11.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 74/1


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/389

tal-31 ta’ Ottubru 2019

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 347/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-lista tal-Unjoni ta’ proġetti ta’ interess komuni

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 347/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2013 dwar linji gwida għall-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1364/2006/KE u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 713/2009, (KE) Nru 714/2009 u (KE) Nru 715/2009 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 347/2013 jistabbilixxi qafas għall-identifikazzjoni, għall-ippjanar u għall-implimentazzjoni ta’ proġetti ta’ interess komuni (“PCIs”) li huma meħtieġa biex jiġu implimentati d-disa’ kurituri ta’ prijorità tal-infrastruttura tal-enerġija ġeografika strateġika identifikati fl-oqsma tal-elettriku, tal-gass u taż-żejt, u t-tliet oqsma ta’ prijorità tal-infrastruttura tal-enerġija fl-Unjoni kollha għall-grilji intelliġenti, għall-awtostradi tal-elettriku u għan-netwerks tat-trasportazzjoni tad-diossidu tal-karbonju.

(2)

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tistabbilixxi l-lista tal-Unjoni tal-PCIs (“il-lista tal-Unjoni”).

(3)

Il-lista ta’ PCIs hija stabbilita kull sentejn, għalhekk jeħtieġ li tiġi sostitwita.

(4)

Il-proġetti proposti għall-inklużjoni fil-lista tal-Unjoni ġew ivvalutati mill-gruppi reġjonali msemmija fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 347/2013 li kkonfermaw li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 4 ta’ dak ir-Regolament.

(5)

L-abbozzi tal-listi reġjonali tal-PCIs ġew miftiehma mill-gruppi reġjonali f’laqgħat tekniċi. Wara l-opinjonijiet tal-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (“ACER”) fil-25 ta’ Settembru 2019 rigward l-applikazzjoni konsistenti tal-kriterji ta’ valutazzjoni u l-analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji fir-reġjuni kollha, il-korpi responsabbli għat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-gruppi reġjonali adottaw il-listi reġjonali fl-4 ta’ Ottubru 2019. Skont l-Artikolu 3(3)(a) tar-Regolament (UE) Nru 347/2013, qabel l-adozzjoni tal-listi reġjonali, il-proġetti kollha proposti ġew approvati minn dawk l-Istati Membri li l-proġetti jolqtu t-territorju tagħhom.

(6)

L-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-partijiet ikkonċernati rilevanti, inkluż il-produtturi, l-operaturi tas-sistemi ta’ distribuzzjoni, il-fornituri, u l-organizzazzjonijiet għall-ħarsien tal-konsumaturi u tal-ambjent, ġew ikkonsultati dwar il-proġetti proposti għall-inklużjoni fil-lista tal-Unjoni.

(7)

Il-PCIs għandhom jiġu elenkati skont il-prijoritajiet tal-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea strateġika fl-ordni stabbilita fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 347/2013. Jenħtieġ li l-lista tal-Unjoni ma tinkludi ebda klassifika ta’ proġetti.

(8)

Jenħtieġ li l-PCIs jiġu elenkati jew bħala PCIs waħedhom jew inkella bħala parti minn raggruppament ta’ diversi PCIs minħabba li huma interdependenti jew (potenzjalment) f’