzzjoni ’l isfel. Ma hemmx bżonn li ż-żewġ tagħbijiet jiġu applikati flimkien.

.1.3

Ir-rotot ta’ ħrib ma għandhomx jiġu imblukkati bl-għamara jew b’affarijiet oħra li jtellfu. Bl-eċċezzjoni ta’ mwejjed u siġġijiet li jistgħu jitneħħew biex ikun hemm spazju miftuħ, il-kabinetti u tagħmir tqil ieħor fl-ispazji pubbliċi u matul ir-rotot ta’ ħrib għandhom jintrabtu f’posthom sabiex ma jkunx hemm ċaqliq meta l-vapur jirrollja jew imil lejn il-ġenb. Il-kisjiet tal-art ukoll għandhom ikunu f’posthom. Meta l-vapur ikun fi triqtu, ir-rotot ta’ ħrib għandhom jinżammu ħielsa minn ingombri bħall-karretti tat-tindif, sodod, bagalji u kaxxi ta’ oġġetti.

.1.4

Ir-rotot ta’ ħrib għandhom jiġu pprovduti minn kull spazju li normalment ikun okkupat fuq il-vapur għal kull stazzjon tal-ġmigħ tan-nies. Dawn ir-rotot tal-ħrib għandhom jiġu rranġati sabiex jipprovdu l-aktar rotta diretta possibbli għall-istazzjon tal-ġmigħ tan-nies, u għandhom jiġu mmarkati b’simboli relatati mat-tagħmir u l-arranġamenti tas-salvataġġ, adottati bir-Riżoluzzjoni A.760(18) tal-OMI.

.1.5

Fejn l-ispazji magħluqa jkunu ħdejn gverta miftuħa, il-fetħiet mill-ispazju magħluq għall-gverta miftuħa għandhom, fejn ikun prattikabbli, ikunu jistgħu jintużaw bħala ħruġ ta’ emerġenza.

.1.6

Il-gverti għandhom jiġu nnumerati b’mod sekwenzjali, li jibda bil-“1” fuq l-għatu tat-tank jew fl-aktar gverta baxxa. Dawn in-numri għandhom jintwerew b’mod prominenti fil-pjanti tat-turġien u fis-swali fejn hemm il-lift. Il-gverti jista’ jkollhom ukoll isem, iżda in-numru tal-gverta għandu dejjem jintwera mal-isem.

.1.7

Għandhom jintwerew b’mod prominenti fuq in-naħa ta’ ġewwa ta’ kull bieb tal-kabina u fl-ispazji pubbliċi, pjanti sempliċi “taparsi” li juru l-pożizzjoni “int qiegħed hawn” u r-rotot ta’ ħrib mmarkati bi vleġeġ. Il-pjanta għandha turi d-direzzjonijiet tar-rotot tal-ħrib, u għandha tkun orjentata sew b’rabta mal-pożizzjoni tagħha fuq il-vapur.

.1.8

Il-bibien tal-kabini u l-kmamar privati ma għandux ikollhom bżonn ċwievet biex jinfetħu minn ġewwa l-kamra. Lanqas ma għandu jkun hemm xi bibien tul kwalunkwe rotta tal-ħrib ddisinjata li jeħtieġu ċ-ċwievet biex jinfetħu meta dak li jkun ikun miexi fid-direzzjoni tal-ħrib.

.2   REKWIŻITI APPLIKABBLI GĦALL-VAPURI RO-RO ĠODDA TAL-PASSIĠĠIERI TAL-KLASSIJIET B, C U D:

.2.1

L-aktar 0,5 metri baxxi tal-paratiji u ta’ porzjonijiet oħra li jiffurmaw diviżjonijiet vertikali tul ir-rotot tal-ħrib għandhom ikunu kapaċi jifilħu tagħbija ta’ 750 N/m biex ikunu jistgħu jintużaw bħala superfiċi tal-mixi mill-ġenb tar-rotta tal-ħrib meta l-vapur ikollu angoli kbar ta’ mejl.

.2.2

Ir-rotta tal-ħrib mill-kabini għall-imgħalaq tat-turġien għandha tkun kemm jista’ jkun dritta, b’numru minimu ta’ bidliet fid-direzzjoni. Ma għandux ikun meħtieġ li wieħed jaqsam minn naħa waħda tal-vapur għall-oħra biex jilħaq xi rotta tal-ħrib. Ma għandux ikun meħtieġ li wieħed jitla’/jinżel aktar minn żewġ gverti ’l fuq jew ’l isfel biex jilħaq stazzjon tal-ġmigħ tan-nies jew gverta miftuħa minn kwalunkwe spazju tal-passiġġieri.

.2.3

Ir-rotot esterni għandhom ikunu pprovduti minn gverti miftuħa, imsemmija fil-paragrafu 2.2, għall-istazzjonijiet tal-imbarkazzjoni tal-inġenji tal-baħar għas-sopravivenza.

.3   REKWIŻITI APPLIKABBLI GĦALL-VAPURI RO-RO ĠODDA TAL-PASSIĠĠIERI TAL-KLASSIJIET B, C U D LI NBNEW FL-1 TA’ LULJU 1999 JEW WARA

Għall-vapuri ro-ro ġodda tal-passiġġieri tal-klassijiet B, C u D li nbnew fl-1 ta’ Lulju 1999 jew wara, ir-rotot tal-ħrib għandhom jiġu evalwati b’analiżi ta’ evakwazzjoni kmieni fil-proċess tad-disinn. L-analiżi għandha tintuża biex tidentifika u telimina, sa fejn ikun prattiku, il-konġestjoni li tista’ tiżviluppa waqt l-abbandun, minħabba l-moviment normali tal-passiġġieri u l-ekwipaġġ fir-rotot tal-ħrib, inkluża l-possibbiltà li l-ekwipaġġ jista’ jkollu bżonn jiċċaqlaq tul dawn il-passaġġi f’direzzjoni li tkun opposta għall-moviment tal-passiġġieri. Flimkien ma’ dan, l-analiżi għandha tintuża biex turi li l-arranġamenti ta’ ħrib ikunu flessibbli b’mod suffiċjenti biex jipprovdu għall-possibbiltà li ċerti rotot ta’ ħrib, stazzjonijiet tal-ġmigħ tan-nies, stazzjonijiet tal-imbarkazzjoni jew inġenji tal-baħar tas-sopravivenza jista’ jkun li ma jkunux disponibbli b’riżultat ta’ diżgrazzja.

7.   Ir-Regolament II-2/B/7: Penetrazzjonijiet u fetħiet fid-diviżjonijiet tal-klassi “A” u “B” (R 30, 31)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.1

Il-fetħiet kollha fid-diviżjonijiet tal-klassi “A” għandhom jiġu pprovduti b’mezzi tal-għeluq li jeħlu b’mod permanenti u li għandhom ikunu effettivi biex jirreżistu għan-nirien bħad-diviżjonijiet li fihom jitwaħħlu.

.2

Il-kostruzzjoni tal-bibien u tal-oqfsa tagħhom kollha fid-diviżjonijiet tal-klassi “A”, bil-mezzi li jissakkru meta jingħalqu, għandhom jipprovdu reżistenza għan-nirien kif ukoll għall-passaġġ tad-duħħan u tal-fjammi, sa fejn ikun prattiku, ekwivalenti għal dak tal-paratiji li fih jinsabu l-bibien. Dawn il-bibien u l-oqfsa tagħhom għandhom jinbnew bl-azzar jew b’materjal ekwivalenti ieħor. Il-bibien impermeabbli ma hemmx bżonn ikunu iżolati.

.3

Kull bieb għandu jkun jista’ jinfetaħ u jingħalaq minn kull naħa tal-paratija minn persuna waħda biss.

.4

Il-bibien li jaqtgħu n-nar fil-paratiji u fl-imgħalaq tat-turġien taż-żona vertikali prinċipali għajr il-bibien impermeabbli motorizzati li jiżżerżqu u l-bibien li normalment ikunu msakkrin, għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

.1

Il-bibien għandhom ikunu jingħalqu b’mod awtomatiku u b’angolu sa 3,5° kontra tal-għeluq. Il-veloċità tal-għeluq għandha, jekk ikun meħtieġ, tiġi kkontrollata sabiex tevita periklu żejjed għall-persuni. Fil-vapuri ġodda, ir-rata uniformi tal-għeluq ma għandhiex tkun aktar minn 0,2 m/s u mhux anqas minn 0,1 m/s bil-vapur fil-pożizzjoni wieqfa.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D:

.2

Il-bibien li jiżżerżqu li huma kkontrollati mill-bogħod jew dawk motorizzati għandhom jiġu mgħammra b’allarm li jdoqq għal tal-anqas ħames (5) sekondi iżda għal mhux aktar minn 10 sekondi qabel ma l-bieb jibda jiċċaqlaq u jkompli jinstema’ sakemm il-bieb jingħalaq kompletament. Il-bibien li huma ddisinjati biex jerġgħu jinfetħu malli jmissu ma’ oġġett fil-passaġġ tagħhom għandhom jerġgħu jinfetħu biżżejjed biex iħallu passaġġ mingħajr ingombru ta’ mill-inqas 0,75 metri, iżda ta’ mhux aktar minn metru.

.3

Il-bibien kollha, ħlief għall-bibien li jaqtgħu n-nar li normalment jinżammu magħluqa, għandhom ikunu kapaċi jinfetħu bis-sistema tar-rilaxx awtomatiku mill-bogħod minn stazzjon ċentrali tal-kontroll li jkollu n-nies miegħu l-ħin kollu, jew b’mod simultanju jew fi gruppi, u kif ukoll individwalment minn pożizzjoni fuq iż-żewġ naħat tal-bieb. Għandha tiġi pprovduta indikazzjoni fil-panel tal-kontroll tan-nar fl-istazzjoni ċentrali tal-kontroll li jkollu n-nies miegħu l-ħin kollu, jekk kull wieħed mill-bibien ikkontrollati mill-bogħod ikunx magħluq. Il-mekkaniżmu li jiftaħ għandu jkun iddisinjat b’tali mod li l-bieb jingħalaq awtomatikament fil-każ ta’ problemi fis-sistema tal-kontroll jew fil-provvista ċentrali tal-enerġija. L-iswiċċijiet li jiftħu għandu jkollhom funzjoni li jixegħlu u jitfu biex jevitaw l-issettjar mill-ġdid tas-sistema. Il-grampuni li jżommu lura li mhumiex soġġetti għall-ftuħ tal-istazzjon ċentrali tal-kontroll huma pprojbiti.

.4

L-akkumulaturi tal-enerġija lokali għall-bibien motorizzati għandhom jiġu pprovduti fil-viċinanza immedjata tal-bibien biex b’hekk il-bibien ikunu jistgħu jitħaddmu tal-anqas 10 darbiet (jinfetħu u jingħalqu kompletament) bl-użu tal-kontrolli lokali.

.5

Il-bibien bil-qoxra doppja b’qafla li tkun meħtieġa għall-integrità fir-rigward tar-reżistenza għan-nirien tagħhom għandu jkollhom qafla li tiġi attivata awtomatikament bit-tħaddim tal-bibien meta jinfetħu mis-sistema.

.6

Il-bibien motorizzati u li jingħalqu awtomatikament, li jagħtu aċċess dirett għall-ispazji ta’ kategorija speċjali, ma hemmx bżonn ikunu mgħammra b’allarmi u b’mekkaniżmi tal-ftuħ mill-bogħod meħtieġa fis-subparagrafi.4.2 u.4.3.

VAPURI TAL-KLASSIJIET B, C U D LI NBNEW FL-1 TA’ JANNAR 2003 JEW WARA:

Minflok.4, għandu japplika l-paragrafu.4a li ġej:

.4 a

Il-bibien li jaqtgħu n-nar fil-paratiji taż-żona vertikali prinċipali, fil-konfini tal-kċina u fl-imgħalaq tat-turġien, għajr il-bibien impermeabbli motorizzati u dawk li normalment ikunu msakkra, għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

.1

il-bibien għandhom ikunu jingħalqu awtomatikament u għandhom ikunu kapaċi jingħalqu b’angolu ta’ inklinazzjoni sa 3,5° kontra tal-għeluq;

.2

il-ħin approssimattiv tal-għeluq għall-bibien li jaqtgħu n-nar li jkollhom iċ-ċappetti għandu jkun mhux aktar minn 40 sekonda u mhux anqas minn 10 sekondi mill-bidu tal-moviment tagħhom bil-vapur fil-pożizzjoni wieqfa. Ir-rata uniformi tal-għeluq għall-bibien li jaqtgħu n-nirien li jiżżerżqu ma għandhiex tkun aktar minn 0,2 m/s u mhux anqas minn 0,1 m/s bil-vapur fil-pożizzjoni wieqfa;

.3

Il-bibien għandhom ikunu kapaċi jinfetħu bis-sistema tar-rilaxx mill-bogħod mill-istazzjon ċentrali tal-kontroll li jkollu n-nies fih, jew fl-istess ħin jew fi gruppi, u għandhom ikunu kapaċi jinfetħu ukoll individwalment minn pożizzjoni fuq iż-żewġ naħat tal-bieb. L-iswiċċijiet li jiftħu għandu jkollhom funzjoni li jixegħlu u jitfu biex jevitaw l-issettjar mill-ġdid tas-sistema;

.4

il-grampuni li jżommu lura li mhumiex soġġetti għar-rilaxx tal-istazzjon ċentrali tal-kontroll huma pprojbiti;

.5

bieb li jingħalaq mill-bogħod minn stazzjon ċentrali tal-kontroll għandu jkun kapaċi jinfetaħ mill-ġdid miż-żewġ naħat tal-bieb bil-kontroll lokali. Wara tali ftuħ lokali, il-bieb għandu jingħalaq awtomatikament mill-ġdid;

.6

għandha tingħata indikazzjoni fil-panel tal-indikazzjoni tal-bieb li jaqta’ n-nirien fl-istazzjon ċentrali tal-kontroll li jkollu n-nies miegħu l-ħin kollu jekk kull wieħed mill-bibien li huma kkontrollati bir-rilaxx mill-bogħod ikunux magħluqa;

.7

il-mekkaniżmu tar-rilaxx għandu jkun iddisinjat b’tali mod li l-bieb jingħalaq awtomatikament fil-każ ta’ problemi fis-sistema tal-kontroll jew fis-sors prinċipali tal-enerġija elettrika;

.8

l-akkumulaturi tal-enerġija lokali għall-bibien motorizzati għandhom jiġu pprovduti fil-viċinanza immedjata tal-bibien biex b’hekk il-bibien ikunu jistgħu jitħaddmu tal-anqas 10 darbiet (jinfetħu u jingħalqu kompletament) bl-użu tal-kontrolli lokali;

.9

il-problemi fis-sistema tal-kontroll jew fis-sors prinċipali tal-enerġija elettrika f’bieb wieħed ma għandux itellef il-funzjonament sikur tal-bibien l-oħra;

.10

il-bibien li jiżżerżqu li huma kkontrollati mill-bogħod jew dawk motorizzati għandhom jiġu mgħammra b’allarm li jdoqq għal tal-anqas ħames (5) sekondi iżda għal mhux aktar minn 10 sekondi wara li l-bieb jiġi rrilaxxat mill-istazzjon ċentrali tal-kontroll u qabel jibda jiċċaqlaq u għandu jkompli jinstema’ sakemm il-bieb jingħalaq kompletament;

.11

bieb iddisinjat biex jerġa’ jinfetaħ malli jiltaqa’ ma’ oġġett fil-passaġġ tiegħu għandu jerġa’ jinfetaħ mhux aktar minn metru mill-punt tal-kuntatt;

.12

il-bibien bil-qoxra doppja b’qafla meħtieġa għall-integrità fir-rigward tar-reżistenza għan-nirien tagħhom għandu jkollhom qafla li tiġi attivata awtomatikament bit-tħaddim tal-bibien meta jiġu rrilaxxati mis-sistema tal-kontroll;

.13

il-bibien motorizzati u li jingħalqu awtomatikament, li jagħtu aċċess dirett għall-ispazji ta’ kategorija speċjali, ma hemmx bżonn ikunu mgħammra bl-allarmi u bil-mekkaniżmi tar-rilaxx mill-bogħod meħtieġa fil-paragrafi.3 u.10;

.14

il-komponenti tas-sistema tal-kontroll lokali għandhom ikunu aċċessibbli għall-manutenzjoni u għall-aġġustamenti; u

.15

għandhom jiġu pprovduti bibien motorizzati b’sistema ta’ kontroll ta’ tip approvat li għandha tkun kapaċi taħdem f’każ ta’ nirien, u dan jiġi ddeterminat f’konformità mal-Kodiċi tal-Proċeduri tat-Test tan-Nar. Din is-sistema għandha tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

.15.1

is-sistema tal-kontroll għandha tkun tista’ tħaddem il-bieb f’temperatura ta’ mill-inqas 200 °C għal mill-inqas 60 minuta, fornuta mill-provvista tal-enerġija;

.15.2

il-provvista tal-enerġija għall-bibien l-oħra kollha li ma jkunux soġġetti għan-nirien ma għandhiex issirilha ħsara, u;

.15.3

f’temperaturi li jaqbżu l-200 °C, is-sistema tal-kontroll għandha tiġi iżolata awtomatikament mill-provvista tal-enerġija u għandha tkun kapaċi żżomm il-bieb magħluq sa mill-inqas 945 °C.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D:

.5

Ir-rekwiżiti tal-integrità fir-rigward tar-reżistenza għan-nirien tal-klassi “A” tal-konfini esterni ta’ vapur ma għandhomx japplikaw għall-porzjonijiet tal-ħġieġ, għat-twieqi u għall-fetħiet fil-ġnub, diment li għal tali konfini ma jkun hemm l-ebda rekwiżit li jitlob li jkollhom integrità fir-rigward tar-reżistenza għan-nirien tal-klassi “A” fir-Regolament II-2/B/10. Bl-istess mod, ir-rekwiżiti għall-integrità fir-rigward tar-reżistenza għan-nirien tal-klassi “A” ma għandhomx japplikaw għall-bibien esterni fis-sovrastrutturi u fil-kmamar ta’ fuq il-gverta.

VAPURI TAL-KLASSIJIET B, C U D LI NBNEW FL-1 TA’ JANNAR 2003 JEW WARA:

Minflok.5, għandu japplika l-paragrafu.5a li ġej:

.5 a

Ir-rekwiżiti tal-integrità fir-rigward tar-reżistenza għan-nirien tal-klassi “A” tal-konfini esterni ta’ vapur ma għandhomx japplikaw għall-porzjonijiet tal-ħġieġ, għat-twieqi u għall-fetħiet fil-ġnub, diment li għal tali konfini ma jkun hemm l-ebda rekwiżit li jitlob li jkollhom integrità fir-rigward tar-reżistenza għan-nirien tal-klassi “A” fir-Regolament II-2/B/10.

Ir-rekwiżiti tal-integrità tal-klassi “A” tal-konfini esterni tal-vapur ma għandhomx japplikaw għall-bibien esterni, ħlief għal dawk fis-sovrastrutturi u l-kmamar ta’ fuq il-gverta li jiffaċċjaw tagħmir tas-salvataġġ, żoni esterni tal-ġmigħ tan-nies u tal-imbarkazzjoni, turġien esterni u gverti miftuħa li jintużaw għar-rotot tal-ħrib. Il-bibien tal-magħlaq tat-taraġ ma hemmx bżonn jikkonformaw ma’ dan ir-rekwiżit.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D:

.6

Ħlief għall-bibien impermeabbli, il-bibien li jirreżistu għall-maltemp (il-bibien semipermeabbli), il-bibien li jwasslu għall-gverta miftuħa u l-bibien li jeħtieġ li jkunu impermeabbli għall-gass, il-bibien kollha tal-klassi “A” li jinsabu fit-turġien, u l-ispazji pubbliċi u l-paratiji taż-żona vertikali prinċipali fir-rotot tal-ħrib għandhom jiġu mgħammra b’fetħa tal-manka li tingħalaq awtomatikament, li tkun magħmula minn materjal, u li jkollha kostruzzjoni u reżistenza għan-nirien, li jkunu ekwivalenti għall-bieb li jitwaħħlu fihom, u għandhom ikunu fetħa netta kwadra ta’150 mm bil-bieb magħluq u għandhom ikunu mdaħħla ’l ġewwa fit-tarf ta’ taħt tal-bieb, faċċata taċ-ċappetta tal-bieb, jew fil-każ tal-bibien li jiżżerżqu, l-aktar qrib il-fetħa.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.7

Il-bibien u l-oqfsa tal-bibien fid-diviżjonijiet tal-klassi “B” kif ukoll il-mezzi biex jissakkru għandhom jipprovdu metodu ta’ għeluq li jkun reżistenti għan-nar b’mod ekwivalenti għar-reżistenza tad-diviżjonijiet ħlief li l-fetħiet tal-ventilazzjoni jistgħu jiġu permessi fil-porzjon baxx ta’ dawn il-bibien. Fejn dawn il-fetħiet ikunu f’bieb jew taħt bieb, l-erja totali netta ta’ tali fetħa jew fetħiet ma għandhiex taqbeż 0,05 m2. Alternattivament, kanal tal-bilanċ tal-arja mhux kombustibbli, li jgħaddi bejn il-kabina u l-kuritur u li jkun jinsab taħt l-unità sanitarja, huwa permess fejn l-erja trasversali tal-kanal ma taqbiżx 0,05 m2. Il-fetħiet kollha tal-ventilazzjoni għandu jkollhom grilja li tkun magħmula minn materjal mhux kombustibbli. Il-bibien ma għandhomx ikunu kombustibbli.

.7.1

Sabiex jitnaqqas l-istorbju, l-Amministrazzjoni tista’ tapprova, bħala ekwivalenti, bibien b’qafliet akustiċi tal-ventilazzjoni inkorporati fihom stess, b’fetħiet fil-qiegħ fuq naħa waħda tal-bieb u fuq in-naħa ta’ fuq, fuq in-naħa l-oħra, bil-kundizzjoni li jkun hemm konformità mad-dispożizzjonijiet li ġejjin:

.1

Il-fetħa ta’ fuq għandha dejjem tħares lejn il-kuritur u għandha tiġi pprovduta bi grilja magħmula minn materjal mhux kombustibbli u b’barriera tan-nirien li taħdem awtomatikament, li tiġi attivata f’temperatura ta’ madwar 70 °C.

.2

Il-fetħa ta’ taħt għandha tiġi pprovduta bi grilja magħmula minn materjal mhux kombustibbli.

.3

Il-bibien għandhom jiġu ttestjati f’konformità mar-Riżoluzzjoni A.754(18).

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D:

.8

Il-bibien tal-kabini tad-diviżjonijiet tal-klassi “B” għandhom ikunu tat-tip li jingħalqu awtomatikament. Il-grampuni li jżommu lura mhux permessi.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.9

Ir-rekwiżiti tal-integrità fir-rigward tar-reżistenza għan-nirien tal-klassi “B” tal-konfini ta’ barra tal-vapur ma għandhomx japplikaw għad-diviżjonijiet tal-ħġieġ, għat-twieqi u għall-fetħiet tal-ġenb. Bl-istess mod, ir-rekwiżiti għall-integrità fir-rigward tar-reżistenza għan-nirien tal-klassi “B” ma għandhomx japplikaw għall-bibien ta’ barra fis-sovrastrutturi u fil-kmamar ta’ fuq il-gverta. Għall-vapuri li jġorru mhux aktar minn 36 passiġġier, l-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera tista’ tippermetti l-użu ta’ materjal kombustibbli f’bibien li jisseparaw il-kabini mill-ispazji sanitarji interni individwali bħad-doċċi.

8.   Ir-Regolament II-2/B/8: Protezzjoni tat-turġien u tal-liftijiet fl-ispazji tal-akkomodazzjoni u tas-servizz (R 29)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D:

.1

It-turġien kollha għandhom ikunu magħmula minn qafas tal-azzar, ħlief fejn l-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera ma tippermettix l-użu ta’ materjal ekwivalenti ieħor, u għandhom ikunu fl-imgħalaq iffurmati mid-diviżjonijiet tal-klassi “A”, b’mezz pożittiv ta’ għeluq tal-fetħiet kollha, ħlief għal:

.1

taraġ li jgħaqqad biss żewġ gverti li ma hemmx bżonn ikun magħluq, dejjem jekk l-integrità fir-rigward ir-reżistenza għan-nirien tal-gverta tinżamm minn paratiji jew minn bibien xierqa fi spazju wieħed bejn il-gverti. Meta taraġ ikun magħluq fi spazju wieħed bejn il-gverti, il-magħlaq tat-taraġ għandu jiġi protett f’konformità mat-tabelli għall-gverti fir-Regolamenti II-2/B/4 u II-2/B/5;

.2

it-turġien jistgħu jitwaħħlu fil-beraħ fi spazju pubbliku, dejjem jekk ikunu jinsabu kompletament f’dan l-ispazju pubbliku.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.2

L-imgħalaq tat-turġien għandu jkollhom aċċess dirett għall-kurituri u għandu jkollha erja suffiċjenti li tipprevjeni l-konġestjoni, filwaqt li jiġi kkunsidrat in-numru ta’ persuni li probabbli jużawhom f’emerġenza.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D: Fil-perimetru ta’ dawn l-imgħalaq tat-turġien, it-tojlits pubbliċi, il-kabinetti li jissakkru li mhumiex ta’ materjal kombustibbli fejn jinħażen it-tagħmir tas-sikurezza u l-bankijiet tal-informazzjoni miftuħa biss huma permessi.

L-ispazji pubbliċi, il-kurituri, it-tojlits pubbliċi, l-ispazji ta’ kategorija speċjali u turġien oħra tal-ħrib biss meħtieġa skont ir-Regolament II-2/B/6.1.5 u ż-żoni esterni huma permessi li jkollhom aċċess dirett għal dawn l-imgħalaq tat-turġien.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.3

Il-kaxxi tal-liftijiet għandhom jitwaħħlu b’tali mod li jevitaw li jgħaddi d-duħħan u l-fjammi minn spazju wieħed bejn il-gverti għall-ieħor u għandhom jiġu pprovduti b’mezzi tal-għeluq sabiex jippermettu l-kontroll tal-kurrent u tad-duħħan.

9.   Ir-Regolament II-2/B/9: Sistemi ta’ ventilazzjoni għall-vapuri li nbnew qabel l-1 ta’ Jannar 2018 (R 32)

.1   Vapuri li jġorru aktar minn 36 passiġġier

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D:

.1

Is-sistema tal-ventilazzjoni, apparti li tkun konformi mal-paragrafu 1 fir-Regolament II/32 tal-Konvenzjoni SOLAS tal-1974 fis-seħħ fis-17 ta’ Marzu 1998, għandha tkun konformi wkoll mas-subparagrafi.2.2 sa.2.6,.2.8 u.2.9 tar-Regolament II-2/B/9.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.2

B’mod ġenerali, il-fannijiet tal-ventilazzjoni għandhom ikunu b’tali mod li l-kanali li jwasslu għall-ispazji varji jibqgħu fiż-żona vertikali prinċipali.

.3

Fejn is-sistemi tal-ventilazzjoni jippenetraw il-gverti, għandhom jittieħdu l-prekawzjonijiet, flimkien ma’ dawk relatati mal-integrità fir-rigward tar-reżistenza għan-nirien tal-gverta meħtieġa mir-Regolament II-2/A/12.1, li jnaqqsu l-probabbiltà li d-duħħan u l-gassijiet sħan jgħaddu minn spazju wieħed bejn il-gverti għall-ieħor minn ġos-sistema. Minbarra r-rekwiżiti tal-iżolazzjoni li hemm fir-Regolament II-2/B/9, il-kanali vertikali għandhom, jekk ikun meħtieġ, jiġu iżolati kif meħtieġ mit-tabelli xierqa fir-Regolament II-2/B/4.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D:

.4

Il-kanali tal-ventilazzjoni għandhom ikunu magħmula mill-materjali li ġejjin:

.1

il-kanali b’erja tat-taqsima ta’ mhux anqas minn 0,075 m2 u l-kanali vertikali kollha li jaqdu aktar minn spazju wieħed bejn il-gverti għandhom ikunu magħmula mill-azzar jew minn materjal ekwivalenti ieħor;

.2

il-kanali b’erja tat-taqsima ta’ anqas minn 0,075 m2, għajr il-kanali vertikali imsemmija fis-subparagrafu.1.4.1 għandhom ikunu magħmula minn materjali mhux kombustibbli. Fejn dawn il-kanali jippenetraw id-diviżjonijiet tal-klassi “A” jew “B”, għandha tingħata attenzjoni biex tkun żgurata l-integrità fir-rigward ta’ reżistenza għan-nirien tad-diviżjoni;

.3

it-tulijiet qosra ta’ kanali, li ġeneralment l-erja tat-taqsima tagħhom ma taqbiżx 0,02 m2 u lanqas tul ta’ żewġ metri, ma hemmx għalfejn ma jkunux kombustibbli sakemm ikunu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

.1

il-kanal ikun magħmul minn materjal b’riskju baxx li jaqbad għas-sodisfazzjon tal-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera;

.2

il-kanal jintuża biss fit-tarf tat-terminals tas-sistema tal-ventilazzjoni, kif ukoll

.3

il-kanal ma jkunx eqreb minn 600 mm, imkejla tul it-tul tiegħu sa penetrazzjoni ta’ diviżjoni tal-klassi “A” jew “B”, inklużi s-soqfa kontinwi tal-klassi “B”.

VAPURI TAL-KLASSIJIET B, C U D LI NBNEW FL-1 TA’ JANNAR 2003 JEW WARA:

minflok is-subparagrafu.1, għandu japplika s-subparagrafu.1a li ġej:

.1 a

il-kanal għandu jkun magħmul minn materjal li jkollu karatteristiki ta’ tifrix baxx tal-fjammi.

.5

L-imgħalaq tat-turġien għandhom jiġu ventilati u għandhom jiġu moqdija biss minn fann indipendenti u minn sistema ta’ kanali li ma għandhiex taqdi xi spazji oħra fis-sistema tal-ventilazzjoni.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.6

Il-ventilazzjoni kollha tal-enerġija, ħlief għall-ventilazzjoni tal-ispazju tal-makkinarju u tal-ispazju tal-merkanzija u ta’ kwalunkwe sistema alternattiva li tista’ tkun meħtieġa skont is-subparagrafu.2.6, għandha tkun mgħammra bil-kontrolli miġbura b’tali mod li l-fannijiet kollha jkunu jistgħu jitwaqqfu minn kwalunkwe waħda miż-żewġ pożizzjonijiet separati li għandhom ikunu kemm jista’ jkun ’il bogħod minn xulxin. Il-kontrolli pprovduti għall-ventilazzjoni tal-enerġija li taqdi l-ispazji tal-makkinarju għandhom ikunu miġbura b’tali mod li jkunu jistgħu jitħaddmu minn żewġ pożizzjonijiet, li waħda minnhom għandha tkun ’il barra minn dawn l-ispazji. Il-fannijiet li jaqdu s-sistemi tal-ventilazzjoni tal-enerġija għall-ispazji tal-merkanzija għandhom ikunu jistgħu jitwaqqfu minn pożizzjoni sikura ’l barra minn dawn l-ispazji.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D:

.7

Fejn l-ispazji pubbliċi jkunu mifruxa fuq tliet gverti miftuħa jew aktar u jkun fihom oġġetti kombustibbli bħal għamara u spazji magħluqa bħal ħwienet, uffiċċji u ristoranti, l-ispazju għandu jkun mgħammar b’sistema tal-estrazzjoni tad-duħħan. Is-sistema tal-estrazzjoni tad-duħħan għandha tiġi attivata mis-sistema tal-individwazzjoni tad-duħħan u għandha tkun tista’ tiġi kkontrollata manwalment. Il-fannijiet għandhom ikunu ta’ daqs tali li l-volum kollu tal-ispazju jkun jista’ jiġi eżawrit f’10 minuti jew anqas.

.8

Għandhom jiġu pprovduti kanali ta’ ventilazzjoni b’bokkaporti li jkunu jinsabu f’post xieraq għall-ispezzjoni u għat-tindif fejn ikun raġonevoli u prattiku.

.9

Il-kanali tal-egżost mill-kukers tal-kċejjen li fihom probabbli jakkumula l-grass jew ix-xaħam għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tas-subparagrafi.2.3.2.1 u.2.3.2.2 u għandhom ikunu mgħammra bi:

.1

b’serpentina tal-grass li tkun tista’ titneħħa faċilment għat-tindif sakemm ma tkunx imwaħħla sistema alternattiva approvata għat-tneħħija tal-grass;

.2

barriera tan-nirien li tkun tinsab fil-parti l-baxxa tal-kanal u li titħaddem mill-bogħod u awtomatikament, flimkien ma’ barriera tan-nirien li titħaddem mill-bogħod li tkun tinsab fil-parti ta’ fuq tal-kanal;

.3

mezz fiss għat-tifi tan-nar fil-kanal;

.4

arranġamenti tal-kontroll mill-bogħod biex jintfew il-fannijiet tal-egżost u l-fannijiet tal-provvista, għat-tħaddim tal-barrieri tan-nirien imsemmija f’.2 u għat-tħaddim tas-sistema tat-tifi tan-nar, li għandhom jitqiegħdu f’pożizzjoni qrib l-entratura għall-kċina. Fejn ikun hemm installata sistema b’ħafna fergħat, għandu jiġi pprovdut mezz biex jagħlaq il-fergħat l-oħra kollha li jitfgħu d-duħħan mill-istess kanal prinċipali qabel ma jiġi rrilaxxat aġent tat-tifi tan-nar fis-sistema; u

.5

b’bokkaporti li jkunu jinsabu f’postijiet adattati għall-ispezzjoni u għat-tindif.

.2   Vapuri li jġorru mhux aktar minn 36 passiġġier

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D:

.1

Il-kanali tal-ventilazzjoni għandhom ikunu magħmula minn materjal mhux kombustibbli. Madankollu, il-kanali qosra li ġeneralment ma jaqbżux tul ta’ żewġ metri u li trasversalment ma jaqbżux 0,02 m2, ma hemmx bżonn ikunu magħmula minn materjal mhux kombustibbli, soġġett għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

.1

dawn il-kanali għandhom ikunu magħmula minn materjal li, fl-opinjoni tal-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera, ikollu riskju baxx li jieħu n-nar;

.2

dawn jistgħu jintużaw biss fit-tarf tal-apparat tal-ventilazzjoni;

.3

dawn ma għandhomx ikunu anqas minn 600 mm, imkejla tul il-kanal, minn fetħa f’diviżjoni tal-klassi “A” jew “B”, inkluż is-soqfa kontinwi tal-klassi “B”.

VAPURI TAL-KLASSIJIET B, C U D LI NBNEW FL-1 TA’ JANNAR 2003 JEW WARA:

minflok is-subparagrafu.1, għandu japplika s-subparagrafu.1a li ġej:

.1 a

dawn il-kanali għandhom ikunu magħmula minn materjal li jkollu karatteristiċi ta’ tifrix baxx tal-fjammi.

.2 a

Fejn il-kanali tal-ventilazzjoni b’erja trasversali libera li taqbeż 0,02 m2 jgħaddu minn paratiji jew minn gverti tal-klassi “A”, il-fetħiet għandu jkollhom sleeve b’folja tal-azzar sakemm il-kanali li jgħaddu mill-paratiji jew mill-gverti ma jkunux tal-azzar fil-viċinanza tal-passaġġ mill-gverta jew mill-paratija u l-kanali u s-sleeves f’din il-parti għandhom jikkonformaw ma’ li ġej:

.1

Is-sleeves għandu jkollhom ħxuna ta’ mill-inqas 3 mm u tul ta’ mill-inqas 900 mm. Meta jgħaddu mill-paratiji, dan it-tul għandu jiġi diviż preferibbilment f’450 mm fuq kull naħa tal-paratija. Dawn il-kanali, jew is-sleeves li jiksu dawn il-kanali, għandhom jiġu pprovduti b’iżolazzjoni min-nirien. L-iżolazzjoni għandu jkollha tal-inqas l-istess integrità fir-rigward tar-reżistenza għan-nirien bħall-paratija jew bħall-gverta li minnhom jgħaddi l-kanal.

.2

Il-kanali b’erja trasversali libera li taqbeż 0,075 m2 għandhom jiġu mgħammra b’barrieri tan-nirien minbarra r-rekwiżiti tas-subparagrafu.2.2a.1. Il-barriera tan-nirien għandha taħdem awtomatikament iżda għandha tkun kapaċi wkoll tingħalaq manwalment miż-żewġ naħat tal-paratija jew tal-gverta. Il-barriera għandha tiġi pprovduta b’indikatur li juri jekk il-barriera hijiex miftuħa jew magħluqa. Madanakollu, mhumiex meħtieġa barrieri tan-nirien fejn il-kanali jgħaddu minn spazji mdawra mid-diviżjonijiet tal-klassi “A”, mingħajr ma jaqdu dawk l-ispazji, diment li dawk il-kanali jkollhom l-istess integrità fir-rigward tar-reżistenza għan-nirien bħad-diviżjonijiet li jtaqqbu. Il-barrieri tan-nirien għandhom ikunu aċċessibbli faċilment. Fil-vapuri ġodda tal-klassijiet B, C u D li nbnew fl-1 ta’ Jannar 2003 jew wara, fejn il-barrieri tan-nirien jinsabu wara s-soqfa jew is-suffitti, dawn is-soqfa jew is-suffitti għandhom jiġu pprovduti b’bieb tal-ispezzjoni li fuqu tiġi pprovduta pjanċa li tirrapporta n-numru tal-identifikazzjoni tal-barriera tan-nirien. In-numru tal-identifikazzjoni tal-barriera tan-nirien għandu jitpoġġa ukoll fuq kwalunkwe kontroll mill-bogħod meħtieġ.

.2b

Fil-vapuri ġodda tal-klassijiet B, C u D li nbnew fl-1 ta’ Jannar 2003 jew wara, fejn kanal b’kisja rqiqa b’erja trasversali libera ugwali għal 0,02 m2 jew inqas jgħaddi minn paratiji jew minn gverti tal-klassi “A”, il-fetħa għandha tinkesa bi sleeve tal-azzar li jkollha ħxuna ta’ mill-inqas 3 mm u tul ta’ mill-inqas 200 mm, diviż preferibbilment f’100 mm fuq kull naħa tal-paratija jew, fil-każ tal-gverta, impoġġi totalment fuq il-parti l-aktar baxxa tal-gverti mtaqqba.

.3

Il-kanali pprovduti għall-ventilazzjoni tal-ispazji tal-makkinarju, tal-kċejjen, tal-ispazji fuq il-gverta tal-karozzi, tal-ispazji tal-merkanzija tal-vapuri ro-ro jew tal-ispazji ta’ kategorija speċjali ma għandhomx jgħaddu mill-ispazji tal-akkomodazzjoni, mill-ispazji tas-servizz jew mill-istazzjonijiet tal-kontroll sakemm ma jikkonformawx mal-kundizzjonijiet speċifikati fis-subparagrafi 2.3.1.1 sa.2.3.1.4 jew.2.3.2.1 u.2.3.2.2:

.1.1

il-kanali jkunu magħmula mill-azzar bi ħxuna ta’ mill-inqas 3 mm u 5 mm għall-kanali li l-wisa’ u d-dijametru tagħhom jkunu sa 300 mm u 760 mm u aktar rispettivament u, fil-każ ta’ tali kanali, li l-wisa’ jew id-dijametru tagħhom ikunu bejn 300 mm u 760 mm, ikollhom ħxuna li tinkiseb bl-interpolazzjoni;

.1.2

il-kanali jiġu appoġġati u jitwebbsu b’mod adattat;

.1.3

il-kanali jiġu mgħammra b’barrieri awtomatiċi tan-nirien qrib il-konfini mtaqqba; u

.1.4

il-kanali jkunu iżolati sal-istandard “A-60” mill-ispazji tal-makkinarju, mill-kċejjen, mill-ispazji fuq il-gverta tal-karozzi, mill-ispazji tal-merkanzija tal-vapuri ro-ro jew mill-ispazji ta’ kategorija speċjali sa punt ta’ mill-inqas ħames (5) metri lil hinn minn kull barriera tan-nirien;

jew

.2.1

il-kanali jkunu magħmula mill-azzar f’konformità mal-paragrafi.2.3.1.1 u.2.3.1.2; u

.2.2

il-kanali jkunu iżolati sal-istandard “A-60” fl-ispazji tal-akkomodazzjoni, fl-ispazji tas-servizz jew fl-istazzjonijiet tal-kontroll kollha;

ħlief il-penetrazzjonijiet tad-diviżjonijiet taż-żona prinċipali li għandhom jikkonformaw ukoll mar-rekwiżiti tas-subparagrafu.2.8.

Fil-vapuri ġodda tal-klassijiet B, C u D li nbnew fl-1 ta’ Jannar 2003 jew wara, is-sistemi tal-ventilazzjoni għall-ispazji tal-makkinarju tal-kategorija “A”, l-ispazji tal-vetturi, l-ispazji tal-vapuri ro-ro, il-kċejjen, l-ispazji ta’ kategorija speċjali u l-ispazji tal-merkanzija għandhom, b’mod ġenerali, ikunu separati minn xulxin u mis-sistemi tal-ventilazzjoni li jaqdu spazji oħra. Ħlief li s-sistemi tal-ventilazzjoni tal-kċina fuq il-vapuri tal-passiġġieri li jġorru mhux aktar minn 36 passiġġier, ma hemmx bżonn ikunu separati kompletament, iżda jistgħu jiġu moqdija b’kanali separati minn unità tal-ventilazzjoni li taqdi spazji oħra. Fi kwalunkwe każ, għandha titwaħħal barriera tan-nirien awtomatika fil-kanal tal-ventilazzjoni tal-kċina ħdejn l-unità tal-ventilazzjoni.

.4

Il-kanali pprovduti għall-ventilazzjoni fl-ispazji tal-akkomodazzjoni, fl-ispazji tas-servizz jew fl-istazzjonijiet tal-kontroll ma għandhomx jgħaddu mill-ispazji tal-makkinarju, mill-kċejjen, mill-ispazji fuq il-gverta tal-karozzi, mill-ispazji tal-merkanzija tal-vapuri ro-ro jew mill-ispazji ta’ kategorija speċjali sakemm ma jikkonformawx mal-kundizzjonijiet speċifikati fis-subparagrafi.2.4.1.1 sa.2.4.1.3 jew.2.4.2.1 u.2.4.2.2:

.1.1

il-kanali li jgħaddu minn spazju tal-makkinarju, minn kċina, minn spazju fuq il-gverta tal-karozzi, minn spazju tal-merkanzija tal-vapuri ro-ro jew minn spazju ta’ kategorija speċjali jkunu magħmula mill-azzar f’konformità mas-subparagrafi.2.3.1.1 u.2.3.1.2;

.1.2

jitwaħħlu barrieri awtomatiċi tan-nirien qrib il-konfini mtaqqba; u

.1.3

l-integrità fir-rigward tar-reżistenza għan-nirien tal-ispazju tal-makkinarju, tal-kċina, tal-ispazju fuq il-gverta tal-karozzi, tal-ispazju tal-merkanzija tal-vapuri ro-ro jew tal-ispazju ta’ kategorija speċjali tinżamm fil-penetrazzjonijiet;

jew

.2.1

il-kanali li jgħaddu minn spazju tal-makkinarju, minn kċina, minn spazju fuq il-gverta tal-karozzi, minn spazju tal-merkanzija tal-vapuri ro-ro jew minn spazju ta’ kategorija speċjali jkunu magħmula mill-azzar f’konformità mas-subparagrafi.2.3.1.1 u.2.3.1.2; u

.2.2

il-kanali jkunu iżolati sal-istandard “A-60” f’kull spazju tal-makkinarju, kċina, spazju fuq il-gverta tal-karozzi, spazju tal-merkanzija tal-vapuri ro-ro jew spazju ta’ kategorija speċjali;

ħlief il-penetrazzjonijiet tad-diviżjonijiet taż-żona prinċipali li għandhom jikkonformaw ukoll mar-rekwiżiti tas-subparagrafu.2.8.

.5

Il-kanali tal-ventilazzjoni b’erja trasversali libera li taqbeż 0,02 m2 li jgħaddu mill-paratiji tal-klassi “B” għandhom ikunu miksija bi sleeves b’folja tal-azzar b’tul ta’ 900 mm diviżi preferibbilment f’450 mm fuq kull naħa tal-paratiji sakemm il-kanal ma jkunx magħmul mill-azzar għal dan it-tul.

.6

Għandhom jittieħdu dawk il-miżuri prattiċi fir-rigward tal-istazzjonijiet tal-kontroll ’il barra mill-ispazji tal-makkinarju sabiex jiżguraw li l-ventilazzjoni, il-viżibbiltà u n-nuqqas ta’ duħħan jinżammu, sabiex fil-każ ta’ nirien il-makkinarju u t-tagħmir li jinsabu fihom jkunu jistgħu jiġu ssorveljati u jkomplu jiffunzjonaw b’mod effettiv. Għandhom jiġu pprovduti mezzi alternattivi u separati tal-provvista tal-arja; it-toqob għad-dħul tal-arja għandhom ikunu f’tali pożizzjoni li r-riskju li ż-żewġ toqob jiġbdu d-duħħan fl-istess ħin jiġi minimizzat. Tali rekwiżiti ma hemmx bżonn japplikaw għall-istazzjonijiet tal-kontroll li jinsabu fuq, u li jiftħu għal fuq gverta miftuħa, jew fejn l-arranġamenti lokali tal-għeluq ikunu effettivi xorta.

.7

Meta jgħaddu minn spazji tal-akkomodazzjoni jew minn spazji li fihom materjali kombustibbli, il-kanali tal-egżost mill-kukers tal-kċina għandhom jinbnew mid-diviżjonijiet tal-klassi “A”. Kull kanal tal-egżost għandu jkun mgħammar bi:

.1

b’serpentina tal-grass li tista’ tinqala’ faċilment għat-tindif;

.2

b’barriera tan-nirien li tinsab fil-parti l-baxxa tal-kanal;

.3

arranġamenti, li jistgħu jitħaddmu minn ġol-kċina, biex jitfu l-fannijiet tal-egżost; u

.4

b’mezz fiss għat-tifi tan-nar fil-kanal.

.8

Fejn ikun meħtieġ li l-kanal tal-ventilazzjoni jgħaddi minn diviżjoni taż-żona vertikali prinċipali, ħdejn id-diviżjoni għandha titwaħħal barriera tan-nirien li tagħlaq awtomatikament u li tkun “fail-safe”. Il-barriera għandha tkun tista’ tingħalaq ukoll manwalment minn kull naħa tad-diviżjoni. Il-pożizzjoni tat-tħaddim għandha tkun aċċessibbli malajr u għandha tkun immarkata b’kulur aħmar li jixgħel u li jirrifletti. Il-kanal bejn id-diviżjoni u l-barriera għandu jkun magħmul mill-azzar jew minn materjal ekwivalenti ieħor u, jekk ikun meħtieġ, għandu jkun iżolat biex jikkonforma mar-rekwiżiti tar-Regolament II-2/A/12, il-paragrafu.1. Il-barriera għandha titwaħħal fuq tal-anqas naħa waħda tad-diviżjoni b’indikatur viżibbli li juri jekk il-barriera tkunx fil-pożizzjoni miftuħa.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.9

Il-bokki u l-iżbokki prinċipali tas-sistemi kollha tal-ventilazzjoni għandhom ikunu jistgħu jingħalqu minn barra l-ispazji li jkunu ventilati.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D:

.10

Il-ventilazzjoni motorizzata tal-ispazji tal-akkomodazzjoni, tal-ispazji tas-servizz, tal-ispazji tal-merkanzija, tal-istazzjonijiet tal-kontroll u tal-ispazji tal-makkinarju għandhom ikunu jistgħu jitwaqqfu minn pożizzjoni li tkun faċilment aċċessibbli ’l barra mill-ispazju li jkun qed jiġi moqdi. Din il-pożizzjoni ma għandhiex tinqata’ faċilment fil-każ ta’ nar fl-ispazji moqdija. Il-mezzi pprovduti biex iwaqqfu l-ventilazzjoni motorizzata tal-ispazji tal-makkinarju għandhom ikunu separati totalment mill-mezzi pprovduti biex iwaqqfu l-ventilazzjoni ta’ spazji oħra.

.3   VAPURI TAL-KLASSIJIET B, C U D LI NBNEW FL-1 TA’ JANNAR 2003 JEW WARA:

L-arranġamenti li ġejjin għandhom jiġu ttestjati f’konformità mal-Kodiċi tal-Proċedura tat-Test tan-Nirien tal-OMI:

.1

barrieri tan-nirien inkluż mezzi rilevanti tat-tħaddim; u

.2

penetrazzjonijiet tal-kanali minn diviżjonijiet tal-klassi “A”. Fejn is-sleeves tal-azzar jkunu mwaħħlin direttament mal-kanali tal-ventilazzjoni permezz ta’ flanġi rbattuti jew bil-viti jew bl-iwweldjar, it-test ma jkunx meħtieġ.

9a   Ir-Regolament II-2/B/9a: Sistemi ta’ ventilazzjoni fil-vapuri

VAPURI TAL-KLASSIJIET B, C U D li nbnew fl-1 ta’ Jannar 2018 jew wara

.1   Ġenerali

.1

Il-kanali tal-ventilazzjoni, inkluż il-kanali tal-ħitan singoli u doppji, għandhom ikunu magħmula mill-azzar jew minn materjal ekwivalenti, ħlief għall-imniefaħ flessibbli ta’ tul qasir li ma jaqbiżx is-600 mm u li jintuża għall-konnessjoni ta’ fannijiet mal-kanali fil-kmamar tal-kundizzjonament tal-arja. Sakemm ma jkunx espressament previst mod ieħor fil-paragrafu.1.6, kwalunkwe materjal ieħor li jintuża fil-kostruzzjoni tal-kanali, inkluż l-iżolazzjoni, għandu jkun magħmul ukoll minn materjal mhux kombustibbli. Madankollu, kanali qosra, mhux iktar minn tul ta’ żewġ (2) metri u b’erja trażversali libera (It-terminu erja trasversali libera jfisser, anki fil-każ ta’ kanal iżolat minn qabel, l-erja kkalkulata abbażi tad-dimensjonijiet ta’ ġewwa tal-kanal innifsu u mhux l-iżolazzjoni) ta’ mhux iktar minn 0,02 m2, ma hemmx bżonn li jkunu tal-azzar jew ta’ materjal ekwivalenti, soġġett għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

.1

il-kanali għandhom ikunu magħmula minn materjal mhux kombustibbli miksi internament u esternament b’membrani b’karatteristiki ta’ tifrix baxx tal-fjammi u, f’kull każ, valur kalorifiku li ma jaqbiżx il-45 MJ/m2 tal-erja tas-superfiċe tagħhom għall-ħxuna li ntużat. Il-valur kalorifiku għandu jiġi kkalkulat f’konformità mar-rakkomandazzjonijiet ippubblikati mill-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni, b’mod partikolari l-pubblikazzjoni tal-ISO 1716:2002, “Reaction to the fire tests for building products – Determination of the heat of combustion” (Reazzjoni għat-testijiet tan-nar għall-prodotti tal-bini – Determinazzjoni tas-sħana tal-kombustjoni);

.2

il-kanali jintużaw biss fit-tarf tal-apparat tal-ventilazzjoni; u

.3

il-kanali ma jkunux jinsabu eqreb minn 600 mm, imkejla tul il-kanal, minn fetħa f’diviżjoni tal-klassi “A” jew “B”, inkluż saqaf kontinwu tal-klassi “B”.

.2

L-arranġamenti li ġejjin għandhom jiġu ttestjati f’konformità mal-Kodiċi tal-Proċeduri tat-Test tan-Nirien:

.1

il-barrieri tan-nirien, inkluż il-mezzi rilevanti tat-tħaddim tagħhom, għalkemm ma jkunx meħtieġ l-ittestjar għall-barrieri li jinsabu fit-tarf ta’ isfel tal-kanal fil-kanal tal-egżost għall-kukers tal-kċina, li jridu jkunu tal-azzar u kapaċi jwaqqfu l-kurrent fil-kanal; u

.2

il-penetrazzjonijiet tal-kanal li jgħaddu mid-diviżjonijiet tal-klassi “A”, għalkemm l-ittestjar ma jkunx meħtieġ fejn is-sleeves tal-azzar ikunu mwaħħla direttament mal-kanali tal-ventilazzjoni permezz ta’ konnessjonijiet irbattuti jew bil-viti jew bl-iwweldjar.

.3

Il-barrieri tan-nirien għandhom ikunu aċċessibbli faċilment. Fejn jitpoġġew wara s-soqfa jew is-suffitti, dawk is-soqfa jew is-suffitti għandhom jiġu pprovduti b’bokkaport għall-ispezzjoni li fuqu jkun immarkat in-numru tal-identifikazzjoni tal-barriera tan-nirien. In-numru tal-identifikazzjoni tal-barriera tan-nirien għandu jitpoġġa ukoll fuq kwalunkwe kontroll mill-bogħod li jiġi pprovdut.

.4

Il-kanali tal-ventilazzjoni għandhom jiġu pprovduti b’bokkaporti għall-ispezzjoni u għat-tindif. Dawn il-bokkaporti għandhom ikunu jinsabu viċin il-barrieri tan-nirien.

.5

Il-bokki u l-iżbokki prinċipali tas-sistemi tal-ventilazzjoni għandhom ikunu jistgħu jingħalqu minn barra l-ispazji li jkun qegħdin jiġu ventilati. Il-mezz tal-għeluq għandu jkun aċċessibbli faċilment kif ukoll immarkat b’mod prominenti u permanenti u għandu jindika l-pożizzjoni tat-tħaddim tal-apparat tal-għeluq.

.6

Il-gaskets kombustibbli f’konnessjonijiet tal-kanali tal-ventilazzjoni bi flanġ mhumiex permessi sa 600 mm mill-fetħiet fid-diviżjonijiet tal-klassi “A” jew “B” u f’kanali li jeħtieġ li jkollhom kostruzzjoni tal-klassi “A”.

.7

Il-fetħiet tal-ventilazzjoni jew il-kanali tal-ibbilanċjar tal-arja bejn żewġ spazji magħluqa ma għandhomx ikunu pprovduti ħlief kif permess fir-Regolament II-2/B/7, il-paragrafu.7.

.2   Arranġament tal-kanali

.1

Is-sistemi tal-ventilazzjoni għall-ispazji tal-makkinarju tal-kategorija A, l-ispazji tal-vetturi, l-ispazji tal-vapuri ro-ro, il-kċejjen, l-ispazji ta’ kategorija speċjali u l-ispazji tal-merkanzija għandhom ikunu separati minn xulxin u mis-sistemi tal-ventilazzjoni li jaqdu spazji oħra. Madankollu, is-sistemi tal-ventilazzjoni tal-kċina fil-vapuri tal-passiġġieri li jġorru mhux iktar minn 36 passiġġier ma hemmx bżonn li jkunu separati kompletament minn sistemi tal-ventilazzjoni oħrajn, iżda jistgħu jiġu moqdija permezz ta’ kanali separati minn unità tal-ventilazzjoni li taqdi spazji oħra. F’każ bħal dan, għandha titwaħħal barriera tan-nirien awtomatika fil-kanal tal-ventilazzjoni tal-kċina ħdejn l-unità tal-ventilazzjoni.

.2

Il-kanali pprovduti għall-ventilazzjoni tal-ispazji tal-makkinarju tal-kategorija A, tal-kċejjen, tal-ispazji tal-vetturi, tal-ispazji tal-vapuri ro-ro jew tal-ispazji ta’ kategorija speċjali ma għandhomx jgħaddu mill-ispazji tal-akkomodazzjoni, mill-ispazji tas-servizz, jew mill-istazzjonijiet tal-kontroll sakemm ma jikkonformawx mal-paragrafu.2.4.

.3

Il-kanali pprovduti għall-ventilazzjoni tal-ispazji tal-akkomodazzjoni, tal-ispazji tas-servizz jew tal-istazzjonijiet tal-kontroll ma għandhomx jgħaddu mill-ispazji tal-makkinarju tal-kategorija A, mill-kċejjen, mill-ispazji tal-vetturi, mill-ispazji tal-vapuri ro-ro jew mill-ispazji ta’ kategorija speċjali sakemm ma jikkonformawx mal-paragrafu.2.4.

.4

Kif permess skont il-paragrafi.2.2 u.2.3, il-kanali għandhom ikunu:

.1.1

magħmula mill-azzar bi ħxuna ta’ mill-inqas tliet (3) mm għall-kanali b’erja trasversali libera ta’ anqas minn 0,075 m2, ta’ mill-inqas erba’ (4) mm għall-kanali b’erja trasversali libera ta’ bejn 0,075 m2 u 0,45 m2, u ta’ mill-inqas ħames (5) mm għall-kanali b’erja trasversali libera ta’ iktar minn 0,45 m2;

.1.2

appoġġati u mwebbsa b’mod adattat;

.1.3

mgħammra b’barrieri tan-nirien awtomatiċi qrib il-konfini ppenetrati; u

.1.4

iżolati skont l-istandard tal-klassi “A-60” mill-konfini tal-ispazji li jkunu qegħdin jaqdu sa punt ta’ mill-inqas ħames (5) metri lil hinn minn kull barriera tan-nirien;

jew

.2.1

magħmula mill-azzar f’konformità mal-paragrafi.2.4.1.1 u.2.4.1.2; u

.2.2

iżolati skont l-istandard tal-klassi “A-60” tul l-ispazji li jgħaddu minnhom, ħlief għall-kanali li jgħaddu minn spazji tal-kategorija (9) jew (10) kif definit fir-Regolament II-2/B/4, is-subparagrafu.2.2.

.5

Għall-iskopijiet tas-subparagrafi.2.4.1.4 u.2.4.2.2, il-kanali għandhom ikunu iżolati tul is-superfiċe esterna trasversali sħiħa tagħhom. Il-kanali li jinsabu barra iżda ħdejn l-ispazju speċifikat, u li jikkondividu miegħu superfiċe waħda jew iktar, għandhom jiġu kkunsidrati li jgħaddu mill-ispazju speċifikat u għandhom jiġu iżolati tul is-superfiċe li jikkondividu mal-ispazju għal distanza ta’ 450 mm lil hinn mill-kanal (Id-disinni ta’ tali arranġamenti jinsabu fil-Kapitolu II-2 tal-Unified Interpretations of SOLAS (MSC.1/Ċirk.1276)).

.6

Meta jkun meħtieġ li kanal tal-ventilazzjoni jgħaddi minn diviżjoni ta’ żona vertikali prinċipali, għandha titwaħħal barriera tan-nirien awtomatika ħdejn id-diviżjoni. Il-barriera għandha tkun tista’ tingħalaq manwalment ukoll minn kull naħa tad-diviżjoni. Il-post tal-kontroll għandu jkun aċċessibbli faċilment u għandu jkun immarkat b’mod ċar u prominenti. Il-kanal bejn id-diviżjoni u l-barriera għandu jkun tal-azzar f’konformità mas-subparagrafi.2.4.1.1 u.2.4.1.2 u għandu jkun iżolat sa mill-inqas l-istess integrità fir-rigward tar-reżistenza għan-nirien bħad-diviżjoni ppenetrata. Il-barriera għandha titwaħħal fuq mill-anqas naħa waħda tad-diviżjoni b’indikatur viżibbli li juri l-pożizzjoni operattiva tal-barriera.

.3   Dettalji dwar il-barrieri tan-nirien u l-penetrazzjonijiet tal-kanali

.1

Il-kanali li jgħaddu mid-diviżjonijiet tal-klassi “A” għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

.1

fejn kanal b’kisja rqiqa b’erja trasversali libera daqs, jew anqas minn, 0,02 m2 jgħaddi minn diviżjonijiet tal-klassi “A”, il-fetħa għandha tkun mgħammra bi sleeve b’folja tal-azzar li jkollha ħxuna ta’ mill-inqas tliet (3) mm u tul ta’ mill-inqas 200 mm, diviża preferibbilment f’100 mm fuq kull naħa ta’ paratija jew, fil-każ ta’ gverta, impoġġija totalment fuq in-naħa l-baxxa tal-gverti ppenetrati;

.2

fejn il-kanali tal-ventilazzjoni b’erja trasversali libera ta’ iktar minn 0,02 m2, iżda mhux iktar minn 0,075 m2, jgħaddu minn diviżjonijiet tal-klassi “A”, il-fetħiet għandhom ikunu miksija bi sleeves b’folja tal-azzar. Il-kanali u s-sleeves għandu jkollhom ħxuna ta’ mill-inqas tliet (3) mm u tul ta’ mill-inqas 900 mm. Meta jgħaddu mill-paratiji, dan it-tul għandu jiġi diviż preferibbilment f’450 mm fuq kull naħa tal-paratija. Dawn il-kanali, jew is-sleeves li jiksu dawn il-kanali, għandhom jiġu pprovduti b’iżolazzjoni min-nirien. L-iżolazzjoni għandu jkollha mill-inqas l-istess integrità min-nirien bħad-diviżjoni li minnha jgħaddi l-kanal; u

.3

għandhom jitwaħħlu barrieri tan-nirien awtomatiċi fil-kanali kollha b’erja trasversali libera li taqbeż 0,075 m2 li jgħaddu minn diviżjonijiet tal-klassi “A”. Kull barriera għandha titwaħħal qrib id-diviżjoni ppenetrata u l-kanal bejn il-barriera u d-diviżjoni ppenetrata għandu jkun tal-azzar f’konformità mas-subparagrafi.2.4.2.1 u.2.4.2.2. Il-barriera tan-nirien għandha taħdem awtomatikament, iżda għandha tkun tista’ tingħalaq ukoll manwalment miż-żewġ naħat tad-diviżjoni. Il-barriera għandha titwaħħal b’indikatur viżibbli li juri l-pożizzjoni tal-operat tal-barriera. Madanakollu, mhumiex meħtieġa barrieri tan-nirien fejn il-kanali jgħaddu minn spazji mdawra b’diviżjonijiet tal-klassi “A”, mingħajr ma jservu dawk l-ispazji, diment li dawk il-kanali ikollhom l-istess integrità min-nirien bħad-diviżjonijiet li jippenetraw. Kanal ta’ taqsima trasversali li taqbeż 0,075 m2 ma għandux jinqasam f’kanali iżgħar bil-penetrazzjoni ta’ diviżjoni tal-klassi “A” u mbagħad jiġi kkombinat mill-ġdid fil-kanal oriġinali darba permezz tad-diviżjoni biex jiġi evitat li tiġi installata l-barriera meħtieġa skont din id-dispożizzjoni.

.2

Il-kanali tal-ventilazzjoni b’erja trasversali libera ikbar minn 0,02 m2 li jgħaddu minn paratiji tal-klassi “B” għandhom ikunu miksija bi sleeves b’folja tal-azzar b’tul ta’ 900 mm, diviżi preferibbilment f’450 mm fuq kull naħa tal-paratiji sakemm il-kanal ma jkunx tal-azzar għal dan it-tul.

.3

Il-barrieri tan-nirien kollha għandhom ikunu jistgħu jitħaddmu manwalment. Il-barrieri għandu jkollhom mezzi mekkaniċi diretti ta’ rilaxx jew, alternattivament, għandhom jingħalqu permezz ta’ mezzi elettriċi, idrawliċi jew ta’ tħaddim pnewmatiku. Il-barrieri kollha għandhom ikunu jistgħu jitħaddmu manwalment miż-żewġ naħat tad-diviżjoni. Il-barrieri tan-nirien awtomatiċi, inkluż dawk li jistgħu jitħaddmu mill-bogħod, għandu jkollhom mekkaniżmu sikur li jagħlaq il-barriera tan-nirien anki jekk tintefa l-enerġija elettrika jew jekk ikun hemm telf tal-pressjoni idrawlika jew pnewmatika. Il-barrieri tan-nirien li jitħaddmu mill-bogħod għandhom ikunu kapaċi jerġgħu jinfetħu mill-ġdid manwalment mill-barriera stess.

.4   Sistemi ta’ ventilazzjoni għall-vapuri tal-passiġġieri li jġorru iktar minn 36 passiġġier

.1

Minbarra r-rekwiżiti fil-paragrafi.1,.2 u.3, is-sistema ta’ ventilazzjoni ta’ vapur tal-passiġġieri li jġorr aktar minn 36 passiġġier għandha tissodisfa wkoll ir-rekwiżiti li ġejjin:

.1

B’mod ġenerali, il-fannijiet tal-ventilazzjoni għandhom ikunu rranġati b’tali mod li l-kanali li jilħqu l-ispazji varji jibqgħu f’żona vertikali prinċipali.

.2

L-imgħalaq tat-turġien għandhom jiġu moqdija minn fann tal-ventilazzjoni u minn sistema ta’ kanali indipendenti (tal-egżost u tal-provvista) li ma għandhomx jaqdu spazji oħra fis-sistemi tal-ventilazzjoni.

.3

Kanal, irrispettivament mit-taqsima trasversali tiegħu, li jaqdi iktar minn spazju tal-akkomodazzjoni, spazju tas-servizz jew stazzjon tal-kontroll wieħed bejn il-gverti, għandu jkun mgħammar, ħdejn il-penetrazzjoni ta’ kull gverta ta’ tali spazji, b’barriera tad-duħħan awtomatika li għandha tkun tista’ tingħalaq ukoll manwalment mill-gverta protetta ta’ fuq il-barriera. Fejn fann jaqdi iktar minn spazju wieħed ta’ bejn il-gverti permezz ta’ kanali separati f’żona vertikali prinċipali, fejn kull wieħed minnhom ikun iddedikat għal spazju uniku bejn il-gverti, kull kanal għandu jiġi pprovdut b’barriera tad-duħħan li titħaddem manwalment u li tkun imwaħħla qrib il-fann.

.4

Il-kanali vertikali għandhom, fejn ikun meħtieġ, jiġu iżolati kif meħtieġ mit-tabelli 4.1 u 4.2. Il-kanali għandhom ikunu iżolati kif meħtieġ għall-gverti bejn l-ispazju li jaqdu u l-ispazju li jkun qed jiġi kkunsidrat, kif ikun applikabbli.

.5   Kanali tal-egżost mill-kukers tal-kċina

.1

Rekwiżiti għall-vapuri tal-passiġġieri li jġorru aktar minn 36 passiġġier

.1

Minbarra r-rekwiżiti fil-paragrafi.1,.2 u.3, il-kanali tal-egżost mill-kukers tal-kċina għandhom jinbnew f’konformità mal-paragrafi.2.4.2.1 u.2.4.2.2 u għandhom jiġu iżolati skont l-istandard tal-klassi “A-60” tul l-ispazji tal-akkomodazzjoni, l-ispazji tas-servizz jew l-istazzjonijiet tal-kontroll li jgħaddu minnhom. Dawn għandhom ikunu mgħammra wkoll:

.1

b’serpentina tal-grass li tkun tista’ titneħħa faċilment għat-tindif sakemm ma tkunx imwaħħla sistema alternattiva approvata għat-tneħħija tal-grass;

.2

b’barriera tan-nirien li tkun tinsab fit-tarf t’isfel tal-kanal fil-ġunzjoni bejn il-kanal u l-kappa tal-kuker tal-kċina li titħaddem awtomatikament u mill-bogħod, u barra minn hekk, barriera tan-nirien li titħaddem mill-bogħod li tkun tinsab fit-tarf ta’ fuq tal-kanal qrib l-iżbokk tal-kanal;

.3

b’mezz fiss għat-tifi tan-nar fil-kanal; Is-sistemi tat-tifi tan-nar għandhom ikunu konformi mar-rakkomandazzjonijiet ippubblikati mill-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni, b’mod partikolari l-pubblikazzjoni ISO 15371:2009 “Ships and marine technology – Fire-extinguishing systems for protection of galley cooking equipment” (Vapuri u teknoloġija marina – Sistemi tat-tifi tan-nar għall-protezzjoni tat-tagħmir tat-tisjir tal-kċejjen);

.4

b’arranġamenti ta’ kontroll mill-bogħod biex ikunu jistgħu jintfew il-fannijiet tal-egżost u tal-provvista, għat-tħaddim tal-barrieri tan-nirien imsemmija fil-paragrafu.5.1.1.2 u għat-tħaddim tas-sistema tat-tifi tan-nar, li għandhom jitpoġġew f’pożizzjoni ’l barra mill-kċina, qrib l-entratura tal-kċina. Fejn tkun installata sistema b’ħafna fergħat, għandu jiġi pprovdut mezz li jitħaddem mill-bogħod li jkun jinsab mal-kontrolli ta’ hawn fuq biex jagħlaq il-fergħat kollha li jitfgħu l-egżost mill-istess kanal prinċipali qabel ma jiġi rrilaxxat aġent tat-tifi tan-nar fis-sistema; u

.5

b’bokkaporti li jkunu jinsabu f’postijiet adattati għall-ispezzjoni u għat-tindif, inkluż wieħed ipprovdut qrib il-fann tal-egżost u wieħed fit-tarf ta’ isfel fejn jakkumula l-grass.

.2

Il-kanali tal-egżost mill-kukers għat-tagħmir tat-tisjir installati fuq gverti miftuħa għandhom jikkonformaw mal-paragrafu.5.1.1, kif ikun applikabbli, meta jgħaddu minn spazji tal-akkomodazzjoni jew minn spazji li jkun fihom materjali kombustibbli.

.2

Rekwiżiti għall-vapuri tal-passiġġieri li jġorru mhux aktar minn 36 passiġġier

Meta jgħaddu minn spazji tal-akkomodazzjoni jew minn spazji li jkun fihom materjali kombustibbli, il-kanali tal-egżost mill-kukers tal-kċina għandhom jinbnew f’konformità mas-subparagrafi.2.4.1.1 u.2.4.1.2. Kull kanal tal-egżost għandu jkun mgħammar:

.1

b’serpentina tal-grass li tista’ tinqala’ faċilment għat-tindif;

.2

b’barriera tan-nirien li titħaddem awtomatikament u mill-bogħod u li tkun tinsab fit-tarf t’isfel tal-kanal fil-ġunzjoni bejn il-kanal u l-kappa tal-kuker tal-kċina, u barra minn hekk, barriera tan-nirien li titħaddem mill-bogħod fit-tarf ta’ fuq tal-kanal qrib l-iżbokk tal-kanal;

.3

b’arranġamenti, li jitħaddmu mill-kċina, biex jitfu l-fannijiet tal-egżost u tal-provvista; u

.4

b’mezz fiss għat-tifi tan-nar fil-kanal.

.6   Kmamar tal-ventilazzjoni li jaqdu l-ispazji tal-makkinarju tal-kategorija A li jkun fihom makkinarju tal-kombustjoni interna

.1

Fejn kamra tal-ventilazzjoni tkun taqdi biss tali żona maġenb spazju tal-makkinarju u ma jkun hemm l-ebda diviżjoni tan-nar bejn il-kamra tal-ventilazzjoni u l-ispazju tal-makkinarju, il-mezzi għall-għeluq tal-kanal jew tal-kanali tal-ventilazzjoni li jaqdi/u l-ispazju tal-makkinarju għandhom ikunu jinsabu ’l barra mill-kamra tal-ventilazzjoni u mill-ispazju tal-makkinarju.

.2

Fejn kamra tal-ventilazzjoni tkun taqdi tali spazju tal-makkinarju kif ukoll spazji oħra u tkun separata mill-ispazju tal-makkinarju permezz ta’ diviżjoni tal-klassi “A-0”, inkluż penetrazzjonijiet, il-mezzi għall-għeluq tal-kanal jew tal-kanali tal-ventilazzjoni tal-ispazju tal-makkinarju jistgħu jkunu jinsabu fil-kamra tal-ventilazzjoni.

.7   Sistemi ta’ ventilazzjoni għall-kmamar tal-ħasil tal-ħwejjeġ fil-vapuri tal-passiġġieri li jġorru aktar minn 36 passiġġier

Il-kanali tal-egżost mill-kmamar tal-ħasil tal-ħwejjeġ u mill-kmamar tat-tnixxif tal-ispazji tal-kategorija (13) kif definiti fir-Regolament II-2/B/4, is-subparagrafu.2.2 għandhom ikunu mgħammra:

.1

b’filtri li jitneħħew faċilment għal skopijiet ta’ tindif;

.2

b’barriera tan-nirien li tkun tinsab fit-tarf ta’ isfel tal-kanal li titħaddem awtomatikament u mill-bogħod;

.3

b’arranġamenti ta’ kontroll mill-bogħod biex jintfew il-fannijiet tal-egżost u l-fannijiet tal-provvista minn ġewwa l-ispazju u biex titħaddem il-barriera tan-nirien imsemmija fis-subparagrafu.7.2; u

.4

b’bokkaporti li jkunu jinsabu f’postijiet adattati għall-ispezzjoni u għat-tindif.

10.   Ir-Regolament II-2/B/10: Twieqi u fetħiet fil-ġenb (R 33)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.1

It-twieqi u l-fetħiet fil-ġenb kollha fil-paratiji fl-ispazji tal-akkomodazzjoni u tas-servizz u fl-istazzjonijiet tal-kontroll għajr dawk li japplikaw għalihom id-dispożizzjonijiet tar-Regolament II-2/B/7, il-paragrafu.5, għandhom jinbnew b’tali mod li jippreservaw ir-rekwiżiti tal-integrità fir-rigward tar-reżistenza għan-nirien tat-tip ta’ paratiji li jkunu mwaħħla fihom.

Fil-vapuri ġodda tal-klassijiet B, C u D li nbnew fl-1 ta’ Jannar 2003 jew wara, dan ikun determinat f’konformità mal-Kodiċi tal-Proċeduri tat-Test tan-Nar.

.2

Minkejja r-rekwiżiti tat-tabelli fir-Regolamenti II-2/B/4 u II-2/B/5, it-twieqi u l-fetħiet fil-ġenb kollha li jisseparaw l-ispazji tal-akkomodazzjoni u tas-servizz u l-istazzjonijiet tal-kontroll mill-estern għandhom jinbnew b’oqfsa tal-azzar jew ta’ materjal adattat ieħor. Il-ħġieġ għandu jinżamm imwaħħal permezz ta’ gwarniċi jew qafas tal-metall.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D LI JĠORRU AKTAR MINN 36 PASSIĠĠIER:

.3

It-twieqi faċċata tat-tagħmir tas-salvataġġ, taż-żoni tal-imbarkazzjoni u tal-ġmigħ tan-nies, tat-turġien esterni u tal-gverti miftuħa li jintużaw għar-rotot tal-ħrib, u t-twieqi li jkun jinsabu taħt iż-żoni tal-imbarkazzjoni taċ-ċattri tas-salvataġġ u taż-żrieżaq tal-ħrib għandu jkollhom l-integrità fir-rigward tar-reżistenza għan-nirien kif meħtieġ fit-tabelli tar-Regolament II-2/B/4. Fejn huma pprovduti rjus tal-bexxixiet awtomatiċi apposta għat-twieqi, jistgħu jiġu aċċettati bħala ekwivalenti t-twieqi “A-0”.

Fil-vapuri ġodda tal-klassijiet B, C u D li nbnew fl-1 ta’ Jannar 2003 jew wara, l-irjus tal-bexxixiet awtomatiċi apposta għal dan il-għan iridu jkunu:

.1

irjus apposta li jkunu jinsabu ’l fuq mit-twieqi u li jiġu installati flimkien mal-bexxixiet konvenzjonali mas-saqaf; jew inkella

.2

irjus tal-bexxixiet konvenzjonali mas-saqaf irranġati b’tali mod li t-tieqa tkun protetta b’rata medja tal-applikazzjoni ta’ mill-inqas ħames (5) litri/m2 kull minuta u l-erja addizzjonali tat-tieqa tkun inkluża fil-kalkolu tal-erja tal-kopertura.

It-twieqi li jkunu jinsabu fil-ġenb tal-vapur taħt iż-żoni tal-imbarkazzjoni tad-dgħajjes tas-sopravivenza għandu jkollhom l-integrità fir-rigward tar-reżistenza għan-nirien tal-anqas ugwali għall-klassi “A-0”.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D LI JĠORRU MHUX AKTAR MINN 36 PASSIĠĠIER U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.4

Minkejja r-rekwiżiti tat-tabelli fir-Regolament II-2/B/5, għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-integrità fir-rigward tar-reżistenza għan-nirien tat-twieqi faċċata taż-żoni tal-imbarkazzjoni miftuħa jew magħluqa tad-dgħajjes tas-sopravivenza u taċ-ċattri tas-salvataġġ, u lill-integrità fir-rigward tar-reżistenza min-nirien tat-twieqi li jkunu jinsabu taħt tali żoni f’pożizzjoni tali li l-falliment tagħhom waqt xi nirien itellef il-varar jew l-imbarkazzjoni tad-dgħajjes tas-sopravivenza jew taċ-ċattri tas-salvataġġ.

11.   Ir-Regolament II-2/B/11: Użu ristrett ta’ materjal li jaqbad (R 34)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D:

.1

Ħlief fl-ispazji tal-merkanzija, fil-kmamar tal-posta, fil-kmamar tal-bagalji jew fil-kompartimenti mkessħa tal-ispazji tas-servizz, il-kisi, l-art, it-tagħmir li jwaqqaf il-kurrent tal-arja, is-soqfa u l-iżolazzjonijiet kollha għandhom ikunu magħmula minn materjali mhux kombustibbli. Il-paratiji parzjali jew il-gverti li jintużaw biex jissuddividu kull spazju għall-utilità jew trattament artistiku għandhom ikunu wkoll ta’ materjal li ma jaqbadx.

.2

Il-barrieri tal-fwar u l-adeżivi li jintużaw flimkien mal-iżolazzjoni, kif ukoll l-iżolazzjoni tat-tagħmir tal-pajpijiet, għas-sistemi ta’ servizzi kesħin ma hemmx bżonn ikunu ta’ materjal li ma jaqbadx, iżda għandhom jinżammu f’kwantità minima prattika u s-superfiċi esposti tagħhom għandu jkollhom kwalitajiet ta’ reżistenza għall-propagazzjoni tal-fjammi f’konformità mal-proċedura tal-ittestjar tar-Riżoluzzjoni A.653(16) tal-OMI.

VAPURI TAL-KLASSIJIET B, C U D LI NBNEW FL-1 TA’ JANNAR 2003 JEW WARA:

Minflok.2, għandu japplika l-paragrafu.2a li ġej:

.2 a

Il-barrieri tal-fwar u l-adeżivi li jintużaw flimkien mal-iżolazzjoni, kif ukoll l-iżolazzjoni tat-tagħmir tal-pajpijiet għas-sistemi ta’ servizzi kesħin ma hemmx bżonn ikunu magħmula minn materjal mhux kombustibbli, iżda għandhom jinżammu fi kwantità minima li tkun prattikabbli u s-superfiċi esposti tagħhom għandu jkollhom karatteristiki ta’ tifrix baxx tal-fjammi.

.3

Is-superfiċi li ġejjin għandu jkollhom karatteristiki ta’ tifrix baxx tal-fjammi:

.1

superfiċi esposti fil-kurituri u fl-imgħalaq tat-turġien, u tal-paratiji, tal-kisi tal-ħitan u tas-suffitti fl-ispazji tal-akkomodazzjoni u tas-servizz u fl-istazzjonijiet tal-kontroll kollha;

.2

spazji moħbija jew inaċċessibbli fl-ispazji tal-akkomodazzjoni u tas-servizz kif ukoll fl-istazzjonijiet tal-kontroll;

.4

Il-volum totali tal-faċċati, tal-mouldings, tat-tiżjin u tal-fuljetti kombustibbli fi kwalunkwe spazju tal-akkomodazzjoni u tas-servizz ma għandux jaqbeż volum ekwivalenti għal 2,5 mm ta’ fuljetti fl-erja kkombinata tal-ħitan u tas-soqfa. L-għamara mwaħħla mas-suffitti, mal-paratiji jew mal-gverti ma hemmx bżonn li tiġi inkluża fil-kalkolu tal-volum totali tal-materjali kombustibbli.

Fil-każ ta’ vapuri mgħammra b’sistema awtomatika tal-bexxixiet li tikkonforma mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament II 2-A/8, il-volum ta’ hawn fuq jista’ jkun jinkludi xi materjal kombustibbli li jintuża għat-twaqqif ta’ diviżjonijiet tal-klassi “C”.

.5

Il-fuljetti li jintużaw fuq is-superfiċi u l-kisi koperti mir-rekwiżiti tal-paragrafu.3 għandu jkollhom valur kalorifiku li ma jaqbiżx il-45 MJ/m2 tal-erja għall-ħxuna li tintuża.

.6

L-għamara fl-imgħalaq tat-turġien għandha tkun limitata biss għall-postijiet fejn wieħed jista’ joqgħod bil-qiegħda. Għandha tkun imwaħħla, limitata għal sitt siġġijiet f’kull gverta f’kull magħlaq tat-turġien, tkun ta’ riskju ristrett li tieħu n-nar, u ma għandhiex ittellef ir-rotta tal-ħrib tal-passiġġieri. L-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera tista’ tippermetti aktar postijiet fejn toqgħod bil-qiegħda fiż-żona prinċipali ta’ lqugħ f’magħlaq tat-turġien jekk dawn ikunu mwaħħlin, ma jeħdux in-nar u ma jtellfux ir-rotta tal-ħrib tal-passiġġieri. Ma għandhiex titħalla għamara fil-kurituri tal-passiġġieri jew tal-ekwipaġġ li jiffurmaw rotot tal-ħrib fiż-żoni tal-kabini. Minbarra dan ta’ hawn fuq, jistgħu jiġu permessi wkoll l-kabinetti li jissakkru magħmula minn materjal mhux kombustibbli, li jipprovdu l-ħżin għat-tagħmir tas-sikurezza meħtieġ mir-Regolamenti rilevanti. Il-magni tal-ilma li wieħed jista’ jixrob minnhom u l-magni li jagħmlu l-blokki tas-silġ jistgħu jitħallew fil-kurituri diment li jkunu mwaħħla u ma jirrestrinġux il-wisa’ tar-rotot tal-ħrib. Dan japplika ukoll għall-arranġamenti dekorattivi tal-fjuri jew tal-pjanti, statwi jew oġġetti oħra tal-arti bħal pitturi u tapizzeriji fil-kurituri u fit-turġien.

.7

Iż-żebgħa, il-verniċi u finituri oħra li jintużaw fuq superfiċi interni esposti ma għandhomx ikunu jistgħu jipproduċu kwantitajiet eċċessivi ta’ duħħan u ta’ prodotti tossiċi.

VAPURI TAL-KLASSIJIET B, C U D LI NBNEW FL-1 TA’ JANNAR 2003 JEW WARA:

Minflok.7, għandu japplika l-paragrafu.7a li ġej:

.7 a

Iż-żebgħa, il-verniċi u finituri oħra li jintużaw fuq superfiċi interni esposti ma għandhomx ikunu jistgħu jipproduċu kwantitajiet eċċessivi ta’ duħħan u ta’ prodotti tossiċi, u dan jiġi determinat f’konformità mal-Kodiċi tal-Proċedura tat-Test tan-Nirien tal-OMI.

.8

Il-koperturi primarji tal-gverti, jekk jiġu applikati fl-ispazji tal-akkomodazzjoni u tas-servizz u fl-istazzjonijiet tal-kontroll, għandhom ikunu ta’ materjal approvat li ma jaqbadx malajr, f’konformità mal-proċeduri tat-test tan-nirien tar-Riżoluzzjoni A.687(17) tal-OMI jew li joħolqu perikli tossiċi jew splussivi f’temperaturi għoljin.

VAPURI TAL-KLASSIJIET B, C U D LI NBNEW FL-1 TA’ JANNAR 2003 JEW WARA:

Minflok il-paragrafu.8, għandu japplika l-paragrafu.8a li ġej:

.8 a

Il-koperturi primarji tal-gverti, jekk jiġu applikati fl-ispazji tal-akkomodazzjoni u tas-servizz u fl-istazzjonijiet tal-kontroll, għandhom ikunu magħmula minn materjal approvat li f’temperaturi għoljin ma jaqbadx malajr jew joħloq perikli tossiċi jew splussivi, u dan jiġi determinat skont il-Kodiċi tal-Proċeduri tat-Test tan-Nirien.

12.   Ir-Regolament II-2/B/12: Dettalji tal-kostruzzjoni (R 35)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

Fl-ispazji tal-akkomodazzjoni u tas-servizz, stazzjonijiet tal-kontroll, kurituri u turġien:

.1

spazji tal-arja magħluqa wara s-soqfa, il-panels jew is-suffitti għandhom ikunu diviżi b’mod adattat minn apparati li jeħlu qrib il-paraventi tal-kurrent u li ma jkunux aktar minn 14-il metru bogħod minn xulxin;

.2

fid-direzzjoni vertikali, dawn l-spazji tal-arja magħluqa, inkluż dawk wara l-kisi tat-turġien, tat-trunklines, eċċ għandhom ikunu magħluqa f’kull gverta.

13.   Ir-Regolament II-2/B/13: Sistemi fissi tal-individwazzjoni tan-nirien u tal-allarm tan-nirien u sistemi awtomatiċi tal-bexxixiet, tal-individwazzjoni tan-nirien u tal-allarm tan-nirien (R 14) (R 36)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D:

.1

Fil-vapuri li jġorru mhux iktar minn 36 passiġġier, għandhom ikunu installati tul kull żona separata, kemm jekk vertikali u kemm jekk orizzontali, fl-ispazji kollha tal-akkomodazzjoni u tas-servizz u fl-istazzjonijiet tal-kontroll, ħlief l-ispazji li ma joħolqu ebda riskju sostanzjali tan-nirien bħall-spazji vojta, spazji sanitarji, eċċ. jew:

.1

sistema fissa tal-individwazzjoni tan-nirien u tal-allarm tan-nirien ta’ tip approvat u li tikkonforma mar-rekwiżiti tar-Regolament II-2/A/9 u li tkun installata u rranġata b’tali mod li tindividwa l-preżenza ta’ nirien f’dawn l-ispazji, madankollu li fil-vapuri ġodda tal-klassijiet B, C u D li nbnew fl-1 ta’ Jannar 2003 jew wara tipprovdi l-individwazzjoni tad-duħħan fil-kurituri, fit-turġien u fir-rotot tal-ħrib fl-ispazji tal-akkomodazzjoni, jew inkella,

.2

sistemi awtomatiċi tal-bexxixiet, tal-individwazzjoni tan-nirien u tal-allarm tan-nirien ta’ tip approvat li jikkonformaw mar-rekwiżiti tar-Regolament II-2/A/8 jew mal-linji gwida tal-OMI għal sistema ekwivalenti approvata tal-bexxixiet kif mogħtija fir-Riżoluzzjoni A.800(19) tal-OMI u li jkunu installati u rranġati b’tali mod li jipproteġu dawn l-spazji u, barra minn hekk, sistema fissa tal-individwazzjoni tan-nirien u tal-allarm tan-nirien ta’ tip approvat u li tikkonforma mar-rekwiżiti tar-Regolament II-2/A/9 u li tkun installata u rranġata b’tali mod li tipprovdi l-individwazzjoni tad-duħħan fil-kurituri, fit-turġien u fir-rotot tal-ħrib fl-ispazji tal-akkomodazzjoni.

.2

Il-vapuri li jġorru aktar minn 36 passiġġier għandhom ikunu mgħammra:

b’sistema awtomatika tal-bexxixiet, tal-individwazzjoni tan-nirien u tal-allarm tan-nirien ta’ tip approvat li tikkonforma mar-rekwiżiti tar-Regolament II-2/A/8 jew mal-linji-gwida tal-OMI għal sistema ekwivalenti approvata tal-bexxixiet kif mogħtija fir-Riżoluzzjoni A.800(19) tal-OMI, fl-ispazji tas-servizz, fl-istazzjonijiet tal-kontroll u fl-ispazji tal-akkomodazzjoni kollha, inkluż il-kurituri u t-turġien.

Alternattivament, l-istazzjonijiet tal-kontroll fejn l-ilma jista’ jikkawża ħsara lit-tagħmir essenzjali jistgħu jiġu mgħammra b’sistema fissa approvata tat-tifi tan-nar ta’ tip ieħor.

Għandha tiġi installata sistema tal-individwazzjoni tan-nirien u tal-allarm tan-nirien ta’ tip approvat, li tikkonforma mar-rekwiżiti tar-Regolament II-2/A/9, li tkun installata u rranġata b’tali mod li tipprovdi individwazzjoni tad-duħħan fl-ispazji tas-servizz, fl-istazzjonijiet tal-kontroll u fl-ispazji tal-akkomodazzjoni, inkluż il-kurituri u t-turġien. Ma hemmx bżonn jitwaħħal tagħmir tal-individwazzjoni tad-duħħan fil-kmamar tal-banju privati u fil-kċejjen.

L-ispazji li jkollhom ftit jew l-ebda riskju bħall-ispazji vojta, it-tojlits pubbliċi, il-kmamar tad-diossidu tal-karbonju u spazji simili ma hemmx bżonn jiġu mgħammra b’sistema awtomatika ta’ bexxixiet jew b’sistema fissa tal-individwazzjoni tan-nirien u tal-allarm tan-nirien.

.3

Fl-ispazji tal-makkinarju li perjodikament ma jkollhomx nies magħhom għandha tiġi installata sistema fissa tal-individwazzjoni tan-nirien u tal-allarm tan-nirien ta’ tip approvat, f’konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament II-2/A/9.

Din is-sistema tal-individwazzjoni tan-nirien għandha tkun iddisinjata b’tali mod li t-tagħmir jindividwa malajr in-nirien f’kull parti minn dawk l-ispazji u taħt il-kundizzjonijiet normali tat-tħaddim tal-makkinarju u l-varjazzjonijiet tal-ventilazzjoni kif meħtieġ mill-firxa tat-temperaturi tal-ambjent. Ħlief fi spazji ta’ għoli ristrett u fejn l-użu tagħhom ikun speċjalment xieraq, ma għandhomx jiġu permessi sistemi tal-individwazzjoni li jużaw biss tagħmir tal-individwazzjoni termali. Is-sistema tal-individwazzjoni għandha tfaqqa’ allarmi li jinstemgħu u li jidhru b’mod distint mill-allarmi ta’ kwalunkwe sistema oħra li ma tindikax in-nirien, f’biżżejjed postijiet biex jiġi żgurat li l-allarmi jinstemgħu u jiġu osservati fil-pont tan-navigazzjoni u minn uffiċjal tal-inġinerija responsabbli.

Meta l-pont tan-navigazzjoni ma jkollux nies miegħu għandu jinstema’ allarm f’post fejn ikun xogħol membru tal-ekwipaġġ responsabbli.

Wara l-installazzjoni, is-sistema għandha tiġi ttestjata taħt kundizzjonijiet varji tat-tħaddim tal-magna u tal-ventilazzjoni.

VAPURI TAL-KLASSIJIET B, C U D LI NBNEW FL-1 TA’ JANNAR 2018 JEW WARA

.4

Sistema fissa tal-individwazzjoni tan-nirien u tal-allarm tan-nirien ta’ tip approvat, f’konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament II-2/A/9, għandha tiġi installata fi spazji tal-makkinarju fejn:

.4.1

l-installazzjoni ta’ sistemi u ta’ tagħmir ta’ kontroll awtomatiku u mill-bogħod tkun ġiet approvata bħala kumpens għall-preżenza kontinwa ta’ nies f’dak l-ispazju; u

.4.2

il-makkinarju prinċipali tal-propulsjoni u dak assoċjat, inkluż sorsi ta’ sors prinċipali tal-enerġija elettrika jiġu pprovduti bi gradi varji ta’ kontroll awtomatiku jew mill-bogħod u jkunu taħt superviżjoni kontinwa b’nies apposta minn kamra tal-kontroll.

.5

Sistema fissa tal-individwazzjoni tan-nirien u tal-allarm tan-nirien ta’ tip approvat, f’konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament II-2/A/9, għandha tiġi installata fi spazji magħluqa li jkun fihom l-inċineraturi.

.6

Fir-rigward tas-sistema fissa tal-individwazzjoni tan-nirien u tal-allarm tan-nirien meħtieġa skont il-paragrafi.4, u.5 tar-Regolament II-2/B/13, għandu japplika dan li ġej:

Is-sistema tal-individwazzjoni tan-nirien għandha tkun iddisinjata b’tali mod u d-detetturi mpoġġija f’tali pożizzjoni sabiex jintraċċaw malajr il-bidu tan-nirien fi kwalunkwe parti ta’ dawk l-ispazji u fi kwalunkwe kundizzjoni tal-operat normali tal-makkinarju u tal-varjazzjonijiet tal-ventilazzjoni kif meħtieġ mill-firxa possibbli tat-temperaturi ambjentali. Ħlief fi spazji ta’ għoli ristrett u fejn l-użu tagħhom ikun speċjalment xieraq, mhumiex permessi sistemi tal-individwazzjoni li jużaw biss tagħmir tal-individwazzjoni termali. Is-sistema tal-individwazzjoni għandha tfaqqa’ allarmi li jinstemgħu u li jidhru b’mod distint mill-allarmi ta’ kwalunkwe sistema oħra li ma tindikax in-nirien, f’biżżejjed postijiet biex jiġi żgurat li l-allarmi jinstemgħu u jiġu osservati fil-pont tan-navigazzjoni u minn uffiċjal tal-inġinerija responsabbli.

Meta l-pont tan-navigazzjoni ma jkollux ekwipaġġ miegħu, l-allarm għandu jinstema’ f’post fejn ikun hemm membru tal-ekwipaġġ responsabbli fuq xogħol.

Wara l-installazzjoni, is-sistema għandha tiġi ttestjata b’kundizzjonijiet li jvarjaw tat-tħaddim u tal-ventilazzjoni tal-magni.

14.   Ir-Regolament II-2/B/14: Protezzjoni tal-ispazji ta’ kategorija speċjali (R 37)

.1   Dispożizzjonijiet applikabbli għall-ispazji ta’ kategorija speċjali fuq jew taħt il-gverta tal-paratija

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B LI JĠORRU AKTAR MINN 36 PASSIĠĠIER:

.1

Ġenerali

.1

Il-prinċipju bażiku li fuqu huma bbażati d-dispożizzjonijiet tar-Regolament II-2/B/14 huwa li ladarba s-suddiviżjoni normali f’żoni vertikali prinċipali jaf ma tkunx prattika fl-ispazji ta’ kategorija speċjali, trid tinkiseb protezzjoni ekwivalenti f’dawk l-ispazji abbażi tal-kunċett ta’ żona orizzontali u billi tiġi pprovduta sistema fissa effiċjenti tat-tifi tan-nar. Skont dan il-kunċett, żona orizzontali għall-iskop tar-Regolament II-2/B/14 tista’ tinkludi spazji ta’ kategorija speċjali fuq aktar minn gverta waħda diment li l-għoli ġenerali totali li jgħaddu minn taħtu l-vetturi ma jaqbiżx l-10 metri.

.2

Ir-rekwiżiti tar-Regolamenti II-2/A/12, II-2/B/7 u II-2/B/9 u II-2/B/9a għaż-żamma tal-integrità taż-żoni vertikali għandhom jiġu applikati bl-istess mod għall-gverti u għall-paratiji li jiffurmaw il-konfini li jisseparaw iż-żoni orizzontali minn xulxin u mill-kumplament tal-vapur.

.2

Protezzjoni strutturali

.1

Fil-vapuri ġodda li jġorru aktar minn 36 passiġġier il-paratiji u l-gverti tal-konfini tal-ispazji ta’ kategorija speċjali għandhom jiġu iżolati skont l-istandard tal-klassi “A-60”. Madanakollu, fejn spazju tal-gverta miftuħa (kif definit fir-Regolament II-2/B/4, is-subparagrafu.2.2(5)), spazju sanitarju jew spazju simili (kif definit fir-Regolament II-2/B/4, is-subparagrafu.2.2(9)), jew tank, spazju vojt jew spazju tal-makkinarju awżiljarju li jkollhom ftit jew l-ebda riskju li jieħdu n-nar (kif definit fir-Regolament II-2/B/4, is-subparagrafu.2.2(10)), ikun fuq waħda min-naħat tad-diviżjoni, l-istandard jista’ jitnaqqas għal “A-0”.

Fejn it-tankijiet taż-żejt tal-karburant ikunu taħt spazju ta’ kategorija speċjali, l-integrità tal-gverta bejn dawn l-ispazji tista’ titnaqqas għall-istandard “A-0”.

.2

Fil-vapuri ġodda li nbnew qabel l-1 ta’ Jannar 2018 li jġorru mhux aktar minn 36 passiġġier u fil-vapuri eżistenti tal-klassi B li jġorru aktar minn 36 passiġġier, il-paratiji tal-konfini tal-ispazji ta’ kategorija speċjali għandhom jiġu iżolati kif meħtieġ għall-ispazji tal-kategorija (11) fit-tabella 5.1 tar-Regolament II-2/B/5 u l-konfini orizzontali kif meħtieġ għall-kategorija (11) fit-tabella 5.2 tar-Regolament II-2/B/5. Fil-vapuri li nbnew fl-1 ta’ Jannar 2018 jew wara u li jġorru mhux aktar minn 36 passiġġier, il-paratiji tal-konfini tal-ispazji ta’ kategorija speċjali għandhom jiġu iżolati kif meħtieġ għall-ispazji tal-kategorija (11) fit-tabella 5.1a tar-Regolament II-2/B/5 u l-konfini orizzontali kif meħtieġ għall-kategorija (11) fit-tabella 5.2a tar-Regolament II-2/B/5.

.3

Għandhom jiġu pprovduti indikaturi fil-pont tan-navigazzjoni li għandhom jindikaw meta kwalunkwe bieb li jaqta’ n-nirien u li jagħti għall-ispazji ta’ kategorija speċjali jew minnhom ikun magħluq.

Il-bibien għall-ispazji ta’ kategorija speċjali għandhom ikunu ta’ tali kostruzzjoni li ma jkunux jistgħu jinżammu miftuħa b’mod permanenti u għandhom jinżammu magħluqa matul il-vjaġġ.

.3

Sistema fissa tat-tifi tan-nar

Kull spazju ta’ kategorija speċjali għandu jiġi mgħammar b’sistema approvata li tispara l-ilma bil-pressjoni fissa għat-tħaddim manwali li għandha tipproteġi l-partijiet kollha ta’ kwalunkwe gverta u pjattaforma tal-vetturi f’tali spazju.

Fil-vapuri ġodda tal-klassijiet B, C u D li nbnew fl-1 ta’ Jannar 2003 jew wara, tali sistemi li jisparaw l-ilma għandu jkollhom:

.1

gejġ tal-pressjoni fuq il-manifold tal-valv;

.2

immarkar ċar fuq kull manifold tal-valv li jindika l-ispazji moqdija;

.3

struzzjonijiet għall-manutenzjoni u għat-tħaddim li jkunu jinsabu fil-kamra tal-valv; u

.4

numru suffiċjenti ta’ valvijiet tad-drenaġġ.

L-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera tista’ tippermetti l-użu ta’ kwalunkwe sistema oħra tat-tifi tan-nar li permezz ta’ test fuq skala sħiħa fil-kundizzjonijiet li jissimulaw nar b’fluss ta’ petrol fi spazju ta’ kategorija speċjali, ikun intwera li ma tkunx inqas effettiva biex tikkontrolla n-nirien li probabbli jkun hemm f’tali spazju. Tali sistema li tispara l-ilma bil-pressjoni fissa jew sistema oħra ekwivalenti tat-tifi tan-nar għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tar-Riżoluzzjoni A.123(V) tal-OMI u għandha titqies l-MSC/Ċirk.1272 “Guidelines for the approval of fixed water-based local application fire-fighting systems for use in category A machinery spaces” (Linji gwida għal meta jiġu approvati sistemi tat-tifi tan-nar bbażati fuq l-ilma alternattivi għal użu ta’ spazji ta’ kategoriji speċjali).

.4

Rondi u individwazzjoni

.1

Għandha tinżamm sistema effiċjenti ta’ rondi fl-ispazji ta’ kategorija speċjali. Fi kwalunkwe spazju bħal dan li fih ir-ronda ma ssirx b’għassa kontinwa għan-nirien fil-ħinijiet kollha matul il-vjaġġ, għandha tiġi pprovduta sistema fissa tal-individwazzjoni tan-nirien u tal-allarm tan-nirien ta’ tip approvat li tikkonforma mar-rekwiżiti tar-Regolament II-2/A/9. Is-sistema fissa tal-individwazzjoni tan-nirien għandha tkun kapaċi tindividwa malajr il-bidu tan-nar. It-tip, it-tqassim u l-post tat-tagħmir tal-individwazzjoni għandu jiġi determinat wara li jiġu kkunsidrati l-effetti tal-ventilazzjoni u fatturi oħra rilevanti.

Fil-vapuri ġodda tal-klassijiet B, C u D li nbnew fl-1 ta’ Jannar 2003 jew wara, is-sistema wara li tiġi installata għandha tiġi ttestjata fil-kundizzjonijiet normali tal-ventilazzjoni u għandha tagħti ħin tar-rispons ġenerali li jissodisfa l-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera.

.2

Għandhom jiġu pprovduti punti tal-ajjut li jitħaddmu manwalment kif ikun meħtieġ fl-ispazji kollha ta’ kategorija speċjali u wieħed għandu jitpoġġa qrib kull post tal-ħruġ minn tali spazji.

Fil-vapuri ġodda tal-klassijiet B, C u D li nbnew fl-1 ta’ Jannar 2003 jew wara, il-punti tal-ajjut li jitħaddmu manwalment għandhom ikunu mqassma b’tali mod li l-ebda parti mill-ispazju ma tkun aktar minn 20 metru minn punt tal-ajjut li jitħaddem manwalment.

.5

Tagħmir tat-tifi tan-nar li jista’ jinġarr

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D LI NBNEW QABEL L-1 TA’ JANNAR 2003 U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.5 a

F’kull spazju ta’ kategorija speċjali għandhom jiġu pprovduti:

.1

tal-anqas tliet applikaturi tat-tirxix fin tal-ilma;

.2

unità waħda b’applikatur tal-fowm li tista’ tinġarr li tikkonforma mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament II-2/A/6, il-paragrafu.2, diment li tal-anqas tnejn minn dawn l-unitajiet ikunu disponibbli fil-vapur għall-użu f’tali spazji; u

.3

tal-anqas apparat wieħed tat-tifi tan-nar li jista’ jinġarr ikun jinsab f’kull aċċess għal tali spazji.

VAPURI TAL-KLASSIJIET B, C U D LI NBNEW FL-1 TA’ JANNAR 2003 JEW WARA:

.5b

Għandhom jiġu pprovduti apparati tat-tifi tan-nar li jistgħu jinġarru f’kull livell tal-gverta f’kull post tal-istivar jew kompartiment fejn jinġarru l-vetturi, li jkunu mqassma f’mhux aktar minn 20 metru minn xulxin fuq iż-żewġ naħat tal-ispazju. Tal-anqas apparat wieħed tat-tifi tan-nar li jista’ jinġarr għandu jinsab f’kull aċċess għal tali spazji.

Barra minn hekk, fl-ispazji ta’ kategorija speċjali għandhom jiġu pprovduti l-apparati tat-tifi tan-nar li ġejjin:

.1

tal-anqas tliet applikaturi tat-tirxix fin tal-ilma; u

.2

unità waħda b’applikatur tal-fowm li tista’ tinġarr li tikkonforma mad-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi għas-Sistemi tas-Sikurezza Kontra n-Nirien, diment li tal-anqas tnejn minn tali unitajiet ikunu disponibbli fil-vapur biex jintużaw f’tali spazju tal-vapur ro-ro.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.6

Sistema tal-ventilazzjoni

.1

Għandha tiġi pprovduta sistema effettiva tal-ventilazzjoni motorizzata għall-ispazji ta’ kategorija speċjali li tkun biżżejjed biex tagħti mill-inqas 10 bidliet tal-arja fis-siegħa. Is-sistema għal tali spazji għandha tiġi separata totalment minn sistemi oħra tal-ventilazzjoni u għandha tkun taħdem fil-ħinijiet kollha meta l-vetturi jkunu fit-tali spazji. In-numru ta’ bidliet tal-arja għandu jiżdied għal mill-inqas 20 waqt it-tagħbija u l-ħatt tal-vetturi.

Il-kanali tal-ventilazzjoni li jaqdu l-ispazji ta’ kategorija speċjali li jistgħu jiġu ssiġillati b’mod effettiv għandhom jiġu sseparati għal kull tali spazju. Is-sistema għandha tkun tista’ tiġi kkontrollata minn pożizzjoni ’l barra minn tali spazji.

.2

Il-ventilazzjoni għandha tkun tali li tipprevjeni l-istratifikazzjoni tal-arja u l-formazzjoni ta’ rqajja’ tal-arja.

.3

Għandhom jiġu pprovduti mezzi li jindikaw fil-pont tan-navigazzjoni kwalunkwe telf jew tnaqqis tal-kapaċità tal-ventilazzjoni meħtieġa.

.4

Għandhom jiġu pprovduti arranġamenti li jippermettu li s-sistema tal-ventilazzjoni tintefa malajr u b’mod effettiv f’każ ta’ nirien, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-kundizzjonijiet tat-temp u tal-baħar.

.5

Il-kanali tal-ventilazzjoni, inkluż il-barrieri, għandhom ikunu magħmula mill-azzar u l-arranġament tagħhom għandu jkun jissodisfa l-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera.

Fil-vapuri ġodda tal-klassijiet B, C u D li nbnew fl-1 ta’ Jannar 2003 jew wara, il-kanali tal-ventilazzjoni li jgħaddu minn żoni orizzontali jew minn spazji tal-makkinarju għandhom ikunu kanali tal-azzar tal-klassi “A-60” li nbnew f’konformità mas-subparagrafi.2.3.1.1 u.2.3.1.2 tar-Regolament II-2/B/9.

.2   Dispożizzjonijiet addizzjonali applikabbli biss għall-ispazji ta’ kategorija speċjali ’l fuq mill-gverta tal-paratija

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D:

.1.1

Toqob għar-rilaxx fil-baħar (scuppers)

Fil-kuntest ta’ telf serju tal-istabbiltà li jista’ jinqala’ jekk jakkumulaw kwantitajiet kbar ta’ ilma fuq il-gverta jew fuq il-gverti wara t-tħaddim tas-sistema tal-isparar tal-ilma bil-pressjoni fissa, għandhom jitqiegħdu toqob għar-rilaxx fil-baħar li jiżguraw li tali ilma joħroġ malajr direttament fil-baħar.

VAPURI RO-RO TAL-PASSIĠĠIERI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D U EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.1.2

Rilaxxi

.1.2.1

Il-valvijiet tar-rilaxx għat-toqob tar-rilaxx fil-baħar, mgħammra b’mezz pożittiv tal-għeluq li jitħaddem minn pożizzjoni ’l fuq mill-gverta tal-paratija f’konformità mar-rekwiżiti tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Linji tat-Tagħbija fis-seħħ, għandhom jinżammu miftuħa waqt li l-vapuri jkunu fuq il-baħar.

.1.2.2

Kwalunkwe tħaddim tal-valvijiet imsemmija fis-subparagrafu.1.2.1 għandu jiġi rreġistrat fir-reġistru tal-vapur.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D:

.2

Prekawzjonijiet kontra t-tqabbid tal-fwar li jieħu n-nar

.1

Fuq kwalunkwe gverta jew pjattaforma, jekk ikunu mgħammra bih, li fuqhom jinġarru l-karozzi u li fuqhom jista’ jkun mistenni li jakkumula fwar splussiv, ħlief għall-pjattaformi b’fetħiet ta’ daqs biżżejjed li jippermetti l-penetrazzjoni ta’ gassijiet tal-petrol ’l isfel, it-tagħmir li jista’ jikkostitwixxi sors ta’ tqabbid ta’ fwar li jieħu n-nar u, b’mod partikolari, it-tagħmir elettriku u l-wajers, għandhom jiġu installati tal-anqas 450 mm ’il fuq mill-gverta jew mill-pjattaforma. Tagħmir elettriku installat aktar minn 450 mm ’il fuq mill-gverta jew mill-pjattaforma għandu jkun ta’ tip magħluq u protett b’tali mod li jipprevjeni l-ħruġ tax-xrar. Madanakollu, jekk l-installazzjoni ta’ tagħmir elettriku u tat-tqegħid tal-wajers f’anqas minn 450 mm ’il fuq mill-gverta jew mill-pjattaforma tkun meħtieġa għat-tħaddim sikur tal-vapur, tali tagħmir elettriku u wajers jistgħu jiġu installati diment li jkunu ta’ tip sikur ċertifikat u approvat għall-użu f’taħlita splussiva ta’ petrol u ta’ arja.

.2

It-tagħmir elettriku u l-wajers, jekk ikunu installati f’kanal tal-ventilazzjoni tal-egżost, għandhom ikunu ta’ tip approvat għall-użu f’taħlita splussiva ta’ petrol u ta’ arja u l-iżbokk minn kwalunkwe kanal tal-egżost għandu jkun jinsab f’pożizzjoni sikura, wara li jiġu kkunsidrati possibbli sorsi oħra ta’ tqabbid.

.3   Dispożizzjonijiet addizzjonali applikabbli biss għall-ispazji ta’ kategorija speċjali ’l isfel mill-gverta tal-paratija

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D:

.1

Ippumpjar u drenaġġ tas-sentina

Fil-kuntest tat-telf serju tal-istabbiltà li jista’ jinqala’ jekk jakkumulaw kwantitajiet kbar ta’ ilma fuq il-gverta jew fuq l-għatu tat-tank wara t-tħaddim tas-sistema tal-isparar tal-ilma bil-pressjoni fissa, l-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera tista’ teħtieġ li jiġu pprovduti faċilitajiet tal-ippumpjar u tad-drenaġġ apparti r-rekwiżiti tar-Regolament II-1/C/3.

Fil-vapuri ġodda tal-klassijiet B, C u D li nbnew fl-1 ta’ Jannar 2003 jew wara f’tali każ, is-sistema tad-drenaġġ għandha tkun mdaqqsa sabiex tneħħi mhux inqas minn 125 % tal-kapaċità kkombinata taż-żewġ pompi tas-sistema li tispara l-ilma u n-numru meħtieġ ta’ żennuni tal-manka tat-tifi tan-nar. Il-valvijiet tas-sistema tad-drenaġġ għandhom ikunu jistgħu jitħaddmu minn barra l-ispazju protett f’pożizzjoni qrib il-kontrolli tas-sistema tat-tifi tan-nar. Il-bjar tas-sentina għandhom ikunu ta’ kapaċità suffiċjenti u għandhom jiġu rranġati fil-qoxra tal-ġenb tal-vapur f’distanza ta’ mhux aktar minn 40 metru minn xulxin f’kull kompartiment impermeabbli.

.2

Prekawzjonijiet kontra t-tqabbid tal-fwar li jieħu n-nar

.1

It-tagħmir elettriku u l-wajers, jekk ikunu mwaħħla, għandhom ikunu ta’ tip adattat għall-użu f’taħlita splussiva ta’ petrol u ta’ arja. Ma għandux jiġi permess tagħmir ieħor li jista’ jikkostitwixxi sors ta’ tqabbid tal-fwar li jieħu n-nar.

.2

It-tagħmir elettriku u l-wajers, jekk ikunu installati f’kanal tal-ventilazzjoni tal-egżost, għandhom ikunu ta’ tip approvat għall-użu f’taħlita splussiva ta’ petrol u ta’ arja u l-iżbokk minn kwalunkwe kanal tal-egżost għandu jkun jinsab f’pożizzjoni sikura, wara li jiġu kkunsidrati possibbli sorsi oħra ta’ tqabbid.

.4   Fetħiet permanenti

VAPURI TAL-KLASSIJIET B, C U D LI NBNEW FL-1 TA’ JANNAR 2003 JEW WARA:

Il-fetħiet permanenti fil-pjanċi tal-ġenb, fit-truf jew quddiem il-gverta tal-ispazji ta’ kategorija speċjali għandhom ikunu jkunu jinsabu b’mod li nar fl-ispazju ta’ kategorija speċjali ma jipperikolax iż-żoni tal-istivar u l-istazzjonijiet tal-imbarkazzjoni għall-inġenji tal-baħar tas-sopravivenza, kif ukoll l-ispazji tal-akkomodazzjoni, l-ispazji tas-servizz u l-istazzjonijiet tal-kontroll fis-sovrastrutturi u fil-kmamar fuq il-gverti ’l fuq mill-ispazji ta’ kategorija speċjali.

15.   Ir-Regolament II-2/B/15: Rondi tal-għassa għan-nar, sistemi tal-individwazzjoni, tal-allarm u tat-tgħarrif pubbliku (R 40)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D:

.1

Għandhom jiġu installati punti tal-ajjut li jitħaddmu manwalment u li jikkonformaw mar-rekwiżiti tar-Regolament II-2/A/9.

.2

Il-vapuri kollha f’kull ħin li jkunu fuq il-baħar, jew fil-port (ħlief meta ma jkunux fis-servizz), għandu jkollhom fuqhom il-persunal jew it-tagħmir biex jiġi żgurat li kwalunkwe allarm inizjali tan-nirien jiġi riċevut minnufih minn membru tal-ekwipaġġ responsabbli.

.3

Għandu jitwaħħal allarm speċjali, li jitħaddem mill-pont tan-navigazzjoni jew mill-istazzjon tal-kontroll tan-nirien, sabiex isejjaħ lill-ekwipaġġ. Dan l-allarm jista’ jkun parti mis-sistema ġenerali tal-allarm tal-vapur iżda għandu jkun jista’ jinstema’ indipendentement mill-allarm għall-ispazji tal-passiġġieri.

.4

Għandha tkun disponibbli sistema tat-tgħarrif pubbliku jew mezz effettiv ieħor ta’ komunikazzjoni fl-ispazji tal-akkomodazzjoni u tas-servizz u fl-istazzjonijiet tal-kontroll u fil-gverti miftuħa kollha.

Fil-vapuri tal-klassijiet B, C u D li nbnew fl-1 ta’ Jannar 2003 jew wara, din is-sistema tat-tgħarrif pubbliku għandha tikkonforma mar-rekwiżiti tar-Regolament III/6.5 tal-Konvenzjoni SOLAS, kif emendata.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.5

Għall-vapuri li jġorru aktar minn 36 passiġġier għandha tinżamm sistema effiċjenti ta’ rondi tal-għassa biex jekk ikun hemm xi nar dan jiġi individwat minnufih. Kull membru tar-ronda tal-għassa tan-nirien għandu jiġi mħarreġ biex ikun familjari mal-arranġamenti tal-vapur kif ukoll mal-lok u mat-tħaddim ta’ kwalunkwe tagħmir li hu jew hi jistgħu jiġu msejħa biex jużaw. Kull membru tar-ronda tal-għassa tan-nirien għandu jiġi pprovdut b’apparat tar-radjutelefown li jirċievi u li jittrażmetti.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D:

.6

Il-vapuri li jġorru aktar minn 36 passiġġier għandu jkollhom allarmi ta’ individwazzjoni għas-sistemi meħtieġa skont ir-Regolament II-2/B/13, il-paragrafu.2, li jkunu ċċentralizzati fi stazzjon tal-kontroll ċentrali li dejjem ikollu n-nies miegħu. Barra minn hekk, il-kontroll għall-għeluq mill-bogħod tal-bibien li jaqtgħu n-nirien u l-għeluq tal-fannijiet tal-ventilazzjoni għandu jkunu ċentralizzati fl-istess lok. Il-fannijiet tal-ventilazzjoni għandhom ikunu jistgħu jiġu attivati mill-ġdid mill-ekwipaġġ fl-istazzjon tal-kontroll li l-ħin kollu jkollu n-nies miegħu. Il-panel tal-kontroll fl-istazzjon ċentrali tal-kontroll għandu jkun kapaċi jindika l-pożizzjonijiet miftuħa jew magħluqa tal-bibien li jaqtgħu n-nirien, u jekk it-tagħmir tal-individwazzjoni, tal-allarm u tal-fannijiet humiex magħluqa jew mitfija. Il-panel tal-kontroll għandu jkun alimentat kontinwament u jenħtieġ li jkollu bdil awtomatiku għall-provvista tal-enerġija ta’ riżerva f’każ ta’ telf tal-provvista normali tal-enerġija. Il-panel tal-kontroll għandu jkun alimentat mis-sors prinċipali tal-enerġija elettrika u mis-sors tal-enerġija elettrika ta’ emerġenza kif definit bir-Regolament II-1/D/3 sakemm ma jkunux permissibbli arranġamenti oħra bir-Regolamenti rilevanti, kif ikun applikabbli.

.7

Il-panel tal-kontroll għandu jiġi ddisinjat fuq il-prinċipju tas-sistema li xorta tiġi pprovduta sikurezza f’każ li dan ifalli, eż. ċirkwit ta’ individwazzjoni miftuħ għandu jkun kaġun ta’ kundizzjoni ta’ allarm.

16.   Ir-Regolament II-2/B/16: Titjib tal-vapuri eżistenti tal-klassi B li jġorru aktar minn 36 passiġġier (R 41-1)

.1

Minbarra r-rekwiżiti għall-vapuri eżistenti tal-klassi B fil-Kapitolu II-2, il-vapuri eżistenti tal-klassi B li jġorru aktar minn 36 passiġġier għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:

.1

L-ispazji tal-akkomodazzjoni u tas-servizz, l-imgħalaq tat-turġien u l-kurituri kollha għandhom ikunu mgħammra b’sistema tal-individwazzjoni tad-duħħan u tal-allarm ta’ tip approvat, u li jikkonformaw mar-rekwiżiti tar-Regolament II-2/A/9. Din is-sistema ma hemmx bżonn titwaħħal fi kmamar tal-banju privati, u fi spazji li għandhom ftit jew xejn riskju tan-nirien bħalma huma l-ispazji vojta u spazji bħal dawn. Għandu jiġi installat tagħmir li jaħdem billi jintraċċa s-sħana minflok id-duħħan fil-kċejjen.

.2

Għandu jitwaħħal ukoll tagħmir li jindividwa d-duħħan li jkun mqabbad mas-sistema tal-individwazzjoni tan-nirien u tal-allarm fuq is-soqfa fit-turġien u fil-kurituri fiż-żoni fejn is-soqfa jkunu magħmula minn materjali kombustibbli.

.3.1

Il-bibien biċ-ċappetti li jaqtgħu n-nirien fl-imgħalaq tat-turġien, fil-paratiji taż-żona vertikali prinċipali u fil-konfini tal-kċina li normalment jinżammu miftuħa għandhom ikunu jingħalqu waħedhom u għandhom ikunu jistgħu jiġu rilaxxati minn stazzjon ċentrali tal-kontroll u minn pożizzjoni mill-bieb.

.3.2

Għandu jitpoġġa panel fl-istazzjon ċentrali tal-kontroll li jkollu n-nies miegħu l-ħin kollu biex jindika jekk il-bibien li jaqtgħu n-nirien fl-imgħalaq tat-turġien, fil-paratiji taż-żona vertikali prinċipali u fil-konfini tal-kċina humiex magħluqa.

.3.3

Il-kanali tal-egżost mill-kukers tal-kċina li fihom x’aktarx li jakkumula l-grass jew ix-xaħam u li jgħaddu mill-ispazji tal-akkomodazzjoni jew minn spazji li jkun fihom materjali kombustibbli għandhom jinbnew minn diviżjonijiet tal-klassi “A”. Kull kanal tal-egżost tal-kukers tal-kċina għandu jkun mgħammar:

.1

b’serpentina tal-grass li tkun tista’ titneħħa faċilment għat-tindif sakemm ma jkunx mgħammar bi proċess alternattiv għat-tneħħija tal-grass;

.2

b’barriera tan-nirien li tinsab fil-parti l-baxxa tal-kanal;

.3

b’arranġamenti li jitħaddmu mill-kċina biex jitfu l-fannijiet tal-egżost;

.4

b’mezz fiss għat-tifi tan-nar fil-kanal; u

.5

b’bokkaporti li jkunu jinsabu f’postijiet adattati għall-ispezzjoni u għat-tindif.

.3.4

It-tojlits pubbliċi, il-liftijiet, il-kabinetti li jissakkru ta’ materjali mhux kombustibbli għall-ħżin tat-tagħmir tas-sikurezza u l-bankijiet miftuħa tal-informazzjoni biss jistgħu jkunu jinsabu fil-konfini tal-imgħalaq tat-turġien. Spazji eżistenti oħra fil-magħlaq tat-turġien:

.1

għandhom jitbattlu, jingħalqu b’mod permanenti u jiġu skonnettjati mis-sistema elettrika; jew

.2

għandhom jiġu sseparati mill-magħlaq tat-turġien billi jiġu pprovduti diviżjonijiet tal-klassi “A” f’konformità mar-Regolament II-2/B/5. Tali spazji jista’ jkollhom aċċess dirett għall-imgħalaq tat-turġien billi jiġu pprovduti bibien tal-klassi “A” f’konformità mar-Regolament II-2/B/5, u soġġett li tiġi pprovduta sistema ta’ bexxixiet f’dawn l-ispazji. Madanakollu, il-kabini ma għandhomx jiftħu direttament fil-magħlaq tat-turġien.

.3.5

L-ispazji li mhumiex spazji pubbliċi, kurituri, tojlits pubbliċi, spazji ta’ kategorija speċjali u turġien oħra meħtieġa skont ir-Regolament II-2/B/6, is-subparagrafu.1.5, spazji tal-gverta miftuħa u spazji koperti mill-paragrafu.3.4.2 ma jistax ikollhom aċċess dirett għall-imgħalaq tat-turġien.

.3.6

L-ispazji tal-makkinarju eżistenti tal-kategorija (10) deskritti fir-Regolament II-2/B/4 u l-uffiċini ta’ wara għall-bankijiet tal-informazzjoni li jiftħu direttament fil-magħlaq tat-turġien jistgħu jinżammu, diment li jiġu protetti minn tagħmir li jindividwa d-duħħan u diment li l-uffiċini ta’ wara għall-bankijiet tal-informazzjoni jkun fihom biss għamara b’riskju ristrett li tieħu n-nar.

.3.7

Minbarra d-dawl ta’ emerġenza meħtieġ skont ir-Regolament II-1/D/3 u r-Regolament III/5, il-paragrafu.3, il-mezzi tal-ħrib, inkluż it-turġien u l-ħruġ, għandhom jiġu mmarkati fil-punti kollha tar-rotta tal-ħrib, inkluż l-angoli u l-intersezzjonijiet, b’dawl jew bi strixxi fotoluminixxenti mpoġġija mhux aktar minn 0,3 metri ’l fuq mill-gverta. L-immarkar jrid iħalli l-passiġġieri jidentifikaw ir-rotot kollha ta’ ħrib u jidentifikaw malajr il-postijiet minn fejn tista’ toħroġ. Jekk tintuża l-illuminazzjoni elettrika, din għandha tiġi pprovduta minn sors tal-enerġija ta’ emerġenza u għandha tiġi rranġata b’tali mod li l-falliment ta’ kwalunkwe dawl singolu jew il-qtugħ ta’ kurrent fi strixxa tad-dawl ma jirriżultax f’immarkar li ma jkunx effettiv. Barra minn hekk, is-sinjali kollha tar-rotta tal-ħrib u l-immarkar ta’ fejn jinsab it-tagħmir tat-tifi tan-nar għandhom ikunu magħmula minn materjal fotoluminixxenti jew immarkati bid-dawl. L-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera għandha tiżgura li tali dawl jew tagħmir fotoluminixxenti jkunu ġew evalwati, ittestjati u applikati f’konformità mal-linji gwida kif mogħtija fir-Riżoluzzjoni A.752(18) tal-OMI jew fl-istandard ISO 15370-2001.

.3.8

Għandha tiġi pprovduta sistema ġenerali tal-allarm ta’ emerġenza. L-allarm għandu jkun jinstema’ mill-ispazji tal-akkomodazzjoni, mill-ispazji tax-xogħol normali tal-ekwipaġġ u mill-gverti miftuħa kollha, u l-livell ta’ pressjoni akustika tiegħu għandu jikkonforma mal-istandards tal-Kodiċi dwar l-Allarmi u l-Indikaturi fir-Riżoluzzjoni A.686(17) tal-OMI, kif emendata.

.3.9

Għandha tkun disponibbli sistema tat-tgħarrif pubbliku jew mezz effettiv ieħor ta’ komunikazzjoni fl-ispazji tal-akkomodazzjoni, fl-ispazji pubbliċi u tas-servizz, fl-istazzjonijiet tal-kontroll u fil-gverti miftuħa kollha.

.3.10

L-għamara fl-imgħalaq tat-turġien għandha tkun limitata biss għall-postijiet fejn wieħed jista’ joqgħod bil-qiegħda. Għandha tkun imwaħħla, limitata għal sitt siġġijiet f’kull gverta f’kull magħlaq tat-turġien, tkun ta’ riskju ristrett li tieħu n-nar, u ma għandhiex ittellef ir-rotta tal-ħrib tal-passiġġieri. L-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera tista’ tippermetti aktar siġġijiet fiż-żona prinċipali fejn tilqa’ n-nies fil-magħlaq tat-turġien, jekk ikunu mwaħħla, ma jaqbdux, u ma jtellfux ir-rotta tal-ħrib tal-passiġġieri. Ma għandhiex titħalla għamara fil-kurituri tal-passiġġieri jew tal-ekwipaġġ li jiffurmaw rotot tal-ħrib fiż-żoni tal-kabini. Minbarra dan ta’ hawn fuq, jistgħu jiġu permessi wkoll l-kabinetti li jissakkru magħmula minn materjal mhux kombustibbli, li jipprovdu l-ħżin għat-tagħmir tas-sikurezza meħtieġ mir-Regolamenti rilevanti.

.2

Barra minn hekk:

.1

It-turġien kollha fl-ispazji tal-akkomodazzjoni u tas-servizz għandhom ikunu magħmula minn qafas tal-azzar, ħlief fejn l-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera ma tippermettix l-użu ta’ materjal ekwivalenti ieħor, u għandhom ikunu fl-imgħalaq iffurmati mid-diviżjonijiet tal-klassi “A”, b’mezz pożittiv ta’ għeluq fil-fetħiet kollha, ħlief għal:

.1

taraġ li jgħaqqad biss żewġ gverti li ma hemmx bżonn ikun magħluq, dejjem jekk l-integrità fir-rigward ir-reżistenza għan-nirien tal-gverta tinżamm minn paratiji jew minn bibien xierqa fi spazju wieħed bejn il-gverti. Meta taraġ ikun magħluq fi spazju wieħed ta’ bejn il-gverti, il-magħlaq tat-turġien għandu jiġi protett f’konformità mat-tabelli għall-gverti fir-Regolament II-2/B/5;

.2

it-turġien jistgħu jitwaħħlu fil-beraħ fi spazju pubbliku, dejjem jekk ikunu jinsabu kompletament f’dan l-ispazju pubbliku.

.2

L-ispazji tal-makkinarju għandhom jiġu mgħammra b’sistema fissa tat-tifi tan-nar li tikkonforma mar-rekwiżiti tar-Regolament II-2/A/6.

.3

Il-kanali tal-ventilazzjoni li jgħaddu mid-diviżjonijiet bejn iż-żoni vertikali prinċipali għandhom jiġu mgħammra b’barriera tan-nirien tat-tip “fail-safe” li tingħalaq awtomatikament u għandhom ikun jistgħu jingħalqu manwalment ukoll minn kull naħa tad-diviżjoni. Barra minn hekk, il-barrieri tan-nirien tat-tip “fail-safe” li jingħalqu awtomatikament bi tħaddim manwali minn ġewwa l-magħlaq għandhom jitwaħħlu mal-kanali tal-ventilazzjoni kollha li jaqdu kemm l-ispazji tal-akkomodazzjoni u kemm l-ispazji tas-servizz u l-imgħalaq tat-turġien fejn jippenetraw dawn l-imgħalaq. Il-kanali tal-ventilazzjoni li jgħaddu minn diviżjoni prinċipali taż-żona tan-nirien mingħajr ma jaqdu l-ispazji fuq iż-żewġ naħat jew li jgħaddu minn magħlaq tat-turġien mingħajr ma jaqdu dak il-magħlaq ma hemmx bżonn ikunu mgħammra b’barrieri tan-nar diment li l-kanali jkunu nbnew u ġew iżolati skont l-istandard “A-60” u ma jkollhomx fetħiet fil-magħlaq tat-taraġ jew fit-trunkline fil-ġenb li ma jkunx moqdi direttament.

.4

L-ispazji ta’ kategorija speċjali għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tar-Regolament II-2/B/14.

.5

Il-bibien kollha li jaqtgħu n-nirien fl-imgħalaq tat-turġien, fil-paratiji taż-żona vertikali prinċipali u l-konfini tal-kċina li normalment jinżammu miftuħa għandhom ikunu jistgħu jiġu rilaxxati minn stazzjon ċentrali tal-kontroll u minn pożizzjoni mill-bieb.

.6

Ir-rekwiżiti tal-paragrafu.1.3.7 tar-Regolament II-2/B/16 għandhom japplikaw ukoll għall-akkomodazzjonijiet.

.3

Mhux aktar tard mill-1 ta’ Ottubru 2005 jew 15-il sena wara li nbena l-vapur, skont liema data minnhom tiġi wara:

.1

L-ispazji tal-akkomodazzjoni u tas-servizz, l-imgħalaq tat-turġien u l-kurituri għandhom ikunu mgħammra b’sistema awtomatika tal-bexxixiet, tal-individwazzjoni tan-nar u tal-allarm tan-nar li tikkonforma mar-rekwiżiti tar-Regolament II-2/A/8 jew mal-linji gwida għal sistema ekwivalenti approvata ta’ bexxixiet skont ir-Riżoluzzjoni A.800(19) tal-OMI.

17.   Ir-Regolament II-2/B/17: Rekwiżiti speċjali għall-vapuri li jġorru oġġetti perikolużi (R 41)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D LI NBNEW QABEL L-1 TA’ JANNAR 2003 U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

Ir-rekwiżiti tar-Regolament II-2/54 tal-Konvenzjoni SOLAS, fis-seħħ fis-17 ta’ Marzu 1998, għandhom japplikaw, kif ikun xieraq, għall-vapuri tal-passiġġieri li jġorru oġġetti perikolużi.

VAPURI TAL-KLASSIJIET B, C U D LI NBNEW FL-1 TA’ JANNAR 2003 JEW WARA:

Ir-rekwiżiti tar-Regolament 19 tal-Parti G tal-Kapitolu II-2 tal-Konvenzjoni SOLAS, kif reveduta fl-1 ta’ Jannar 2003, għandhom japplikaw, kif ikun xieraq, għall-vapuri tal-passiġġieri li jġorru oġġetti perikolużi.

18.   Ir-Regolament II-2/B/18: Rekwiżiti speċjali għall-faċilitajiet tal-ħelikopters

VAPURI TAL-KLASSIJIET B, C U D LI NBNEW FL-1 TA’ JANNAR 2003 JEW WARA:

Il-vapuri mgħammra bil-pjattaformi għall-ħelikopters għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tar-Regolament 18 tal-Parti G tal-Kapitolu II-2 tal-Konvenzjoni SOLAS, kif revedut fl-1 ta’ Jannar 2003.

KAPITOLU III

TAGĦMIR TAS-SALVATAĠĠ

1.   Ir-Regolament III/1: Definizzjonijiet (R 3)

VAPURI ĠODDA U DAWK EŻISTENTI TAL-KLASSIJIET B, C U D:

.1

Għall-iskop ta’ dan il-kapitolu, sakemm ma jkunx ipprovdut espressament mod ieħor, għandhom japplikaw d-definizzjonijiet tar-Regolament III/3 tal-Konvenzjoni SOLAS tal-1974, kif emendata.

.2

“Kodiċi LSA” tfisser il-Kodiċi Internazzjonali tat-Tagħmir tas-Salvataġġ (LSA) inkluż fir-Riżoluzzjoni MSC.48(66) tal-OMI, kif emendata.

2.   Ir-Regolament III/2: Mezzi tal-komunikazzjoni, inġenji tal-baħar tas-sopravivenza u dgħajjes tas-salvataġġ, tagħmir personali tas-salvataġġ (R 6 + 7 + 18 + 21 + 22)

VAPURI ĠODDA U DAWK EŻISTENTI TAL-KLASSIJIET B, C U D:

.1

Kull vapur għandu jġorr tal-inqas it-tagħmir tar-radju tas-salvataġġ, ir-radar transponders, it-tagħmir personali tas-salvataġġ, l-inġenji tal-baħar tas-sopravivenza u d-dgħajjes tas-salvataġġ, il-murtali tal-periklu, it-tagħmir għat-tfigħ tal-ħbula speċifikati fit-tabella li ġejja u fin-noti relattivi, abbażi tal-klassi tal-vapur.

.2

It-tagħmir kollu ta’ hawn fuq, inkluż it-tagħmir tal-varar tagħhom fejn ikun applikabbli, għandu jikkonforma mar-Regolamenti tal-Kapitolu III tal-Anness tal-Konvenzjoni SOLAS tal-1974, kif emendata, sakemm ma jkunx espressament ipprovdut mod ieħor fil-paragrafi li ġejjin. Sakemm mhux espressament ipprovdut mod ieħor, it-tagħmir eżistenti għandu għall-inqas jikkonforma mad-dispożizzjonijiet li kienu fis-seħħ fiż-żmien tal-installazzjoni tat-tagħmir.

3.

Barra minn hekk, kull vapur għandu jġorr mill-inqas tliet ilbiesi tal-immersjoni, (u) flimkien mal-għajnuna protettiva termali għal kull persuna li trid tiġi akkomodata fuq id-dgħajsa tas-salvataġġ u li ma jkollhiex l-ilbies tal-immersjoni. Dawn l-ilbiesi ta’ immersjoni u għajnuniet protettivi termali ma hemmx bżonn li jinġarru.

.1

għall-persuni li jridu jiġu akkomodati ġo dgħajjes tas-sopravivenza magħluqa totalment jew parzjalment; jew

.2

jekk il-vapur ikun involut kontinwament fi vjaġġi fi klimi sħan fejn fl-opinjoni tal-Amministrazzjoni ma jkunux neċessarji, wara li jkunu ġew ikkunsidrati r-rakkomandazzjonijiet fl-MSC/Ċirk.1046 tal-OMI.

.4

Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu.3.1 japplikaw ukoll għad-dgħajjes tas-sopravivenza magħluqa totalment jew parzjalment u li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti tat-taqsima 4.5 jew 4.6 tal-Kodiċi LSA, diment li jinġarru fuq vapuri li nbnew qabel l-1 ta’ Lulju 1986.

.5

L-ilbies tal-immersjoni li jikkonforma mar-rekwiżiti tat-taqsima 2.3 tal-Kodiċi LSA jew ilbies kontra l-esponiment li jikkonforma mat-taqsima 2.4 tal-Kodiċi LSA, ta’ daqs xieraq, għandu jiġi pprovdut għal kull persuna assenjata bħala membru tal-ekwipaġġ mad-dgħajjes tas-salvataġġ jew assenjata mal-parti tal-evakwazzjoni marina. Jekk il-vapur jintuża kontinwament fi klimi sħan fejn skont l-Amministrazzjoni ma hemmx bżonn protezzjonijiet termali, dan it-tip ta’ lbies protettiv ma hemmx bżonn jinġarr wara li jkunu ġew ikkunsidrati r-rakkomandazzjonijiet fl-MSC/Ċirk.1046 tal-OMI.

.6

Il-vapuri li ma jġorrux dgħajsa tas-sopravivenza jew dgħajsa tas-salvataġġ għandhom għal skopijiet ta’ salvataġġ jiġu mgħammra tal-anqas b’tibdila waħda ta’ lbies tal-immersjoni. Madanakollu jekk il-vapur ikun impenjat kontinwament fi klimi sħan fejn skont l-Amministrazzjoni ma hemmx bżonn protezzjoni termali, dan it-tip ta’ lbies protettiv ma hemmx bżonn jinġarr wara li jiġu kkunsidrati r-rakkomandazzjonijiet tal-MSC/Ċirk.1046 tal-OMI.

Klassi tal-vapur:

B

C

D

Numru ta’ persuni (N)

Numru ta’ passiġġieri (P)

> 250

≤ 250

> 250

≤ 250

> 250

≤ 250

Kapaċità tal-inġenji tal-baħar tas-sopravivenza  (4)  (5)  (6)  (7):

vapuri eżistenti

vapuri ġodda

1,10 N

1,10 N

1,10 N

1,10 N

1,10 N

1,10 N

1,25 N

1,25 N

1,25 N

1,25 N

1,25 N

1,25 N

Dgħajjes tas-salvataġġ  (7)  (8)

1

1

1

1

1

1

Bagi tas-salvataġġ  (9)

8

8

8

4

8

4

Ġkieket tas-salvataġġ  (11)  (12)  (15)  (16)

1,05 N

1,05 N

1,05 N

1,05 N

1,05 N

1,05 N

Ġkieket tas-salvataġġ tat-tfal  (12)  (16)

0,10 P

0,10 P

0,10 P

0,10 P

0,10 P

0,10 P

Ġkieket tas-salvataġġ tat-trabi  (13)  (16)

0,025 P

0,025 P

0,025 P

0,025 P

0,025 P

0,025 P

Murtali tal-periklu  (10)

12

12

12

12

6

6

Apparat li jitfa’ l-ħbula

1

1

1

1

Transponders tar-radar

1

1

1

1

1

1

Apparat tar-radjutelefown VHF bidirezzjonali

3

3

3

3

3

2

3.   Ir-Regolament III/3: Sistema tal-allarm ta’ emerġenza, sistema tat-tgħarrif pubbliku, lista tal-ġmigħ tan-nies u struzzjonijiet ta’ emerġenza, persunal ta’ komunikazzjoni bir-radju, struzzjonijiet tat-tħaddim, manwali tat-taħriġ u struzzjonijiet għall-manutenzjoni (R 6 + 8 + 9 + 19 + 20)

VAPURI ĠODDA U DAWK EŻISTENTI TAL-KLASSIJIET B, C U D:

Kull vapur għandu jiġi mgħammar bi:

.1

Sistema ġenerali tal-allarm ta’ emerġenza (R 6.4.2)

Trid tikkonforma mar-rekwiżiti tal-paragrafu 7.2.1.1 tal-Kodiċi LSA, u trid tkun addattata biex issejjaħ lill-passiġġieri u lill-ekwipaġġ sabiex jinġabru fl-istazzjonijiet tal-ġmigħ tan-nies u biex tagħti bidu għall-azzjonijiet inklużi fil-lista tal-ġmigħ tan-nies.

GĦALL-VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D LI NBNEW FL-1 TA’ JANNAR 2003 JEW WARA:

Is-sistemi ġenerali tal-allarm ta’ emerġenza għandhom ikunu jinstemgħu mill-ispazji tal-akkomodazzjoni, mill-ispazji tax-xogħol normali tal-ekwipaġġ u minn fuq il-gverti miftuħa kollha, u l-livelli minimi ta’ pressjoni akustika għat-tonalità tal-allarm ta’ emerġenza għandhom ikunu f’konformità mal-paragrafi 7.2.1.2 u 7.2.1.3 tal-Kodiċi LSA.

.2

Sistema tat-tgħarrif pubbliku (R 6.5)

2.1.

Minbarra r-rekwiżiti tal-paragrafu.4 tar-Regolament II-2/B/15 u tal-paragrafu.1 tar-Regolament III/3, il-vapuri kollha tal-passiġġieri li jġorru aktar minn 36 passiġġier għandhom jiġu mgħammra b’sistema tat-tgħarrif pubbliku.

2.2.

Is-sistema tat-tgħarrif pubbliku għandha tkun installazzjoni ta’ loudspeaker li tippermetti x-xandir tal-messaġġi fl-ispazji kollha fejn il-membri tal-ekwipaġġ jew il-passiġġieri, jew it-tnejn, ikunu normalment preżenti, u għall-istazzjonijiet tal-ġmigħ tan-nies. Għandha tippermetti x-xandir ta’ messaġġi mill-pont tan-navigazzjoni u minn tali spazji oħra abbord il-vapur kif tistabbilixxi li jkun meħtieġ l-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera. Għandha tiġi installata fir-rigward ta’ kundizzjonijiet akustikament marġinali u ma teħtieġ l-ebda azzjoni mill-persuna li tkun qed tiġi indirizzata.

2.3.

Is-sistema tat-tgħarrif pubbliku għandha tiġi protetta kontra l-użu mhux awtorizzat u għandha tkun tinstema’ b’mod ċar iktar mill-istorbju ambjentali fl-ispazji kollha, kif stabbilit mill-paragrafu.2.2, u għandha tiġi pprovduta b’funzjoni li tirkeb ikkontrollata minn post wieħed fil-pont tan-navigazzjoni u minn tali spazji oħra abbord skont ma tistabbilixxi li jkun hekk meħtieġ l-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera, sabiex il-messaġġi ta’ emerġenza kollha jixxandru jekk kwalunkwe loudspeaker fl-ispazji kkonċernati jkun intefa, il-volum tiegħu jkun tbaxxa jew is-sistema tat-tgħarrif pubbliku tintuża għall-skopijiet oħra.

GĦALL-VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D LI NBNEW FL-1 TA’ JANNAR 2003 JEW WARA:

Il-livelli minimi ta’ pressjoni akustika għax-xandir tal-avviżi ta’ emerġenza għandhom ikunu f’konformità mal-paragrafu 7.2.2.2 tal-Kodiċi LSA.

2.4.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D:

.1

Is-sistema tat-tgħarrif pubbliku għandu jkollha tal-anqas żewġ ċirkwiti li għandhom ikunu sseparati b’mod suffiċjenti fit-tul kollu tagħhom u għandu jkollhom żewġ amplifikaturi separati u indipendenti; u

.2

is-sistema tat-tgħarrif pubbliku u l-istandards tal-prestazzjoni tagħha għandhom jiġu approvati mill-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera wara li jiġu kkunsidrati r-rakkomandazzjonijiet fl-MSC/Ċirk.808 tal-OMI.

2.5.

Is-sistema tat-tgħarrif pubbliku għandha tkun konnessa mas-sors tal-enerġija elettrika ta’ emerġenza.

2.6.

Il-vapuri eżistenti li diġà jkunu mgħammra bis-sistema tat-tgħarrif pubbliku approvata mill-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera li tikkonforma b’mod sostanzjali ma’ dawk meħtieġa skont il-paragrafu.2.2,.2.3 u.2.5 mhumiex meħtieġa jibdlu s-sistema tagħhom.

.3

Lista tal-ġmigħ tan-nies u struzzjonijiet ta’ emerġenza (R 8)

L-istruzzjonijiet ċari li għandhom jiġu segwiti fil-każ ta’ emerġenza għandhom jiġu pprovduti lil kull persuna abbord, f’konformità mar-Regolament III/8 tal-Konvenzjoni SOLAS.

Listi tal-ġmigħ tan-nies u struzzjonijiet ta’ emerġenza li jikkonformaw mar-rekwiżiti tar-Regolament III/37 tal-Konvenzjoni SOLAS għandhom jintwerew f’postijiet li jidhru tul il-vapur, inkluż il-pont tan-navigazzjoni, il-kamra tal-magni u l-ispazji tal-akkomodazzjoni tal-ekwipaġġ.

Għandhom jitpoġġew illustrazzjonijiet u struzzjonijiet bil-lingwi xierqa fil-kabini tal-passiġġieri u għandhom jintwerew b’mod li jidher fl-istazzjonijiet tal-ġmigħ tan-nies u fi spazji oħra tal-passiġġieri biex jinformaw lill-passiġġieri b’li ġej:

(i)

l-istazzjon tagħhom tal-ġmigħ tan-nies;

(ii)

l-azzjonijiet essenzjali li jridu jieħdu f’emerġenza;

(iii)

il-metodu kif jintlibsu l-ġkieket tas-salvataġġ.

.3a

Persunal tal-komunikazzjoni bir-radju

VAPURI ĠODDA U DAWK EŻISTENTI TAL-KLASSIJIET B, C U D:

.1

F’konformità mad-dispożizzjonijiet fir-Regolament IV/16 tal-Konvenzjoni SOLAS, kull vapur għandu jġorr persunal ikkwalifikat għal skopijiet ta’ radjukomunikazzjoni tas-sikurezza u f’każ ta’ periklu għas-sodisfazzjon tal-Amministrazzjoni. Il-persunal għandu jkollu ċertifikati speċifiċi fir-Regolamenti tar-Radju kif xieraq, u kull wieħed minnhom għandu jkun inkarigat bir-responsabbiltà primarja għall-komunikazzjoni bir-radju waqt inċidenti ta’ periklu, li għandhom jkunu riflessi fl-istruzzjonijiet tal-emerġenza.

VAPURI ĠODDA U EŻISTENTI TAL-KLASSIJIET B, C U D:

.2

Fil-vapuri tal-klassi B u C, mill-inqas persuna waħda kkwalifikata f’konformità mal-paragrafu 1 għandha tkun inkarigata li taqdi biss id-dmirijiet ta’ radjukomunikazzjoni waqt inċidenti ta’ periklu, u dan għandu jiġi rifless fl-istruzzjonijiet tal-emerġenza.

.4

Struzzjonijiet tat-tħaddim (R 9)

Għandhom jiġu pprovduti kartelluni jew sinjali fuq il-post jew fil-viċinanza tal-inġenji tal-baħar tas-sopravivenza u l-kontrolli tal-varar u għandhom:

(i)

juru l-iskop tal-kontrolli u tal-proċeduri għat-tħaddim tat-tagħmir u jagħtu l-istruzzjonijiet jew it-twiddib rilevanti;

(ii)

ikunu jidhru faċilment f’kundizzjonijiet tad-dawl tal-emerġenza;

(iii)

jużaw simboli b’mod konformi mar-Riżoluzzjoni A.760(18) tal-OMI kif emendata (bir-Riżoluzzjoni MSC.82(70) tal-OMI).

.5

Manwal tat-taħriġ

Għandu jiġi pprovdut manwal tat-taħriġ li jikkonforma mar-rekwiżiti tar-Regolament III/35 tal-Konvenzjoni SOLAS f’kull messroom tal-ekwipaġġ u f’kull kamra tar-rikreazzjoni jew f’kull kabina tal-ekwipaġġ.

.6

Struzzjonijiet għall-manutenzjoni (R 20.3)

Għandhom jiġu pprovduti abbord struzzjonijiet għall-manutenzjoni tat-tagħmir tas-salvataġġ jew programmi ppjanati tal-manutenzjoni fuq il-vapur li jinkludu l-manutenzjoni tat-tagħmir tas-salvataġġ, u l-manutenzjoni għandha ssir skont dan. L-istruzzjonijiet għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tar-Regolament III/36 tal-Konvenzjoni SOLAS.

4.   Ir-Regolament III/4: Tqegħid ta’ nies mal-inġenji tal-baħar tas-sopravivenza u superviżjoni (R 10)

VAPURI ĠODDA U DAWK EŻISTENTI TAL-KLASSIJIET B, C U D:

.1

Għandu jkun hemm numru suffiċjenti ta’ persuni mħarrġa abbord għall-ġmigħ tal-persuni mhux imħarrġa u għall-assistenza tagħhom.

.2

Għandu jkun hemm numru suffiċjenti ta’ membri tal-ekwipaġġ abbord għat-tħaddim tal-inġenji tal-baħar tas-sopravivenza u għall-varar tal-arranġamenti meħtieġa għall-abbandun tan-numru totali ta’ persuni abbord.

.3

Għandu jitpoġġa uffiċjal jew persuna ċċertifikata biex jieħdu ħsieb kull inġenju tal-baħar tas-sopravivenza li jrid jintuża. Madankollu, membru tal-ekwipaġġ li jkun imħarreġ fil-mod kif jikkontrolla u jħaddem iċ-ċattri tas-salvataġġ, jista’ jkun inkarigat li jieħu ħsieb kull ċattra tas-salvataġġ jew grupp ta’ ċattri tas-salvataġġ. Id-dgħajjes tas-salvataġġ u l-inġenji tal-baħar tas-sopravivenza bil-mutur kollha għandu jkollhom persuna inkarigata li tkun kapaċi tħaddem il-magna u twettaq aġġustamenti żgħar.

.4

Il-kaptan għandu jiżgura li jkun hemm distribuzzjoni ndaqs tal-persuni msemmija fil-paragrafi.1,.2 u.3 fost l-inġenji tal-baħar tas-sopravivenza tal-vapur.

5.   Ir-Regolament III/5: Arranġamenti għall-ġmigħ tan-nies u għall-imbarkazzjoni fuq l-inġenji tal-baħar tas-sopravivenza (R 11 + 23 + 25)

VAPURI ĠODDA U DAWK EŻISTENTI TAL-KLASSIJIET B, C U D:

.1

L-inġenji tal-baħar tas-sopravivenza li għalihom ikun meħtieġ tagħmir tal-varar approvat għandhom jiġu stivati kemm jista’ jkun qrib l-ispazji tal-akkomodazzjoni u tas-servizz.

.2

L-istazzjonijiet tal-ġmigħ tan-nies għandhom jiġu pprovduti qrib l-istazzjonijiet tal-imbarkazzjoni, għandhom ikunu aċċessibbli minnufih miż-żoni tal-akkomodazzjoni u tax-xogħol, u għandu jkollhom biżżejjed spazju biex il-passiġġieri jkunu jistgħu jingħataw l-istruzzjonijiet u jiġu ggwidati. Għandu jiġi pprovdut spazju liberu fuq il-gverta ta’ mill-inqas 0,35 m2 għal kull persuna.

.1

Fuq vapuri li nbnew qabel l-1 ta’ Lulju 1998, kull stazzjon tal-ġmigħ tan-nies għandu jkollu spazju biżżejjed biex jakkomoda l-persuni kollha inkarigati għall-ġmigħ tan-nies f’dak-l-istazzjon.

.3

L-istazzjonijiet tal-ġmigħ tan-nies u tal-imbarkazzjoni, il-passaġġi, it-turġien u l-postijiet tal-ħruġ li jagħtu aċċess għall-istazzjonijiet tal-ġmigħ tan-nies u tal-imbarkazzjoni għandhom ikunu mdawla b’mod adegwat.

Dan id-dawl għandu jkun jista’ jiġi pprovdut mis-sors tal-enerġija elettrika ta’ emerġenza kif meħtieġ skont ir-Regolamenti II-1/D/3 u II-1/D/4.

Minbarra l-immarkar, u bħala parti minnu, meħtieġ skont ir-Regolament II-2/B/6, is-subparagrafu.1.7 għall-vapuri ġodda tal-klassijiet B, C u D, ir-rotot għall-istazzjonijiet tal-ġmigħ tan-nies għandhom jiġu indikati bis-simbolu tal-istazzjon tal-ġmigħ tan-nies, maħsub għal dak l-iskop, f’konformità mar-Riżoluzzjoni A.760(18) tal-OMI kif emendata. Dan ir-rekwiżit għandu jiġi applikat ukoll għall-vapuri eżistenti tal-klassi B li jġorru aktar minn 36 passiġġier.

.4

Id-dgħajjes tas-sopravivenza għandhom ikunu jistgħu jintrikbu direttament mill-post fejn ikunu stivati jew inkella minn gverta tal-imbarkazzjoni, iżda mhux mit-tnejn.

.5

Iċ-ċattri tas-salvataġġ varati b’parank għandhom ikunu jistgħu jintrikbu minn pożizzjoni li tkun qrib sew tal-post fejn ikunu stivati jew minn post li ċ-ċattra tas-salvataġġ tiġi ttrasferita fih qabel ma’ tiġi varata.

.6

Fejn ikun meħtieġ, għandhom jiġu pprovduti mezzi biex iġibu inġenji tal-baħar tas-sopravivenza varati b’parank mal-ġenb tal-vapur u jżommuhom maġenbu sabiex il-persuni jkunu jistgħu jwettqu l-imbarkazzjoni b’mod sikur.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D:

.7

Jekk arranġament tal-varar ta’ inġenju tal-baħar tas-sopravivenza ma jippermettix l-imbarkazzjoni fl-inġenju tal-baħar tas-sopravivenza qabel ma jkun fl-ilma u l-għoli mill-istazzjon tal-imbarkazzjoni għall-ilma jkun aktar minn 4,5 metri ’l fuq mil-livell tal-ilma fl-eħfef kundizzjoni tat-tbaħħir, għandu jiġi installat tip approvat ta’ SEM (Sistema tal-Evakwazzjoni Marina) li jikkonforma mat-taqsima 6.2 tal-Kodiċi LSA.

Fuq il-vapuri mgħammra b’sistema tal-evakwazzjoni marina, għandha tiġi żgurata l-komunikazzjoni bejn l-istazzjon tal-imbarkazzjoni u l-pjattaforma tal-inġenju tal-baħar tas-sopravivenza.

VAPURI ĠODDA U DAWK EŻISTENTI TAL-KLASSIJIET B, C U D:

.8

Għandu jkun hemm tal-inqas sellum wieħed tal-imbarkazzjoni, li jikkonforma mar-rekwiżiti tal-paragrafu 6.1.6 tal-Kodiċi LSA fuq kull naħa tal-vapur; l-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera tista’ teżenta vapur minn dan ir-rekwiżit diment li, fil-kundizzjonijiet kollha previsti bi ħsara u mingħajr ħsara, ta’ inklinazzjoni u ta’ mejl, l-għoli barra mill-ilma bejn il-pożizzjoni maħsuba tal-imbarkazzjoni u l-linja tal-ilma ma jkunx aktar minn 1,5 metru.

5-1   Ir-Regolament III/5-1: Rekwiżiti għall-vapuri ro-ro tal-passiġġieri (R 26);

.1   Ċattri tas-salvataġġ

VAPURI RO-RO TAL-KLASSIJIET B, C U D LI NBNEW QABEL L-1 TA’ JANNAR 2003:

.1

Iċ-ċattri tas-salvataġġ tal-vapuri ro-ro tal-passiġġieri għandhom ikunu mgħammra b’sistemi tal-evakwazzjoni marina, skont ir-Regolament III/48.5 tal-Konvenzjoni SOLAS, fis-seħħ mis-17 ta’ Marzu 1998, jew b’tagħmir tal-varar f’konformità mar-Regolament III/48.6 tal-Konvenzjoni SOLAS, fis-seħħ mis-17 ta’ Marzu 1998, distribwiti ndaqs fuq kull naħa tal-vapur.

Għandha tkun żgurata l-komunikazzjoni bejn l-istazzjon tal-imbarkazzjoni u l-pjattaforma.

Minkejja dan ta’ hawn fuq, meta sistemi ta’ evakwazzjoni marina fuq vapuri ro-ro tal-passiġġieri jinbidlu jew meta vapuri bħal dawn isirulhom tiswijiet, alterazzjonijiet jew modifikazzjonijiet maġġuri li jinvolvu bdil ta’, jew xi żieda mal-arranġamenti jew it-tagħmir tas-salvataġġ tagħhom, iċ-ċattri tas-salvataġġ tal-vapuri ro-ro tal-passiġġieri għandhom ikunu mgħammra b’sistemi ta’ evakwazzjoni marina li tkun konformi mat-taqsima 6.2 tal-Kodiċi tal-LSA jew strumenti tal-varar li jikkonformaw mal paragrafu 6.1.5 tal-Kodiċi LSA imqassmin indaqs fuq kull naħa tal-vapur.

VAPURI TAL-KLASSIJIET B, C U D LI NBNEW FL-1 TA’ JANNAR 2003 JEW WARA

.2

Iċ-ċattri tas-salvataġġ tal-vapuri ro-ro tal-passiġġieri għandhom ikunu mgħammra b’sistemi ta’ evakwazzjoni marina li jikkonformaw mat-taqsima 6.2 tal-Kodiċi LSA jew b’apparati tal-varar li jikkonformaw mal-paragrafu 6.1.5 tal-Kodiċi LSA, imqassmin indaqs fuq kull naħa tal-vapur.

Għandha tkun żgurata l-komunikazzjoni bejn l-istazzjon tal-imbarkazzjoni u l-pjattaforma.

IL-VAPURI RO-RO KOLLHA TAL-KLASSIJIET B, C U D

.3

Kull ċattra tas-salvataġġ fuq vapuri ro-ro tal-passiġġieri għandu jkollha arranġamenti ta’ stivar li jżommu f’wiċċ l-ilma waħedhom li jikkonformaw mar-rekwiżiti tar-Regolament III/13.4.2 tal-Konvenzjoni SOLAS.

.4

Kull ċattra tas-salvataġġ fuq il-vapuri ro-ro tal-passiġġieri għandha tkun mgħammra b’rampa tal-imbarkazzjoni li tikkonforma mar-rekwiżiti tal-paragrafu 4.2.4.1 jew 4.3.4.1 tal-Kodiċi LSA, kif ikun xieraq.

.5

Kull ċattra tas-salvataġġ fuq il-vapuri ro-ro tal-passiġġieri għandha tkun tista’ tiddritta waħedha awtomatikament jew tkun ċattra tas-salvataġġ reversibbli mgħammra b’tinda, li tkun stabbli f’baħar imqalleb u li tkun tista’ titħaddem mingħajr periklu tkun liema tkun il-qagħda tagħha f’wiċċ l-ilma. Iċ-ċattri tas-salvataġġ reversibbli miftuħa jistgħu jitħallew jintużaw jekk l-amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera tikkunsidra li dan ikun xieraq fid-dawl tan-natura mkennija tal-vjaġġ u l-kundizzjonijiet klimatiċi favorevoli taż-żona u fiż-żmien tat-tbaħħir, u diment li tali ċattri jikkonformaw għalkollox mar-rekwiżiti tal-Anness 10 tal-Kodiċi għall-Inġenji tal-Baħar b’Veloċità Għolja tal-1994.

Inkella, il-vapur għandu/jista’ jġorr iċ-ċattri tas-salvataġġ li jistgħu jiddrittaw waħedhom awtomatikament jew iċ-ċattri tas-salvataġġ reversibbli b’tinda, flimkien mat-tagħbija normali ta’ ċattri tas-salvataġġ, b’kapaċità aggregata tali li takkomoda mill-inqas 50 % tal-persuni li ma jkunux akkomodati fid-dgħajjes tas-sopravivenza.

Din il-kapaċità addizzjonali taċ-ċattri tas-salvataġġ għandha tiġi stabbilita abbażi tad-differenza bejn in-numru totali ta’ persuni abbord u n-numru ta’ persuni li jkunu akkomodati fid-dgħajjes tas-sopravivenza. Kull ċattra tas-salvataġġ simili għandha tkun approvata mill-amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera, wara li jkunu ġew ikkunsidrati r-rakkomandazzjonijiet fl-MSC/Ċirk.809 tal-OMI.

.2   Transponders

IL-VAPURI RO-RO KOLLHA TAL-KLASSI B

.1

Mhux iktar tard mid-data tal-ewwel stħarriġ perjodiku wara l-1 ta’ Jannar 2012, iċ-ċattri tas-salvataġġ li jinġarru fuq il-vapuri ro-ro tal-passiġġieri tal-klassi B għandhom ikunu mgħammra b’transponder bir-radar bil-proporzjoni ta’ transponder wieħed għal kull erba’ ċattri tas-salvataġġ. It-transponder għandu jintrama’ ġewwa ċ-ċattra tas-salvataġġ biex b’hekk l-antenna tiegħu tkun iktar minn metru ’l fuq mil-livell tal-baħar meta ċ-ċattra tas-salvataġġ tkun qed tintuża, ħlief għaċ-ċattri tas-salvataġġ reversibbli b’tinda, fejn it-transponder għandu jkun irranġat b’tali mod li jkun jista’ jiġi aċċessat malajr u jittella’ minn dawk li jsalvaw. Kull transponder għandu jkun irranġat biex jittella’ manwalment meta ċ-ċattra tintuża. Il-kontenituri taċ-ċattri tas-salvataġġ mgħammra b’transponders għandhom jiġu mmarkati b’mod ċar.

.3   Dgħajjes veloċi tas-salvataġġ

IL-VAPURI RO-RO KOLLHA TAL-KLASSIJIET B, C U D

.1

Id-dgħajsa tas-salvataġġ, jekk ikun meħtieġ li tali dgħajsa tinġarr fuq vapur ro-ro tal-passiġġieri, għandha tkun dgħajsa veloċi tas-salvataġġ li tkun approvata mill-amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera wara li jkunu ġew ikkunsidrati r-rakkomandazzjonijiet fl-MSC/Ċirk.809 tal-OMI.

.2

Id-dgħajsa veloċi tas-salvataġġ għandha tkun moqdija b’tagħmir adattat tal-varar li jkun approvat mill-amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera. Meta tiġi biex tapprova apparat bħal dan, l-amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera għandha tqis li d-dgħajsa tas-salvataġġ veloċi tkun maħsuba biex tkun varata u mtella’ f’kundizzjonijiet ħżiena tat-temp, wara li jkunu tqiesu r-rakkomandazzjonijiet adottati mill-OMI.

.3

Tal-anqas żewġ ekwipaġġi tad-dgħajsa tas-salvataġġ veloċi għandhom jagħmlu taħriġ u proċeduri ta’ prova regolarment skont it-Taqsima A-VI/2, it-tabella A-VI/2-2 “Speċifikazzjoni tal-istandard minimu ta’ kompetenza għal dgħajjes tas-salvataġġ veloċi” tal-Kodiċi tat-Taħriġ taċ-Ċertifikazzjoni u tal-Għassa tal-Baħħara (STCW) u r-rakkomandazzjonijiet fir-Riżoluzzjoni A.771(18) tal-OMI, kif emendata. It-taħriġ u l-eżerċizzji għandhom jinkludu l-aspetti kollha dwar salvataġġ, kontroll, manuvri u t-tħaddim ta’ dawn l-inġenji f’kundizzjonijiet ta’ temp differenti u dwar kif dawn jerġgħu jiġu ddrittati wara li jinqalbu.

.4

Fil-każ li l-arranġament jew id-daqs ta’ vapur ro-ro eżistenti tal-passiġġieri jkun tali li jevita l-installazzjoni tad-dgħajsa tas-salvataġġ veloċi meħtieġa skont il-paragrafu 3.1, l-ewwel dgħajsa tas-salvataġġ veloċi tista’ titqiegħed fil-post eżistenti ta’ dgħajsa tas-salvataġġ eżistenti li hija aċċettata bħala dgħajsa tas-salvataġġ jew bħala dgħajsa għall-użu f’emerġenza, diment li l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin ikunu ssodisfati:

.1

id-dgħajsa tas-salvataġġ veloċi mqiegħda fuq il-vapur tkun moqdija minn tagħmir tal-varar f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu.3.2;

.2

il-kapaċità tal-inġenju tal-baħar tas-sopravivenza mitlufa minħabba l-bdil imsemmi hawn fuq, tkun kumpensata bit-tqegħid ta’ ċattri tas-salvataġġ li jġorru mill-inqas l-istess għadd ta’ nies li joqogħdu fid-dgħajsa tas-salvataġġ mibdula fuq il-vapur; u

.3

ċattri tas-salvataġġ bħal dawn ikunu moqdija mit-tagħmir tal-varar jew mis-sistemi tal-evakwazzjoni marina.

.4   Mezzi ta’ salvataġġ

IL-VAPURI RO-RO KOLLHA TAL-KLASSIJIET B, C U D

.1

Kull vapur ro-ro tal-passiġġieri għandu jkun mgħammar b’mezzi effiċjenti biex itellgħu malajr mill-baħar lil dawk li jkunu għadhom ħajjin u jittrasferuhom mill-unitajiet tas-salvataġġ jew mill-inġenji tal-baħar tas-sopravivenza għal fuq il-vapur.

.2

Il-mezzi tat-trasferiment ta’ dawk li jkunu għadhom ħajjin għal fuq il-vapur jista’ jagħmel parti minn sistema tal-evakwazzjoni marina, jew jista’ jagħmel parti minn sistema mfassla għal skopijiet ta’ salvataġġ.

Dawn il-mezzi għandhom jiġu approvati mill-Istat tal-bandiera wara li jiġu kkunsidrati r-rakkomandazzjonijiet adottati mill-MSC/Ċirk.810 tal-OMI.

.3

Jekk iż-żurżieqa ta’ sistema tal-evakwazzjoni marina tkun maħsuba biex tintuża bħala mezz biex dawk li jkunu għadhom ħajjin jittieħdu għal fuq il-gverta tal-vapur, iż-żurżieqa għandha tkun mgħammra b’poġġamani jew bi slielem biex jgħinuhom jitilgħu ż-żurżieqa.

.5   Ġkieket tas-salvataġġ

IL-VAPURI RO-RO KOLLHA TAL-KLASSIJIET B, C U D

.1

Minkejja r-rekwiżiti tar-Regolamenti III/7.2 u III/22.2 tal-Konvenzjoni SOLAS, għadd suffiċjenti ta’ ġkieket tas-salvataġġ għandu jkun stivat qrib il-postijiet tal-ġmigħ tan-nies biex il-passiġġieri ma jkollhomx għalfejn imorru lura fil-kabini tagħhom biex jiġbru l-ġkieket tas-salvataġġ tagħhom.

.2

Fil-vapuri ro-ro tal-passiġġieri, kull ġakketta tas-salvataġġ għandha tkun mgħammra b’dawl f’konformità mar-rekwiżiti tal-paragrafu 2.2.3. tal-Kodiċi LSA.

5-2   Ir-Regolament III/5-2: Pjattaformi tal-ħelikopters u żoni minn fejn jinġabru n-nies (R 28)

VAPURI RO-RO ĠODDA U EŻISTENTI TAL-KLASSIJIET B, C U D:

.1

Il-vapuri ro-ro tal-passiġġieri għandhom jiġu pprovduti b’żona fejn il-ħelikopter jiġbor in-nies li tkun approvata mill-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera, wara li jiġu kkunsidrati r-rakkomandazzjonijiet fir-Riżoluzzjoni A.894(21) tal-IMO, kif emendata.

.2

Il-vapuri ro-ro ġodda tal-passiġġieri tal-klassijiet B, C u D b’tul ta’ 130 metru jew aktar għandhom ikunu mgħammra b’żona fejn jinżel il-ħelikopter li tkun approvata mill-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera wara li jiġu kkunsidrati r-rakkomandazzjonijiet fil-Manwal tal-International Aeronautical and Maritime Search and Rescue (IAMSAR), adottat permezz tar-Riżoluzzjoni A.892(21) tal-OMI, kif emendata, u permezz tal-MSC/Ċirk.895 tal-OMI, “Recommendations on helicopter landing areas on ro-ro passenger ships” (Rakkomandazzjonijiet dwar iż-żoni fejn jinżlu l-ħelikopters fuq il-vapuri ro-ro tal-passiġġieri).

5-3   Ir-Regolament III/5-3: Sistema ta’ appoġġ għad-deċiżjonijiet għall-kaptani (R 29)

VAPURI ĠODDA U DAWK EŻISTENTI TAL-KLASSIJIET B, C U D:

.1

Fil-vapuri kollha, fil-pont tan-navigazzjoni għandha tiġi pprovduta sistema ta’ appoġġ għad-deċiżjonijiet għall-ġestjoni tal-emerġenzi.

.2

Is-sistema għandha, bħala minimu, tikkonsisti minn pjan jew pjanijiet ta’ emerġenza stampati. Is-sitwazzjonijiet prevedibbli kollha ta’ emerġenza għandhom jiġu identifikati fil-pjan jew fil-pjanijiet ta’ emerġenza, inkluż iżda mhux limitat għall-gruppi prinċipali ta’ emerġenzi li ġejjin:

.1

nirien;

.2

ħsarat għall-vapur;

.3

tniġġis;

.4

atti kontra l-liġi li jheddu s-sikurezza tal-vapur u s-sigurtà tal-passiġġieri u tal-ekwipaġġ tiegħu;

.5

aċċidenti tal-persunal;

.6

aċċidenti relatati mal-merkanzija; u

.7

assistenza ta’ emerġenza għal vapuri oħra.

.3

Il-proċeduri ta’ emerġenza stabbiliti fil-pjan jew fil-pjanijiet ta’ emerġenza għandhom jipprovdu appoġġ lill-kaptani fit-teħid tad-deċiżjonijiet biex jittrattaw kwalunkwe kombinazzjoni ta’ sitwazzjonijiet ta’ emerġenza.

.4

Il-pjan jew il-pjanijiet ta’ emerġenza għandu jkollhom struttura uniformi u għandu jkunu faċli li jintużaw. Fejn ikun applikabbli, għandha tintuża l-kundizzjoni tat-tagħbija reali kif ikkalkulata għall-istabbiltà tal-vjaġġ tal-vapur għall-iskopijiet ta’ kontroll tal-ħsarat.

.5

Minbarra l-pjan jew il-pjanijiet ta’ emerġenza stampati, l-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera tista’ taċċetta wkoll l-użu ta’ sistema ta’ appoġġ għat-teħid tad-deċiżjonijiet ibbażata fuq il-kompjuter fuq il-pont tan-navigazzjoni li tipprovdi l-informazzjoni kollha li tinsab fil-pjan jew fil-pjanijiet ta’ emerġenza, fil-proċeduri, fil-listi ta’ verifiki, eċċ., li tkun kapaċi tippreżenta kull lista ta’ azzjonijiet rakkomandati li jridu jitwettqu fl-emerġenzi prevedibbli.

6.   Ir-Regolament III/6: Stazzjonijiet tal-varar (R 12)

VAPURI ĠODDA U DAWK EŻISTENTI TAL-KLASSIJIET B, C U D:

L-istazzjonijiet tal-varar għandhom ikunu f’pożizzjonijiet tali li jiżguraw il-varar sikur wara li titqies b’mod partikolari d-differenza fl-ispazju bejn l-iskrun u l-porzjonijiet tal-buq li jkunu mdendla b’mod wieqaf, u sabiex l-inġenju tal-baħar tas-sopravivenza jkun jista’ jiġi varat ’l isfel mal-parti dritta tal-vapur. Jekk ikunu ppożizzjonati fil-pruwa għandhom jiġu ppożizzjonati lejn il-paratija tal-ħbit, f’pożizzjoni mkennija.

7.   Ir-Regolament III/7: Stivar tal-inġenji tal-baħar tas-sopravivenza (R 13 + 24)

VAPURI ĠODDA U DAWK EŻISTENTI TAL-KLASSIJIET B, C U D:

.1

Kull inġenju tal-baħar tas-sopravivenza għandu jiġi stivat:

a.

sabiex la l-inġenju tal-baħar tas-sopravivenza u lanqas l-arranġamenti tal-istivar tiegħu ma jfixklu operazzjonijiet oħra ta’ varar tal-inġenji tal-baħar tas-sopravivenza;

b.

kemm jista’ jkun qrib is-superfiċe tal-ilma bl-aktar mod sikur u prattikabbli; inġenju tal-baħar tas-sopravivenza varat b’parank fil-pożizzjoni tal-imbarkazzjoni għandu jibqa’ lil hinn mil-linja tal-ilma bil-bastiment fil-kundizzjoni b’tagħbija sħiħa fil-kundizzjonijiet kollha ta’ inklinazzjoni sa 10° u li jmil sa 20° fuq kwalunkwe naħa għall-vapuri ġodda, rispettivament sa tal-anqas 15° fuq kull naħa għall-vapuri eżistenti, jew sal-angolu li fih il-gverta tal-osservazzjoni tat-temp tal-vapur tkun taħt l-ilma, skont liema tkun l-inqas, u l-għoli tal-parti ta’ fuq tal-parank, kemm jista’ jkun, ma għandux jaqbeż il-15-il metru sal-linja tal-ilma meta l-vapur ikun fl-eħfef kundizzjoni tat-tbaħħir tiegħu;

c.

fi stat dejjem pront sabiex żewġ membri tal-ekwipaġġ ikunu jistgħu jħejjuh għall-imbarkazzjoni u għall-varar f’ħames (5) minuti;

d.

‘il quddiem kemm jista’ jkun mill-iskrun; u

e.

mgħammar għalkollox, kif meħtieġ skont ir-Regolamenti rilevanti tal-Konvenzjoni SOLAS, ħlief li ċ-ċattri tas-salvataġġ, kif definiti fin-nota 1(a) jew 1(b) tat-tabella tar-Regolament III/2, jistgħu jiġu eżentati minn uħud mir-rekwiżiti tal-Konvenzjoni SOLAS għat-tagħmir kif imsemmi f’din in-nota;

.2

Id-dgħajjes tas-sopravivenza għandhom jiġu stivati mat-tagħmir tal-varar, u fuq il-vapuri tal-passiġġieri b’tul ta’ 80 metru u aktar, kull dgħajsa tas-sopravivenza għandha tiġi stivata b’tali mod li n-naħa ta’ wara tad-dgħajsa tas-sopravivenza ma tkunx inqas minn 1,5 darba t-tul tad-dgħajsa tas-sopravivenza ’l quddiem mill-iskrun.

.3

Kull ċattra tas-salvataġġ għandha tiġi stivata:

a.

biċ-ċima tagħha mwaħħla mal-vapur;

b.

b’arranġament biex iċ-ċattra tibqa’ f’wiċċ l-ilma b’mod liberu, li jikkonforma mar-rekwiżiti tal-paragrafu 4.1.6 tal-Kodiċi LSA, li jħalli ċ-ċattra tas-salvataġġ tibqa’ f’wiċċ l-ilma b’mod liberu u, jekk tkun tintefaħ, biex tintefaħ awtomatikament meta l-vapur jegħreq. Jista’ jintuża arranġament wieħed għar-rilaxx fl-ilma ta’ żewġ ċattri tas-salvataġġ jew aktar jekk l-arranġament tar-rilaxx fl-ilma jkun biżżejjed biex jikkonforma mar-rekwiżiti tal-paragrafu 4.1.6 tal-Kodiċi LSA;

c.

sabiex jippermetti r-rilaxx manwali mill-arranġamenti tal-irbit tiegħu f’postu.

.4

Iċ-ċattri tas-salvataġġ varati b’parank għandhom jiġu stivati fejn jintlaħqu mill-ganċijiet li jgħollu, sakemm ma jiġix ipprovdut xi mezz tat-trasferiment li ma jibqax ikun jista’ jitħaddem fil-limiti ta’ inklinazzjoni sa 10° u li jmil fuq il-ġenb sa 20° fuq kull naħa għall-vapuri ġodda, rispettivament sa mill-inqas 15° fuq kull naħa għall-vapuri eżistenti, jew bil-moviment tal-vapur jew qtugħ tal-enerġija.

.5

Iċ-ċattri tas-salvataġġ maħsuba biex jiġu varati billi jintefgħu l-baħar għandhom jiġu stivati f’pożizzjoni li tipprovdi trasferiment faċli min-naħa għall-oħra f’livell singolu tal-gverta miftuħa. Jekk dan l-arranġament tal-istivar ma jkunx jista’ jiġi ssodisfat, għandhom jiġu pprovduti ċattri tas-salvataġġ addizzjonali sabiex il-kapaċità totali disponibbli fuq kull naħa takkomoda 75 % tan-numru totali ta’ persuni abbord.

.6

Iċ-ċattri tas-salvataġġ assoċjati ma’ Sistema tal-Evakwazzjoni Marina (SEM) għandhom:

a.

jiġu stivati qrib il-kontenitur li jkun fih l-SEM;

b.

ikunu jistgħu jiġu rrilaxxati minn fejn ikunu stivati b’arranġamenti li jippermettilhom li jiġu rmiġġati u li jintefħu maġenb il-pjattaforma tat-tlugħ abbord;

c.

ikunu jistgħu jiġu rrilaxxati bħala inġenji tal-baħar tas-sopravivenza indipendenti; u

d.

jiġu pprovduti bi ħbula tal-irkupru għall-pjattaforma tat-tlugħ abbord.

8.   Ir-Regolament III/8: Stivar tad-dgħajjes tas-salvataġġ (R 14)

VAPURI ĠODDA U DAWK EŻISTENTI TAL-KLASSIJIET B, C U D:

Id-dgħajjes tas-salvataġġ għandhom jiġu stivati:

.1

fi stat fejn dejjem ikunu pronti għall-varar f’mhux aktar minn ħames (5) minuti u jekk ikunu tat-tip li jintefħu, f’kundizzjoni li jkunu minfuħa kompletament, fil-ħinijiet kollha;

.2

f’pożizzjoni adattata għall-varar u għall-irkupru;

.3

sabiex la d-dgħajsa tas-salvataġġ u lanqas l-arranġamenti tal-istivar tagħha ma jfixklu t-tħaddim ta’ kwalunkwe inġenju tal-baħar tas-sopravivenza fi kwalunkwe stazzjon ieħor tal-varar;

.4

jekk ikunu wkoll dgħajjes tas-sopravivenza, jikkonformaw mar-rekwiżiti tar-Regolament III/7.

8 a   Ir-Regolament III/8a: Stivar tas-sistemi tal-evakwazzjoni marina (R 15)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D U VAPURI RO-RO EŻISTENTI TAL-KLASSIJIET B, C U D:

1.

Il-ġenb tal-vapur ma għandu jkollu l-ebda fetħa bejn l-istazzjon tal-imbarkazzjoni tas-sistema tal-evakwazzjoni marina u l-linja tal-ilma fl-eħfef kundizzjoni tat-tbaħħir, u għandhom jiġu pprovduti mezzi biex jipproteġu s-sistema minn kwalunkwe oġġett bil-ponta.

2.

Is-sistemi tal-evakwazzjoni marina għandhom ikunu f’pożizzjoni tali li jiżguraw il-varar sikur wara li titqies b’mod partikolari d-differenza fl-ispazju bejn l-iskrun u l-porzjonijiet tal-buq li jkunu mdendla b’mod wieqaf, u sabiex, kemm jista’ jkun, is-sistema tkun tista’ tiġi varata ’l isfel mal-parti dritta tal-vapur.

3.

Kull sistema tal-evakwazzjoni marina għandha tiġi stivata b’tali mod li la l-passaġġ, la l-pjattaforma u lanqas l-istivar jew l-arranġamenti operattivi tagħha ma jtellfu t-tħaddim ta’ kwalunkwe tagħmir ieħor tas-salvataġġ fi kwalunkwe stazzjon ieħor tal-varar.

4.

Fejn ikun xieraq, il-vapur għandu jkun irranġat b’tali mod li s-sistemi tal-evakwazzjoni marina fil-pożizzjonijiet tal-istivar tagħhom ikunu protetti mill-ħsara mġarrba mill-baħar imqalleb.

9.   Ir-Regolament III/9: Arranġamenti tal-varar tal-inġenji tal-baħar tas-sopravivenza u arranġamenti tal-irkupru (R 16)

VAPURI ĠODDA U DAWK EŻISTENTI TAL-KLASSIJIET B, C U D:

.1

Għandu jiġi pprovdut tagħmir tal-varar li jikkonforma mar-rekwiżiti tat-taqsima 6.1 tal-Kodiċi LSA għall-inġenji tal-baħar tas-sopravivenza kollha ħlief:

.1

GĦALL-VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSIJIET B, C U D:

a.

inġenji tal-baħar tas-sopravivenza li jintrikbu minn pożizzjoni fuq il-gverta li tkun inqas minn 4,5 metri ’l fuq mil-linja tal-ilma fl-eħfef kundizzjoni tat-tbaħħir u li jew:

ikollhom massa ta’ mhux aktar minn 185 kg; jew inkella

jiġu stivati għall-varar direttament mill-pożizzjoni stivata fil-kundizzjonijiet kollha ta’ inklinazzjoni sa 10° u ta’ mejl fuq il-ġenb sa mill-inqas 15° fuq kull naħa; jew inkella

b.

inġenji tal-baħar tas-sopravivenza li jinġarru b’mod addizzjonali għall-inġenji tal-baħar tas-sopravivenza għal 110 % tan-numru totali ta’ persuni abbord; jew inġenji tal-baħar tas-sopravivenza pprovduti għall-użu flimkien ma’ sistema tal-evakwazzjoni marina (SEM) f’konformità mar-rekwiżiti tat-taqsima 6.2 tal-Kodiċi LSA u stivati għall-varar direttament mill-pożizzjoni stivata fil-kundizzjonijiet kollha ta’ inklinazzjoni sa 10° u ta’ mejl sa 20° fuq kull naħa.

.2

GĦALL-VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D:

fejn, soġġett għall-effettività tal-arranġamenti tal-imbarkazzjoni tal-inġenji tal-baħar tas-sopravivenza u tad-dgħajjes tas-salvataġġ fil-kundizzjonijiet ambjentali li fihom il-vapur x’aktarx jitħaddem u fil-kundizzjonijiet kollha stabbiliti ta’ ħsara u ta’ mingħajr ħsara ta’ inklinazzjoni u ta’ mejl, l-għoli ’l barra mill-ilma bejn il-pożizzjoni tal-imbarkazzjoni maħsuba u l-linja tal-ilma fl-iktar kundizzjoni ħafifa tat-tbaħħir ma tkunx aktar minn 4,5 metri. F’dak il-każ, l-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera tista’ taċċetta sistema fejn il-persuni jitilgħu direttament abbord fuq iċ-ċattri tas-salvataġġ.

.2

Kull dgħajsa tas-sopravivenza għandha tiġi pprovduta b’tagħmir li jkun kapaċi jvara u jirkupra d-dgħajsa tas-sopravivenza.

GĦALL-VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D LI NBNEW FL-1 TA’ JANNAR 2003 JEW WARA:

Barra minn hekk, għandu jkun hemm dispożizzjoni għad-dendil tad-dgħajsa tas-sopravivenza biex it-tagħmir tar-rilaxx jiġi lliberat għall-manutenzjoni.

.2 a

Mhux iktar tard mill-ewwel dħul f’baċir skedat wara l-1 ta’ Jannar 2018, iżda mhux iktar tard mill-1 ta’ Lulju 2019, il-mekkaniżmi tar-rilaxx tad-dgħajjes tas-sopravivenza malli jiġu mgħobbija li ma jikkonformawx mal-paragrafi 4.4.7.6.4 sa 4.4.7.6.6 tal-Kodiċi LSA għandhom jiġu sostitwiti b’tagħmir li jikkonforma mal-Kodiċi (*).

(*)

Irreferi għall-“Guidelines for evaluation and replacement of lifeboat release and retrieval systems” (Linji gwida għall-evalwazzjoni u għas-sostituzzjoni tas-sistemi ta’ rilaxx u ta’ rkupru tad-dgħajjes tas-sopravivenza (MSC.1/Ċirk.1392).

.3

L-arranġamenti għall-varar u għall-irkupru għandhom ikunu tali li l-operatur tat-tagħmir fuq il-vapur ikun jista’ josserva l-inġenji tal-baħar tas-sopravivenza fil-ħinijiet kollha waqt il-varar, u għad-dgħajjes tas-sopravivenza waqt l-irkupru.

.4

Għandu jintuża tip wieħed biss ta’ mekkaniżmu tar-rilaxx għal inġenji tal-baħar tas-sopravivenza simili li jinġarru abbord il-vapur.

.5

Il-kejbils tal-parank, fejn jintużaw, għandhom ikunu twal biżżejjed biex l-inġenji tal-baħar tas-sopravivenza jaslu sal-ilma meta l-vapur ikun fl-eħfef kundizzjoni tat-tbaħħir, fil-kundizzjonijiet kollha ta’ inklinazzjoni sa 10° u ta’ mejl sa 20° fuq kull naħa għall-vapuri ġodda, rispettivament sa tal-anqas 15° fuq kull naħa għall-vapuri eżistenti.

.6

It-tħejjija u l-immanuvrar tal-inġenji tal-baħar tas-sopravivenza fi kwalunkwe wieħed mill-istazzjonijiet tal-varar ma għandhomx ifixklu t-tħejjija u l-immanuvrar fil-pront ta’ kwalunkwe inġenju tal-baħar tas-sopravivenza ieħor jew kwalunkwe dgħajsa tas-salvataġġ oħra fi kwalunkwe stazzjon ieħor.

.7

Għandhom ikunu disponibbli mezzi li jipprevjenu r-rilaxx tal-ilma fuq l-inġenji tal-baħar tas-sopravivenza waqt l-abbandun.

.8

Waqt it-tħejjija u l-varar, l-inġenji tal-baħar tas-sopravivenza, it-tagħmir tal-varar tagħhom, u ż-żona tal-ilma li fiha jridu jiġu varati għandhom ikunu mdawla b’mod adegwat bid-dawl ipprovdut mis-sors tal-enerġija elettrika ta’ emerġenza kif meħtieġ skont ir-Regolamenti II-1/D/3 u II-1/D/4.

10.   Ir-Regolament III/10: Arranġamenti tal-imbarkazzjoni, tal-varar u tal-irkupru tad-dgħajjes tas-salvataġġ (R 17)

VAPURI ĠODDA U DAWK EŻISTENTI TAL-KLASSIJIET B, C U D:

.1

L-arranġamenti tal-imbarkazzjoni u tal-varar tad-dgħajjes tas-salvataġġ għandhom ikunu tali li d-dgħajjes tas-salvataġġ ikunu jistgħu jintrikbu u jiġu varati fl-iqsar żmien possibbli.

.2

Id-dgħajjes tas-salvataġġ għandhom ikunu jistgħu jintrikbu u jiġu varati direttament mill-pożizzjoni stivata bin-numru ta’ persuni inkarigati biex ikunu l-ekwipaġġ tad-dgħajjes tas-salvataġġ abbord.

.3

Jekk id-dgħajjes tas-salvataġġ jiġu inklużi fil-kapaċità tal-inġenji tal-baħar tas-sopravivenza u d-dgħajjes l-oħra tas-sopravivenza jintrikbu mill-gverta tal-imbarkazzjoni, id-dgħajjes tas-salvataġġ flimkien ma’ dak li huwa meħtieġ skont il-paragrafu.2, għandhom ukoll ikunu jistgħu jintrikbu mill-gverta tal-imbarkazzjoni.

.4

L-arranġamenti tal-varar għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tar-Regolament III/9. Madankollu, id-dgħajjes tas-salvataġġ kollha għandhom ikunu jistgħu jiġu varati, fejn ikun meħtieġ bl-użu taċ-ċimi, waqt li l-vapur ikun għaddej b’veloċità sa ħames (5) knots f’baħar kalm.

.5

Il-ħin tal-irkupru tad-dgħajjes tas-salvataġġ għandu jkun ta’ mhux aktar minn ħames (5) minuti f’kundizzjonijiet moderati tal-baħar meta jkunu mgħobbija bl-ammont sħiħ ta’ persuni u ta’ tagħmir li jkunu jesgħu. Jekk id-dgħajjes tas-salvataġġ jiġu inklużi fil-kapaċità tal-inġenji tal-baħar tas-sopravivenza, dan il-ħin tal-irkupru għandu jkun possibbli meta jkunu mgħobbija bit-tagħmir tal-inġenji tal-baħar tas-sopravivenza u bl-ammont approvat ta’ persuni fuq id-dgħajjes tas-salvataġġ ta’ mill-inqas sitt (6) persuni.

.6

GĦALL-VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D LI NBNEW FL-1 TA’ JANNAR 2003 JEW WARA:

L-arranġamenti għall-imbarkazzjoni u l-irkupru tad-dgħajsa ta’ rkupru għandhom jipprovdu għall-manuvrar sikur u effiċjenti ta’ persuna fuq streċer. Għandha tiġi pprovduta stoppa għall-irkupru fil-maltemp għas-sikurezza, fil-każ li blokok kbar li jkunu waqgħu joħolqu jew jikkostitwixxu periklu.

10 a   Ir-Regolament III/10 a: Irkupru ta’ persuni mill-ilma

VAPURI TAL-KLASSIJIET B, C U D LI NBNEW FL-1 TA’ JANNAR 2018 JEW WARA

.1

Il-vapuri kollha għandu jkollhom pjanijiet u proċeduri speċifiċi skont it-tipi ta’ vapuri għall-irkupru ta’ persuni mill-ilma, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-linji gwida żviluppati mill-OMI (*). Il-pjanijiet u l-proċeduri għandhom jidentifikaw it-tagħmir maħsub biex jintuża għal skopijiet ta’ rkupru u l-miżuri li jridu jittieħdu biex jiġi minimizzat ir-riskju għall-persunal abbord involut fl-operazzjonijiet ta’ rkupru. Il-vapuri li nbnew qabel l-1 ta’ Jannar 2018 għandhom jikkonformaw ma’ dan ir-rekwiżit sal-ewwel stħarriġ perjodiku jew ta’ tiġdid tat-tagħmir tas-sikurezza.

.2

Il-vapuri ro-ro tal-passiġġieri li jikkonformaw mar-Regolament III/5-1, il-paragrafu.4, għandhom jitqiesu li jikkonformaw mar-Regolament III/10a.

(*)

Guidelines for the development of plans and procedures for recovery of persons from the water (Linji gwida għall-iżvilupp ta’ pjanijiet u ta’ proċeduri għall-irkupru ta’ persuni mill-ilma) (MSC.1/Ċirk.1447).

11.   Ir-Regolament III/11: Struzzjonijiet ta’ emerġenza (R 19)

VAPURI ĠODDA U DAWK EŻISTENTI TAL-KLASSIJIET B, C U D:

Kull meta jitilgħu passiġġieri ġodda għandha tingħata spjega fil-qosor dwar is-sikurezza tal-passiġġieri immedjatament qabel jew wara t-tluq. Din l-ispjega għandha mill-inqas tinkludi l-istruzzjonijiet meħtieġa skont ir-Regolament III/3, il-paragrafu.3. Għandha ssir permezz ta’ avviż b’lingwa waħda jew aktar li x’aktar tinftiehem/jinftiehmu mill-passiġġieri. L-avviż għandu jsir bis-sistema tat-tgħarrif pubbliku jew permezz ta’ mezzi adattati oħra li x’aktarx li jinstemgħu tal-inqas mill-passiġġieri li jkunu għadhom ma kellhom l-opportunità li jisimgħuh matul il-vjaġġ.

12.   Ir-Regolament III/12: Prontezza għat-tħaddim, manutenzjoni u spezzjonijiet (R 20)

VAPURI ĠODDA U DAWK EŻISTENTI TAL-KLASSIJIET B, C U D:

.1

Qabel ma l-vapur iħalli l-port u fil-ħinijiet kollha matul il-vjaġġ, it-tagħmir kollu tas-salvataġġ għandu jkun f’kundizzjoni li jaħdem u lest biex jintuża minnufih.

.2

Il-manutenzjoni u l-ispezzjonijiet tat-tagħmir tas-salvataġġ għandhom isiru f’konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament III/20 tal-Konvenzjoni SOLAS.

13.   Ir-Regolament III/13: Taħriġ u proċeduri ta’ prova tal-abbandun tal-vapuri (R 19 + R 30)

VAPURI ĠODDA U DAWK EŻISTENTI TAL-KLASSIJIET B, C U D:

.1

Kull membru tal-ekwipaġġ li jiġi inkarigat bi dmirijiet f’każ ta’ emerġenza għandu jkun familjari ma’ dawn id-dmirijiet qabel ma jibda l-vjaġġ.

.2

Kull ġimgħa għandhom isiru proċeduri ta’ prova f’każ ta’ abbandun u ta’ nirien.

Kull xahar, kull membru tal-ekwipaġġ għandu jipparteċipa minn tal-inqas f’proċedura waħda ta’ prova f’każ ta’ abbandun u oħra f’każ ta’ nirien. Il-proċeduri ta’ prova tal-ekwipaġġ għandhom isiru qabel it-tluq tal-vapur jekk aktar minn 25 % tal-ekwipaġġ ma jkunux pparteċipaw fi proċeduri ta’ prova f’każ ta’ abbandun u ta’ nirien abbord dak il-vapur partikolari fix-xahar ta’ qabel. Meta vapur jidħol fis-servizz għall-ewwel darba, wara li jkunu sarulu modifiki maġġuri jew meta jitqabbad ekwipaġġ ġdid, il-proċeduri ta’ prova msemmija hawn fuq għandhom isiru qabel it-tbaħħir.

.3

Kull proċedura ta’ prova f’każ ta’ abbandun tal-vapur għandha tinkludi l-azzjonijiet meħtieġa skont ir-Regolament III/19.3.3.1 tal-Konvenzjoni SOLAS, wara li jkunu kkunsidrati il-linji gwida fl-MSC.1/Ċirk.1206 tal-OMI “Measures to prevent accidents with lifeboats” (Miżuri biex jiġu evitati l-aċċidenti bid-dgħajjes tas-sopravivenza).

.4

Id-dgħajjes tas-sopravivenza u d-dgħajjes tas-salvataġġ għandhom jitniżżlu fi proċeduri ta’ prova suċċessivi f’konformità mad-dispożizzjoni tar-Regolament III/19.3.3.2, 3.3.3 u 3.3.6 tal-Konvenzjoni SOLAS.

Jekk il-proċeduri ta’ prova tal-varar tad-dgħajjes tas-sopravivenza u tad-dgħajjes tas-salvataġġ isiru meta l-vapur ikun għaddej, tali proċeduri ta’ prova għandhom, minħabba l-perikli involuti, isiru f’ilmijiet imkennija biss u taħt is-superviżjoni ta’ uffiċjal b’esperjenza fi proċeduri ta’ prova bħal dawn, wara li jkunu ġew ikkunsidrati l-linji gwida fir-Riżoluzzjoni A.624(15) tal-OMI “Guidelines on training for the purpose of launching lifeboats and rescue boats from ships making headway throw the water” (Linji gwida dwar it-taħriġ bl-iskop tal-varar tad-dgħajjes tas-sopravivenza u tad-dgħajjes tas-salvataġġ minn vapuri li jkunu għaddejjin fuq l-ilma), u l-linji gwida fir-Riżoluzzjoni A.771(18) tal-OMI “Recommendations on training requirements for crews on fast rescue boats” (Rakkomandazzjonijiet dwar ir-rekwiżiti tat-taħriġ għall-ekwipaġġi fuq dgħajjes veloċi tas-salvataġġ).

L-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera tista’ tħalli l-vapuri jvaraw id-dgħajjes tas-sopravivenza fuq naħa waħda jekk l-arranġamenti ta’ fejn joqogħdu fil-port u l-mudelli tal-kummerċ tagħhom ma jippermettux li jiġu varati dgħajjes tas-sopravivenza fuq dik in-naħa. Madanakollu, dawn id-dgħajjes tas-sopravivenza kollha għandhom jitniżżlu tal-anqas darba kull tliet (3) xhur u għandhom jiġu varati tal-anqas kull sena.

.5

Jekk vapur ikun mgħammar b’sistema tal-evakwazzjoni marina, il-proċeduri ta’ prova għandhom jinkludu l-azzjonijiet meħtieġa skont ir-Regolament III/19.3.3.8 tal-Konvenzjoni SOLAS.

.6

Id-dawl ta’ emerġenza għall-ġmigħ tan-nies u għall-abbandun tal-vapur għandhom jiġu ttestjati f’kull proċedura ta’ prova tal-abbandun tal-vapur.

.7

Il-proċeduri ta’ prova f’każ ta’ nirien għandhom isiru f’konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament III/19.3.4 tal-Konvenzjoni SOLAS.

.8

Għandhom jingħataw taħriġ u struzzjonijiet abbord lill-membri tal-ekwipaġġ f’konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament III/19.4 tal-Konvenzjoni SOLAS.

.9

Il-membri tal-ekwipaġġ b’responsabbiltajiet ta’ dħul jew ta’ salvataġġ fi spazju magħluq għandhom jipparteċipaw fil-proċedura ta’ prova tad-dħul u tas-salvataġġ fi spazju magħluq li trid issir abbord il-vapur b’intervall li jrid jiġi stabbilit mill-Amministrazzjoni, iżda mhux inqas minn darba fis-sena:

.1

Il-proċeduri ta’ prova tad-dħul u tas-salvataġġ fi spazju magħluq jenħtieġ li jkunu ppjanati u jitwettqu b’mod sikur, filwaqt li tiġi kkunsidrata, kif xieraq, il-gwida pprovduta fir-“Revised Recommendations for entering enclosed spaces aboard ships” (Rakkomandazzjonijiet Reveduti għad-dħul fi spazji magħluqa abbord il-vapuri), adottati mill-OMI permezz tar-Riżoluzzjoni A.1050(27).

.2

Kull proċedura ta’ prova tad-dħul u tas-salvataġġ fi spazju magħluq għandha tinkludi:

.1

il-verifika u l-użu tat-tagħmir protettiv personali meħtieġ għad-dħul;

.2

il-verifika u l-użu tat-tagħmir u tal-proċeduri tal-komunikazzjoni;

.3

il-verifika u l-użu tal-istrumenti li jkejlu l-atmosfera fi spazji magħluqa;

.4

il-verifika u l-użu tat-tagħmir u tal-proċeduri tas-salvataġġ; u

.5

l-istruzzjonijiet tat-tekniki tal-ewwel għajnuna u tar-risuxxitazzjoni.

.10

Għandhom jitwettqu proċeduri ta’ prova għall-kontroll tal-ħsarat, kif meħtieġ fir-Regolament II-1/19-1 tal-Konvenzjoni SOLAS, b’intervall li jrid jiġi stabbilit mill-Amministrazzjoni, iżda mhux inqas minn darba fis-sena.

14.   Ir-Regolament III/14: Rekords (R 19.5)

VAPURI ĠODDA U DAWK EŻISTENTI TAL-KLASSIJIET B, C U D:

.1

Id-data ta’ meta jsiru kontrolli tal-ġemgħa, id-dettalji tal-proċeduri ta’ prova tal-abbandun u tan-nirien, il-proċeduri ta’ prova tad-dħul u tas-salvataġġ fi spazju magħluq, il-proċeduri ta’ prova ta’ tagħmir ieħor tas-salvataġġ u t-taħriġ abbord, għandhom jiġu rreġistrati f’reġistru kif jista’ jiġi preskritt mill-Amministrazzjoni. Jekk kontroll tal-ġemgħa sħiħ, proċedura ta’ prova jew sessjoni ta’ taħriġ ma jsirux fiż-żmien stipulat, għandha ssir annotazzjoni fir-reġistru li tiddikjara ċ-ċirkostanzi u d-dettalji ta’ dak li twettaq fil-kontroll tal-ġemgħa, fil-proċedura ta’ prova jew fis-sessjoni ta’ taħriġ.

KAPITOLU IV

KOMUNIKAZZJONIJIET BIR-RADJU

1.   Ir-Regolament IV/1: Tagħmir tal-Komunikazzjoni bir-Radju

VAPURI TAL-KLASSI D

.1

Il-vapuri tal-klassi D għandhom tal-anqas jiġu mgħammra:

.1.1

B’installazzjoni ta’ radju VHF li tkun kapaċi tirċievi u tittrażmetti;

.1.1.1

B’DSC fuq il-frekwenza 156.525 MHz (il-kanal 70). Għandu jkun possibbli li tinbeda trażmissjoni ta’ avviż ta’ periklu fuq il-kanal 70 mill-pożizzjoni minn fejn normalment il-vapur ikun innavigat; u

.1.1.2

B’radjutelefonija fuq il-frekwenzi 156.300 Mhz (il-kanal 6), 156.650 Mhz (il-kanal 13) u 156.800 Mhz (il-kanal 16);

.1.2

L-installazzjoni tar-radju VHF għandha wkoll tkun kapaċi tittrażmetti u tirċievi komunikazzjonijiet ġenerali tar-radju bl-użu tar-radjutelefonija.

.1.3

Isiru referenzi għar-Regolamenti IV/7.1.1 u IV/8.2 tal-Konvenzjoni SOLAS tal-1974.

TAQSIMA 2

REKWIŻITI TAS-SIKUREZZA GĦALL-VAPURI TAL-PASSIĠĠIERI ĠODDA LI L-PRIM TAGĦHOM TQIEGĦED JEW LI KIENU FI STADJU SIMILI TA’ KOSTRUZZJONI WAQT JEW WARA D-19 TA’ SETTEMBRU 2021 U LI HUMA INVOLUTI FI VJAĠĠI DOMESTIĊI

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

1.

Applikazzjoni:

1.1.

It-Taqsima 2 tapplika għall-vapuri ġodda tal-passiġġieri li l-prim tagħhom tqiegħed jew li kienu fi stadju simili ta’ kostruzzjoni waqt jew wara d-19 ta’ Settembru 2021.

1.2.

Sakemm ma jkunx espressament previst mod ieħor, ir-Regolamenti ta’ din it-Taqsima huma applikabbli għall-vapuri tal-klassijiet B, C u D.

1.3.

Minkejja l-paragrafu 1.2 ta’ qabel, id-dispożizzjonijiet li ġejjin ta’ din it-Taqsima huma applikabbli wkoll għall-vapuri tal-klassi A:

.1

il-Kapitolu II-1/C, ir-Regolament II-1/C/31, il-paragrafu 100; ir-Regolament II-1/Z/100; ir-Regolament II-1/Z/101 u r-Regolament II-1/Z/102; u

.2

il-Kapitolu II-2, ir-Regolament II-2/B/4, is-subparagrafi.4.3.100 u.4.100; ir-Regolament II-2/C/10, is-subparagrafi.4.100 u.6.4; ir-Regolament II-2/D/13, is-subparagrafu.4.1.100; u r-Regolament II-2/G/20, is-subparagrafi.6.1.4 u.6.1.5.

2.

Irrispettivament minn dak li huwa previst fl-Artikolu 6.1(b) tad-Direttiva 2009/45/KE, il-vapuri tal-klassi D li ma jestendux il-vjaġġ tagħhom ’il barra miż-Żona tal-Baħar A 1, kif definit fir-Regolament IV/2.12 tal-Konvenzjoni SOLAS tal-1974 kif emendata, ma għandhomx l-obbligu li jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-ġarr fil-Kapitolu IV tal-Konvenzjoni SOLAS tal-1974 kif emendata, iżda għandhom tal-anqas jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet fil-Kapitolu IV ta’ dan l-Anness.

3.

Id-dispożizzjonijiet għall-viżibbiltà fuq il-pont tan-navigazzjoni fir-Regolament V/22 tal-Konvenzjoni SOLAS tal-1974 kif emendata, għandhom sa fejn huwa prattikabbli u raġonevoli, japplikaw ukoll għall-vapuri ta’ tul inqas minn 55 metru, fejn “tul” huwa kif definit fir-Regolament V/2 tal-Konvenzjoni SOLAS tal-1974 kif emendata.

4.

F’din it-Taqsima, l-indikazzjoni “(R…)” wara diversi titoli ta’ Regolamenti fil-Kapitolu III tirreferi għar-Regolamenti tal-Konvenzjoni SOLAS tal-1974 kif emendata, li fuqha huma bbażati r-Regolamenti ta’ din it-Taqsima.

5.

In-numerazzjoni u t-titoli tar-Regolamenti fil-Kapitoli II-1 u II-2 huma skont il-Konvenzjoni SOLAS tal-1974. Il-qabżiet fin-numerazzjoni fir-Regolamenti u fis-sottoparagrafi huma intenzjonati billi dawk applikabbli biss huma inklużi.

KAPITOLU II-1

KOSTRUZZJONI — STRUTTURA, SUDDIVIŻJONI U STABBILTÀ, INSTALLAZZJONIJIET TAL-MAKKINARJU U TAL-ELETTRIKU

PARTI A

ĠENERALI

Ir-Regolament II-1/A/3: Definizzjonijiet relatati mal-Partijiet A-1, C, D u E

.1

Is-sistema tal-kontroll tal-apparat tal-għoti tad-direzzjoni hija t-tagħmir li bih jintbagħtu l-ordnijiet mill-pont tan-navigazzjoni għall-unitajiet li jħaddmu l-apparat tal-għoti tad-direzzjoni. Is-sistemi tal-kontroll tal-apparat tal-għoti tad-direzzjoni jinkludu t-trażmettituri, ir-riċevituri, il-pompi tal-kontroll idrawliċi u l-muturi assoċjati magħhom, il-kontrolluri tal-muturi, il-pajpijiet u l-kejbils.

.2

L-apparat prinċipali tal-għoti tad-direzzjoni huwa l-makkinarju, l-attwaturi tat-tmun, l-unitajiet tal-enerġija tal-apparat tal-għoti tad-direzzjoni, jekk ikun hemm, u t-tagħmir anċillari u l-mezzi għall-applikazzjoni tat-torque fuq il-lasta tat-tmun (eż. il-laċċ tat-tmun jew il-kwadrant) meħtieġa biex it-tmun jiċċaqlaq bl-iskop li l-vapur jingħata d-direzzjoni f’kundizzjonijiet normali ta’ servizz.

.3

L-unità tal-enerġija tal-apparat tal-għoti tad-direzzjoni hija:

.1

fil-każ ta’ apparat tal-elettriku tal-għoti tad-direzzjoni, mutur elettriku u t-tagħmir elettriku assoċjat tiegħu;

.2

fil-każ ta’ apparat elettroidrawliku tal-għoti tad-direzzjoni, mutur elettriku u t-tagħmir elettriku u l-pompa mqabbda assoċjati tiegħu;

.3

fil-każ ta’ apparat idrawliku ieħor tal-għoti tad-direzzjoni, magna li tħaddmu u pompa mqabbda miegħu.

.4

L-apparat awżiljarju tal-għoti tad-direzzjoni huwa t-tagħmir għajr kwalunkwe parti mill-apparat prinċipali tal-għoti tad-direzzjoni meħtieġ biex il-vapur jingħata d-direzzjoni fil-każ ta’ ħsara tal-apparat prinċipali tal-għoti tad-direzzjoni iżda ma jinkludix il-laċċ tat-tmun, il-kwadrant jew il-komponenti li jservu għall-istess skop.

.5

Il-kundizzjoni abitabbli u ta’ tħaddim normali hija kundizzjoni li fiha l-vapur kollu, il-makkinarju, is-servizzi, il-mezzi u l-għajnuniet li jiżguraw il-propulsjoni, il-kapaċità tal-għoti tad-direzzjoni, is-sikurezza tan-navigazzjoni, is-sikurezza f’każ ta’ nar u tgħarriq, il-komunikazzjonijiet u s-sinjali interni u esterni, il-mezzi ta’ ħrib, u l-winċijiet ta’ emerġenza tad-dgħajjes, kif ukoll il-kundizzjonijiet komdi ppjanati tal-abitabbiltà jkunu jaħdmu u jiffunzjonaw b’mod normali.

.6

Il-kundizzjoni ta’ emerġenza hija kundizzjoni li fiha kwalunkwe servizz meħtieġ għat-tħaddim normali u għall-kundizzjonijiet abitabbli ma jkunx qed jaħdem minħabba ħsara fis-sors prinċipali tal-enerġija elettrika.

.7

Is-sors prinċipali tal-enerġija elettrika huwa s-sors maħsub biex jipprovdi l-enerġija elettrika għall-iswiċċbord prinċipali għad-distribuzzjoni tas-servizzi kollha meħtieġa għaż-żamma tal-vapur f’kundizzjoni abitabbli u ta’ tħaddim normali.

.8

Il-kundizzjoni ta’ vapur inattiv hija l-kundizzjoni li fiha l-impjant prinċipali tal-propulsjoni, il-bojlers u l-makkinarju awżiljarju ma jkunux qed joperaw minħabba n-nuqqas ta’ enerġija.

.9

L-istazzjon prinċipali tal-ġenerazzjoni huwa l-ispazju li fih ikun jinsab is-sors prinċipali tal-enerġija elettrika.

.10

L-iswiċċbord prinċipali hija l-iswiċċbord li tieħu l-enerġija elettrika direttament mis-sors prinċipali u li hija maħsuba biex tqassam l-enerġija elettrika lis-servizzi tal-vapur.

.11

L-iswiċċbord ta’ emerġenza hija l-iswiċċbord li fil-każ ta’ ħsara fis-sistema tal-provvista tal-enerġija elettrika prinċipali tiġi pprovduta direttament mis-sors ta’ emerġenza tal-enerġija elettrika jew minn sors tranżizzjonali ta’ enerġija ta’ emerġenza u li hija maħsuba biex tqassam l-enerġija elettrika lis-servizzi ta’ emerġenza.

.12

Is-sors ta’ emerġenza tal-enerġija elettrika huwa sors ta’ enerġija elettrika, maħsub biex jipprovdi l-enerġija lill-iswiċċbord ta’ emerġenza fil-każ ta’ ħsara fil-provvista mis-sors prinċipali tal-enerġija elettrika.

.13

Is-sistema tal-attivazzjoni tal-enerġija hija t-tagħmir idrawliku pprovdut għall-provvista tal-enerġija biex idawwar il-korp tat-tmun, l-unità jew l-unitajiet tal-enerġija tal-apparat tal-għoti tad-direzzjoni, flimkien mal-pajpijiet u l-aċċessorji assoċjati, u mekkaniżmu li jattiva t-tmun. Is-sistemi tal-attivazzjoni tal-enerġija jistgħu jikkondividu komponenti mekkaniċi komuni, jiġifieri l-laċċ, il-kwadranti u l-lasta tat-tmun, jew komponenti li jservu funzjoni bħal din.

.14

Il-veloċità massima ’l quddiem tas-servizz hija l-ogħla veloċità li l-vapur huwa ddisinjat li jżomm fis-servizz fuq il-baħar fl-aktar pixka fonda waqt it-tbaħħir.

.15

Il-veloċità massima b’lura hija l-veloċità li l-vapur huwa stmat li jista’ jilħaq bl-enerġija massima b’lura fl-aktar pixka fonda waqt it-tbaħħir.

.16

L-ispazji tal-makkinarju huma l-ispazji kollha tal-makkinarju tal-kategorija A u dawk l-ispazji kollha li fihom makkinarju tal-propulsjoni, bojlers, unitajiet tal-karburant taż-żejt, magni tal-fwar u tal-kombustjoni interna, ġeneraturi u makkinarju elettriku prinċipali, stazzjonijiet tal-mili taż-żejt, makkinarju tal-ventilazzjoni u tal-kundizzjonament tal-arja, u spazji simili, u t-trunklines għal tali spazji.

.17

L-ispazji tal-makkinarju tal-kategorija A huma dawk l-ispazji u t-trunklines għal tali spazji li fihom:

.1

makkinarju tal-kombustjoni interna li jintuża għall-propulsjoni prinċipali; jew

.2

makkinarju tal-kombustjoni interna li jintuża għal skopijiet oħra barra dawk tal-propulsjoni prinċipali fejn tali makkinarju jkollu output totali tal-enerġija ta’ mhux anqas minn 375 kW; jew

.3

kwalunkwe bojler taż-żejt jew unità tal-karburant taż-żejt.

.18

L-istazzjonijiet tal-kontroll huma dawk l-ispazji li fihom jinsabu t-tagħmir tar-radju jew it-tagħmir prinċipali tan-navigazzjoni jew is-sors ta’ enerġija ta’ emerġenza jew fejn huwa ċċentralizzat it-tagħmir tal-kontroll tan-nar.

PARTI A-1

STRUTTURA TAL-VAPURI

Ir-Regolament II-1/A-1/3-2: Kisjiet protettivi ta’ tankijiet tas-saborra apposta għall-ilma baħar

1.

Ir-Regolament II-1/A-1/3-2 għandu japplika għall-vapuri tal-klassi B b’tunnellaġġ gross ta’ mhux anqas minn 500.

2.

It-tankijiet tas-saborra kollha apposta għall-ilma baħar magħmula mill-azzar għandhom ikunu miksija waqt il-kostruzzjoni f’konformità mal-“Performance standard for protective coatings for dedicated seawater ballast tanks in all types of ships and double-side skin spaces of bulk carriers” (Standard tal-prestazzjoni għall-kisjiet protettivi għat-tankijiet tas-saborra apposta għall-ilma baħar fit-tipi kollha ta’ vapuri u għall-ispazji b’kisi fuq żewġ naħat tat-trasportaturi ta’ tagħbija bl-ingrossa) (MSC.215(82)), kif emendat.

4.

Il-manutenzjoni tas-sistema tal-kisi protettiv għandha tkun inkluża fl-iskema ġenerali tal-manutenzjoni tal-vapur. L-effettività tas-sistema tal-kisi protettiv għandha tiġi vverifikata abbażi tal-“Guidelines for maintenance and repair of protective coatings” (Linji gwida għall-manutenzjoni u għat-tiswija tal-kisjiet protettivi) (MSC.1/Ċirk.1330).

Ir-Regolament II-1/A-1/3-4: Proċeduri tal-irmunkar ta’ emerġenza

2.2.

Il-vapuri tal-klassi B għandhom jiġu pprovduti bi proċedura tal-irmunkar ta’ emerġenza li tkun speċifika għalihom. Tali proċedura għandha ssir abbord il-vapur għall-użu f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza u għandha tkun ibbażata fuq l-arranġamenti eżistenti u t-tagħmir disponibbli abbord il-vapur.

2.3.

Il-proċedura (irreferi għall-“Guidelines for owners/operators on preparing emergency towing procedures” (Linji gwida għas-sidien/għall-operaturi dwar it-tħejjija ta’ proċeduri tal-irmunkar ta’ emerġenza) (MSC.1/Ċirk.1255)) għandha tinkludi:

.1

disinni tal-gverta ta’ quddiem u ta’ wara li juru l-arranġamenti possibbli tal-irmunkar ta’ emerġenza;

.2

inventarju tat-tagħmir abbord li jista’ jintuża għall-irmunkar ta’ emerġenza;

.3

mezzi u metodi ta’ komunikazzjoni; u

.4

proċeduri kampjun li jiffaċilitaw it-tħejjija għall-operazzjonijiet tal-irmunkar ta’ emerġenza u t-twettiq tagħhom.

Ir-Regolament II-1/A-1/3-5: Installazzjoni ġdida ta’ materjali li fihom l-asbestos

1.

Dan ir-Regolament II-1/A-1/3-5 għandu japplika għall-materjali li jintużaw għall-istruttura, għall-makkinarju, għall-installazzjonijiet elettriċi u għat-tagħmir koperti bir-Regolamenti tat-Taqsima 2 ta’ dan l-Anness.

2.

Għandha tkun ipprojbita kull installazzjoni ġdida ta’ materjali li fihom l-asbestos għall-vapuri kollha.

Ir-Regolament II-1/A-1/3-7: Disinni tal-kostruzzjoni li jinżammu abbord u fuq l-art

1.

Sett ta’ disinni tal-kostruzzjoni tal-vapur kif mibni fil-bidu u pjanti oħra li juru kull tibdil strutturali ieħor li sar wara għandhom jinżammu abbord il-vapuri.Issir referenza għall-MSC/Ċirk.1135 tal-OMI dwar “As-built construction drawings to be maintained on board the ship and ashore” (Disinni tal-kostruzzjoni li jridu jinżammu abbord u fuq l-art).

2.

Sett addizzjonali ta’ dawn id-disinni għandu jinżamm fuq l-art mill-Kumpanija, kif definit fir-Regolament (KE) Nru 336/2006 (17) kif emendat.

Ir-Regolament II-1/A-1/3-8: Tagħmir tal-irmunkar u tal-irmiġġ

1.

Il-vapuri għandhom jiġu pprovduti b’arranġamenti, b’tagħmir u b’armar għal tagħbija ta’ xogħol li jkunu sikuri biżżejjed biex jitwettqu b’mod sikur l-operazzjonijiet kollha tal-irmunkar u tal-irmiġġ assoċjati mat-tħaddim normali tal-vapur.

2.

L-arranġamenti, it-tagħmir u l-armar ipprovduti f’konformità mal-paragrafu 1 għandhom jikkonformaw mal-istandards speċifikati għall-klassifika bir-regoli ta’ organizzazzjoni rikonoxxuta, jew b’regoli ekwivalenti li jintużaw minn Amministrazzjoni f’konformità mal-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 2009/15/KE.

3.

Issir referenza għall-MSC/Ċirk.1175 tal-OMI dwar “Guidance on shipboard towing and mooring equipment” (Gwida dwar it-tagħmir tal-irmunkar u tal-irmiġġ ta’ fuq il-vapuri).

4.

Kull armar jew oġġett ta’ tagħmir ipprovdut skont dan ir-Regolament II-1/A-1/3-8 għandu jiġi mmarkat b’mod ċar bi kwalunkwe restrizzjoni assoċjata ma’ operazzjoni sikura, li tikkunsidra s-saħħa tat-twaħħil tiegħu mal-istruttura tal-vapur.

Ir-Regolament II-1/A-1/3-9: Mezzi tal-imbarkazzjoni u tal-iżbark fuq/minn fuq il-vapuri

1.

Il-vapuri għandhom jiġu pprovduti b’mezzi tal-imbarkazzjoni fuq il-vapuri jew tal-iżbark mill-vapuri għall-użu fil-port u fl-operazzjonijiet relatati mal-port, bħal passaġġi u slielem tal-akkomodazzjoni, f’konformità mal-paragrafu 2, sakemm l-Amministrazzjoni ma tqisx li l-konformità ma’ dispożizzjoni partikolari ma tkunx raġonevoli jew ma tkunx prattikabbli. Iċ-ċirkostanzi fejn il-konformità tista’ titqies mhux raġonevoli jew mhux prattikabbli jistgħu jinkludu fejn il-vapur:

.1

ikollu għoli żgħir ’il barra mill-ilma u jkun ipprovdut b’rampi għat-tlugħ abbord; jew

.2

ikun involut fi vjaġġi bejn portijiet iddeżinjati fejn jiġu pprovduti slielem (pjattaformi) tal-akkomodazzjoni/tal-imbarkazzjoni xierqa mix-xatt.

2.

Il-mezzi tal-imbarkazzjoni u tal-iżbark meħtieġa fil-paragrafu 1 għandhom jinbnew u jiġu installati abbażi tal-“Guidelines for construction, installation, maintenance and inspection/survey of means of embarkation and disembarkation” (Linji gwida għall-kostruzzjoni, għall-installazzjoni, għall-manutenzjoni u għall-ispezzjoni/għall-istħarriġ tal-mezzi tal-imbarkazzjoni u tal-iżbark) (MSC.1/Ċirk.1331).

3.

Il-mezzi tal-imbarkazzjoni u tal-iżbark għandhom jiġu spezzjonati u għandha ssirilhom il-manutenzjoni (irreferi għall-MSC.1/Ċirk.1331) f’kundizzjoni adattata għall-iskop maħsub tagħhom, wara li tiġi kkunsidrata kwalunkwe restrizzjoni relatata mat-tagħbija sikura. Il-wajers kollha li jintużaw biex jappoġġaw il-mezzi tal-imbarkazzjoni u tal-iżbark għandha ssirilhom il-manutenzjoni kif speċifikat fir-Regolament III/20.4 tal-Konvenzjoni SOLAS.

Ir-Regolament II-1/A-1/3-12: Protezzjoni kontra l-istorbju

3.

Il-vapuri b’tunnellaġġ gross ta’ 1 600 tunnellata u fuqhom għandhom jinbnew b’tali mod li jitnaqqas l-istorbju abbord u li l-persunal jiġi protett mill-istorbju skont il-Kodiċi tal-OMI dwar il-livelli tal-istorbju abbord il-vapuri, adottat mill-Kumitat għas-Sikurezza Marittima permezz tar-Riżoluzzjoni MSC.337(91), skont kif tista’ tiġi emendata mill-OMI.

3 a

Għall-vapuri mhux koperti skont il-paragrafu preċedenti, għandhom jittieħdu miżuri biex l-istorbju tal-makkinarju jitnaqqas għal livelli aċċettabbli fl-ispazji tal-makkinarju u, kif definit fil-Kapitolu II-2, fl-ispazji tal-merkanzija tal-vapuri ro-ro u fl-ispazji ta’ kategorija speċjali. Jekk dan l-istorbju ma jkunx jista’ jitnaqqas biżżejjed, is-sors tal-istorbju eċċessiv għandu jkollu iżolazzjoni adattata jew jiġi iżolat jew jiġi magħluq għalih jekk l-ispazju jkun jeħtieġ li jkun hemm in-nies miegħu. Għandu jiġi pprovdut tagħmir li jipproteġi l-widnejn tal-persunal li jkun meħtieġ jidħol f’dawn l-ispazji.

PARTI B

STABBILTÀ INTATTA, SUDDIVIŻJONI U STABBILTÀ F’KUNDIZZJONIJIET TA’ ĦSARA

Il-vapuri għandhom japplikaw ir-rekwiżiti fid-dispożizzjonijiet xierqa tal-Kapitolu II-I, il-partijiet B sa B-4, tal-Konvenzjoni SOLAS, kif emendata.

PARTI C

MAKKINARJU

Ir-Regolament II-1/C/26: Ġenerali

1.

Il-makkinarju, il-bojlers u reċipjenti oħra taħt pressjoni, is-sistemi u t-tagħmir assoċjati ta’ pajpijiet għandhom ikunu installati u protetti b’tali mod li jnaqqsu għall-minimu kwalunkwe periklu għall-persuni abbord, filwaqt li tingħata l-attenzjoni dovuta lill-partijiet li jiċċaqilqu, lill-uċuh li jkunu jaħarqu u lil perikli oħra.

3.

Għandhom jiġu pprovduti mezzi li bihom it-tħaddim normali tal-makkinarju tal-propulsjoni jista’ jiġi sostnut jew ristabbilit anki jekk wieħed mill-makkinarju awżiljarju essenzjali ma jibqax operattiv.

4.

Għandhom jiġu pprovduti mezzi biex jiżguraw li l-makkinarju jkun jista’ jitħaddem mill-kundizzjoni ta’ vapur inattiv mingħajr għajnuna esterna.

6.

Għall-vapuri tal-klassijiet B u C, il-makkinarju prinċipali tal-propulsjoni u kull makkinarju awżiljarju essenzjali għall-propulsjoni u għas-sikurezza tal-vapur, kif imwaħħla fil-vapur, għandhom jiġu ddisinjati biex jaħdmu meta l-vapur ikun dritt u meta jkun inklinat fi kwalunkwe angolu ta’ mejl fuq il-ġenb sa u li jinkludi 15° fuq kull naħa taħt kundizzjonijiet statiċi u 22,5° taħt kundizzjonijiet dinamiċi (irrolljar) fuq kull naħa u inklinati simultanjament b’mod dinamiku (xengil) 7,5° bil-pruwa jew bil-poppa.

11.

Il-post fejn jinsabu u l-arranġament tal-pajpijiet tal-fetħiet għall-arja għat-tankijiet taż-żejt tal-karburant, tas-sedimentazzjoni u taż-żejt lubfrikanti għandhom ikunu tali li fil-każ li jinkiser pajp tal-fetħiet għall-arja, dan ma għandux iwassal direttament għar-riskju li jidħol l-ilma tal-baħar miċ-ċafċif jew l-ilma tax-xita. Għandhom jiġu pprovduti żewġ tankijiet taż-żejt tal-karburant tas-servizz għal kull tip ta’ karburant li jintuża fuq il-vapur li jkun meħtieġ għall-propulsjoni u għas-sistemi vitali jew arranġamenti ekwivalenti għal kull vapur, b’kapaċità ta’ mill-anqas tmien (8) sigħat għall-vapuri tal-klassi B u tal-anqas erba’ (4) sigħat għall-vapuri tal-klassijiet C u D, bi klassifikazzjoni kontinwa massima tal-impjant tal-propulsjoni u bi tħaddim tat-tagħbija normali fuq il-baħar tal-impjant tal-ġenerazzjoni.

Ir-Regolament II-1/C/27: Magni tal-kombustjoni interna

4.

Il-magni tal-kombustjoni interna b’dijametru taċ-ċilindri ta’ 200 mm, jew b’volum tal-kaxxa tal-krank ta’ 0,6 m3 u ’l fuq għandhom jiġu pprovduti b’valvijiet għar-rilaxx tal-pressjoni kontra l-isplużjoni tal-kaxxa tal-krank ta’ tip xieraq b’erja suffiċjenti tal-iżbokk għar-rimi. Il-valvijiet għar-rilaxx tal-pressjoni għandhom jiġu rranġati jew ipprovduti b’mezz li jiżgura li r-rilaxx minnhom ikun dirett b’tali mod li jimminimizza l-possibbiltà li l-persunal jweġġa’.

Ir-Regolament II-1/C/28: Mezzi għall-moviment lura

1.

Għandha tiġi pprovduta enerġija suffiċjenti biex jiġi żgurat il-kontroll kif suppost tal-vapur fiċ-ċirkostanzi normali kollha.

2.

L-abbiltà tal-makkinarju li jreġġa’ lura d-direzzjoni tal-ġibda tal-iskrun f’ħin suffiċjenti, u għalhekk li jwaqqaf il-vapur f’distanza raġonevoli mill-veloċità tas-servizz massimu ’l quddiem, għandha tintwera u tiġi rreġistrata.

3.

Il-ħinijiet tal-waqfien, id-direzzjonijiet ta’ fejn ikunu sejrin il-vapuri u d-distanzi rreġistrati fil-provi, flimkien mar-riżultati tal-provi biex tiġi ddeterminata l-abbiltà tal-vapuri li jkollhom aktar minn skrun wieħed li jinnavigaw u li jimmanuvraw bi skrun wieħed jew aktar li ma jkunux qed jaħdmu, għandhom ikunu disponibbli fuq il-vapur għall-użu tal-kaptan jew ta’ ekwipaġġ iddeżinjat.

Ir-Regolament II-1/C/29: Apparat għall-għoti tad-direzzjoni

1.

Kull vapur għandu jiġi pprovdut b’sistema prinċipali u awżiljarja tal-għoti tad-direzzjoni li tkun effiċjenti. Is-sistema ewlenija u dik awżiljari tal-għoti tad-direzzjoni għandhom jiġu rranġati b’tali mod sabiex jekk waħda minnhom ma tibqax taħdem, ma twaqqafx l-oħra milli topera.

3.

L-apparat prinċipali tal-għoti tad-direzzjoni u l-lasta tat-tmun, fejn dawn ikunu mwaħħla, għandhom ikunu:

.1

ta’ saħħa adegwata, u kapaċi jdawru l-vapur bil-veloċità massima ’l quddiem tas-servizz, u ddisinjati b’tali mod li ma jġarrbux ħsara bil-veloċità massima b’lura;

.2

kapaċi jpoġġu t-tmun minn pożizzjoni ta’ 35° fuq naħa waħda għal 35° fuq in-naħa l-oħra bil-bastiment bil-profondità l-iktar fonda ta’ tbaħħir tiegħu u li jkun qed jiġri ’l quddiem bil-veloċità massima tas-servizz u, bl-istess kundizzjonijiet, minn 35° fuq kwalunkwe naħa għal 30° fuq in-naħa l-oħra f’mhux iktar minn 28 sekonda. Meta ma jkunx prattiku li wieħed juri l-konformità ma’ dan ir-rekwiżit matul il-provi fil-baħar bil-vapur bil-profondità l-iktar fonda ta’ tbaħħir tiegħu u li jkun qed jiġri ’l quddiem bil-veloċità li tikkorrispondi għall-għadd ta’ dawriet massimi kontinwi tal-magna ewlenija u għall-pass massimu tad-disinn tal-iskrun, din il-konformità tal-vapuri, tkun xi tkun id-data meta nbnew, tista’ tintwera permezz ta’ wieħed mill-metodi li ġejjin:

.1

matul il-provi fil-baħar il-vapur ikollu prim dritt u t-tmun ikun taħt l-ilma għalkollox waqt li l-vapur ikun qed jiġri ’l quddiem bil-veloċità li tikkorrispondi għall-għadd ta’ dawriet kontinwi massimi tal-magna prinċipali u għall-pass massimu tad-disinn tal-iskrun; jew

.2

meta t-tmun ma jkunx jista’ jitpoġġa taħt l-ilma għalkollox waqt il-provi fil-baħar, il-veloċità xierqa tal-vapur meta jkun miexi ’l quddiem għandha tiġi kkalkulata bl-użu tal-erja tal-korp tat-tmun li jinsab taħt l-ilma fil-kundizzjoni tat-tagħbija proposta għall-provi fil-baħar. Il-veloċità kkalkulata tal-vapur meta jkun miexi ’l quddiem għandha twassal għal forza u torque applikati fuq is-sistema tat-tmun ewlenija li jkunu tal-inqas daqs dawk li jinkisbu li kieku l-vapur jiġi ttestjat bil-profondità l-iktar fonda ta’ tbaħħir tiegħu u meta jkun qed jiġri ’l quddiem bil-veloċità li tikkorrispondi għall-għadd ta’ dawriet massimi kontinwi tal-magna ewlenija u għall-pass massimu tad-disinn tal-iskrun; jew

.3

il-forza u t-torque tat-tmun fil-kundizzjoni tat-tagħbija tal-provi fil-baħar ikunu tbassru b’mod affidabbli u ġew estrapolati għall-kundizzjoni tat-tagħbija sħiħa. Il-veloċità tal-vapur għandha tikkorrispondi għall-għadd ta’ dawriet massimi kontinwi tal-magna prinċipali u għall-pass massimu tad-disinn tal-iskrun.

.3

jistgħu jitħaddmu b’enerġija motorizzata fejn meħtieġ biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-paragrafu 3.2 u fi kwalunkwe każ meta jkun meħtieġ, għall-konformità mal-paragrafu 3.1, lasta tat-tmun ta’ dijametru ta’ aktar minn 120 mm fir-rigward tal-laċċ tat-tmun, eskluż is-saħħa li tingħata għan-navigazzjoni fuq is-silġ.

4.

Jekk ikun imwaħħal, l-apparat awżiljarju tal-għoti tad-direzzjoni għandu jkun:

.1

ta’ saħħa adegwata u kapaċi jagħti direzzjoni lill-vapur f’veloċità navigabbli u li jitħaddem malajr f’emerġenza;

.2

kapaċi jpoġġi t-tmun minn pożizzjoni ta’ 15° fuq naħa waħda għal 15° fuq in-naħa l-oħra f’mhux iktar minn 60 sekonda bil-vapur bil-profondità l-iktar fonda ta’ tbaħħir tiegħu u li jkun qed jiġri ’l quddiem b’nofs il-veloċità massima ’l quddiem tas-servizz tiegħu jew b’seba’ (7) knots, skont liema tkun l-akbar. Meta ma jkunx prattiku li wieħed juri l-konformità ma’ dan ir-rekwiżit matul il-provi fil-baħar bil-vapur bil-profondità l-iktar fonda ta’ tbaħħir tiegħu u li jkun qed jiġri ’l quddiem b’nofs il-veloċità li tikkorrispondi għall-għadd ta’ dawriet massimi kontinwi tal-magna ewlenija u għall-pass massimu tad-disinn tal-iskrun jew b’seba’ (7) knots, skont liema tkun l-akbar, din il-konformità tal-vapuri, tkun xi tkun id-data meta nbnew, tista’ tintwera permezz ta’ wieħed mill-metodi li ġejjin:

.1

matul il-provi fil-baħar il-vapur ikollu prim dritt u t-tmun ikun taħt l-ilma għalkollox waqt li l-vapur ikun qed jiġri ’l quddiem b’nofs il-veloċità li tikkorrispondi għall-għadd ta’ dawriet kontinwi massimi tal-magna prinċipali u għall-pass massimu tad-disinn tal-iskrun jew b’seba’ (7) knots, skont liema tkun l-akbar; jew

.2

meta t-tmun ma jkunx jista’ jitpoġġa taħt l-ilma għalkollox waqt il-provi fil-baħar, il-veloċità xierqa tal-vapur meta jkun miexi ’l quddiem għandha tiġi kkalkulata bl-użu tal-erja tal-korp tat-tmun li jinsab taħt l-ilma fil-kundizzjoni tat-tagħbija proposta għall-provi fil-baħar. Il-veloċità kkalkulata tal-vapur meta jkun miexi ’l quddiem għandha twassal għal forza u torque applikati fuq is-sistema tat-tmun awżiljarja li jkunu tal-inqas daqs dawk li jinkisbu li kieku l-vapur jiġi ttestjat bil-profondità l-iktar fonda ta’ tbaħħir tiegħu u meta jkun qed jiġri ’l quddiem b’nofs il-veloċità li tikkorrispondi għall-għadd ta’ dawriet massimi kontinwi tal-magna ewlenija u għall-pass massimu tad-disinn tal-iskrun jew b’seba’ (7) knots, skont liema tkun l-akbar; jew

.3

il-forza u t-torque tat-tmun fil-kundizzjoni tat-tagħbija tal-provi fil-baħar ikunu tbassru b’mod affidabbli u ġew estrapolati għall-kundizzjoni tat-tagħbija sħiħa;

.3

imħaddem bl-enerġija motorizzata fejn ikun meħtieġ biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-paragrafu.4.2 u fi kwalunkwe każ fejn lasta tat-tmun li jkollha dijametru ta’ aktar minn 230 mm fir-rigward tal-laċċ tat-tmun, eskluż is-saħħa li tingħata għan-navigazzjoni fuq is-silġ.

5.

L-unitajiet tal-enerġija motorizzata tal-għoti tad-direzzjoni għandhom ikunu:

.1

irranġati biex jibdew mill-ġdid b’mod awtomatiku meta l-enerġija motorizzata tiġi ristabbilita wara li jkun hemm qtugħ fl-enerġija; u

.2

kapaċi jibdew jitħaddmu minn pożizzjoni fuq il-pont tan-navigazzjoni. Fil-każ ta’ qtugħ tal-enerġija għal kull waħda mill-unitajiet tal-enerġija li jagħtu direzzjoni, għandu jingħata allarm li jinstema’ u li jidher fuq il-pont tan-navigazzjoni.

6.1.

Fejn l-apparat prinċipali tal-għoti tad-direzzjoni jkun fih żewġ unitajiet jew aktar tal-enerġija motorizzata, ma hemmx bżonn li jiġi mwaħħal apparat awżiljarju tal-għoti tad-direzzjoni, diment li:

.1

l-apparat prinċipali tal-għoti tad-direzzjoni jkun kapaċi jħaddem it-tmun kif meħtieġ skont il-paragrafu 3.2 waqt li xi wieħed mill-unitajiet tal-enerġija ma jkunx qiegħed jaħdem;

.3

l-apparat prinċipali tal-għoti tad-direzzjoni jkun irranġat b’tali mod li wara nuqqas wieħed fis-sistema tal-pajpijiet tiegħu jew f’waħda mill-unitajiet tal-enerġija motorizzata d-difett jista’ jiġi iżolat b’tali mod li l-kapaċità tad-direzzjoni tinżamm jew terġa’ tinkiseb malajr kemm jista’ jkun.

7.

Għandu jiġi pprovdut kontroll tal-apparat tal-għoti tad-direzzjoni:

.1

għall-apparat prinċipali tal-għoti tad-direzzjoni, kemm fuq il-pont tan-navigazzjoni kif ukoll fil-kompartiment tal-apparat tal-għoti tad-direzzjoni;

.2

meta l-apparat prinċipali tal-għoti tad-direzzjoni jkun irranġat f’konformità mal-paragrafu.6, minn żewġ sistemi indipendenti tal-kontroll, li t-tnejn jistgħu jitħaddmu mill-pont tan-navigazzjoni. Dan ma jirrikjedix il-bdil tar-rota li tagħti direzzjoni jew tal-pum li jagħti direzzjoni. Meta s-sistema tal-kontroll tikkonsisti f’telemutur idrawliku, ma hemmx bżonn titwaħħal it-tieni sistema indipendenti;

.3

għall-apparat awżiljarju tal-għoti tad-direzzjoni, fil-kompartiment tal-apparat tal-għoti tad-direzzjoni u, jekk jitħaddem bl-enerġija motorizzata, għandu jitħaddem ukoll minn fuq il-pont tan-navigazzjoni u għandu jkun indipendenti mis-sistema tal-kontroll tal-apparat prinċipali tal-għoti tad-direzzjoni.

8.

Kwalunkwe sistema tal-kontroll prinċipali u awżiljarja tal-apparat tal-għoti tad-direzzjoni li titħaddem mill-pont tan-navigazzjoni għandha tikkonforma ma’ dan li ġej:

.1

jekk tkun tal-elettriku, għandu jkollha ċ-ċirkwit separat tagħha li jkollu provvista miċ-ċirkwit tal-enerġija tal-apparat tal-għoti tad-direzzjoni minn punt fil-kompartiment tal-apparat tal-għoti tad-direzzjoni, jew direttament mill-busbars tal-iswiċċbord li jfornu lil dak iċ-ċirkwit tal-enerġija tal-apparat tal-għoti tad-direzzjoni f’punt fuq l-iswiċċbord li jkun ħdejn il-provvista taċ-ċirkwit tal-enerġija tal-apparat tal-għoti tad-direzzjoni;

.2

għandhom jiġu pprovduti mezzi fil-kompartiment tal-apparat tal-għoti tad-direzzjoni biex tiġi skonnettjata kwalunkwe sistema tal-kontroll li titħaddem mill-pont tan-navigazzjoni mill-apparat tal-għoti tad-direzzjoni li tkun qed isservi;

.3

is-sistema għandha tkun kapaċi tibda taħdem minn pożizzjoni fuq il-pont tan-navigazzjoni;

.4

fil-każ ta’ qtugħ tal-provvista tal-enerġija elettrika għas-sistema tal-kontroll, għandu jingħata allarm li jinstema’ u li jidher fuq il-pont tan-navigazzjoni; u

.5

protezzjoni mix-short circuit għandha tiġi pprovduta biss għaċ-ċirkwiti tal-provvista tal-kontroll tal-apparat tal-għoti tad-direzzjoni.

9.

Iċ-ċirkwiti tal-enerġija elettrika u s-sistemi tal-kontroll tal-apparat tal-għoti tad-direzzjoni bil-komponenti, bil-kejbils u bil-pajpijiet assoċjati tagħhom meħtieġa skont dan ir-Regolament II-1/C/29 u r-Regolament II-1/C/30 għandhom ikunu separati skont kemm ikun prattikabbli mat-tul kollu tagħhom.

10.

Għandu jiġi pprovdut mezz ta’ komunikazzjoni bejn il-pont tan-navigazzjoni u l-kompartiment tal-apparat tal-għoti tad-direzzjoni jew pożizzjoni alternattiva tal-għoti tad-direzzjoni.

11.

Il-pożizzjoni angolari tat-tmun/tmien:

.1

jekk l-apparat prinċipali tal-għoti tad-direzzjoni jkun jitħaddem bl-enerġija motorizzata, għandha tiġi indikata fuq il-pont tan-navigazzjoni. L-indikazzjoni tal-angolu tat-tmun għandha tkun indipendenti mis-sistema ta’ kontroll tad-direzzjoni;

.2

tkun tingħaraf fil-kompartiment tal-apparat tal-għoti tad-direzzjoni.

12.

L-apparat tal-għoti tad-direzzjoni li jitħaddem bl-enerġija idrawlika għandu jiġi pprovdut b’li ġej:

.1

arranġamenti biex tinżamm l-indafa tal-fluwidu idrawliku wara li jiġu kkunsidrati t-tip u d-disinn tas-sistema idrawlika;

.2

allarm ta’ livell baxx għal kull kontenitur ta’ fluwidu idrawliku biex jagħti l-aktar indikazzjoni bikrija possibbli li hemm tnixxija tal-fluwidu idrawliku. L-allarmi li jinstemgħu u li jidhru għandhom jingħataw fuq il-pont tan-navigazzjoni u fl-ispazju tal-makkinarju fejn ikunu jistgħu jiġu osservati faċilment; u

.3

tank fiss tal-ħżin li jkollu kapaċità suffiċjenti biex jiċċarġja mill-ġdid tal-anqas sistema waħda ta’ attwazzjoni inkluż il-kontenitur, fejn ikun meħtieġ li s-sistema prinċipali tal-għoti tad-direzzjoni titħaddem bl-enerġija motorizzata. It-tank tal-ħżin għandu jkun imqabbad b’mod permanenti b’pajpijiet li jkunu b’tali mod li s-sistemi idrawliċi jkunu jistgħu jerġgħu jiġu kkargati mill-ġdid minn pożizzjoni fil-kompartiment tal-apparat li jagħti direzzjoni u għandu jiġi pprovdut b’gejġ li juri l-kontenut.

13.

Il-kompartimenti tal-apparat tal-għoti tad-direzzjoni għandhom ikunu:

.1

aċċessibbli faċilment u, sa fejn huwa prattikabbli, isseparati mill-ispazji tal-makkinarju; u

.2

ipprovduti b’arranġamenti adegwati biex jiżguraw aċċess għat-tħaddim tal-makkinarju u tal-kontrolli tal-apparat tal-għoti tad-direzzjoni. Dawn l-arranġamenti għandhom jinkludu l-poġġamani u l-gradi jew uċuħ oħra li ma jiżolqux biex jiżguraw kundizzjonijiet tax-xogħol xierqa fil-każ ta’ tnixxija tal-likwidu idrawliku.

Ir-Regolament II-1/C/30: Rekwiżiti addizzjonali għall-apparat elettriku u elettroidrawliku tal-għoti tad-direzzjoni

1.

Mezzi biex jindikaw li l-muturi tal-apparat elettriku u elettroidrawliku tal-għoti tad-direzzjoni qed jaħdmu għandhom jiġu installati fuq il-pont tan-navigazzjoni f’pożizzjoni xierqa tal-kontroll tal-makkinarju prinċipali.

2.

Kull sistema elettrika jew elettroidrawlika tal-għoti tad-direzzjoni li tinkludi unità tal-enerġija waħda jew aktar għandha tiġi moqdija minn tal-anqas żewġ ċirkwiti esklużivi li jiġu alimentati direttament mill-iswiċċbord prinċipali; madanakollu, waħda minn dawn iċ-ċirkwiti tista’ tiġi pprovduta mill-iswiċċbord tal-emerġenza. Sistema awżiljari elettrika jew elettroidrawlika tal-għoti tad-direzzjoni assoċjata ma’ sistema elettrika jew elettroidrawlika tad-direzzjoni tista’ tiġi konnessa ma’ wieħed miċ-ċirkwiti li jforni din is-sistema ewlenija tal-għoti tad-direzzjoni. Iċ-ċirkwiti li jfornu sistema elettrika jew elettroidrawlika tal-għoti tad-direzzjoni għandhom ikunu klassi adegwata biex ifornu l-muturi kollha li jistgħu jitqabbdu fl-istess ħin magħhom u li jistgħu jkunu meħtieġa jaħdmu b’mod separat.

3.

Il-protezzjoni mix-short circuit u ta’ allarm bit-tagħbija żejda għandhom jiġu pprovduti għaċ-ċirkwiti u għall-muturi tal-apparat elettriku u elettroidrawliku tal-għoti tad-direzzjoni. Protezzjoni kontra l-kurrent eċċessiv, inkluż il-kurrent tal-istartjar, jekk ikun ipprovdut, għandha tkun mhux anqas mid-doppju tal-kurrent bit-tagħbija kollha tal-mutur jew ċirkwit hekk protett, u għandha tiġi rranġata biex tippermetti l-passaġġ tal-kurrenti xierqa tal-istartjar.

L-allarmi meħtieġa f’dan il-paragrafu għandhom ikunu jinstemgħu kif ukoll jidhru u għandhom ikunu f’pożizzjoni li tidher fl-ispazju prinċipali tal-makkinarju jew fil-kamra tal-kontroll li minnha l-makkinarju prinċipali normalment jiġi kkontrollat u kif jista’ jkun mitlub mir-Regolament II-1/E/51.

4.

Meta apparat awżiljarju tal-għoti tad-direzzjoni jkun meħtieġ mir-Regolament II-1/C/29, is-subparagrafu.4.3, li jkun motorizzat, ma jkunx motorizzat bl-elettriku jew ikun motorizzat b’mutur elettriku maħsub primarjament għal servizzi oħra, is-sistema prinċipali tal-għoti tad-direzzjoni tista’ tieħu l-enerġija minn ċirkwit wieħed mill-iswiċċbord prinċipali. Fejn tali mutur elettriku maħsub primarjament għal servizzi oħra jkun irranġat biex iħaddem tali sistema awżiljarja tal-għoti tad-direzzjoni, ir-rekwiżiti tal-paragrafu.3 jistgħu jiġu injorati mill-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera, jekk tkun sodisfatta bl-arranġament għall-protezzjoni flimkien mar-rekwiżiti tar-Regolament II-1/C/29, il-paragrafu 5 u s-subparagrafu 7.3 applikabbli għas-sistemi awżiljarji tal-għoti tad-direzzjoni.

Ir-Regolament II-1/C/31: Kontrolli tal-makkinarju

1.

Il-makkinarju prinċipali u awżiljarju essenzjali għall-propulsjoni, għall-kontroll u għas-sikurezza tal-vapur għandu jiġi pprovdut b’mezzi effettivi għat-tħaddim u għall-kontroll tiegħu. Is-sistemi kollha tal-kontroll li huma meħtieġa għall-propulsjoni kontroll u sikurezza tal-vapur għandhom ikunu indipendenti jew iddisinjati b’tali mod li l-ħsara f’sistema waħda ma ttellifx mill-prestazzjoni tas-sistema l-oħra.

2.

Fejn ikun ipprovdut kontroll mill-bogħod tal-makkinarju tal-propulsjoni mill-pont tan-navigazzjoni, għandu japplika dan li ġej:

.1

il-veloċità, id-direzzjoni tal-ġibda u, jekk ikun applikabbli, il-pass tal-iskrun għandhom ikunu kontrollabbli għalkollox mill-pont tan-navigazzjoni fil-kundizzjonijiet kollha tat-tbaħħir, inkluż l-immanuvrar;

.2

il-kontroll għandu jsir b’mezz wieħed tal-kontroll għal kull skrun indipendenti bit-twettiq awtomatiku tas-servizzi kollha assoċjati, inkluż fejn ikun meħtieġ, mezzi għall-prevenzjoni ta’ tagħbija żejda fuq il-makkinarju tal-propulsjoni. Fejn hemm iktar minn skrun wieħed iddisinjati biex joperaw fl-istess ħin, dawn jistgħu jiġu kkontrollati permezz ta’ apparat ta’ kontroll wieħed.

.3

il-makkinarju prinċipali tal-propulsjoni għandu jiġi pprovdut b’mezz ta’ waqfien f’emerġenza fuq il-pont tan-navigazzjoni li għandu jkun indipendenti mis-sistema tal-kontroll tan-navigazzjoni fuq il-pont;

.4

l-ordnijiet tal-makkinarju tal-propulsjoni mill-pont tan-navigazzjoni għandhom jiġu indikati fil-kamra prinċipali tal-kontroll tal-makkinarju u fil-pjattaforma tal-immanuvrar;

.5

il-kontroll mill-bogħod tal-makkinarju tal-propulsjoni għandu jkun possibbli biss minn post wieħed kull darba; f’tali postijiet ikunu permessi pożizzjonijiet tal-kontroll interkonnessi. F’kull post għandu jkun hemm indikatur li juri liema post qiegħed jikkontrolla l-makkinarju tal-propulsjoni. It-trasferiment tal-kontroll bejn il-pont tan-navigazzjoni u l-ispazji tal-makkinarju għandu jkun possibbli biss fl-ispazju prinċipali tal-makkinarju jew fil-kamra tal-kontroll tal-makkinarju prinċipali. Din is-sistema għandha tinkludi mezz li jevita li l-ġibda tal-propulsjoni tinbidel b’mod sinifikanti waqt li l-kontroll ikun qed jiġi ttrasferit minn post għal ieħor;

.6

għandu jkun possibbli li l-makkinarju tal-propulsjoni jiġi kkontrollat lokalment, anke fil-każ ta’ ħsara f’xi parti mis-sistema tal-kontroll mill-bogħod. Għandu wkoll ikun possibbli li jiġi kkontrollat il-makkinarju awżiljari, li huwa essenzjali għall-propulsjoni u s-sikurezza tal-vapur, fi jew ħdejn il-makkinarju kkonċernat;

.7

id-disinn tas-sistema tal-kontroll mill-bogħod għandu jkun tali li fil-każ ta’ ħsara jingħata allarm. Il-veloċità ddeterminata minn qabel u d-direzzjoni tal-imbottatura tal-iskrejjen għandhom jinżammu sakemm jibda jitħaddem il-kontroll lokali;

.8

għandhom jitwaħħlu indikaturi fil-pont tan-navigazzjoni, fil-kamra prinċipali tal-kontroll tal-makkinarju u fil-pjattaforma tal-immanuvrar:

.8.1

għall-veloċità tal-iskrun u għad-direzzjoni tar-rotazzjoni fil-każ ta’ skrejjen b’pass fiss, u

.8.2

għall-veloċità tal-iskrun u l-pożizzjoni tal-pass fil-każ ta’ skrejjen b’pass kontrollabbli;

.9

għandu jiġi pprovdut allarm fuq il-pont tan-navigazzjoni u fl-ispazju tan-navigazzjoni li jindika pressjoni baxxa tal-arja tal-istartjar li għandha tiġi ffissata f’livell sabiex tippermetti aktar operazzjonijiet li jistartjaw il-magna prinċipali. Jekk is-sistema tal-kontroll mill-bogħod tal-makkinarju tal-propulsjoni tkun iddisinjata għall-istartjar awtomatiku, l-għadd ta’ tentattivi konsekuttivi awtomatiċi li ma jirnexxilhomx jistartjaw il-makkinarju għandu jiġi limitat sabiex tiġi ssalvagwardjata pressjoni tal-arja suffiċjenti biex il-makkinarju jiġi startjat lokalment.

10.

Is-sistemi ta’ awtomazzjoni għandhom ikunu ddisinjati b’mod li jiżgura li t-twissija ta’ livell limitu li fi ftit żmien is-sistema ta’ propulsjoni tkun se tmajna jew se tieqaf, tingħata fil-ħin lill-uffiċjal inkarigat mill-għassa tan-navigazzjoni biex hu jkun jista’ jivvaluta ċ-ċirkostanzi tan-navigazzjoni f’każ ta’ emerġenza. B’mod partikolari, is-sistemi għandhom jikkontrollaw, jissorveljaw, jirrapportaw, javżaw u jieħdu prekawzjonijiet ta’ sikurezza biex imajnaw jew iwaqqfu l-propulsjoni filwaqt li jipprovdu lill-uffiċjal inkarigat mill-għassa tan-navigazzjoni l-opportunità li jintervjeni manwalment, ħlief f’dawk il-każijiet fejn l-intervent manwali jkun se jirriżulta f’falliment totali tal-magna u/jew tal-apparat ta’ propulsjoni fi żmien qasir, pereżempju fil-każ ta’ veloċità żejda.

3.

Fejn il-makkinarju prinċipali tal-propulsjoni u dak assoċjat, inkluż is-sorsi tal-provvista prinċipali tal-enerġija elettrika, ikunu pprovduti bi gradi varji ta’ kontroll awtomatiku u mill-bogħod u jkunu qegħdin taħt superviżjoni manwali kontinwa minn kamra tal-kontroll, l-arranġamenti u l-kontrolli għandhom jiġu ddisinjati, mgħammra u installati b’tali mod li t-tħaddim tal-makkinarju jkun sikur u effettiv daqs li kieku kien taħt superviżjoni diretta; għal dan l-iskop ir-Regolamenti minn II-1/E/46 sa II-1/E/50 għandhom japplikaw kif xieraq. Għandha tingħata kunsiderazzjoni partikolari biex tipproteġi tali spazji kontra n-nar u t-tgħarriq.

4.

Ġeneralment, is-sistemi tal-istartjar awtomatiku, tat-tħaddim u tal-kontroll għandhom jinkludu dispożizzjonijiet biex il-kontrolli awtomatiċi jiġu sottoposti għall-kontroll manwali. Il-falliment ta’ xi waħda minn dawn is-sistemi ma għandux jipprevjeni l-użu tal-kontroll manwali.

100.

Għandhom jiġu pprovduti mezzi biex il-makkinarju tal-propulsjoni u l-iskrun jitwaqqfu f’każijiet ta’ emerġenza mill-pożizzjonijiet rilevanti ’l barra mill-kamra tal-magna/kamra tal-kontroll tal-magna, eż. il-gverta miftuħa jew il-kenn għat-tmunier.

Ir-Regolament II-1/C/33: Sistemi ta’ pajpijiet bl-istim

1.

Kull pajp tal-fwar u kull tagħmir konness miegħu li minnu jista’ jgħaddi l-fwar għandu jkun iddisinjat u installat b’tali mod biex jiflaħ għall-forzi massimi tat-tħaddim li jista’ jiġi soġġett għalihom.

2.

Għandhom jiġu pprovduti mezzi biex jitbattal kull pajp tal-fwar li fih tista’ sseħħ azzjoni perikoluża magħrufa bħala ‘martell tal-ilma’ (water hammer).

3.

Jekk pajp tal-fwar jew tagħmir ikun jista’ jirċievi l-fwar minn kwalunkwe sors bi pressjoni aktar għolja minn dik li jkun ġie ddisinjat għaliha, għandu jitwaħħal valv xieraq li jnaqqas il-pressjoni, valv għar-rilaxx tal-pressjoni, u gejġ tal-pressjoni.

Ir-Regolament II-1/C/34: Sistemi tal-pressjoni tal-arja

1.

Għandhom jiġu pprovduti mezzi biex jipprevjenu l-pressjoni żejda fi kwalunkwe parti tas-sistemi tal-arja kompressa kull fejn l-għatjiet tal-ilma jew il-kejsings tal-kumpressuri tal-arja u t-tagħmir li jkessaħ jistgħu jiġu soġġetti għal pressjoni żejda perikoluża minħabba tnixxija ġo fihom mill-partijiet tal-pressjoni tal-arja. Għas-sistemi kollha għandhom jiġu pprovduti arranġamenti xierqa biex itaffu l-pressjoni.

2.

L-arranġamenti prinċipali tal-arja tal-istartjar tal-magni bil-kombustjoni interna tal-propulsjoni prinċipali għandhom ikunu protetti b’mod xieraq kontra l-effetti ta’ backfiring u ta’ splużjoni interna fil-pajpijiet tal-arja tal-istartjar.

3.

Il-pajpijiet kollha ta’ skariku mill-kompressuri tal-arja tal-istartjar għandhom iwasslu direttament għar-riċevituri tal-arja tal-istartjar, u l-pajpijiet kollha tal-istartjar mir-riċevituri tal-arja għall-magni prinċipali u awżiljarji għandhom ikunu totalment separati mis-sistema tal-kompressur tal-pajpijiet ta’ skariku.

4.

Għandu jkun hemm dispożizzjoni sabiex jitnaqqas għal minimu d-dħul taż-żejt fis-sistemi tal-pressjoni tal-arja u sabiex dawn is-sistemi jitbattlu.

Ir-Regolament II-1/C/35: Sistemi tal-ventilazzjoni fl-ispazji tal-makkinarju

L-ispazji tal-makkinarju tal-Kategorija A għandhom ikunu ventilati b’mod adegwat sabiex ikun żgurat li meta l-makkinarju jew il-bojlers ġo fihom ikunu qed jaħdmu bil-potenza sħiħa fil-kundizzjonijiet kollha tat-temp anke meta t-temp ikun ħażin, tinżamm provvista xierqa ta’ arja għall-ispazji għas-sikurezza u l-kumdità tal-persunal u għat-tħaddim tal-makkinarju.

Ir-Regolament II-1/C/35-1: Arranġament tal-ippumpjar tas-sentina

2.1.

Għandha tiġi pprovduta sistema effiċjenti tal-ippumpjar tas-sentina, li tkun kapaċi għall-ippumpjar u għad-drenaġġ minn kwalunkwe kompartiment impermeabbli li ma jkunx spazju li jintuża b’mod permanenti għall-ġarr tal-ilma ħelu, tal-ilma tas-saborra, tal-karburant taż-żejt jew ta’ merkanzija likwida u li għalihom jkunu pprovduti mezzi oħra effiċjenti tal-ippumpjar, fil-kundizzjonijiet prattiċi kollha. Għandhom jiġu pprovduti mezzi effiċjenti għad-drenaġġ tal-ilma minn ġo kompartimenti iżolati.

2.2.

Jistgħu jiġu aċċettati pompi sanitarji, tas-saborra u dawk ġenerali tas-servizz bħala pompi tas-sentina motorizzati indipendenti jekk ikunu mgħammra bil-konnessjonijiet meħtieġa għas-sistema tal-ippumpjar tas-sentina.

2.3.

Il-pajpijiet kollha tas-sentina li jintużaw fit-tankijiet jew taħt it-tankijiet tal-ħżin tal-karburant jew fi spazji tal-bojler jew fi spazji tal-makkinarju, inklużi spazji li fihom tankijiet li fihom joqgħod iż-żejt jew li fihom unitajiet li jippumpjaw il-karburant taż-żejt, għandhom ikunu tal-azzar jew ta’ materjal xieraq ieħor.

2.4.

L-arranġament tas-sistema tal-ippumpjar tas-sentina u tas-saborra għandu jkun tali li jevita l-possibbiltà li l-ilma jgħaddi mill-baħar u mill-ispazji tas-saborra tal-ilma fl-ispazji tal-merkanzija u tal-makkinarju, jew minn kompartiment għall-ieħor. Għandu jkun hemm dispożizzjoni biex jiġi evitat li xi tank fond li jkollu konnessjonijiet tas-sentina u tas-saborra jsofri mit-tgħarriq mill-baħar bi żball meta jkun fih merkanzija, jew li jintrema minn pompa tas-sentina meta jkun fih saborra tal-ilma.

2.5.

Il-kaxxi tad-distribuzzjoni u l-valvijiet li jinfetħu manwalment f’konnessjoni mal-arranġamenti tal-ippumpjar tas-sentina għandhom ikunu f’pożizzjonijiet li jkunu aċċessibbli f’ċirkostanzi ordinarji.

2.6.

Għandu jkun hemm dispożizzjoni għad-drenaġġ tal-ispazji magħluqa tal-merkanzija li jinsabu fuq il-gverta tal-paratija.

2.6.1.

Fejn l-għoli ’l barra mill-ilma sal-gverta tal-paratija jkun tali li t-tarf tal-gverta jkun taħt l-ilma meta l-vapur imil aktar minn 5°, id-drenaġġ għandu permezz ta’ għadd suffiċjenti ta’ fetħiet ta’ daqs xieraq jintrema direttament fil-baħar, li jkunu installati f’konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament II-1/B-2/15 tat-Taqsima 1 jew tar-Regolament 15 tal-Kapitolu II-1 tal-Konvenzjoni SOLAS, kif ikun xieraq.

2.6.2.

Fejn l-għoli barra mill-ilma jkun tali li t-tarf tal-gverta tal-paratija jkun taħt l-ilma meta l-vapur imil 5° jew anqas, id-drenaġġ tal-ispazji tal-merkanziji magħluqa fuq il-gverta tal-paratija għandu jitwassal sa spazju xieraq, jew sa spazji xierqa, ta’ kapaċità adegwata, li jkollu/jkollhom allarm tal-livell għoli tal-ilma u arranġamenti xierqa għar-rimi fil-baħar. Barra minn hekk, irid jiġi żgurat li:

.1

l-għadd, id-daqs u d-dispożizzjoni tal-fetħiet ikunu tali li jevitaw akkumulazzjoni mhux raġonevoli ta’ ilma liberu;

.2

l-arranġamenti tal-ippumpjar meħtieġa mir-Regolament II-1/C/35-1 jikkunsidraw ir-rekwiżiti għal kwalunkwe sistema tat-tifi tan-nar li tispara l-ilma bil-pressjoni fissa;

.3

l-ilma kkontaminat bil-petrol u b’sustanzi perikolużi oħra ma jintremiex fi spazji tal-makkinarju jew fi spazji oħra fejn jista’ jkun hemm sorsi li jieħdu n-nar; u

.4

fejn l-ispazju magħluq tal-merkanzija jkun protett minn sistema tat-tifi tan-nar bid-diossidu tal-karbonju, il-fetħiet tal-gverta jkunu mwaħħla b’mezzi li jipprevjenu l-ħruġ tal-gass li jitfi n-nar.

2.6.3.

Id-dispożizzjonijiet għad-drenaġġ tal-ispazji magħluqa tal-merkanzija tal-vapuri ro-ro u tal-ispazji ta’ kategorija speċjali għandhom jikkonformaw ukoll mas-subparagrafi 6.1.4 u 6.1.5 tar-Regolament II-2/G/20.

2.6.3a

Meta jkunu pprovduti b’installazzjonijiet tal-bexxiexa u b’idranti, is-swali tal-passiġġieri u tal-ekwipaġġ għandu jkollhom għadd adegwat ta’ fetħiet, li jkun suffiċjenti biex ilaħħqu mal-kwantità ta’ ilma li toħroġ mit-tifi tan-nar mill-irjus tal-bexxiexa tal-kamra u minn żewġ manki tat-tifi tan-nar bil-ġettijiet. Il-fetħiet għandhom ikunu fl-aktar postijiet effettivi, eż. f’kull kantuniera.

3.1.

Is-sistema tal-ippumpjar tas-sentina meħtieġa mill-paragrafu.2.1 għandha tkun kapaċi taħdem fil-kundizzjonijiet prattikabbli kollha wara inċident kemm jekk il-vapur ikun dritt u kemm jekk ikun immejjel. Għal dan l-iskop, għandhom jitwaħħlu pompi ta’ ġbid bl-arja fil-ġnub ħlief fil-kompartimenti dojoq fit-tarf tal-vapur fejn pompa ta’ ġbid bl-arja waħda tista’ tkun biżżejjed. F’kompartimenti li jkollhom forma mhux tas-soltu, jistgħu jkunu meħtieġa pompi tal-ġbid bl-arja addizzjonali. Għandhom isiru arranġamenti li bihom l-ilma fil-kompartiment jista’ jsib ruħu fil-pajpijiet tal-ġbid bl-arja.

3.2.

Għandhom jitwaħħlu tal-inqas tliet pompi motorizzati, konnessi mas-sentina prinċipali, u waħda minnhom tista’ titħaddem mill-makkinarju tal-propulsjoni. Fejn in-numeral tal-pompa tas-sentina jkun 30 jew aktar, għandha tiġi pprovduta pompa motorizzata indipendenti addizzjonali.

In-numeral tal-pompa tas-sentina għandu jiġi kkalkulat kif ġej:

meta P1 ikun akbar minn P:

Image 4

f’każijiet oħra:

Image 5

fejn:

L

=

it-tul tal-vapur (metri), kif definit fir-Regolament II-1/2 tal-Konvenzjoni SOLAS;

M

=

il-volum tal-ispazju tal-makkinarju (metri kubi), kif definit fir-Regolament II-1/2 tal-Konvenzjoni SOLAS, li jkun taħt il-gverta tal-paratija; b’żieda ma’ dan tal-volum ta’ kwalunkwe bunker permanenti tal-karburant taż-żejt li jaf ikun jinsab ’il fuq mill-qiegħ ta’ ġewwa u ’l quddiem jew lura mill-ispazju tal-makkinarju;

P

=

il-volum sħiħ tal-ispazji tal-passiġġieri u tal-ekwipaġġ taħt il-gverta tal-paratija (metri kubi), li jkunu pprovduti għall-akkomodazzjoni u għall-użu tal-passiġġieri u tal-ekwipaġġ, eskluż il-kmamar tal-bagalji, tal-ħżin u tal-provvisti;

V

=

il-volum sħiħ tal-vapur taħt il-gverta tal-paratija (metri kubi);

P1

=

KN,

fejn:

N

=

in-numru ta’ passiġġieri li għalihom il-vapur irid jiġi ċċertifikat; u

K

=

0,056 L

Madankollu, fejn il-valur ta’ KN ikun akbar mis-somma ta’ P u l-volum sħiħ tal-ispazji reali tal-passiġġieri ’l fuq mill-gverta tal-paratija, iċ-ċifra li trid titqies bħala P1 hija dik is-somma jew żewġ terzi ta’ KN, skont liema tkun l-akbar.

3.3.

Fejn ikun prattikabbli, il-pompi tal-enerġija tas-sentina għandhom jitpoġġew f’kompartimenti impermeabbli separati u għandhom jiġu rranġati u ppustjati b’mod li dawn il-kompartimenti ma jiġux mgħarrqa bl-istess ħsara. Jekk il-makkinarju tal-propulsjoni prinċipali, il-makkinarju awżiljarju u l-bojlers ikunu f’żewġ kompartimenti impermeabbli jew aktar, il-pompi disponibbli għas-servizz tas-sentina għandhom jiġu distribwiti kif ikun possibbli f’dawn il-kompartimenti.

3.4.

Fuq vapur b’tul L ta’ 91,5 m jew iktar jew li jkollu numeral tal-pompa tas-sentina, ikkalkolat f’konformità mal-paragrafu 3.2, ta’ 30 jew iktar, l-arranġamenti għandhom ikunu tali li tal-anqas pompa motorizzata tas-sentina waħda għandha tkun disponibbli għall-użu fil-kundizzjonijiet kollha tat-tgħarriq li l-vapur ikun meħtieġ li jiflaħ, u, għall-vapuri ddisinjati skont il-Kapitolu II-I, il-partijiet B sa B-4, tal-Konvenzjoni SOLAS, kif emendata, fil-kundizzjonijiet kollha tat-tgħarriq derivati minn kunsiderazzjoni ta’ ħsarat minuri kif speċifikat fil-Kapitolu II-1 tar-Regolament 8 tal-Konvenzjoni SOLAS kif ġej:

.1

waħda mill-pompi tas-sentina meħtieġa għandha tkun pompa ta’ emerġenza ta’ tip sommerġibbli affidabbli li jkollha sors tal-enerġija li jkun jinsab ’il fuq mill-gverta tal-paratija; jew

.2

il-pompi tas-sentina u s-sorsi tal-enerġija tagħhom għandhom ikunu distribwiti b’tali mod li tul il-vapur tkun disponibbli tal-anqas pompa waħda f’kompartiment li ma jkollux ħsara.

3.5.

Bl-eċċezzjoni ta’ pompi addizzjonali li jistgħu jiġu pprovduti għal kompartimenti fl-għoli biss, kull pompa tas-sentina għandha tiġi rranġata b’tali mod li tiġbed l-ilma minn kwalunkwe spazju li jeħtieġ li jitneħħa l-ilma minnu skont il-paragrafu 2.1.

3.6.

Kull pompa tal-enerġija tas-sentina għandha tkun kapaċi tippompja l-ilma minn ġol-pajp tas-sentina prinċipali meħtieġ b’veloċità ta’ mhux inqas minn 2 m/sekonda. Il-pompi tas-sentina motorizzati indipendenti li jkunu jinsabu fi spazji tal-makkinarju għandu jkollhom ġbid dirett minn dawn l-ispazji, ħlief li mhux iktar minn tnejn minn dawn il-pompi tal-ġbid għandhom ikunu meħtieġa f’kull wieħed mill-ispazji. Fejn ikunu pprovduti żewġ pompi tal-ġbid bl-arja jew aktar għandu tal-anqas ikun hemm waħda fuq kull naħa tal-vapur. L-apparat tal-ġbid bl-arja dirett għandu jkun irranġat b’mod xieraq u dak li jkun jinsab f’kull spazju tal-makkinarju għandu jkun ta’ dijametru ta’ mhux anqas minn dak meħtieġ għas-sentina prinċipali.

3.7.1.

Minbarra l-ġbid bl-arja dirett fuq is-sentina jew il-ġbid bl-arja meħtieġ skont il-paragrafu 3.6, għandu jitwaħħal apparat ta’ emerġenza tal-ġbid bl-arja dirett fuq is-sentina, li jkollu valv mingħajr ritorn, mill-akbar pompa motorizzata indipendenti disponibbli sal-livell tad-drenaġġ tal-ispazju tal-makkinarju; l-apparat tal-ġbid bl-arja għandu jkun tal-istess dijametru bħal-bokka prinċipali għall-pompi li jintużaw.

3.7.3.

Id-dussiesa tad-daħla mill-baħar u tal-valvijiet tal-ġbid dirett bl-arja għandhom jestendu lil hinn sew mill-pjattaforma tal-kamra tal-magna.

3.8.

Kull pajp tal-ġbid bl-arja tas-sentina sal-konnessjoni mal-pompi għandu jkun indipendenti mill-pajpijiet l-oħra.

3.9.

Id-dijametru “d” tal-pajpijiet prinċipali u tal-pajpijiet tal-fergħat tal-ġbid bl-arja tas-sentina għandhom jiġu kkalkulati konformement mal-formuli li ġejjin. Madanakollu, id-dijametru intern reali jista’ jitqarreb sal-eqreb daqs standard li jkun aċċettabbli għall-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera:

pajp prinċipali tal-ġbid bl-arja fuq is-sentina:

Image 6

pajpijiet tal-fergħat tal-ġbid bl-arja fuq is-sentina bejn id-depożiti u l-apparat tal-ġbid bl-arja:

Image 7

fejn:

d

tirreferi għad-dijametru intern f’millimetri,

L u B

huma t-tul u l-wisa’ tal-vapur (metri),

L1

huwa t-tul tal-kompartiment, u

D

huwa l-fond iffurmat tal-vapur sal-gverta tal-paratija (metri) diment li, f’vapur li jkollu spazju magħluq għall-merkanzija fuq il-gverta tal-paratija li jsirilha d-drenaġġ tal-ilma f’konformità mar-rekwiżiti tal-paragrafu 2.6.2 u li testendi għat-tul kollu tal-vapur, D għandu jitkejjel sal-gverta li jmiss ’il fuq mill-gverta tal-paratija. Fejn l-ispazji magħluqa tal-merkanzija jkopru tul iqsar, D għandha titqies bħala l-fond iffurmat sal-gverta tal-paratija flimkien mal-lh/L fejn l u h huma t-tul u l-għoli aggregati rispettivament tal-ispazji magħluqa tal-merkanzija.

3.10.

Għandu jkun hemm dispożizzjoni biex ikun evitat li kompartiment jiġi moqdi b’pajp tal-ġbid bl-arja tas-sentina li jkun mgħarraq fil-każ li jinqatal-pajp jew inkella jġarrab ħsara bil-ħbit jew jeħel f’kompartiment ieħor. Għal dan l-iskop, fejn il-pajp ikun jinsab f’xi parti eqreb lejn il-ġenb tal-vapur minn għoxrin fil-mija tal-wisa’ tal-vapur (imkejjel f’angoli retti għal-linja taċ-ċentru sal-livell tal-linja tat-tagħbija l-aktar fonda), jew ikun qiegħed ġo karina (duct keel), għandu jitwaħħal valv unidirezzjonali ma’ dan il-pajp fil-kompartiment li fih it-tarf miftuħ. Għall-vapuri ddisinjati skont il-Kapitolu II-I, il-partijiet B sa B-4, tal-Konvenzjoni SOLAS, kif emendata, il-linja tat-tagħbija tas-suddiviżjoni l-aktar fonda għandha titqies li tkun il-profondità tas-suddiviżjoni l-aktar fonda.

3.11.

Il-kaxxi tad-distribuzzjoni, il-viti u l-valvijiet f’konnessjoni mas-sistema tal-ippumpjar tas-sentina għandhom jiġu rranġati b’tali mod li, fil-każ li jkun hemm tgħarriq, waħda mill-pompi tas-sentina tkun tista’ titħaddem fi kwalunkwe kompartiment; barra minn hekk, il-ħsara lill-pompa jew lill-pajp tagħha li jgħaqqad mal-mejn tas-sentina fuq barra ta’ linja mpinġija f’għoxrin fil-mija tal-wisa’ tal-vapur ma għandhiex twaqqaf is-sentina milli taħdem. Jekk ikun hemm sistema waħda biss ta’ pajpijiet li tkun komuni għall-pajpijiet kollha, il-valvijiet neċessarji biex jikkontrollaw il-ġbid bl-arja tas-sentina għandhom jitħaddmu minn fuq il-gverta tal-paratiji. Fejn, flimkien mas-sistema prinċipali tal-ippumpjar tas-sentina tkun ipprovduta sistema tal-ippumpjar tas-sentina ta’ emerġenza, din għandha tkun indipendenti mis-sistema prinċipali u għandha tiġi rranġata b’tali mod li kull pompa tkun kapaċi taħdem fi kwalunkwe kompartiment f’kundizzjoni ta’ tgħarriq kif speċifikat fil-paragrafu 3.1; fil-każ li l-valvijiet meħtieġa għat-tħaddim tas-sistema tal-emerġenza biss għandhom ikunu kapaċi li jitħaddmu minn fuq il-gverta tal-paratija.

3.12.

Il-viti u l-valvijiet kollha msemmija fil-paragrafu 3.11 li jistgħu jitħaddmu minn fuq il-gverta tal-paratija għandu jkollhom il-kontrolli tagħhom fil-post fejn jitħaddmu mmarkati b’mod ċar u għandhom jiġu pprovduti b’mezzi li jindikaw jekk humiex miftuħa jew magħluqa.

Ir-Regolament II-1/C/37: Komunikazzjoni bejn il-pont tan-navigazzjoni u l-ispazju tal-makkinarju

Għandhom tal-anqas jiġu pprovduti żewġ mezzi indipendenti tal-komunikazzjoni għall-ordnijiet tal-komunikazzjoni mill-pont tan-navigazzjoni għall-pożizzjoni fl-ispazju tal-makkinarju jew fil-kamra tal-kontroll li minnha normalment jiġu kkontrollati l-veloċità u d-direzzjoni tal-ġibda tal-iskrejjen. Waħda minn dawn għandha tkun telegrafu tal-kamra tal-magna li jipprovdi indikazzjoni viżiva tal-ordnijiet u tar-risponsi kemm fl-ispazju tal-makkinarju kif ukoll fil-pont tan-navigazzjoni. Għandhom jiġu pprovduti mezzi xierqa ta’ komunikazzjoni mill-pont tan-navigazzjoni u mill-kamra tal-magni għal kwalunkwe pożizzjoni oħra li minnha l-veloċità jew id-direzzjoni tal-ġibda tal-iskrejjen tista’ tiġi kkontrollata.

Ir-Regolament II-1/C/38: Allarm tal-inġiniera

Għandu jiġi pprovdut allarm tal-inġiniera biex jitħaddem mill-kamra tal-kontroll tal-magna jew minn pjattaforma tal-immanuvrar kif xieraq, u dan għandu jinstema’ b’mod ċar fl-akkomodazzjoni tal-inġiniera, u/jew mill-pont tan-navigazzjoni kif ikun xieraq.

Ir-Regolament II-1/C/39: Lok l-installazzjonijiet ta’ emerġenza

Sorsi ta’ emerġenza tal-enerġija elettrika, pompi tan-nar, pompi tas-sentina ħlief għal dawk li jservu speċifikament l-ispazji aktar ’il quddiem mill-paratija tal-ħbit, u s-sistema fissa tat-tifi tan-nar meħtieġa mill-Kapitolu II-2 u installazzjonijiet oħra ta’ emerġenza li huma essenzjali għas-sikurezza tal-vapur, ħlief għall-arganelli tal-ankra, ma għandhomx jiġu installati ’l quddiem mill-paratija tal-ħbit.

PARTI D

INSTALLAZZJONIJIET ELETTRIĊI

Ir-Regolament II-1/D/40: Ġenerali

1.

L-installazzjonijiet elettriċi għandhom ikunu tali li:

.1

is-servizzi awżiljarji elettriċi kollha li jkunu meħtieġa biex iżommu l-vapur fil-kundizzjonijiet abitabbli u tat-tħaddim normali jkunu żgurati mingħajr rikors għas-sors tal-enerġija elettrika ta’ emerġenza;

.2

is-servizzi elettriċi li jkunu essenzjali għas-sikurezza jkunu żgurati f’kundizzjonijiet ta’ emerġenza varji; u

.3

is-sikurezza tal-passiġġieri, tal-ekwipaġġ u tal-vapur tkun żgurata mill-perikli elettriċi.

2.

L-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera għandha tieħu l-passi xierqa biex tiżgura l-uniformità tal-implimentazzjoni u tal-applikazzjoni tad-dispożizzjoni ta’ din il-parti fir-rigward tal-installazzjonijiet elettriċi (18).

Ir-Regolament II-1/D/41: Sors prinċipali tal-enerġija elettrika u tad-dawl

1.

Il-vapuri tal-klassijiet C u D li fihom l-enerġija elettrika tkun l-unika enerġija għaż-żamma tas-servizzi awżiljarji essenzjali għas-sikurezza tal-vapur, u l-vapuri tal-klassi B li fihom l-enerġija elettrika tkun l-unika enerġija għaż-żamma tas-servizzi awżiljarji essenzjali għas-sikurezza u għall-propulsjoni tal-vapur, għandhom jiġu pprovduti żewġ settijiet ta’ ġeneraturi prinċipali jew aktar ta’ din l-enerġija sabiex is-servizzi msemmija hawn fuq ikunu jistgħu jitħaddmu meta xi wieħed mis-settijiet ma jkunx qed jaħdem.

2.1.

Sistema prinċipali tad-dawl elettriku li għandha tipprovdi d-dawl f’dawk il-partijiet tal-vapur li normalment ikunu aċċessibbli għall-passiġġieri jew għall-ekwipaġġ u li jintużaw minnhom għandha tiġi pprovduta mis-sors prinċipali tal-enerġija elettrika.

2.2.

L-arranġament tas-sistema prinċipali tad-dawl elettriku għandu jkun tali li f’każ ta’ nar jew xi diżgrazzja oħra fl-ispazji li fihom is-sors prinċipali tal-enerġija elettrika, it-tagħmir ta’ trasformazzjoni assoċjat, jekk ikun hemm, l-iswiċċbord prinċipali u l-iswiċċbord prinċipali tad-dawl, ma jwasslux biex is-sistema tad-dawl ta’ emerġenza meħtieġa skont ir-Regolament II-1/D/42 ma tibqax operattiva.

2.3.

L-arranġament tas-sistema ta’ emerġenza tad-dawl elettriku għandu jkun tali li f’każ ta’ nar jew xi diżgrazzja oħra fl-ispazji li fihom is-sors ta’ emerġenza tal-enerġija elettrika, it-tagħmir ta’ trasformazzjoni assoċjat, jekk ikun hemm, l-iswiċċbord ta’ emerġenza u l-iswiċċbord ta’ emerġenza tad-dawl, ma jwassalx biex is-sistema prinċipali tad-dawl meħtieġa skont ir-Regolament II-1/D/41 ma tibqax operattiva.

3.

L-iswiċċbord prinċipali għandu jitpoġġa f’pożizzjoni relattiva għal stazzjon wieħed ta’ ġenerazzjoni prinċipali sabiex, sa fejn ikun prattikabbli, l-integrità tal-provvista normali tal-elettriku tkun affettwata biss min-nar jew minn xi diżgrazzja oħra fl-ispazju fejn ikunu installati s-sett tal-ġenerazzjoni u l-iswiċċbord.

6.

Għandu jiġi pprovdut dawl supplimentari fil-kabini kollha biex jindika biċ-ċar il-ħruġ sabiex l-okkupanti jkunu jistgħu jsibu triqithom ’il barra. Dan id-dawl, li jista’ jiġi mqabbad mas-sors tal-enerġija ta’ emerġenza jew ikollu sors ta’ enerġija elettrika fih innifsu f’kull kabina, għandu jixgħel awtomatikament meta l-enerġija tad-dawl normali tal-kabina tinqata’ u għandu jibqa’ jixgħel għal minimu ta’ 30 minuta.

Ir-Regolament II-1/D/42: Sors ta’ emerġenza tal-enerġija elettrika

1.

Kull vapur għandu jiġi pprovdut b’sors ta’ emerġenza tal-enerġija elettrika fih stess li jkollu swiċċbord tal-emerġenza li tkun tinsab fuq il-gverta tal-paratija, fi spazju li jkun aċċessibbli faċilment u li ma għandux ikun kontigwu mal-konfini tal-ispazji tal-makkinarju tal-kategorija A jew ta’ dawk l-ispazji li jkun fihom is-sors prinċipali tal-enerġija elettrika jew l-iswiċċbord prinċipali.

1 a

Ir-rekwiżit fil-paragrafu 1 mhuwiex meħtieġ diment li l-vapuri jkunu ddisinjati b’żewġ spazji tal-makkinarju li jkunu kompletament żejda, separati b’minn tal-anqas kompartiment impermeabbli wieħed u li ma jistax jieħu n-nar u żewġ paratiji jew xi kostruzzjoni alternattiva li tagħti l-istess livell ta’ sikurezza, u li jkun hemm tal-anqas ġeneratur wieħed bi swiċċbord assoċjata, eċċ. f’kull spazju tal-makkinarju.

2.

Is-sors ta’ emerġenza tal-enerġija meħtieġ skont il-paragrafu 1 għandu:

.1

ikun kapaċi jitħaddem b’mod ġenerali għal perjodu ta’:

tnax-il (12) siegħa għall-vapuri tal-klassi B

sitt (6) sigħat għall-vapuri tal-klassi C

tliet (3) sigħat għall-vapuri tal-klassi D;

.2

b’mod partikolari, ikun kapaċi jħaddem fl-istess ħin il-konsumaturi kif identifikati fis-servizzi li ġejjin kif meħtieġ għall-klassi ta’ vapuri għall-ħinijiet indikati hawn fuq:

(a)

pompa indipendenti waħda tal-enerġija motorizzata tas-sentina u waħda mill-pompi tan-nar;

(b)

dawl ta’ emerġenza:

1.

f’kull stazzjon tal-ġmigħ tan-nies jew tal-imbarkazzjoni u fuq il-ġnub kif previst fir-Regolament III/5, il-paragrafu.3;

2.

fil-passaġġi, fit-turġien u fil-bibien tal-ħruġ kollha li jagħtu aċċess għall-istazzjonijiet tal-ġmigħ tan-nies jew ta’ imbarkazzjoni;

3.

fl-ispazji tal-makkinarju, u fil-post fejn ikun jinsab il-ġeneratur ta’ emerġenza;

4.

fl-istazzjonijiet tal-kontroll fejn ikun jinsab it-tagħmir tar-radju u tan-navigazzjoni prinċipali;

5.

kif meħtieġ fir-Regolament II-2/D/13, is-subparagrafu.3.2.5.1;

6.

fil-pożizzjonijiet kollha tal-istivar għall-ilbies ta’ dawk li jitfu n-nirien;

7.

fil-pompa tal-emerġenza tas-sentina u f’waħda mill-pompi tan-nar, imsemmija fis-subparagrafu (a) u fil-pożizzjoni tal-istartjar tal-muturi tagħhom;

(c)

id-dawl tan-navigazzjoni tal-vapur;

(d)

1.

it-tagħmir kollu tal-komunikazzjoni,

2.

is-sistema ġenerali tal-allarm,

3.

is-sistema tal-individwazzjoni tan-nar, u

4.

is-sinjali kollha li jistgħu jkunu meħtieġa f’emerġenza, jekk ikunu jitħaddmu elettrikament mis-settijiet prinċipali ta’ ġenerazzjoni tal-vapur;

(e)

il-pompa tal-bexxixiet tal-vapur, jekk ikun hemm u jekk tkun titħaddem elettrikament; u

(f)

il-lampa tas-sinjalar ta’ binhar tal-vapur, jekk titħaddem bis-sors prinċipali tal-enerġija elettrika tal-vapur;

.3

ikun kapaċi jħaddem, għal perjodu ta’ nofs siegħa, il-bibien impermeabbli li jaħdmu bl-enerġija motorizzata flimkien maċ-ċirkwiti tal-kontroll, tal-indikazzjoni u tal-allarm assoċjati.

3.

Is-sors ta’ emerġenza tal-enerġija elettrika jista’ jkun batterija li takkumula li tkun kapaċi tikkonforma mar-rekwiżiti tal-paragrafu.2, mingħajr ma tiġi ċċarġjata mill-ġdid jew tbati minħabba tnaqqis eċċessiv fil-vultaġġ, jew ġeneratur, li jkun kapaċi jikkonforma mar-rekwiżiti tal-paragrafu.2, li jaħdem b’makkinarju tat-tip tal-kombustjoni interna bi provvista indipendenti ta’ karburant li jkollu l-punt ta’ fjammabbiltà ta’ mhux anqas minn 43 °C, b’arranġamenti awtomatiċi ta’ startjar, u pprovdut b’sors tranżizzjonali tal-enerġija elettrika ta’ emerġenza skont il-paragrafu.4.

3.4.

Fejn l-enerġija elettrika tkun meħtieġa biex terġa’ tqabbad il-propulsjoni, il-kapaċità għandha tkun suffiċjenti biex terġa’ tqabbad il-propulsjoni tal-vapur flimkien ma’ makkinarju ieħor, kif ikun xieraq, minn kundizzjoni ta’ vapur inattiv sa 30 minuta wara l-blackout.

4.

Is-sors tranżizzjonali tal-enerġija elettrika ta’ emerġenza meħtieġa skont il-paragrafu 3 għandu jikkonsisti minn batterija li takkumula li tkun tinsab f’post tajjeb biex tintuża f’emerġenza li għandha taħdem mingħajr il-bżonn li tiġi ċċarġjata mill-ġdid jew mingħajr ma tbati minn tnaqqis eċċessiv fil-vultaġġ għal nofs siegħa:

(a)

is-servizzi meħtieġa skont il-paragrafu.2.2(b) u 2.2(c) tar-Regolament II-1/D/42;

(b)

il-bibien impermeabbli, kif meħtieġ skont is-subparagrafi.7.2 u.7.3 tar-Regolament II-1/B/13 tat-Taqsima 1 jew skont ir-Regolament II-1, il-paragrafu 13.7.3.3, tal-Konvenzjoni SOLAS, kif ikun xieraq, iżda mhux neċessarjament kollha kemm huma flimkien, sakemm ma jiġix ipprovdut sors indipendenti temporanju ta’ enerġija maħżuna; u

(c)

iċ-ċirkwiti tal-kontroll, tal-indikazzjoni u tal-allarm kif meħtieġa skont is-subparagrafu.7.2 tar-Regolament II-1/B-2/13 tat-Taqsima 1 jew skont ir-Regolament II-1, il-paragrafu 13.7.2, tal-Konvenzjoni SOLAS, kif ikun xieraq.

5.1.

L-iswiċċbord ta’ emerġenza, sa fejn prattikabbli, għandu jkun jinsab l-aktar qrib possibbli tas-sors ta’ emerġenza tal-enerġija.

6.

Is-sors ta’ emerġenza tal-enerġija elettrika għandu jkun irranġat b’tali mod li jaħdem b’mod effiċjenti meta l-vapur ikun immejjel laġenba sa 22,5° u meta l-inklinazzjoni tal-vapur tkun 10° minn prim dritt. Is-sett(ijiet) ta’ ġeneraturi ta’ emerġenza għandu/għandhom ikun(u) jista’/jistgħu jiġi/u startjat(i) b’mod awtomatiku fi kwalunkwe kundizzjoni kiesħa li x’aktarx tinqala’.

Ir-Regolament II-1/D/42-1: Dawl supplimentari ta’ emerġenza għall-vapuri ro-ro

1.

Flimkien mad-dawl ta’ emerġenza meħtieġ skont ir-Regolament II-1/D/42, is-subparagrafu 2.2(b), fuq kull vapur ro-ro bl-ispazji tal-merkanzija jew spazji ta’ kategorija speċjali:

.1

l-ispazji pubbliċi u l-passaġġi tal-passiġġieri kollha għandhom jiġu pprovduti b’dawl elettriku supplimentari li jista’ jaħdem għal minn tal-anqas tliet sigħat meta s-sorsi l-oħra kollha tal-enerġija elettrika jkunu fallew u f’kull kundizzjoni ta’ mejl. Id-dawl ipprovdut għandu jkun tali li tkun tidher faċilment it-triq tal-mezz tal-ħrib. Is-sors tal-enerġija għad-dawl supplimentari għandu jikkonsisti f’batteriji li jakkumulaw li jkunu jinsabu fl-unitajiet tad-dawl li jiġu ċċarġjati kontinwament, fejn ikun prattiku, mill-iswiċċbord tal-emerġenza. Alternattivament, kull mezz ieħor ta’ dawl li huwa tal-anqas effettiv indaqs jista’ jiġi aċċettat mill-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera. Id-dawl supplementari għandu jkun tali li kull falliment tal-lampa jkun jidher mill-ewwel. Kull batterija li takkumula li tiġi pprovduta għandha tinbidel f’intervalli wara li titqies l-ħajja tas-servizz fil-kundizzjonijiet tal-ambjent li tkun soġġetta għalihom fis-servizz; u

.2

għandha tiġi pprovduta lampa li tista’ tinġarr li taħdem b’batterija li tista’ terġa’ tiġi ċċarġjata mill-ġdid f’kull spazju ta’ passaġġ tal-ekwipaġġ, spazju rikreattiv u f’kull spazju fejn isir ix-xogħol, li normalment ikun okkupat sakemm ma jiġix ipprovdut dawl supplimentari ta’ emerġenza, kif meħtieġ skont il-paragrafu.1.

Ir-Regolament II-1/D/44: Arranġamenti tal-istartjar għal settijiet tal-ġenerazzjoni ta’ emerġenza

1.

Is-settijiet tal-ġenerazzjoni ta’ emerġenza għandhom ikunu kapaċi jistartjaw minnufih fil-kundizzjoni kiesħa tagħhom f’temperatura ta’ 0 °C. Jekk dan ma jkunx prattikabbli, jew jekk x’aktarx ikun hemm temperaturi aktar baxxi, għandu jkun hemm dispożizzjoni aċċettabbli għall-Amministrazzjoni għaż-żamma tal-arranġamenti tat-tisħin, sabiex jiġi żgurat li s-settijiet tal-ġenerazzjoni jistartjaw minnufih.

2.

Is-sors tal-enerġija maħżuna għandu jiġi protett sabiex jiġi prekluż it-tkagħbir kritiku tas-sistema awtomatika tal-istartjar, sakemm ma jiġix ipprovdut it-tieni mezz ta’ startjar indipendenti. Barra minn hekk, it-tieni sors tal-enerġija għandu jiġi pprovdut għal tliet sekwenzi addizzjonali ta’ startjar fi żmien 30 minuta sakemm ma jkunx jista’ jintwera li l-istartjar manwali jkun effettiv.

3.

L-enerġija maħżuna għandha tinżamm il-ħin kollu, kif ġej:

.1

is-sistemi elettriċi u idrawliċi tal-istartjar għandhom jinżammu mill-iswiċċbord ta’ emerġenza;

.2

is-sistemi tal-istartjar bl-arja kompressa jistgħu jinżammu permezz tar-riċevituri prinċipali jew awżiljarji tal-arja kompressa permezz ta’ valv unidirezzjonali adattat jew permezz ta’ kumpressur tal-arja ta’ emerġenza li, jekk jitħaddem bl-elettriku, jiġi fornut mill-iswiċċbord ta’ emerġenza;

.3

dawn l-apparati kollha tal-istartjar, tal-iċċarġjar u tal-ħżin tal-enerġija għandhom jinsabu fl-ispazju tal-ġeneratur ta’ emerġenza; dawn l-apparati ma jridux jintużaw għal kwalunkwe skop għajr għat-tħaddim tas-sett tal-ġenerazzjoni ta’ emerġenza. Dan ma jipprekludix il-provvista lir-riċevitur tal-arja tas-sett tal-ġenerazzjoni ta’ emerġenza mis-sistema prinċipali jew awżiljarja tal-arja kompressa permezz tal-valv unidirezzjonali mwaħħal fl-ispazju tal-ġeneratur ta’ emerġenza.

4.1.

Fejn l-istartjar awtomatiku ma jkunx meħtieġ, l-istartjar manwali jkun permissibbli, pereżempju cranking manwali, starters bl-inerzja, akkumulaturi idrawliċi ċċarġjati manwalment, jew powder charge cartridges, fejn ikun jista’ jintwera li jkun effettiv.

4.2.

Meta l-istartjar manwali ma jkunx prattikabbli, għandu jkun hemm konformità mar-rekwiżiti tal-paragrafi 2 u 3 ħlief li l-istartjar ikun jista’ jsir manwalment.

Ir-Regolament II-1/D/45: Prekawzjonijiet kontra xokkijiet, nar u perikli oħra ta’ oriġini elettrika

1.1.

Partijiet tal-metall esposti tal-makkinarju jew tat-tagħmir elettriku li ma jkunux maħsuba biex jgħaddi l-kurrent minnhom iżda li huma soġġetti li jgħaddi l-kurrent minnhom f’kundizzjonijiet ta’ ħsara għandhom jiġu ertjati sakemm il-makkinarju jew it-tagħmir ma jkunux:

.1

ipprovduti b’vultaġġ li ma jaqbiżx il-50 V ta’ kurrent dirett jew 50 V, l-għerq tal-medja tal-kwadrati, bejn il-kondutturi; ma għandhomx jintużaw awtotrasformaturi bl-iskop li jinkiseb dan il-vultaġġ; jew

.2

ipprovduti b’vultaġġ li ma jaqbiżx il-250 V minn trasformaturi li jiżolaw għas-sikurezza li jipprovdu mezz wieħed biss li jikkonsma; jew

.3

inbnew f’konformità mal-prinċipju tal-iżolazzjoni doppja.

1.3.

L-apparat elettriku kollu għandu jkun mibni u installat b’tali mod li ma jikkawżax ħsara meta jinġarr jew jintmess b’mod normali.

2.

Il-ġnub u n-naħa ta’ wara u, fejn ikun meħtieġ, in-naħa ta’ quddiem tal-iswiċċbords għandhom ikunu protetti tajjeb. Partijiet li jgħaddi l-kurrent minnhom esposti li għandhom il-vultaġġi għall-ert ogħla mill-vultaġġ speċifikat taħt 1.1 ma għandhomx ikunu installati fuq il-parti ta’ quddiem ta’ tali swiċċbords. Fejn ikun meħtieġ, twapet jew gradi li ma jkunux konduttivi għandhom jiġu pprovduti fuq quddiem u fuq wara tal-iswiċċbord.

4.2.

Fis-sistemi tad-distribuzzjoni li ma jkollhom l-ebda konnessjoni mal-ert, għandu jiġi pprovdut mezz li kapaċi jagħmel monitoraġġ tal-livell ta’ iżolazzjoni għall-ert u li jagħti indikazzjoni li tinstema’ jew li tidher ta’ valuri ta’ iżolazzjoni baxxi wisq.

5.1.

Il-pjanċi kollha tal-metall u l-armar tal-kejbils għandhom ikunu elettrikament kontinwi u għandhom ikunu ertjati.

5.2.

Il-kejbils elettriċi kollha u l-wajers esterni għat-tagħmir għandhom ikunu mill-anqas tat-tip li jdewmu t-tifrix tan-nar u għandhom ikunu installati b’tali mod li ma jtellfux il-karatteristiki oriġinali tagħhom. Fejn ikun neċessarju għal applikazzjoni partikolari, l-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera tista’ tippermetti l-użu ta’ tip speċjali ta’ kejbils bħall-kejbils tal-frekwenza tar-radju, li ma jikkonformawx ma’ dak li ssemma aktar ’il fuq.

5.3.

Il-kejbils u l-wajers li jfornu enerġija essenzjali jew ta’ emerġenza, dawl, komunikazzjoni interna jew sinjali għandhom sa fejn ikun prattikabbli jgħaddu ’l bogħod mill-kċejjen, mill-kmamar tal-ħasil tal-ħwejjeġ, mill-ispazji tal-makkinarju tal-kategorija A u mill-kejsings tagħhom u minn żoni oħra b’riskju għoli li jieħdu n-nar. Il-kejbling għas-sistemi tal-allarm u tat-tgħarrif pubbliku ta’ emerġenza li jkunu installati għandu jiġi approvat mill-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera wara li jiġu kkunsidrati r-rakkomandazzjonijiet fl-MSC/Ċirk.808 tal-OMI. Il-kejbils li jqabbdu l-pompi tan-nirien mal-iswiċċbord ta’ emerġenza għandhom ikunu ta’ tip li jirreżistu n-nirien fejn jgħaddu minn żoni b’riskju kbir ta’ nirien. Fejn ikun prattikabbli, tali kejbils kollha jenħtieġ li jgħaddu b’mod li jipprekludi li jispiċċaw ma jaħdmux minħabba t-tisħin tal-paratiji li jista’ jiġi kkawżat minn xi nirien fi spazju maġenbhom.

5.5.

Il-kejbils u l-wajers għandhom jiġu installati u sostnuti b’tali mod li jiġi evitat li jħokku jew li jkollhom ħsara oħra.

5.6.

It-truf u l-ġonot fil-kondutturi kollha għandhom ikunu magħmulin b’tali mod li jżommu l-karatteristiki elettriċi u mekkaniċi oriġinali tagħhom li jdewmu t-tifrix tan-nar u, fejn ikun meħtieġ, li jirreżistu n-nar.

6.1.

Kull ċirkwit separat għandu jiġi protett mix-short circuit u mit-tagħbija elettrika eċċessiva, ħlief kif permess fir-Regolamenti II-1/C/29 u II-1/C/30.

7.

It-tagħmir tad-dawl għandu jiġi rranġat b’tali mod li jevita żidiet fit-temperatura li jistgħu jagħmlu ħsara lill-kejbils u lill-wajers, u li jevita li l-materjal tal-madwar isir jaħraq wisq.

9.1.

Il-batteriji li jakkumulaw għandhom jitpoġġew f’kaxxi adattati, u l-kompartimenti li jintużaw prinċipalment biex jitqiegħdu fihom għandhom jinbnew sew u għandhom jiġu ventilati b’mod effiċjenti.

9.2.

Ma għandux jitħalla tagħmir elettriku jew tagħmir ieħor li jistgħu jikkostitwixxu sors li jqabbad fwar li jieħu n-nar f’dawn il-kompartimenti.

10.

L-ebda tagħmir elettriku ma għandu jkun installat f’xi spazju fejn huwa possibbli li jinġemgħu xi taħlitiet li jaqbdu, pereżempju f’kompartimenti assenjati prinċipalment għall-batteriji li jakkumulaw, f’kabinetti taż-żebgħa, f’imħażen tal-aċetilen jew fi spazji simili, sakemm l-Amministrazzjoni ma tkunx sodisfatta li t-tali tagħmir huwa:

.1

essenzjali għal skopijiet operattivi;

.2

ta’ tip li ma jistax iqabbad it-taħlita kkonċernata;

.3

xieraq għall-ispazju kkonċernat; u

.4

iċċertifikat b’mod xieraq għall-użu sikur fit-trabijiet, fil-fwar jew fil-gassijiet li x’aktarx ikun hemm.

12.

Is-sistemi tad-distribuzzjoni għandhom jiġu rranġati b’tali mod li n-nar fi kwalunkwe żona vertikali prinċipali, kif definit fir-Regolament II-2/A/3, il-paragrafu 32 ma jinterferixxix mas-servizzi essenzjali għas-sikurezza fi kwalunkwe żona oħra bħalha. Dan ir-rekwiżit jiġi ssodisfat jekk il-feeders prinċipali u ta’ emerġenza li jgħaddu minn tali żona jkunu separati kemm vertikalment kif ukoll orizzontalment fil-wisa’ sa fejn ikun prattiku.

PARTI E

REKWIŻITI ADDIZZJONALI GĦALL-VAPURI LI NBNEW BI SPAZJI TAL-MAKKINARJU LI PERJODIKAMENT MA JKOLLHOMX NIES MAGĦHOM

Ir-Regolament II-1/E/46: Ġenerali

1.

L-arranġamenti pprovduti għandhom ikunu b’tali mod li jiżguraw li s-sikurezza tal-vapur fil-kundizzjonijiet kollha tat-tbaħħir, inkluż l-immanuvrar, tkun ekwivalenti għal dik ta’ vapur li jkollu n-nies mal-ispazji tal-makkinarju.

2.

Għandhom jittieħdu miżuri biex jiġi żgurat li t-tagħmir qed jiffunzjona b’mod affidabbli u li jsiru arranġamenti sodisfaċenti għal spezzjonijiet regolari u għal testijiet tar-rutina sabiex jiżguraw ħidma kontinwa u ta’ min joqgħod fuqha.

3.

Kull vapur għandu jiġi pprovdut b’evidenza dokumentata dwar kemm hu kapaċi jaħdem bi spazji tal-makkinarju li ma jkollhomx nies magħhom.

Ir-Regolament II-1/E/47: Prekawzjonijiet kontra n-nar

1.

Għandhom jiġu pprovduti mezzi biex jindividwaw u jagħtu l-allarm fi stadju bikri f’każ ta’ nirien:

.1

fil-kejsings tal-provvista tal-arja tal-bojlers u fl-egżosts (uptakes); u

.2

fiċ-ċintorini tal-arja (scavenging air belts) tal-makkinarju tal-propulsjoni, għajr jekk jiġi kkunsidrat li mhuwiex meħtieġ f’każ partikolari.

2.

Il-magni tal-kombustjoni interna ta’ 2 250 kW u aktar jew li għandhom ċilindri b’bor ta’ aktar minn 300 mm għandhom jiġu pprovduti b’tagħmir li jindividwa rxiex taż-żejt fil-kaxxa tal-krank jew monitors tal-magna li juru t-temperatura jew mezzi ekwivalenti.

Ir-Regolament II-1/E/48: Protezzjoni kontra t-tgħarriq

1.

Il-bjar tas-sentina fl-ispazji tal-makkinarju li ma jkollhomx nies magħhom għandhom jiġu lokalizzati u mmonitorjati b’tali mod li l-akkumulu tal-likwidi jintgħaraf f’angoli normali tal-inklinazzjoni u tal-mejl, u għandhom ikunu kbar biżżejjed biex jakkomodaw faċilment id-drenaġġ normali matul il-perjodu li ma jkunx hemm nies magħhom.

2.

Fejn il-pompi tas-sentina jkunu kapaċi jistartjaw waħedhom b’mod awtomatiku, għandhom jiġu pprovduti mezzi biex jindikaw meta l-influss ta’ likwidu jkun akbar mill-kapaċità tal-pompa jew meta l-pompa tkun qed taħdem aktar spiss milli jkun normalment mistenni. F’dawn il-każijiet, bjar żgħar tas-sentina biex ikopru perjodu raġonevoli ta’ żmien jistgħu jiġu permessi. Fejn huma pprovduti pompi tas-sentina kkontrollati awtomatikament, għandha tingħata attenzjoni speċjali għar-rekwiżiti tal-prevenzjoni tat-tniġġis biż-żejt.

3.

Il-post tal-kontrolli ta’ kwalunkwe valv li jservi daħla tal-baħar, punt ta’ ħruġ ’l isfel mil-livell tal-ilma jew sistema ta’ injezzjoni tas-sentina għandhom ikunu f’post li jħalli biżżejjed ħin għat-tħaddim fil-każ ta’ influss tal-ilma fl-ispazju, wara li jiġi kkunsidrat il-ħin li x’aktarx huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu u jitħaddmu dawn il-kontrolli. Jekk il-livell li fih l-ispazju jista’ jegħreq bil-vapur fil-kundizzjoni ta’ tagħbija massima jirrikjedi hekk, għandhom isiru arranġamenti sabiex jitħaddmu l-kontrolli minn pożizzjoni li tkun ’il fuq mit-tali livell.

Ir-Regolament II-1/E/49: Kontroll tal-makkinarju tal-propulsjoni mill-pont tan-navigazzjoni

1.

Fil-kundizzjonijiet kollha tat-tbaħħir, inkluż l-immanuvrar, il-veloċità, id-direzzjoni tal-ġibda u, jekk ikun applikabbli, il-pass tal-iskrun għandhom ikunu kontrollabbli għalkollox mill-pont tan-navigazzjoni.

1.1.

Tali kontroll mill-bogħod għandu jsir b’mezz wieħed tal-kontroll separat għal kull skrun indipendenti, bi twettiq awtomatiku tas-servizzi kollha assoċjati, inkluż, fejn ikun meħtieġ, mezzi biex jipprevjenu tagħbija żejda fuq il-makkinarju tal-propulsjoni.

1.2.

Il-makkinarju prinċipali tal-propulsjoni għandu jiġi pprovdut b’mezz ta’ waqfien f’emerġenza fil-pont tan-navigazzjoni li għandu jkun indipendenti mis-sistema tal-kontroll tan-navigazzjoni fil-pont.

2.

L-ordnijiet tal-makkinarju tal-propulsjoni mill-pont tan-navigazzjoni għandhom jiġu indikati fil-kamra prinċipali tal-kontroll tal-makkinarju jew fil-pożizzjoni tal-kontroll tal-makkinarju tal-propulsjoni kif ikun xieraq.

3.

Il-kontroll mill-bogħod tal-makkinarju tal-propulsjoni għandu jkun possibbli biss minn post wieħed kull darba; f’tali postijiet ikunu permessi pożizzjonijiet tal-kontroll interkonnessi. F’kull post għandu jkun hemm indikatur li juri liema post qiegħed jikkontrolla l-makkinarju tal-propulsjoni. It-trasferiment tal-kontroll bejn il-pont tan-navigazzjoni u l-ispazji tal-makkinarju għandu jkun possibbli biss fl-ispazju prinċipali tal-makkinarju jew fil-kamra tal-kontroll tal-makkinarju prinċipali. Is-sistema għandha tinkludi mezz li jevita li l-imbottatura li ssuq ’il quddiem tinbidel b’mod sinifikanti waqt li l-kontroll ikun qed jiġi ttrasferit minn post għall-ieħor;

4.

Għandu jkun possibbli għall-makkinarju essenzjali kollu għat-tħaddim sikur tal-vapur li jiġi kkontrollat minn pożizzjoni lokali, anki fil-każ ta’ nuqqas f’xi parti mis-sistemi awtomatiċi jew tal-kontroll mill-bogħod.

5.

Id-disinn tas-sistema awtomatika ta’ kontroll mill-bogħod għandu jkun tali li fil-każ ta’ ħsara jingħata allarm. Sakemm ma jitqiesx prattikabbli, il-veloċità ddeterminata minn qabel u d-direzzjoni tal-imbottatura tal-iskrun għandhom jinżammu sakemm jibda jitħaddem il-kontroll lokali;

6.

Għandhom jitwaħħlu indikaturi fil-pont tan-navigazzjoni:

.1

għall-veloċità tal-iskrun u għad-direzzjoni tar-rotazzjoni fil-każ ta’ skrejjen b’pass fiss; jew

.2

għall-veloċità tal-iskrun u l-pożizzjoni tal-pass fil-każ ta’ skrejjen b’pass kontrollabbli.

7.

L-għadd ta’ tentattivi awtomatiċi konsekuttivi li ma jirnexxilhomx iwasslu għal startjar għandhom jiġu limitati sabiex jissalvagwardaw biżżejjed pressjoni tal-arja tal-istartjar. Għandu jiġi pprovdut allarm biex jindika livell ta’ pressjoni tal-arja baxxa li xorta tippermetti l-istartjar tal-makkinarju tal-propulsjoni.

Ir-Regolament II-1/E/50: Komunikazzjoni

Għandu jiġi pprovdut mezz affidabbli tal-komunikazzjoni verbali bejn il-kamra tal-kontroll tal-makkinarju jew il-pożizzjoni tal-kontroll tal-makkinarju tal-propulsjoni kif inhu xieraq, il-pont tan-navigazzjoni u l-akkomodazzjoni tal-uffiċjali tal-inġiniera.

Ir-Regolament II-1/E/51: Sistema tal-allarm

1.

Għandha tiġi pprovduta sistema tal-allarm li tindika kwalunkwe ħsara li tkun teħtieġ l-attenzjoni u:

.1

għandha tkun kapaċi tagħmel allarm li jinstema’ fil-kamra tal-kontroll tal-makkinarju prinċipali jew fil-pożizzjoni tal-kontroll tal-makkinarju tal-propulsjoni, u tindika viżwalment kull funzjoni separata tal-allarm f’pożizzjoni xierqa;

.2

għandu jkollha konnessjoni mal-kmamar pubbliċi tal-inġiniera u ma’ kull waħda mill-kabini tal-inġiniera bi swiċċ tal-għażla, li jiżgura l-konnessjoni ma’ mill-anqas waħda minn dawk il-kabini. Jistgħu jiġu permessi arranġamenti alternattivi jekk ikunu kkunsidrati bħala ekwivalenti;

.3

għandha tattiva allarm li jinstema’ u li jkun viżiv fil-pont tan-navigazzjoni għal kwalunkwe sitwazzjoni li titlob azzjoni mill-uffiċjal li jkun għassa jew l-attenzjoni tiegħu;

.4

sa fejn ikun prattikabbli għandha tkun iddisinjata fuq il-prinċipju “fail-to-safety”; u

.5

għandha tattiva l-allarm tal-inġiniera meħtieġ skont ir-Regolament II-1/C/38, jekk funzjoni tal-allarm ma tkunx irċeviet l-attenzjoni lokalment fi żmien limitat.

2.1.

Is-sistema tal-allarm għandha tkun alimentata kontinwament u għandu jkollha bdil awtomatiku għall-provvista tal-enerġija ta’ riżerva fil-każ ta’ telf tal-provvista normali tal-enerġija.

2.2.

Ħsara fil-provvista normali tal-enerġija tas-sistema tal-allarm għandha tiġi indikata b’allarm.

3.1.

Is-sistema tal-allarm għandha tkun kapaċi tindika fl-istess ħin aktar minn ħsara waħda u l-aċċettazzjoni ta’ allarm ma għandhiex ittellef allarm ieħor.

3.2.

L-aċċettazzjoni fil-pożizzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ kwalunkwe kundizzjoni ta’ allarm għandha tiġi indikata fil-pożizzjonijiet fejn din tintwera. L-allarmi għandhom jinżammu sakemm jiġu aċċettati u l-indikaturi viżivi tal-allarmi individwali għandhom jibqgħu sakemm il-ħsara tissewwa, meta s-sistema tal-allarm awtomatikament titqiegħed mill-ġdid f’postha fil-kundizzjoni normali tat-tħaddim.

Ir-Regolament II-1/E/52: Sistemi tas-sikurezza

Sistema tas-sikurezza għandha tiġi pprovduta biex tiżgura li funzjoni ħażina serja fil-makkinarju jew tħaddim tal-bojlers li tippreżenta periklu immedjat, għandha tibda l-għeluq awtomatiku ta’ dik il-parti tal-impjant u li għandu jingħata allarm. L-għeluq tas-sistema tal-propulsjoni ma għandhiex tkun attivata awtomatikament ħlief fil-każijiet li jistgħu jwasslu għal ħsara serja, waqfien totali, jew splużjoni. Fejn l-arranġamenti għall-irkib tal-għeluq tal-makkinarju prinċipali li jħaddem ikunu mwaħħlin, dawn għandhom ikunu tali li jipprekludu t-tħaddim bi żball. Għandhom jiġu pprovduti mezzi viżivi biex jindikaw meta l-irkib ikun ġie attivat. Għeluq awtomatiku tal-makkinarju u kontrolli li jnaqqsu l-veloċità għandhom jiġu separati mill-installazzjoni tal-allarm.

Ir-Regolament II-1/E/53: Rekwiżiti speċjali għall-installazzjonijiet tal-makkinarju, tal-bojlers u tal-elettriku

2.

Is-sors prinċipali tal-enerġija elettrika għandu jikkonforma ma’ dan li ġej:

2.1.

fejn l-enerġija elettrika tista’ normalment tiġi pprovduta minn ġeneratur wieħed, għandhom jiġu pprovduti arranġamenti xierqa ta’ tnaqqis tat-tagħbija biex jiżguraw l-integrità tal-provvisti għas-servizzi meħtieġa għall-propulsjoni u għall-għoti tad-direzzjoni kif ukoll għas-sikurezza tal-vapur. Fil-każ ta’ telf tal-ġeneratur waqt li jkun qed jaħdem, għandhom isiru arranġamenti xierqa għall-istartjar awtomatiku u għall-konnessjoni mal-iswiċċbord prinċipali ta’ ġeneratur li jkun fir-riżerva li jkollu kapaċità biżżejjed li jippermetti li ssir il-propulsjoni u d-direzzjoni u li jiżgura s-sikurezza tal-vapur bl-istartjar mill-ġdid tal-awżiljari essenzjali inklużi, fejn meħtieġ, l-operazzjonijiet sekwenzjali.

2.2.

Jekk l-enerġija elettrika normalment tiġi pprovduta minn aktar minn ġeneratur wieħed fl-istess ħin bi tħaddim parallel, għandu jkun hemm dispożizzjoni, pereżempju permezz tat-tnaqqis tat-tagħbija, biex jiġi żgurat li, fil-każ ta’ telf ta’ wieħed mis-settijiet tal-ġenerazzjoni, dawk li jifdal jinżammu jaħdmu mingħajr ma jkollhom tagħbija żejda sabiex jippermettu l-propulsjoni u l-għoti tad-direzzjoni, u sabiex tiġi żgurata s-sikurezza tal-vapur.

3.

Fejn ikunu meħtieġa magni ta’ riżerva għal makkinarju awżiljarju ieħor li jkun essenzjali għall-propulsjoni, għandhom jiġu pprovduti mezzi tal-bdil awtomatiku.

4.

Sistemi awtomatiċi tal-kontroll u tal-allarm

4.1.

Is-sistema tal-kontroll għandha tkun tali li s-servizzi meħtieġa għat-tħaddim tal-makkinarju prinċipali tal-propulsjoni u l-awżiljari tiegħu jkunu żgurati permezz tal-arranġamenti awtomatiċi neċessarji.

4.2.

Għandu jingħata allarm mal-bdil awtomatiku.

4.3.

Għandha tiġi pprovduta sistema tal-allarm li tikkonforma mar-Regolament II-1/E/51 għall-pressjonijiet, għat-temperaturi u għal-livelli ta’ fluwidi importanti u għal parametri essenzjali oħra.

4.4.

Għandha tiġi rranġata pożizzjoni ċentralizzata tal-kontroll bil-panels neċessarji tal-allarm u bl-istrumentazzjoni li tindika li hemm xi allarm.

5.

Għandhom jiġu pprovduti mezzi biex iżommu l-pressjoni tal-arja tal-istartjar fil-livell meħtieġ fejn il-magni tal-kombustjoni interna li huma essenzjali għall-propulsjoni prinċipali jiġu startjati bl-arja kompressa.

Ir-Regolament II-1/E/54: Kunsiderazzjoni speċjali

Il-vapuri għandhom jiġu kkunsidrati b’mod speċjali mill-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera jekk l-ispazji tal-makkinarju jistgħux jitħallew mingħajr nies magħhom, u jekk dan ikun il-każ, jekk humiex neċessarji rekwiżiti addizzjonali ma’ dawk stipulati fir-Regolamenti rilevanti sabiex tinkiseb sikurezza ekwivalenti għal dik ta’ spazji tal-makkinarju li normalment ikollhom in-nies magħhom.

PARTI G

VAPURI LI JUŻAW KARBURANTI B’PUNT TA’ FJAMMABBILTÀ BAXX

Ir-Regolament II-1/G/57: Rekwiżiti għall-vapuri li jużaw karburanti b’punt ta’ fjammabbiltà baxx

Il-vapuri li jużaw karburanti gassużi jew likwidi li jkollhom punt ta’ fjammabbiltà aktar baxx minn dak permess skont ir-Regolament II-2/4.2.1.1, għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-Kodiċi IGF, kif definit fir-Regolament II-1/2.28 tal-Konvenzjoni SOLAS.

PARTI Z

REKWIŻITI SPEĊIFIĊI TAD-DIRETTIVA 2009/45/KE

Ir-Regolament II-1/Z/100: Pjattaformi u rampi tal-karozzi li jistgħu jiġu olzati

Fuq vapuri mgħammra bi gverti mdendla għat-trasport tal-vetturi tal-passiġġieri, il-kostruzzjoni, l-installazzjoni u t-tħaddim għandhom jitwettqu skont il-miżuri imposti mill-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera. Fir-rigward tal-kostruzzjoni, għandhom jintużaw ir-regoli rilevanti ta’ organizzazzjoni rikonoxxuta.

Ir-Regolament II-1/Z/101: Ilqugħ

1.

Fuq il-gverti esterni li għalihom il-passiġġieri għandhom aċċess, u fejn ma hemmx murata tal-għoli neċessarju pprovdut, għandu jiġi pprovdut ilqugħ ta’ għoli minimu ta’ 1 100 mm ’il fuq mill-gverta u ta’ tali disinn u kostruzzjoni biex jiġi evitat li xi passiġġier jirkeb fuq dan l-ilqugħ u aċċidentalment jaqa’ minn dik il-gverta.

2.

It-turġien u l-pjanijiet fuq tali gverti esterni għandhom jiġu pprovduti b’ilqugħ ta’ kostruzzjoni ekwivalenti.

Ir-Regolament II-1/Z/102: Liftijiet

1.

Il-liftijiet tal-passiġġieri u tal-oġġetti għandhom, fir-rigward tad-dimensjonar, it-tqassim, l-għadd ta’ passiġġieri u/jew il-kwantità ta’ oġġetti, jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet stabbiliti mill-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera f’kull każ individwali jew għal kull tip ta’ impjant.

2.

It-tpinġijiet tal-installazzjoni u l-istruzzjonijiet tal-manutenzjoni, inkluż id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-ispezzjonijiet perjodiċi, għandhom jiġu approvati mill-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera, li għandha tispezzjona u tapprova l-impjant qabel ma jibda jintuża.

3.

Wara l-approvazzjoni, l-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera għandha toħroġ ċertifikat li għandu jinżamm abbord.

4.

L-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera tista’ tippermetti li jsiru spezzjonijiet perjodiċi minn espert li jkun awtorizzat mill-Amministrazzjoni, jew minn organizzazzjoni rikonoxxuta.

KAPITOLU II-2

PROTEZZJONI MIN-NAR, INDIVIDWAZZJONI TAN-NAR U TIFI TAN-NAR

PARTI A

ĠENERALI

Ir-Regolament II-2/A/1Applikazzjoni

3.   Tiswijiet, alterazzjonijiet, modifiki u tiġdid

3.1.

Il-vapuri kollha li jsirulhom tiswijiet, alterazzjonijiet, modifiki u tiġdid relatat magħhom li ma jaqgħux taħt id-definizzjoni ta’ natura estensiva inkluża fl-Artikolu 2(zh) tad-Direttiva 2009/45/KE għandhom ikomplu jikkonformaw ma’ mill-inqas ir-rekwiżiti li qabel kienu applikabbli għal dawn il-vapuri.

Ir-Regolament II-2/A/2: Objettivi u rekwiżiti funzjonali tas-sikurezza f’każ ta’ nirien

1.   Objettivi tas-sikurezza f’każ ta’ nirien

1.1.

L-objettivi tas-sikurezza f’każ ta’ nirien ta’ dan il-kapitolu huma:

.1

li tiġi evitata l-okkorrenza ta’ nirien u ta’ splużjonijiet;

.2

li jitnaqqas ir-riskju għall-ħajja kkawżat min-nirien;

.3

li jitnaqqas ir-riskju ta’ ħsarat ikkawżati min-nirien lill-vapur, lill-merkanzija tiegħu u lill-ambjent;

.4

li jinżammu, li jiġu kkontrollati u li jitrażżnu n-nirien u l-isplużjonijiet fil-kompartiment mnejn ikunu oriġinaw; u

.5

li jiġu pprovduti mezzi adegwati u aċċessibbli faċilment għall-ħrib tal-passiġġieri u tal-ekwipaġġ.

2.   Rekwiżiti funzjonali

2.1.

Sabiex jinkisbu l-objettivi tan-nirien stabbiliti fil-paragrafu 1, il-prinċipji bażiċi li ġejjin isejsu r-Regolamenti ta’ dan il-kapitolu u jagħmlu parti mir-Regolamenti kif inhu xieraq, filwaqt li jikkunsidraw it-tip ta’ vapuri u l-periklu potenzjali involut ta’ nirien:

.1

id-diviżjoni tal-vapur f’żoni vertikali prinċipali b’konfini termali u strutturali;

.2

is-separazzjoni tal-ispazji tal-akkomodazzjoni mill-kumplament tal-vapur b’konfini termali u strutturali;

.3

l-użu ristrett tal-materjali kombustibbli;

.4

l-individwazzjoni ta’ kwalunkwe nar fiż-żona tal-oriġini;

.5

iż-żamma u t-tifi ta’ kwalunkwe nar fl-ispazju tal-oriġini;

.6

il-protezzjoni tal-mezz tal-ħrib u l-aċċess għat-tifi tan-nar;

.7

id-disponibbiltà fil-pront tat-tagħmir tat-tifi tan-nar;

.8

il-minimizzazzjoni tat-tqabbid possibbli tal-fwar fjammabbli tal-merkanzija.

3.   Ksib tal-objettivi tas-sikurezza f’każ ta’ nirien

L-objettivi tas-sikurezza f’każ ta’ nirien stabbiliti fil-paragrafu.1 għandhom jinkisbu billi tiġi żgurata konformità mar-rekwiżiti preskrittivi speċifikati f’dan il-kapitolu jew b’disinn u b’arranġamenti alternattivi li jikkonformaw mal-Parti F tal-Kapitolu II-2 revedut tal-Konvenzjoni SOLAS tal-1974, kif emendata. Vapur għandu jiġi kkunsidrat li jissodisfa r-rekwiżiti funzjonali stabbiliti fil-paragrafu 2 u li jikseb l-objettivi tas-sikurezza f’każ ta’ nirien stabbiliti fil-paragrafu 1 meta:

.1

id-disinni u l-arranġamenti tal-vapur, kollha kemm huma, jikkonformaw mar-rekwiżiti preskrittivi rilevanti f’dan il-kapitolu;

.2

id-disinni u l-arranġamenti tal-vapur, kollha kemm huma, ikunu ġew rieżaminati u approvati f’konformità mal-Parti F tal-Kapitolu II-2 revedut tal-Konvenzjoni SOLAS tal-1974, kif emendata;

.3

parti(jiet) tad-disinni u tal-arranġamenti tal-vapur, ikunu ġew rieżaminati u approvati f’konformità mal-Parti F tal-Kapitolu II-2 revedut tal-Konvenzjoni SOLAS, u l-partijiet li jibqa’ tal-vapur jikkonformaw mar-rekwiżiti preskrittivi rilevanti ta’ dan il-kapitolu.

Ir-Regolament II-2/A/3: Definizzjonijiet

1.

Spazji tal-akkomodazzjoni huma dawk l-ispazji li jintużaw bħala spazji pubbliċi, kurituri, tojlits, kabini, uffiċini, sptarijiet, ċinema, kmamar tal-logħob u tal-passatempi, ħwienet tal-barbiera, dispensi li ma jkun fihom l-ebda tagħmir tat-tisjir u spazji simili.

2.

Id-diviżjonijiet tal-klassi “A” huma dawk id-diviżjonijiet iffurmati mill-paratiji u mill-gverti li jikkonformaw ma’ dan li ġej:

.1

għandhom jinbnew bl-azzar jew b’materjal ekwivalenti ieħor;

.2

għandhom jitwebbsu kemm ikun hemm bżonn;

.3

għandhom ikunu iżolati b’materjali mhux kombustibbli approvati b’tali mod li t-temperatura medja tan-naħa mhux esposta ma togħliex iżjed minn 140 °C ’il fuq mit-temperatura oriġinali, u lanqas it-temperatura, fi kwalunkwe punt, inkluż kwalunkwe ġonta, ma għandha togħla iżjed minn 180 °C ’il fuq mit-temperatura oriġinali, fil-ħin imniżżel hawn taħt:

il-klassi “A-60”

60 minuti

il-klassi “A-30”

30 minuti

klassi “A-15”

15 minuti

il-klassi “A-0”

0 minuti

.4

għandhom jinbnew b’tali mod li jkunu kapaċi jipprevjenu l-passaġġ tad-duħħan u tal-fjammi sa tmiem it-test tan-nar standard li jdum siegħa;

.5

L-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera għandha teħtieġ test ta’ prototip tal-paratija jew tal-gverta sabiex tiżgura li tissodisfa r-rekwiżiti ta’ hawn fuq għall-integrità u għaż-żieda fit-temperatura f’konformità mal-“Kodiċi tal-Proċeduri tat-Test tan-Nirien”.

3.

L-atriji huma spazji pubbliċi f’żona vertikali prinċipali waħda mifruxa fuq tliet gverti miftuħa jew aktar.

4.

Id-diviżjonijiet tal-klassi “ B” huma dawk id-diviżjonijiet iffurmati mill-paratiji, mill-gverti, mis-soqfa jew mis-suffitti li jikkonformaw ma’ li ġej:

.1

għandhom jinbnew b’tali mod li jkun kapaċi jipprevjenu l-passaġġ ta’ fjammi sa tmiem l-ewwel nofs siegħa tat-test tan-nar standard;

.2

għandu jkollhom valur ta’ iżolazzjoni tali li t-temperatura medja tan-naħa mhux esposta ma togħliex iżjed minn 140 °C ’il fuq mit-temperatura oriġinali, u lanqas it-temperatura, fi kwalunkwe punt, inkluż kwalunkwe ġonta, ma għandha togħla iżjed minn 225 °C ’il fuq mit-temperatura oriġinali fil-ħin imniżżel hawn taħt:

il-klassi “B-15”

15-il minuta

il-klassi “B-0”

0 minuti

.3

għandhom jinbnew b’materjali mhux kombustibbli approvati u l-materjali kollha li jidħlu fil-bini u fit-twaqqif ta’ diviżjonijiet tal-klassi “B” għandhom ikunu materjali mhux kombustibbli bl-eċċezzjoni ta’ fuljetti kombustibbli li jistgħu jkunu permessi diment li jissodisfaw rekwiżiti oħra ta’ dan il-kapitolu;

.4

l-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera għandha teħtieġ test ta’ prototip ta’ diviżjoni sabiex tiżgura li tissodisfa r-rekwiżiti ta’ hawn fuq għall-integrità u għaż-żieda fit-temperatura f’konformità mal-“Kodiċi tal-Proċeduri tat-Test tan-Nirien”.

8.

Spazji tal-merkanzija huma l-ispazji kollha li jintużaw għall-merkanzija (inkluż it-tankijiet taż-żejt tal-merkanzija) u għat-trunklines għal tali spazji.

9.

Stazzjon tal-kontroll ċentrali huwa stazzjon tal-kontroll li fih il-funzjonijiet tal-kontroll u tal-indikazzjoni li ġejjin ikunu ċċentralizzati:

.1

sistemi fissi tal-individwazzjoni tan-nirien u tal-allarm;

.2

sistemi awtomatiċi tal-bexxixiet, tal-individwazzjoni tan-nar u tal-allarm tan-nar;

.3

panels tal-indikazzjoni tal-bibien li jaqtgħu n-nirien;

.4

għeluq tal-bibien li jaqtgħu n-nirien;

.5

panels tal-indikazzjoni tal-bibien impermeabbli;

.6

għeluq tal-bibien impermeabbli;

.7

fannijiet tal-ventilazzjoni;

.8

allarmi ta’ kontra n-nirien/ġenerali;

.9

sistemi ta’ komunikazzjoni li jinkludu t-telefowns; u

.10

mikrofoni tas-sistemi tat-tgħarrif pubbliku.

10.

Id-diviżjonijiet tal-klassi “C” huma diviżjonijiet li nbnew b’materjali mhux kombustibbli approvati. Ma għandhom bżonn jissodisfaw l-ebda rekwiżit marbut mal-passaġġ tad-duħħan u tal-fjammi u lanqas limitazzjonijiet marbuta maż-żieda fit-temperatura. Il-fuljetti kombustibbli huma permessi diment li jissodisfaw rekwiżiti oħra ta’ dan il-kapitolu.

12.

Spazji magħluqa tal-merkanzija tal-vapuri ro-ro huma spazji tal-merkanzija tal-vapuri ro-ro li la jkunu spazji miftuħa tal-merkanzija tal-vapuri ro-ro u lanqas gverti tal-osservazzjoni.

13.

Spazji magħluqa tal-vetturi huma spazji tal-vetturi li la jkunu spazji miftuħa tal-vetturi u lanqas gverti tal-osservazzjoni.

16.

Soqfa jew suffitti kontinwi tal-klassi “B” huma dawk is-soqfa jew is-suffitti tal-klassi “B” li jispiċċaw biss f’diviżjoni tal-klassi “A” jew “B”.

17.

Stazzjon tal-kontroll ċentrali li jkollu n-nies miegħu kontinwament huwa stazzjon tal-kontroll ċentrali li kontinwament ikollu membru responsabbli tal-ekwipaġġ miegħu.

18.

Stazzjonijiet tal-kontroll huma dawk l-ispazji li fihom ikunu jinsabu t-tagħmir tan-navigazzjoni bir-radju jew prinċipali jew is-sors ta’ enerġija ta’ emerġenza jew fejn ikun iċċentralizzat it-tagħmir tar-reġistrazzjoni tan-nar jew tal-kontroll tan-nar.

20.

L-oġġetti perikolużi huma dawk l-oġġetti msemmija fil-Kodiċi IMDG, kif definit fir-Regolament VII/1.1 tal-Konvenzjoni SOLAS.

22.

Il-Kodiċi tas-Sistemi tas-Sikurezza kontra n-Nirien tfisser il-Kodiċi Internazzjonali għas-Sistemi tas-Sikurezza kontra n-Nirien adottat bir-Riżoluzzjoni MSC.98(73), kif emendata.

23.

Il-Kodiċi tal-Proċeduri tat-Test tan-Nar tfisser il-Kodiċi Internazzjonali għall-Applikazzjoni tal-Proċeduri tat-Test tan-Nar tal-2010, adottat bir-Riżoluzzjoni MSC.307(88), kif emendata.

24.

Il-punt ta’ fjammabbiltà huwa t-temperatura fi gradi Celsius (closed cup test) li fiha prodott jirrilaxxa biżżejjed fwar fjammabbli biex jaqbad, kif determinat b’apparat approvat tal-punt ta’ fjammabbiltà.

26.

Il-pjattaforma għall-ħelikopters hija żona mibnija apposta għall-inżul tal-ħelikopters li tkun tinsab fuq vapur, li tinkludi l-istruttura kollha, it-tagħmir tat-tifi tan-nar u tagħmir ieħor neċessarju għat-tħaddim sikur tal-ħelikopters.

29.

Tifrix baxx tal-fjammi tfisser li s-superfiċe deskritta b’dan il-mod tirrestrinġi b’mod adegwat it-tifrix tal-fjammi, u dan jiġi ddeterminat f’konformità mal-Kodiċi tal-Proċeduri tat-Test tan-Nar.

30.

L-ispazji tal-makkinarju huma l-ispazji kollha tal-makkinarju tal-kategorija A u dawk l-ispazji kollha li fihom makkinarju tal-propulsjoni, bojlers, unitajiet tal-karburant taż-żejt, magni tal-fwar u tal-kombustjoni interna, ġeneraturi u makkinarju elettriku prinċipali, stazzjonijiet tal-mili taż-żejt, makkinarju tal-ventilazzjoni u tal-kundizzjonament tal-arja, u spazji simili, u t-trunklines għal tali spazji.

31.

L-ispazji tal-makkinarju tal-kategorija A huma dawk l-ispazji u t-trunklines għal tali spazji li jkun fihom:

.1

makkinarju tal-kombustjoni interna li jintuża għall-propulsjoni prinċipali; jew

.2

makkinarju tal-kombustjoni interna li jintuża għal skopijiet oħra barra dawk tal-propulsjoni prinċipali fejn tali makkinarju jkollu output totali tal-enerġija ta’ mhux anqas minn 375 kW; jew

.3

kwalunkwe bojler taż-żejt jew unità tal-karburant taż-żejt, jew kwalunkwe tagħmir li jaħdem biż-żejt għajr il-bojlers, bħall-ġeneraturi tal-gass inerti, l-inċineraturi, eċċ.

32.

Iż-żoni vertikali prinċipali huma dawk it-taqsimiet li fihom il-buq, is-sovrastruttura u l-kmamar ta’ fuq il-gverta jkunu diviżi b’diviżjonijiet tal-klassi “A”, fejn it-tul u l-wisa’ medji tagħhom fuq kwalunkwe gverta b’mod ġenerali ma jaqbżux l-40 metru.

33.

Materjal mhux kombustibbli huwa materjal li la jaqbad u lanqas jitfa’ fwar li jaqbad fi kwantità suffiċjenti biex jaqbad waħdu meta jissaħħan sa bejn wieħed u ieħor 750 °C, u dan jiġi ddeterminat f’konformità mal-Kodiċi tal-Proċeduri tat-Test tan-Nar. Kwalunkwe materjal ieħor huwa materjal kombustibbli.

34.

Unità tal-karburant taż-żejt huwa t-tagħmir li jintuża għall-preparazzjoni tal-karburant taż-żejt għall-konsenja lejn bojler taż-żejt, jew tagħmir li jintuża għall-preparazzjoni għall-konsenja taż-żejt imsaħħan lejn magna tal-kombustjoni interna, u jinkludi kwalunkwe pompa tal-pressjoni taż-żejt, filtru u tagħmir tat-tisħin li jkollhom x’jaqsmu ma’ żejt b’pressjoni ta’ aktar minn 0,18 N/mm2.

35.

Spazji miftuħa tal-merkanzija tal-vapuri ro-ro huma spazji tal-merkanzija tal-vapuri ro-ro li jkunu miftuħa miż-żewġ naħat jew inkella li jkunu miftuħa minn naħa waħda, li jkunu pprovduti b’ventilazzjoni naturali adegwata li tkun effettiva fuq it-tul kollu permezz ta’ fetħiet permanenti fil-pjanċi tal-ġenb jew fil-ponta tal-gverta, jew minn fuq, u li jkollhom erja totali ta’ mill-anqas 10 % tal-erja totali tal-ġnub tal-ispazji.

36.

Spazji miftuħa tal-vetturi huma dawk l-ispazji tal-vetturi li jkunu miftuħa miż-żewġ naħat jew inkella li jkunu miftuħa minn naħa waħda, li jkunu pprovduti b’ventilazzjoni naturali adegwata li tkun effettiva fuq it-tul kollu permezz ta’ fetħiet permanenti fil-pjanċi tal-ġenb jew fil-ponta tal-gverta, jew minn fuq, u li jkollhom erja totali ta’ mill-anqas 10 % tal-arja totali tal-ġnub tal-ispazji.

38.

Rekwiżiti preskrittivi jfissru l-karatteristiki kostruttivi, li jillimitaw d-dimensjonijiet jew is-sistemi tas-sikurezza kontra n-nirien speċifikati f’dan il-kapitolu.

39.

Spazji pubbliċi huma dawk il-porzjonijiet tal-akkomodazzjoni li jintużaw għas-swali, għall-kmamar tal-ikel, għas-salotti u għal spazji oħra simili li jkunu magħluqa b’mod permanenti.

40.

Il-kmamar li jkun fihom l-għamara u t-tagħmir ta’ riskju ristrett ta’ nirien huma, għall-iskop tar-Regolament II-2/C/9, dawk il-kmamar li jkun fihom l-għamara u t-tagħmir ta’ riskju ristrett ta’ nirien (kemm jekk kabini, spazji pubbliċi, uffiċini jew tipi oħra ta’ akkomodazzjoni) li jkun fihom:

.1

l-għamara kollha bħal skrivaniji, gwardarobbi, tavolini, burò u gradenzi, li tkun mibnija totalment b’materjali mhux kombustibbli approvati, għajr fuljetta kombustibbli li ma taqbiżx iż-2 mm li tista’ tintuża fuq is-superfiċe tax-xogħol ta’ tali oġġetti;

.2

l-għamara għaliha kollha, bħal siġġijiet, sufani u mwejjed, li tkun mibnija b’oqfsa ta’ materjali mhux kombustibbli;

.3

id-drappijiet kollha, il-purtieri kollha u materjali mdendla oħra tat-tessuti jkollhom kwalitajiet ta’ reżistenza għall-propagazzjoni tal-fjammi mhux inferjuri għal dawk tas-suf b’massa ta’ 0,8 kg/m2, f’konformità mal-Kodiċi tal-Proċeduri tat-Test tan-Nar;

.4

il-koperturi kollha tal-art ikollhom karatteristiki ta’ tifrix baxx tal-fjammi;

.5

is-superfiċi esposti kollha tal-paratiji, tas-suffitti u tas-soqfa jkollhom karatteristiki ta’ tifrix baxx tal-fjammi; u

.6

l-għamara kollha bit-tapizzerija jkollha kwalitajiet ta’ reżistenza għat-tqabbid u għall-propagazzjoni tal-fjammi, f’konformità mal-Kodiċi tal-Proċeduri tat-Test tan-Nar.

.7

il-komponenti kollha tas-sodod ikollhom kwalitajiet ta’ reżistenza għat-tqabbid u għall-propagazzjoni tal-fjammi, u dan ikun determinat f’konformità mal-Kodiċi tal-Proċeduri tat-Test tan-Nar.

41.

Spazji tal-merkanzija tal-vapuri ro-ro huma spazji li normalment ma jkunu suddiviżi bl-ebda mod u li jestendu għal tul sostanzjali jew inkella għat-tul kollu tal-vapur, li fihom il-vetturi bil-mutur li jkollhom il-karburant fit-tankijiet tagħhom għall-propulsjoni tagħhom stess u/jew oġġetti (ippakkjati jew sfużi, fil-karozzi tat-triq, fil-vetturi ferrovjarji jew fuqhom), vetturi (inklużi vetturi tat-triq u ferrovjarji li jġorru ż-żejt), trejlers, kontejners, pallets, tankijiet li jiżżarmaw jew f’unitajiet jew f’reċipjenti oħra tal-istivar simili) ikunu jistgħu jitgħabbew u jinħattu normalment f’direzzjoni orizzontali.

42.

Vapur ro-ro tal-passiġġieri tfisser vapur tal-passiġġieri bi spazji tal-merkanzija tal-vapuri ro-ro jew bi spazji ta’ kategorija speċjali kif definit fir-Regolament II-2/A/3.

45.

Spazji tas-servizz huma dawk l-ispazji li jintużaw għall-kċejjen, għad-dispensi li jkun fihom it-tagħmir tat-tisjir, għall-kabinetti li jissakkru, għall-kmamar tal-posta u għall-kmamar għall-ħżin ta’ oġġetti ta’ valur, għall-postijiet fejn isir ix-xogħol għajr dawk li jiffurmaw parti mill-ispazji tal-makkinarju, u spazji u trunklines simili għal tali spazji.

46.

Spazji ta’ kategorija speċjali huma dawk l-ispazji tal-vetturi magħluqa ’l fuq jew ’l isfel mill-gverta tal-paratija li tali vetturi jistgħu jinsaqu fihom jew joħorġu minnhom u li għalihom ikollhom aċċess il-passiġġieri. L-ispazji ta’ kategorija speċjali jistgħu jiġu akkomodati fuq aktar minn gverta waħda diment li l-għoli ġenerali totali li jgħaddu minn taħtu l-vetturi ma jaqbiżx l-10 metri.

47.

Test tan-nar standard huwa dak definit fl-Artikolu 2 (zb) tad-Direttiva 2009/45/KE.

49.

L-ispazji tal-vetturi huma spazji tal-merkanzija maħsuba għall-ġarr tal-vetturi bil-mutur li jkollhom il-karburant fit-tankijiet tagħhom għall-propulsjoni tagħhom stess.

50.

Gverta tal-osservazzjoni hija gverta li tkun esposta kompletament għat-temp minn fuq u tal-anqas minn żewġt iġnub.

53.

Il-gallarija tal-kabina hija spazju miftuħ ta’ fuq il-gverta pprovdut għall-użu esklużiv tal-okkupanti ta’ kabina waħda u li jkollha aċċess dirett minn tali kabina.

54.

Barriera tan-nirien tfisser, għall-iskop tal-implimentazzjoni tar-Regolament II-2/C/9, il-paragrafu 7, apparat installat f’kanal tal-ventilazzjoni li f’kundizzjonijiet normali jibqa’ miftuħ u jippermetti li jgħaddi l-kurrent fil-kanal, u li jingħalaq meta jkun hemm xi nirien, sabiex jipprevjeni l-kurrent fil-kanal u b’hekk jirrestrinġi l-passaġġ tan-nirien. Meta tintuża d-definizzjoni ta’ hawn fuq, jistgħu jiġu assoċjati magħha t-termini li ġejjin:

.1

barriera tan-nirien awtomatika tfisser barriera tan-nirien li tingħalaq waħedha meta jkun hemm esponiment għall-prodotti tan-nar;

.2

barriera tan-nirien manwali tfisser barriera tan-nirien maħsuba biex tinfetaħ jew tingħalaq manwalment mill-ekwipaġġ direttament fil-post; u

.3

barriera tan-nirien li titħaddem mill-bogħod tfisser barriera tan-nirien li tingħalaq mill-ekwipaġġ permezz ta’ apparat ta’ kontroll li jkun jinsab ’il bogħod mill-barriera kkontrollata.

55.

Barriera tad-duħħan tfisser, għall-iskop tal-implimentazzjoni tar-Regolament II-2/C/9, il-paragrafu 7, apparat installat f’kanal tal-ventilazzjoni li f’kundizzjonijiet normali jibqa’ miftuħ u jippermetti li jgħaddi l-kurrent fil-kanal, u li jingħalaq meta jkun hemm xi nirien, sabiex jipprevjeni l-kurrent fil-kanal u b’hekk jirrestrinġi l-passaġġ tad-duħħan u tal-gassijiet sħan. Mhux mistenni li barriera tad-duħħan tikkontribwixxi għall-integrità ta’ diviżjoni kklassifikata kontra n-nar li tiġi ppenetrata minn kanal tal-ventilazzjoni. Meta tintuża d-definizzjoni ta’ hawn fuq, jistgħu jiġu assoċjati magħha t-termini li ġejjin:

.1

barriera tad-duħħan awtomatika tfisser barriera tad-duħħan li tingħalaq waħedha meta jkun hemm esponiment għad-duħħan jew għall-gassijiet sħan;

.2

barriera tad-duħħan manwali tfisser barriera tad-duħħan maħsuba biex tinfetaħ jew tingħalaq manwalment mill-ekwipaġġ direttament fil-post; u

.3

barriera tad-duħħan li titħaddem mill-bogħod tfisser barriera tad-duħħan li tingħalaq mill-ekwipaġġ permezz ta’ apparat ta’ kontroll li jkun jinsab ’il bogħod mill-barriera kkontrollata.

PARTI B

PREVENZJONI TAN-NAR U TA’ SPLUŻJONI

Ir-Regolament II-2/B/4: Probabbiltà ta’ tqabbid

1.   Skop

L-iskop tar-Regolament II-2/B/4 huwa il-prevenzjoni tat-tqabbid tal-materjali kombustibbli jew tal-likwidi li jieħdu n-nar. Għal dan l-iskop, għandhom jiġu ssodisfati r-rekwiżiti funzjonali li ġejjin:

.1

għandhom jiġu pprovduti mezzi biex jiġu kkontrollati t-tnixxijiet ta’ likwidi li jieħdu n-nar;

.2

għandhom jiġu pprovduti mezzi biex tiġi limitata l-akkumulazzjoni tal-fwar li jieħu n-nar;

.3

għandha tiġi ristretta l-possibbiltà li l-materjali kombustibbli jkunu jistgħu jitqabbdu;

.4

għandhom jiġu ristretti s-sorsi ta’ tqabbid; u

.5

is-sorsi ta’ tqabbid għandhom jiġu sseparati mill-materjali kombustibbli u mil-likwidi li jieħdu n-nar.

2.   Arranġamenti għall-karburant taż-żejt, għaż-żejt lubrifikanti u għal żjut oħra li jieħdu n-nar

2.1.   Limitazzjonijiet fl-użu taż-żejt bħala karburant

Il-limitazzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw għall-użu taż-żejt bħala karburant:

.1

Ħlief jekk mhux permess mod ieħor skont dan il-paragrafu, ma għandu jintuża l-ebda karburant taż-żejt li l-punt ta’ fjammabbiltà tiegħu jkun anqas minn 60 °C.

.2

Fil-ġeneraturi ta’ emerġenza, jista’ jintuża karburant taż-żejt li l-punt ta’ fjammabbiltà tiegħu ma jkunx anqas minn 43 °C.

.3

Soġġett għal dawn il-prekawzjonijiet addizzjonali li tista’ tikkunsidra li jkunu meħtieġa u bil-kundizzjoni li t-temperatura ambjentali tal-ispazju li fih jinħażen jew jintuża tali karburant taż-żejt ma titħalliex togħla sa 10 °C taħt il-punt ta’ fjammabbiltà tal-karburant taż-żejt, l-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera tista’ tippermetti l-użu ta’ karburant taż-żejt li jkollu punt ta’ fjammabbiltà ta’ anqas minn 60 °C iżda ta’ mhux anqas minn 43 °C (eż. biex jiġu alimentati l-magni u l-makkinarji awżiljarji tal-pompa tan-nirien ta’ emerġenza li ma jkunux jinsabu fl-ispazji tal-makkinarju tal-kategorija A), soġġett għal dan li ġej:

.3.1

it-tankijiet taż-żejt tal-karburant għajr dawk li jkunu rranġati f’kompartimenti bil-qiegħ doppju għandhom ikunu jinsabu ’l barra mill-ispazji tal-makkinarju tal-kategorija A;

.3.2

id-dispożizzjonijiet għall-kejl tat-temperatura taż-żejt ikunu pprovduti fuq il-pajp li jiġbed tal-pompa tal-karburant taż-żejt;

.3.3

jiġu pprovduti valvijiet iżolanti u/jew viti fuq in-naħa tad-daħla u fuq in-naħa tal-ħruġ tal-istrejners tal-karburant taż-żejt u;

.3.4

kemm jista’ jkun, fil-pajpijiet jintużaw ġonot iwweldjati jew li jkunu ta’ tip ta’ konu ċirkolari jew ta’ tip ta’ ġonta sferika.

Il-punt ta’ fjammabbiltà taż-żjut għandu jiġi ddeterminat permezz ta’ closed cup test li jkun ġie approvat.

.5

Fil-vapuri, li għalihom hija applikabbli l-Parti G tal-Kapitolu II-1, l-użu ta’ karburant taż-żejt li jkollu punt ta’ fjammabbiltà aktar baxx milli speċifikat fis-subparagrafu 2.1.1 huwa permess.

2.2.   Arranġamenti għall-karburant taż-żejt

F’vapur li fih jintuża l-karburant taż-żejt, l-arranġamenti għall-ħżin, għad-distribuzzjoni u għall-użu tal-karburant taż-żejt għandhom ikunu tali li jiżguraw is-sikurezza tal-vapur u tal-persuni abbord u għandhom tal-anqas jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet li ġejjin:

2.2.1.   Lok is-sistemi tal-karburant taż-żejt

Sa fejn ikun prattikabbli, partijiet mis-sistema tal-karburant taż-żejt li jkun fihom żejt imsaħħan li jkun taħt pressjoni li taqbeż 0,18 N/mm2 ma għandhomx jitpoġġew f’post fejn ikunu moħbija b’tali mod li d-difetti u t-tnixxija ma jkunux jistgħu jiġu osservati faċilment. L-ispazji tal-makkinarju li jkunu f’dawn il-partijiet tas-sistema tal-karburant taż-żejt għandhom ikunu mdawla b’mod adegwat. Żejt imsaħħan tfisser żejt li t-temperatura tiegħu wara li jissaħħan tkun ogħla minn 60 °C jew ogħla mill-punt ta’ fjammabbiltà attwali taż-żejt, jekk dan ikun anqas minn 60 °C.

2.2.2.   Ventilazzjoni tal-ispazji tal-makkinarju

Il-ventilazzjoni tal-ispazji tal-makkinarju għandha tkun biżżejjed fil-kundizzjonijiet normali kollha biex tevita li jakkumula fwar taż-żejt.

2.2.3.   Tankijiet tal-karburant taż-żejt

2.2.3.1.

Iż-żejt tal-karburant, iż-żejt tal-lubrifikazzjoni u żjut oħra li jieħdu n-nar ma għandhomx jinġarru fit-tankijiet li jinsabu fil-pruwa nett.

2.2.3.2.

Sa fejn ikun prattikabbli, it-tankijiet tal-karburant taż-żejt għandhom ikunu parti mill-istruttura tal-vapur u għandhom ikunu ’l barra mill-ispazji tal-makkinarju. Fejn it-tankijiet tal-karburant taż-żejt, għajr tankijiet bil-qiegħ doppju, ikunu meħtieġa li jinsabu ħdejn l-ispazji tal-makkinarju jew fihom, tal-anqas wieħed mill-ġnub vertikali tagħhom għandu jkun kontigwu mal-konfini tal-ispazju tal-makkinarju, u għandu jkollu preferibbilment konfini komuni mat-tankijiet bil-qiegħ doppju, u ż-żona tal-konfini tat-tank li tkun komuni mal-ispazji tal-makkinarju għandha tkun l-inqas possibbli. Fejn tali tankijiet ikunu jinsabu fil-konfini tal-ispazji tal-makkinarju, dawn ma għandux ikun fihom karburant taż-żejt li jkollu punt ta’ fjammabbiltà ta’ inqas minn 60 °C. L-użu tat-tankijiet tal-karburant taż-żejt għalihom għandu jiġi evitat u għandu jkun projbit fl-ispazji tal-makkinarju.

2.2.3.3.

Ma għandu jkun hemm l-ebda tank tal-karburant taż-żejt li jkun jinsab f’post fejn jekk karburant taż-żejt jaqa’ jew inixxi minnu, dan ikun jikkostitwixxi periklu għax jaqa’ fuq superfiċi msaħħna.

2.2.3.4.

Għandu jitwaħħal vit jew valv fuq kull pajp tal-karburant taż-żejt, sabiex jekk ikollu ħsara, iż-żejt ikun jista’ joħroġ mit-tank tal-ħżin, mit-tank tas-sedimentazzjoni taż-żejt jew mit-tank li jintuża għas-servizz ta’ kuljum, li jkollu kapaċità ta’ 500 litru jew aktar, li jkun jinsab fuq il-qiegħ doppju, u dan għandu jsir direttament fuq it-tank li jkun jista’ jingħalaq minn pożizzjoni sikura ’l barra mill-ispazju kkonċernat fil-każ li jkun hemm nar fl-ispazju li fih ikunu jinsabu tali tankijiet. Fil-każ speċjali tat-tankijiet fondi li jkunu jinsabu fi kwalunkwe xaft jew mina tal-pajpijiet jew fi spazju simili, it-tank għandu jkun mgħammar bil-valvijiet iżda l-kontroll fil-każ ta’ nar ikun jista’ jsir permezz ta’ valv addizzjonali fuq il-pajp jew il-pajpijiet barra l-mina jew fi spazju simili. Jekk tali valv addizzjonali jitwaħħal fl-ispazju tal-makkinarju għandu jitħaddem minn pożizzjoni li tkun barra dan l-ispazju. Il-kontrolli għat-tħaddim mill-bogħod tal-valv għat-tank tal-karburant tal-ġeneratur ta’ emerġenza għandu jkun jinsab f’pożizzjoni separata mill-kontrolli għat-tħaddim mill-bogħod ta’ valvijiet oħra li jkunu jinsabu fl-ispazji tal-makkinarju.

2.2.3.4a

Fil-vapuri li jkollhom tunnellaġġ gross ta’ inqas minn 500, għandu jitwaħħlilhom valv jew vit ’il fuq mill-qiegħ doppju.

2.2.3.5.

Għandhom jiġu pprovduti mezzi sikuri u effiċjenti biex jiġi żgurat l-ammont ta’ karburant taż-żejt li jkun fih tank tal-karburant taż-żejt.

2.2.3.5.1

Il-pajpijiet tal-iskandaljar ma għandhomx jieqfu fi kwalunkwe spazju fejn jista’ jkun hemm ir-riskju li jieħu n-nar jew li jaqa’ mill-pajp tal-iskandaljar. B’mod partikolari, ma għandhomx jintemmu fi spazji tal-passiġġieri jew tal-ekwipaġġ. Bħala regola ġenerali, il-pajpijiet għat-tkejjil tal-fond tal-baħar ma għandhomx jieqfu fl-ispazji tal-makkinarju. Madanakollu, jekk l-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera tikkunsidra li r-rekwiżiti imsemmija l-aħħar mhumiex prattiċi, hija tista’ tippermetti li l-pajpijiet tal-iskandaljar jispiċċaw fl-ispazji tal-makkinarju bil-kundizzjoni li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti li ġejjin:

.1

barra minn hekk, għandu jiġi pprovdut gejġ li jkejjel il-livell taż-żejt li jissodisfa r-rekwiżiti tas-subparagrafu 2.2.3.5.2;

.2

il-pajpijiet tal-iskandaljar jispiċċaw f’postijiet li jkunu ’l bogħod minn perikli li jieħdu n-nar sakemm ma jittiħdux prekawzjonijiet, bħat-twaħħil ta’ skrins effettivi, sabiex jiġi evitat li l-karburant taż-żejt f’każ ta’ tixrid mit-truf tal-pajpijiet tal-iskandaljar jiġu f’kuntatt ma’ sors ta’ tqabbid;

.3

it-truf tal-pajpijiet tal-iskandaljar ikunu mgħammra b’apparati awtomatiċi tal-għeluq u b’vit tal-kontroll b’dijametru żgħir li jagħlaq awtomatikament li jkun jinsab taħt l-apparat awtomatiku tal-għeluq bl-iskop li jiġi żgurat li qabel jinfetaħ, dak il-karburant taż-żejt ma jkunx preżenti. Għandhom jittieħdu miżuri li jiżguraw li kull tixrid ta’ karburant taż-żejt mill-vit tal-kontroll ma jkun jinvolvi l-ebda periklu ta’ tqabbid.

2.2.3.5.2

Jistgħu jiġu permessi mezzi oħra li jiżguraw il-kontroll tal-ammont ta’ karburant taż-żejt li jkun hemm ġo tank tal-karburant taż-żejt jekk tali mezzi ma jeħtiġux penetrazzjoni taħt l-għatu tat-tank, u diment li jekk ikun hemm ħsara jew it-tankijiet ifuru l-karburant ma jitħalliex joħroġ.

2.2.3.5.3

Il-mezzi preskritti fis-subparagrafu 2.2.3.5.2 għandhom jinżammu fil-kundizzjoni xierqa sabiex jiġi żgurat li jibqgħu jiffunzjonaw b’mod preċiż fis-servizz.

2.2.4.   Prevenzjoni ta’ pressjoni żejda

Għandu jkun hemm dispożizzjonijiet sabiex tiġi evitata pressjoni żejda fi kwalunkwe tank taż-żejt jew fi kwalunkwe parti tas-sistema tal-karburant taż-żejt, inkluż il-pajpijiet tal-mili fornuti mill-pompi abbord. Kwalunkwe valv għar-rilaxx tal-pressjoni u pajp għall-arja jew għat-tifwir għandu jarmi f’pożizzjoni fejn ma jkunx hemm riskju ta’ nar jew splużjoni mill-ħruġ ta’ żjut u ta’ fwar u ma għandux iwassal għall-ispazji tal-ekwipaġġ, għall-ispazji tal-passiġġieri u lanqas fl-ispazji ta’ kategorija speċjali, fl-ispazji magħluqa tal-merkanzija tal-vapuri ro-ro, fl-ispazji tal-makkinarju jew fi spazji simili.

2.2.5.   Pajpijiet tal-karburant taż-żejt

2.2.5.1.

Il-pajpijiet tal-karburant taż-żejt u l-valvijiet u t-tagħmir tagħhom għandhom ikunu tal-azzar jew materjal ieħor approvat, għajr l-użu ristrett ta’ pajpijiet flessibbli li jista’ jiġi permess. Tali pajpijiet flessibbli u partijiet li jeħlu mat-truf għandhom ikunu magħmula minn materjali approvati li jirreżistu n-nar u li jkunu ta’ saħħa xierqa.

Għall-valvijiet, imwaħħla mat-tankijiet tal-karburant taż-żejt u li jkunu taħt pressjoni statika, jistgħu jiġu aċċettati l-azzar jew il-ħadid fondut bil-grafit sferojdali. Madankollu, jistgħu jintużaw valvijiet tal-ħadid fondut ordinarju fis-sistemi tal-pajpijiet, fejn il-pressjoni tad-disinn tkun anqas minn seba’ (7) bar u t-temperatura tad-disinn tkun anqas minn 60 °C.

2.2.5.2.

Il-linji esterni kollha tal-forniment tal-karburant taż-żejt bi pressjoni għolja bejn il-pompi tal-karburant bi pressjoni għolja u l-injetturi tal-karburant għandhom jiġu protetti b’sistema tal-pajpijiet miksija li tkun kapaċi żżomm il-karburant milli joħroġ f’każ ta’ ħsara fil-linja tal-pressjoni għolja. Pajp miksi jinkludi pajp fuq barra li fih jitpoġġa pajp tal-karburant bi pressjoni għolja li jifforma assemblaġġ permanenti. Is-sistema tal-pajpijiet miksija għandha tinkludi mezz għall-ġbir tat-tnixxijiet u għandhom jiġu pprovduti arranġamenti biex jingħata allarm fejn ikun hemm ħsara f’linja tal-karburant.

2.2.5.3.

Il-linji tal-karburant taż-żejt ma għandhomx ikunu jinsabu immedjatament fuq jew madwar unitajiet ta’ temperatura għolja, fosthom il-bojlers, il-pajpijiet tal-fwar, il-manifolds tal-egżost, is-silencers, jew tagħmir ieħor li jkun meħtieġ li jiġi iżolat. Sa fejn ikun prattikabbli, il-linji tal-karburant taż-żejt għandhom jiġu rranġati ’l bogħod mis-superfiċe jaħarqu, mill-installazzjonijiet tal-elettriku jew minn sorsi oħra tat-tqabbid u għandhom jiġu skrinjati jew inkella protetti b’mod xieraq sabiex jevitaw l-isprej taż-żejt jew it-tnixxija taż-żejt fuq is-sorsi tat-tqabbid. In-numru ta’ ġonot f’tali sistemi tal-pajpijiet għandu jinżamm għal minimu.

2.2.5.4.

Il-komponenti ta’ sistema tal-karburant ta’ magna diżil għandhom jiġu ddisinjati wara li titqies l-pressjoni massima milħuqa li tgħaddi minnha fis-servizz, inkluż l-flussi ta’ pressjoni għolja li jiġu ġġenerati u trażmessi lura fil-linji tal-provvista tal-karburant u tat-tnixxija bl-azzjoni tal-pompi tal-injezzjoni tal-karburant. Il-konnessjonijiet fil-linji tal-provvista tal-karburant u tat-tnixxija għandhom jinbnew wara li jitqies kemm dawn ikunu kapaċi li jimpedixxu t-tnixxija tal-karburant taż-żejt bi pressjoni għolja meta jkunu fis-servizz u wara l-manutenzjoni.

2.2.5.5.

Fl-installazzjonijiet b’ħafna magni li jkunu fornuti mill-istess sors ta’ karburant, għandhom jiġu pprovduti l-mezzi għall-iżolament tal-provvista tal-karburant u tal-pajpijiet tat-tnixxija għall-magni individwali. Il-mezzi tal-iżolazzjoni ma għandhomx jaffettwaw it-tħaddim tal-magni l-oħra u għandhom jaħdmu minn pożizzjoni li ma tkunx saret inaċċessibbli minn nar f’kull waħda mill-magni.

2.2.5.6.

Fejn l-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera tista’ tippermetti t-twassil ta’ żejt, ta’ likwidi kombustibbli jew ta’ likwidi fjammabbli oħra mill-ispazji tal-akkomodazzjoni, mill-ispazji tas-servizz jew mill-istazzjonijiet tal-kontroll; il-pajpijiet tat-twassil għandhom ikunu magħmula minn materjal approvat mill-Amministrazzjoni wara li jitqies ir-riskju ta’ nar.

2.2.6.   Protezzjoni tas-superfiċi b’temperatura għolja

2.2.6.1.

Is-superfiċi kollha b’temperaturi ’l fuq minn 220 °C li jistgħu jiġu affettwati b’riżultat ta’ ħsara fis-sistema tal-karburant għandhom jiġu iżolati b’mod xieraq.

2.2.6.2.

Għandhom jittieħdu prekawzjonijiet biex jiġi evitat li kwalunkwe żejt li jista’ joħroġ taħt pressjoni minn kwalunkwe pompa, filtru jew tagħmir li jsaħħan jiġi f’kuntatt ma’ superfiċi msaħħna.

2.3.   Arranġamenti għaż-żejt lubrifikanti

2.3.1.

L-arranġamenti għall-ħżin, għad-distribuzzjoni u għall-użu taż-żejt li jintuża fis-sistemi tal-lubrifikazzjoni bil-pressjoni għandhom ikunu tali li jiżguraw is-sikurezza tal-vapur u tal-persuni abbord, u tali arranġamenti fl-ispazji tal-makkinarju għandhom tal-anqas jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet fis-subparagrafi 2.2.1, 2.2.3.3, 2.2.3.4, 2.2.3.5, 2.2.4, 2.2.5.1, 2.2.5.3 u 2.2.6, għajr li:

.1

dan ma jipprekludix l-użu ta’ ħġieġ għall-kontroll tal-livelli (sight-flow glasses) fis-sistemi tal-lubrifikazzjoni diment li jintwera b’test li jkollhom grad adattat ta’ reżistenza għan-nar. Jekk jintuża ħġieġ għall-kontroll tal-livelli, il-pajp għandu jiġi pprovdut b’valvijiet fiż-żewġ truf. Il-valv fit-tarf ta’ taħt tal-pajp għandu jkun ta’ tip li jagħlaq awtomatikament;

.2

il-pajpijiet tal-iskandaljar jistgħu jiġu awtorizzati fl-ispazji tal-makkinarju; ir-rekwiżiti tas-subparagrafi 2.2.3.5.1.1 u 2.2.3.5.1.3 ma hemmx bżonn jiġu applikati, bil-kundizzjoni li l-pajpijiet tal-iskandaljar ikunu mgħammra b’mezzi xierqa tal-għeluq.

2.3.2.

Id-dispożizzjonijiet tas-subparagrafu 2.2.3.4 għandhom japplikaw ukoll għat-tankijiet taż-żejt lubrifikanti ħlief dawk li jkollhom kapaċità ta’ anqas minn 500 litru, it-tankijiet tal-ħżin li l-valvijiet fuqhom jingħalqu waqt it-tħaddim normali tal-vapur jew fejn jiġi determinat li t-tħaddim mhux intenzjonat ta’ valv li jagħlaq malajr fuq it-tank taż-żejt lubrifikanti jipperikola t-tħaddim sikur tal-propulsjoni prinċipali u l-makkinarju awżiljarju essenzjali.

2.4.   Arranġamenti għal żjut oħra li jieħdu n-nar

L-arranġamenti għall-ħżin, għad-distribuzzjoni u għall-użu ta’ żjut oħra li jieħdu n-nar u li jintużaw taħt pressjoni fis-sistemi tat-trażmissjoni motorizzata, fis-sistemi tal-kontroll u tal-attivazzjoni u fis-sistemi tat-tisħin għandhom ikunu tali li jiżguraw is-sikurezza tal-vapur u tal-persuni abbord. F’postijiet fejn ikun hemm mezzi għat-tqabbid, tali arranġamenti għandhom tal-anqas jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tas-subparagrafi 2.2.3.3, 2.2.3.5, 2.2.5.3 u 2.2.6, kif ukoll mad-dispożizzjonijiet tas-subparagrafi 2.2.4 u 2.2.5.1 fir-rigward is-saħħa u l-bini.

2.5.   Spazji tal-makkinarju li perjodikament ma jkollhomx nies magħhom

Flimkien mar-rekwiżiti tad-dispożizzjonijiet tas-subparagrafi 2.1 sa 2.4, is-sistemi tal-karburant taż-żejt u taż-żejt lubrifikanti għandhom jikkonformaw ma’ dan li ġej:

.1

fejn it-tankijiet tal-karburant taż-żejt tas-servizz ta’ kuljum jimtlew awtomatikament, jew bil-kontroll mill-bogħod, għandhom jiġu pprovduti mezzi biex jevitaw it-tixrid minn forniment żejjed. Tagħmir ieħor li jittratta l-likwidi li jieħdu n-nar awtomatikament, eż. purifikaturi tal-karburant taż-żejt, kull meta jkun prattikabbli, għandu jiġi installat fi spazju speċjali riżervat għall-purifikaturi u għat-tagħmir tat-tisħin tagħhom, u għandu jkollu arranġamenti biex jipprevjenu t-tixrid minn forniment żejjed;

.2

fejn it-tankijiet tal-karburant taż-żejt tas-servizz ta’ kuljum jew it-tankijiet għall-ġbir tas-sedimentazzjoni jkunu mgħammra b’arranġamenti tat-tisħin, għandu jiġi pprovdut allarm għat-temperatura għolja jekk il-punt ta’ fjammabbiltà tal-karburant taż-żejt ikun jista’ jinqabeż.

3.   Arranġamenti għall-karburant gassuż għal skop domestiku

Is-sistemi tal-karburant gassuż għal skopijiet domestiċi għandhom jiġu approvati mill-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera. Il-ħżin ta’ fliexken tal-gass għandu jsir fuq il-gverta miftuħa jew fi spazju b’ventilazzjoni tajba li jiftaħ biss għall-gverta miftuħa.

4.   Oġġetti mixxellanji ta’ sorsi ta’ tqabbid u li jistgħu jitqabbdu

4.1.   Radjaturi elettriċi

Ir-radjaturi elettriċi, jekk jintużaw, għandhom jitwaħħlu f’pożizzjoni u għandhom jinbnew b’tali mod li b’hekk jitnaqqas kemm jista’ jkun ir-riskju ta’ nar. L-ebda wieħed minn dawn ir-radjaturi ma għandu jkun mgħammar b’element li jkun espost b’tali mod li l-ħwejjeġ, il-purtieri, jew materjali simili oħra jkunu jistgħu jinħarqu jew jieħdu n-nar minħabba s-sħana mill-element.

4.2.   Reċipjenti tal-iskart

Ir-reċipjenti tal-iskart kollha għandhom jinbnew b’materjali mhux kombustibbli u bl-ebda fetħa fil-ġnub jew fil-qiegħ.

4.3.   Superfiċi tal-iżolazzjoni protetti kontra l-penetrazzjoni taż-żejt

Fi spazji fejn il-penetrazzjoni ta’ prodotti taż-żejt tkun possibbli, is-superfiċi tal-iżolazzjoni għandha tkun ta’ tip impermeabbli għaż-żejt jew għall-fwar taż-żejt.

4.3.100

Fi spazji fejn hemm riskju ta’ titjir ta’ żjut jew ta’ fwar taż-żejt, pereżempju fl-ispazji tal-makkinarju tal-kategorija A, is-superfiċe tal-materjal tal-iżolazzjoni għandha tkun impermeabbli għaż-żejt u għall-fwar taż-żejt. Meta fil-vapuri msemmija jkun hemm kopertura b’kisja tal-azzar mhux ipperforat jew b’materjali mhux kombustibbli oħra (mhux l-aluminju) li tkun is-superfiċe fiżika finali, tali kopertura tista’ tiġġannat permezz ta’ tgħaqqid xifer ma’ xifer, irbattar, eċċ.

4.4.   Koperturi primarji tal-gverti

Koperturi primarji tal-gverti, jekk jiġu applikati fil-gallariji tal-kabini, fl-ispazji tal-akkomodazzjoni u tas-servizz u fl-istazzjonijiet tal-kontroll, għandhom ikunu ta’ materjal approvat li ma jaqbadx malajr u li ma jagħtux lok għal perikli tossiċi jew splussivi f’temperaturi għolja, fejn dan jiġi determinat skont il-Kodiċi tal-Proċeduri tat-Test tan-Nar.

4.100   Kontenituri tal-gass bi pressjoni għolja:

Il-kontenituri tal-gass kollha li jistgħu jinġarru u li jkunu kompressi, likwifikati jew diżaggregati taħt pressjoni, li jistgħu jalimentaw nar possibbli, għandhom jitpoġġew f’post adattat immedjatament wara li jintużaw fuq il-gverta tal-paratija, minn fejn ikun hemm aċċess dirett għall-gverta miftuħa.

Ir-Regolament II-2/B/5: Potenzjal li n-nar jikber

1.   Skop

L-iskop tar-Regolament II-2/B/5 huwa li jillimita l-potenzjal li n-nar jikber f’kull spazju tal-vapur. Għal dan l-iskop, għandhom jiġu ssodisfati r-rekwiżiti funzjonali li ġejjin:

.1

għandhom jiġu pprovduti mezzi ta’ kontroll għall-provvista tal-arja fl-ispazju;

.2

għandhom jiġu pprovduti mezzi ta’ kontroll għal-likwidi li jieħdu n-nar fl-ispazju; u

.3

għandu jiġi ristrett l-użu ta’ materjali kombustibbli.

2.   Kontroll tal-provvista tal-arja u tal-likwidi li jieħdu n-nar fl-ispazju

2.1.   Tagħmir li jagħlaq u apparati li jwaqqfu l-ventilazzjoni

2.1.1.

Il-bokki u l-iżbokki prinċipali tas-sistemi tal-ventilazzjoni għandhom ikunu jistgħu jingħalqu minn barra l-ispazji li jkun qegħdin jiġu ventilati. Il-mezz tal-għeluq għandu jkun aċċessibbli faċilment kif ukoll immarkat b’mod prominenti u permanenti u għandu jindika l-pożizzjoni tat-tħaddim tal-apparat tal-għeluq.

2.2.   Mezzi ta’ kontroll fl-ispazji tal-makkinarju

2.2.1.

Għandhom jiġu pprovduti mezzi ta’ kontroll għall-ftuħ u għall-għeluq tat-tamboċċi, għall-għeluq tal-fetħiet fl-imbiebet li normalment jippermettu l-ventilazzjoni tal-egżost, u għall-għeluq tal-barrieri tal-ventilaturi.

2.2.2.

Għandhom jiġu pprovduti mezzi ta’ kontroll li jwaqqfu l-fannijiet tal-ventilazzjoni.

2.2.3.

Għandhom jiġu pprovduti mezzi ta’ kontroll li jwaqqfu l-fannijiet għall-kurrenti tal-arja sfurzati jew attivati, il-pompi għat-trasferiment tal-karburant taż-żejt, il-pompi tal-unitajiet tal-karburant taż-żejt, il-pompi tas-servizz taż-żejt lubrifikanti, il-pompi li jiċċirkolaw iż-żejt termali u s-separaturi taż-żejt. Madanakollu, il-paragrafi 2.2.4 u 2.2.5 tar-Regolament II-2/B/5 ma hemmx bżonn japplikaw għas-separaturi tal-ilma żejtni.

2.2.4.

Il-kontrolli meħtieġa fil-paragrafi 2.2.1 sa 2.2.3 u fir-Regolament II-2/B/4, is-subparagrafu 2.2.3.4 għandhom ikunu jinsabu ’l barra mill-ispazju kkonċernat, fejn ma jinqatgħux fil-każ ta’ nar fl-ispazju li jaqdu.

2.2.5.

Tali kontrolli u l-kontrolli għal kwalunkwe sistema tat-tifi tan-nar meħtieġa għandhom ikunu jinsabu f’pożizzjoni tal-kontroll waħda jew miġbura fl-anqas pożizzjonijiet possibbli. Tali pożizzjonijiet għandu jkollhom aċċess sikur għalihom mill-gverta miftuħa.

3.   Materjali għall-protezzjoni min-nar

3.1.   Użu ta’ materjali mhux kombustibbli

3.1.1.   Materjali għall-iżolazzjoni

Il-barrieri tal-fwar u l-adeżivi li jintużaw flimkien mal-iżolazzjoni, kif ukoll l-iżolazzjoni tat-tagħmir tal-pajpijiet għas-sistemi ta’ servizzi kesħin ma hemmx bżonn ikunu magħmula minn materjal mhux kombustibbli, iżda għandhom jinżammu fi kwantità minima li tkun prattikabbli u s-superfiċi esposti tagħhom għandu jkollhom karatteristiki ta’ tifrix baxx tal-fjammi.

3.1.2.   Soqfa u kisi

Ħlief fl-ispazji tal-merkanzija, fil-kmamar tal-posta, fil-kmamar tal-bagalji jew fil-kompartimenti mkessħa tal-ispazji tas-servizz, il-kisi, l-art, it-tagħmir li jwaqqaf il-kurrent tal-arja, is-soqfa u l-iżolazzjonijiet kollha għandhom ikunu magħmula minn materjali mhux kombustibbli.

3.1.3.   Paratiji u gverti parzjali

3.1.3.1.

Il-paratiji jew il-gverti parzjali li jintużaw biex jissuddividu spazju għal utilità jew għal trattament artistiku għandhom ikunu magħmula wkoll minn materjali mhux kombustibbli.

3.1.3.2.

Il-kisi, is-soqfa u l-paratiji jew il-gverti parzjali li jintużaw għall-iskrinjar jew għas-separazzjoni tal-gallariji tal-kabini maġenb xulxin għandhom ikunu magħmula minn materjali mhux kombustibbli.

3.2.   Użu ta’ materjali kombustibbli

3.2.1.   Ġenerali

3.2.1.1.

Id-diviżjonijiet tal-klassi “A”, “B” jew “C” fl-ispazji tal-akkomodazzjoni u tas-servizz kif ukoll fil-gallariji tal-kabini li faċċata jkollhom materjali kombustibbli, faċċati, mouldings, tiżjin u fuljetti għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 3.2.2 sa 3.2.4 u mar-Regolament II-2/B/6. Madankollu, il-bankijiet tal-injam tradizzjonali u l-kisi tal-injam fuq il-paratiji u s-soqfa huma permessi f’saunas u dawn il-materjali ma hemmx għalfejn ikunu soġġetti għall-kalkoli preskritti fil-paragrafi 3.2.2 u 3.2.3. Madankollu, id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 3.2.3 ma hemmx għalfejn jiġu applikati għall-gallariji tal-kabini.

3.2.2.   Valur kalorifiku massimu tal-materjali kombustibbli

Il-fuljetti li jintużaw fuq is-superfiċi u l-kisi koperti mir-rekwiżiti tal-paragrafu 3.2.4 għandu jkollhom valur kalorifiku li ma jaqbiżx il-45 MJ/m2 tal-erja għall-ħxuna li tintuża.

3.2.3.   Volum totali tal-materjali kombustibbli

.1

Il-volum totali tal-faċċati, tal-mouldings, tat-tiżjin u tal-fuljetti kombustibbli fi kwalunkwe spazju tal-akkomodazzjoni u tas-servizz ma għandux jaqbeż volum ekwivalenti għal 2,5 mm ta’ fuljetti fl-erja kkombinata tal-ħitan u tas-soqfa. L-għamara mwaħħla mas-suffitti, mal-paratiji jew mal-gverti ma hemmx bżonn li tiġi inkluża fil-kalkolu tal-volum totali tal-materjali kombustibbli.

.2

Fil-każ ta’ vapuri mgħammra b’sistema awtomatika ta’ bexxixiet li tikkonforma mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament II-2/C/10, is-subparagrafu 6.1.100, il-volum ta’ hawn fuq jista’ jinkludi xi materjal kombustibbli li jintuża biex jittellgħu d-diviżjonijiet tal-klassi “C”.

3.2.4.   Karatteristiki ta’ tifrix baxx tal-fjammi tas-superfiċi esposti

Is-superfiċi li ġejjin għandu jkollhom karatteristiki ta’ tifrix baxx tal-fjammi:

.1

superfiċi esposti fil-kurituri u fl-imgħalaq tat-turġien, u fil-paratiji, fil-kisi tal-ħitan u tas-soqfa fl-ispazji kollha tal-akkomodazzjoni u tas-servizz u fl-istazzjonijiet tal-kontroll;

.2

spazji moħbija jew inaċċessibbli fl-ispazji tal-akkomodazzjoni u tas-servizz kif ukoll fl-istazzjonijiet tal-kontroll;

.3

superfiċi esposti tal-gallariji tal-kabini, ħlief għas-sistemi naturali tal-injam iebes għall-gverti.

3.3.   Għamara fl-imgħalaq tat-turġien

L-għamara fl-imgħalaq tat-turġien għandha tkun limitata biss għall-postijiet fejn wieħed jista’ joqgħod bil-qiegħda. Għandha tkun imwaħħla, limitata għal sitt siġġijiet f’kull gverta f’kull magħlaq tat-turġien, tkun ta’ riskju ristrett li tieħu n-nar, u ma għandhiex ittellef ir-rotta tal-ħrib tal-passiġġieri. L-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera tista’ tippermetti aktar postijiet fejn toqgħod bil-qiegħda fiż-żona prinċipali ta’ lqugħ f’magħlaq tat-turġien jekk dawn ikunu mwaħħlin, ma jeħdux in-nar u ma jtellfux ir-rotta tal-ħrib tal-passiġġieri. Ma għandhiex titħalla għamara fil-kurituri tal-passiġġieri jew tal-ekwipaġġ li jiffurmaw rotot tal-ħrib fiż-żoni tal-kabini. Minbarra dan ta’ hawn fuq, jistgħu jiġu permessi wkoll l-kabinetti li jissakkru magħmula minn materjal mhux kombustibbli, li jipprovdu l-ħżin għat-tagħmir tas-sikurezza meħtieġ mir-Regolamenti rilevanti. Il-magni tal-ilma li wieħed jista’ jixrob minnhom u l-magni li jagħmlu l-blokki tas-silġ jistgħu jitħallew fil-kurituri diment li jkunu mwaħħla u ma jirrestrinġux il-wisa’ tar-rotot tal-ħrib. Dan japplika ukoll għall-arranġamenti dekorattivi tal-fjuri jew tal-pjanti, statwi jew oġġetti oħra tal-arti bħal pitturi u tapizzeriji fil-kurituri u fit-turġien.

3.4.   Għamara u tagħmir fuq il-gallariji tal-kabini

L-għamara u t-tagħmir fuq il-gallariji tal-kabini għandhom jikkonformaw mas-subparagrafi 40.1, 40.2, 40.3, 40.6 u 40.7 tar-Regolament II-2/A/3 sakemm dawn il-gallariji ma jkunux protetti b’sistemi li jisparaw l-ilma bil-pressjoni fissa u b’sistemi fissi tal-individwazzjoni tan-nirien u tal-allarm li jikkonformaw mar-Regolament II-2/C/7, il-paragrafu 10 u mar-Regolament II-2/C/10, is-subparagrafu 6.1.3.

Ir-Regolament II-2/B/6: Potenzjal ta’ ġenerazzjoni ta’ duħħan u tossiċità

1.   Skop

L-iskop tar-Regolament II-2/B/6 huwa li jnaqqas il-periklu mid-duħħan u mill-prodotti tossiċi ġġenerati meta jkun hemm nar fl-ispazji fejn il-persuni normalment jaħdmu jew jgħixu. Għal dan l-iskop, il-kwantità ta’ duħħan u ta’ prodotti tossiċi rrilaxxati minn materjali kombustibbli, inkluż il-finituri tas-superfiċe, meta jkun hemm nar għandhom ikunu limitati.

2.1.

Iż-żebgħa, il-verniċi u finituri oħra li jintużaw fuq superfiċi interni esposti ma għandhomx ikunu jistgħu jipproduċu kwantitajiet eċċessivi ta’ duħħan u ta’ prodotti tossiċi, u dan jiġi determinat f’konformità mal-Kodiċi tal-Proċedura tat-Test tan-Nirien.

2.2.

Iż-żebgħa, il-verniċi u finituri oħra li jintużaw fuq superfiċi esposti tal-gallariji tal-kabini, eskluż is-sistemi tal-gverti magħmula mill-injam iebes naturali, ma għandhomx ikunu jistgħu jipproduċu kwantitajiet eċċessivi ta’ duħħan u ta’ prodotti tossiċi, u dan jiġi determinat f’konformità mal-Kodiċi tal-Proċedura tat-Test tan-Nirien.

3.1.

Il-koperturi primarji tal-gverti, jekk jiġu applikati fl-ispazji tal-akkomodazzjoni u tas-servizz u fl-istazzjonijiet tal-kontroll, għandhom ikunu magħmula minn materjal approvat li f’temperaturi għoljin ma joħloqx perikli tossiċi jew splussivi, u dan jiġi determinat skont il-Kodiċi tal-Proċeduri tat-Test tan-Nirien.

3.2.

Il-koperturi primarji tal-gverti fuq il-gallariji tal-kabini ma għandhomx jagħtu lok għal perikli bid-duħħan, tossiċi jew splussivi f’temperaturi għoljin, u dan jiġi determinat skont il-Kodiċi tal-Proċeduri tat-Test tan-Nirien.

PARTI C

TRAŻŻIN TAN-NAR

Ir-Regolament II-2/C/7: Individwazzjoni u allarm

1.   Skop

L-iskop tar-Regolament II-2/C/7 huwa li jiġi individwat in-nar fl-ispazju minn fejn joriġina u li jiġi pprovdut allarm għall-ħrib sikur u għall-attività tat-tifi tan-nar. Għal dan l-iskop, għandhom jiġu ssodisfati r-rekwiżiti funzjonali li ġejjin:

.1

l-installazzjonijiet fissi ta’ sistemi tal-individwazzjoni tan-nirien u tal-allarm f’każ ta’ nirien għandhom ikunu adattati għan-natura tal-ispazju, għall-potenzjal li n-nar jikber u għall-ġenerazzjoni potenzjali tad-duħħan u tal-gassijiet;

.2

il-punti tal-ajjut li jitħaddmu manwalment għandhom jitqiegħdu b’mod effettiv biex jiżguraw li jkun hemm mezzi ta’ notifika faċilment aċċessibbli; u

.3

ir-rondi tal-għassa tan-nirien għandhom jipprovdu mezz effettiv biex jiġu individwati u jinstabu n-nirien u biex jiġu allertati l-pont tan-navigazzjoni u t-timijiet tat-tifi tan-nar, fejn ikun xieraq.

2.   Rekwiżiti ġenerali

2.2.

Is-sistemi fissi tal-individwazzjoni tan-nar u tal-allarm tan-nar għandhom ikunu ta’ tip approvat, u jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi tas-Sistemi tas-Sikurezza kontra n-Nirien.

4.   Protezzjoni tal-ispazji tal-makkinarju

4.1.   Installazzjoni

Sistema fissa tal-individwazzjoni tan-nirien u tal-allarm f’każ ta’ nirien ta’ tip approvat, f’konformità mad-dispożizzjonijiet tas-subparagrafu.2.2, għandha tiġi installata fi:

.1

spazji tal-makkinarju li perjodikament ma jkollhomx nies magħhom;

.2

spazji tal-makkinarju fejn:

.2.1

l-installazzjoni ta’ sistemi u ta’ tagħmir ta’ kontroll awtomatiku u mill-bogħod tkun ġiet approvata bħala kumpens għall-preżenza kontinwa ta’ nies f’dak l-ispazju; u

.2.2

il-makkinarju prinċipali tal-propulsjoni u dak assoċjat, inkluż sorsi ta’ sors prinċipali tal-enerġija elettrika jiġu pprovduti bi gradi varji ta’ kontroll awtomatiku jew mill-bogħod u jkunu taħt superviżjoni kontinwa b’nies apposta minn kamra tal-kontroll; u

.3

spazji magħluqa li jkun fihom l-inċineraturi.

4.2.   Disinn

Fir-rigward tas-sistema fissa tal-individwazzjoni tan-nirien u tal-allarm f’każ ta’ nirien meħtieġa skont is-subparagrafi 4.1.1, 4.1.2 u 4.1.3, għandu japplika dan li ġej:

Is-sistema tal-individwazzjoni tan-nirien għandha tkun iddisinjata b’tali mod u d-detetturi mpoġġija f’tali pożizzjoni sabiex jintraċċaw malajr il-bidu tan-nirien fi kwalunkwe parti ta’ dawk l-ispazji u fi kwalunkwe kundizzjoni tal-operat normali tal-makkinarju u tal-varjazzjonijiet tal-ventilazzjoni kif meħtieġ mill-firxa possibbli tat-temperaturi ambjentali. Ħlief fi spazji ta’ għoli ristrett u fejn l-użu tagħhom ikun speċjalment xieraq, mhumiex permessi sistemi tal-individwazzjoni li jużaw biss tagħmir tal-individwazzjoni termali. Is-sistema tal-individwazzjoni għandha tfaqqa’ allarmi li jinstemgħu u li jidhru b’mod distint mill-allarmi ta’ kwalunkwe sistema oħra li ma tindikax in-nirien, f’biżżejjed postijiet biex jiġi żgurat li l-allarmi jinstemgħu u jiġu osservati fil-pont tan-navigazzjoni u minn uffiċjal tal-inġinerija responsabbli. Meta l-pont tan-navigazzjoni ma jkollux ekwipaġġ miegħu, l-allarm għandu jinstema’ f’post fejn ikun hemm membru tal-ekwipaġġ responsabbli fuq xogħol.

Wara l-installazzjoni, is-sistema għandha tiġi ttestjata b’kundizzjonijiet li jvarjaw tat-tħaddim u tal-ventilazzjoni tal-magni.

5.   Protezzjoni tal-ispazji tal-akkomodazzjoni u tas-servizz u tal-istazzjonijiet tal-kontroll

5.2.   Rekwiżiti għall-vapuri li jġorru aktar minn 36 passiġġier

Għandha tiġi installata sistema tal-individwazzjoni tan-nirien u tal-allarm tan-nirien ta’ tip approvat, li tikkonforma mar-rekwiżiti tas-subparagrafu 2.2, li tkun installata u rranġata b’tali mod li tipprovdi individwazzjoni tad-duħħan fl-ispazji tas-servizz, fl-istazzjonijiet tal-kontroll u fl-ispazji tal-akkomodazzjoni, inkluż il-kurituri u t-turġien. Ma hemmx bżonn jitwaħħal tagħmir tal-individwazzjoni tad-duħħan fil-kmamar tal-banju privati u fil-kċejjen. L-ispazji li jkollhom ftit jew l-ebda riskju li jieħdu n-nar bħall-ispazji vojta, it-tojlits pubbliċi, il-kmamar tad-diossidu tal-karbonju u spazji simili ma hemmx bżonn jiġu mgħammra b’sistema fissa tal-individwazzjoni tan-nirien u tal-allarm tan-nirien.

5.3.   Rekwiżiti għall-vapuri li jġorru mhux aktar minn 36 passiġġier

Għandhom ikunu installati tul kull żona separata, kemm jekk vertikali u kemm jekk orizzontali, fl-ispazji kollha tal-akkomodazzjoni u tas-servizz u fl-istazzjonijiet tal-kontroll, ħlief l-ispazji li ma joħolqu ebda riskju sostanzjali tan-nirien bħall-spazji vojta, spazji sanitarji, eċċ. jew:

.1

sistema fissa tal-individwazzjoni tan-nirien u tal-allarm tan-nirien ta’ tip approvat u li tikkonforma mar-rekwiżiti tal-paragrafu 2.2 u li tkun installata u rranġata b’tali mod li tindividwa l-preżenza ta’ nirien f’dawn l-ispazji u li tipprovdi l-individwazzjoni tad-duħħan fil-kurituri, fit-turġien u fir-rotot tal-ħrib fl-ispazji tal-akkomodazzjoni, jew inkella,

.2

sistemi awtomatiċi tal-bexxixiet, tal-individwazzjoni tan-nirien u tal-allarm tan-nirien ta’ tip approvat li jikkonformaw mar-rekwiżiti tar-Regolament II-2/C/10, is-subparagrafu 6.1.100 jew mal-linji gwida tal-OMI għal sistema ekwivalenti approvata tal-bexxixiet kif mogħtija fir-Riżoluzzjoni A.800(19) tal-OMI u li jkunu installati u rranġati b’tali mod li jipproteġu dawn l-spazji u, barra minn hekk, sistema fissa tal-individwazzjoni tan-nirien u tal-allarm tan-nirien ta’ tip approvat u li tikkonforma mar-rekwiżiti tas-subparagrafu 2.2 u li tkun installata u rranġata b’tali mod li tipprovdi l-individwazzjoni tad-duħħan fil-kurituri, fit-turġien u fir-rotot tal-ħrib fl-ispazji tal-akkomodazzjoni.

6.   Protezzjoni tal-ispazji tal-merkanzija

Sistema fissa tal-individwazzjoni tan-nirien u tal-allarm tan-nirien jew sistema ta’ teħid ta’ kampjun ta’ estrazzjoni tad-duħħan għandha tiġi pprovduta fi kwalunkwe spazju tal-merkanzija li ma jkunx aċċessibbli.

7.   Punti tal-ajjut li jitħaddmu manwalment

Għandhom jiġu installati punti tal-ajjut li jitħaddmu manwalment u li jikkonformaw mal-Kodiċi tas-Sistemi tas-Sikurezza kontra n-Nirien tul l-ispazji tal-akkomodazzjoni, l-ispazji tas-servizz u l-istazzjonijiet tal-kontroll kollha. Għandu jkun hemm punt tal-ajjut li jitħaddem manwalment f’kull ħruġ. Għandhom ikunu aċċessibbli punti tal-ajjut li jitħaddmu manwalment fil-kurituri ta’ kull gverta b’tali mod li l-ebda parti mill-kuritur ma tkun aktar minn 20 metru minn punt tal-ajjut li jitħaddem manwalment.

8.1.   Rondi tal-għassa tan-nirien

Għall-vapuri li jġorru aktar minn 36 passiġġier għandha tinżamm sistema effiċjenti ta’ rondi tal-għassa biex jekk ikun hemm xi nar dan jiġi individwat minnufih. Kull membru tar-ronda tal-għassa tan-nirien għandu jiġi mħarreġ biex ikun familjari mal-arranġamenti tal-vapur kif ukoll mal-lok u mat-tħaddim ta’ kwalunkwe tagħmir li hu jew hi jistgħu jiġu msejħa biex jużaw.

8.3.   Apparat tar-radjutelefown bidirezzjonali li jista’ jinġarr

Kull membru tar-ronda tal-għassa tan-nirien għandu jiġi pprovdut b’tagħmir tat-telefon bir-radju li jirċievi u li jittrażmetti.

9.   Sistemi tas-sinjalar tal-allarm tan-nirien

9.1.

Il-vapuri kollha f’kull ħin li jkunu fuq il-baħar, jew fil-port (ħlief meta ma jkunux fis-servizz), għandu jkollhom fuqhom il-persunal jew it-tagħmir biex jiġi żgurat li kwalunkwe allarm inizjali tan-nirien jiġi riċevut minnufih minn membru tal-ekwipaġġ responsabbli.

9.2.

Il-panel tal-kontroll għandu jiġi ddisinjat fuq il-prinċipju tas-sistema li xorta tiġi pprovduta sikurezza f’każ li dan ifalli, eż. ċirkwit ta’ individwazzjoni miftuħ għandu jkun kaġun ta’ kundizzjoni ta’ allarm.

9.3.

Il-vapuri li jġorru aktar minn 36 passiġġier għandu jkollhom allarmi ta’ individwazzjoni għas-sistemi meħtieġa skont is-subparagrafu 5.2 li jkunu ċċentralizzati fi stazzjon tal-kontroll ċentrali li dejjem ikollu n-nies miegħu. Barra minn hekk, il-kontrolli għall-għeluq mill-bogħod tal-bibien li jaqtgħu n-nirien u għall-għeluq tal-fannijiet tal-ventilazzjoni għandhom ikunu ċċentralizzati fl-istess post. Il-fannijiet tal-ventilazzjoni għandhom ikunu jistgħu jiġu attivati mill-ġdid mill-ekwipaġġ fl-istazzjon tal-kontroll li l-ħin kollu jkollu n-nies miegħu. Il-panel tal-kontroll fl-istazzjon ċentrali tal-kontroll għandu jkun kapaċi jindika l-pożizzjonijiet miftuħa jew magħluqa tal-bibien li jaqtgħu n-nirien, u jekk it-tagħmir tal-individwazzjoni, tal-allarm u tal-fannijiet humiex magħluqa jew mitfija. Il-panel tal-kontroll għandu jkun alimentat kontinwament u jenħtieġ li jkollu bdil awtomatiku għall-provvista tal-enerġija ta’ riżerva f’każ ta’ telf tal-provvista normali tal-enerġija. Il-panel tal-kontroll għandu jkun alimentat mis-sors prinċipali ta’ enerġija elettrika u mis-sors ta’ enerġija elettrika ta’ emerġenza kif definit bir-Regolament II-1/D/42 sakemm ma jkunux permessi arranġamenti oħra permezz tar-Regolamenti, kif ikun applikabbli.

9.4.

Għandu jitwaħħal allarm speċjali, li jitħaddem mill-pont tan-navigazzjoni jew mill-istazzjon tal-kontroll tan-nirien, sabiex isejjaħ lill-ekwipaġġ. Dan l-allarm jista’ jkun parti mis-sistema ġenerali tal-allarm tal-vapur iżda għandu jkun jista’ jinstema’ indipendentement mill-allarm għall-ispazji tal-passiġġieri.

10.   Protezzjoni tal-gallariji tal-kabini fuq il-vapuri tal-passiġġieri

Sistema fissa tal-individwazzjoni tan-nirien u tal-allarm tan-nirien li tikkonforma mad-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi għas-Sistemi tas-Sikurezza Kontra n-Nirien għandha tiġi installata fil-gallariji tal-kabini ta’ vapuri li għalihom japplika r-Regolament II-2/B/5, is-subparagrafu 3.4, meta l-għamara u t-tagħmir li jkun hemm fuq tali gallariji ma jkunux kif definit fis-subparagrafi 40.1, 40.2, 40.3, 40.6 u 40.7 tar-Regolament II-2/A/3.

Ir-Regolament II-2/C/8: Kontroll tat-tifrix tad-duħħan

1.   Skop

L-iskop tar-Regolament II-2/C/8 huwa l-kontroll tat-tifrix tad-duħħan sabiex jitnaqqsu l-perikli mid-duħħan. Għal dan l-iskop, għandhom jiġu pprovduti mezzi għall-kontroll tad-duħħan fl-atriji, fl-istazzjonijiet tal-kontroll, fl-ispazji tal-makkinarju u fl-ispazji moħbija.

2.   Protezzjoni tal-istazzjonijiet tal-kontroll ’il barra mill-ispazji tal-makkinarju

Għandhom jittieħdu miżuri prattiċi għall-istazzjonijiet tal-kontroll ’il barra mill-ispazji tal-makkinarju sabiex jiżguraw li l-ventilazzjoni, il-viżibbiltà u n-nuqqas ta’ duħħan jinżammu, sabiex fil-każ ta’ nirien il-makkinarju u t-tagħmir li jinsabu fihom jkunu jistgħu jiġu ssorveljati u jkomplu jiffunzjonaw b’mod effettiv. Għandhom jiġu pprovduti mezzi alternattivi u separati tal-provvista tal-arja u t-toqob għad-dħul tal-arja għandhom ikunu f’tali pożizzjoni li r-riskju li ż-żewġ toqob jiġbdu d-duħħan fl-istess ħin jiġi minimizzat. Skont id-diskrezzjoni tal-Amministrazzjoni, tali rekwiżiti ma hemmx bżonn japplikaw għall-istazzjonijiet tal-kontroll li jinsabu fuq, u li jiftħu għal fuq gverta miftuħa, jew fejn l-arranġamenti lokali tal-għeluq ikunu effettivi xorta.

3.   Rilaxx ta’ duħħan mill-ispazji tal-makkinarju

3.2.

Għandu jkun hemm arranġamenti adattati sabiex jippermettu r-rilaxx tad-duħħan fil-każ ta’ nirien, mill-ispazju li jrid jiġi protett.

3.3.

Għandhom jiġu pprovduti mezzi tal-kontroll biex jippermettu r-rilaxx ta’ duħħan u tali kontrolli għandhom ikunu jinsabu ’l barra mill-ispazju kkonċernat, fejn ma jinqatgħux fil-każ ta’ nar fl-ispazju li jaqdu.

3.4.

Il-kontrolli meħtieġa skont il-paragrafu 3.3 għandhom ikunu jinsabu f’pożizzjoni tal-kontroll waħda jew miġbura fl-anqas pożizzjonijiet possibbli. Tali pożizzjonijiet għandu jkollhom aċċess sikur għalihom mill-gverta miftuħa.

4.   Paraventi tal-kurrent

Fl-ispazji tal-akkomodazzjoni u tas-servizz, fl-istazzjonijiet tal-kontroll, fil-kurituri u fit-turġien:

.1

l-ispazji tal-arja magħluqa wara s-soqfa, il-panels jew is-suffitti għandhom ikunu diviżi b’mod adattat minn apparati li jeħlu qrib il-paraventi tal-kurrent u li ma jkunux aktar minn 14-il metru bogħod minn xulxin;

.2

fid-direzzjoni vertikali, dawn l-spazji tal-arja magħluqa, inkluż dawk wara l-kisi tat-turġien, tat-trunklines, eċċ għandhom ikunu magħluqa f’kull gverta.

5.   Sistemi tal-estrazzjoni tad-duħħan fl-atriji

L-atriji għandhom jiġu mgħammra b’sistema tal-estrazzjoni tad-duħħan. Is-sistema tal-estrazzjoni tad-duħħan għandha tiġi attivata mis-sistema tal-individwazzjoni tad-duħħan meħtieġa u għandha tkun tista’ tiġi kkontrollata manwalment. Il-fannijiet għandhom ikunu ta’ daqs tali li l-volum kollu tal-ispazju jkun jista’ jiġi eżawrit f’10 minuti jew anqas.

Ir-Regolament II-2/C/9: Żamma tan-nar

1.   Skop

L-iskop tar-Regolament II-2/C/9 huwa li n-nar jinżamm fl-ispazju minn fejn oriġina. Għal dan l-iskop, għandhom jiġu ssodisfati r-rekwiżiti funzjonali li ġejjin:

.1

il-vapur għandu jiġi suddiviż b’konfini termali u strutturali;

.2

l-iżolazzjoni termali tal-konfini għandha tqis kif meħtieġ ir-riskju ta’ nirien tal-ispazju u tal-ispazji maġenbhom; u

.3

l-integrità fir-rigward tar-reżistenza għan-nirien tad-diviżjonijiet għandha tinżamm fil-fetħiet u fil-penetrazzjonijiet.

2.   Konfini termali u strutturali

2.2.1.   Żoni vertikali u żoni orizzontali prinċipali

2.2.1.1.1

Fil-vapuri li jġorru aktar minn 36 passiġġier, il-buq, is-sovrastruttura u l-kmamar ta’ fuq il-gverta għandhom jiġu suddiviżi f’żoni vertikali prinċipali b’diviżjonijiet tal-klassi “A-60”. It-taraġ u d-daħliet għandhom jintużaw mill-inqas, iżda fejn ikunu meħtieġa, għandu jkun hemm ukoll diviżjonijiet tal-klassi A-60. Fejn spazju tal-kategorija (5), (9) jew (10) definit fil-paragrafu 2.2.3.2.2, ikun fuq naħa waħda jew fejn it-tankijiet taż-żejt tal-karburant ikunu fuq iż-żewġ naħat tad-diviżjoni, l-istandard jista’ jitnaqqas għal A-0.

2.2.1.1.2

Għall-vapuri li jġorru mhux aktar minn 36 passiġġier, il-buq, is-sovrastruttura u l-kmamar ta’ fuq il-gverta fl-ispazji tal-akkomodazzjoni u tas-servizz għandhom jiġu suddiviżi f’żoni vertikali prinċipali b’diviżjonijiet tal-klassi “A”. Dawn id-diviżjonijiet għandu jkollhom valuri tal-iżolazzjoni f’konformità mat-tabelli fil-paragrafu 2.2.4.

2.2.1.2.

Sa fejn ikun prattikabbli, il-paratiji li jiffurmaw il-konfini taż-żoni vertikali prinċipali ’l fuq mill-gverta tal-paratija għandhom ikunu f’linja mal-paratiji impermeabbli tas-suddiviżjoni li jkunu jinsabu direttament taħt il-gverta tal-paratija. It-tul u l-wisa’ taż-żoni vertikali prinċipali jistgħu jiġu estiżi għal massimu ta’ 48 metru sabiex iġibu t-truf taż-żoni vertikali prinċipali jikkoinċidu mal-paratiji impermeabbli tas-suddiviżjoni jew sabiex jakkomodaw kull spazju pubbliku kbir li jestendi għat-tul kollu taż-żona vertikali prinċipali diment li l-erja totali taż-żona vertikali prinċipali ma tkunx akbar minn 1 600 m2 fuq kwalunkwe gverta. It-tul u l-wisa’ ta’ żona vertikali prinċipali hija d-distanza massima bejn l-aktar punti mbiegħda tal-paratiji li jdawruha.

2.2.1.3.

Tali paratiji għandhom jestendu minn gverta għal gverta u sal-qoxra jew sa konfini oħra.

2.2.1.4.

Fejn żona vertikali prinċipali tkun suddiviża b’diviżjonijiet orizzontali tal-klassi “A” f’żoni orizzontali bl-iskop li tipprovdi barriera xierqa bejn żona bil-bexxixiet u żona mingħajr bexxixiet, id-diviżjonijiet għandhom jestendu bejn il-paratiji ta’ żoni vertikali prinċipali ħdejn xulxin u sal-qoxra jew sal-konfini esterni tal-vapur u għandhom jiġu iżolati f’konformità mal-valuri tal-iżolazzjoni u tal-integrità fir-rigward tar-reżistenza għan-nirien mogħtija fit-tabella 9.4.

2.2.1.5.1

Fuq vapuri ddisinjati għal skopijiet speċjali, bħal vapuri li jġorru l-karozzi jew il-vetturi ferrovjarji fejn jekk ikun hemm paratiji fiż-żona vertikali prinċipali jkun qed jintilef l-iskop li għalih huwa intiż il-vapur, għandha tinkiseb protezzjoni ekwivalenti billi l-ispazju jiġi diviż f’żoni orizzontali.

2.2.1.5.2

Madanakollu, f’vapur bi spazji ta’ kategorija speċjali, kwalunkwe spazju bħal dan għandu jikkonforma mad-dispożizzjonijiet applikabbli tar-Regolament II-2/G/20 u sa fejn din il-konformità tkun inkonsistenti mal-konformità mar-rekwiżiti l-oħra ta’ din il-parti, għandhom jipprevalu r-rekwiżiti tar-Regolament II-2/G/20.

2.2.2.   Paratiji f’żona vertikali prinċipali

2.2.2.1.

Għall-vapuri li jġorru aktar minn 36 passiġġier, il-paratiji kollha li mhumiex meħtieġa li jkunu diviżjonijiet tal-klassi “A” għandhom ikunu tal-anqas diviżjonijiet tal-klassi “B” jew “C” kif preskritt fit-tabelli fil-paragrafu 2.2.3. Dawn id-diviżjonijiet kollha jistgħu jiġu miksija b’materjal kombustibbli f’konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament II-2/B/5, il-paragrafu 3.

2.2.2.2.

Għall-vapuri li jġorru mhux aktar minn 36 passiġġier, il-paratiji kollha fl-ispazji tal-akkomodazzjoni u tas-servizz li mhumiex meħtieġa li jkunu diviżjonijiet tal-klassi “A” għandhom tal-anqas ikunu diviżjonijiet tal-klassi “B” jew “C” kif preskritt fit-tabelli fil-paragrafu 2.2.4. Dawn id-diviżjonijiet kollha jistgħu jiġu miksija b’materjal kombustibbli f’konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament II-2/B/5, il-paragrafu 3.

Barra minn hekk, fil-vapuri ġodda li jġorru mhux aktar minn 36 passiġġier, il-paratiji tal-kuritur kollha li mhumiex meħtieġa li jkunu diviżjonijiet tal-klassi “A” għandhom ikunu diviżjonijiet tal-klassi “B” li għandhom jestendu minn gverta għall-oħra ħlief:

.1

meta s-soqfa jew is-suffitti kontinwi tal-klassi “B” ikunu mwaħħla fuq iż-żewġ naħat tal-paratija, il-porzjon tal-paratija wara s-saqaf jew is-suffitt kontinwi għandu jkun magħmul minn materjal li, fil-ħxuna u fil-kompożizzjoni tiegħu, ikun aċċettabbli fil-kostruzzjoni tad-diviżjonijiet tal-klassi “B”, iżda li għandu jkun meħtieġ jissodisfa l-istandards tal-integrità tal-klassi “B” biss sa fejn dan ikun prattikabbli u raġonevoli;

.2

fil-każ ta’ vapur protett b’sistema awtomatika tal-bexxixiet li tikkonforma mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament II-2/C/10, is-subparagrafu 6.1.100, il-paratiji tal-kuritur tal-materjali tal-klassi “B” jistgħu jieqfu f’saqaf fil-kuritur diment li tali saqaf ikun magħmul minn materjal li, fil-ħxuna u fil-kompożizzjoni tiegħu, ikun aċċettabbli fil-kostruzzjoni tad-diviżjonijiet tal-klassi “B”.

Minkejja r-rekwiżiti tal-paragrafu 2.2.4, tali paratiji u soqfa għandhom ikunu meħtieġa jissodisfaw l-istandards tal-integrità fir-rigward tar-reżistenza għan-nirien tal-klassi “B” sa fejn ikun raġonevoli u prattikabbli biss. Il-bibien u l-oqfsa kollha f’tali paratiji għandhom ikunu magħmula minn materjali mhux kombustibbli u għandhom jinbnew u jitwaqqfu b’tali mod sabiex jipprovdu reżistenza sostanzjali għan-nirien.

2.2.2.3.

Il-paratiji kollha meħtieġa biex ikunu diviżjoni tal-klassi “B”, ħlief il-paratiji tal-kurituri preskritti fil-paragrafu 2.2.2.2, għandhom jestendu minn gverta għall-oħra u sal-qoxra jew sa konfini oħra sakemm is-soqfa jew is-suffitti kontinwi tal-klassi “B” imwaħħlin fuq iż-żewġ naħat tal-paratiji ma jkollhomx tal-anqas l-istess reżistenza għan-nar bħall-paratija, f’liema każ il-paratija tista’ tispiċċa fis-saqaf jew fis-suffitt kontinwi.

2.2.3.   Integrità fir-rigward tar-reżistenza għan-nirien tal-paratiji u tal-gverti fil-vapuri li jġorru aktar minn 36 passiġġier

2.2.3.1.

Minbarra li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet speċifiċi għall-integrità fir-rigward tar-reżistenza għan-nirien tal-paratiji u tal-gverti msemmija f’postijiet oħra f’din il-parti, l-integrità minima fir-rigward tar-reżistenza għan-nirien tal-paratiji u tal-gverti kollha għandha tkun kif preskritta fit-tabelli 9.1 u 9.2.

2.2.3.2.

Għall-applikazzjoni tat-tabelli għandhom jiġu osservati dawn ir-rekwiżiti:

.1

It-tabella 9.1 għandha tapplika għall-paratiji li ma jkunux madwar iż-żoni vertikali prinċipali jew iż-żoni orizzontali. It-tabella 9.2 għandha tapplika għall-gverti li ma jiffurmawx turġien fiż-żoni vertikali prinċipali u lanqas ikunu madwar iż-żoni orizzontali.

.2

Sabiex jiġu ddeterminati l-istandards xierqa tal-integrità fir-rigward tar-reżistenza min-nirien li jridu jiġu applikati għall-konfini bejn l-ispazji maġenb xulxin, tali spazji huma kklassifikati skont ir-riskju li jieħdu n-nar kif muri fil-kategoriji (1) sa (14). Fejn il-kontenuti u l-użu ta’ spazju jkunu tali li jkun hemm dubju dwar il-klassifikazzjoni għall-iskop tar-Regolament II-2/C/9, għandhom jiġu ttrattati bħala spazju fil-kategorija rilevanti li jkollu l-aktar rekwiżiti strinġenti għall-konfini. It-titolu ta’ kull kategorija huwa maħsub biex ikun tipiku aktar milli restrittiv. In-numru indikat fil-parenteżi qabel kull kategorija jirreferi għall-kolonna jew għar-ringiela applikabbli fit-tabelli.

(1)

Stazzjonijiet tal-kontroll:

l-ispazji li jkun fihom sorsi tal-enerġija u tad-dawl ta’ emerġenza,

il-kamra tat-tmunier u l-kamra fejn jinżammu l-mapep,

l-ispazji li jkun fihom it-tagħmir tar-radju tal-vapur,

il-kmamar tat-tifi tan-nar, il-kmamar tal-kontroll tan-nar u l-istazzjonijiet li jirreġistraw il-każijiet ta’ nirien,

il-kamra tal-kontroll għall-makkinarju tal-propulsjoni meta jkun jinsab barra mill-ispazju għall-makkinarju tal-propulsjoni,

l-ispazji li jkun fihom tagħmir ċentralizzat tal-allarm tan-nar,

l-ispazji li jkun fihom stazzjonijiet u tagħmir tas-sistema ċentralizzata ta’ tgħarrif pubbliku ta’ emerġenza.

(2)

Turġien:

it-turġien fuq ġewwa, il-liftijiet u l-iskali mobbli (għajr dawk li jinsabu kompletament fl-ispazji tal-makkinarju) għall-passiġġieri u għall-ekwipaġġ u l-imgħalaq li jagħtu għalihom;

f’din il-konnessjoni, taraġ li jkun magħluq f’livell wieħed biss għandu jitqies bħala parti mill-ispazju li ma jkunx separat b’bieb li jaqta’ n-nar.

(3)

Kurituri:

il-kurituri tal-passiġġieri u tal-ekwipaġġ.

(4)

Stazzjonijiet tal-evakwazzjoni u rotot esterni ta’ ħrib:

iż-żona tal-istivar tal-inġenji tas-sopravivenza,

l-ispazji tal-gverta miftuħa u l-postijiet magħluqa tal-mixi li jiffurmaw stazzjonijiet tal-imbarkazzjoni u tat-tniżżil tad-dgħajjes tas-sopravivenza u taċ-ċattri tas-salvataġġ,

l-istazzjonijiet tal-ġmigħ tan-nies, interni u esterni,

it-turġien fuq barra u l-gverti miftuħa li jintużaw bħala rotot tal-ħrib,

il-ġenb tal-vapur sal-linja sa fejn jasal l-ilma fil-kundizzjoni l-aktar ħafifa tat-tbaħħir, il-ġnub tas-sovrastruttura u tal-kamra ta’ fuq il-gverta li jinsabu taħt u maġenb iċ-ċattri tas-salvataġġ u ż-żrieżaq tal-evakwazzjoni fiż-żoni tal-imbarkazzjoni.

(5)

Spazji tal-gverta miftuħa:

l-ispazji tal-gverta miftuħa u l-postijiet magħluqa tal-mixi li ma jkunx fihom stazzjonijiet tal-imbarkazzjoni u tat-tniżżil tad-dgħajjes tas-sopravivenza u taċ-ċattri tas-salvataġġ,

l-ispazji tal-ajru (l-ispazju fuq in-naħa ta’ barra tas-sovrastrutturi u tal-kmamar ta’ fuq il-gverta).

(6)

Spazji tal-akkomodazzjoni b’riskju minuri li jieħdu n-nar:

il-kabini li jkun fihom l-għamara u t-tagħmir b’riskju ristrett li jieħdu n-nar,

l-uffiċċji u d-dispensi li jkun fihom l-għamara u t-tagħmir b’riskju ristrett li jieħdu n-nar,

l-ispazji pubbliċi li jkun fihom l-għamara u t-tagħmir b’riskju ristrett li jieħdu n-nar u li jkollhom żona tal-gverta ta’ anqas minn 50 m2.

(7)

Spazji tal-akkomodazzjoni b’riskju moderat li jieħdu n-nar:

l-ispazji bħal fil-kategorija (6) ta’ hawn fuq iżda li jkun fihom l-għamara u t-tagħmir b’kull riskju ieħor li mhux ir-riskju ristrett li jieħdu n-nar,

l-ispazji pubbliċi li jkun fihom l-għamara u t-tagħmir b’riskju ristrett li jieħdu n-nar u li jkollhom żona tal-gverta ta’ 50 m2 jew aktar,

il-kabinetti iżolati li jissakkru u l-kmamar żgħar tal-ħżin fl-ispazji tal-akkomodazzjoni li jkollhom żoni ta’ anqas minn 4 m2 (li ma jinħażnux fihom likwidi li jieħdu n-nar),

il-ħwienet tal-bejgħ,

is-swali ta’ projezzjoni u tal-ħżin tal-films,

il-kċejjen djetetiċi (li ma jkun fihom l-ebda fjamma mikxufa),

il-kabinetti li jissakkru li jkun fihom it-tagħmir tat-tindif (li fihom ma jkunux stivati likwidi li jieħdu n-nar),

il-laboratorji (li fihom ma jkunux stivati likwidi li jieħdu n-nar),

l-ispiżeriji,

il-kmamar żgħar tat-tnixxif (li jkollhom żona tal-gverta ta’ 4 m2 jew anqas),

il-kmamar għall-ħżin ta’ oġġetti ta’ valur,

il-kmamar operattivi.

(8)

Spazji tal-akkomodazzjoni b’riskju akbar li jieħdu n-nar:

l-ispazji pubbliċi li jkun fihom l-għamara u t-tagħmir b’kull riskju ieħor li mhux ir-riskju ristrett li jieħdu n-nar u li jkollhom żona tal-gverta ta’ 50 m2 jew aktar,

il-ħwienet tal-barbiera u l-ħwienet tas-sbuħija,

is-sawni,

il-ħwienet tal-bejgħ.

(9)

Spazji sanitarji u spazji simili:

il-faċilitajiet sanitarji tal-komunità, id-doċċi, il-banjijiet, it-tojlits, eċċ.,

il-kmamar żgħar tal-ħasil tal-ħwejjeġ,

iż-żona tal-pixxina interna,

id-dispensi iżolati li ma jkun fihom l-ebda tagħmir tat-tisjir fl-ispazji tal-akkomodazzjoni,

il-faċilitajiet sanitarji privati għandhom jiġu kkunsidrati bħala porzjon tal-ispazju li fih ikunu jinsabu.

(10)

Tankijiet, spazji vojta u spazji tal-makkinarju awżiljarju li jkollhom ftit jew l-ebda riskju li jieħdu n-nar:

it-tankijiet tal-ilma li jiffurmaw parti mill-istruttura tal-vapur;

l-ispazji vojta u l-istrutturi għall-ilma,

l-ispazji tal-makkinarju awżiljarju li ma jkunx fihom makkinarju b’sistema tal-lubrifikazzjoni bil-pressjoni u fejn il-ħżin tal-oġġetti li jieħdu n-nar huwa pprojbit, bħalma huma:

il-kmamar tal-ventilazzjoni u tal-kundizzjonament tal-arja; il-kamra tal-arganell; il-kamra tat-tagħmir tal-għoti tad-direzzjoni; il-kamra bit-tagħmir li jistabbilizza; il-kamra tal-magni tal-propulsjoni elettrika; il-kmamar li fihom swiċċbords tat-taqsimiet u tagħmir purament elettriku għajr trasformaturi elettriċi mimlija biż-żejt (‘il fuq minn 10 kVA); il-mini tax-xaft u l-mini tal-pajpijiet; l-ispazji għall-pompi u għall-makkinarju tar-refriġerazzjoni (li la jġorru u lanqas jużaw likwidi li jieħdu n-nar),

it-trunklines magħluqa li jaqdu l-ispazji mniżżla hawn fuq,

trunklines magħluqa oħra bħal dawk tal-pajpijiet u tal-kejbils.

(11)

Spazji tal-makkinarju awżiljarju, spazji tal-merkanzija, tankijiet tal-merkanzija, tankijiet taż-żejt oħra u spazji simili oħra b’riskju moderat li jieħdu n-nar:

it-tankijiet taż-żejt tal-merkanzija,

il-postijiet fejn ikun hemm il-merkanzija, minn fejn jgħaddu t-trunklines u l-bokkaporti,

il-kmamar imkessħa,

it-tankijiet tal-karburant taż-żejt (fejn ikunu installati fi spazju separat mingħajr makkinarju),

il-mini tax-xaft u l-mini tal-pajpijiet li jippermettu l-ħżin tal-oġġetti li jieħdu n-nar,

l-ispazji tal-makkinarju awżiljarju bħal tal-kategorija (10) li jkun fihom makkinarju b’sistema tal-lubrifikazzjoni bil-pressjoni jew fejn il-ħżin tal-oġġetti li jieħdu n-nar huwa permess,

l-istazzjonijiet minn fejn jimtela l-karburant taż-żejt,

l-ispazji li jkun fihom trasformaturi elettriċi mimlija biż-żejt (‘il fuq minn 10 kVA),

l-ispazji li jkun fihom magni żgħar tal-kombustjoni interna li jagħtu enerġija sa 110 kW li jdawru l-ġeneraturi, il-pompi tal-bexxixiet, il-pompi tat-tagħmir li jxarrab jew il-pompi tat-tifi tan-nar, il-pompi tas-sentina, eċċ.,

it-trunklines magħluqa li jaqdu l-ispazji mniżżla hawn fuq.

(12)

Spazji tal-makkinarju u kċejjen prinċipali:

il-kmamar tal-makkinarju tal-propulsjoni prinċipali (li mhumiex kmamar tal-magni tal-propulsjoni elettrika) u l-kmamar tal-bojlers,

l-ispazji tal-makkinarju awżiljarju għajr dawk tal-kategoriji (10) u (11) li jkun fihom makkinarju tal-kombustjoni interna jew unitajiet oħra li jaħarqu, isaħħnu jew jippumpjaw iż-żejt,

il-kċejjen prinċipali u l-annessi,

it-trunklines u l-kejsings għall-ispazji mniżżla hawn fuq.

(13)

Kmamar tal-ħżin, kmamar tax-xogħol, dispensi, eċċ.:

id-dispensi prinċipali li ma jkunux annessi mal-kċejjen,

il-kamra prinċipali tal-ħasil tal-ħwejjeġ,

il-kmamar kbar tat-tnixxif (li jkollhom żona tal-gverta ta’ aktar minn 4 m2),

il-kmamar tal-ħżin mixxellanji,

il-kmamar tal-posta u tal-bagalji,

il-kmamar taż-żibel,

il-kmamar tax-xogħol (li ma jkunux parti mill-ispazji tal-makkinarju, mill-kċejjen, eċċ.),

il-kabinetti li jissakkru u l-kmamar tal-ħżin li jkollhom żoni akbar minn 4 m2, għajr dawk l-ispazji li jkollhom dispożizzjonijiet għall-ħżin ta’ likwidi li jieħdu n-nar.

(14)

Spazji oħra fejn jiġu stivati l-likwidi li jieħdu n-nar:

il-kabinetti taż-żebgħa li jissakkru,

il-kmamar tal-ħżin li jkun fihom likwidi li jieħdu n-nar (inkluż il-kuluri taż-żebgħa, il-mediċini, eċċ.),

il-laboratorji (li fihom ikunu stivati l-likwidi li jieħdu n-nar).

.3

Fejn għall-integrità fir-rigward tar-reżistenza għan-nirien ta’ konfini bejn żewġ spazji jintwera biss valur wieħed, dak il-valur għandu japplika fil-każijiet kollha.

.4

Ma hemm l-ebda rekwiżit speċjali għall-materjal jew għall-integrità tal-konfini fejn jidher biss sing twil fit-tabelli.

.5

L-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera għandha tistabbilixxi fir-rigward tal-ispazji tal-kategorija (5) jekk il-valuri tal-iżolazzjoni fit-tabella 9.1 għandhomx japplikaw għat-truf tal-kmamar ta’ fuq il-gverta u tas-sovrastrutturi, u jekk il-valuri tal-iżolazzjoni fit-tabella 9.2 għandhomx japplikaw għall-gverti tal-osservazzjoni tat-temp. Ir-rekwiżiti tal-kategorija (5) tat-tabelli 9.1 jew 9.2 ma għandhom fl-ebda każ jeħtieġu l-għeluq ta’ spazji li fl-opinjoni tal-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera ma hemmx bżonn ikunu magħluqa.

2.2.3.3.

Is-soqfa jew is-suffitti kontinwi tal-klassi “B”, assoċjati mal-gverti jew mal-paratiji rilevanti, jistgħu jiġu aċċettati bħala li jikkontribwixxu fis-sħiħ jew parzjalment, għall-iżolazzjoni u għall-integrità meħtieġa ta’ diviżjoni.

2.2.3.4.

Kostruzzjoni u arranġament tas-sawni

2.2.3.4.1

Il-perimetru tas-sawna għandu jkun magħmul minn konfini tal-klassi “A” u jista’ jinkludi l-kmamar għat-tibdil, id-doċċi u t-tojlits. Is-sawna għandha tkun iżolata skont l-istandard A-60 fir-rigward ma’ spazji oħra ħlief dawk ġewwa l-perimetru u l-ispazji tal-kategoriji (5), (9) u (10).

2.2.3.4.2

Il-kmamar tal-banju b’aċċess dirett għas-sawni jistgħu jitqiesu bħala parti minnhom. F’każijiet bħal dawn, il-bieb bejn is-sawna u l-kamra tal-banju ma hemmx għalfejn jikkonforma mar-rekwiżiti tas-sikurezza f’każ ta’ nirien.

2.2.3.4.3

Il-kisi tal-injam tradizzjonali fuq il-paratiji u s-saqaf huma permessi fis-sawna. Is-saqaf ta’ fuq il-forn għandu jinkesa bi pjanċa mhux kombustibbli bi spazju ta’ arja ta’ mill-inqas 30 mm. Id-distanza mis-superfiċi jaħarqu għall-materjali kombustibbli għandha tkun tal-anqas 500 mm jew il-materjali kombustibbli għandhom ikunu protetti (eż. bi pjanċa mhux kombustibbli bi spazju ta’ arja ta’ mill-inqas 30 mm).

2.2.3.4.4

Il-bankijiet tal-injam tradizzjonali jistgħu jintużaw fis-sawna.

2.2.3.4.5

Il-bieb tas-sawna għandu jiftaħ ’il barra billi wieħed jimbottah.

2.2.3.4.6

Il-fran imsaħħna b’mod elettriku għandhom jiġu pprovduti b’timer.

Tabella 9.1

Paratiji li la jikkonfinaw maż-żoni prinċipali vertikali u lanqas maż-żoni orizzontali

Spazji

(1)

(2)

(3)

(4)

(5)

(6)

(7)

(8)

(9)

(10)

(11)

(12)

(13)

(14)

Stazzjonijiet tal-kontroll

(1)

B-0 (a)

A-0

A-0

A-0

A-0

A-60

A-60

A-60

A-0

A-0

A-60

A-60

A-60

A-60

Turġien

(2)

A-0 (a)

A-0

A-0

A-0

A-0

A-15

A-15

A-0 (c)

A-0

A-15

A-30

A-15

A-30

Kurituri

(3)

B-15

A-60

A-0

B-15

B-15

B-15

B-15

A-0

A-15

A-30

A-0

A-30

Stazzjonijiet tal-evakwazzjoni u rotot esterni ta’ ħrib

(4)

A-0

A-60 (b,d)

A-60 (b,d)

A-60 (b,d)

A-0 (d)

A-0

A-60 (b)

A-60 (b)

A-60 (b)

A-60 (b)

Spazji miftuħa tal-gverta

(5)

A-0

A-0

A-0

A-0

A-0

A-0

A-0

A-0

A-0

Spazji tal-akkomodazzjoni b’riskju minuri li jieħdu n-nar

(6)

B-0

B-0

B-0

C

A-0

A-0

A-30

A-0

A-30

Spazji tal-akkomodazzjoni b’riskju moderat li jieħdu n-nar

(7)

B-0

B-0

C

A-0

A-15

A-60

A-15

A-60

Spazji tal-akkomodazzjoni b’riskju akbar li jieħdu n-nar

(8)

B-0

C

A-0

A-30

A-60

A-15

A-60

Spazji sanitarji u spazji simili

(9)

C

A-0

A-0

A-0

A-0

A-0

Tankijiet, spazji vojta u spazji tal-makkinarju awżiljarju li jkollhom ftit jew l-ebda riskju li jieħdu n-nar

(10)

A-0 (a)

A-0

A-0

A-0

A-0

Spazji tal-makkinarju awżiljarju, spazji tal-merkanzija, tankijiet tal-merkanzija, tankijiet taż-żejt oħra u spazji b’riskju moderat li jieħdu n-nar

(11)

A-0 (a)

A-0

A-0

A-15

Spazji tal-makkinarju u kċejjen prinċipali:

(12)

A-0 (a)

A-0

A-60

Kmamar tal-ħżin, kmamar tax-xogħol, dispensi, eċċ.

(13)

A-0 (a)

A-0

Spazji oħra fejn jiġu stivati l-likwidi li jieħdu n-nar

(14)

A-30

Tabella 9.2

Noti li jridu jiġu applikati għat-tabelli 9.1 u 9.2

(a)

Fejn l-ispazji ħdejn xulxin ikunu fl-istess kategorija numerika u jidher is-superskritt “a”, ma hemmx bżonn titwaħħal paratija jew gverta bejn tali spazji jekk jitqies li dan ma jkunx neċessarju mill-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera. Pereżempju, fil-kategorija (12) ma hemmx għalfejn tkun meħtieġa paratija bejn il-kċina u d-dispensi annessi magħha diment li l-paratija u l-gverti tad-dispensi jżommu l-integrità tal-konfini tal-kċina. Madankollu, paratija tkun meħtieġa bejn kċina u spazju tal-makkinarju anki jekk iż-żewġ spazji ikunu fil-kategorija (12).

(b)

Il-ġenb tal-vapur sal-linja sa fejn jasal l-ilma fil-kundizzjoni l-aktar ħafifa tat-tbaħħir, is-sovrastruttura u l-ġnub tal-kamra ta’ fuq il-gverta li jinsabu taħt u maġenb iċ-ċattri tas-salvataġġ u ż-żrieżaq tal-evakwazzjoni jistgħu jitnaqqsu għal “A-30”.

(c)

Fejn it-tojlits pubbliċi jkunu installati kompletament fil-magħlaq tat-taraġ, il-paratija tat-tojlit pubbliku fil-magħlaq tat-taraġ jista’ jkollha integrità tal-klassi “B”.

(d)

Fejn l-ispazji tal-kategoriji (6), (7), (8) u (9) ikunu jinsabu kompletament fil-perimetru ta’ barra tal-istazzjon tal-ġmigħ tan-nies, il-paratiji ta’ dawn l-ispazji jista’ jkollhom integrità tal-klassi “B-0”. Il-pożizzjonijiet tal-kontroll għall-installazzjonijiet tal-awdjo, tal-vidjo u tad-dawl jistgħu jiġu kkunsidrati bħala parti mill-istazzjon tal-ġmigħ tan-nies.

Noti ġenerali addizzjonali għat-tabella 9.1 meta tiġi applikata għad-diviżjonijiet vertikali magħmula mill-aluminju

1.

Bħala regola ġenerali ż-żewġ naħat jenħtieġ li jkunu iżolati skont l-istandard indikat fit-tabella 9.1.

2.

Fil-konfini fejn waħda min-naħat tkun faċċata ta’ spazji tal-kategoriji (5), (6), (9) jew (10) u n-naħa l-oħra tkun faċċata ta’ spazji ta’ kwalunkwe kategorija oħra differenti minn dawk, in-naħa li tkun faċċata ta’ dan l-aħħar spazju biss jenħtieġ li tiġi iżolata skont l-istandard indikat fit-tabella 9.1.

3.

Fil-konfini fejn iż-żewġ spazji jkunu inklużi fil-kategoriji (5), (6), (9) jew (10), jenħtieġ li jiġu segwiti l-kriterji li ġejjin:

i.

Gverta miftuħa (5)/Spazju tal-akkomodazzjoni b’riskju minuri ta’ nirien (6) – L-iżolazzjoni għandha tiġi installata biss fuq in-naħa tal-ispazju tal-akkomodazzjoni.

ii.

Gverta miftuħa (5)/Spazju sanitarju (9) – L-iżolazzjoni għandha tiġi installata biss fuq in-naħa tal-ispazju sanitarju.

iii.

Gverta miftuħa (5)/Tankijiet, spazji vojta u spazji tal-makkinarju awżiljarju li jkollhom ftit jew l-ebda riskju li jieħdu n-nar (10) – L-iżolazzjoni għandha tiġi installata biss fuq in-naħa tal-ispazju (10). Madankollu, meta l-ispazju (10) ikun tank jew spazju vojt, ma hemmx bżonn tiġi installata l-ebda iżolazzjoni fuq kwalunkwe naħa.

iv.

Spazju tal-akkomodazzjoni b’riskju minuri ta’ nirien (6)/Spazju Sanitarju (9) – it-tabella 9.1 tindika standard C bejn dawk iż-żewġ spazji. Għaldaqstant, ma hemm bżonn l-ebda iżolazzjoni fuq kwalunkwe naħa.

v.

Spazju tal-akkomodazzjoni b’riskju minuri ta’ nirien (6)/Tankijiet, spazji vojta u spazji tal-makkinarju awżiljarju li jkollhom ftit jew l-ebda riskju li jieħdu n-nar (10) – l-iżolazzjoni għandha tiġi installata biss fuq in-naħa tal-ispazju tal-akkomodazzjoni.

vi.

Spazju sanitarju (9)/Tankijiet, spazji vojta u spazji tal-makkinarju awżiljarju li jkollhom ftit jew l-ebda riskju li jieħdu n-nar (10) – l-iżolazzjoni għandha tiġi installata biss fuq in-naħa tal-ispazju sanitarju sakemm l-ispazju tal-kategorija (10) ma jkunx spazju tal-makkinarju awżiljarju li jkollu ftit jew l-ebda riskju li jieħu n-nar, f’liema każ l-iżolazzjoni għandha tiġi installata biss fuq in-naħa tal-ispazju tal-kategorija (10).

vii.

Il-qoxra tal-ġenb fl-ispazji ta’ kategorija differenti minn (5), (6), (9) jew (10) jiġu iżolati sal-gverta tal-paratija skont l-istandard indikat fit-tabella 9.1, jekk wieħed jassumi li l-ispazju maġenbha jkun tal-kategorija (5).

Noti ġenerali addizzjonali għat-tabella 9.2 meta tiġi applikata għad-diviżjonijiet orizzontali magħmula mill-aluminju

1.

Bħala regola ġenerali ż-żewġ naħat jenħtieġ li jkunu iżolati skont l-istandard indikat fit-tabella 9.2.

2.

Fil-konfini fejn waħda min-naħat tkun faċċata ta’ spazji tal-kategoriji (5), (6), (9) u (10) u n-naħa l-oħra tkun faċċata ta’ spazji ta’ kwalunkwe kategorija oħra differenti minn dawk, in-naħa li tkun faċċata ta’ dan l-aħħar spazju biss jenħtieġ li tiġi iżolata skont l-istandard indikat fit-tabella 9.2.

3.

Fil-konfini fejn iż-żewġ spazji jkunu inklużi fil-kategoriji (5), (6), (9) jew (10), l-iżolazzjoni għandha tiġi installata biss fuq in-naħa ta’ taħt.

4.

Fejn l-ispazju ta’ hawn fuq fil-konfini jkun ipprovdut b’installazzjoni fissa tat-tifi tan-nar, l-iżolazzjoni jeħtieġ li tiġi pprovduta biss fuq in-naħa ta’ taħt tad-diviżjoni, bl-eċċezzjoni tal-ispazji ta’ kategorija speċjali u l-ispazji tal-merkanzija tal-vapuri ro-ro.

2.2.4.   Integrità fir-rigward tar-reżistenza għan-nirien tal-paratiji u tal-gverti fil-vapuri li jġorru mhux aktar minn 36 passiġġier

2.2.4.1.

Minbarra li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet speċifiċi għall-integrità fir-rigward tar-reżistenza għan-nirien tal-paratiji u tal-gverti msemmija f’postijiet oħra f’din il-parti, l-integrità minima fir-rigward tar-reżistenza għan-nirien tal-paratiji u tal-gverti għandha tkun kif preskritta fit-tabelli 9.3 u 9.4, kif ikun xieraq.

2.2.4.2.

Għall-applikazzjoni tat-tabelli għandhom jiġu osservati dawn ir-rekwiżiti:

.1

It-tabelli 9.3 u 9.4 għandhom japplikaw rispettivament għall-paratiji u għall-gverti li jisseparaw l-ispazji ħdejn xulxin.

.2

Sabiex jiġu ddeterminati l-istandards xierqa tal-integrità fir-rigward tar-reżistenza għan-nirien li għandhom jiġu applikati għad-diviżjonijiet bejn l-ispazji maġenb xulxin, dawn l-spazji għandhom jiġu kklassifikati skont ir-riskju li jaqbdu kif muri f’kategoriji (1) sa (11). Fejn il-kontenuti u l-użu ta’ spazju jkunu tali li jkun hemm dubju dwar il-klassifikazzjoni għall-iskop tar-Regolament II-2/C/9, għandhom jiġu ttrattati bħala spazju fil-kategorija rilevanti li jkollu l-aktar rekwiżiti strinġenti għall-konfini. It-titolu ta’ kull kategorija huwa maħsub biex ikun tipiku aktar milli restrittiv. In-numru indikat fil-parenteżi qabel kull kategorija jirreferi għall-kolonna jew għar-ringiela applikabbli fit-tabelli.

(1)

Stazzjonijiet tal-kontroll:

l-ispazji li jkun fihom sorsi tal-enerġija u tad-dawl ta’ emerġenza,

il-kamra tat-tmunier u l-kamra fejn jinżammu l-mapep,

l-ispazji li jkun fihom it-tagħmir tar-radju tal-vapur,

il-kmamar tat-tifi tan-nar, il-kmamar tal-kontroll tan-nar u l-istazzjonijiet li jirreġistraw il-każijiet ta’ nirien,

il-kamra tal-kontroll għall-makkinarju tal-propulsjoni meta jkun jinsab barra mill-ispazju għall-makkinarju tal-propulsjoni,

l-ispazji li jkun fihom tagħmir ċentralizzat tal-allarm tan-nar.

(2)

Kurituri:

il-kurituri u s-swali tal-passiġġieri u tal-ekwipaġġ.

(3)

Spazji tal-akkomodazzjoni:

l-ispazji kif definiti fir-Regolament II-2/A/3, il-paragrafu 1, esklużi l-kurituri.

(4)

Turġien:

it-turġien fuq ġewwa, il-liftijiet u l-iskali mobbli (għajr dawk li jinsabu kompletament fl-ispazji tal-makkinarju) u l-imgħalaq li jagħtu għalihom;

f’din il-konnessjoni, taraġ li jkun magħluq f’livell wieħed biss għandu jitqies bħala parti mill-ispazju li ma jkunx separat b’bieb li jaqta’ n-nar.

(5)

Spazji tas-servizz (b’riskju baxx):

kabinetti li jissakkru u kmamar tal-ħżin li ma jkollhomx dispożizzjonijiet għal-likwidi li jieħdu n-nar u li jkollhom żoni ta’ anqas minn 4 m2 u kmamar tat-tnixxif u kmamar tal-ħasil tal-ħwejjeġ.

(6)

Spazji tal-makkinarju tal-kategorija A:

l-ispazji kif definiti fir-Regolament II-2/A/3, il-paragrafu 31.

(7)

Spazji tal-makkinarju oħra:

l-ispazji kif definiti fir-Regolament II-2/A/3, il-paragrafu 30, esklużi l-ispazji tal-makkinarju tal-kategorija A.

(8)

Spazji tal-merkanzija:

l-ispazji kollha li jintużaw għall-merkanzija (inkluż it-tankijiet taż-żejt tal-merkanzija) u l-passaġġi tat-trunklines u l-bokkaporti għal tali spazji, li mhumiex spazji ta’ kategorija speċjali.

(9)

Spazji tas-servizz (riskju għoli):

il-kċejjen, id-dispensi li jkun fihom it-tagħmir tat-tisjir, il-kmamar taż-żebgħa u tal-lampi, il-kabinetti li jissakkru u l-kmamar tal-ħżin li jkollhom żoni ta’ 4 m2 jew aktar, l-ispazji għall-ħżin tal-likwidi li jieħdu n-nar, is-sawni u l-kmamar tax-xogħol għajr dawk li jiffurmaw parti mill-ispazji tal-makkinarju.

(10)

Gverti miftuħa:

l-ispazji tal-gverta miftuħa u l-postijiet magħluqa tal-mixi li ma jkollhom l-ebda riskju li jieħdu n-nar. Spazji tal-ajru (l-ispazju fuq in-naħa ta’ barra tas-sovrastrutturi u tal-kmamar ta’ fuq il-gverta).

(11)

Spazji ta’ kategorija speċjali u tal-merkanzija tal-vapuri ro-ro:

l-ispazji kif definiti fir-Regolament II-2/A/3, il-paragrafi 41 u 46.

.3

Meta jiġi ddeterminat l-istandard tal-integrità applikabbli fir-rigward tar-reżistenza għan-nirien ta’ konfini bejn żewġ spazji f’żona vertikali prinċipali jew f’żona orizzontali li ma tkunx protetta b’sistema awtomatika ta’ bexxixiet li tikkonforma mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament II-2/C/10, is-subparagrafu 6.1.100 jew bejn tali żoni li l-ebda minnhom ma tkun protetta b’dan il-mod, għandu japplika l-ogħla wieħed miż-żewġ valuri mogħtija fit-tabelli.

.4

Meta jiġi ddeterminat l-istandard tal-integrità applikabbli fir-rigward tar-reżistenza għan-nirien ta’ konfini bejn żewġ spazji f’żona vertikali prinċipali jew f’żona orizzontali li tkun protetta b’sistema awtomatika ta’ bexxixiet li tikkonforma mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament II-2/C/10, is-subparagrafu 6.1.100 jew bejn tali żoni protetti b’dan il-mod, għandu japplika l-inqas wieħed miż-żewġ valuri mogħtija fit-tabelli. Fejn żona li fiha l-bexxixiet u żona li ma fihiex bexxixiet jiltaqgħu fl-ispazji tal-akkomodazzjoni u tas-servizz, għandu japplika l-ogħla wieħed miż-żewġ valuri mogħtija fit-tabelli għad-diviżjoni bejn iż-żoni.

2.2.4.3.

Is-soqfa jew is-suffitti kontinwi tal-klassi “B”, assoċjati mal-gverti jew mal-paratiji rilevanti, jistgħu jiġu aċċettati bħala li jikkontribwixxu fis-sħiħ jew parzjalment, għall-iżolazzjoni u għall-integrità meħtieġa ta’ diviżjoni.

2.2.4.4.

Il-konfini esterni li skont ir-Regolament II-2/C/11, il-paragrafu 2, jeħtieġ li jkunu tal-azzar jew materjal ekwivalenti ieħor jistgħu jiġu mtaqqba għat-twaħħil ta’ twieqi u ta’ fetħiet fil-ġnub, diment li ma jkun hemm l-ebda rekwiżit li jeħtieġ li tali konfini jkollhom integrità tal-klassi “A” f’xi post ieħor f’din il-parti. Bl-istess mod, fit-tali konfini li għalihom ma hemmx rekwiżit li jkollhom integrità ta’l-klassi A, il-bibien jistgħu jkunu ta’ materjali li jissodisfaw l-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera.

2.2.4.5.

Is-sawni għandhom jikkonformaw mal-paragrafu 2.2.3.4.

Tabella 9.3

Integrità fir-rigward tar-reżistenza għan-nirien tal-paratiji li jisseparaw l-ispazji ħdejn xulxin

Spazji

(1)

(2)

(3)

(4)

(5)

(6)

(7)

(8)

(9)

(10)

(11)

Stazzjonijiet tal-kontroll

(1)

A-0 (c)

A-0

A-60

A-0

A-15

A-60

A-15

A-60

A-60

(*)

A-60

Kurituri

(2)

C (e)

B-0(e)

A-0 (a)

B-0(e)

A-60

A-0

A-0

A-15

(*)

A-30

B-0 (e)

A-0 (d)

Spazji tal-akkomodazzjoni

(3)

C (e)

A-0 (a)

B-0 (e)

A-60

A-0

A-0

A-15

(*)

A-30

B-0 (e)

A-0 (d)

A-0 (d)

Turġien

(4)

A-0 (a)

A-0 (a)

A-60

A-0

A-0

A-15

(*)

A-30

B-0 (e)

B-0 (e)

A-0 (d)

Spazji tas-servizz (riskju baxx)

(5)

C (e)

A-60

A-0

A-0

A-0

(*)

A-0

Spazji tal-makkinarju tal-kategorija A

(6)

(*)

A-0

A-0

A-60

(*)

A-60

Spazji tal-makkinarju oħra

(7)

A-0 (b)

A-0

A-0

(*)

A-0

Spazji tal-merkanzija

(8)

(*)

A-0

(*)

A-0

Spazji tas-servizz (riskju għoli)

(9)

A-0 (b)

(*)

A-30

Gverti miftuħa

(10)

A-0

Spazji ta’ kategorija speċjali u tal-merkanzija tal-vapuri ro-ro

(11)

A-30

Tabella 9.4

Integrità fir-rigward tar-reżistenza għan-nirien tal-gverti li jisseparaw l-ispazji ħdejn xulxin

Spazju taħt↓ Spazju fuq→

(1)

(2)

(3)

(4)

(5)

(6)

(7)

(8)

(9)

(10)

(11)

Stazzjonijiet tal-kontroll

(1)

A-0

A-0

A-0

A-0

A-0

A-60

A-0

A-0

A-0

(*)

A-30

Kurituri

(2)

A-0

(*)

(*)

A-0

(*)

A-60

A-0

A-0

A-0

(*)

A-0

Spazji tal-akkomodazzjoni

(3)

A-60

A-0

(*)

A-0

(*)

A-60

A-0

A-0

A-0

(*)

A-30

A-0 (d)

Turġien

(4)

A-0

A-0

A-0

(*)

A-0

A-60

A-0

A-0

A-0

(*)

A-0

Spazji tas-servizz (riskju baxx)

(5)

A-15

A-0

A-0

A-0

(*)

A-60

A-0

A-0

A-0

(*)

A-0

Spazji tal-makkinarju tal-kategorija A

(6)

A-60

A-60

A-60

A-60

A-60

(*)

A-60 (f)

A-30

A-60

(*)

A-60

Spazji tal-makkinarju oħra

(7)

A-15

A-0

A-0

A-0

A-0

A-0

(*)

A-0

A-0

(*)

A-0

Spazji tal-merkanzija

(8)

A-60

A-0

A-0

A-0

A-0

A-0

A-0

(*)

A-0

(*)

A-0

Spazji tas-servizz (riskju għoli)

(9)

A-60

A-30

A-30

A-30

A-0

A-60

A-0

A-0

A-0

(*)

A-30

A-0 (d)

A-0 (d)

A-0 (d)

Gverti miftuħa

(10)

(*)

(*)

(*)

(*)

(*)

(*)

(*)

(*)

(*)

A-0

Spazji ta’ kategorija speċjali u tal-merkanzija tal-vapuri ro-ro

(11)

A-60

A-30

A-30

A-30

A-0

A-60

A-0

A-0

A-30

A-0

A-30

A-0 (d)

Noti li jridu jiġu applikati għat-tabelli 9.3 u 9.4, kif ikun xieraq.

(a)

Għal kjarifika dwar liema minnhom japplika, ara l-paragrafi 2.2.2 u 2.2.5.

(b)

Fejn l-ispazji jkunu tal-istess kategorija numerika u jidher superskritt “b”, paratija jew gverta tal-klassifikazzjoni murija fit-tabelli tkun meħtieġa biss meta l-ispazji ħdejn xulxin ikunu għal skop differenti, eż. fil-kategorija (9). Kċina ħdejn oħra ma teħtieġx paratija iżda kċina ħdejn kamra taż-żebgħa teħtieġ paratija “A-0”.

(c)

Il-paratiji li jisseparaw il-kamra tat-tmunier u l-kamra fejn jinżammu l-mapep minn xulxin jista’ jkollhom klassifikazzjoni “B-0”.

(d)

Ara l-paragrafi 2.2.4.2.3 u 2.2.4.2.4 tar-Regolament II-2/B/9.

(e)

Għall-applikazzjoni tal-paragrafu 2.2.1.1.2, kull fejn jidhru “B-0” u “C” fit-tabella 9.3, għandhom jitqiesu bħala “A-0”.

(f)

Ma hemmx bżonn li jkun hemm iżolament min-nirien jekk l-ispazju tal-makkinarju fil-kategorija (7) ikollu ftit jew l-ebda riskju li jieħu n-nar.

(*)

Fejn jidher asterisk fit-tabelli, id-diviżjoni jeħtieġ li tkun tal-azzar jew materjal ekwivalenti ieħor, iżda mhux meħtieġa tkun tal-istandard tal-klassi “A”. Madankollu, fejn gverta, ħlief fi spazju tal-kategorija (10), tkun ippenetrata biex jgħaddu l-kejbils elettriċi, il-pajpijiet u l-kanali tal-ventilazzjoni, tali penetrazzjoni għandha tkun bl-eżatt biex tevita li jgħaddu l-fjammi u d-duħħan. Id-diviżjonijiet bejn l-istazzjonijiet tal-kontroll (ġeneraturi ta’ emerġenza) u l-gverti miftuħa jista’ jkollhom fetħiet tat-teħid tal-arja mingħajr mezz għall-għeluq, sakemm ma titwaħħalx sistema fissa tat-tifi tan-nar bil-gass.

Għall-applikazzjoni tal-paragrafu 2.2.1.1.2., fejn jidher asterisk fit-tabella 9.4, ħlief għall-kategoriji (8) u (10), għandu jitqies bħala “A-0”.

Noti ġenerali addizzjonali għat-tabella 9.3 meta tiġi applikata għad-diviżjonijiet vertikali magħmula mill-aluminju

1.

Bħala regola ġenerali ż-żewġ naħat jenħtieġ li jkunu iżolati skont l-istandard indikat fit-tabella 9.3.

2.

Fil-konfini fejn waħda min-naħat tkun faċċata ta’ spazji tal-kategorija (5) jew (10) u n-naħa l-oħra tkun faċċata ta’ spazji ta’ kwalunkwe kategorija oħra differenti minn dawk, in-naħa li tkun faċċata ta’ dan l-aħħar spazju biss jenħtieġ li tiġi iżolata skont l-istandard indikat fit-tabella 9.3.

Noti ġenerali addizzjonali għat-tabella 9.4 meta tiġi applikata għad-diviżjonijiet orizzontali magħmula mill-aluminju

1.

Bħala regola ġenerali ż-żewġ naħat jenħtieġ li jkunu iżolati skont l-istandard indikat fit-tabella 9.4.

2.

Fil-konfini fejn waħda min-naħat tkun faċċata ta’ spazji tal-kategorija (5) u (10) u n-naħa l-oħra tkun faċċata ta’ spazji ta’ kwalunkwe kategorija oħra differenti minn dawk, in-naħa li tkun faċċata ta’ dan l-aħħar spazju biss jenħtieġ li tiġi iżolata skont l-istandard indikat fit-tabella 9.4.

3.

Fejn l-ispazju ta’ hawn fuq fil-konfini jkun ipprovdut b’installazzjoni fissa tat-tifi tan-nar, l-iżolazzjoni jeħtieġ li tiġi pprovduta biss fuq in-naħa ta’ taħt tad-diviżjoni, bl-eċċezzjoni tal-ispazji ta’ kategorija speċjali u l-ispazji tal-merkanzija tal-vapuri ro-ro.

2.2.5.   Protezzjoni tat-turġien u tal-liftijiet fl-ispazji tal-akkomodazzjoni u tas-servizz

2.2.5.1.

It-turġien kollha għandhom ikunu fl-imgħalaq iffurmati mid-diviżjonijiet tal-klassi “A”, b’mezzi pożittivi tal-għeluq tal-fetħiet kollha ħlief għal:

.1

taraġ li jgħaqqad biss żewġ gverti li ma hemmx bżonn ikun magħluq, dejjem jekk l-integrità fir-rigward ir-reżistenza għan-nirien tal-gverta tinżamm minn paratiji jew minn bibien xierqa fi spazju wieħed bejn il-gverti. Meta taraġ ikun magħluq bejn l-ispazji ta’ bejn il-gverti, l-ispazju tal-magħlaq tat-taraġ għandu jiġi protett f’konformità mal-imwejjed tal-gverti fil-paragrafi 2.2.3 u 2.2.4;

.2

it-turġien jistgħu jitwaħħlu fil-beraħ fi spazju pubbliku, dejjem jekk ikunu jinsabu kompletament f’dan l-ispazju pubbliku.

2.2.5.2.

Il-kaxxi tal-liftijiet għandhom jitwaħħlu b’tali mod li jevitaw li jgħaddi d-duħħan u l-fjammi minn spazju wieħed bejn il-gverti għall-ieħor u għandhom jiġu pprovduti b’mezzi tal-għeluq sabiex jippermettu l-kontroll tal-kurrent u tad-duħħan.

2.2.6.   Arranġament tal-gallariji tal-kabini

Il-paratiji parzjali li ma jżommux tagħbija fuqhom u li jisseparaw il-gallariji tal-kabini li jmissu magħhom għandhom ikunu jistgħu jinfetħu mill-ekwipaġġ minn kull naħa bl-iskop tat-tifi tan-nar.

2.2.7.   Protezzjoni tal-atriji

2.2.7.1.

L-atriji għandhom ikunu jinsabu fl-imgħalaq iffurmati minn diviżjonijiet tal-klassi “A” li jkollhom klassifikazzjoni tan-nar determinata f’konformità mat-tabelli 9.2 u 9.4, kif ikun applikabbli.

2.2.7.2.

Il-gverti li jisseparaw l-ispazji fl-atriji għandu jkollhom klassifikazzjoni tan-nar determinata f’konformità mat-tabelli 9.2 u 9.4, kif ikun applikabbli.

3.   Penetrazzjonijiet fid-diviżjonijiet li jirreżistu n-nar u prevenzjoni tat-trażmissjoni tas-sħana

3.1.

Fejn id-diviżjonijiet tal-klassi “A” jiġu ppenetrati biex jgħaddu l-kejbils tal-elettriku, il-pajpijiet, it-trunklines, il-kanali, eċċ., jew għal travi tal-ħadid li jirfdu s-saqaf (girders), travi jew membri strutturali oħra, tali penetrazzjonijiet għandhom jiġu ttestjati f’konformità mal-Kodiċi tal-Proċeduri tat-Test tan-Nirien sabiex jiġi żgurat li r-reżistenza għan-nirien tad-diviżjonijiet ma tiġix imfixkla. Fil-każ tal-kanali tal-ventilazzjoni, japplikaw il-paragrafi 7.1.2 u 7.3.1. Madankollu, fejn il-penetrazzjoni tal-pajp tkun tal-azzar jew materjal ekwivalenti li jkollu ħxuna ta’ tliet (3) mm jew aktar u tul ta’ mhux anqas minn 900 mm (preferibbilment 450 mm fuq kull naħa tad-diviżjoni) u ma jkollu l-ebda fetħa, l-ittestjar mhux meħtieġ.Tali penetrazzjonijiet għandhom ikunu iżolati b’mod xieraq bl-estensjoni tal-iżolazzjoni fl-istess livell tad-diviżjoni.

3.2.

Fejn id-diviżjonijiet tal-klassi “B” jiġu ppenetrati biex jgħaddu l-kejbils tal-elettriku, il-pajpijiet, it-trunklines, il-kanali, eċċ., jew jitwaħħlu t-terminals tal-ventilazzjoni, it-tagħmir tad-dawl u apparati simili, għandhom isiru arranġamenti biex jiżguraw li r-reżistenza għan-nar tad-diviżjonijiet ma tiġix imfixkla, soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 7.3.2. Il-pajpijiet għajr dawk tal-azzar jew tar-ram li jippenetraw id-diviżjonijiet tal-klassi “B” għandhom jiġu protetti:

.1

b’apparat tal-penetrazzjoni ttestjat li jirreżisti għan-nar, li jkun adattat għar-reżistenza f’każ ta’ nar fid-diviżjoni ppenetrata u għat-tip ta’ pajp li jkun intuża; jew inkella

.2

bi sleeve tal-azzar, li jkollha ħxuna ta’ mhux anqas minn 1,8 mm u tul ta’ mhux anqas minn 900 mm għal pajpijiet b’dijametru ta’ 150 mm jew aktar u mhux anqas minn 600 mm għal pajpijiet b’dijametru ta’ anqas minn 150 mm (preferibbilment diviżi ugwalment fuq kull naħa tad-diviżjoni). Il-pajp għandu jiġi konness fit-truf tas-sleeve bi flanġi jew b’couplings jew l-ispazju bejn is-sleeve u l-pajp ma għandhiex taqbeż 2,5 mm jew kwalunkwe spazju bejn il-pajp u s-sleeve għandu jiġi mimli b’materjal mhux kombustibbli jew materjal adattat ieħor.

3.3.

Il-pajpijiet mhux iżolati li jippenetraw diviżjonijiet tal-klassi “A” jew “B” ma għandhomx ikunu magħmula minn materjali li jkollhom temperatura tat-tidwib li taqbeż id-950 °C għad-diviżjonijiet tal-klassi “A-0” u t-850 °C għad-diviżjonijiet tal-klassi “B-0”.

3.4.

Meta tapprova d-dettalji strutturali tal-protezzjoni min-nirien l-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera għandha tikkunsidra r-riskju tat-trasferiment tas-sħana fl-intersezzjonijiet u fil-punti tat-terminals tal-barrieri termali meħtieġa.

Fl-implimentazzjoni ta’ miżuri kontra n-nirien, għandhom jittieħdu passi mill-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera biex jimpedixxu t-trasferiment tas-sħana mill-pontijiet tas-sħana, pereżempju bejn il-gverti u l-paratiji.

L-iżolazzjoni ta’ gverta jew ta’ paratija għandha ssir lil hinn mill-punt tal-penetrazzjoni, tal-intersezzjoni jew tat-terminal għal distanza ta’ mill-anqas 450 mm fil-każ ta’ strutturi tal-azzar u tal-aluminju. Jekk spazju jiġi diviż bi gverta jew b’paratija ta’ standard ta’ klassi “A” b’iżolazzjoni ta’ valuri differenti, l-iżolazzjoni bl-ogħla valur għandha tkompli fuq il-gverta jew il-paratija bl-iżolazzjoni tal-inqas valur għal distanza ta’ mill-inqas 450 mm.

4.   Protezzjoni tal-fetħiet fid-diviżjonijiet li jirreżistu n-nirien

4.1.1.   Penetrazzjonijiet u fetħiet fid-diviżjonijiet tal-klassi “A”

4.1.1.1.

Il-fetħiet kollha fid-diviżjonijiet tal-klassi “A” għandhom jiġu pprovduti b’mezzi tal-għeluq li jeħlu b’mod permanenti u li għandhom ikunu effettivi biex jirreżistu għan-nirien bħad-diviżjonijiet li fihom jitwaħħlu.

4.1.1.2.

Il-kostruzzjoni tal-bibien u tal-oqfsa tagħhom kollha fid-diviżjonijiet tal-klassi “A”, bil-mezzi li jissakkru meta jingħalqu, għandhom jipprovdu reżistenza għan-nirien kif ukoll għall-passaġġ tad-duħħan u tal-fjammi, sa fejn ikun prattiku, ekwivalenti għal dak tal-paratiji li fih jinsabu l-bibien. Dawn il-bibien u l-oqfsa tagħhom għandhom jinbnew bl-azzar jew b’materjal ekwivalenti ieħor.

4.1.1.3.

Il-bibien li huma impermeabbli ma hemmx bżonn ikunu iżolati.

4.1.1.4.

Kull bieb għandu jkun jista’ jinfetaħ u jingħalaq minn kull naħa tal-paratija minn persuna waħda biss.

4.1.1.5.

Il-bibien li jaqtgħu n-nar fil-paratiji taż-żona vertikali prinċipali, fil-konfini tal-kċina u fl-imgħalaq tat-turġien, għajr il-bibien impermeabbli motorizzati u dawk li normalment ikunu msakkra, għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

.1

il-bibien għandhom ikunu jingħalqu awtomatikament u għandhom ikunu kapaċi jingħalqu b’angolu ta’ inklinazzjoni sa 3,5° kontra tal-għeluq;

.2

il-ħin approssimattiv tal-għeluq għall-bibien li jaqtgħu n-nar li jkollhom iċ-ċappetti għandu jkun mhux aktar minn 40 sekonda u mhux anqas minn 10 sekondi mill-bidu tal-moviment tagħhom bil-vapur fil-pożizzjoni wieqfa. Ir-rata uniformi tal-għeluq għall-bibien li jaqtgħu n-nirien li jiżżerżqu ma għandhiex tkun aktar minn 0,2 m/s u mhux anqas minn 0,1 m/s bil-vapur fil-pożizzjoni wieqfa;

.3

Il-bibien għandhom ikunu kapaċi jinfetħu bis-sistema tar-rilaxx mill-bogħod mill-istazzjon ċentrali tal-kontroll li jkollu n-nies fih, jew fl-istess ħin jew fi gruppi, u għandhom ikunu kapaċi jinfetħu ukoll individwalment minn pożizzjoni fuq iż-żewġ naħat tal-bieb. L-iswiċċijiet li jiftħu għandu jkollhom funzjoni li jixegħlu u jitfu biex jevitaw l-issettjar mill-ġdid tas-sistema;

.4

il-grampuni li jżommu lura li mhumiex soġġetti għar-rilaxx tal-istazzjon ċentrali tal-kontroll huma pprojbiti;

.5

bieb li jingħalaq mill-bogħod minn stazzjon ċentrali tal-kontroll għandu jkun kapaċi jinfetaħ mill-ġdid miż-żewġ naħat tal-bieb bil-kontroll lokali. Wara tali ftuħ lokali, il-bieb għandu jingħalaq awtomatikament mill-ġdid;

.6

għandha tingħata indikazzjoni fil-panel tal-indikazzjoni tal-bieb li jaqta’ n-nirien fl-istazzjon ċentrali tal-kontroll li jkollu n-nies miegħu l-ħin kollu jekk kull wieħed mill-bibien li huma kkontrollati bir-rilaxx mill-bogħod ikunux magħluqa;

.7

il-mekkaniżmu tar-rilaxx għandu jkun iddisinjat b’tali mod li l-bieb jingħalaq awtomatikament fil-każ ta’ problemi fis-sistema tal-kontroll jew fis-sors prinċipali tal-enerġija elettrika;

.8

l-akkumulaturi tal-enerġija lokali għall-bibien motorizzati għandhom jiġu pprovduti fil-viċinanza immedjata tal-bibien biex b’hekk il-bibien ikunu jistgħu jitħaddmu tal-anqas 10 darbiet (jinfetħu u jingħalqu kompletament) bl-użu tal-kontrolli lokali;

.9

il-problemi fis-sistema tal-kontroll jew fis-sors prinċipali tal-enerġija elettrika f’bieb wieħed ma għandux itellef il-funzjonament sikur tal-bibien l-oħra;

.10

il-bibien li jiżżerżqu li huma kkontrollati mill-bogħod jew dawk motorizzati għandhom jiġu mgħammra b’allarm li jdoqq għal tal-anqas ħames (5) sekondi iżda għal mhux aktar minn 10 sekondi wara li l-bieb jiġi rrilaxxat mill-istazzjon ċentrali tal-kontroll u qabel jibda jiċċaqlaq u għandu jkompli jinstema’ sakemm il-bieb jingħalaq kompletament;

.11

bieb iddisinjat biex jerġa’ jinfetaħ malli jiltaqa’ ma’ oġġett fil-passaġġ tiegħu għandu jerġa’ jinfetaħ mhux aktar minn metru mill-punt tal-kuntatt;

.12

il-bibien bil-qoxra doppja b’qafla meħtieġa għall-integrità fir-rigward tar-reżistenza għan-nirien tagħhom għandu jkollhom qafla li tiġi attivata awtomatikament bit-tħaddim tal-bibien meta jiġu rrilaxxati mis-sistema tal-kontroll;

.13

il-bibien motorizzati u li jingħalqu awtomatikament, li jagħtu aċċess dirett għall-ispazji ta’ kategorija speċjali, ma hemmx bżonn ikunu mgħammra bl-allarmi u bil-mekkaniżmi tar-rilaxx mill-bogħod meħtieġa fil-paragrafi.3 u.10;

.14

il-komponenti tas-sistema tal-kontroll lokali għandhom ikunu aċċessibbli għall-manutenzjoni u għall-aġġustamenti; u

.15

għandhom jiġu pprovduti bibien motorizzati b’sistema ta’ kontroll ta’ tip approvat li għandha tkun kapaċi taħdem f’każ ta’ nirien, u dan jiġi ddeterminat f’konformità mal-Kodiċi tal-Proċeduri tat-Test tan-Nar. Din is-sistema għandha tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

.1

is-sistema tal-kontroll għandha tkun tista’ tħaddem il-bieb f’temperatura ta’ mill-inqas 200 °C għal mill-inqas 60 minuta, fornuta mill-provvista tal-enerġija;

.2

il-provvista tal-enerġija għall-bibien l-oħra kollha li ma jkunux soġġetti għan-nirien ma għandhiex issirilha ħsara, u;

.3

f’temperaturi li jaqbżu l-200 °C, is-sistema tal-kontroll għandha tiġi iżolata awtomatikament mill-provvista tal-enerġija u għandha tkun kapaċi żżomm il-bieb magħluq sa mill-inqas 945 °C.

4.1.1.7.

Ir-rekwiżiti tal-integrità fir-rigward tar-reżistenza għan-nirien tal-klassi “A” tal-konfini esterni ta’ vapur ma għandhomx japplikaw għall-porzjonijiet tal-ħġieġ, għat-twieqi u għall-fetħiet fil-ġnub, diment li għal tali konfini ma jkun hemm l-ebda rekwiżit li jitlob li jkollhom integrità fir-rigward tar-reżistenza għan-nirien tal-klassi “A” fil-paragrafi 4.1.3.5 u 4.1.3.6. Ir-rekwiżiti tal-integrità tal-klassi A tal-konfini esterni tal-vapur ma għandhomx japplikaw għall-bibien esterni, ħlief għal dawk fis-sovrastrutturi u l-kmamar ta’ fuq il-gverta li jiffaċċjaw tagħmir tas-salvataġġ, żoni esterni tal-ġmigħ tan-nies u tal-imbarkazzjoni, turġien esterni u gverti miftuħa li jintużaw għar-rotot tal-ħrib. Il-bibien tal-magħlaq tat-taraġ ma hemmx bżonn jikkonformaw ma’ dan ir-rekwiżit.

4.1.1.8.

Ħlief għall-bibien impermeabbli, il-bibien li jirreżistu għall-maltemp (il-bibien semipermeabbli), il-bibien li jwasslu għall-gverta miftuħa u l-bibien li jeħtieġ li jkunu impermeabbli għall-gass, il-bibien kollha tal-klassi “A” li jinsabu fit-turġien, u l-ispazji pubbliċi u l-paratiji taż-żona vertikali prinċipali fir-rotot tal-ħrib għandhom jiġu mgħammra b’fetħa tal-manka li tingħalaq awtomatikament, li tkun magħmula minn materjal, u li jkollha kostruzzjoni u reżistenza għan-nirien, li jkunu ekwivalenti għall-bieb li jitwaħħlu fihom, u għandhom ikunu fetħa netta kwadra ta’150 mm bil-bieb magħluq u għandhom ikunu mdaħħla ’l ġewwa fit-tarf ta’ taħt tal-bieb, faċċata taċ-ċappetta tal-bieb, jew fil-każ tal-bibien li jiżżerżqu, l-aktar qrib il-fetħa.

4.1.2.   Penetrazzjonijiet u fetħiet fid-diviżjonijiet tal-klassi “B”

4.1.2.1.

Il-bibien u l-oqfsa tal-bibien fid-diviżjonijiet tal-klassi “B” kif ukoll il-mezzi biex jissakkru għandhom jipprovdu metodu ta’ għeluq li jkun reżistenti għan-nar b’mod ekwivalenti għar-reżistenza tad-diviżjonijiet ħlief li l-fetħiet tal-ventilazzjoni jistgħu jiġu permessi fil-porzjon baxx ta’ dawn il-bibien. Fejn dawn il-fetħiet ikunu f’bieb jew taħt bieb, l-erja totali netta ta’ tali fetħa jew fetħiet ma għandhiex taqbeż 0,05 m2. Alternattivament, kanal tal-bilanċ tal-arja mhux kombustibbli, li jgħaddi bejn il-kabina u l-kuritur u li jkun jinsab taħt l-unità sanitarja, huwa permess fejn l-erja trasversali tal-kanal ma taqbiżx 0,05 m2. Il-fetħiet kollha tal-ventilazzjoni għandu jkollhom grilja li tkun magħmula minn materjal mhux kombustibbli. Il-bibien ma għandhomx ikunu kombustibbli.

4.1.2.1a

Sabiex jitnaqqas l-istorbju, l-Amministrazzjoni tista’ tapprova, bħala ekwivalenti, bibien b’qafliet akustiċi tal-ventilazzjoni inkorporati fihom stess, b’fetħiet fil-qiegħ fuq naħa waħda tal-bieb u fuq in-naħa ta’ fuq, fuq in-naħa l-oħra, bil-kundizzjoni li jkun hemm konformità mad-dispożizzjonijiet li ġejjin:

.1

Il-fetħa ta’ fuq għandha dejjem tħares lejn il-kuritur u għandha tiġi pprovduta bi grilja magħmula minn materjal mhux kombustibbli u b’barriera tan-nirien li taħdem awtomatikament, li tiġi attivata f’temperatura ta’ madwar 70 °C.

.2

Il-fetħa ta’ taħt għandha tiġi pprovduta bi grilja magħmula minn materjal mhux kombustibbli.

.3

Il-bibien għandhom jiġu ttestjati f’konformità mal-Kodiċi tal-Proċeduri tat-Test tan-Nirien:

4.1.2.2.

Il-bibien tal-kabini tad-diviżjonijiet tal-klassi “B” għandhom ikunu tat-tip li jingħalqu awtomatikament. Il-grampuni li jżommu lura mhux permessi.

4.1.2.3.

Ir-rekwiżiti tal-integrità fir-rigward tar-reżistenza għan-nirien tal-klassi “B” tal-konfini ta’ barra tal-vapur ma għandhomx japplikaw għad-diviżjonijiet tal-ħġieġ, għat-twieqi u għall-fetħiet tal-ġenb. Bl-istess mod, ir-rekwiżiti għall-integrità fir-rigward tar-reżistenza għan-nirien tal-klassi “B” ma għandhomx japplikaw għall-bibien ta’ barra fis-sovrastrutturi u fil-kmamar ta’ fuq il-gverta. Għall-vapuri li jġorru mhux aktar minn 36 passiġġier, l-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera tista’ tippermetti l-użu ta’ materjal kombustibbli f’bibien li jisseparaw il-kabini mill-ispazji sanitarji interni individwali bħad-doċċi.

4.1.3.   Twieqi u fetħiet fil-ġenb

4.1.3.1.

It-twieqi u l-fetħiet fil-ġenb kollha fil-paratiji fl-ispazji tal-akkomodazzjoni u tas-servizz u fl-istazzjonijiet tal-kontroll għajr dawk li japplikaw għalihom id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 4.1.1.7 u 4.1.2.3, għandhom jinbnew b’tali mod li jippreservaw ir-rekwiżiti tal-integrità fir-rigward tar-reżistenza għan-nirien tat-tip ta’ paratiji li jkunu mwaħħla fihom, u dan jiġi ddeterminat f’konformità mal-Kodiċi tal-Proċeduri tat-Test tan-Nirien.

4.1.3.2.

Minkejja r-rekwiżiti tat-tabelli 9.1 sa 9.4, it-twieqi u l-fetħiet fil-ġenb kollha li jisseparaw l-ispazji tal-akkomodazzjoni u tas-servizz u l-istazzjonijiet tal-kontroll mill-estern għandhom jinbnew b’oqfsa tal-azzar jew ta’ materjal adattat ieħor. Il-ħġieġ għandu jinżamm imwaħħal permezz ta’ gwarniċi jew qafas tal-metall.

4.1.3.5.

Għall-vapuri li jġorru aktar minn 36 passiġġier, it-twieqi faċċata tal-inġenji tal-baħar tas-sopravivenza, tal-istazzjonijiet tal-imbarkazzjoni u tal-ġmigħ, tat-turġien esterni u tal-gverti miftuħa li jintużaw għar-rotot tal-ħrib, u t-twieqi li jinsabu taħt iż-żoni tal-imbarkazzjoni taċ-ċattri tas-salvataġġ u taż-żrieżaq tal-ħrib għandu jkollhom integrità fir-rigward tar-reżistenza għan-nirien kif meħtieġ fit-tabella 9.1. Fejn huma pprovduti rjus tal-bexxixiet awtomatiċi apposta għat-twieqi, jistgħu jiġu aċċettati bħala ekwivalenti t-twieqi “A-0”. Sabiex jiġu kkunsidrati f’dan il-paragrafu, l-irjus tal-bexxixiet iridu jkunu:

.1

irjus apposta li jkunu jinsabu ’l fuq mit-twieqi, u li jiġu installati flimkien mal-bexxixiet konvenzjonali mas-saqaf; jew inkella

.2

irjus tal-bexxixiet konvenzjonali mas-saqaf irranġati b’tali mod li t-tieqa tkun protetta b’rata medja tal-applikazzjoni ta’ mill-inqas ħames (5) l/min għal kull metru kwadru u l-erja addizzjonali tat-tieqa tkun inkluża fil-kalkolu tal-erja tal-kopertura; jew inkella

.3

żennuni tat-tirxix tal-ilma u li jkunu ġew ittestjati u approvati f’konformità mar-“Revised guidelines for approval of sprinkler systems” (Linji gwida reveduti għall-approvazzjoni tas-sistemi tal-bexxixiet) ekwivalenti għal dawk imsemmija fir-Regolament II-2/12 tal-Konvenzjoni SOLAS (ir-Riżoluzzjoni A.800(19), kif emendata; u

It-twieqi li jkunu jinsabu fil-ġenb tal-vapur taħt iż-żona tal-imbarkazzjoni tad-dgħajjes tas-sopravivenza għandu jkollhom integrità fir-rigward tar-reżistenza għan-nirien tal-anqas ugwali għall-klassi “A-0”.

4.1.3.6.

Għall-vapuri li jġorru mhux aktar minn 36 passiġġier, it-twieqi faċċata tal-inġenji tal-baħar tas-sopravivenza, taż-żurżieqa tal-ħrib u taż-żoni tal-imbarkazzjoni, u t-twieqi li jinsabu taħt tali żoni għandu jkollhom integrità fir-rigward tar-reżistenza għan-nirien tal-anqas ugwali għall-klassi “A-0”.

5.   Protezzjoni tal-fetħiet fil-konfini tal-ispazji tal-makkinarju

5.2.1.

In-numru ta’ tamboċċi, ta’ bibien, ta’ ventilaturi, ta’ fetħiet fl-imbiebet biex iħallu l-ventilazzjoni tad-duħħan, u ta’ fetħiet oħra fl-ispazji tal-makkinarju għandu jiġi mnaqqas għal minimu li jkun konsistenti mar-rekwiżiti tal-ventilazzjoni u mat-tħaddim kif suppost u sikur tal-vapur.

5.2.2.

It-tamboċċi għandhom ikunu tal-azzar jew materjal ekwivalenti u ma għandux ikollhom panels tal-ħġieġ.

5.2.3.

Għandhom jiġu pprovduti mezzi tal-kontroll għall-għeluq tal-bibien motorizzati jew għall-attwazzjoni tal-mekkaniżmu tar-rilaxx fuq il-bibien għajr il-bibien impermeabbli motorizzati. Il-kontrolli għandhom ikunu jinsabu ’l barra mill-ispazju kkonċernat, fejn ma jinqatgħux fil-każ ta’ nar fl-ispazju li jaqdu.

5.2.4.

Il-mezzi tal-kontroll meħtieġa skont il-paragrafu 5.2.3 għandhom ikunu jinsabu f’pożizzjoni tal-kontroll waħda jew miġbura fl-anqas pożizzjonijiet possibbli. Tali pożizzjonijiet għandu jkollhom aċċess sikur għalihom mill-gverta miftuħa.

5.2.5.

Il-bibien għajr il-bibien impermeabbli motorizzati, għandhom ikunu rranġati b’tali mod li l-għeluq pożittiv ikun żgurat fil-każ ta’ nar fl-ispazju, permezz ta’ arranġamenti tal-għeluq motorizzati jew billi jiġu pprovduti bibien li jingħalqu waħedhom b’inklinazzjoni ta’ 3,5° li jopponu l-għeluq u li jkollhom faċilità li żżommhom lura u li tkun “fail-safe”, b’apparat tar-rilaxx li jitħaddem mill-bogħod.

5.2.6.

Ma għandhomx jitwaħħlu twieqi fil-konfini tal-ispazju tal-makkinarju. Dan ma jipprekludix l-użu ta’ ħġieġ fil-kmamar tal-kontroll fl-ispazji tal-makkinarju.

6.   Protezzjoni tal-konfini tal-ispazji tal-merkanzija

6.2.

Għandhom jiġu pprovduti indikaturi fil-pont tan-navigazzjoni li għandhom jindikaw meta kwalunkwe bieb li jaqta’ n-nirien u li jagħti għall-ispazji ta’ kategorija speċjali jew minnhom ikun magħluq.

Il-bibien għall-ispazji ta’ kategorija speċjali għandhom ikunu ta’ tali kostruzzjoni li ma jkunux jistgħu jinżammu miftuħa b’mod permanenti u għandhom jinżammu magħluqa matul il-vjaġġ.

7.   Sistemi tal-ventilazzjoni

7.1.   Ġenerali

7.1.1.

Il-kanali tal-ventilazzjoni, inkluż il-kanali tal-ħitan singoli u doppji, għandhom ikunu magħmula mill-azzar jew minn materjal ekwivalenti, ħlief għall-imniefaħ flessibbli ta’ tul qasir li ma jaqbiżx is-600 mm u li jintuża għall-konnessjoni ta’ fannijiet mal-kanali fil-kmamar tal-kundizzjonament tal-arja. Sakemm ma jkunx espressament previst mod ieħor fil-paragrafu 7.1.6, kwalunkwe materjal ieħor li jintuża fil-kostruzzjoni tal-kanali, inkluż l-iżolazzjoni, għandu jkun magħmul ukoll minn materjal mhux kombustibbli. Madankollu, kanali qosra, b’tul ta’ mhux iktar minn żewġ (2) metri u b’erja trasversali libera (It-terminu erja trasversali libera jfisser, anki fil-każ ta’ kanal iżolat minn qabel, l-erja kkalkulata abbażi tad-dimensjonijiet ta’ ġewwa tal-kanal innifsu u mhux l-iżolazzjoni) ta’ mhux iktar minn 0,02 m2, ma hemmx bżonn li jkunu tal-azzar jew ta’ materjal ekwivalenti, soġġett għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

.1

il-kanali għandhom ikunu magħmula minn materjal mhux kombustibbli miksi internament u esternament b’membrani b’karatteristiki ta’ tifrix baxx tal-fjammi u, f’kull każ, valur kalorifiku li ma jaqbiżx il-45 MJ/m2 tal-erja tas-superfiċe tagħhom għall-ħxuna li ntużat. Il-valur kalorifiku għandu jiġi kkalkulat f’konformità mar-rakkomandazzjonijiet ippubblikati mill-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni, b’mod partikolari l-pubblikazzjoni tal-ISO 1716:2002, “Reaction to the fire tests for building products – Determination of the heat of combustion” (Reazzjoni għat-testijiet tan-nar għall-prodotti tal-bini – Determinazzjoni tas-sħana tal-kombustjoni);

.2

il-kanali jintużaw biss fit-tarf tal-apparat tal-ventilazzjoni; u

.3

il-kanali ma jkunux jinsabu eqreb minn 600 mm, imkejla tul il-kanal, minn fetħa f’diviżjoni tal-klassi “A” jew “B”, inkluż saqaf kontinwu tal-klassi “B”.

7.1.2.

L-arranġamenti li ġejjin għandhom jiġu ttestjati f’konformità mal-Kodiċi tal-Proċeduri tat-Test tan-Nirien:

.1

il-barrieri tan-nirien, inkluż il-mezzi rilevanti tat-tħaddim tagħhom, għalkemm ma jkunx meħtieġ l-ittestjar għall-barrieri li jinsabu fit-tarf ta’ isfel tal-kanal fil-kanal tal-egżost għall-kukers tal-kċina, li jridu jkunu tal-azzar u kapaċi jwaqqfu l-kurrent fil-kanal; u

.2

il-penetrazzjonijiet tal-kanal li jgħaddu mid-diviżjonijiet tal-klassi “A”, għalkemm l-ittestjar ma jkunx meħtieġ fejn is-sleeves tal-azzar ikunu mwaħħla direttament mal-kanali tal-ventilazzjoni permezz ta’ konnessjonijiet irbattuti jew bil-viti jew bl-iwweldjar.

7.1.3.

Il-barrieri tan-nirien għandhom ikunu aċċessibbli faċilment. Fejn jitpoġġew wara s-soqfa jew is-suffitti, dawk is-soqfa jew is-suffitti għandhom jiġu pprovduti b’bokkaport għall-ispezzjoni li fuqu jkun immarkat in-numru tal-identifikazzjoni tal-barriera tan-nirien. In-numru tal-identifikazzjoni tal-barriera tan-nirien għandu jitpoġġa ukoll fuq kwalunkwe kontroll mill-bogħod li jiġi pprovdut.

7.1.4.

Il-kanali tal-ventilazzjoni għandhom jiġu pprovduti b’bokkaporti għall-ispezzjoni u għat-tindif. Dawn il-bokkaporti għandhom ikunu jinsabu viċin il-barrieri tan-nirien.

7.1.5.

Il-bokki u l-iżbokki prinċipali tas-sistemi tal-ventilazzjoni għandhom ikunu jistgħu jingħalqu minn barra l-ispazji li jkun qegħdin jiġu ventilati. Il-mezz tal-għeluq għandu jkun aċċessibbli faċilment kif ukoll immarkat b’mod prominenti u permanenti u għandu jindika l-pożizzjoni tat-tħaddim tal-apparat tal-għeluq.

7.1.6.

Il-gaskets kombustibbli f’konnessjonijiet tal-kanali tal-ventilazzjoni bi flanġ mhumiex permessi sa 600 mm mill-fetħiet fid-diviżjonijiet tal-klassi “A” jew “B” u f’kanali li jeħtieġ li jkollhom kostruzzjoni tal-klassi “A”.

7.1.7.

Il-fetħiet tal-ventilazzjoni jew il-kanali tal-ibbilanċjar tal-arja bejn żewġ spazji magħluqa ma għandhomx ikunu pprovduti ħlief kif permess mill-paragrafu 4.1.2.1.

7.2.   Arranġament tal-kanali

7.2.1.

Is-sistemi tal-ventilazzjoni għall-ispazji tal-makkinarju tal-kategorija A, l-ispazji tal-merkanzija tal-vapuri ro-ro, il-kċejjen, l-ispazji ta’ kategorija speċjali u l-ispazji tal-merkanzija għandhom ikunu separati minn xulxin u mis-sistemi tal-ventilazzjoni li jaqdu spazji oħra. Madankollu, is-sistemi tal-ventilazzjoni tal-kċina fil-vapuri li jġorru mhux iktar minn 36 passiġġier ma hemmx bżonn li jkunu separati kompletament minn sistemi tal-ventilazzjoni oħrajn, iżda jistgħu jiġu moqdija permezz ta’ kanali separati minn unità tal-ventilazzjoni li taqdi spazji oħra. F’tali każ għandha titwaħħal barriera tan-nirien awtomatika fil-kanal tal-ventilazzjoni tal-kċina ħdejn l-unità tal-ventilazzjoni.

7.2.2.

Il-kanali pprovduti għall-ventilazzjoni tal-ispazji tal-makkinarju tal-kategorija A, tal-kċejjen, tal-ispazji tal-merkanzija tal-vapuri ro-ro jew tal-ispazji ta’ kategorija speċjali ma għandhomx jgħaddu mill-ispazji tal-akkomodazzjoni, mill-ispazji tas-servizz, jew mill-istazzjonijiet tal-kontroll sakemm ma jikkonformawx mal-paragrafu 7.2.4.

7.2.3.

Il-kanali pprovduti għall-ventilazzjoni tal-ispazji tal-akkomodazzjoni, tal-ispazji tas-servizz jew tal-istazzjonijiet tal-kontroll ma għandhomx jgħaddu mill-ispazji tal-makkinarju tal-kategorija A, mill-kċejjen, mill-ispazji tal-merkanzija tal-vapuri ro-ro jew mill-ispazji ta’ kategorija speċjali sakemm ma jikkonformawx mal-paragrafu 7.2.4.

7.2.4.

Kif permess skont il-paragrafi 7.2.2 u 7.2.3, il-kanali għandhom ikunu:

.1.1

magħmula mill-azzar bi ħxuna ta’ mill-inqas tliet (3) mm għall-kanali b’erja trasversali libera ta’ anqas minn 0,075 m2, ta’ mill-inqas erba’ (4) mm għall-kanali b’erja trasversali libera ta’ bejn 0,075 m2 u 0,45 m2, u ta’ mill-inqas ħames (5) mm għall-kanali b’erja trasversali libera ta’ iktar minn 0,45 m2;

.1.2

appoġġati u mwebbsa b’mod adattat;

.1.3

mgħammra b’barrieri tan-nirien awtomatiċi qrib il-konfini ppenetrati; u

.1.4

iżolati skont l-istandard tal-klassi “A-60” mill-konfini tal-ispazji li jkunu qegħdin jaqdu sa punt ta’ mill-inqas ħames (5) metri lil hinn minn kull barriera tan-nirien;

jew

.2.1

magħmula mill-azzar f’konformità mal-paragrafi 7.2.4.1.1 u 7.2.4.1.2; u

.2.2

iżolati skont l-istandard tal-klassi “A-60” tul l-ispazji li jgħaddu minnhom, ħlief għall-kanali li jgħaddu minn spazji tal-kategorija (9) jew (10) kif definit fil-paragrafu 2.2.3.2.2.

7.2.5.

Għall-iskopijiet tal-paragrafi 7.2.4.1.4 u 7.2.4.2.2, il-kanali għandhom ikunu iżolati tul is-superfiċe esterna trasversali sħiħa tagħhom. Il-kanali li huma barra iżda ħdejn l-ispazju speċifikat, u li jikkondividu miegħu wiċċ wieħed jew iktar, għandhom jiġu meqjusa li jgħaddu mill-ispazju speċifikat u għandhom jiġu iżolati fuq il-wiċċ li jikkondividu mal-ispazju għal distanza ta’ 450 mm lil hinn mill-kanal (Id-disinji ta’ tali arranġamenti jinsabu fil-Kapitolu II-2 tal-Unified Interpretations of SOLAS (MSC.1/Ċirk.1276)).

7.2.6.

Meta jkun meħtieġ li kanal tal-ventilazzjoni jgħaddi minn diviżjoni ta’ żona vertikali prinċipali, għandha titwaħħal barriera tan-nirien awtomatika ħdejn id-diviżjoni. Il-barriera għandha tkun tista’ tingħalaq manwalment ukoll minn kull naħa tad-diviżjoni. Il-post tal-kontroll għandu jkun aċċessibbli faċilment u għandu jkun immarkat b’mod ċar u prominenti. Il-kanal bejn id-diviżjoni u l-barriera għandu jkun tal-azzar f’konformità mal-paragrafi 7.2.4.1.1 u 7.2.4.1.2 u għandu jkun iżolat sa mill-inqas l-istess integrità fir-rigward tar-reżistenza għan-nirien bħad-diviżjoni ppenetrata. Il-barriera għandha titwaħħal fuq mill-anqas naħa waħda tad-diviżjoni b’indikatur viżibbli li juri l-pożizzjoni operattiva tal-barriera.

7.3.   Dettalji dwar il-barrieri tan-nirien u l-penetrazzjonijiet tal-kanali

7.3.1.

Il-kanali li jgħaddu mid-diviżjonijiet tal-klassi “A” għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

.1

fejn kanal b’kisja rqiqa b’erja trasversali libera daqs, jew anqas minn, 0,02 m2 jgħaddi minn diviżjonijiet tal-klassi “A”, il-fetħa għandha tkun mgħammra bi sleeve b’folja tal-azzar jew ta’ materjal ekwivalenti li jkollha ħxuna ta’ mill-inqas tliet (3) mm u tul ta’ mill-inqas 200 mm, diviża preferibbilment f’100 mm fuq kull naħa ta’ paratija jew, fil-każ ta’ gverta, impoġġija totalment fuq in-naħa l-baxxa tal-gverti ppenetrati. Dawn is-sleeves li jiksu dawn il-kanali, jekk ma jkunux tal-azzar, għandhom jiġu pprovduti b’iżolazzjoni min-nirien. L-iżolazzjoni għandu jkollha mill-inqas l-istess integrità min-nirien bħad-diviżjoni li minnha jgħaddi l-kanal;

.2

fejn il-kanali tal-ventilazzjoni b’erja trasversali libera li taqbeż 0,02 m2, iżda mhux iktar minn 0,075 m2, jgħaddu minn diviżjonijiet tal-klassi “A”, il-fetħiet għandhom ikunu miksija bi sleeves b’folji tal-azzar jew materjal ekwivalenti. Il-kanali u s-sleeves għandu jkollhom ħxuna ta’ mill-inqas tliet (3) mm u tul ta’ mill-inqas 900 mm. Meta jgħaddu mill-paratiji, dan it-tul għandu jiġi diviż preferibbilment f’450 mm fuq kull naħa tal-paratija. Dawn il-kanali, jew is-sleeves li jiksu dawn il-kanali, għandhom jiġu pprovduti b’iżolazzjoni min-nirien. L-iżolazzjoni għandu jkollha mill-inqas l-istess integrità min-nirien bħad-diviżjoni li minnha jgħaddi l-kanal; u

.3

għandhom jitwaħħlu barrieri tan-nirien awtomatiċi fil-kanali kollha b’erja trasversali libera li taqbeż 0,075 m2 li jgħaddu minn diviżjonijiet tal-klassi “A”. Kull barriera għandha titwaħħal qrib id-diviżjoni ppenetrata u l-kanal bejn il-barriera u d-diviżjoni ppenetrata għandu jkun tal-azzar f’konformità mal-paragrafi.7.2.4.2.1 u.7.2.4.2.2. Il-barriera tan-nirien għandha topera awtomatikament, iżda għandha tkun tista’ tingħalaq ukoll manwalment miż-żewġ naħat tad-diviżjoni. Il-barriera għandha titwaħħal b’indikatur viżibbli li juri l-pożizzjoni tal-operat tal-barriera. Madanakollu, mhumiex meħtieġa barrieri tan-nirien fejn il-kanali jgħaddu minn spazji mdawra b’diviżjonijiet tal-klassi “A”, mingħajr ma jservu dawk l-ispazji, diment li dawk il-kanali ikollhom l-istess integrità min-nirien bħad-diviżjonijiet li jippenetraw. Kanal ta’ taqsima trasversali li taqbeż 0,075 m2 ma għandux jinqasam f’kanali iżgħar bil-penetrazzjoni ta’ diviżjoni tal-klassi “A” u mbagħad jiġi kkombinat mill-ġdid fil-kanal oriġinali darba permezz tad-diviżjoni biex jiġi evitat li tiġi installata l-barriera meħtieġa skont din id-dispożizzjoni.

7.3.2.

Il-kanali tal-ventilazzjoni b’erja trasversali libera li taqbeż 0,02 m2 li jgħaddu minn paratiji tal-klassi “B” għandhom ikunu miksija bi sleeves b’folja tal-azzar jew materjal ekwivalenti b’tul ta’ 900 mm, diviżi preferibbilment f’450 mm fuq kull naħa tal-paratiji, sakemm il-kanal ma jkunx tal-azzar għal dan it-tul. Dawn is-sleeves li jiksu dawn il-kanali, jekk ma jkunux tal-azzar, għandhom jiġu pprovduti b’iżolazzjoni min-nirien. L-iżolazzjoni għandu jkollha mill-inqas l-istess integrità min-nirien bħad-diviżjoni li minnha jgħaddi l-kanal.

7.3.3.

Il-barrieri tan-nirien kollha għandhom ikunu jistgħu jitħaddmu manwalment. Il-barrieri għandu jkollhom mezzi mekkaniċi diretti ta’ rilaxx jew, alternattivament, għandhom jingħalqu permezz ta’ mezzi elettriċi, idrawliċi jew ta’ tħaddim pnewmatiku. Il-barrieri kollha għandhom ikunu jistgħu jitħaddmu manwalment miż-żewġ naħat tad-diviżjoni. Il-barrieri tan-nirien awtomatiċi, inkluż dawk li jistgħu jitħaddmu mill-bogħod, għandu jkollhom mekkaniżmu sikur li jagħlaq il-barriera tan-nirien anki jekk tintefa l-enerġija elettrika jew jekk ikun hemm telf tal-pressjoni idrawlika jew pnewmatika. Il-barrieri tan-nirien li jitħaddmu mill-bogħod għandhom ikunu kapaċi jerġgħu jinfetħu mill-ġdid manwalment mill-barriera stess.

7.4.   Sistemi ta’ ventilazzjoni għall-vapuri tal-passiġġieri li jġorru iktar minn 36 passiġġier

7.4.1.

Minbarra r-rekwiżiti fit-taqsimiet 7.1,.7.2 u 7.3, is-sistema tal-ventilazzjoni ta’ vapur tal-passiġġieri li jġorr aktar minn 36 passiġġier għandha tissodisfa wkoll ir-rekwiżiti li ġejjin.

7.4.2.

B’mod ġenerali, il-fannijiet tal-ventilazzjoni għandhom ikunu rranġati b’tali mod li l-kanali li jilħqu l-ispazji varji jibqgħu f’żona vertikali prinċipali.

7.4.3.

L-imgħalaq tat-turġien għandhom jiġu moqdija minn fann tal-ventilazzjoni u minn sistema ta’ kanali indipendenti (tal-egżost u tal-provvista) li ma għandhomx jaqdu spazji oħra fis-sistemi tal-ventilazzjoni.

7.4.4.

Kanal, irrispettivament mit-taqsima trasversali tiegħu, li jaqdi iktar minn spazju tal-akkomodazzjoni, spazju tas-servizz jew stazzjon tal-kontroll wieħed bejn il-gverti, għandu jkun mgħammar, ħdejn il-penetrazzjoni ta’ kull gverta ta’ tali spazji, b’barriera tad-duħħan awtomatika li għandha tkun tista’ tingħalaq ukoll manwalment mill-gverta protetta ta’ fuq il-barriera. Fejn fann jaqdi iktar minn spazju wieħed ta’ bejn il-gverti permezz ta’ kanali separati f’żona vertikali prinċipali, fejn kull wieħed minnhom ikun iddedikat għal spazju uniku bejn il-gverti, kull kanal għandu jiġi pprovdut b’barriera tad-duħħan li titħaddem manwalment u li tkun imwaħħla qrib il-fann.

7.4.5.

Il-kanali vertikali għandhom, fejn ikun meħtieġ, jiġu iżolati kif meħtieġ mit-tabelli 9.1 u 9.2. Il-kanali għandhom ikunu iżolati kif meħtieġ għall-gverti bejn l-ispazju li jaqdu u l-ispazju li jkun qed jiġi kkunsidrat, kif ikun applikabbli.

7.5.   Kanali tal-egżost mill-kukers tal-kċina

7.5.1.   Rekwiżiti għall-vapuri li jġorru aktar minn 36 passiġġier

7.5.1.1

Minbarra r-rekwiżiti fit-taqsimiet 7.1, 7.2 u 7.3, il-kanali tal-egżost mill-kukers tal-kċina għandhom jinbnew f’konformità mal-paragrafi 7.2.4.2.1 u 7.2.4.2.2 u għandhom jiġu iżolati skont l-istandard tal-klassi “A-60” tul l-ispazji tal-akkomodazzjoni, l-ispazji tas-servizz jew l-istazzjonijiet tal-kontroll li jgħaddu minnhom. Dawn għandhom ikunu mgħammra wkoll:

.1

b’serpentina tal-grass li tkun tista’ titneħħa faċilment għat-tindif sakemm ma tkunx imwaħħla sistema alternattiva approvata għat-tneħħija tal-grass;

.2

b’barriera tan-nirien li tkun tinsab fit-tarf t’isfel tal-kanal fil-ġunzjoni bejn il-kanal u l-kappa tal-kuker tal-kċina li titħaddem awtomatikament u mill-bogħod, u barra minn hekk, barriera tan-nirien li titħaddem mill-bogħod li tkun tinsab fit-tarf ta’ fuq tal-kanal qrib l-iżbokk tal-kanal;

.3

b’mezz fiss għat-tifi tan-nar fil-kanal; Is-sistemi tat-tifi tan-nar għandhom ikunu konformi mar-rakkomandazzjonijiet ippubblikati mill-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni, b’mod partikolari l-pubblikazzjoni ISO 15371:2009 “Ships and marine technology – Fire-extinguishing systems for protection of galley cooking equipment” (Vapuri u teknoloġija marina – Sistemi tat-tifi tan-nar għall-protezzjoni tat-tagħmir tat-tisjir tal-kċejjen);

.4

b’arranġamenti ta’ kontroll mill-bogħod biex ikunu jistgħu jintfew il-fannijiet tal-egżost u tal-provvista, għat-tħaddim tal-barrieri tan-nirien imsemmija fil-paragrafu 7.5.1.1.2 u għat-tħaddim tas-sistema tat-tifi tan-nar, li għandhom jitpoġġew f’pożizzjoni ’l barra mill-kċina, qrib l-entratura tal-kċina. Fejn tkun installata sistema b’ħafna fergħat, għandu jiġi pprovdut mezz li jitħaddem mill-bogħod li jkun jinsab mal-kontrolli ta’ hawn fuq biex jagħlaq il-fergħat kollha li jitfgħu l-egżost mill-istess kanal prinċipali qabel ma jiġi rrilaxxat aġent tat-tifi tan-nar fis-sistema; u

.5

b’bokkaporti li jkunu jinsabu f’postijiet adattati għall-ispezzjoni u għat-tindif, inkluż wieħed ipprovdut qrib il-fann tal-egżost u wieħed fit-tarf ta’ isfel fejn jakkumula l-grass.

7.5.1.2

Il-kanali tal-egżost mill-kukers għat-tagħmir tat-tisjir installati fuq gverti miftuħa għandhom jikkonformaw mal-paragrafu 7.5.1.1, kif ikun applikabbli, meta jgħaddu minn spazji tal-akkomodazzjoni jew minn spazji li jkun fihom materjali kombustibbli.

7.5.2.   Rekwiżiti għall-vapuri li jġorru mhux aktar minn 36 passiġġier

Meta jgħaddu minn spazji tal-akkomodazzjoni jew minn spazji li jkun fihom materjali kombustibbli, il-kanali tal-egżost mill-kukers tal-kċina għandhom jinbnew f’konformità mal-paragrafi 7.2.4.1.1 u 7.2.4.1.2. Kull kanal tal-egżost għandu jkun mgħammar:

.1

b’serpentina tal-grass li tista’ tinqala’ faċilment għat-tindif;

.2

b’barriera tan-nirien li titħaddem awtomatikament u mill-bogħod u li tkun tinsab fit-tarf t’isfel tal-kanal fil-ġunzjoni bejn il-kanal u l-kappa tal-kuker tal-kċina, u barra minn hekk, barriera tan-nirien li titħaddem mill-bogħod fit-tarf ta’ fuq tal-kanal qrib l-iżbokk tal-kanal;

.3

b’arranġamenti, li jitħaddmu mill-kċina, biex jitfu l-fannijiet tal-egżost u tal-provvista; u

.4

b’mezz fiss għat-tifi tan-nar fil-kanal. Is-sistemi tat-tifi tan-nar għandhom ikunu konformi mar-rakkomandazzjonijiet ippubblikati mill-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni, b’mod partikolari l-pubblikazzjoni ISO 15371:2009 “Ships and marine technology – Fire-extinguishing systems for protection of galley cooking equipment” (Vapuri u teknoloġija marina – Sistemi tat-tifi tan-nar għall-protezzjoni tat-tagħmir tat-tisjir tal-kċejjen).

7.6.   Kmamar tal-ventilazzjoni li jaqdu l-ispazji tal-makkinarju tal-kategorija A li jkun fihom makkinarju tal-kombustjoni interna

7.6.1.

Fejn kamra tal-ventilazzjoni tkun taqdi biss tali żona maġenb spazju tal-makkinarju u ma jkun hemm l-ebda diviżjoni tan-nar bejn il-kamra tal-ventilazzjoni u l-ispazju tal-makkinarju, il-mezzi għall-għeluq tal-kanal jew tal-kanali tal-ventilazzjoni li jaqdi/u l-ispazju tal-makkinarju għandhom ikunu jinsabu ’l barra mill-kamra tal-ventilazzjoni u mill-ispazju tal-makkinarju.

7.6.2.

Fejn kamra tal-ventilazzjoni tkun taqdi tali spazju tal-makkinarju kif ukoll spazji oħra u tkun separata mill-ispazju tal-makkinarju permezz ta’ diviżjoni tal-klassi “A-0”, inkluż penetrazzjonijiet, il-mezzi għall-għeluq tal-kanal jew tal-kanali tal-ventilazzjoni tal-ispazju tal-makkinarju jistgħu jkunu jinsabu fil-kamra tal-ventilazzjoni.

7.7.   Sistemi ta’ ventilazzjoni għall-kmamar tal-ħasil tal-ħwejjeġ fil-vapuri li jġorru aktar minn 36 passiġġier

Il-kanali tal-egżost mill-kmamar tal-ħasil tal-ħwejjeġ u mill-kmamar tat-tnixxif tal-ispazji tal-kategorija (13) kif definiti fil-paragrafu 2.2.3.2.2 għandhom ikunu mgħammra:

.1

b’filtri li jitneħħew faċilment għal skopijiet ta’ tindif;

.2

b’barriera tan-nirien li tkun tinsab fit-tarf ta’ isfel tal-kanal li titħaddem awtomatikament u mill-bogħod;

.3

b’arranġamenti ta’ kontroll mill-bogħod biex jintfew il-fannijiet tal-egżost u l-fannijiet tal-provvista minn ġewwa l-ispazju u biex titħaddem il-barriera tan-nirien imsemmija fil-paragrafu 7.7.2; u

.4

b’bokkaporti li jkunu jinsabu f’postijiet adattati għall-ispezzjoni u għat-tindif.

Ir-Regolament II-2/C/10: Tifi tan-nar

1.   Skop

1.1.

L-iskop tar-Regolament II-2/C/10 huwa t-trażżin u t-tifi malajr ta’ nar fl-ispazju minn fejn oriġina. Għal dan l-iskop, għandhom jiġu ssodisfati r-rekwiżiti funzjonali li ġejjin:

.1

għandhom jiġu installati sistemi fissi tat-tifi tan-nar b’kunsiderazzjoni xierqa għall-potenzjal li n-nar jikber fl-ispazji protetti; u

.2

l-apparati tat-tifi tan-nar għandhom ikunu disponibbli minnufih.

2.   Sistemi tal-provvista tal-ilma

Kull vapur għandu jiġi pprovdut b’pompi tan-nar, b’mejns tan-nar, b’idranti, b’pajpijiet u b’żennuni li jikkonformaw kif applikabbli mar-rekwiżiti tar-Regolament II-2/C/10.

2.1.

Pajpijiet u idranti

2.1.1.

Ġenerali

Il-materjali li saru ineffettivi bis-sħana ma għandhomx jintużaw għall-mejns tan-nirien u għall-idranti sakemm ma jkunux protetti b’mod adegwat. Il-pajpijiet u l-idranti għandhom jitpoġġew b’mod li l-manki tat-tifi tan-nar ikunu jistgħu faċilment jiġu akkoppjati magħhom. L-arranġament tal-pajpijiet u tal-idranti għandu jkun b’tali mod li jevita l-possibbiltà tal-iffriżar. Għandhom jiġu installati valvijiet iżolanti għall-fergħat prinċipali miftuħa kollha tat-tifi tan-nar fuq il-gverta li jintużaw għal skopijiet oħra li mhumiex tat-tifi tan-nar. Fil-vapuri fejn tista’ tinġarr il-merkanzija fuq il-gverta, il-pożizzjonijiet tal-idranti għandhom ikunu tali li jkunu aċċessibbli fil-pront u l-pajpijiet għandhom jiġu rranġati kemm jista’ jkun biex jiġi evitat ir-riskju ta’ ħsara minn tali merkanzija.

2.1.2.

Disponibbiltà fil-pront tal-provvista tal-ilma

1.1.

Fil-vapuri tal-klassi B iċċertifikati biex iġorru aktar minn 250 passiġġier, l-arranġamenti għad-disponibbiltà fil-pront tal-provvista tal-ilma għandhom ikunu b’tali mod li tal-anqas ġett effettiv wieħed tal-ilma jkun disponibbli minnufih minn kwalunkwe idrant f’post fuq ġewwa u b’tali mod li jiżgura l-kontinwazzjoni tal-ħruġ tal-ilma bl-istartjar awtomatiku ta’ pompa tan-nar meħtieġa.

1.3.

Fil-vapuri bi spazju tal-makkinarju li perjodikament ma jkunx hemm nies miegħu jew meta persuna waħda biss tkun meħtieġa biex tagħmel l-għassa, għandu jkun hemm konsenja immedjata tal-ilma mis-sistema tal-mejn tan-nirien bi pressjoni adattata, bi startjar mill-bogħod ta’ waħda mill-pompi tan-nar prinċipali bi startjar mill-bogħod mill-pont tan-navigazzjoni u mill-istazzjon tal-kontroll tan-nar, jekk ikun hemm, jew inkella bl-użu ta’ pressjoni għolja permanenti tas-sistema tal-mejn tan-nirien b’waħda mill-pompi tan-nar prinċipali.

2.1.3.

Dijametru tal-mejns tan-nirien

Id-dijametru tal-mejn tan-nirien u l-pajpijiet tas-servizz tal-ilma għandhom ikunu suffiċjenti għad-distribuzzjoni effettiva tal-ħruġ massimu meħtieġ minn żewġ pompi tan-nar li jitħaddmu fl-istess ħin.

2.1.4.

Valvijiet iżolanti u valvijiet għar-rilaxx tal-pressjoni

2.1.4.1.

Għandhom jitwaħħlu valvijiet iżolanti biex jisseparaw it-taqsima tal-mejn tan-nar fl-ispazju tal-makkinarju li jkun fih il-pompa jew il-pompi prinċipali tan-nar mill-kumplament tal-mejn tan-nar f’pożizzjoni faċilment aċċessibbli u mingħajr riskji ’l barra mill-ispazji tal-makkinarju. Il-mejn tan-nar għandu jiġi rranġat b’tali mod li meta l-valvijiet li jiżolaw ikunu magħluqa, l-idranti kollha fuq il-vapur, ħlief dawk fl-ispazju tal-makkinarju msemmi hawn fuq, ikunu jistgħu jiġu pprovduti bl-ilma b’pompa tan-nar oħra jew b’pompa tan-nar ta’ emerġenza. Il-pompa ta’ emerġenza, id-daħla tagħha tal-ilma baħar u l-pajpijiet li jiġbdu u li jfornu u l-valvijiet li jiżolaw għandhom ikunu ’l barra mill-ispazju tal-makkinarju. Jekk dan l-arranġament ma jkunx jista’ jsir, jista’ jitwaħħal armarju fl-ispazju tal-makkinarju jekk il-valv ikun ikkontrollat mill-bogħod minn pożizzjoni fl-istess kompartiment bħall-pompa ta’ emerġenza, u l-pajp tal-ġbid bl-arja jkun kemm jista’ jkun qasir. Partijiet qosra tal-ġbid jew tal-pajpijiet li jarmu jistgħu jippenetraw l-ispazju tal-makkinarju, diment li jkunu magħluqa f’kejsing sostanzjali tal-azzar jew ta’ materjal ekwivalenti, jew ikunu iżolati skont l-istandards A-60. Il-pajpijiet għandu jkollhom ħxuna tal-ħitan sostanzjali, iżda li fl-ebda każ ma għandha tkun ta’ anqas minn 11-il mm u għandhom ikunu wweldjati ħlief għall-konnessjoni bil-flanġijiet mal-valv tal-bokka mill-baħar.

2.1.4.2.

Għandu jitwaħħal valv biex jaqdi kull waħda mill-manki tat-tifi tan-nar sabiex kwalunkwe waħda manka tat-tifi tan-nar tkun tista’ titneħħa waqt li l-pompi tan-nar ikunu qed jaħdmu.

2.1.5.

Numru ta’ idranti u l-pożizzjoni tagħhom

2.1.5.1.

In-numru ta’ idranti u l-pożizzjoni tagħhom għandhom ikunu tali li tal-anqas żewġ ġettijiet tal-ilma li ma jkunux ġejjin mill-istess idrant, li wieħed minnhom għandu jkun ġej minn tul wieħed tal-manka, ikunu jistgħu jilħqu kwalunkwe parti tal-vapur li normalment tkun aċċessibbli għall-passiġġieri jew għall-ekwipaġġ waqt li l-vapur ikun qed ibaħħar u kwalunkwe parti mill-ispazju tal-merkanzija meta jkun vojt, kwalunkwe spazju tal-merkanzija tal-vapuri ro-ro jew kwalunkwe spazju ta’ kategorija speċjali, u fil-każ tal-aħħar iż-żewġ ġettijiet għandhom jilħqu kwalunkwe parti ta’ tali spazju, kull wieħed minn tul wieħed tal-manka. Barra minn hekk, tali idranti għandhom jitpoġġew ħdejn l-aċċessi għall-ispazji protetti.

2.1.5.2.1

Fl-ispazji tal-akkomodazzjoni, tas-servizz u tal-makkinarju, in-numru ta’ idranti u l-pożizzjoni tagħhom għandhom ikunu tali li jista’ jkun hemm konformità mar-rekwiżiti tal-paragrafu 2.1.5.1 meta l-bibien impermeabbli kollha u l-bibien kollha fil-paratiji taż-żona vertikali prinċipali jkunu magħluqa.

2.1.5.2.2

Fejn ikun ipprovdut aċċess għal spazju tal-makkinarju f’livell baxx minn mina tax-xaft li tkun ħdejha, għandhom jiġu pprovduti żewġ idranti esterni iżda ħdejn l-entratura għal dak l-ispazju tal-makkinarju. Fejn tali aċċessi jkunu pprovduti minn spazji oħra, f’wieħed minn dawn l-ispazji għandhom jiġu pprovduti żewġ idranti ħdejn l-entratura tal-ispazju tal-makkinarju. Ma hemmx bżonn ikun hemm din id-dispożizzjoni meta l-mina jew spazji ħdejha ma jkunux parti mir-rotta tal-ħrib.

2.1.6.

Pressjoni fl-idranti

.1

B’żewġ pompi bi skariku simultanju minn żennuni speċifikati fil-paragrafu 2.3.3 u b’biżżejjed idranti biex jipprovdu l-kwantità ta’ ilma speċifikata fil-paragrafu 2.1.3, il-pressjonijiet minimi li ġejjin għandhom jinżammu fl-idranti kollha:

Il-vapuri ċċertifikati biex iġorru:

aktar minn 500 passiġġier

0,4 N/mm2

sa 500 passiġġier

0,3 N/mm2

.3

Il-pressjoni massima fi kwalunkwe idrant ma għandhiex taqbeż dik li fiha jista’ jintwera l-kontroll effettiv tal-manka tat-tifi tan-nar.

2.2.

Pompi tan-nar

2.2.1.

Pompi aċċettati bħala pompi tan-nar

Il-pompi sanitarji, tas-saborra, tas-sentina jew tas-servizz ġenerali jistgħu jiġu aċċettati bħala pompi tan-nar, diment li ma jintużawx normalment biex jippumpjaw iż-żejt u diment li jekk jintużaw b’mod okkażjonali għat-trasferiment jew għall-ippumpjar tal-karburant taż-żejt, ikun hemm arranġamenti adattati tal-bdil.

2.2.2.

Numru ta’ pompi tan-nar

Il-vapuri għandhom jiġu pprovduti b’pompi tan-nar motorizzati kif ġej:

.1

il-vapuri ċċertifikati biex iġorru aktar minn 500 passiġġier: tal-anqas tlieta, li waħda minnhom tkun pompa li titħaddem mill-magna prinċipali;

.2

il-vapuri ċċertifikati biex iġorru sa 500 passiġġier jew anqas: tal-anqas tnejn, li waħda minnhom tkun pompa li titħaddem mill-magna prinċipali.

2.2.3.

Arranġament tal-pompi tan-nar u tal-mejns tan-nar

2.2.3.1.

Pompi tan-nar

L-arranġament tal-konnessjonijiet tal-baħar, tal-pompi tan-nar u tas-sorsi ta’ enerġija tagħhom għandu jkun tali li jiżgura li:

.1

Fil-vapur iċċertifikat biex iġorr aktar minn 250 passiġġier, fil-każ ta’ nar f’xi wieħed mill-kompartimenti, il-pompi tan-nar kollha ma jiġux diżattivati.

.2

Fil-vapuri tal-klassi B iċċertifikati biex iġorru sa 250 passiġġier jew anqas, jekk nar f’xi wieħed mill-kompartimenti jkun jista’ jiddiżattiva l-pompi kollha, il-mezz alternattiv li jipprovdi l-ilma għall-iskopijiet tat-tifi tan-nar għandu jkun pompa tan-nar indipendenti u motorizzata ta’ emerġenza bis-sors ta’ enerġija u bil-konnessjoni tal-baħar tagħha jkunu ’l barra mill-ispazju tal-makkinarju. Tali pompa tan-nar indipendenti u motorizzata ta’ emerġenza għandha tikkonforma mad-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi għas-Sistemi tas-Sikurezza Kontra n-Nirien.

2.2.4.

Kapaċità tal-pompi tan-nar

2.2.4.1.

Kapaċità totali tal-pompi tan-nar meħtieġa

Għall-iskopijiet tat-tifi tan-nar, il-pompi tan-nar meħtieġa għandhom ikunu kapaċi jfornu kwantità ta’ ilma, bil-pressjoni speċifikata fil-paragrafu 2.1.6 ta’ mhux anqas minn żewġ terzi tal-kwantità meħtieġa li jridu jlaħħqu magħha l-pompi tas-sentina meta jitħaddmu għall-ippumpjar tas-sentina.

2.2.4.2.

Kapaċità ta’ kull pompa tan-nar

F’kull vapur li skont ir-Regolament II-2/C/10 jeħtieġ li jiġi pprovdut b’aktar minn pompa tan-nar motorizzata waħda, kull waħda mill-pompi tan-nar meħtieġa għandu jkollha kapaċità ta’ mhux anqas minn 80 % tal-kapaċità totali meħtieġa, diviża bin-numru minimu ta’ pompi tan-nar meħtieġa iżda fi kwalunkwe każ mhux inqas minn 25 m3/h u kull pompa ta’ dan it-tip għandha fi kwalunkwe każ tkun kapaċi tforni tal-anqas iż-żewġ ġettijiet tal-ilma meħtieġa. Dawn il-pompi tan-nar għandhom ikunu kapaċi jfornu s-sistema tal-mejn tan-nar bil-kundizzjonijiet meħtieġa. Fejn jiġu installati aktar pompi mill-minimu meħtieġ, tali pompi addizzjonali għandu jkollhom kapaċità ta’ mill-anqas 25 m3/h u għandhom ikunu kapaċi jfornu ż-żewġ ġettijiet tal-ilma meħtieġa fil-paragrafu 2.1.5 tar-Regolament II-2/C/10.

2.2.100

Il-valv tal-ħruġ ta’ kull pompa tan-nar għandu jkun mgħammar b’valv unidirezzjonali.

2.3.

Manki tat-tifi tan-nar u żennuni

2.3.1.

Speċifikazzjonijiet ġenerali

2.3.1.1.

Il-manki tat-tifi tan-nar għandhom ikunu ta’ materjal li ma jispiċċax, approvat mill-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera, u għandhom ikunu twal biżżejjed biex jitfgħu ġett tal-ilma fi kwalunkwe wieħed mill-ispazji li fihom jista’ jkun hemm bżonn li jintużaw. Kull manka għandu jkollha żennuna u l-couplings meħtieġa. Għandu jkun hemm interkambjabbiltà kompleta bejn il-couplings u ż-żennuni tal-manka. Il-manki li f’dan il-kapitolu ġew speċifikati bħala “manki tat-tifi tan-nar” għandhom flimkien ma’ kwalunkwe tagħmir u għodda meħtieġa, jinżammu lesti għall-użu f’pożizzjonijiet li jidhru ħdejn l-idranti jew il-konnessjonijiet tas-servizz tal-ilma. Barra minn hekk, f’postijiet interni fil-vapuri li jġorru aktar minn 36 passiġġier, il-manki tat-tifi tan-nar għandhom ikunu konnessi b’mod permanenti mal-idranti.

2.3.2.

Numru u dijametru tal-manki tat-tifi tan-nar

2.3.2.2

Għandu jkun hemm tal-anqas manka waħda tat-tifi tan-nar għal kull wieħed mill-idranti meħtieġa mill-paragrafu 2.1.5. It-tul ta’ manka tat-tifi tan-nar jenħtieġ li jiġi ristrett sa mhux aktar minn 20 metru fuq il-gverta u fis-sovrastrutturi u sa 15-il metru fl-ispazji tal-makkinarju, u fil-vapuri li jkunu iżgħar, rispettivament sa 15-il metru u 10 metri.

2.3.3.

Daqs u tipi ta’ żennuni

2.3.3.1.

Għall-iskopijiet ta’ dan il-kapitolu, id-daqsijiet taż-żennuni standard għandhom ikunu 12-il mm, 16-il mm u 19-il mm jew kemm jista’ jkun qribhom. F’każijiet fejn jintużaw sistemi oħra — bħas-sistemi taċ-ċpar — jistgħu jiġu permessi żennuni ta’ dijametru differenti.

2.3.3.2.

Għall-ispazji tal-akkomodazzjoni u tas-servizz, ma hemmx għalfejn jintuża daqs taż-żennuna li jkun akbar minn 12-il mm.

2.3.3.3.

Għall-ispazji tal-makkinarju u għall-postijiet esterni, id-daqs taż-żennuna għandu jkun tali li jikseb ir-rimi massimu possibbli minn żewġ ġettijiet bil-pressjoni msemmija fil-paragrafu 2.1.6 mill-iżgħar pompa, diment li ma jkunx hemm il-ħtieġa li tintuża żennuna ikbar minn 19-il mm.

2.3.3.4.

Iż-żennuni kollha għandhom ikunu ta’ tip approvat b’użu doppju (jiġifieri sprej/ġett), u għandu jkollhom faċilità li jingħalqu totalment.

3.   Apparati tat-tifi tan-nar li jistgħu jinġarru

3.1.

Tip u disinn

L-apparati tat-tifi tan-nar li jistgħu jinġarru għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi għas-Sistemi tas-Sikurezza Kontra n-Nirien.

3.2.

Arranġament tal-apparati tat-tifi tan-nar

3.2.1.

In-numru minimu ta’ apparati tat-tifi tan-nar għandu jkun kif ġej:

.1

fl-ispazji tal-akkomodazzjoni u tas-servizz:

l-apparati tat-tifi tan-nar għandhom ikunu jinsabu f’post fejn l-ebda punt fl-ispazju ma jkun iktar minn distanza ta’ 10 metri bil-mixi minn apparat tat-tifi tan-nar;

.2

apparat tat-tifi tan-nar li jkun adattat biex jintuża f’żoni b’vultaġġ għoli għandu jkun jinsab qrib kwalunkwe panel tal-elettriku jew subpanel li jkollu enerġija ta’ 20 kW jew aktar;

.3

fil-kċejjen, l-apparati tat-tifi tan-nar għandhom ikunu jinsabu f’post fejn l-ebda punt fl-ispazju ma jkun aktar minn distanza ta’ 10 metri bil-mixi minn apparat tat-tifi tan-nar;

.4

għandu jkun hemm apparat tat-tifi tan-nar qrib il-kmamar tal-ħżin li fihom kabinetti taż-żebgħa li jissakkru li jkollhom prodotti li jieħdu n-nar malajr;

.5

għandu jkun hemm tal-anqas apparat wieħed tat-tifi tan-nar fil-pont tan-navigazzjoni u f’kull stazzjon tal-kontroll.

3.2.2.

Wieħed mill-apparati tat-tifi tan-nar li jistgħu jinġarru li jkun maħsub biex jintuża fi kwalunkwe spazju għandu jinsab ħdejn l-entratura ta’ dak l-ispazju.

3.2.3.

L-apparati tat-tifi tan-nar tad-diossidu tal-karbonju ma għandhomx jitpoġġew fl-ispazji tal-akkomodazzjoni. Fl-istazzjonijiet tal-kontroll u fi spazji oħra li jkun fihom tagħmir jew apparati elettriċi jew elettroniċi meħtieġa għas-sikurezza tal-vapur, jenħtieġ li jiġu pprovduti apparati tat-tifi tan-nar li l-aġent tat-tifi tan-nar tagħhom ma jkunx konduttiv għall-elettriku u lanqas ta’ ħsara għat-tagħmir u għall-apparati.

3.2.4.

L-apparati tat-tifi tan-nar għandhom jitpoġġew lesti biex jintużaw f’postijiet li jidhru faċilment, li jistgħu jintlaħqu malajr u faċilment fi kwalunkwe ħin f’każ ta’ nar, u b’tali mod li t-tul ta’ żmien ta’ kemm idumu jservu ma jiġix imfixkel mit-temp, mill-vibrazzjonijiet jew minn fatturi esterni oħra. Għandhom jiġu pprovduti apparati tat-tifi tan-nar li jistgħu jinġarru b’mezzi li jindikaw jekk intużawx.

3.3.

Kariki ta’ riżerva

3.3.1.

Għandhom jiġu pprovduti kariki ta’ riżerva għal 100 % tal-ewwel 10 apparati tat-tifi tan-nar u għal 50 % tal-apparati tat-tifi tan-nar li jibqa’ li jkunu jistgħu jerġgħu jiġu kkargati abbord.

3.3.2.

Għall-apparati tat-tifi tan-nar li ma jistgħux jiġu kkargati mill-ġdid abbord, għandhom jiġu pprovduti apparati addizzjonali tat-tifi tan-nar li jistgħu jinġarru tal-istess kwantità, tip, kapaċità u għadd bħal dawk imsemmija fil-paragrafu 3.2.1 ta’ hawn fuq minflok kariki ta’ riżerva.

3.100

Rekwiżiti speċifiċi mid-Direttiva 2009/45/KE

3.100.1

L-apparati tat-tifi tan-nar li jkun fihom aġent tat-tifi tan-nar li waħdu jew fil-kundizzjonijiet mistennija għall-użu jarmi gassijiet tossiċi f’tali kwantitajiet li jipperikolaw il-persuni jew jarmi gassijiet li jkunu ta’ ħsara għall-ambjent, ma għandhomx ikunu permessi.

3.100.2

L-apparati tat-tifi tan-nar għandhom ikunu adattati għat-tifi ta’ nar li jaf ikun hemm fil-viċinanza ta’ fejn ikun jinsab l-apparat tat-tifi tan-nar.

3.100.3

L-apparati tat-tifi tan-nar li jistgħu jinġarru li jiġu pprovduti għall-użu fl-ispazji tal-akkomodazzjoni jew tas-servizz għandu jkollhom, sa fejn ikun prattikabbli, metodu uniformi tat-tħaddim.

3.100.4

Spezzjoni perjodika tal-apparati tat-tifi tan-nar:

l-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera għandha tiżgura li l-apparati tat-tifi tan-nar li jistgħu jinġarru għandhom jiġu spezzjonati perjodikament, ittestjati għal kif jiffunzjonaw u ttestjati għall-pressjoni.

4.   Sistemi fissi tat-tifi tan-nar

4.1.

Tipi ta’ sistemi fissi tat-tifi tan-nar

4.1.1.1.

Sistemi fissi tat-tifi tan-nar bil-gass

Is-sistemi fissi tat-tifi tan-nar bil-gass għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi għas-Sistemi tas-Sikurezza Kontra n-Nirien.

4.1.1.2.

Sistemi fissi tat-tifi tan-nar bil-fowm b’espansjoni kbira

Is-sistemi fissi tat-tifi tan-nar bil-fowm b’espansjoni kbira għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi għas-Sistemi tas-Sikurezza Kontra n-Nirien.

4.1.1.3.

Sistemi tat-tifi tan-nar li jisparaw l-ilma bil-pressjoni fissa

Is-sistemi tat-tifi tan-nar li jisparaw l-ilma bil-pressjoni fissa għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi għas-Sistemi tas-Sikurezza Kontra n-Nirien.

4.1.2.

Fejn tiġi installata sistema fissa tat-tifi tan-nar mhux meħtieġa minn dan il-kapitolu, din għandha tissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolamenti rilevanti ta’ dan il-kapitolu u l-Kodiċi tas-Sistemi tas-Sikurezza kontra n-Nirien.

4.2.

Tagħmir li jagħlaq għas-sistemi fissi tat-tifi tan-nar bil-gass

Għandhom jiġu pprovduti mezzi biex jingħalqu minn barra l-ispazju protett u l-fetħiet kollha li jistgħu jdaħħlu l-arja fih jew li jħallu l-gass joħroġ mill-ispazju protett.

4.3.

Kmamar tal-ħżin tal-aġent tat-tifi tan-nar

Meta l-aġent tat-tifi tan-nar jinħażen ’il barra minn spazju protett, għandu jinħażen f’kamra li tkun tinsab wara l-paratija tal-ħbit minn quddiem u li ma tintuża għall-ebda skop ieħor. Kull daħla għal tali kamra tal-ħżin għandha tkun preferibbilment mill-gverta miftuħa u għandha tkun indipendenti mill-ispazju protett. Jekk il-post tal-ħżin jkun taħt il-gverta, għandu jkun jinsab mhux aktar minn gverta waħda taħt il-gverta miftuħa u għandu jkun aċċessibbli direttament minn taraġ jew sellum mill-gverta miftuħa. Spazji li jinsabu taħt il-gverta jew spazji fejn l-aċċess mhux ipprovdut mill-gverta miftuħa għandu jkollhom sistema ta’ ventilazzjoni mekkanika ddisinjata biex tieħu l-arja tal-egżost mill-qiegħ tal-ispazju u għandhom ikunu ta’ daqs li jipprovdu tal-anqas sitt (6) bidliet tal-arja fis-siegħa. Il-bibien tal-aċċess għandhom jinfetħu ’l barra, u l-paratiji u l-gverti, inkluż il-bibien u mezzi oħra li jagħlqu kwalunkwe fetħa fihom, li jiffurmaw il-konfini bejn tali kmamar u l-ispazji magħluqa li qegħdin ħdejhom għandhom ikunu impermeabbli għall-gass. Għall-iskop tal-applikazzjoni tat-tabelli 9.1, 9.2, 9.3 u 9.4, fir-Regolament II-2/C/9, tali kmamar tal-ħżin għandhom jiġu ttrattati bħala stazzjonijiet tal-kontroll tan-nirien.

4.100

Rekwiżiti speċifiċi mid-Direttiva 2009/45/KE

.1

Fejn il-volum tal-arja libera li tkun fir-riċevituri tal-arja fi kwalunkwe spazju tkun tali li, jekk jiġi rrilaxxat f’tali spazju fil-każ ta’ nar, dan jaffettwa serjament l-effiċjenza tas-sistema fissa tat-tifi tan-nar, għandha tiġi pprovduta kwantità addizzjonali tal-aġent tat-tifi tan-nar.

.2

Il-fornituri ta’ installazzjonijiet fissi tat-tifi tan-nar għandhom jipprovdu deskrizzjoni tal-installazzjoni, inkluż lista tal-iċċekkjar għall-manutenzjoni, bl-Ingliż u bil-lingwa/i uffiċjali tal-Istat tal-bandiera.

.3

Il-kwantità tal-aġent tat-tifi tan-nar għandha tiġi vverifikata tal-anqas darba fis-sena minn espert awtorizzat mill-Amministrazzjoni, mill-fornitur tal-installazzjoni jew inkella minn organizzazzjoni rikonoxxuta.

.4

Il-verifika perjodika li ssir mill-inġinier prinċipali tal-vapur jew li tiġi organizzata mill-maniġment tal-vapur għandha tiddaħħal fir-reġistru tal-vapur u għandhom jissemmew l-ambitu u l-ħin ta’ tali verifika.

.5

L-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera għandha tiżgura li l-ispazji li fihom jinsabu l-batteriji tas-CO2 ikunu rranġati b’mod xieraq fir-rigward tal-aċċess, il-ventilazzjoni u t-tagħmir tal-komunikazzjoni tagħhom. Għandha tieħu l-miżuri kollha tas-sikurezza meħtieġa dwar il-kostruzzjoni, l-installazzjoni, l-immarkar, il-mili u l-ittestjar taċ-ċilindri tas-CO2, tal-pajpijiet u tat-tagħmir li jeħel, u għat-tagħmir tal-kontroll u tal-allarm għal tali installazzjoni. Il-bibien kollha li jagħtu għal spazji protetti b’installazzjoni tas-CO2 għandhom jiġu mmarkati “Dan l-ispazju huwa protett b’installazzjoni tas-CO2 u għandu jiġi evakwat meta t-tagħmir tal-allarm jibda jaħdem”.

5.   Arranġamenti għat-tifi tan-nar fl-ispazji tal-makkinarju

5.123.1

Sistemi fissi tat-tifi tan-nar

L-ispazji tal-makkinarju tal-kategorija A għandhom jiġu pprovduti b’waħda mis-sistemi fissi tat-tifi tan-nar li ġejjin:

.1

sistema bil-gass li tikkonforma mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-paragrafi 4.1.1.1, 4.2, 4.3 u 4.100, jew sistema ekwivalenti bbażata fuq l-ilma, li tikkonforma mad-dispożizzjonijiet tal-MSC/Ċirk.1165 tal-OMI kif emendata;

.2

sistema bil-fowm b’espansjoni kbira li tikkonforma mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-paragrafu 4.1.1.2;

.3

sistema li tispara l-ilma bil-pressjoni li tikkonforma mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-paragrafu 4.1.1.3.

5.123.2

Arranġamenti addizzjonali għat-tifi tan-nar

5.123.2.1

L-ispazji tal-makkinarju tal-kategorija A għandhom jiġu pprovduti tal-anqas b’sett wieħed ta’ tagħmir tal-fowm bl-arja li jista’ jinġarr li jkollu żennuna tal-fowm bl-arja tat-tip tal-induzzjoni li jkun jista’ jiġi konness mal-mejn tan-nar b’manka tat-tifi tan-nar, flimkien ma’ tank li jista’ jinġarr li jkun fih tal-anqas 20 litru ta’ likwidu li jagħmel il-fowm u tank wieħed ta’ riżerva. Iż-żennuna għandha tkun kapaċi tipproduċi fowm effettiv adattat għat-tifi ta’ nar miż-żejt, b’rata ta’ mill-anqas 1,5 m3 kull minuta.

5.123.2.2

F’kull spazju tali, għandu jkun hemm apparati approvati tat-tifi tan-nar bil-fowm, li kull wieħed minnhom ikollu kapaċità ta’ mill-anqas 45 litru, jew l-ekwivalenti, li jkunu numerikament biżżejjed biex permezz tagħhom il-fowm jew l-ekwivalenti tiegħu jiġu diretti fuq kwalunkwe parti tas-sistemi tal-pressjoni tal-karburant u taż-żejt lubrifikanti, tal-ingranaġġ u ta’ perikli oħra tan-nar. Barra minn hekk, għandu jiġi pprovdut numru suffiċjenti ta’ apparati tat-tifi tan-nar bil-fowm li jistgħu jinġarru jew l-ekwivalenti li għandhom jitpoġġew f’post fejn l-ebda punt fl-ispazju ma jkun aktar minn distanza ta’ 10 metri bil-mixi minn apparat tat-tifi tan-nar u li jkun hemm tal-anqas żewġ apparati tat-tifi tan-nar minnhom f’kull spazju bħal dan.

5.5.

Rekwiżiti addizzjonali

Kull spazju tal-makkinarju għandu jiġi ipprovdut b’żewġ applikaturi adattati tat-tirxix fin tal-ilma fl-arja li jistgħu jikkonsistu f’pajp tal-metall forma ta’ L, bil-parti t-twila b’tul ta’ xi żewġ (2) metri, li tkun tista’ teħel ma’ manka tat-tifi tan-nar, u bil-parti l-qasira b’tul ta’ xi 250 mm u mwaħħla ma’ żennuna fissa tat-tirxix fin tal-ilma jew li tkun tista’ teħel ma’ żennuna li tispara l-ilma.

Meta ż-żejt imsaħħan jintuża bħala aġent tat-tisħin, jista’ wkoll ikun meħtieġ ma’ dan, li l-kmamar tal-bojlers jkunu mgħammra b’tagħmir li jkun installat b’mod permanenti jew b’tagħmir li jista’ jinġarr għas-sistemi lokali għall-isprejjar tal-ġett tal-ilma taħt pressjoni jew għat-tifrix tal-fowm ’il fuq mill-art jew taħt l-art bl-iskop li jintefa n-nar.

5.6.

Sistemi fissi tat-tifi tan-nar b’applikazzjoni lokali:

5.6.2.

L-ispazji tal-makkinarju tal-kategorija A ta’ volum ’il fuq minn 500 m3, minbarra s-sistema fissa tat-tifi tan-nar meħtieġa skont ir-Regolament II-2/C/10, għandhom ikunu protetti b’tip approvat ta’ sistema fissa tat-tifi tan-nar bbażata fuq l-ilma jew b’applikazzjoni lokali ekwivalenti approvata, ibbażata fuq il-linji gwida fl-MSC/Ċirk.913 “Guidelines for the approval of fixed water-based local application fire-fighting systems for use in category A machinery spaces” (Linji gwida għall approvazzjoni ta’ sistemi fissi tat-tifi tan-nar ibbażati fuq l-ilma b’applikazzjoni lokali għall-użu fl-ispazji tal-makkinarju tal-kategorija A).Fil-każ ta’ spazji tal-makkinarju li perjodikament ma jkollhomx nies magħhom, is-sistema tat-tifi tan-nar għandu jkollha kemm kapaċitajiet għar-rilaxx awtomatiku kif ukoll għal dak manwali. Fil-każ ta’ spazji tal-makkinarju li jkollhom in-nies magħhom kontinwament, huwa meħtieġ li s-sistema tat-tifi tan-nar ikollha kapaċità ta’ rilaxx manwali.

5.6.3.

Is-sistemi fissi tat-tifi tan-nar b’applikazzjoni lokali jridu jipproteġu żoni bħal dawn li ġejjin mingħajr ma jkun hemm bżonn li l-magna tintefa, li l-persunal jiġi evakwat jew li l-ispazji jiġu ssiġillati:

.1

il-porzjonijiet ta’ periklu ta’ nirien tal-makkinarju kollu tal-kombustjoni interna,

.2

in-naħa ta’ quddiem tal-bojlers,

.3

il-porzjonijiet ta’ periklu ta’ nirien tal-inċineraturi u

.4

il-purifikaturi għaż-żejt tal-karburant imsaħħan.

5.6.4.

L-attivazzjoni ta’ kwalunkwe sistema b’applikazzjoni lokali għandha tagħti allarm li jidher u li jinstema’ fl-ispazju protett u fl-istazzjonijiet li kontinwament ikollhom in-nies magħhom. L-allarm għandu jindika s-sistema speċifika li ġiet attivata. Ir-rekwiżiti tas-sistema tal-allarm deskritti f’dan il-paragrafu huma addizzjonali u mhux sostituzzjoni għas-sistemi tal-allarm u tal-individwazzjoni tan-nirien meħtieġa f’partijiet oħra f’dan il-kapitolu.

6.   Arranġamenti għat-tifi tan-nar fl-istazzjonijiet tal-kontroll, fl-ispazji tal-akkomodazzjoni u fl-ispazji tas-servizz

6.1.

Sistemi tal-bexxixiet u li jisparaw l-ilma

6.1.1.

Il-vapuri li jġorru aktar minn 36 passiġġier għandhom ikunu mgħammra b’sistema awtomatika tal-bexxixiet, tal-individwazzjoni tan-nirien u tal-allarm tan-nirien ta’ tip approvat li tikkonforma mar-rekwiżiti tal-paragrafu 6.1.100 jew mal-linji-gwida tal-OMI għal sistema ekwivalenti approvata tal-bexxixiet kif mogħtija fir-Riżoluzzjoni A.800(19) tal-OMI, fl-ispazji tas-servizz, fl-istazzjonijiet tal-kontroll u fl-ispazji tal-akkomodazzjoni kollha, inkluż il-kurituri u t-turġien. Alternattivament, l-istazzjonijiet tal-kontroll fejn l-ilma jista’ jikkawża ħsara lit-tagħmir essenzjali jistgħu jiġu mgħammra b’sistema fissa approvata tat-tifi tan-nar ta’ tip ieħor.L-ispazji li jkollhom ftit jew l-ebda riskju li jieħdu n-nar bħall-ispazji vojta, it-tojlits pubbliċi, il-kmamar tad-diossidu tal-karbonju u spazji simili ma hemmx bżonn jiġu mgħammra b’sistema awtomatika tal-bexxixiet.

6.1.2.

Fil-vapuri li jġorru mhux aktar minn 36 passiġġier, issir referenza għar-Regolament II-2/C/7, is-subparagrafu 5.3.2.

6.1.3.

Sistema tat-tifi tan-nar li tispara l-ilma bil-pressjoni fissa li tikkonforma mad-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi għas-Sistemi tas-Sikurezza Kontra n-Nirien għandha tiġi installata fil-gallariji tal-kabini ta’ vapuri li għalihom japplika r-Regolament 5.3.4, fejn l-għamara u t-tagħmir li jkun hemm fuq tali gallariji ma jkunux kif definit fis-subparagrafi 40.1, 40.2, 40.3, 40.6 u 40.7 tar-Regolament II-2/A/3.

6.1.100

Is-sistemi awtomatiċi tal-bexxixiet, tal-individwazzjoni tan-nar u tal-allarm tan-nar għandhom ikunu ta’ tip approvat, li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi tas-Sistema tas-Sikurezza kontra n-Nirien.

Għall-vapuri tal-klassijiet C u D b’tul ta’ anqas minn 40 metru u b’erja protetta totali ta’ anqas minn 280 m2, l-Amministrazzjoni tal-Istat tal-Bandiera tista’ tispeċifika l-erja xierqa għad-daqs tal-pompi u tal-komponenti alternattivi.

6.3.

Spazji li jkun fihom likwidu li jieħu n-nar

6.3.1.

Il-kabinetti taż-żebgħa li jissakkru għandhom jiġu protetti kif ġej:

.1

sistema tad-diossidu tal-karbonju, iddisinjata biex tagħti volum minimu ta’ gass liberu ugwali għal 40 % tal-volum gross tal-ispazju protett;

.2

sistema tat-trab niexef, iddisinjata għal mill-anqas 0,5 kg trab/m3;

.3

sistema li tispara l-ilma jew sistema ta’ bexxixiet, iddisinjata għal ħames (5) litri/m2 min. Is-sistemi li jisparaw l-ilma jistgħu jiġu konnessi mal-mejn tan-nar tal-vapur; jew

.4

sistema li tipprovdi protezzjoni ekwivalenti, kif stabbilit mill-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera.

Fi kwalunkwe każ, is-sistema għandha tkun tista’ titħaddem minn barra l-ispazju protett.

6.3.2.

Il-kabinetti tal-likwidu li jieħu n-nar għandhom jiġu protetti b’arranġament xieraq tat-tifi tan-nar approvat mill-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera.

6.3.3.

Għall-kabinetti b’erja tal-gverta ta’ anqas minn 4 m2, li ma jagħtux aċċess għall-ispazji tal-akkomodazzjoni, minflok sistema fissa jista’ jiġi aċċettat apparat tat-tifi tan-nar tad-diossidu tal-karbonju li jista’ jinġarr u li jkollu daqs tali biex jipprovdi volum minimu ta’ gass liberu ugwali għal 40 % tal-volum gross tal-ispazju. Għandu jkun hemm fetħa mal-ġenb tal-kabinett li tippermetti l-ħruġ tal-apparat tat-tifi tan-nar mingħajr ma jkun hemm għalfejn tidħol fl-ispazju protett. L-apparat meħtieġ tat-tifi tan-nar li jista’ jinġarr għandu jkun stivat maġenb il-fetħa. Alternattivament, fetħa jew konnessjoni tal-manka jistgħu jiġu pprovduti biex jiġi ffaċilitat l-użu tal-ilma tal-mejn tan-nar.

6.4.

Apparat għall-qali, għat-togħlija u għax-xiwi:

Meta l-apparat għall-qali, għat-togħlija u għax-xiwi jkun installat u jintuża fi spazji barra l-kċina prinċipali, l-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera għandha timponi miżuri oħra tas-sikurezza fir-rigward tal-perikli speċifiċi tan-nirien assoċjati ma’ dan it-tip ta’ tagħmir.

It-tagħmir għall-qali għandu jkun mgħammar b’dan li ġej:

.1

sistema awtomatika jew manwali tat-tifi tan-nar ittestjata skont standard internazzjonali f’konformità mal-Pubblikazzjoni ISO 15371:2009 dwar is-sistemi tat-tifi tan-nar għall-protezzjoni ta’ tagħmir fil-kċejjen għall-qali, għat-togħlija u għax-xiwi;

.2

termostat primarju u ieħor ta’ riżerva b’allarm biex javża lill-operatur fil-każ ta’ ħsara ta’ kwalunkwe termostat;

.3

arranġamenti biex l-enerġija elettrika tinqata’ awtomatikament malli tiġi attivata s-sistema tat-tifi tan-nar;

.4

allarm li jindika li s-sistema tat-tifi tan-nar fil-kċina fejn ikun installat it-tagħmir qed taħdem; u

.5

kontrolli għat-tħaddim manwali tas-sistema tat-tifi tan-nar, li jkunu mmarkati b’mod ċar għall-użu fil-pront mill-ekwipaġġ.

7.   Arranġamenti għat-tifi tan-nar fl-ispazji tal-merkanzija

7.1.

Sistemi fissi tat-tifi tan-nar bil-gass għall-merkanzija ġenerali

7.1.1.

Għajr kif previst fil-paragrafu 7.2, l-ispazji tal-merkanzija tal-vapuri tal-passiġġieri b’tunnellaġġ gross ta’ 1,000 jew aktar għandhom jiġu protetti b’sistema fissa tat-tifi tan-nar bid-diossidu tal-karbonju jew b’gass inerti li tikkonforma mad-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi għas-Sistemi tas-Sikurezza Kontra n-Nirien jew b’sistema fissa tat-tifi tan-nar bil-fowm b’espansjoni kbira li tagħti protezzjoni ekwivalenti.

7.1.2.

Fil-vapuri b’tunnellaġġ gross ta’ inqas minn 1,000, l-arranġamenti fl-ispazji tal-merkanzija għandhom ikunu jissodisfaw l-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera, diment li l-vapur ikun mgħammar b’għatjiet tal-bokkaporti tal-azzar jew ta’ materjal ekwivalenti u b’mezzi effettivi għall-għeluq tal-ventilaturi u tal-fetħiet l-oħra kollha li jwasslu għall-ispazji tal-merkanzija.

7.2.

Sistemi fissi tat-tifi tan-nar bil-gass għall-oġġetti perikolużi

Vapur involut fil-ġarr ta’ oġġetti perikolużi fi kwalunkwe spazju tal-merkanzija għandu jiġi pprovdut b’sistema fissa tat-tifi tan-nar bid-diossidu tal-karbonju jew bil-gass inerti li tikkonforma mad-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi għas-Sistemi tas-Sikurezza Kontra n-Nirien jew b’sistema tat-tifi tan-nar li, f’opinjoni tal-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera, tagħti protezzjoni ekwivalenti għall-oġġetti li jkun qegħdin jinġarru.

7.3.

Tifi tan-nar għall-vapuri ddisinjati biex iġorru kontejners fil-gverta tal-osservazzjoni tat-temp jew ’il fuq minnha.

7.3.1.

Minbarra t-tagħmir u l-arranġamenti meħtieġa mill-paragrafi 1 u 2, il-vapuri għandhom iġorru tal-anqas lanzetta waħda tat-tirxix tal-ilma.

7.3.1.1.

Il-lanzetta tat-tirxix tal-ilma għandha tikkonsisti f’tubu b’żennuna li ttaqqab li tkun kapaċi tippenetra ħajt ta’ kontejner u li tipproduċi tirxix tal-ilma ġewwa spazju magħluq (kontejner, eċċ.) meta tiġi konnessa mal-mejn tan-nar.

10.   Ilbies tal-ħaddiema tat-tifi tan-nar

10.1.

Tipi ta’ lbies tal-ħaddiema tat-tifi tan-nar

10.1.1.

L-ilbies tal-ħaddiema tat-tifi tan-nar għandu jikkonforma mal-Kodiċi għas-Sistemi tas-Sikurezza Kontra n-Nirien.

10.1.2.

Għal kull apparat tat-teħid tan-nifs għandha tiġi pprovduta siegla tas-salvataġġ li tirreżisti n-nar ta’ tul u ta’ saħħa suffiċjenti li tista’ titwaħħal permezz ta’ ganċ li jingħalaq mal-irbit tal-apparat jew ma’ ċintorin separat sabiex jimpedixxi li l-apparat tat-teħid tan-nifs jinqala’ meta titħaddem is-siegla tas-salvataġġ.

10.2.

Numru ta’ tibdiliet tal-ilbies tal-ħaddiema tat-tifi tan-nar

10.2.1.

Il-vapuri tal-klassi B u l-vapuri tal-klassijiet C u D b’tul ta’ 40 metru u aktar għandhom iġorru tal-anqas żewġt ilbiesi tal-ħaddiema tat-tifi tan-nar.

10.2.2.

Barra minn hekk, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

.1

Fil-vapuri b’tul ta’ 60 metru u aktar, għandhom jiġu pprovduti wkoll, jekk l-aggregat tat-tulijiet tal-ispazji tal-passiġġieri u tal-ispazji tas-servizz kollha fuq il-gverta li jkollha tali spazji ikun ta’ aktar minn 80 metru, jew, jekk hemm aktar minn gverta waħda ta’ dan it-tip, fuq il-gverta li jkollha l-akbar aggregat ta’ tali tulijiet, żewġt ilbiesi tal-ħaddiema tat-tifi tan-nar u żewġ settijiet ta’ tagħmir personali għal kull 80 metru, jew parti minnhom, ta’ tali aggregat ta’ tulijiet.

Fil-vapuri li jġorru aktar minn 36 passiġġier, għandhom jiġu pprovduti żewġt ilbiesi addizzjonali tal-ħaddiema tat-tifi tan-nar għal kull żona vertikali prinċipali, ħlief għall-imgħalaq tat-turġien li jikkostitwixxu żoni vertikali prinċipali individwali u għaż-żoni vertikali prinċipali b’tul limitat fil-parti ta’ quddiem u ta’ wara ta’ vapur li ma jinkludux l-ispazji tal-akkomodazzjoni, l-ispazji tal-makkinarju jew il-kċejjen prinċipali.

10.2.5.

Għandhom jiġu pprovduti żewġ kariki ta’ riżerva għal kull apparat tat-teħid tan-nifs meħtieġ għajr kif ġej:

(i)

Il-vapuri tal-klassi B b’tul ta’ inqas minn 40 metru jeħtieġ li jġorru biss karika waħda ta’ riżerva għal kull apparat tat-teħid tan-nifs meħtieġ.

(ii)

Il-kapaċità tal-ħżin totali ta’ riżerva ta’ arja libera abbord il-vapuri li jġorru ħames apparati tat-teħid tan-nifs jew aktar jeħtieġ li ma taqbiżx id-9 600 litru.

(iii)

Il-vapuri mgħammra b’mezzi adattati ta’ karika sħiħa mill-ġdid taċ-ċilindri tal-arja ħielsa mill-kontaminazzjoni jeħtieġ li jġorru biss karika waħda ta’ riżerva għal kull apparat tat-teħid tan-nifs meħtieġ u l-kapaċità tal-ħżin totali ta’ riżerva ta’ arja libera abbord jeħtieġ li ma taqbiżx l-4 800 litru.

10.3.

Ħżin tal-ilbies tal-ħaddiema tat-tifi tan-nar

10.3.1.

L-ilbies tal-ħaddiema tat-tifi tan-nar jew is-settijiet ta’ tagħmir personali għandhom jinħażnu b’tali mod li jkunu aċċessibbli faċilment u lesti biex jintużaw u, meta tinġarr aktar minn tibdila waħda tal-ilbies tal-ħaddiema tat-tifi tan-nar jew aktar minn sett wieħed ta’ tagħmir personali, dawn għandhom jinħażnu f’pożizzjonijiet separati ferm.

10.3.2.

Tal-anqas tibdila waħda tal-ilbies tal-ħaddiema tat-tifi tan-nar u sett wieħed ta’ tagħmir personali għandhom ikunu disponibbli fi kwalunkwe pożizzjoni tali.

10.4.

Komunikazzjoni bejn il-ħaddiema tat-tifi tan-nar:

Għall-vapuri li abbord huma meħtieġa jġorru mill-inqas tibdila waħda tal-ilbies tal-ħaddiema tat-tifi tan-nar, għandhom jinġarru abbord tal-anqas żewġ radjutelefowns portabbli bidirezzjonali għal kull parti tat-tifi tan-nar għall-komunikazzjoni bejn il-ħaddiema tat-tifi tan-nar. Fil-każ tal-vapuri li jaħdmu bl-LNG jew tal-vapuri ro-ro tal-passiġġieri li jkollhom spazji tal-merkanzija tal-vapuri ro-ro magħluqin jew spazji ta’ kategorija speċjali, dawk ir-radjutelefowns portabbli bidirezzjonali għandhom ikunu ta’ tip li jiflaħ għall-isplużjonijiet jew ikunu intrinsikament sikuri.

10.100

Meta l-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera tikkonsidra li d-dispożizzjonijiet tal-ġarr fir-Regolament II-2/C/10 ma jkunux raġonevoli u/jew ma jkunux adattati teknikament abbord vapur, tali vapur jista’, f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 9(3) tad-Direttiva 2009/45/KE, jiġi eżentat minn rekwiżit wieħed jew aktar fir-Regolament II-2/C/10.

Ir-Regolament II-2/C/11: Integrità strutturali

1.   Skop

L-iskop tar-Regolament II-2/C/11 huwa li tinżamm l-integrità strutturali tal-vapur li tipprevjeni kollass parzjali jew sħiħ tal-istrutturi tal-vapur minħabba d-deterjorament tas-saħħa tal-istrutturi bis-sħana. Għal dan l-iskop, il-materjali li jintużaw fl-istruttura tal-vapuri għandhom jiżguraw li l-integrità strutturali ma tiġix degradata minħabba n-nirien.

2.   Il-materjal tal-buq, tas-sovrastrutturi, tal-paratiji strutturali, tal-gverti u tal-kmamar ta’ fuq il-gverta

Il-buq, is-sovrastrutturi, il-paratiji strutturali, il-gverti u l-kmamar ta’ fuq il-gverta għandhom jinbnew bl-azzar jew b’materjal ekwivalenti ieħor. Għall-iskop li tiġi applikata d-definizzjoni ta’ materjal ekwivalenti ieħor kif mogħtija fl-Artikolu 2 (za) tad-Direttiva 2009/45/KE, l-“esponiment applikabbli għan-nirien” għandu jkun skont l-istandards tal-integrità u tal-iżolazzjoni mogħtija fit-tabelli 9.1 sa 9.4 tar-Regolament II-2/C/9, is-subparagrafi 2.2.3 u 2.2.4. Pereżempju, fejn diviżjonijiet bħall-gverti jew il-ġnub u t-truf tal-kmamar ta’ fuq il-gverta jista’ jkollhom integrità fir-rigward tar-reżistenza għan-nirien tal-istandard “B-0”, l-“esponiment applikabbli għan-nirien” għandu jkun ta’ nofs siegħa.

3.   Struttura tal-liega tal-aluminju

Madankollu, f’każijiet fejn kwalunkwe parti tal-istruttura tkun magħmula minn liega tal-aluminju, għandu japplika dan li ġej:

.1

L-iżolazzjoni tal-komponenti tal-liega tal-aluminju tad-diviżjonijiet tal-klassi “A” jew “B”, ħlief għall-istruttura li ma żżommx tagħbija fuqha, għandha tkun tali li t-temperatura tal-qalba strutturali ma togħliex aktar minn 200 °C ’il fuq mit-temperatura ambjentali fi kwalunkwe ħin matul l-esponiment applikabbli għan-nirien għat-test standard tan-nar.

.2

Għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-iżolazzjoni tal-komponenti tal-liega tal-aluminju tal-kolonni, tal-pilastri jew ta’ membri strutturali oħra meħtieġa biex jakkomodaw l-istivar tad-dgħajjes tas-sopravivenza u taċ-ċattri tas-salvataġġ, iż-żoni tal-varar u tal-imbarkazzjoni, u d-diviżjonijiet tal-klassijiet “A” u “B” biex jiġi żgurat:

.2.1

li għal dawk il-membri li jakkomodaw iż-żoni tad-dgħajjes tas-sopravivenza u taċ-ċattri tas-salvataġġ kif ukoll id-diviżjonijiet tal-klassi “A”, il-limitazzjoni taż-żieda fit-temperatura speċifikata fil-paragrafu 3.1 għandha tapplika fl-aħħar ta’ siegħa; u

.2.2

li għal dawk il-membri meħtieġa biex jakkomodaw id-diviżjonijiet tal-klassi “B”, il-limitazzjoni taż-żieda fit-temperatura speċifikata fil-paragrafu 3.1 għandha tapplika fl-aħħar ta’ nofs siegħa.

4.   Spazji tal-makkinarju tal-kategorija A

4.1.

Għata u kejsings

L-għata u l-kejsings tal-ispazji tal-makkinarju tal-kategorija A għandhom ikunu magħmula minn kostruzzjoni tal-azzar jew ta’ materjal ekwivalenti u għandhom ikunu iżolati kif meħtieġ mit-tabelli inklużi fir-Regolament II-2/C/9, kif ikun xieraq. Il-fetħiet ta’ ġo fihom, jekk ikun hemm, għandhom jiġu rranġati b’mod adattat u għandhom jiġu protetti sabiex jiġi evitat it-tixrid tan-nar.

4.2.

Kisi tal-art

Il-kisi tal-art tal-passaġġi normali fl-ispazji tal-makkinarju tal-kategorija A għandu jkun magħmul mill-azzar jew minn materjal ekwivalenti.

5.   Materjali tat-tagħmir li jagħti għall-baħar

Il-materjali li ma jibqgħux effettivi minħabba s-sħana ma għandhomx jintużaw għal toqob li jitfgħu fil-baħar, għar-rilaxxi sanitarji u għal toqob oħra li jkunu qrib il-linja sa fejn jasal l-ilma u fejn il-falliment tal-materjal fil-każ ta’ nar jagħti lok għal periklu ta’ tgħarriq.

PARTI D

ĦRIB

Ir-Regolament II-2/D/12: Notifika tal-ekwipaġġ u tal-passiġġieri

1.

Skop

L-iskop tar-Regolament II-2/D/12 huwa li l-ekwipaġġ u l-passiġġieri jiġu nnotifikati f’każ ta’ nar sabiex ikun hemm evakwazzjoni sikura. Għal dan l-iskop, għandhom jiġu pprovduti sistema ġenerali tal-allarm ta’ emerġenza u sistema tat-tgħarrif pubbliku.

2.

Għandha tintuża sistema ġenerali tal-allarm ta’ emerġenza, meħtieġa skont ir-Regolament III/3, il-paragrafu.1, sabiex l-ekwipaġġ u l-passiġġieri jiġu nnotifikati f’każ ta’ nar.

3.

Sistemi tat-tgħarrif pubbliku

Għandha tkun disponibbli sistema tat-tgħarrif pubbliku jew mezz effettiv ieħor ta’ komunikazzjoni li jikkonforma mar-rekwiżiti tar-Regolament III/6.5 tal-Konvenzjoni SOLAS, kif emendata, fl-ispazji tal-akkomodazzjoni u tas-servizz u fl-istazzjonijiet tal-kontroll u fil-gverti miftuħa kollha.

Ir-Regolament II-2/D/13: Mezzi ta’ ħrib

1.   Skop

L-iskop tar-Regolament II-2/D/13 huwa li jiġu pprovduti mezzi ta’ ħrib sabiex il-persuni abbord ikunu jistgħu jaħarbu b’mod sikur u malajr lejn il-gverta tal-imbarkazzjoni tad-dgħajjes tas-sopravivenza u taċ-ċattri tas-salvataġġ. Għal dan l-iskop, għandhom jiġu ssodisfati r-rekwiżiti funzjonali li ġejjin:

.1

għandhom jiġu pprovduti rotot tal-ħrib sikuri;

.2

ir-rotot tal-ħrib għandhom jinżammu f’kundizzjoni sikura, mingħajr ostakli; u

.3

għandhom jiġu pprovduti għajnuniet addizzjonali għall-ħrib kif ikun meħtieġ sabiex tiġi żgurata l-aċċessibbiltà, l-immarkar ċar, u d-disinn adegwat għas-sitwazzjonijiet ta’ emerġenza.

2.   Rekwiżiti ġenerali

2.2.

Il-liftijiet ma għandhom qatt jiġu kkunsidrati li jiffurmaw wieħed mill-mezzi meħtieġa ta’ ħrib.

3.   Mezzi ta’ ħrib mill-istazzjonijiet tal-kontroll, mill-ispazji tal-akkomodazzjoni u mill-ispazji tas-servizz

3.1.

Rekwiżiti ġenerali

3.1.1.

It-turġien u s-slielem, il-kurituri u l-bibien għandhom ikunu rranġati b’tali mod li jipprovdu mezz pront ta’ ħrib għall-gverta tal-imbarkazzjoni tad-dgħajjes tas-sopravivenza u taċ-ċattri tas-salvataġġ mill-ispazji kollha tal-passiġġieri u tal-ekwipaġġ u mill-ispazji li fihom normalment ikun hemm l-ekwipaġġ, li mhumiex spazji tal-makkinarju.

3.1.2.

Għandu jiġi pprojbit li jkun hemm kuritur, sala jew parti minn kuritur minn fejn ikun hemm rotta waħda biss ta’ ħrib.Il-kurituri li ma jwasslu mkien li jintużaw fiż-żoni tas-servizz u li jkunu meħtieġa għall-utilità prattika tal-vapur, bħall-istazzjonijiet taż-żejt tal-karburant u l-kurituri tal-provvista ta’ wara, għandhom jiġu permessi, diment li dawn il-kurituri li ma jwasslu mkien ikunu separati miż-żoni tal-akkomodazzjoni tal-ekwipaġġ u ma jkunux aċċessibbli miż-żoni tal-akkomodazzjoni tal-passiġġieri. Parti minn kuritur b’fond li ma jaqbiżx il-wisa’ tiegħu titqies bħala daħla jew estensjoni lokali, u hija permessa.

3.1.3.

It-turġien kollha għandu jkollhom kostruzzjoni ta’ qafas tal-azzar, ħlief fejn l-Amministrazzjoni tissanzjona l-użu ta’ materjal ekwivalenti ieħor.

3.1.4.

Jekk stazzjon tar-radjutelegrafija ma jkollu l-ebda aċċess dirett għall-gverta miftuħa, għandhom jiġu pprovduti żewġ mezzi ta’ ħrib minn tali stazzjon jew aċċess għalih, li wieħed minnhom jista’ jkun toqba jew tieqa ta’ daqs suffiċjenti jew mezz ieħor.

3.2.

Mezzi ta’ ħrib

3.2.1.

Ħrib mill-ispazji taħt il-gverta tal-paratija

3.2.1.1.

Taħt il-gverta tal-paratija, żewġ mezzi ta’ ħrib, li tal-anqas wieħed minnhom għandu jkun indipendenti mill-bibien impermeabbli, għandhom jiġu pprovduti minn kull kompartiment impermeabbli jew spazju jew grupp ta’ spazji ristrett(i) b’mod simili. B’mod eċċezzjonali, wieħed mill-mezzi ta’ ħrib għall-ispazji tal-ekwipaġġ li jidħlu fihom okkażjonalment biss jista’ ma jkunx meħtieġ jekk ir-rotta tal-ħrib meħtieġa tkun indipendenti mill-bibien impermeabbli. F’każ bħal dan l-uniku mezz ta’ ħrib għandu jipprovdi ħrib sikur.

3.2.2.

Ħrib mill-ispazji ’l mill-gverta tal-paratija

‘Il fuq mill-gverta tal-paratija għandu jkun hemm tal-anqas żewġ mezzi ta’ ħrib minn kull żona vertikali prinċipali jew spazju jew grupp ta’ spazji ristrett(i) b’mod simili, li tal-anqas wieħed minnhom għandu jagħti aċċess għal taraġ li jifforma ħrib vertikali.

3.2.3.

Aċċess dirett għall-imgħalaq tat-turġien

L-imgħalaq tat-turġien għandu jkollhom aċċess dirett għall-kurituri u għandu jkollha erja suffiċjenti li tipprevjeni l-konġestjoni, filwaqt li jiġi kkunsidrat in-numru ta’ persuni li probabbli jużawhom f’emerġenza. Fil-perimetru ta’ dawn l-imgħalaq tat-turġien, it-tojlits pubbliċi, il-kabinetti li jissakkru li mhumiex ta’ materjal kombustibbli fejn jinħażen it-tagħmir tas-sikurezza u l-bankijiet tal-informazzjoni miftuħa biss huma permessi. L-ispazji pubbliċi, il-kurituri, it-tojlits pubbliċi, l-ispazji ta’ kategorija speċjali u l-ispazji tal-merkanzija miftuħa tal-vapuri ro-ro li l-passiġġieri jista’ jkollhom aċċess għalihom, turġien oħra tal-ħrib meħtieġa skont il-paragrafu 3.2.4.1 u ż-żoni esterni biss huma permessi li jkollhom aċċess dirett għal dawn l-imgħalaq tat-turġien.

3.2.4.

Dettalji tal-mezzi ta’ ħrib

3.2.4.1.

Tal-anqas wieħed mill-mezzi ta’ ħrib meħtieġa fis-subparagrafi 3.2.1.1 u 3.2.2 għandu jikkonsisti minn taraġ magħluq li jkun aċċessibbli faċilment, li għandu jipprovdi protezzjoni kontinwa min-nar mil-livell tal-oriġini tiegħu sal-gverti tal-imbarkazzjoni xierqa tad-dgħajjes tas-sopravivenza u taċ-ċattri tas-salvataġġ, jew sal-ogħla gverta tal-osservazzjoni tat-temp jekk il-gverta tal-imbarkazzjoni ma testendix saż-żona vertikali prinċipali meqjusa. Fil-każ imsemmi l-aħħar, għandu jiġi pprovdut aċċess dirett għall-gverta tal-imbarkazzjoni permezz ta’ turġien u passaġġi miftuħa esterni u għandu jkollhom dawl ta’ emerġenza f’konformità mar-Regolament III/5, il-paragrafu.3, kif ukoll superfiċi li ma jiżolqux. Il-konfini li jħarsu lejn it-turġien u l-passaġġi miftuħa esterni li jiffurmaw parti minn rotta ta’ ħrib u konfini f’pożizzjoni tali li jekk ikollhom ħsara waqt li jkun hemm nar jimpedixxu l-ħrib lejn il-gverta tal-imbarkazzjoni għandu jkollhom l-integrità fir-rigward tar-reżistenza għan-nirien, inkluż valuri tal-iżolazzjoni, f’konformità mat-tabelli 9.1 sa 9.4, kif ikun xieraq.

3.2.4.2.

Il-protezzjoni għall-aċċess mill-imgħalaq tat-turġien għaż-żoni tal-imbarkazzjoni tad-dgħajjes tas-sopravivenza u taċ-ċattri tas-salvataġġ għandhom jiġu pprovduti direttament jew inkella minn rotot interni protetti li jkollhom integrità fir-rigward tar-reżistenza għan-nirien u valuri tal-iżolazzjoni għall-imgħalaq tat-turġien kif stabbilit mit-tabelli 9.1 sa 9.4, kif ikun xieraq.

3.2.4.5.

Il-wisgħat, in-numru u l-kontinwità tal-mezzi ta’ ħrib għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti tal-Kodiċi għas-Sistemi tas-Sikurezza Kontra n-Nirien.

3.2.5.

Immarkar tar-rotot tal-ħrib

3.2.5.1.

Flimkien mad-dawl ta’ emerġenza meħtieġ skont ir-Regolamenti II-1/D/42 u III/5.3, il-mezzi ta’ ħrib inkluż it-turġien u l-ħruġ, għandhom jiġu mmarkati b’indikaturi li jixegħlu jew li jixegħlu bi strippa fotoluminixxenti mpoġġija mhux aktar minn 0,3 metri ’l fuq mill-gverta fil-punti kollha tar-rotta ta’ ħrib, inkluż l-angoli u l-punti ta’ intersezzjoni. L-immarkar jrid iħalli l-passiġġieri jidentifikaw ir-rotot kollha ta’ ħrib u jidentifikaw malajr il-postijiet minn fejn tista’ toħroġ. Jekk tintuża l-illuminazzjoni elettrika, din għandha tiġi pprovduta mis-sors tal-enerġija ta’ emerġenza u għandha tiġi rranġata b’tali mod li f’każ ta’ ħsara ta’ kwalunkwe dawl singolu jew ta’ qtugħ ta’ kurrent fi strippa tad-dawl, dan ma jirriżultax fl-ineffettività tal-immarkar. Barra minn hekk, is-sinjali kollha tar-rotta tal-ħrib u l-immarkar ta’ fejn jinsab it-tagħmir tat-tifi tan-nar għandhom ikunu magħmula minn materjal fotoluminixxenti jew immarkati bid-dawl. L-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera għandha tiżgura li dan it-tagħmir li jixgħel jew fotoluminixxenti jkun ġie evalwat, ittestjat u applikat f’konformità mal-Kodiċi għas-Sistemi tas-Sikurezza Kontra n-Nirien.

3.2.5.2.

Fil-vapuri li jġorru aktar minn 36 passiġġier, ir-rekwiżiti tas-subparagrafu 3.2.5.1 tar-Regolament II-2/D/13 għandhom japplikaw ukoll għall-akkomodazzjonijiet tal-ekwipaġġ.

3.2.6.

Bibien li normalment jinżammu msakkra u li jiffurmaw parti minn rotta tal-ħrib.

3.2.6.1.

Il-bibien tal-kabini u l-kmamar privati ma għandux ikollhom bżonn ċwievet biex jinfetħu minn ġewwa l-kamra. Ma għandu jkun hemm l-ebda bieb tul kwalunkwe rotta indikata bħala rotta tal-ħrib li jkun jeħtieġ iċ-ċwievet biex jinfetaħ meta dak li jkun jinsab miexi fid-direzzjoni tal-ħrib.

3.2.6.2.

Il-bibien tal-ħrib mill-ispazji pubbliċi li normalment ikunu jinsabu maqfula għandhom jiġu mgħammra b’mezz biex jinfetħu malajr. Dawn il-mezzi għandhom jikkonsistu f’mekkaniżmu li jaqfel il-bibien li jiftaħ il-maqfel malli tiġi applikata l-forza fid-direzzjoni tal-fluss tal-ħrib. Il-mekkaniżmi li jinfetħu malajr għandhom jiġu ddisinjati u installati għas-sodisfazzjon tal-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera u partikolarment:

.1

għandhom ikunu jikkonsistu minn żbarri jew pannelli, li l-porzjon ta’ attwazzjoni tagħhom ikun jestendi tul tal-anqas nofs il-wisa’ tal-qoxra tal-bieb, tal-anqas 760 mm u mhux aktar minn 1 120 mm ’il fuq mill-gverta;

.2

għandhom iġiegħlu l-maqfel tal-bieb jinfetaħ meta tiġi applikata forza li ma taqbiżx is-67 N; u

.3

ma għandhomx ikunu mgħammra b’xi mezz li jsakkar, b’vit ta’ aġġustament (set screw) jew arranġament ieħor li jipprevjeni l-ftuħ tal-maqfel meta tiġi applikata l-pressjoni fuq il-mezz li jiftaħ.

3.2.7.

Analiżi tal-evakwazzjoni għall-vapuri tal-passiġġieri

3.2.7.1.

Ir-rotot tal-ħrib għandhom jiġu evalwati b’analiżi tal-evakwazzjoni kmieni fil-proċess tad-disinn skont ir-“Revised Guidelines on evacuation analyses for new and existing passenger ships” (Linji gwida reveduti dwar l-analiżi tal-evakwazzjoni għall-vapuri ġodda u eżistenti tal-passiġġieri (MSC.1/Ċirk.1533), kif emendati. Din l-analiżi għandha tapplika:

.1

għall-vapuri ro-ro tal-passiġġieri; u

.2

għal vapuri tal-passiġġieri oħra li jġorru aktar minn 36 passiġġier, sakemm l-ispazji tal-akkomodazzjoni ma jkollhomx kabini, ikunu jinsabu fi gverta waħda biss u jkun hemm stazzjon wieħed biss tal-ġmigħ tan-nies.

3.2.7.2.

L-analiżi għandha tintuża biex tidentifika u telimina, sa fejn ikun prattiku, il-konġestjoni li tista’ tiżviluppa waqt l-abbandun, minħabba l-moviment normali tal-passiġġieri u l-ekwipaġġ fir-rotot tal-ħrib, inkluża l-possibbiltà li l-ekwipaġġ jista’ jkollu bżonn jiċċaqlaq tul dawn il-passaġġi f’direzzjoni li tkun opposta għall-moviment tal-passiġġieri. Barra minn hekk, l-analiżi għandha tintuża biex turi li l-arranġamenti tal-ħrib ikunu flessibbli biżżejjed biex jipprovdu l-possibbiltà li ċerti rotot tal-ħrib, stazzjonijiet tal-ġmigħ tan-nies, stazzjonijiet tal-imbarkazzjoni jew inġenji tal-baħar tas-sopravivenza jaf ma jkunux disponibbli minħabba xi diżgrazzja.

3.4.

Apparati tat-teħid tan-nifs waqt ħrib ta’ emerġenza għall-vapuri b’tul ta’ 40 metru jew aktar:

3.4.1.

Għandhom jinġarru apparati tat-teħid tan-nifs waqt ħrib ta’ emerġenza, li jikkonformaw mal-Kodiċi għas-Sistemi tas-Sikurezza Kontra n-Nirien.

3.4.3.

Għandhom jinġarru tal-anqas żewġ apparati tat-teħid tan-nifs waqt ħrib ta’ emerġenza f’kull żona vertikali prinċipali.

3.4.4.

Fil-vapuri li jġorru aktar minn 36 passiġġier, żewġ apparati tan-nifs waqt ħrib ta’ emerġenza, flimkien ma’ dawk meħtieġa skont is-subparagrafu 3.4.3 għandhom jinġarru f’kull żona vertikali prinċipali.

3.4.5.

Madankollu, is-subparagrafi 3.4.3 u 3.4.4 ma japplikawx għall-imgħalaq tat-turġien li jiffurmaw żoni vertikali prinċipali individwali u għaż-żoni vertikali prinċipali fuq quddiem jew fuq wara ta’ vapur, li ma jkunx fihom spazji tal-kategoriji (6), (7), (8) jew (12) definiti fir-Regolament II-2/C/9, is-subparagrafu 2.2.3.

4.   Mezzi ta’ ħrib mill-ispazji tal-makkinarju

4.1.

Mezzi ta’ ħrib

Għandhom jiġu pprovduti żewġ mezzi ta’ ħrib minn kull spazju tal-makkinarju. B’mod partikolari, għandu jkun hemm konformità mad-dispożizzjonijiet li ġejjin.

4.1.1.

Ħrib mill-ispazji taħt il-gverta tal-paratija

Fejn l-ispazju jkun taħt il-gverta tal-paratija, iż-żewġ mezzi ta’ ħrib għandhom jikkonsistu minn:

.1

żewġ settijiet ta’ slielem tal-azzar li jkunu kemm jista’ jkun separati minn xulxin, li jwasslu għall-bibien fil-parti ta’ fuq tal-ispazju li jkunu separati b’mod simili, u li minnhom ikun hemm aċċess għall-gverti tal-imbarkazzjoni xierqa tad-dgħajjes tas-sopravivenza u taċ-ċattri tas-salvataġġ. Wieħed minn dawn is-slielem għandu jkun jinsab f’magħlaq protett li jissodisfa r-Regolament II-2/C/9, is-subparagrafu 2.2.3, il-kategorija (2), jew ir-Regolament II-2/C/9, is-subparagrafu 2.2.4, il-kategorija (4), kif ikun xieraq, mill-parti l-aktar baxxa tal-ispazju li jaqdi għal pożizzjoni ’l barra mill-ispazju. Fil-magħlaq għandhom jitwaħħlu bibien li jaqtgħu n-nirien u li jingħalqu awtomatikament, tal-istess standards ta’ integrità fir-rigward tar-reżistenza għan-nirien. Is-sellum għandu jitwaħħal b’tali mod li s-sħana ma tiġix trasferita fil-magħlaq minn ġol-punti tat-twaħħil mhux iżolati. Il-magħlaq protett għandu jkollu dimensjonijiet interni minimi ta’ mill-inqas 800 mm × 800 mm, u għandu jkollu dispożizzjonijiet tad-dawl ta’ emerġenza; jew

.2

sellum wieħed tal-azzar li jwassal għal bieb fil-parti ta’ fuq tal-ispazju li minnu jkun ipprovdut aċċess għall-gverta tal-imbarkazzjoni, u flimkien ma’ dan, fil-parti l-iktar baxxa tal-ispazju u f’pożizzjoni li tkun separata sew mis-sellum imsemmi, bieb tal-azzar li jkun kapaċi jitħaddem minn kull naħa u li jipprovdi aċċess għal rotta sikura ta’ ħrib mill-parti l-iktar baxxa tal-ispazju għall-gverta tal-imbarkazzjoni.

4.1.2.

Ħrib mill-ispazji ’l mill-gverta tal-paratija

Fejn l-ispazju jkun fuq il-gverta tal-paratija, iż-żewġ mezzi ta’ ħrib għandhom ikunu kemm jista’ jkun separati minn xulxin u l-bibien li jwasslu minn tali mezzi ta’ ħrib għandhom ikunu f’pożizzjoni li minnha jkun ipprovdut l-aċċess għall-gverti tal-imbarkazzjoni xierqa tad-dgħajjes tas-sopravivenza u taċ-ċattri tas-salvataġġ. Fejn dawn il-mezzi ta’ ħrib jeħtieġu l-użu ta’ slielem, dawn għandhom ikunu tal-azzar.

4.1.3.

Permess biex ma jkunx hemm żewġ mezzi ta’ ħrib

L-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera tista’ tippermetti li ma jkunx hemm wieħed mill-mezzi ta’ ħrib minn kwalunkwe spazju tali diment li jkun hemm bieb jew sellum tal-azzar li jipprovdu rotta sikura ta’ ħrib għall-gverta tal-imbarkazzjoni, wara li jiġu kkunsidrati kemm meħtieġ in-natura u l-lok tal-ispazju u jekk normalment ikunx hemm nies jaħdmu f’dak l-ispazju. Għandu jiġi pprovdut it-tieni mezz ta’ ħrib fl-ispazju tat-tagħmir tal-għoti tad-direzzjoni meta l-pożizzjoni tal-għoti tad-direzzjoni ta’ emerġenza tkun tinsab f’dak l-ispazju sakemm ma jkunx hemm aċċess dirett għall-gverta miftuħa.

4.1.4.

Ħrib mill-kmamar tal-kontroll tal-makkinarju

Għandhom jiġu pprovduti żewġ mezzi ta’ ħrib minn kamra tal-kontroll tal-makkinarju li tkun tinsab fi spazju tal-makkinarju, u tal-anqas wieħed minnhom għandu jipprovdi kenn kontinwu min-nirien għal pożizzjoni sikura ’l barra mill-ispazju tal-makkinarju.

4.1.5.

Slielem u turġien

Il-parti ta’ taħt tat-turġien fl-ispazji tal-makkinarju għandu jkollha lqugħ.

4.1.6.

Ħrib mill-kmamar tax-xogħol prinċipali fl-ispazji tal-makkinarju

Għandhom jiġu pprovduti żewġ mezzi ta’ ħrib mill-post tax-xogħol prinċipali fi spazju tal-makkinarju. Tal-anqas waħda minn dawk ir-rotot tal-ħrib għandha tipprovdi kenn kontinwu min-nirien sa pożizzjoni sikura ’l barra mill-ispazju tal-makkinarju.

4.1.100

Is-slielem meħtieġa skont is-subparagrafi 4.1.1, 4.1.2 u 4.1.3 jistgħu jkunu magħmula minn materjal ekwivalenti għall-azzar jekk ikunu jinsabu f’magħlaq protett li jkun iżolat kontra n-nirien skont it-tabelli inklużi fir-Regolament II-2/C/9, kif ikun xieraq.

4.3.

Apparati tat-teħid tan-nifs waqt ħrib ta’ emerġenza għall-vapuri b’tul ta’ 40 metru jew aktar:

4.3.1.

Fl-ispazji tal-makkinarju, l-apparati tat-teħid tan-nifs waqt ħrib ta’ emerġenza għandhom jinsabu lesti għall-użu f’postijiet li jidhru faċilment, li jkunu jistgħu jintlaħqu malajr u faċilment fi kwalunkwe ħin fil-każ ta’ nirien. Il-lok tal-apparati tat-teħid tan-nifs waqt ħrib ta’ emerġenza għandu jqis il-mod kif inhu ppustjat l-ispazju tal-makkinarju u n-numru ta’ persuni li normalment jaħdmu fl-ispazju. Għandha ssir referenza għal-Linji Gwida għall-prestazzjoni, għal-lok, għall-użu u għall-kura tal-apparati tat-teħid tan-nifs waqt ħrib ta’ emerġenza (EEBD) fl-MSC/Ċirk.849 tal-OMI.

4.3.2.

In-numru u fejn jinsabu dawn il-mezzi għandhom jiġu indikati fil-pjanta tal-kontroll tan-nirien meħtieġa skont ir-Regolament II-2/E/15, is-subparagrafu 2.4.

4.3.3.

Għandhom jinġarru apparati tat-teħid tan-nifs waqt ħrib ta’ emerġenza, li jikkonformaw mal-Kodiċi għas-Sistemi tas-Sikurezza Kontra n-Nirien.

5.   Mezzi ta’ ħrib minn spazji ta’ kategorija speċjali u minn spazji tal-merkanzija miftuħa tal-vapuri ro-ro li kwalunkwe passiġġier abbord jista’ jkollu aċċess għalihom

5.1.

Fl-ispazji ta’ kategorija speċjali u fl-ispazji tal-merkanzija miftuħa tal-vapuri ro-ro li l-passiġġieri jista’ jkollhom aċċess għalihom, in-numru u d-dispożizzjoni tal-mezzi tal-ħrib kemm taħt kif ukoll fuq il-gverta tal-paratija għandhom ikunu għas-sodisfazzjon tal-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera u inġenerali s-sikurezza tal-aċċess għall-gverta tal-imbarkazzjoni għandha tal-anqas tkun ekwivalenti għal dak previst skont is-subparagrafi 3.2.1.1, 3.2.2, 3.2.4.1 u 3.2.4.2. Tali spazji għandhom jiġu pprovduti b’passaġġi tal-mixi indikati għall-mezz tal-ħrib b’wisa’ ta’ mill-inqas 600 mm, u fejn ikun prattikabbli u raġonevoli dawk il-passaġġi tal-mixi lonġitudinali indikati għandhom jogħlew tal-anqas 150 mm ’il fuq mis-superfiċe tal-gverta. L-arranġamenti tal-ipparkjar għall-vetturi għandhom iżommu l-passaġġi tal-mixi liberi l-ħin kollu.

5.2.

Waħda mir-rotot ta’ ħrib mill-ispazji tal-makkinarju fejn l-ekwipaġġ ikun normalment impjegat għandha tevita l-aċċess dirett għal kwalunkwe spazju ta’ kategorija speċjali.

5.100

Ir-rampi li jistgħu jintrefgħu ’l fuq/‘l isfel għas-sewqan għal fuq il-gverti tal-pjattaformi ma jridux ikunu kapaċi jimblukkaw ir-rotot approvati tal-ħrib meta jkunu fil-pożizzjoni baxxuta.

6.   Mezzi ta’ ħrib mill-ispazji tal-merkanzija tal-vapuri ro-ro

Għandhom jiġu pprovduti tal-anqas żewġ mezzi ta’ ħrib fl-ispazji tal-merkanzija tal-vapuri ro-ro li fihom normalment ikun impjegat l-ekwipaġġ. Ir-rotot tal-ħrib għandhom jipprovdu ħrib sikur lejn il-gverti tal-imbarkazzjoni tad-dgħajjes tas-sopravivenza u taċ-ċattri tas-salvataġġ u għandhom jinsabu fuq quddiem u fuq wara tal-ispazju.

7.   Rekwiżiti addizzjonali għall-vapuri ro-ro tal-passiġġieri

7.1.

Ġenerali

7.1.1.

Ir-rotot ta’ ħrib għandhom jiġu pprovduti minn kull spazju li normalment ikun okkupat fuq il-vapur għal kull stazzjon tal-ġmigħ tan-nies. Dawn ir-rotot tal-ħrib għandhom jiġu rranġati sabiex jipprovdu l-aktar rotta diretta possibbli għall-istazzjon tal-ġmigħ tan-nies, u għandhom jiġu mmarkati b’simboli relatati mat-tagħmir u l-arranġamenti tas-salvataġġ, adottati bir-Riżoluzzjoni A.760(18) tal-OMI.

7.1.2.

Ir-rotta tal-ħrib mill-kabini għall-imgħalaq tat-turġien għandha tkun kemm jista’ jkun dritta, b’numru minimu ta’ bidliet fid-direzzjoni. Ma għandux ikun meħtieġ li wieħed jaqsam minn naħa waħda tal-vapur għall-oħra biex jilħaq xi rotta tal-ħrib. Ma għandux ikun meħtieġ li wieħed jitla’/jinżel aktar minn żewġ gverti ’l fuq jew ’l isfel biex jilħaq stazzjon tal-ġmigħ tan-nies jew gverta miftuħa minn kwalunkwe spazju tal-passiġġieri.

7.1.3.

Ir-rotot esterni għandhom ikunu pprovduti minn gverti miftuħa, imsemmija fil-paragrafu 7.1.2, għall-istazzjonijiet tal-imbarkazzjoni tal-inġenji tal-baħar għas-sopravivenza.

7.1.4.

Fejn l-ispazji magħluqa jkunu ħdejn gverta miftuħa, il-fetħiet mill-ispazju magħluq għall-gverta miftuħa għandhom, fejn ikun prattikabbli, ikunu jistgħu jintużaw bħala ħruġ ta’ emerġenza.

7.1.5.

Ir-rotot tal-ħrib ma għandhomx jiġu imblukkati bl-għamara jew b’affarijiet oħra li jtellfu. Bl-eċċezzjoni tal-imwejjed u tas-siġġijiet li jistgħu jitneħħew biex ikun hemm spazju miftuħ, il-kabinetti u tagħmir tqil ieħor fl-ispazji pubbliċi u tul ir-rotot tal-ħrib għandhom jintrabtu f’posthom sabiex ma jkunx hemm ċaqliq meta l-vapur jirrollja jew imil lejn il-ġenb. Il-kisjiet tal-art għandhom jintrabtu f’posthom ukoll. Meta l-vapur ikun fi triqtu, ir-rotot tal-ħrib għandhom jinżammu ħielsa minn ingombri bħall-karretti tat-tindif, sodod, bagalji u kaxxi tal-oġġetti.

7.2.

Struzzjonijiet għall-ħrib sikur

7.2.1.

Il-gverti għandhom jiġu nnumerati b’mod sekwenzjali, li jibda bil-“1” fuq l-għatu tat-tank jew fl-aktar gverta baxxa. Dawn in-numri għandhom jintwerew b’mod prominenti fil-pjanti tat-turġien u fis-swali fejn hemm il-lift. Il-gverti jista’ jkollhom ukoll isem, iżda in-numru tal-gverta għandu dejjem jintwera mal-isem.

7.2.2.

Għandhom jintwerew b’mod prominenti fuq in-naħa ta’ ġewwa ta’ kull bieb tal-kabina u fl-ispazji pubbliċi, pjanti sempliċi “taparsi” li juru l-pożizzjoni “int qiegħed hawn” u r-rotot ta’ ħrib mmarkati bi vleġeġ. Il-pjanta għandha turi d-direzzjonijiet tar-rotot tal-ħrib, u għandha tkun orjentata sew b’rabta mal-pożizzjoni tagħha fuq il-vapur.

7.3.

Saħħa tal-poġġamani u tal-kurituri

7.3.1.

Għandhom jiġu pprovduti poġġamani jew postijiet oħra ma’ fejn wieħed jista’ jżomm, fil-kurituri kollha tul ir-rotta sħiħa tal-ħrib, sabiex ikun hemm post sikur fejn jitqiegħdu l-idejn f’kull pass tar-rotta, fejn ikun possibbli, għall-istazzjonijiet tal-ġmigħ tan-nies u għall-istazzjonijiet tal-imbarkazzjoni. Dawn il-poġġamani għandhom jiġu pprovduti fuq iż-żewġ naħat tal-kurituri lonġitudinali b’wisa’ ta’ aktar minn 1,8 metri u tal-kurituri trasversali b’wisa’ ta’ aktar minn metru (1). Għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-ħtieġa biex ikun possibbli li wieħed jgħaddi mill-entraturi, mill-atriji u minn spazji miftuħa kbar oħra tul ir-rotot tal-ħrib. Il-poġġamani u kull post ieħor ma’ fejn wieħed jista’ jżomm għandu jkollhom saħħa tali li jkunu jifilħu tagħbija orizzontali mifruxa ta’ 750 N/m applikata fid-direzzjoni taċ-ċentru tal-kuritur jew ta’ spazju, u tagħbija vertikali mifruxa ta’ 750 N/m applikata fid-direzzjoni ’l isfel. Ma hemmx bżonn li ż-żewġ tagħbijiet jiġu applikati flimkien.

7.3.2.

L-aktar 0,5 metri baxxi tal-paratiji u ta’ porzjonijiet oħra li jiffurmaw diviżjonijiet vertikali tul ir-rotot tal-ħrib għandhom ikunu kapaċi jifilħu tagħbija ta’ 750 N/m biex ikunu jistgħu jintużaw bħala superfiċi tal-mixi mill-ġenb tar-rotta tal-ħrib meta l-vapur ikollu angoli kbar ta’ mejl.

PARTI E

REKWIŻITI OPERATTIVI

Ir-Regolament II-2/E/14: Prontezza operattiva u manutenzjoni

1.   Skop

L-iskop tar-Regolament II-2/E/14 huwa li jżomm u li jissorvelja l-effettività tal-miżuri tas-sikurezza f’każ ta’ nirien ipprovduti għall-vapur. Għal dan l-iskop, għandhom jiġu ssodisfati r-rekwiżiti funzjonali li ġejjin:

.1

is-sistemi tal-protezzjoni kontra n-nirien u s-sistemi u t-tagħmir tat-tifi tan-nar għandhom jinżammu lesti biex jintużaw; u

.2

is-sistemi tal-protezzjoni kontra n-nirien u s-sistemi u t-tagħmir tat-tifi tan-nar għandhom jiġu ttestjati u spezzjonati sew.

2.   Rekwiżiti ġenerali

Fil-ħinijiet kollha li l-vapur ikun fis-servizz, is-sistemi tal-protezzjoni kontra n-nirien u s-sistemi u t-tagħmir tat-tifi tan-nar għandhom jinżammu lesti biex jintużaw.

Vapur ma jkunx fis-servizz meta:

.1

ikun daħal għat-tiswijiet jew sorġa (ikun ankrat jew fil-port) jew fil-baċir;

.2

jiġi ddikjarat li mhux fis-servizz mis-sid jew mir-rappreżentant tas-sid; u

.3

jekk ma jkunx hemm passiġġieri abbord.

2.1.   Prontezza operattiva

2.1.1.

Is-sistemi tal-protezzjoni kontra n-nirien li ġejjin għandhom jinżammu f’kundizzjoni tajba sabiex tiġi żgurata l-prestazzjoni meħtieġa tagħhom f’każ ta’ nirien:

.1

protezzjoni strutturali kontra n-nirien li tinkludi diviżjonijiet li jirreżistu għan-nirien u protezzjoni tal-fetħiet u tal-penetrazzjonijiet f’dawn id-diviżjonijiet;

.2

sistemi tal-individwazzjoni tan-nar u tal-allarm tan-nar; u

.3

sistemi u apparati tal-mezzi tal-ħrib.

2.1.2.

Is-sistemi u t-tagħmir tat-tifi tan-nirien għandhom jinżammu f’kundizzjoni ta’ tħaddim tajba u jkunu disponibbli fil-pront għall-użu immedjat. L-apparati tat-tifi tan-nar li jinġarru u li jkunu ġew skarikati għandhom jiġu kkargati mill-ġdid jew sostitwiti immedjatament b’unità ekwivalenti.

2.2.   Manutenzjoni, ittestjar u spezzjonijiet

2.2.1.

Il-manutenzjoni, l-ittestjar u l-ispezzjonijiet għandhom isiru abbażi tal-linji gwida fl-MSC.1/Ċirk.1432 tal-OMI u b’manjiera li tqis b’mod xieraq l-iżgurar tal-affidabbiltà tas-sistemi u tal-apparati tat-tifi tan-nar.

2.2.2.

Għandu jinżamm pjan tal-manutenzjoni abbord il-vapur u għandu jkun disponibbli għall-ispezzjoni, kull meta jkun meħtieġ, mill-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera.

2.2.3.

Il-pjan tal-manutenzjoni għandu jinkludi minn tal-anqas is-sistemi tal-protezzjoni min-nirien u s-sistemi u t-tagħmir tat-tifi tan-nar, dejjem jekk ikunu installati:

.1

mejns tan-nar, pompi tan-nar u idranti, inkluż manki u żennuni;

.2

sistemi fissi tal-individwazzjoni tan-nar u tal-allarm tan-nar;

.3

sistemi fissi tat-tifi tan-nar u apparati oħra tat-tifi tan-nar;

.4

sistemi awtomatiċi tal-bexxixiet, tal-individwazzjoni tan-nirien u tal-allarm tan-nirien;

.5

sistemi tal-ventilazzjoni, inkluż barrieri tan-nirien u tad-duħħan, fannijiet u l-kontrolli tagħhom;

.6

għeluq ta’ emerġenza tal-provvista tal-karburant;

.7

bibien li jaqtgħu n-nar, inkluż il-kontrolli tagħhom;

.8

sistemi tal-allarm ta’ emerġenza ġenerali;

.9

apparati tat-teħid tan-nifs waqt ħrib ta’ emerġenza;

.10

apparati tat-tifi tan-nar li jistgħu jinġarru, inkluż kariki ta’ riżerva; u

.11

ilbies tal-ħaddiema tat-tifi tan-nar.

2.2.4.

Il-programm tal-manutenzjoni jista’ jkun ibbażat fuq il-kompjuter.

3.   Rekwiżiti addizzjonali

Għall-vapuri li jġorru aktar minn 36 passiġġier, pjan tal-manutenzjoni għad-dwal li jkunu qegħdin f’postijiet baxxi u sistemi għat-tgħarrif pubbliku għandu jiġi żviluppat flimkien mal-pjan tal-manutenzjoni imsemmi fil-paragrafu 2.2.

Ir-Regolament II-2/E/15: Struzzjonijiet, taħriġ abbord u proċeduri ta’ prova

1.   Skop

L-iskop tar-Regolament II-2/E/15 huwa li jittaffew il-konsegwenzi tan-nirien permezz ta’ struzzjonijiet xierqa għat-taħriġ u għall-proċeduri ta’ prova tal-persuni abbord bi proċeduri korretti f’kundizzjonijiet ta’ emerġenza. Għal dan l-iskop, l-ekwipaġġ għandu jkollu l-għarfien u l-ħiliet meħtieġa biex jindirizza l-każijiet ta’ emerġenza bin-nirien, inkluż il-kura tal-passiġġieri.

2.   Rekwiżiti ġenerali

2.1.

Struzzjonijiet, dmirijiet u organizzazzjoni

2.1.1.

Il-membri tal-ekwipaġġ għandhom jirċievu struzzjonijiet dwar is-sikurezza f’każ ta’ nirien abbord il-vapur.

2.1.2.

Il-membri tal-ekwipaġġ għandhom jirċievu struzzjonijiet dwar id-dmirijiet assenjati lilhom.

2.1.3.

Il-partijiet responsabbli għat-tifi tan-nar għandhom ikunu organizzati. Dawn il-partijiet għandhom ikunu kapaċi jaqdu dmirijiethom f’kull ħin waqt li l-vapur ikun fis-servizz.

2.2.

Taħriġ u proċeduri ta’ prova abbord

2.2.1.

Il-membri tal-ekwipaġġ għandhom jiġu mħarrġa sabiex ikunu familjari mal-arranġamenti tal-vapur kif ukoll mal-lok u mat-tħaddim ta’ kwalunkwe sistema u tagħmir tat-tifi tan-nar li jistgħu jiġu msejħa biex jużaw.

2.2.2.

It-taħriġ fl-użu tal-apparati tat-teħid tan-nifs waqt ħrib tal-emerġenza għandu jiġi kkunsidrat bħala parti mit-taħriġ abbord.

2.2.3.

Il-prestazzjoni tal-membri tal-ekwipaġġ li ngħataw dmirijiet tat-tifi tan-nar għandhom jiġu evalwati perjodikament billi jsir taħriġ abbord u proċeduri ta’ prova sabiex jiġu identifikati l-oqsma fejn ikun hemm bżonn li jsir titjib, sabiex jiġi żgurat li l-kompetenza fil-kapaċitajiet tat-tifi tan-nar tkun qed tinżamm u sabiex tiġi żgurata l-prontezza operattiva tal-organizzazzjoni tat-tifi tan-nar.

2.2.4.

Għandu jiġi ppjanat u mwettaq taħriġ abbord fl-użu tas-sistemi u tat-tagħmir tat-tifi tan-nar tal-vapur f’konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament III/19.4.1 tal-Konvenzjoni SOLAS tal-1974, kif emendata.

2.2.5.

Għandhom isiru proċeduri ta’ prova f’każ ta’ nar u għandhom jiġu rreġistrati f’konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti III/19.3.5, III/19.5 u III/30 tal-Konvenzjoni SOLAS tal-1974, kif emendata.

2.2.6.

Fil-vapuri soġġetti għar-Regolament II-2/C/10, il-paragrafu 10, iċ-ċilindri tal-apparat tat-teħid tan-nifs li jintużaw waqt il-proċeduri ta’ prova għandhom jimtlew mill-ġdid jew jiġu sostitwiti qabel it-tluq.

2.3.

Manwali tat-taħriġ

2.3.1.

Għandu jiġi pprovdut manwal tat-taħriġ f’kull mess room tal-ekwipaġġ u f’kull kamra tar-rikreazzjoni jew f’kull kabina tal-ekwipaġġ.

2.3.2.

Il-manwal tat-taħriġ għandu jinkiteb bil-lingwa tat-tħaddim tal-vapur.

2.3.3.

Il-manwal tat-taħriġ, li jista’ jkun fih diversi volumi, għandu jkollu fih l-istruzzjonijiet u l-informazzjoni meħtieġa fil-paragrafu 2.3.4 f’termini li jinftiehmu faċilment u li jkunu mpinġija kull meta jkun possibbli. Kull parti ta’ din l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta fil-forma ta’ għajnuniet awdjoviżivi minflok il-manwal.

2.3.4.

Il-manwal tat-taħriġ għandu jispjega li ġej fid-dettall:

.1

il-prattiki u l-prekawzjonijiet ġenerali tas-sikurezza f’każ ta’ nar b’rabta mal-perikli tat-tipjip, mal-perikli elettriċi, mal-likwidi li jieħdu n-nar u ma’ perikli simili oħra li huma komuni fuq il-vapuri;

.2

l-istruzzjonijiet ġenerali dwar l-attivitajiet tat-tifi tan-nar u l-proċeduri tat-tifi tan-nar, inkluż il-proċeduri għan-notifikazzjoni tan-nirien u l-użu ta’ punti tal-ajjut li jitħaddmu manwalment;

.3

it-tifsiriet tal-allarmi tal-vapur;

.4

it-tħaddim u l-użu tas-sistemi u tat-tagħmir tat-tifi tan-nar;

.5

it-tħaddim u l-użu tal-bibien li jaqtgħu n-nirien;

.6

it-tħaddim u l-użu tal-barrieri tan-nirien u tad-duħħan; u

.7

is-sistemi u l-apparati tal-ħrib.

2.4.

Pjanti għall-kontroll tan-nar

2.4.1.

Fil-vapuri kollha, il-pjanijiet tal-arranġamenti ġenerali għandhom ikunu esposti b’mod permanenti għall-gwida tal-uffiċjali tal-vapur, u għandhom juru b’mod ċar l-istazzjonijiet tal-kontroll għal kull gverta, it-taqsimiet varji magħluqa tan-nar b’diviżjonijiet tal-klassi “A”, it-taqsimiet magħluqa b’diviżjonijiet tal-klassi “B” flimkien mad-dettalji tas-sistemi tal-individwazzjoni tan-nar u tal-allarm tan-nar, l-installazzjoni ta’ bexxixiet, l-apparati tat-tifi tan-nar, il-mezzi ta’ aċċess għall-kompartimenti differenti, għall-gverti, eċċ u s-sistema tal-ventilazzjoni li tinkludi dettalji dwar il-pożizzjonijiet tal-kontroll tal-fann, il-pożizzjoni tal-barrieri u n-numri tal-identifikazzjoni tal-fannijiet tal-ventilazzjoni li jservu kull taqsima. Alternattivament, id-dettalji msemmija hawn fuq jistgħu jitniżżlu fi ktejjeb, li għandha tingħata kopja tiegħu lil kull uffiċjal, u kopja waħda għandha l-ħin kollu tkun disponibbli abbord f’pożizzjoni aċċessibbli. Il-pjanti u l-ktejjeb għandhom jinżammu aġġornati, u kwalunkwe tibdil għandu jiġi rreġistrat mill-aktar fis possibbli. Id-deskrizzjonijiet f’tali pjanijiet u ktejjeb għandhom ikunu bil-lingwa uffiċjali tal-Istat tal-bandiera. Jekk il-lingwa ma tkunx la l-Ingliż u lanqas il-Franċiż, għandha tiġi inkluża traduzzjoni f’waħda minn dawn il-lingwi. Fil-każ li l-vapur ikun involut fi vjaġġi domestiċi fi Stat Membru ieħor, għandha tiġi inkluża traduzzjoni fil-lingwa uffiċjali ta’ dak l-Istat tal-port, jekk il-lingwa ma tkunx la l-Ingliż u lanqas il-Franċiż.

L-informazzjoni li trid tiġi pprovduta mal-pjanti u mal-ktejjeb meħtieġa għall-kontroll tan-nar u s-simboli grafiċi li jridu jintużaw għall-pjanti għall-kontroll tan-nar għandhom ikunu konformi mar-Riżoluzzjonijiet A.756(18) u A.952(23) tal-OMI, kif emendati.

2.4.2.

Sett duplikat ta’ pjanti għall-kontroll tan-nar jew ktejjeb li jkun fih tali pjanti għandhom jinħażnu b’mod permanenti f’magħlaq prominenti u mmarkat, li ma jkunx affettwat mit-temp u li jkun jinsab ’l barra mill-kamra ta’ fuq il-gverta għall-assistenza tal-persunal tat-tifi tan-nar li jkun fuq l-art.

Ir-Regolament II-2/E/16: Operazzjonijiet

1.   Skop

Sabiex jiġu pprovduti l-informazzjoni u l-istruzzjonijiet għall-operazzjonijiet tal-ġarr tal-merkanzija kif suppost minn fuq il-vapur b’rabta mas-sikurezza f’każ ta’ nar, abbord għandu jiġi pprovdut ktejjeb tat-tħaddim.

2.   Ktejjeb tat-tħaddim għas-sikurezza f’każ ta’ nirien

2.1.

Il-ktejjeb tat-tħaddim meħtieġ f’każ ta’ nirien għandu jkun fih l-informazzjoni u l-istruzzjonijiet meħtieġa għat-tħaddim sikur tal-vapur u għall-operazzjonijiet tal-ġarr tal-merkanzija b’rabta mas-sikurezza f’każ ta’ nar. Il-ktejjeb għandu jinkludi informazzjoni dwar ir-responsabbiltajiet tal-ekwipaġġ għas-sikurezza ġenerali f’każ ta’ nar fuq il-vapur waqt it-tagħbija u l-ħatt tal-merkanzija. Għall-vapuri li jġorru oġġetti perikolużi, il-ktejjeb tat-tħaddim għas-sikurezza f’każ ta’ nirien għandu jagħmel referenza għall-istruzzjonijiet pertinenti tat-tifi tan-nar u tal-ġarr tal-merkanzija f’emerġenza li jinsabu fil-Kodiċi Internazzjonali Marittimu dwar l-Oġġetti Perikolużi.

2.3.

Il-ktejjeb tat-tħaddim għas-sikurezza f’każ ta’ nirien għandu jinkiteb bil-lingwa tat-tħaddim tal-vapur.

2.4.

Il-ktejjeb tat-tħaddim għas-sikurezza f’każ ta’ nirien jista’ jiġi kkombinat mal-manwali tat-taħriġ meħtieġa fir-Regolament II-2/E/15, is-subparagrafu 2.3.

PARTI G

REKWIŻITI SPEĊJALI

Ir-Regolament II-2/G/18: Rekwiżiti speċjali għall-faċilitajiet tal-ħelikopters

Il-vapuri mgħammra bil-pjattaformi għall-ħelikopters għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tar-Regolament 18 tal-Parti G tal-Kapitolu II-2 tal-Konvenzjoni SOLAS, kif emendata.

Ir-Regolament II-2/G/19: Rekwiżiti speċjali għall-vapuri li jġorru oġġetti perikolużi

Ir-rekwiżiti tar-Regolament 19 tal-Parti G tal-Kapitolu II-2 tal-Konvenzjoni SOLAS, kif emendata, għandhom japplikaw, kif ikun xieraq, għall-vapuri tal-passiġġieri li jġorru oġġetti perikolużi.

Ir-Regolament II-2/G/20: Protezzjoni ta’ spazji ta’ kategorija speċjali u tal-merkanzija tal-vapuri ro-ro

1.   Skop

L-iskop tar-Regolament II-2/G/20 huwa li jiġu pprovduti miżuri addizzjonali ta’ sikurezza sabiex jiġu indirizzati l-objettivi tas-sikurezza kontra n-nirien ta’ dan il-kapitolu għall-vapuri mgħammra bi spazji ta’ kategorija speċjali u bi spazji tal-merkanzija tal-vapuri ro-ro. Għal dan l-iskop, għandhom jiġu ssodisfati r-rekwiżiti funzjonali li ġejjin:

.1

għandhom jiġu pprovduti sistemi ta’ protezzjoni kontra n-nirien biex jipproteġu l-vapur b’mod adegwat mill-perikli tan-nar assoċjati mal-ispazji ta’ kategorija speċjali u mal-ispazji tal-merkanzija tal-vapuri ro-ro;

.2

is-sorsi ta’ tqabbid għandhom jiġu sseparati mill-ispazji ta’ kategorija speċjali u mill-ispazji tal-merkanzija tal-vapuri ro-ro; u

.3

l-ispazji ta’ kategorija speċjali u l-ispazji tal-merkanzija tal-vapuri ro-ro għandu jkollhom ventilazzjoni adegwata.

2.   Rekwiżiti ġenerali

2.1.1.

Applikazzjoni

Minbarra l-konformità mar-rekwiżiti tar-Regolamenti fil-Partijiet B, C, D u E, kif ikun xieraq, l-ispazji ta’ kategorija speċjali u l-ispazji tal-merkanzija tal-vapuri ro-ro għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tar-Regolament II-2/G/20.

2.1.2.

Il-vetturi bil-karburant fit-tankijiet tagħhom għall-propulsjoni tagħhom stess jistgħu jinġarru fl-ispazji tal-merkanzija għajr fl-ispazji ta’ kategorija speċjali jew fl-ispazji tal-merkanzija tal-vapuri ro-ro, diment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

.1

il-vetturi ma jużawx il-propulsjoni tagħhom stess fl-ispazji tal-merkanzija;

.2

l-ispazji tal-merkanzija jkunu konformi mar-rekwiżiti xierqa tar-Regolament II-2/G/19; u

.3

il-vetturi jinġarru f’konformità mal-Kodiċi Internazzjonali Marittimu dwar l-Oġġetti Perikolużi.

2.2.

Prinċipji bażiċi

2.2.1.

Il-prinċipju bażiku li fuqu huma bbażati d-dispożizzjonijiet tar-Regolament II-2/G/20 huwa li ladarba s-suddiviżjoni normali f’żoni vertikali prinċipali jaf ma tkunx prattika fl-ispazji ta’ kategorija speċjali u fl-ispazji tal-merkanzija tal-vapuri ro-ro, trid tinkiseb protezzjoni ekwivalenti f’dawk l-ispazji abbażi tal-kunċett ta’ żona orizzontali u billi tiġi pprovduta sistema fissa effiċjenti tat-tifi tan-nar. Skont dan il-kunċett, żona orizzontali għall-iskop tar-Regolament II-2/G/20 tista’ tinkludi spazji ta’ kategorija speċjali fuq aktar minn gverta waħda diment li l-għoli ġenerali totali li jgħaddu minn taħtu l-vetturi ma jaqbiżx l-10 metri.

2.2.3.

Ir-rekwiżiti tal-paragrafi 3, 4 u 7 tar-Regolament II-2/C/9 għaż-żamma tal-integrità taż-żoni vertikali għandhom jiġu applikati bl-istess mod għall-gverti u għall-paratiji li jiffurmaw il-konfini li jisseparaw iż-żoni orizzontali minn xulxin u mill-kumplament tal-vapur.

3.   Prekawzjoni kontra t-tqabbid tal-fwar li jieħu n-nar

3.1.

Sistema tal-ventilazzjoni

3.1.1.

Kapaċità tas-sistemi tal-ventilazzjoni

Għandha tiġi pprovduta sistema effettiva tal-ventilazzjoni motorizzata għall-ispazji ta’ kategorija speċjali u għall-ispazji tal-merkanzija magħluqa tal-vapuri ro-ro li tkun biżżejjed biex tagħti mill-inqas 10 bidliet tal-arja fis-siegħa. In-numru ta’ bidliet tal-arja għandu jiżdied għal mill-inqas 20 waqt it-tagħbija u l-ħatt tal-vetturi.

3.1.2.

Prestazzjoni tas-sistemi tal-ventilazzjoni

3.1.2.1.

Is-sistema tal-ventilazzjoni motorizzata għandha tkun separata mis-sistemi l-oħra tal-ventilazzjoni. Is-sistema tal-ventilazzjoni motorizzata għandha titħaddem sabiex tipprovdi tal-anqas in-numru ta’ bidliet tal-arja meħtieġa fil-paragrafu 3.1.1 fil-ħinijiet kollha meta l-vetturi jkunu f’tali spazji, ħlief fejn tiġi pprovduta sistema tal-kontroll tal-kwalità tal-arja f’konformità mal-paragrafu 3.1.2.4. Il-kanali tal-ventilazzjoni li jaqdu tali spazji tal-merkanzija li jistgħu jiġu ssiġillati b’mod effettiv għandhom jiġu sseparati għal kull tali spazju. Is-sistema għandha tkun tista’ tiġi kkontrollata minn kull pożizzjoni barra tali spazji.

3.1.2.3.

Il-ventilazzjoni għandha tkun tali li tipprevjeni l-istratifikazzjoni tal-arja u l-formazzjoni ta’ rqajja’ tal-arja.

3.1.2.4.

Għall-vapuri kollha, fejn tiġi pprovduta sistema tal-kontroll tal-kwalità tal-arja abbażi tal-“IMO Revised design guidelines and operational recommendations for ventilation systems in ro-ro cargo spaces” (Linji gwida reveduti tal-OMI dwar id-disinn u rakkomandazzjonijiet operattivi għas-sistemi tal-ventilazzjoni fl-ispazji tal-merkanzija tal-vapuri ro-ro) (MSC/Ċirk.1515), kif emendati, is-sistema tal-ventilazzjoni tista’ titħaddem b’numru mnaqqas ta’ bidliet tal-arja u/jew b’ammont imnaqqas ta’ ventilazzjoni. Dan ir-rilassament ma japplikax għall-ispazji li għalihom ikunu meħtieġa tal-anqas għaxar bidliet tal-arja fis-siegħa skont il-paragrafu 3.2.2 tar-Regolament II-2/G/20 u għall-ispazji soġġetti għar-Regolament II-2/19.3.4.1 tal-Konvenzjoni SOLAS.

3.1.3.

Indikazzjoni tas-sistemi tal-ventilazzjoni

Għandhom jiġu pprovduti mezzi li jindikaw fil-pont tan-navigazzjoni kwalunkwe telf jew tnaqqis tal-kapaċità tal-ventilazzjoni meħtieġa.

3.1.4.

Tagħmir li jagħlaq u kanali

3.1.4.1.

Għandhom jiġu pprovduti arranġamenti li jippermettu li s-sistema tal-ventilazzjoni tintefa malajr u b’mod effettiv f’każ ta’ nirien, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-kundizzjonijiet tat-temp u tal-baħar.

3.1.4.2.

Il-kanali tal-ventilazzjoni, inkluż il-barrieri, għandhom ikunu magħmula mill-azzar u l-arranġament tagħhom għandu jkun jissodisfa l-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera. Il-kanali tal-ventilazzjoni li jgħaddu minn żoni orizzontali jew minn spazji tal-makkinarju għandhom ikunu kanali tal-azzar tal-klassi “A-60” li nbnew f’konformità mas-subparagrafi 7.2.4.1.1 u 7.2.4.1.2 tar-Regolament II-2/C/9.

3.1.5.

Fetħiet permanenti

Il-fetħiet permanenti fil-pjanċi tal-ġenb, fit-truf jew quddiem il-gverta tal-ispazji ta’ kategorija speċjali jew tal-ispazji tal-merkanzija tal-vapuri ro-ro għandhom ikunu jkunu jinsabu b’mod li nar fl-ispazju ta’ kategorija speċjali jew fl-ispazju tal-merkanzija tal-vapuri ro-ro ma jipperikolax iż-żoni tal-istivar u l-istazzjonijiet tal-imbarkazzjoni għall-inġenji tal-baħar tas-sopravivenza, kif ukoll l-ispazji tal-akkomodazzjoni, l-ispazji tas-servizz u l-istazzjonijiet tal-kontroll fis-sovrastrutturi u fil-kmamar fuq il-gverti ’l fuq mill-ispazji ta’ kategorija speċjali jew mill-ispazji tal-merkanzija tal-vapuri ro-ro.

3.2.

Tagħmir elettriku u wajers

3.2.1.

Għajr kif previst fil-paragrafu 3.2.2, it-tagħmir elettriku u l-wajers, jekk ikunu mwaħħla, għandhom ikunu ta’ tip adattat għall-użu f’taħlita splussiva ta’ petrol u ta’ arja.

3.2.2.

Fil-każ ta’ spazji oħra li mhumiex ta’ kategorija speċjali taħt il-gverta tal-paratija, minkejja d-dispożizzjonijiet fil-paragrafu 3.2.1, li jkollhom għoli ta’ iktar minn 450 mm mill-gverta u minn kull pjattaforma għall-vetturi, jekk ikunu mwaħħla, ħlief il-pjattaformi b’fetħiet ta’ daqs suffiċjenti li jippermettu l-penetrazzjoni tal-gassijiet tal-petrol ’l isfel, it-tagħmir tal-elettriku ta’ tip magħluq u protett b’mod li jipprevjeni l-ħruġ ta’ xrar għandu jkun permess bħala alternattiva bil-kundizzjoni li s-sistema tal-ventilazzjoni tkun iddisinjata u titħaddem b’tali mod li tipprovdi ventilazzjoni kontinwa tal-ispazji tal-merkanzija bir-rata ta’ mill-inqas għaxar bidliet tal-arja fis-siegħa kull meta jkun hemm vetturi abbord.

3.3.

Tagħmir elettriku u wajers fil-kanali tal-ventilazzjoni tal-egżost

It-tagħmir elettriku u l-wajers, jekk ikunu installati f’kanal tal-ventilazzjoni tal-egżost, għandhom ikunu ta’ tip approvat għall-użu f’taħlita splussiva ta’ petrol u ta’ arja u l-iżbokk minn kwalunkwe kanal tal-egżost għandu jkun jinsab f’pożizzjoni sikura, wara li jiġu kkunsidrati possibbli sorsi oħra ta’ tqabbid.

3.4.

Sorsi oħra ta’ tqabbid

Ma għandux jiġi permess tagħmir ieħor li jista’ jikkostitwixxi sors ta’ tqabbid tal-fwar li jieħu n-nar.

4.   Individwazzjoni u allarm

4.3.

Spazji ta’ kategorija speċjali

4.3.1.

Għandha tinżamm sistema effiċjenti ta’ rondi fl-ispazji ta’ kategorija speċjali. Fi kwalunkwe spazju bħal dan li fih ir-ronda ma ssirx b’għassa kontinwa għan-nirien fil-ħinijiet kollha matul il-vjaġġ, għandha tiġi pprovduta sistema fissa tal-individwazzjoni tan-nirien u tal-allarm tan-nirien ta’ tip approvat li tikkonforma mar-rekwiżiti tar-Regolament II-2/C/7, is-subparagrafu 2.2. Is-sistema fissa tal-individwazzjoni tan-nirien għandha tkun kapaċi tindividwa malajr il-bidu tan-nar. It-tip, it-tqassim u l-post tat-tagħmir tal-individwazzjoni għandu jiġi determinat wara li jiġu kkunsidrati l-effetti tal-ventilazzjoni u fatturi oħra rilevanti. Wara li tiġi installata, is-sistema għandha tiġi ttestjata fil-kundizzjonijiet normali tal-ventilazzjoni u għandha tagħti ħin tar-rispons ġenerali li jissodisfa l-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera.

4.3.2.

Il-punti tal-ajjut li jitħaddmu manwalment għandhom jitqassmu b’tali mod li l-ebda parti mill-ispazju ma tkun aktar minn 20 metru minn punt tal-ajjut li jitħaddem manwalment, u wieħed għandu jitqiegħed qrib kull ħruġ minn tali spazji.

5.   Protezzjoni strutturali

Minkejja d-dispożizzjonijiet tar-Regolament II-2/C/9, is-subparagrafu 2.2, fil-vapuri li jġorru aktar minn 36 passiġġier il-paratiji u l-gverti tal-konfini tal-ispazji ta’ kategorija speċjali u tal-ispazji tal-merkanzija tal-vapuri ro-ro għandhom jiġu iżolati skont l-istandard tal-klassi “A-60”. Madanakollu, fejn spazju tal-gverta miftuħa (kif definit fir-Regolament II-2/C/9, is-subparagrafu 2.2.3(5)), spazju sanitarju jew spazju simili (kif definit fir-Regolament II-2/C/9, is-subparagrafu.2.2.3(9)), jew tank, spazju vojt jew spazju tal-makkinarju awżiljarju li jkollhom ftit jew l-ebda riskju li jieħdu n-nar (kif definit fir-Regolament II-2/C/9, is-subparagrafu 2.2.3(10)), ikun fuq waħda min-naħat tad-diviżjoni, l-istandard jista’ jitnaqqas għal “A-0”. Fejn it-tankijiet tal-karburant taż-żejt ikunu taħt spazju ta’ kategorija speċjali jew spazju tal-merkanzija tal-vapuri ro-ro, l-integrità tal-gverta bejn dawn l-ispazji tista’ titnaqqas għall-istandard “A-0”.

6.   Tifi tan-nar

6.1.

Sistema fissa tat-tifi tan-nar

6.1.1.

L-ispazji tal-merkanzija tal-vapuri ro-ro, li mhumiex spazji ta’ kategorija speċjali u li jistgħu jiġu ssiġillati minn post ’il barra mill-ispazji tal-merkanzija, għandhom ikunu mgħammra b’waħda mis-sistemi fissi tat-tifi tan-nar li ġejjin:

.1

sistema fissa tat-tifi tan-nar bil-gass li tikkonforma mad-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi għas-Sistemi tas-Sikurezza Kontra n-Nirien;

.2

sistema fissa tat-tifi tan-nar bil-fowm b’espansjoni kbira li tikkonforma mad-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi għas-Sistemi tas-Sikurezza Kontra n-Nirien; jew

.3

sistema fissa tat-tifi tan-nar ibbażata fuq l-ilma li tikkonforma mad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 7.2.4 tal-Kodiċi għas-Sistemi tas-Sikurezza Kontra n-Nirien u l-paragrafi 6.1.2.1 sa 6.1.2.4.

6.1.2.

L-ispazji tal-merkanzija tal-vapuri ro-ro li ma jistgħux jiġu ssiġillati u l-ispazji ta’ kategorija speċjali għandhom jiġu mgħammra b’sistema fissa approvata tat-tifi tan-nar ibbażata fuq l-ilma li tikkonforma mad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 7.2.4 tal-Kodiċi għas-Sistemi tas-Sikurezza Kontra n-Nirien li għandha tipproteġi l-partijiet kollha ta’ kwalunkwe gverta u pjattaforma tal-vetturi f’tali spazju. Tali sistemi tat-tifi tan-nar ibbażati fuq l-ilma għandu jkollhom:

.1

gejġ tal-pressjoni fuq il-manifold tal-valv;

.2

immarkar ċar fuq kull manifold tal-valv li jindika l-ispazji moqdija;

.3

struzzjonijiet għall-manutenzjoni u għat-tħaddim li jkunu jinsabu fil-kamra tal-valv; u

.4

numru suffiċjenti ta’ valvijiet tad-drenaġġ.

6.1.3.

L-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera tista’ tippermetti l-użu ta’ kwalunkwe sistema oħra tat-tifi tan-nar li permezz ta’ test fuq skala sħiħa fil-kundizzjonijiet li jissimulaw nar b’fluss ta’ petrol fi spazju ta’ kategorija speċjali jew fi spazju tal-merkanzija tal-vapuri ro-ro, ikun intwera li ma tkunx inqas effettiva biex tikkontrolla n-nirien li probabbli jkun hemm f’tali spazju. Tali sistema li tispara l-ilma bil-pressjoni fissa jew sistema oħra ekwivalenti tat-tifi tan-nar għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tar-Riżoluzzjoni A.123(V) tal-OMI u għandha titqies l-MSC.1/Ċirk.1430 “Revised guidelines for the design and approval of fixed water-based fire-fighting systems for ro-ro spaces and special category spaces” (Linji gwida reveduti għad-disinn u għall-approvazzjoni ta’ sistemi fissi tat-tifi tan-nar bl-ilma għall-ispazji tal-merkanzija tal-vapuri ro-ro u għall-ispazji ta’ kategorija speċjali).

6.1.4.

Fil-kuntest ta’ telf serju tal-istabbiltà li jista’ jinqala’ jekk jakkumulaw kwantitajiet kbar ta’ ilma fuq il-gverta jew fuq il-gverti wara t-tħaddim tas-sistema tal-isparar tal-ilma bil-pressjoni fissa, għandhom jiġu pprovduti l-arranġamenti li ġejjin:

1.1.

Fl-ispazji ta’ kategorija speċjali u fl-ispazji tal-merkanzija tal-vapuri ro-ro ’l fuq mill-gverta tal-paratija, għandhom jitwaħħlu fetħiet (scuppers) sabiex jiżguraw li dak l-ilma jiġi rilaxxat malajr direttament għal ġol-baħar, wara li jitqiesu l-linji gwida tal-MSC.1/Ċirk.1320 tal-OMI “Drainage of fire-fighting water from enclosed vehicle and ro-ro spaces and special category spaces for passenger and cargo ships” (Drenaġġ tal-ilma tat-tifi tan-nar minn spazji magħluqa tal-vetturi tal-merkanzija tal-vapuri ro-ro u minn spazji ta’ kategorija speċjali għall-vapuri tal-passiġġieri u tal-merkanzija), kif emendata (19).

.1.2.1

Il-valvijiet tar-rilaxx għat-toqob tar-rilaxx fil-baħar, mgħammra b’mezz pożittiv tal-għeluq li jitħaddem minn pożizzjoni ’l fuq mill-gverta tal-paratija f’konformità mar-rekwiżiti tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Linji tat-Tagħbija fis-seħħ, għandhom jinżammu miftuħa waqt li l-vapuri jkunu fuq il-baħar.

.1.2.2

Kwalunkwe tħaddim tal-valvijiet imsemmija fis-subparagrafu 6.1.4.1.2.1 għandu jiġi rreġistrat fir-reġistru tal-vapur.

1.3.

Fl-ispazji ta’ kategorija speċjali u fl-ispazji tal-merkanzija tal-vapuri ro-ro taħt il-gverta tal-paratija, l-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera tista’ teħtieġ li l-faċilitajiet tal-ippumpjar u tad-drenaġġ jiġu pprovduti b’mod addizzjonali għar-rekwiżiti tar-Regolament II-1/C/35-1. F’każ bħal dan, is-sistema tad-drenaġġ għandha tkun ta’ daqs li jippermettilha tneħħi mhux inqas minn 125 % tal-kapaċità kkombinata tal-pompi tas-sistemi li jisparaw l-ilma kif ukoll tan-numru meħtieġ ta’ żennuni tal-manka tat-tifi tan-nar, wara li jitqiesu l-linji gwida tal-MSC.1/Ċirk.1320 tal-OMI “Drainage of fire-fighting water from enclosed vehicle and ro-ro spaces and special category spaces for passenger and cargo ships” (Drenaġġ tal-ilma tat-tifi tan-nar minn spazji magħluqa tal-vetturi tal-merkanzija tal-vapuri ro-ro u minn spazji ta’ kategorija speċjali għall-vapuri tal-passiġġieri u tal-merkanzija), kif emendata. Il-valvijiet tas-sistema tad-drenaġġ għandhom ikunu jistgħu jitħaddmu minn barra l-ispazju protett f’kull pożizzjoni fil-qrib tal-kontrolli tas-sistema tat-tifi. Il-bjar tas-sentina għandhom ikunu ta’ kapaċità suffiċjenti u għandhom jiġu rranġati fil-qoxra tal-ġenb tal-vapur f’distanza ta’ mhux aktar minn 40 metru minn xulxin f’kull kompartiment impermeabbli.

6.1.5.

Għall-ispazji tal-merkanzija tal-vapuri ro-ro u għall-ispazji ta’ kategorija speċjali, mgħammra b’sistemi li jisparaw l-ilma bil-pressjoni fissa, għandhom jiġu pprovduti mezzi li jipprevjenu l-imblukkar tal-arranġamenti tad-drenaġġ, filwaqt li jitqiesu l-linji gwida tal-MSC.1/Ċirk.1320 “Drainage of fire-fighting water from enclosed vehicle and ro-ro spaces and special category spaces for passenger and cargo ships” (Drenaġġ tal-ilma tat-tifi tan-nar minn vetturi magħluqa u spazji ro-ro u ta’ kategorija speċjali għal vapuri tal-passiġġieri u tal-merkanzija), kif emendata.

6.2.

Tagħmir tat-tifi tan-nar li jista’ jinġarr

6.2.1.

Għandhom jiġu pprovduti apparati tat-tifi tan-nar li jistgħu jinġarru f’kull livell tal-gverta f’kull post tal-istivar jew kompartiment fejn jinġarru l-vetturi, li jkunu mqassma f’mhux aktar minn 20 metru minn xulxin fuq iż-żewġ naħat tal-ispazju. Tal-anqas apparat wieħed tat-tifi tan-nar li jista’ jinġarr għandu jinsab f’kull aċċess għal tali spazji.

6.2.2.

Barra minn hekk, fl-ispazji ta’ kategorija speċjali u fl-ispazji tal-merkanzija tal-vapuri ro-ro għandhom jiġu pprovduti l-apparati tat-tifi tan-nar li ġejjin:

.1

tal-anqas tliet applikaturi tat-tirxix fin tal-ilma; u

.2

unità waħda b’applikatur tal-fowm li tista’ tinġarr li tikkonforma mad-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi għas-Sistemi tas-Sikurezza Kontra n-Nirien, diment li tal-anqas tnejn minn tali unitajiet ikunu disponibbli fil-vapur biex jintużaw f’tali spazju.

KAPITOLU III

TAGĦMIR TAS-SALVATAĠĠ

Ir-Regolament III/1: Definizzjonijiet (R 3)

.1

Għall-iskop ta’ dan il-kapitolu, sakemm ma jkunx ipprovdut espressament mod ieħor, għandhom japplikaw d-definizzjonijiet tar-Regolament III/3 tal-Konvenzjoni SOLAS tal-1974, kif emendata.

Ir-Regolament III/2: Mezzi tal-komunikazzjoni, inġenji tal-baħar tas-sopravivenza u dgħajjes tas-salvataġġ, tagħmir personali tas-salvataġġ (R 6 + 7 + 18 + 21 + 22)

.1

Kull vapur għandu jġorr tal-inqas it-tagħmir tar-radju tas-salvataġġ, ir-radar transponders, it-tagħmir personali tas-salvataġġ, l-inġenji tal-baħar tas-sopravivenza u d-dgħajjes tas-salvataġġ, il-murtali tal-periklu, it-tagħmir għat-tfigħ tal-ħbula speċifikati fit-tabella li ġejja u fin-noti relattivi, abbażi tal-klassi tal-vapur.

.2

It-tagħmir kollu ta’ hawn fuq, inkluż it-tagħmir tal-varar tagħhom fejn ikun applikabbli, għandu jikkonforma mar-Regolamenti tal-Kapitolu III tal-Anness tal-Konvenzjoni SOLAS tal-1974, kif emendata, sakemm ma jkunx espressament ipprovdut mod ieħor fil-paragrafi li ġejjin. Sakemm mhux espressament ipprovdut mod ieħor, it-tagħmir eżistenti għandu għall-inqas jikkonforma mad-dispożizzjonijiet li kienu fis-seħħ fiż-żmien tal-installazzjoni tat-tagħmir.

3.

Barra minn hekk, kull vapur għandu jġorr mill-inqas tliet ilbiesi tal-immersjoni, (u) flimkien mal-għajnuna protettiva termali għal kull persuna li trid tiġi akkomodata fuq id-dgħajsa tas-salvataġġ u li ma jkollhiex l-ilbies tal-immersjoni. Dawn l-ilbiesi ta’ immersjoni u għajnuniet protettivi termali ma hemmx bżonn li jinġarru.

.1

għall-persuni li jridu jiġu akkomodati ġo dgħajjes tas-sopravivenza magħluqa totalment jew parzjalment; jew

.2

jekk il-vapur ikun involut kontinwament fi vjaġġi fi klimi sħan fejn fl-opinjoni tal-Amministrazzjoni ma jkunux neċessarji, wara li jkunu ġew ikkunsidrati r-rakkomandazzjonijiet fl-MSC/Ċirk.1046 tal-OMI.

.5

L-ilbies tal-immersjoni li jikkonforma mar-rekwiżiti tat-taqsima 2.3 tal-Kodiċi LSA jew ilbies kontra l-esponiment li jikkonforma mat-taqsima 2.4 tal-Kodiċi LSA, ta’ daqs xieraq, għandu jiġi pprovdut għal kull persuna assenjata bħala membru tal-ekwipaġġ mad-dgħajjes tas-salvataġġ jew assenjata mal-parti tal-evakwazzjoni marina. Jekk il-vapur jintuża kontinwament fi klimi sħan fejn skont l-Amministrazzjoni ma hemmx bżonn protezzjonijiet termali, dan it-tip ta’ lbies protettiv ma hemmx bżonn jinġarr wara li jkunu ġew ikkunsidrati r-rakkomandazzjonijiet fl-MSC/Ċirk.1046 tal-OMI.

.6

Il-vapuri li ma jġorrux dgħajsa tas-sopravivenza jew dgħajsa tas-salvataġġ għandhom għal skopijiet ta’ salvataġġ jiġu mgħammra tal-anqas b’tibdila waħda ta’ lbies tal-immersjoni. Madanakollu jekk il-vapur ikun impenjat kontinwament fi klimi sħan fejn skont l-Amministrazzjoni ma hemmx bżonn protezzjoni termali, dan it-tip ta’ lbies protettiv ma hemmx bżonn jinġarr wara li jiġu kkunsidrati r-rakkomandazzjonijiet tal-MSC/Ċirk.1046 tal-OMI.

Klassi tal-vapur:

B

C

D

Numru ta’ persuni (N)

Numru ta’ passiġġieri (P)

> 250

≤ 250

> 250

≤ 250

> 250

≤ 250

Kapaċità tal-inġenji tal-baħar tas-sopravivenza  (20)  (21)  (22)  (23):

1,25 N

1,25 N

1,25 N

1,25 N

1,25 N

1,25 N

Dgħajjes tas-salvataġġ  (23)  (24)

1

1

1

1

1

1

Bagi tas-salvataġġ  (25)

8

8

8

4

8

4

Ġkieket tas-salvataġġ  (27)  (28)  (31)  (32)

1,05 N

1,05 N

1,05 N

1,05 N

1,05 N

1,05 N

Ġkieket tas-salvataġġ tat-tfal  (28)  (32)

0,10 P

0,10 P

0,10 P

0,10 P

0,10 P

0,10 P

Ġkieket tas-salvataġġ tat-trabi  (29)  (32)

0,025 P

0,025 P

0,025 P

0,025 P

0,025 P

0,025 P

Murtali tal-periklu  (26)

12

12

12

12

6

6

Apparat li jitfa’ l-ħbula

1

1

1

1

Transponders tar-radar

1

1

1

1

1

1

Apparat tar-radjutelefown VHF bidirezzjonali

3

3

3

3

3

2

Ir-Regolament III/3: Sistema tal-allarm ta’ emerġenza, sistema tat-tgħarrif pubbliku, lista tal-ġmigħ tan-nies u struzzjonijiet ta’ emerġenza, persunal ta’ komunikazzjoni bir-radju, struzzjonijiet tat-tħaddim, manwali tat-taħriġ u struzzjonijiet għall-manutenzjoni (R 6 + 8 + 9 + 19 + 20)

Kull vapur għandu jiġi mgħammar bi:

.1   Sistema ġenerali tal-allarm ta’ emerġenza (R 6.4.2 + 6.4.3)

Trid tikkonforma mar-rekwiżiti tal-paragrafu 7.2.1.1 tal-Kodiċi LSA u trid tkun addattata biex issejjaħ lill-passiġġieri u lill-ekwipaġġ sabiex jinġabru fl-istazzjonijiet tal-ġmigħ tan-nies u biex tagħti bidu għall-azzjonijiet inklużi fil-lista tal-ġmigħ tan-nies.

Is-sistemi ġenerali tal-allarm ta’ emerġenza għandhom ikunu jinstemgħu mill-ispazji tal-akkomodazzjoni, mill-ispazji tax-xogħol normali tal-ekwipaġġ u minn fuq il-gverti miftuħa kollha, u l-livelli minimi ta’ pressjoni akustika għat-tonalità tal-allarm ta’ emerġenza għandhom ikunu f’konformità mal-paragrafi 7.2.1.2 u 7.2.1.3 tal-Kodiċi LSA.

.2   Sistema tat-tgħarrif pubbliku (R 6.5)

2.1.

Minbarra r-rekwiżiti tar-Regolament II-2/D/12, il-paragrafu 3 u l-paragrafu.1, il-vapuri kollha tal-passiġġieri li jġorru aktar minn 36 passiġġier għandhom jiġu mgħammra b’sistema tat-tgħarrif pubbliku.

2.2.

Is-sistema tat-tgħarrif pubbliku għandha tkun installazzjoni ta’ loudspeaker li tippermetti x-xandir tal-messaġġi fl-ispazji kollha fejn il-membri tal-ekwipaġġ jew il-passiġġieri, jew it-tnejn, ikunu normalment preżenti, u għall-istazzjonijiet tal-ġmigħ tan-nies. Għandha tippermetti x-xandir ta’ messaġġi mill-pont tan-navigazzjoni u minn tali spazji oħra abbord il-vapur kif tistabbilixxi li jkun meħtieġ l-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera. Għandha tiġi installata fir-rigward ta’ kundizzjonijiet akustikament marġinali u ma teħtieġ l-ebda azzjoni mill-persuna li tkun qed tiġi indirizzata.

2.3.

Is-sistema tat-tgħarrif pubbliku għandha tiġi protetta kontra l-użu mhux awtorizzat u għandha tkun tinstema’ b’mod ċar iktar mill-istorbju ambjentali fl-ispazji kollha, kif stabbilit mill-paragrafu.2.2, u għandha tiġi pprovduta b’funzjoni li tirkeb ikkontrollata minn post wieħed fil-pont tan-navigazzjoni u minn tali spazji oħra abbord skont ma tistabbilixxi li jkun hekk meħtieġ l-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera, sabiex il-messaġġi ta’ emerġenza kollha jixxandru jekk kwalunkwe loudspeaker fl-ispazji kkonċernati jkun intefa, il-volum tiegħu jkun tbaxxa jew is-sistema tat-tgħarrif pubbliku tintuża għall-skopijiet oħra.

Il-livelli minimi ta’ pressjoni akustika għax-xandir tal-avviżi ta’ emerġenza għandhom ikunu f’konformità mal-paragrafu 7.2.2.2 tal-Kodiċi LSA.

2.4.1.

Is-sistema tat-tgħarrif pubbliku għandu jkollha tal-anqas żewġ ċirkwiti li għandhom ikunu sseparati b’mod suffiċjenti fit-tul kollu tagħhom u għandu jkollhom żewġ amplifikaturi separati u indipendenti.

2.4.2.

Is-sistema tat-tgħarrif pubbliku u l-istandards tal-prestazzjoni tagħha għandhom jiġu approvati mill-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera wara li jiġu kkunsidrati r-rakkomandazzjonijiet fl-MSC/Ċirk.808 tal-OMI.

2.5.

Is-sistema tat-tgħarrif pubbliku għandha tkun konnessa mas-sors tal-enerġija elettrika ta’ emerġenza.

.3   Lista tal-ġmigħ tan-nies u struzzjonijiet ta’ emerġenza (R 8)

L-istruzzjonijiet ċari li għandhom jiġu segwiti fil-każ ta’ emerġenza għandhom jiġu pprovduti lil kull persuna abbord, f’konformità mar-Regolament III/8 tal-Konvenzjoni SOLAS.

Listi tal-ġmigħ tan-nies u struzzjonijiet ta’ emerġenza li jikkonformaw mar-rekwiżiti tar-Regolament III/37 tal-Konvenzjoni SOLAS għandhom jintwerew f’postijiet li jidhru tul il-vapur, inkluż il-pont tan-navigazzjoni, il-kamra tal-magni u l-ispazji tal-akkomodazzjoni tal-ekwipaġġ.

Għandhom jitpoġġew illustrazzjonijiet u struzzjonijiet bil-lingwi xierqa fil-kabini tal-passiġġieri u għandhom jintwerew b’mod li jidher fl-istazzjonijiet tal-ġmigħ tan-nies u fi spazji oħra tal-passiġġieri biex jinformaw lill-passiġġieri b’li ġej:

(i)

l-istazzjon tagħhom tal-ġmigħ tan-nies;

(ii)

l-azzjonijiet essenzjali li jridu jieħdu f’emerġenza;

(iii)

il-metodu kif jintlibsu l-ġkieket tas-salvataġġ.

.3 a   Persunal tal-komunikazzjoni bir-radju

.1

F’konformità mad-dispożizzjonijiet fir-Regolament IV/16 tal-Konvenzjoni SOLAS, kull vapur għandu jġorr persunal ikkwalifikat għal skopijiet ta’ radjukomunikazzjoni tas-sikurezza u f’każ ta’ periklu għas-sodisfazzjon tal-Amministrazzjoni. Il-persunal għandu jkollu ċertifikati speċifiċi fir-Regolamenti tar-Radju kif xieraq, u kull wieħed minnhom għandu jkun inkarigat bir-responsabbiltà primarja għall-komunikazzjoni bir-radju waqt inċidenti ta’ periklu, li għandhom jkunu riflessi fl-istruzzjonijiet tal-emerġenza.

.2

Fil-vapuri tal-klassi B u C, mill-inqas persuna waħda kkwalifikata f’konformità mal-paragrafu 1 għandha tkun inkarigata li taqdi biss id-dmirijiet ta’ radjukomunikazzjoni waqt inċidenti ta’ periklu, u dan għandu jiġi rifless fl-istruzzjonijiet tal-emerġenza.

.4   Struzzjonijiet tat-tħaddim (R 9)

Għandhom jiġu pprovduti kartelluni jew sinjali fuq il-post jew fil-viċinanza tal-inġenji tal-baħar tas-sopravivenza u l-kontrolli tal-varar u għandhom:

(i)

juru l-iskop tal-kontrolli u tal-proċeduri għat-tħaddim tat-tagħmir u jagħtu l-istruzzjonijiet jew it-twiddib rilevanti;

(ii)

ikunu jidhru faċilment f’kundizzjonijiet tad-dawl tal-emerġenza;

(iii)

jużaw simboli b’mod konformi mar-Riżoluzzjoni A.760(18) tal-OMI kif emendata.

.5   Manwal tat-taħriġ

Għandu jiġi pprovdut manwal tat-taħriġ li jikkonforma mar-rekwiżiti tar-Regolament III/35 tal-Konvenzjoni SOLAS f’kull messroom tal-ekwipaġġ u f’kull kamra tar-rikreazzjoni jew f’kull kabina tal-ekwipaġġ.

.6   Struzzjonijiet għall-manutenzjoni (R 20.3)

Għandhom jiġu pprovduti abbord struzzjonijiet għall-manutenzjoni tat-tagħmir tas-salvataġġ jew programmi ppjanati tal-manutenzjoni fuq il-vapur li jinkludu l-manutenzjoni tat-tagħmir tas-salvataġġ, għandha ssir abbord u l-manutenzjoni għandha ssir manutenzjoni skont dan. L-istruzzjonijiet għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tar-Regolament III/36 tal-Konvenzjoni SOLAS.

Ir-Regolament III/4: Tqegħid ta’ nies mal-inġenji tal-baħar tas-sopravivenza u superviżjoni (R 10)

.1

Għandu jkun hemm numru suffiċjenti ta’ persuni mħarrġa abbord għall-ġmigħ tal-persuni mhux imħarrġa u għall-assistenza tagħhom.

.2

Għandu jkun hemm numru suffiċjenti ta’ membri tal-ekwipaġġ abbord għat-tħaddim tal-inġenji tal-baħar tas-sopravivenza u għall-varar tal-arranġamenti meħtieġa għall-abbandun tan-numru totali ta’ persuni abbord.

.3

Għandu jitpoġġa uffiċjal jew persuna ċċertifikata biex jieħdu ħsieb kull inġenju tal-baħar tas-sopravivenza li jrid jintuża. Madankollu, membru tal-ekwipaġġ li jkun imħarreġ fil-mod kif jikkontrolla u jħaddem iċ-ċattri tas-salvataġġ, jista’ jkun inkarigat li jieħu ħsieb kull ċattra tas-salvataġġ jew grupp ta’ ċattri tas-salvataġġ. Id-dgħajjes tas-salvataġġ u l-inġenji tal-baħar tas-sopravivenza bil-mutur kollha għandu jkollhom persuna inkarigata li tkun kapaċi tħaddem il-magna u twettaq aġġustamenti żgħar.

.4

Il-kaptan għandu jiżgura li jkun hemm distribuzzjoni ndaqs tal-persuni msemmija fil-paragrafi.1,.2 u.3 fost l-inġenji tal-baħar tas-sopravivenza tal-vapur.

Ir-Regolament III/5: Arranġamenti għall-ġmigħ tan-nies u għall-imbarkazzjoni fuq l-inġenji tal-baħar tas-sopravivenza (R 11 + 23 + 25)

.1

L-inġenji tal-baħar tas-sopravivenza li għalihom ikun meħtieġ tagħmir tal-varar approvat għandhom jiġu stivati kemm jista’ jkun qrib l-ispazji tal-akkomodazzjoni u tas-servizz.

.2

L-istazzjonijiet tal-ġmigħ tan-nies għandhom jiġu pprovduti qrib l-istazzjonijiet tal-imbarkazzjoni, għandhom ikunu aċċessibbli minnufih miż-żoni tal-akkomodazzjoni u tax-xogħol, u għandu jkollhom biżżejjed spazju biex il-passiġġieri jkunu jistgħu jingħataw l-istruzzjonijiet u jiġu ggwidati. Għandu jiġi pprovdut spazju liberu fuq il-gverta ta’ mill-inqas 0,35 m2 għal kull persuna.

.3

L-istazzjonijiet tal-ġmigħ tan-nies u tal-imbarkazzjoni, il-passaġġi, it-turġien u l-postijiet tal-ħruġ li jagħtu aċċess għall-istazzjonijiet tal-ġmigħ tan-nies u tal-imbarkazzjoni għandhom ikunu mdawla b’mod adegwat.

Dan id-dawl għandu jkun jista’ jiġi pprovdut mis-sors tal-enerġija elettrika ta’ emerġenza kif meħtieġ skont ir-Regolamenti II-1/D/42 u II-1/D/42-1.

Minbarra l-immarkar, u bħala parti minnu, meħtieġ skont ir-Regolament II-2/D/13, is-subparagrafu 3.2.5.1, ir-rotot għall-istazzjonijiet tal-ġmigħ tan-nies għandhom jiġu indikati bis-simbolu tal-istazzjon tal-ġmigħ tan-nies, maħsub għal dak l-iskop, f’konformità mar-Riżoluzzjoni A.760(18) tal-OMI kif emendata.

.4

Id-dgħajjes tas-sopravivenza għandhom ikunu jistgħu jintrikbu direttament mill-post fejn ikunu stivati jew inkella minn gverta tal-imbarkazzjoni, iżda mhux mit-tnejn.

.5

Iċ-ċattri tas-salvataġġ varati b’parank għandhom ikunu jistgħu jintrikbu minn pożizzjoni li tkun qrib sew tal-post fejn ikunu stivati jew minn post li ċ-ċattra tas-salvataġġ tiġi ttrasferita fih qabel ma’ tiġi varata.

.6

Fejn ikun meħtieġ, għandhom jiġu pprovduti mezzi biex iġibu inġenji tal-baħar tas-sopravivenza varati b’parank mal-ġenb tal-vapur u jżommuhom maġenbu sabiex il-persuni jkunu jistgħu jwettqu l-imbarkazzjoni b’mod sikur.

.7

Jekk arranġament tal-varar ta’ inġenju tal-baħar tas-sopravivenza ma jippermettix l-imbarkazzjoni fl-inġenju tal-baħar tas-sopravivenza qabel ma jkun fl-ilma u l-għoli mill-istazzjon tal-imbarkazzjoni għall-ilma jkun aktar minn 4,5 metri ’l fuq mil-livell tal-ilma fl-eħfef kundizzjoni tat-tbaħħir, għandu jiġi installat tip approvat ta’ SEM (Sistema tal-Evakwazzjoni Marina) li jikkonforma mat-taqsima 6.2 tal-Kodiċi LSA.

Fuq il-vapuri mgħammra b’sistema tal-evakwazzjoni marina, għandha tiġi żgurata l-komunikazzjoni bejn l-istazzjon tal-imbarkazzjoni u l-pjattaforma tal-inġenju tal-baħar tas-sopravivenza.

.8

Għandu jkun hemm tal-inqas sellum wieħed tal-imbarkazzjoni, li jikkonforma mar-rekwiżiti tal-paragrafu 6.1.6 tal-Kodiċi LSA fuq kull naħa tal-vapur; l-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera tista’ teżenta vapur minn dan ir-rekwiżit diment li, fil-kundizzjonijiet kollha previsti bi ħsara u mingħajr ħsara, ta’ inklinazzjoni u ta’ mejl, l-għoli barra mill-ilma bejn il-pożizzjoni maħsuba tal-imbarkazzjoni u l-linja tal-ilma ma jkunx aktar minn 1,5 metru.

Ir-Regolament III/5-1: Rekwiżiti għall-vapuri ro-ro tal-passiġġieri (R 26);

.1   Ċattri tas-salvataġġ

.2

Iċ-ċattri tas-salvataġġ tal-vapuri ro-ro tal-passiġġieri għandhom ikunu mgħammra b’sistemi ta’ evakwazzjoni marina li jikkonformaw mat-taqsima 6.2 tal-Kodiċi LSA jew b’apparati tal-varar li jikkonformaw mal-paragrafu 6.1.5 tal-Kodiċi LSA, imqassmin indaqs fuq kull naħa tal-vapur.

Għandha tkun żgurata l-komunikazzjoni bejn l-istazzjon tal-imbarkazzjoni u l-pjattaforma.

.3

Kull ċattra tas-salvataġġ fuq vapuri ro-ro tal-passiġġieri għandu jkollha arranġamenti ta’ stivar li jżommu f’wiċċ l-ilma waħedhom li jikkonformaw mar-rekwiżiti tar-Regolament III/13.4.2 tal-Konvenzjoni SOLAS.

.4

Kull ċattra tas-salvataġġ fuq il-vapuri ro-ro tal-passiġġieri għandha tkun mgħammra b’rampa tal-imbarkazzjoni li tikkonforma mar-rekwiżiti tal-paragrafu 4.2.4.1 jew 4.3.4.1 tal-Kodiċi LSA, kif ikun xieraq.

.5

Kull ċattra tas-salvataġġ fuq il-vapuri ro-ro tal-passiġġieri għandha tkun tista’ tiddritta waħedha awtomatikament jew tkun ċattra tas-salvataġġ reversibbli mgħammra b’tinda, li tkun stabbli f’baħar imqalleb u li tkun tista’ titħaddem mingħajr periklu tkun liema tkun il-qagħda tagħha f’wiċċ l-ilma. Iċ-ċattri tas-salvataġġ reversibbli miftuħa jistgħu jitħallew jintużaw jekk l-amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera tikkunsidra li dan ikun xieraq fid-dawl tan-natura mkennija tal-vjaġġ u l-kundizzjonijiet klimatiċi favorevoli taż-żona u fiż-żmien tat-tbaħħir, u diment li tali ċattri jikkonformaw għalkollox mar-rekwiżiti tal-Anness 11 tal-Kodiċi għall-Inġenji tal-Baħar b’Veloċità Għolja tal-2000.

Inkella, il-vapur għandu/jista’ jġorr awtomatikament ċattri tas-salvataġġ li jistgħu jiddrittaw waħedhom jew ċattri riversibbli tas-salvataġġ bit-tinda flimkien mat-tagħbija normali taċ-ċattri tas-salvataġġ, ta’ tali kapaċità totali li takkomoda mill-inqas 50 % tal-persuni li ma jkunux akkomodati fid-dgħajjes tas-salvataġġ. Din iż-żieda fil-kapaċità taċ-ċattri tas-salvataġġ għandha titqies skont id-differenza bejn l-għadd total ta’ nies abbord u l-għadd ta’ nies li jkunu jistgħu joqogħdu fid-dgħajjes tas-salvataġġ. Kull ċattra tas-salvataġġ ta’ dan it-tip għandha tkun approvata mill-amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera, wara li jkunu ġew ikkunsidrati r-rakkomandazzjonijiet fl-MSC/Ċirk.809 tal-OMI.

.2   Transponders

.1

Iċ-ċattri tas-salvataġġ li jinġarru fuq il-vapuri ro-ro tal-passiġġieri tal-klassi B għandhom ikunu mgħammra b’transponder bir-radar bil-proporzjoni ta’ transponder wieħed għal kull erba’ ċattri tas-salvataġġ. It-transponder għandu jintrama’ ġewwa ċ-ċattra tas-salvataġġ biex hekk l-antenna tiegħu tkun iktar minn metru ’l fuq mil-livell tal-baħar meta ċ-ċattra tkun qed tintuża, ħlief għaċ-ċattri tas-salvataġġ li huma riversibbli u mgħottija fejn it-transponder għandu jkun irranġat b’tali mod li jkun jista’ jiġi aċċessat bil-lest u mtella’ minn dawk li jsalvaw. Kull transponder għandu jkun irranġat biex jittella’ manwalment meta ċ-ċattra tiġi użata. Kontenituri taċ-ċattri tas-salvataġġ li jkollhom transponder imwaħħal fihom għandhom jiġu mmarkati b’mod ċar.

.3   Dgħajjes veloċi tas-salvataġġ

.1

Id-dgħajsa tas-salvataġġ, jekk ikun meħtieġ li tali dgħajsa tinġarr fuq vapur ro-ro tal-passiġġieri, għandha tkun dgħajsa veloċi tas-salvataġġ li tkun approvata mill-amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera wara li jkunu ġew ikkunsidrati r-rakkomandazzjonijiet fl-MSC/Ċirk.809 tal-OMI, kif emendata.

.2

Id-dgħajsa veloċi tas-salvataġġ għandha tkun moqdija b’tagħmir adattat tal-varar li jkun approvat mill-amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera. Meta tiġi biex tapprova apparat bħal dan, l-amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera għandha tqis li d-dgħajsa tas-salvataġġ veloċi tkun maħsuba biex tkun varata u mtella’ f’kundizzjonijiet ħżiena tat-temp, wara li jkunu tqiesu r-rakkomandazzjonijiet adottati mill-OMI.

.3

Tal-anqas żewġ ekwipaġġi tad-dgħajsa tas-salvataġġ veloċi għandhom jagħmlu taħriġ u proċeduri ta’ prova regolarment skont it-Taqsima A-VI/2, it-tabella A-VI/2-2 “Speċifikazzjoni tal-istandard minimu ta’ kompetenza għal dgħajjes tas-salvataġġ veloċi” tal-Kodiċi tat-Taħriġ taċ-Ċertifikazzjoni u tal-Għassa tal-Baħħara (STCW) u r-rakkomandazzjonijiet fir-Riżoluzzjoni A.771(18) tal-OMI, kif emendata. It-taħriġ u l-eżerċizzji għandhom jinkludu l-aspetti kollha dwar salvataġġ, kontroll, manuvri u t-tħaddim ta’ dawn l-inġenji f’kundizzjonijiet ta’ temp differenti u dwar kif dawn jerġgħu jiġu ddrittati wara li jinqalbu.

.4   Mezzi ta’ salvataġġ

.1

Kull vapur ro-ro tal-passiġġieri għandu jkun mgħammar b’mezzi effiċjenti biex itellgħu malajr mill-baħar lil dawk li jkunu għadhom ħajjin u jittrasferuhom mill-unitajiet tas-salvataġġ jew mill-inġenji tal-baħar tas-sopravivenza għal fuq il-vapur.

.2

Il-mezzi tat-trasferiment ta’ dawk li jkunu għadhom ħajjin għal fuq il-vapur jista’ jagħmel parti minn sistema tal-evakwazzjoni marina, jew jista’ jagħmel parti minn sistema mfassla għal skopijiet ta’ salvataġġ.

Dawn il-mezzi għandhom jiġu approvati mill-Istat tal-bandiera wara li jiġu kkunsidrati r-rakkomandazzjonijiet adottati mill-IMO MSC/Circ.810, kif emendata.

.3

Jekk iż-żurżieqa ta’ sistema tal-evakwazzjoni marina tkun maħsuba biex tintuża bħala mezz biex dawk li jkunu għadhom ħajjin jittieħdu għal fuq il-gverta tal-vapur, iż-żurżieqa għandha tkun mgħammra b’poġġamani jew bi slielem biex jgħinuhom jitilgħu ż-żurżieqa.

.5   Ġkieket tas-salvataġġ

.1

Minkejja r-rekwiżiti tar-Regolamenti III/2, għadd suffiċjenti ta’ ġkieket tas-salvataġġ għandu jkun stivat qrib il-postijiet tal-ġmigħ tan-nies biex il-passiġġieri ma jkollhomx għalfejn imorru lura fil-kabini tagħhom biex jiġbru l-ġkieket tas-salvataġġ tagħhom.

Ir-Regolament III/5-2: Pjattaformi tal-ħelikopters u żoni minn fejn jinġabru n-nies (R 28)

.1

Il-vapuri ro-ro tal-passiġġieri għandhom jiġu pprovduti b’żona fejn il-ħelikopter jiġbor in-nies li tkun approvata mill-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera, wara li jiġu kkunsidrati r-rakkomandazzjonijiet fir-Riżoluzzjoni A.894(21) tal-IMO, kif emendata.

.2

Il-vapuri ro-ro tal-passiġġieri b’tul ta’ 130 metru jew aktar għandhom ikunu mgħammra b’żona fejn jinżel il-ħelikopter li tkun approvata mill-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera wara li jiġu kkunsidrati r-rakkomandazzjonijiet fil-Manwal tal-International Aeronautical and Maritime Search and Rescue (IAMSAR), adottat permezz tar-Riżoluzzjoni A.894(21) tal-OMI, kif emendata, u permezz tal-MSC/Ċirk.895 tal-OMI, “Recommendations on helicopter landing areas on ro-ro passenger ships” (Rakkomandazzjonijiet dwar iż-żoni fejn jinżlu l-ħelikopters fuq il-vapuri ro-ro tal-passiġġieri).

Ir-Regolament III/5-3: Sistema ta’ appoġġ għad-deċiżjonijiet għall-kaptani (R 29)

.1

Fil-vapuri kollha, fil-pont tan-navigazzjoni għandha tiġi pprovduta sistema ta’ appoġġ għad-deċiżjonijiet għall-ġestjoni tal-emerġenzi.

.2

Is-sistema għandha, bħala minimu, tikkonsisti minn pjan jew pjanijiet ta’ emerġenza stampati. Is-sitwazzjonijiet prevedibbli kollha ta’ emerġenza għandhom jiġu identifikati fil-pjan jew fil-pjanijiet ta’ emerġenza, inkluż iżda mhux limitat għall-gruppi prinċipali ta’ emerġenzi li ġejjin:

.1

nirien;

.2

ħsarat għall-vapur;

.3

tniġġis;

.4

atti kontra l-liġi li jheddu s-sikurezza tal-vapur u s-sigurtà tal-passiġġieri u tal-ekwipaġġ tiegħu;

.5

aċċidenti tal-persunal;

.6

aċċidenti relatati mal-merkanzija; u

.7

assistenza ta’ emerġenza għal vapuri oħra.

.3

Il-proċeduri ta’ emerġenza stabbiliti fil-pjan jew fil-pjanijiet ta’ emerġenza għandhom jipprovdu appoġġ lill-kaptani fit-teħid tad-deċiżjonijiet biex jittrattaw kwalunkwe kombinazzjoni ta’ sitwazzjonijiet ta’ emerġenza.

.4

Il-pjan jew il-pjanijiet ta’ emerġenza għandu jkollhom struttura uniformi u għandu jkunu faċli li jintużaw. Fejn ikun applikabbli, għandha tintuża l-kundizzjoni tat-tagħbija reali kif ikkalkulata għall-istabbiltà tal-vjaġġ tal-vapur għall-iskopijiet ta’ kontroll tal-ħsarat.

.5

Minbarra l-pjan jew il-pjanijiet ta’ emerġenza stampati, l-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera tista’ taċċetta wkoll l-użu ta’ sistema ta’ appoġġ għat-teħid tad-deċiżjonijiet ibbażata fuq il-kompjuter fuq il-pont tan-navigazzjoni li tipprovdi l-informazzjoni kollha li tinsab fil-pjan jew fil-pjanijiet ta’ emerġenza, fil-proċeduri, fil-listi ta’ verifiki, eċċ., li tkun kapaċi tippreżenta kull lista ta’ azzjonijiet rakkomandati li jridu jitwettqu fl-emerġenzi prevedibbli.

Ir-Regolament III/6: Stazzjonijiet tal-varar (R 12)

L-istazzjonijiet li jvaraw għandhom ikunu f’tali pożizzjoni sabiex jiżguraw il-varar sikur wara li titqies d-differenza bejn l-iskrun u l-partijiet tal-buq li qegħdin imdendla b’mod wieqaf, u sabiex l-inġenju tal-baħar tas-sopravivenza jkun jista’ jiġi varat mal-parti dritta tal-vapur. Jekk ikunu jinsabu fil-pruwa għandhom jiġu ppożizzjonati lejn il-paratija tal-ħbit, f’pożizzjoni mkennija.

Ir-Regolament III/7: Stivar tal-inġenji tal-baħar tas-sopravivenza (R 13 + 24)

.1

Kull inġenju tal-baħar tas-sopravivenza għandu jiġi stivat:

a.

sabiex la l-inġenju tal-baħar tas-sopravivenza u lanqas l-arranġamenti tal-istivar tiegħu ma jfixklu operazzjonijiet oħra ta’ varar tal-inġenji tal-baħar tas-sopravivenza;

b.

kemm jista’ jkun qrib is-superfiċe tal-ilma bl-aktar mod sikur u prattikabbli; inġenju tal-baħar tas-sopravivenza varat b’parank fil-pożizzjoni tal-imbarkazzjoni għandu jibqa’ lil hinn mil-linja tal-ilma bil-bastiment fil-kundizzjoni b’tagħbija sħiħa fil-kundizzjonijiet kollha ta’ inklinazzjoni sa 10° u li jmil sa 20° fuq kwalunkwe naħa, jew sal-angolu li fih il-gverta tal-osservazzjoni tat-temp tal-vapur tkun taħt l-ilma, skont liema tkun l-inqas, u l-għoli tal-parti ta’ fuq tal-parank, kemm jista’ jkun, ma għandux jaqbeż il-15-il metru sal-linja tal-ilma meta l-vapur ikun fl-eħfef kundizzjoni tat-tbaħħir tiegħu;

c.

fi stat dejjem pront sabiex żewġ membri tal-ekwipaġġ ikunu jistgħu jħejjuh għall-imbarkazzjoni u għall-varar f’ħames (5) minuti;

d.

‘il quddiem kemm jista’ jkun mill-iskrun; u

e.

mgħammar għalkollox, kif meħtieġ skont ir-Regolamenti rilevanti tal-Konvenzjoni SOLAS, ħlief li ċ-ċattri tas-salvataġġ, kif definiti fin-nota 1(a) jew 1(b) tat-tabella tar-Regolament III/2, jistgħu jiġu eżentati minn uħud mir-rekwiżiti tal-Konvenzjoni SOLAS għat-tagħmir kif imsemmi f’din in-nota.

.2

Id-dgħajjes tas-sopravivenza għandhom jiġu stivati mat-tagħmir tal-varar, u fuq il-vapuri tal-passiġġieri b’tul ta’ 80 metru u aktar, kull dgħajsa tas-sopravivenza għandha tiġi stivata b’tali mod li n-naħa ta’ wara tad-dgħajsa tas-sopravivenza ma tkunx inqas minn 1,5 darba t-tul tad-dgħajsa tas-sopravivenza ’l quddiem mill-iskrun.

.3

Kull ċattra tas-salvataġġ għandha tiġi stivata:

a.

biċ-ċima tagħha mwaħħla mal-vapur;

b.

b’arranġament biex iċ-ċattra tibqa’ f’wiċċ l-ilma b’mod liberu, li jikkonforma mar-rekwiżiti tal-paragrafu 4.1.6 tal-Kodiċi LSA, li jħalli ċ-ċattra tas-salvataġġ tibqa’ f’wiċċ l-ilma b’mod liberu u, jekk tkun tintefaħ, biex tintefaħ awtomatikament meta l-vapur jegħreq. Jista’ jintuża arranġament wieħed għar-rilaxx fl-ilma ta’ żewġ ċattri tas-salvataġġ jew aktar jekk l-arranġament tar-rilaxx fl-ilma jkun biżżejjed biex jikkonforma mar-rekwiżiti tal-paragrafu 4.1.6 tal-Kodiċi LSA;

c.

sabiex jippermetti r-rilaxx manwali mill-arranġamenti tal-irbit tiegħu f’postu.

.4

Iċ-ċattri tas-salvataġġ varati b’parank għandhom jiġu stivati fejn jintlaħqu mill-ganċijiet li jgħollu, sakemm ma jiġix ipprovdut xi mezz tat-trasferiment li ma jibqax ikun jista’ jitħaddem fil-limiti ta’ inklinazzjoni sa 10° u li jmil fuq il-ġenb sa 20° fuq kull naħa, jew bil-moviment tal-vapur jew qtugħ tal-enerġija.

.5

Iċ-ċattri tas-salvataġġ maħsuba biex jiġu varati billi jintefgħu l-baħar għandhom jiġu stivati f’pożizzjoni li tipprovdi trasferiment faċli min-naħa għall-oħra f’livell singolu tal-gverta miftuħa. Jekk dan l-arranġament tal-istivar ma jkunx jista’ jiġi ssodisfat, għandhom jiġu pprovduti ċattri tas-salvataġġ addizzjonali sabiex il-kapaċità totali disponibbli fuq kull naħa takkomoda 75 % tan-numru totali ta’ persuni abbord.

.6

Iċ-ċattri tas-salvataġġ assoċjati ma’ Sistema tal-Evakwazzjoni Marina (SEM) għandhom:

a.

jiġu stivati qrib il-kontenitur li jkun fih l-SEM;

b.

ikunu jistgħu jiġu rrilaxxati minn fejn ikunu stivati b’arranġamenti li jippermettilhom li jiġu rmiġġati u li jintefħu maġenb il-pjattaforma tat-tlugħ abbord;

c.

ikunu jistgħu jiġu rrilaxxati bħala inġenji tal-baħar tas-sopravivenza indipendenti; u

d.

jiġu pprovduti bi ħbula tal-irkupru għall-pjattaforma tat-tlugħ abbord.

Ir-Regolament III/8: Stivar tad-dgħajjes tas-salvataġġ (R 14)

Id-dgħajjes ta’ rkupru għandhom jiġu merfugħa:

.1

fi stat fejn dejjem ikunu pronti għall-varar f’mhux aktar minn ħames (5) minuti u jekk ikunu tat-tip li jintefħu, f’kundizzjoni li jkunu minfuħa kompletament, fil-ħinijiet kollha;

.2

f’pożizzjoni adattata għall-varar u għall-irkupru;

.3

sabiex la d-dgħajsa tas-salvataġġ u lanqas l-arranġamenti tal-istivar tagħha ma jfixklu t-tħaddim ta’ kwalunkwe inġenju tal-baħar tas-sopravivenza fi kwalunkwe stazzjon ieħor tal-varar;

.4

jekk ikunu wkoll dgħajjes tas-sopravivenza, jikkonformaw mar-rekwiżiti tar-Regolament III/7.

Ir-Regolament III/8a: Stivar tas-sistemi tal-evakwazzjoni marina (R 15)

1.

Il-ġenb tal-vapur ma għandu jkollu l-ebda fetħa bejn l-istazzjon tal-imbarkazzjoni tas-sistema tal-evakwazzjoni marina u l-linja tal-ilma fl-eħfef kundizzjoni tat-tbaħħir, u għandhom jiġu pprovduti mezzi biex jipproteġu s-sistema minn kwalunkwe oġġett bil-ponta.

2.

Is-sistemi tal-evakwazzjoni marina għandhom ikunu f’pożizzjoni tali li jiżguraw il-varar sikur wara li titqies b’mod partikolari d-differenza fl-ispazju bejn l-iskrun u l-porzjonijiet tal-buq li jkunu mdendla b’mod wieqaf, u sabiex, kemm jista’ jkun, is-sistema tkun tista’ tiġi varata ’l isfel mal-parti dritta tal-vapur.

3.

Kull sistema tal-evakwazzjoni marina għandha tiġi stivata b’tali mod li la l-passaġġ, la l-pjattaforma u lanqas l-istivar jew l-arranġamenti operattivi tagħha ma jtellfu t-tħaddim ta’ kwalunkwe tagħmir ieħor tas-salvataġġ fi kwalunkwe stazzjon ieħor tal-varar.

4.

Fejn ikun xieraq, il-vapur għandu jkun irranġat b’tali mod li s-sistemi tal-evakwazzjoni marina fil-pożizzjonijiet tal-istivar tagħhom ikunu protetti mill-ħsara mġarrba mill-baħar imqalleb.

Ir-Regolament III/9: Arranġamenti tal-varar tal-inġenji tal-baħar tas-sopravivenza u arranġamenti tal-irkupru (R 16)

.1

It-tagħmir tal-varar li jikkonforma mar-rekwiżiti tat-taqsima 6.1 tal-Kodiċi LSA għandu jiġi pprovdut għall-inġenji tal-baħar tas-sopravivenza kollha ħlief fejn, soġġett għall-effettività tal-arranġamenti tal-imbarkazzjoni tal-inġenji tal-baħar tas-sopravivenza u tad-dgħajjes tas-salvataġġ fil-kundizzjonijiet ambjentali li fihom il-vapur x’aktarx jitħaddem u fil-kundizzjonijiet kollha stabbiliti ta’ ħsara u ta’ mingħajr ħsara ta’ inklinazzjoni u ta’ mejl, l-għoli ’l barra mill-ilma bejn il-pożizzjoni tal-imbarkazzjoni maħsuba u l-linja tal-ilma fl-iktar kundizzjoni ħafifa tat-tbaħħir ma tkunx aktar minn 4,5 metri. F’dak il-każ, l-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera tista’ taċċetta sistema fejn il-persuni jitilgħu direttament abbord fuq iċ-ċattri tas-salvataġġ.

.2

Kull dgħajsa tas-sopravivenza għandha tiġi pprovduta b’tagħmir li jkun kapaċi jvara u jirkupra d-dgħajsa tas-sopravivenza. Barra minn hekk, għandu jkun hemm dispożizzjoni għad-dendil tad-dgħajsa tas-sopravivenza biex it-tagħmir tar-rilaxx jiġi lliberat għall-manutenzjoni.

.3

L-arranġamenti għall-varar u għall-irkupru għandhom ikunu tali li l-operatur tat-tagħmir fuq il-vapur ikun jista’ josserva l-inġenji tal-baħar tas-sopravivenza fil-ħinijiet kollha waqt il-varar, u għad-dgħajjes tas-sopravivenza waqt l-irkupru.

.4

Għandu jintuża tip wieħed biss ta’ mekkaniżmu tar-rilaxx għal inġenji tal-baħar tas-sopravivenza simili li jinġarru abbord il-vapur.

.5

Il-kejbils tal-parank, fejn jintużaw, għandhom ikunu twal biżżejjed biex l-inġenji tal-baħar tas-sopravivenza jaslu sal-ilma meta l-vapur ikun fl-eħfef kundizzjoni tat-tbaħħir, fil-kundizzjonijiet kollha ta’ inklinazzjoni sa 10° u ta’ mejl sa 20° fuq kull naħa.

.6

It-tħejjija u l-immanuvrar tal-inġenji tal-baħar tas-sopravivenza fi kwalunkwe wieħed mill-istazzjonijiet tal-varar ma għandhomx ifixklu t-tħejjija u l-immanuvrar fil-pront ta’ kwalunkwe inġenju tal-baħar tas-sopravivenza ieħor jew kwalunkwe dgħajsa tas-salvataġġ oħra fi kwalunkwe stazzjon ieħor.

.7

Għandhom ikunu disponibbli mezzi li jipprevjenu r-rilaxx tal-ilma fuq l-inġenji tal-baħar tas-sopravivenza waqt l-abbandun.

.8

Waqt it-tħejjija u l-varar, l-inġenji tal-baħar tas-sopravivenza, it-tagħmir tal-varar tagħhom, u ż-żona tal-ilma li fiha jridu jiġu varati għandhom ikunu mdawla b’mod adegwat bid-dawl ipprovdut mis-sors tal-enerġija elettrika ta’ emerġenza kif meħtieġ skont ir-Regolamenti II-1/D/42 u II-1/D/42-1.

Ir-Regolament III/10: Arranġamenti tal-imbarkazzjoni, tal-varar u tal-irkupru tad-dgħajjes tas-salvataġġ (R 17)

.1

L-arranġamenti tal-imbarkazzjoni u tal-varar tad-dgħajjes tas-salvataġġ għandhom ikunu tali li d-dgħajjes tas-salvataġġ ikunu jistgħu jintrikbu u jiġu varati fl-iqsar żmien possibbli.

.2

Id-dgħajjes tas-salvataġġ għandhom ikunu jistgħu jintrikbu u jiġu varati direttament mill-pożizzjoni stivata bin-numru ta’ persuni inkarigati biex ikunu l-ekwipaġġ tad-dgħajjes tas-salvataġġ abbord.

.3

Jekk id-dgħajjes tas-salvataġġ jiġu inklużi fil-kapaċità tal-inġenji tal-baħar tas-sopravivenza u d-dgħajjes l-oħra tas-sopravivenza jintrikbu mill-gverta tal-imbarkazzjoni, id-dgħajjes tas-salvataġġ, flimkien ma’ dak li huwa meħtieġ skont il-paragrafu.2, għandhom ukoll ikunu jistgħu jintrikbu mill-gverta tal-imbarkazzjoni.

.4

L-arranġamenti tal-varar għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tar-Regolament III/9. Madankollu, id-dgħajjes tas-salvataġġ kollha għandhom ikunu jistgħu jiġu varati, fejn ikun meħtieġ bl-użu taċ-ċimi, waqt li l-vapur ikun għaddej b’veloċità sa ħames (5) knots f’baħar kalm.

.5

Il-ħin tal-irkupru tad-dgħajjes tas-salvataġġ għandu jkun ta’ mhux aktar minn ħames (5) minuti f’kundizzjonijiet moderati tal-baħar meta jkunu mgħobbija bl-ammont sħiħ ta’ persuni u ta’ tagħmir li jkunu jesgħu. Jekk id-dgħajjes tas-salvataġġ jiġu inklużi fil-kapaċità tal-inġenji tal-baħar tas-sopravivenza, dan il-ħin tal-irkupru għandu jkun possibbli meta jkunu mgħobbija bit-tagħmir tal-inġenji tal-baħar tas-sopravivenza u bl-ammont approvat ta’ persuni fuq id-dgħajjes tas-salvataġġ ta’ mill-inqas sitt (6) persuni.

.6

L-arranġamenti għall-imbarkazzjoni u għall-irkupru tad-dgħajjes tas-salvataġġ għandhom jipprovdu għall-immanuvrar sikur u effiċjenti ta’ persuna fuq streċer. Għas-sikurezza, fil-każ li blokok tqal ikunu jistgħu jaqgħu u jikkostitwixxu periklu, għandhom jiġu pprovduti stropop għall-irkupru fil-maltemp.

Ir-Regolament III/10 a: Irkupru ta’ persuni mill-ilma

.1

Il-vapuri kollha għandu jkollhom pjanijiet u proċeduri speċifiċi skont it-tipi ta’ vapuri għall-irkupru ta’ persuni mill-ilma, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-linji gwida żviluppati mill-OMI

(*)

l-pjanijiet u l-proċeduri għandhom jidentifikaw it-tagħmir maħsub biex jintuża għal skopijiet ta’ rkupru u l-miżuri li jridu jittieħdu biex jiġi minimizzat ir-riskju għall-persunal abbord involut fl-operazzjonijiet ta’ rkupru.

.2

Il-vapuri ro-ro tal-passiġġieri li jikkonformaw mar-Regolament III/5-1, il-paragrafu 4, għandhom jitqiesu li jikkonformaw mar-Regolament III/10a.

(*)

Guidelines for the development of plans and procedures for recovery of persons from the water (Linji gwida għall-iżvilupp ta’ pjanijiet u ta’ proċeduri għall-irkupru ta’ persuni mill-ilma) (MSC.1/Ċirk.1447).

Ir-Regolament III/11: Struzzjonijiet ta’ emerġenza (R 19)

.1

Fuq vapur involut fi vjaġġ fejn ikun skedat li l-passiġġieri jkunu abbord għal aktar minn 24 siegħa, il-kontrolli tal-ġmigħ mal-imbarkazzjoni tal-passiġġieri ġodda għandhom isiru qabel it-tluq jew immedjatament mat-tluq. Il-passiġġieri għandhom jingħataw struzzjonijiet dwar l-użu tal-ġkieket tas-salvataġġ u dwar l-azzjoni li trid tittieħed f’emerġenza.

.2

Kull meta jkun hemm l-imbarkazzjoni ta’ passiġġieri ġodda, għandha tingħata spjega fil-qosor dwar is-sikurezza tal-passiġġieri immedjatament qabel jew wara t-tluq. Din l-ispjega għandha mill-inqas tinkludi l-istruzzjonijiet meħtieġa skont ir-Regolament III/3, il-paragrafu 3. Għandha ssir permezz ta’ avviż b’lingwa waħda jew aktar li x’aktar tinftiehem/jinftiehmu mill-passiġġieri. L-avviż għandu jsir bis-sistema tat-tgħarrif pubbliku jew permezz ta’ mezzi adattati oħra li x’aktarx li jinstemgħu tal-inqas mill-passiġġieri li jkunu għadhom ma kellhom l-opportunità li jisimgħuh matul il-vjaġġ.

Ir-Regolament III/12: Prontezza għat-tħaddim, manutenzjoni u spezzjonijiet (R 20)

.1

Qabel ma l-vapur iħalli l-port u fil-ħinijiet kollha matul il-vjaġġ, it-tagħmir kollu tas-salvataġġ għandu jkun f’kundizzjoni li jaħdem u lest biex jintuża minnufih.

.2

Il-manutenzjoni u l-ispezzjonijiet tat-tagħmir tas-salvataġġ għandhom isiru f’konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament III/20 tal-Konvenzjoni SOLAS.

Ir-Regolament III/13: Taħriġ u proċeduri ta’ prova tal-abbandun tal-vapuri (R 19 + R 30)

.1

Kull membru tal-ekwipaġġ li jiġi inkarigat bi dmirijiet f’każ ta’ emerġenza għandu jkun familjari ma’ dawn id-dmirijiet qabel ma jibda l-vjaġġ.

.2

Kull ġimgħa għandhom isiru proċeduri ta’ prova f’każ ta’ abbandun u ta’ nirien.

Kull xahar, kull membru tal-ekwipaġġ għandu jipparteċipa minn tal-inqas f’proċedura waħda ta’ prova f’każ ta’ abbandun u oħra f’każ ta’ nirien. Il-proċeduri ta’ prova tal-ekwipaġġ għandhom isiru qabel it-tluq tal-vapur jekk aktar minn 25 % tal-ekwipaġġ ma jkunux pparteċipaw fi proċeduri ta’ prova f’każ ta’ abbandun u ta’ nirien abbord dak il-vapur partikolari fix-xahar ta’ qabel. Meta vapur jidħol fis-servizz għall-ewwel darba, wara li jkunu sarulu modifiki maġġuri jew meta jitqabbad ekwipaġġ ġdid, il-proċeduri ta’ prova msemmija hawn fuq għandhom isiru qabel it-tbaħħir.

.3

Kull proċedura ta’ prova f’każ ta’ abbandun tal-vapur għandha tinkludi l-azzjonijiet meħtieġa skont ir-Regolament III/19.3.4.1 tal-Konvenzjoni SOLAS, wara li jkunu kkunsidrati il-linji gwida fl-MSC.1/Ċirk.1206/Rev.1 tal-OMI “Measures to prevent accidents with lifeboats” (Miżuri biex jiġu evitati l-aċċidenti bid-dgħajjes tas-sopravivenza), kif emendati.

.4

Id-dgħajjes tas-sopravivenza u d-dgħajjes tas-salvataġġ għandhom jitniżżlu fi proċeduri ta’ prova suċċessivi f’konformità mad-dispożizzjoni tar-Regolament III/19.3.4.2, 3.4.3 u 3.4.6 tal-Konvenzjoni SOLAS.

L-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera tista’ tħalli l-vapuri ma jvarawx id-dgħajjes tas-sopravivenza fuq naħa waħda jekk l-arranġamenti ta’ fejn joqogħdu fil-port u l-mudelli tal-kummerċ tagħhom ma jippermettux li jiġu varati d-dgħajjes tas-sopravivenza fuq dik in-naħa. Madanakollu, dawn id-dgħajjes tas-sopravivenza kollha għandhom jitniżżlu tal-anqas darba kull tliet (3) xhur u għandhom jiġu varati tal-anqas kull sena.

Jekk il-proċeduri ta’ prova tad-dgħajjes tas-sopravivenza u tad-dgħajjes tas-salvataġġ jitwettqu meta l-vapur ikun għaddej, dawn il-proċeduri ta’ prova għandhom, minħabba l-perikli involuti, jiġu pprattikati f’ilmijiet imkennija biss u taħt is-superviżjoni ta’ uffiċjal b’esperjenza f’dawn il-proċeduri ta’ prova.

.5

Jekk vapur ikun mgħammar b’sistema tal-evakwazzjoni marina, il-proċeduri ta’ prova għandhom jinkludu l-azzjonijiet meħtieġa skont ir-Regolament III/19.3.4.8 tal-Konvenzjoni SOLAS.

.6

Id-dawl ta’ emerġenza għall-ġmigħ tan-nies u għall-abbandun tal-vapur għandhom jiġu ttestjati f’kull proċedura ta’ prova tal-abbandun tal-vapur.

.7

Il-proċeduri ta’ prova f’każ ta’ nirien għandhom isiru f’konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament III/19.3.5 tal-Konvenzjoni SOLAS.

.8

Għandhom jingħataw taħriġ u struzzjonijiet abbord lill-membri tal-ekwipaġġ f’konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament III/19.4 tal-Konvenzjoni SOLAS.

.9

Il-membri tal-ekwipaġġ b’responsabbiltajiet ta’ dħul jew ta’ salvataġġ fi spazju magħluq għandhom jipparteċipaw fil-proċedura ta’ prova tad-dħul u tas-salvataġġ fi spazju magħluq li trid issir abbord il-vapur b’intervall li jrid jiġi stabbilit mill-Amministrazzjoni, iżda mhux inqas minn darba fis-sena:

.1

Il-proċeduri ta’ prova tad-dħul u tas-salvataġġ fi spazju magħluq jenħtieġ li jkunu ppjanati u jitwettqu b’mod sikur, filwaqt li tiġi kkunsidrata, kif xieraq, il-gwida pprovduta fir-“Revised Recommendations for entering enclosed spaces aboard ships” (Rakkomandazzjonijiet Reveduti għad-dħul fi spazji magħluqa abbord il-vapuri), adottati mill-OMI permezz tar-Riżoluzzjoni A.1050(27).

.2

Kull proċedura ta’ prova tad-dħul u tas-salvataġġ fi spazju magħluq għandha tinkludi:

.1

il-verifika u l-użu tat-tagħmir protettiv personali meħtieġ għad-dħul;

.2

il-verifika u l-użu tat-tagħmir u tal-proċeduri tal-komunikazzjoni;

.3

il-verifika u l-użu tal-istrumenti li jkejlu l-atmosfera fi spazji magħluqa;

.4

il-verifika u l-użu tat-tagħmir u tal-proċeduri tas-salvataġġ; u

.5

l-istruzzjonijiet tat-tekniki tal-ewwel għajnuna u tar-risuxxitazzjoni.

.10

Għandhom jitwettqu proċeduri ta’ prova għall-kontroll tal-ħsarat, kif meħtieġ fir-Regolament II-1/19-1 tal-Konvenzjoni SOLAS, b’intervall li jrid jiġi stabbilit mill-Amministrazzjoni, iżda mhux inqas minn darba fis-sena.

Ir-Regolament III/14: Rekords (R 19.5)

.1

Id-data ta’ meta jsiru kontrolli tal-ġemgħa, id-dettalji tal-proċeduri ta’ prova tal-abbandun u tan-nirien, il-proċeduri ta’ prova tad-dħul u tas-salvataġġ fi spazju magħluq, il-proċeduri ta’ prova ta’ tagħmir ieħor tas-salvataġġ u t-taħriġ abbord, għandhom jiġu rreġistrati f’reġistru kif jista’ jiġi preskritt mill-Amministrazzjoni. Jekk kontroll tal-ġemgħa sħiħ, proċedura ta’ prova jew sessjoni ta’ taħriġ ma jsirux fiż-żmien stipulat, għandha ssir annotazzjoni fir-reġistru li tiddikjara ċ-ċirkostanzi u d-dettalji ta’ dak li twettaq fil-kontroll tal-ġemgħa, fil-proċedura ta’ prova jew fis-sessjoni ta’ taħriġ.

KAPITOLU IV

KOMUNIKAZZJONIJIET BIR-RADJU

Ir-Regolament IV/1: Tagħmir tal-Komunikazzjoni bir-Radju

1.

Il-vapuri tal-klassi D għandhom tal-anqas jiġu mgħammra:

1.1.

B’installazzjoni ta’ radju VHF li tkun kapaċi tirċievi u tittrażmetti;

1.1.1.

B’DSC fuq il-frekwenza 156.525 MHz (il-kanal 70). Għandu jkun possibbli li tinbeda trażmissjoni ta’ avviż ta’ periklu fuq il-kanal 70 mill-pożizzjoni minn fejn normalment il-vapur ikun innavigat; u

1.1.2.

B’radjutelefonija fuq il-frekwenzi 156.300 Mhz (il-kanal 6), 156.650 Mhz (il-kanal 13) u 156.800 Mhz (il-kanal 16);

1.2.

L-installazzjoni tar-radju VHF għandha wkoll tkun kapaċi tittrażmetti u tirċievi komunikazzjonijiet ġenerali tar-radju bl-użu tar-radjutelefonija.

1.3.

Isiru referenzi għar-Regolamenti IV/7.1.1 u IV/8.2 tal-Konvenzjoni SOLAS tal-1974.

(*1)  Skont liema minnhom jirriżulta f’rekwiżiti iktar severi.

(1)  In-numri Għarab wara l-ittra “C” fin-notazzjonijiet tal-linja tat-tagħbija tas-suddiviżjoni jistgħu jiġu ssostitwiti b’numri Rumani jew b’ittri jekk l-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera tikkunsidra dan bħala neċessarju biex l-Amministrazzjoni tagħmel distinzjoni bejn in-notazzjonijiet tal-linji tat-tagħbija tas-suddiviżjoni internazzjonali.

(2)  Irreferi għall-Kodiċi dwar il-Livelli ta’ Storbju Abbord il-Vapuri, adottat bir-Riżoluzzjoni IMO A.468 (XII) tal-OMI.

(3)  Issir referenza għar-rakkomandazzjonijiet ippubblikati mill-Kummissjoni Elettroteknika Internazzjonali u, b’mod partikolari, is-serje 60092 — Installazzjonijiet Elettriċi fil-Vapuri.

(4)  L-inġenji tal-baħar tas-sopravivenza jistgħu jkunu dgħajjes tas-sopravivenza jew ċattri tas-salvataġġ jew kombinazzjoni tat-tnejn f’konformità mad-dispożizzjonijiet fir-Regolament III/2, il-paragrafu.2.

Meta jkun ġustifikat min-natura mkennija tal-vjaġġi u/jew mill-kundizzjonijiet klimatiċi favorevoli taż-żona tat-tħaddim, wara li jkunu ġew ikkunsidrati r-rakkomandazzjonijiet fl-MSC/Ċirk.1046 tal-OMI, l-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera tista’ taċċetta, jekk dan ma jiġix irrifjutat mill-Istat Membru tal-port:

(a)

ċattri tas-salvataġġ riversibbli u li jintefħu li ma jikkonformawx mat-taqsima 4.2 jew 4.3 tal-Kodiċi LSA diment li tali ċattri tas-salvataġġ jikkonformaw għalkollox mar-rekwiżiti tal-Anness 10 tal-Kodiċi tal-Inġenji tal-Baħar b’Veloċità Għolja tal-1994 u għall-vapuri li nbnew fl-1 ta’ Jannar 2012 jew wara, l-Anness 11 tal-Kodiċi tal-Inġenji tal-Baħar b’Veloċità Għolja tal-2000;

(b)

ċattri tas-salvataġġ li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti tal-paragrafi 4.2.2.2.1 u 4.2.2.2.2 tal-Kodiċi LSA dwar l-iżolazzjoni tal-art taċ-ċattra tas-salvataġġ kontra l-kesħa.

L-inġenji tal-baħar tas-sopravivenza għall-vapuri eżistenti tal-klassijiet B, C u D għandhom jikkonformaw mar-Regolamenti rilevanti tal-Konvenzjoni SOLAS tal-1974 għall-vapuri eżistenti, kif emendata fis-17 ta’ Marzu 1998. Il-vapuri ro-ro tal-passiġġieri għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti fir-Regolament III/5-1 kif applikabbli.

Is-sistema jew is-sistemi tal-evakwazzjoni marina li jikkonformaw mat-taqsima 6.2 tal-Kodiċi LSA jistgħu jiġu sostitwiti bil-kapaċità ekwivalenti ta’ ċattri tas-salvataġġ kif meħtieġ fit-tabella, inkluż it-tagħmir tal-varar tagħhom fejn applikabbli.

(5)  L-inġenji tal-baħar tas-sopravivenza għandhom, sa fejn ikun prattikabbli, jiġu distribwiti b’mod indaqs fuq kull naħa tal-vapur.

(6)  Il-kapaċità totali/aggregata tal-inġenji tal-baħar tas-sopravivenza, inkluż iċ-ċattri tas-salvataġġ addizzjonali, għandha tkun f’konformità mar-rekwiżiti fit-tabella ta’ hawn fuq, jiġifieri 1,10N = 110 % u 1,25N = 125 % tan-numru totali ta’ persuni (N) li l-vapur ikun iċċertifikat li jġorr. Għandu jinġarr numru suffiċjenti ta’ inġenji tal-baħar tas-sopravivenza sabiex ikun żgurat li fil-każ li kwalunkwe inġenju tal-baħar tas-sopravivenza jintilef jew ma jibqax ikun jista’ jintuża, l-inġenji tal-baħar tas-sopravivenza li jifdal ikunu jistgħu jakkomodaw in-numru totali ta’ persuni li l-vapur ikun iċċertifikat li jġorr. Jekk ma jkunx hemm konformità mar-rekwiżit tal-istivar taċ-ċattri tas-salvataġġ fir-Regolament III/7, il-paragrafu.5, jistgħu jkunu meħtieġa iktar ċattri tas-salvataġġ.

(7)  In-numru ta’ dgħajjes tas-sopravivenza u/jew ta’ dgħajjes tas-salvataġġ għandu jkun biżżejjed biex jiżgura li meta jsir l-abbandun min-numru totali ta’ persuni li l-vapur ikun iċċertifikat li jġorr, mhux iktar minn disa’ ċattri tas-salvataġġ ikun hemm bżonn jiġu ggwidati minn kull dgħajsa tas-sopravivenza jew dgħajsa tas-salvataġġ.

(8)  It-tagħmir tal-varar għad-dgħajjes tas-salvataġġ għandu jikkonforma mar-rekwiżiti tar-Regolament III/10.

Jekk dgħajsa tas-salvataġġ tikkonforma mar-rekwiżiti tat-taqsima 4.5 jew 4.6 tal-Kodiċi LSA, din tista’ tiġi inkluża fil-kapaċità tal-inġenji tal-baħar tas-sopravivenza speċifikata fit-tabella ta’ hawn fuq.

Dgħajsa tas-sopravivenza tista’ tiġi aċċettata bħala dgħajsa tas-salvataġġ diment li hi u l-arranġamenti tal-varar u tal-irkupru tagħha jikkonformaw ukoll mar-rekwiżiti ta’ dgħajsa tas-salvataġġ.

Tal-anqas waħda mid-dgħajjes tas-salvataġġ, jekk ikun meħtieġ li tali dgħajsa tinġarr, fuq vapuri ro-ro tal-passiġġieri għandha tkun dgħajsa veloċi tas-salvataġġ li tikkonforma mar-rekwiżiti tar-Regolament III/5-1, il-paragrafu.3.

Meta l-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera tikkunsidra li l-installazzjoni ta’ dgħajsa tas-salvataġġ jew ta’ dgħajsa veloċi tas-salvataġġ abbord vapur tkun fiżikament impossibbli, tali vapur jista’ jiġi eżentat milli jġorr dgħajsa tas-salvataġġ, diment li l-vapur jissodisfa r-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(a)

il-vapur ikun adattat biex jippermetti li persuna li jkollha bżonn l-għajnuna tiġi rkuprata mill-ilma;

(b)

l-irkupru tal-persuna li jkollha bżonn l-għajnuna jkun jista’ jiġi osservat mill-pont tan-navigazzjoni; u

(c)

il-vapur ikun jista’ jiġi mmanuvrat biżżejjed biex jasal qrib u jirkupra l-persuni fl-iktar kundizzjonijiet ħżiena possibbli.

(9)  Tal-anqas baga tas-salvataġġ waħda fuq kull naħa għandha tkun mgħammra b’ħabel tas-salvataġġ li jibqa’ f’wiċċ l-ilma, li jkun ugwali fit-tul għal mhux inqas mid-doppju tal-għoli li fih tiġi stivata ’l fuq mil-linja tal-ilma fl-iktar kundizzjoni ħafifa tat-tbaħħir jew 30 metru, skont liema minnhom tkun l-akbar.

Żewġ bagi tas-salvataġġ għandhom ikunu mgħammra b’sinjal tad-duħħan li jiġi attivat waħdu u b’dawl li jiġi attivat waħdu; għandhom ikunu kapaċi jiġu rrilaxxati malajr mill-pont tan-navigazzjoni. Il-bqija tal-bagi tas-salvataġġ għandhom ikunu mgħammra b’dawl li jixgħel waħdu, f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2.1.2 tal-Kodiċi LSA.

(10)  Il-murtali tal-periklu, li jikkonformaw mar-rekwiżiti tat-taqsima 3.1 tal-Kodiċi LSA, għandhom jiġu stivati fil-pont tan-navigazzjoni jew fil-pożizzjoni tal-għoti tad-direzzjoni.

(11)  Għandha tiġi pprovduta ġakketta tas-salvataġġ li tintefaħ għal kull persuna li jkollha twettaq xi xogħol abbord f’żoni esposti. Dawn il-ġkieket tas-salvataġġ li jintefħu jistgħu jiġu inklużi fin-numru totali ta’ ġkieket tas-salvataġġ meħtieġa skont id-Direttiva 2009/45/KE.

(12)  Għandu jiġi pprovdut numru ta’ ġkieket tas-salvataġġ adattati għat-tfal, li jkun ugwali għal tal-anqas 10 % tan-numru ta’ passiġġieri abbord jew tali numru akbar skont ma jkun meħtieġ biex tiġi pprovduta ġakketta tas-salvataġġ għal kull tifel jew tifla.

(13)  Għandu jiġi pprovdut numru ta’ ġkieket tas-salvataġġ adattati għat-trabi, li jkun ugwali għal tal-anqas 2,5 % tan-numru ta’ passiġġieri abbord jew tali numru akbar skont ma jkun meħtieġ biex tiġi pprovduta ġakketta tas-salvataġġ għal kull tarbija.

(14)  Il-vapuri kollha għandhom jġorru numru suffiċjenti ta’ ġkieket tas-salvataġġ għall-persuni li jkunu għassa u għall-użu fi stazzjonijiet tal-inġenji tal-baħar tas-sopravivenza li jkunu jinsabu f’post il-bogħod. Il-ġkieket tas-salvataġġ li jinġarru għall-persuni li jkunu għassa jenħtieġ li jiġu stivati fuq il-pont, fil-kamra tal-kontroll tal-magni jew fi kwalunkwe stazzjon ieħor tal-għassa li jkollu n-nies miegħu.

Sa mhux iktar tard mill-ewwel stħarriġ perjodiku wara l-1 ta’ Jannar 2012 il-vapuri kollha tal-passiġġieri għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet fin-noti 12 u 13 f’qiegħ il-paġna.

(15)  Jekk il-ġkieket tas-salvataġġ tal-adulti ma jkunux iddisinjati biex jiġu lill-persuni li jiżnu sa 140 kg u li jkollhom ċirkonferenza tas-sider sa 1,750 mm, numru suffiċjenti ta’ aċċessorji adattati għandu jkun disponibbli abbord biex il-ġkieket ikunu jistgħu jintlibsu b’mod sikur minn dawn il-persuni.

(16)  Fuq il-vapuri tal-passiġġieri kollha, kull ġakketta tas-salvataġġ għandha tkun mgħammra b’dawl f’konformità mar-rekwiżiti tal-paragrafu 2.2.3 tal-Kodiċi LSA.

(17)  ĠU L 64, 4.3.2006, p. 1-36

(18)  Issir referenza għar-rakkomandazzjonijiet ippubblikati mill-Kummissjoni Elettroteknika Internazzjonali u, b’mod partikolari, is-serje 60092 — Installazzjonijiet Elettriċi fil-Vapuri.

(19)  Din iċ-Ċirkolari jenħtieġ li titqies ukoll għall-ispazji tal-merkanzija miftuħa tal-vapuri ro-ro, kif ikun xieraq.

(20)  L-inġenji tal-baħar tas-sopravivenza jistgħu jkunu dgħajjes tas-sopravivenza jew ċattri tas-salvataġġ jew kombinazzjoni tat-tnejn f’konformità mad-dispożizzjonijiet fir-Regolament III/2, il-paragrafu.2.

Meta jkun ġustifikat min-natura mkennija tal-vjaġġi u/jew mill-kundizzjonijiet klimatiċi favorevoli taż-żona tat-tħaddim, wara li jkunu ġew ikkunsidrati r-rakkomandazzjonijiet fl-MSC/Ċirk.1046 tal-OMI, l-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera tista’ taċċetta, jekk dan ma jiġix irrifjutat mill-Istat Membru tal-port:

(a)

ċattri tas-salvataġġ riversibbli u li jintefħu li ma jikkonformawx mat-taqsima 4.2 jew 4.3 tal-Kodiċi LSA diment li tali ċattri tas-salvataġġ jikkonformaw għalkollox mar-rekwiżiti tal-Anness 11 tal-Kodiċi tal-Inġenji tal-Baħar b’Veloċità Għolja tal-2000;

(b)

ċattri tas-salvataġġ li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti tal-paragrafi 4.2.2.2.1 u 4.2.2.2.2 tal-Kodiċi LSA dwar l-iżolazzjoni tal-art taċ-ċattra tas-salvataġġ kontra l-kesħa.

Il-vapuri ro-ro tal-passiġġieri għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti fir-Regolament III/5-1 kif applikabbli.

Is-sistema jew is-sistemi tal-evakwazzjoni marina li jikkonformaw mat-taqsima 6.2 tal-Kodiċi LSA jistgħu jiġu sostitwiti bil-kapaċità ekwivalenti ta’ ċattri tas-salvataġġ kif meħtieġ fit-tabella, inkluż it-tagħmir tal-varar tagħhom fejn applikabbli.

(21)  Il-kapaċità totali/aggregata tal-inġenji tal-baħar tas-sopravivenza, inkluż iċ-ċattri tas-salvataġġ addizzjonali, għandha tkun f’konformità mar-rekwiżiti fit-tabella ta’ hawn fuq, jiġifieri 1,25N = 125 % tan-numru totali ta’ persuni (N) li l-vapur ikun iċċertifikat li jġorr.

Fil-każ li kwalunkwe inġenju tal-baħar tas-sopravivenza jintilef jew ma jibqax ikun jista’ jintuża, l-inġenji tal-baħar tas-sopravivenza li jifdal għandhom jakkomodaw in-numru totali ta’ persuni (N) li l-vapur ikun iċċertifikat li jġorr.

(22)  L-inġenji tal-baħar tas-sopravivenza għandhom, sa fejn ikun prattikabbli, jiġu distribwiti b’mod indaqs fuq kull naħa tal-vapur. Id-distribuzzjoni, l-arranġamenti tal-użu u l-kapaċità tal-inġenji tal-baħar tas-sopravivenza jenħtieġ li jippermettu li 75 % tan-numru totali ta’ persuni (N) li l-vapur ikun iċċertifikat li jġorr jiġi akkomodat fuq kull naħa tal-vapur (dan ir-rekwiżit ma jipprekludix l-użu taċ-ċattri tas-salvataġġ meta jkunu stivati f’pożizzjoni li tipprovdi trasferiment faċli min-naħa għall-oħra f’livell singolu tal-gverta miftuħa).

(23)  In-numru ta’ dgħajjes tas-sopravivenza u/jew ta’ dgħajjes tas-salvataġġ għandu jkun biżżejjed biex jiżgura li meta jsir l-abbandun min-numru totali ta’ persuni li l-vapur ikun iċċertifikat li jġorr, mhux iktar minn disa’ ċattri tas-salvataġġ ikun hemm bżonn jiġu ggwidati minn kull dgħajsa tas-sopravivenza jew dgħajsa tas-salvataġġ.

(24)  It-tagħmir tal-varar għad-dgħajjes tas-salvataġġ għandu jikkonforma mar-rekwiżiti tar-Regolament III/10.

Jekk dgħajsa tas-salvataġġ tikkonforma mar-rekwiżiti tat-taqsima 4.5 jew 4.6 tal-Kodiċi LSA, din tista’ tiġi inkluża fil-kapaċità tal-inġenji tal-baħar tas-sopravivenza speċifikata fit-tabella ta’ hawn fuq.

Dgħajsa tas-sopravivenza tista’ tiġi aċċettata bħala dgħajsa tas-salvataġġ diment li hi u l-arranġamenti tal-varar u tal-irkupru tagħha jikkonformaw ukoll mar-rekwiżiti ta’ dgħajsa tas-salvataġġ.

Tal-anqas waħda mid-dgħajjes tas-salvataġġ, jekk ikun meħtieġ li tali dgħajsa tinġarr, fuq vapuri ro-ro tal-passiġġieri għandha tkun dgħajsa veloċi tas-salvataġġ li tikkonforma mar-rekwiżiti tar-Regolament III/5-1, il-paragrafu 3.

Vapur jista’ jiġi eżentat milli jġorr dgħajsa tas-salvataġġ u mid-dispożizzjoni fin-nota 4 ta’ qiegħ il-paġna, diment li l-vapur jissodisfa r-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(a)

il-vapur iġorr inqas minn 250 passiġġier u l-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera tikkunsidra li l-installazzjoni abbord, ta’ dgħajsa tas-salvataġġ jew ta’ dgħajsa veloċi tas-salvataġġ, tkun fiżikament impossibbli;

(b)

il-vapur ikun ristrett li jitħaddem fiż-żoni tal-klassi C u D fejn ikun intwera b’mod li jissodisfa l-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera li jkun hemm probabbiltà kbira li fil-każ ta’ evakwazzjoni fi kwalunkwe punt tar-rotta, il-passiġġieri kollha u l-ekwipaġġ kollu jkunu jistgħu jiġu salvati b’mod sikur fl-inqas minn dawn li ġejjin:

iż-żmien li jipprevjeni li l-persuni fl-inġenji tal-baħar tas-sopravivenza tant ikunu esposti li dan jikkawżalhom ipotermija fl-agħar kundizzjonijiet maħsuba,

iż-żmien xieraq fir-rigward tal-kundizzjonijiet ambjentali u l-karatteristiki ġeografiċi tar-rotta,

sagħtejn;

(c)

transponder bir-radar wieħed għall-inġenji tal-baħar tas-sopravivenza jiġi assenjat għal kull ċattra tas-salvataġġ;

(d)

il-vapur ikun adattat biex jippermetti li persuna li jkollha bżonn l-għajnuna tiġi rkuprata mill-ilma;

(e)

l-irkupru tal-persuna li jkollha bżonn l-għajnuna jkun jista’ jiġi osservat mill-pont tan-navigazzjoni; u

(f)

il-vapur ikun jista’ jiġi mmanuvrat biżżejjed biex jasal qrib u jirkupra l-persuni fl-iktar kundizzjonijiet ħżiena possibbli.

(25)  Tal-anqas baga tas-salvataġġ waħda fuq kull naħa għandha tkun mgħammra b’ħabel tas-salvataġġ li jibqa’ f’wiċċ l-ilma, li jkun ugwali fit-tul għal mhux inqas mid-doppju tal-għoli li fih tiġi stivata ’l fuq mil-linja tal-ilma fl-iktar kundizzjoni ħafifa tat-tbaħħir jew 30 metru, skont liema minnhom tkun l-akbar.

Żewġ bagi tas-salvataġġ għandhom ikunu mgħammra b’sinjal tad-duħħan li jiġi attivat waħdu u b’dawl li jiġi attivat waħdu; għandhom ikunu kapaċi jiġu rrilaxxati malajr mill-pont tan-navigazzjoni. Il-bqija tal-bagi tas-salvataġġ għandhom ikunu mgħammra b’dawl li jixgħel waħdu, f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2.1.2 tal-Kodiċi LSA.

(26)  Il-murtali tal-periklu, li jikkonformaw mar-rekwiżiti tat-taqsima 3.1 tal-Kodiċi LSA, għandhom jiġu stivati fil-pont tan-navigazzjoni jew fil-pożizzjoni tal-għoti tad-direzzjoni.

(27)  Għandha tiġi pprovduta ġakketta tas-salvataġġ li tintefaħ għal kull persuna li jkollha twettaq xi xogħol abbord f’żoni esposti. Dawn il-ġkieket tas-salvataġġ li jintefħu jistgħu jiġu inklużi fin-numru totali ta’ ġkieket tas-salvataġġ meħtieġa skont id-Direttiva 2009/45/KE.

(28)  Għandu jiġi pprovdut numru ta’ ġkieket tas-salvataġġ adattati għat-tfal, li jkun ugwali għal tal-anqas 10 % tan-numru ta’ passiġġieri abbord jew tali numru akbar skont ma jkun meħtieġ biex tiġi pprovduta ġakketta tas-salvataġġ għal kull tifel jew tifla.

(29)  Għandu jiġi pprovdut numru ta’ ġkieket tas-salvataġġ adattati għat-trabi, li jkun ugwali għal tal-anqas 2,5 % tan-numru ta’ passiġġieri abbord jew tali numru akbar skont ma jkun meħtieġ biex tiġi pprovduta ġakketta tas-salvataġġ għal kull tarbija.

(30)  Il-vapuri kollha għandhom jġorru numru suffiċjenti ta’ ġkieket tas-salvataġġ għall-persuni li jkunu għassa u għall-użu fi stazzjonijiet tal-inġenji tal-baħar tas-sopravivenza li jkunu jinsabu f’post il-bogħod. Il-ġkieket tas-salvataġġ li jinġarru għal persuni li jagħmlu l-għassa għandhom jinżammu fuq il-pont, fil-kamra tal-kontroll tal-makkinarju jew f’xi stazzjon ieħor tal-għassa.

(31)  Jekk il-ġkieket tas-salvataġġ tal-adulti ma jkunux iddisinjati biex jiġu lill-persuni li jiżnu sa 140 kg u li jkollhom ċirkonferenza tas-sider sa 1,750 mm, numru suffiċjenti ta’ aċċessorji adattati għandu jkun disponibbli abbord biex il-ġkieket ikunu jistgħu jintlibsu b’mod sikur minn dawn il-persuni.

(32)  Fuq il-vapuri tal-passiġġieri kollha, kull ġakketta tas-salvataġġ għandha tkun mgħammra b’dawl f’konformità mar-rekwiżiti tal-paragrafu 2.2.3 tal-Kodiċi LSA.

ANNESS II

FORMOLA TAĊ-ĊERTIFIKAT TAS-SIKUREZZA GĦALL-VAPURI TAL-PASSIĠĠIERI

ĊERTIFIKAT TAS-SIKUREZZA GĦALL-VAPURI TAL-PASSIĠĠIERI

(Dan iċ-ċertifikat għandu jkun issupplimentat b’Reġistru tat-Tagħmir1)

(Siġill uffiċjali)

(Stat)

Maħruġ skont id-dispożizzjonijiet ta’

(Isem il-miżura/i relevanti introdotta/i mill-Istat tal-Bandiera)

u li jikkonferma l-konformità tal-bastiment imsemmi mad-Direttiva 2009/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli u standards ta’ sigurtà għal vapuri tal-passiġġieri

taħt l-awtorità tal-Gvern ta’

(Deżinjazzjoni uffiċjali sħiħa tal-Istat tal-Bandiera)

minn

(Deżinjazzjoni uffiċjali sħiħa tal-awtorità kompetenti jew tal-organizzazzjoni rikonoxxuta skont id-Direttiva 2009/15/KE)

Dettalji tal-vapur

Isem il-vapur:

Port tar-reġistrazzjoni:

Numru jew ittri distintivi:

Numru tal-OMI2:

Tul:

Numru ta’ passiġġieri:

Tunnellaġġ gross:

Data li fiha tqiegħed il-prim jew li fiha l-vapur kien fi stadju simili ta’ kostruzzjoni:

Data tal-istħarriġ inizjali:

Żoni tal-Baħar li fihom il-vapur huwa ċċertifikat li jopera (ir-Regolament IV/2 tal-Konvenzjoni SOLAS)

A1/A2/A3/A43

Klassi tal-vapur skont iż-żona tal-baħar li fiha l-vapur huwa ċċertifikat li jopera, soġġett għar-restrizzjonijiet jew għar-rekwiżiti addizzjonali li ġejjin4:

A/B/C/D3

(1)

Il-vapuri tal-Klassi A li jkollhom Ċertifikat tas-Sikurezza għall-Vapuri tal-Passiġġieri li jkun validu jistgħu jiġu dderogati minn dan is-suppliment.

(2)

In-numru tal-identifikazzjoni tal-OMI tal-vapur skont ir-Riżoluzzjoni A.1078(28), jekk ikun hemm.

(3)

Ħassar kif ikun xieraq.

(4)

Irreġistra kwalunkwe restrizzjoni applikabbli minħabba r-rotta, iż-żona tal-operar jew il-perjodu ristrett tal-operar jew kwalunkwe rekwiżit addizzjonali minħabba ċirkostanzi speċifiċi lokali skont l-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 2009/45/KE.

Stħarriġ inizjali(1)/perjodiku(1)

Dan jiċċertifika,

1.

li l-vapur sarlu stħarriġ f’konformità mal-Artikolu 12 tad-Direttiva 2009/45/KE,

2.

li l-istħarriġ wera li l-vapur jikkonforma għalkollox mar-rekwiżiti tad-Direttiva 2009/45/KE, u

3.

li l-vapur hu, taħt l-awtorità kkonferita bl-Artikoli 9(2) u (3) tad-Direttiva 2009/45/KE, eżentat mir-rekwiżiti li ġejjin tad-Direttiva u/jew mogħti l-ekwivalenza għalihom:

Kundizzjonijiet li bihom qed tingħata l-eżenzjoni u/jew l-ekwivalenza:

4.

li l-vapur jikkonforma mal-Parti G tal-Kapitolu II-1 u juża … bħala karburant/mhux applikabbli1

5.

li l-linji tat-tagħbija tas-suddiviżjoni li ġejjin ġew assenjati:

Il-linji tat-tagħbija tas-suddiviżjoni assenjati u mmarkati ma’ nofs il-ġnub tal-vapur (ir-Regolament II-1/18 tal-Konvenzjoni SOLAS)2

L-għoli barra mill-ilma (f’mm)

Rimarki fir-rigward tal-kundizzjonijiet alternattivi tas-servizz:

P.1

P.2

P.3

Dan iċ-ċertifikat huwa validu sa … f’konformità mal-Artikolu 13.2 tad-Direttiva 2009/45/KE.

(Data tal-istħarriġ perjodiku li jmiss)

Post … Data …

(Firma u/jew siġill tal-awtorità tal-ħruġ)

Jekk iffirmat, il-paragrafu li ġej irid jiżdied:

Min iffirma hawn taħt jiddikjara li huwa debitament awtorizzat mill-Istat tal-Bandiera msemmi joħroġ dan iċ-Ċertifikat tas-Sikurezza għall-Vapuri tal-Passiġġieri.

(Firma)

(1)

Ħassar kif ikun xieraq.

(2)

Għall-vapuri li nbnew f’konformità mar-rekwiżiti tal-Anness I, it-Taqsima 1, il-Kapitolu II-1, il-Parti B-2, jenħtieġ li jintużaw in-notazzjonijiet applikabbli tal-linja tat-tagħbija tas-suddiviżjoni “C1, C2 u C3” (ir-Regolament II-1/B/11). In-numri Għarab li jsegwu l-ittra “C” jistgħu jiġu sostitwiti b’numri jew b’ittri Rumani jekk l-Amministrazzjoni tal-Istat tal-Bandiera tikkunsidra li dan ikun meħtieġ biex issir distinzjoni min-notazzjoni internazzjonali tal-linja tat-tagħbija tas-suddiviżjoni.

Approvazzjoni tal-estensjoni tal-validità taċ-ċertifikat b’xahar f’konformità mal-Artikolu 13.2

F’konformità mal-Artikolu 13.2 tad-Direttiva 2009/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, dan iċ-ċertifikat għandu jiġi aċċettat

bħala validu sa …

Post … Data …

(Firma u/jew siġill tal-awtorità tal-ħruġ)

REĠISTRU TAT-TAGĦMIR GĦAĊ-ĊERTIFIKAT TAS-SIKUREZZA GĦALL-VAPURI TAL-PASSIĠĠIERI

Dan ir-Reġistru għandu jkun mehmuż b’mod permanenti maċ-Ċertifikat tas-Sikurezza għall-Vapuri tal-Passiġġieri

REĠISTRU TAT-TAGĦMIR GĦALL-KONFORMITÀ MAD-DISPOŻIZZJONIJIET TAD-DIRETTIVA 2009/45/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

1    Dettalji tal-vapur

Isem il-vapur:

Numru jew ittri distintivi:

Numru ta’ passiġġieri li għalihom huwa ċċertifikat:

Numru minimu ta’ persuni bil-kwalifiki meħtieġa biex iħaddmu l-installazzjonijiet tar-radju:

2    Dettalji tat-tagħmir tas-salvataġġ

1

Numru totali ta’ persuni li għalihom huwa pprovdut it-tagħmir tas-salvataġġ

Dgħajjes tas-sopravivenza u dgħajjes tas-salvataġġ

Naħa tax-xellug

Naħa tal-lemin

2

Numru totali ta’ dgħajjes tas-sopravivenza

2.1

Numru totali ta’ persuni moqdija bihom

2.2

Numru totali ta’ dgħajjes tas-sopravivenza tal-Kodiċi 4.5 tal-LSA

2.3

Numru totali ta’ dgħajjes tas-sopravivenza tal-Kodiċi 4.6 tal-LSA

2.4

Numru totali ta’ dgħajjes oħra tas-sopravivenza

3

Numru ta’ dgħajjes tas-sopravivenza bil-magna inklużi fin-numru totali ta’ dgħajjes tas-sopravivenza muri hawn fuq

3.1

Numru ta’ dgħajjes tas-sopravivenza mgħammra bi dwal għat-tfittxija

4

Numru ta’ dgħajjes tas-salvataġġ

4.1

Numru ta’ dgħajjes inklużi fin-numru totali ta’ dgħajjes tas-sopravivenza muri hawn fuq

4.2

Numru ta’ dgħajjes li huma dgħajjes veloċi tas-salvataġġ

5

Ċattri tas-salvataġġ

Naħa tax-xellug

Naħa tal-lemin

5.1

Numru ta’ ċattri tas-salvataġġ li għalihom huwa meħtieġ tagħmir tal-varar approvat

5.1.1

Numru ta’ persuni moqdija bihom

5.2

Numru ta’ ċattri tas-salvataġġ li għalihom mhuwiex meħtieġ tagħmir tal-varar approvat

5.2.1

Numru ta’ persuni moqdija bihom

2    Dettalji tat-tagħmir tas-salvataġġ (ikompli)

6

Numru ta’ Sistemi ta’ Evakwazzjoni Marittima (MES)

6.1

Numru ta’ ċattri tas-salvataġġ moqdija bihom

6.2

Numru ta’ persuni moqdija bihom

7

Tagħmir tas-salvataġġ personali

8

Numru ta’ bagi tas-salvataġġ

9.1

Numru ta’ ġkieket tas-salvataġġ għall-adulti

9.2

Numru ta’ ġkieket tas-salvataġġ għat-tfal

9.3

Numru ta’ ġkieket tas-salvataġġ għat-trabi

10.1

Numru ta’ libsiet tal-immersjoni

10.2

Numru ta’ libsiet tal-immersjoni li jikkonformaw mar-rekwiżiti għall-ġkieket tas-salvataġġ

11

Numru ta’ libsiet kontra l-esponiment

12

Numru ta’ għajnuniet protettivi termali (1)

13

Tagħmir tas-salvataġġ bir-radju

13.1

Numru ta’ radar transponders

13.2

Numru ta’ apparati tar-radjutelefonija VHF li jirċievu u li jittrażmettu

14

Tagħmir pirotekniku

14.1

Tagħmir li jitfa’ l-ħbula

14.2

Murtali għall-għajnuna

3    Dettalji tal-faċilitajiet bir-radju

1

Sistemi primarji

1.1

Installazzjoni tar-radju VHF

1.1.1

DSC encoder

1.1.2

DSC watch receiver

1.1.3

Radjutelefonija

3    Dettalji tal-faċilitajiet bir-radju (ikompli)

1.2

Installazzjoni tar-radju MF

1.2.1

DSC encoder

1.2.2

DSC watch receiver

1.2.3

Radjutelefonija

1.3

Installazzjoni tar-radju MF/HF

1.3.1

DSC encoder

1.3.2

DSC watch receiver

1.3.3

Radjutelefonija

1.3.4

Radjutelegrafija bi stampar dirett

1.4

Stazzjon terrestri rikonoxxut tas-servizz mobbli permezz tas-satellita għall-vapuri

2

Mezzi sekondarji ta’ allert

3

Faċilitajiet biex jiġi riċevut tagħrif dwar is-sikurezza marittima

3.1

Riċevitur NAVTEX

3.2

Riċevitur EGC

3.3

Riċevitur radjutelegrafiku bi stampar dirett HF

4

Satellita EPIRB

4.1

COSPAS-SARSAT

4.2

INMARSAT

5

VHF EPIRB

6

Apparat tal-lokalizzar tat-tfittxija u tas-salvataġġ tal-vapur

6.1

Transponder tat-tiftix u tas-salvataġġ (SART) bir-radar

6.2

Trażmettitur AIS tat-tiftix u tas-salvataġġ (AIS-SART)

4    Metodi biex tiġi żgurata d-disponibbiltà tal-faċilitajiet bir-radju

(ir-Regolamenti IV/15.6 u 15.7 tal-Konvenzjoni SOLAS)

7.1

Duplikazzjoni tat-tagħmir

7.2

Manutenzjoni bbażata fuq l-art

7.3

Kapaċità ta’ manutenzjoni fuq il-baħar

5    Dettalji tat-tagħmir u tas-sistemi tan-navigazzjoni

1.1

Boxxla manjetika standard  (3)

1.2

Boxxla manjetika ta’ riżerva  (3)

1.3

Boxxla ġiroskopika  (3)

1.4

Ripetitur tad-direzzjoni tal-boxxla ġiroskopika  (3)

1.5

Ripetitur tal-angolu orizzontali tad-direzzjoni (bearing) tal-boxxla ġiroskopika  (3)

1.6

Sistema tal-kontroll tad-direzzjoni jew tal-insegwiment  (3)

1.7

Pelorus jew apparat tal-angolu orizzontali tad-direzzjoni tal-boxxla  (3)

1.8

Mezzi ta’ korrezzjoni tad-direzzjoni u tal-angoli orizzontali tad-direzzjoni  (3)

1.9

Apparat tat-trażmissjoni tad-direzzjoni (THD)  (3)

2.1

Mapep nawtiċi/Sistema Elettronika għall-wiri tal-mapep u tal-informazzjoni (ECDIS)  (2)

2.2

Arranġamenti ta’ riżerva għall-ECDIS

2.3

Pubblikazzjonijiet nawtiċi

2.4

Arranġamenti ta’ riżerva għall-pubblikazzjonijiet nawtiċi elettroniċi

3.1

Riċevitur għal sistema globali ta’ navigazzjoni bis-satellita/sistema ta’ radjunavigazzjoni terrestri/riċevitur ta’ sistema multipli tar-radjunavigazzjoni ta’ fuq il-vapur  (2) ,  (3)

3.2

Radar ta’ 9 GHz  (3)

3.3

It-tieni radar (3 GHz/9 GHz)  (2) ,  (3)

3.4

Tagħmir ta’ għajnuna għall-ipplottjar awtomatiku bir-radar (ARPA)  (3)

3.5

Tagħmir ta’ għajnuna għall-insegwiment awtomatiku (3)

3.6

It-tieni tagħmir ta’ għajnuna għall-insegwiment awtomatiku (3)

3.7

Tagħmir ta’ għajnuna għall-ipplottjar elettroniku (3)

4.1

Sistema ta’ identifikazzjoni awtomatika (AIS)

4.2

Sistema ta’ Identifikazzjoni u ta’ Insegwiment b’Firxa Baxxa (LRIT)

5

Reġistratur tad-data dwar il-vjaġġ/Reġistratur tad-data ssimplifikata dwar l-vjaġġ (VDR/S-VDR) (2)

6.1

Tagħmir tal-kejl tal-veloċità u tad-distanza (fl-ilma)3

6.2

Tagħmir tal-kejl tal-veloċità u tad-distanza (fuq l-art f’direzzjoni ’l quddiem u lura) (3)

7

Tagħmir biex jinstemal-eku (3)

8.1

Indikaturi tal-modalità operattiva tat-tmun, tal-iskrun, tal-ġibda u tal-pass (3)

8.2

Indikatur tar-rata tad-dawrien (3)

(1)  Eskluż dawk li huma inklużi fit-tagħmir tad-dgħajsa tas-sopravivenza, taċ-ċattra tas-salvataġġ u tad-dgħajsa tas-salvataġġ sabiex jikkonformaw mal-Kodiċi tal-LSA.

(2)  Ħassar kif ikun xieraq.

(3)  Mezzi alternattivi biex jiġi ssodisfat dan ir-rekwiżit huma permessi skont ir-Regolament V/19 tal-Konvenzjoni SOLAS. F’każ ta’ mezzi oħra, dawn għandhom jiġu speċifikati.

ANNESS III

LINJI GWIDA GĦAR-REKWIŻITI TAS-SIKUREZZA GĦALL-VAPURI TAL-PASSIĠĠIERI U GĦALL-INĠENJI TAL-BAĦAR B’VELOĊITÀ GĦOLJA GĦALL-PERSUNI B’MOBBILTÀ MNAQQSA

(kif imsemmi fl-Artikolu 8)

Meta jiġu biex japplikaw il-linji gwida ta’ dan l-Anness, l-Istati Membri għandhom isegwu l-MSC/Ċirk.735 tal-OMI, bl-isem ‘Recommendation on the design and operation of passenger ships to respond to elderly and disabled persons’ needs’ (Rakkommandazzjoni dwar id-disinn u l-operat tal-vapuri tal-passiġġieri sabiex jirrispondu għall-ħtiġijiet tal-persuni anzjani u tal-persuni b’diżabbiltà).

1.   AĊĊESS GĦALL-VAPUR

Il-vapuri jenħtieġ li jinbnew u jkunu mgħammra b’tali mod li persuna b’mobbiltà mnaqqsa tkun tista’ twettaq l-imbarkazzjoni u l-iżbark faċilment u b’mod sikur, u tkun tista’ tiġi żgurata l-aċċess bejn il-gverti, jew mingħajr assistenza jew permezz ta’ rampi, elevaturi jew liftijiet. Is-sinjali ta’ direzzjoni lejn tali aċċess jenħtieġ li jiġu mwaħħla fl-aċċessi l-oħra tal-vapur u f’postijiet xierqa oħra mal-vapur kollu.

2.   SINJALI

Is-sinjali pprovduti fuq vapur biex jgħinu lill-passiġġieri jenħtieġ li jkunu aċċessibbli għall-persuni b’mobbiltà mnaqqsa u faċli biex jinqraw minnhom, (inkluż il-persuni b’diżabbiltajiet tas-sensi), u jenħtieġ li jkunu ppożizzjonati f’punti ewlenin.

3.   MEZZI BIEX JIĠU KKOMUNIKATI L-MESSAĠĠI

L-operatur jenħtieġ li jkollu l-mezzi abbord il-bastiment biex jipprovdi l-avviżi b’mod viżiv u verbali, bħal pereżempju dawk li jirrigwardaw id-dewmien, il-bidliet fl-iskeda u s-servizzi abbord, għall-persuni b’forom varji ta’ mobbiltà mnaqqsa.

4.   ALLARM

Is-sistema tal-allarm u l-buttuni tal-allarm iridu jkunu ddisinjati b’tali mod li jkunu aċċessibbli għall-passiġġieri kollha b’mobbiltà mnaqqsa u biex iwasslulhom l-allert, inkluż il-persuni b’diżabbiltajiet tas-sensi u l-persuni b’diżabbiltajiet relatati mal-apprendiment.

5.   REKWIŻITI ADDIZZJONALI LI JIŻGURAW IL-MOBBILTÀ FIL-VAPUR

Il-poġġamani, il-kurituri u l-passaġġi, il-ftuħ tal-bibien u l-bibien għandhom jakkomodaw il-moviment ta’ persuna f’siġġu tar-roti. L-elevaturi, il-gverti tal-vetturi, is-swali tal-passiġġieri, l-ispazji tal-akkomodazzjoni u l-kmamar tal-ħasil għandhom ikunu ddisinjati sabiex ikunu aċċessibbli b’mod raġonevoli u proporzjonat għall-persuni b’mobbiltà mnaqqsa.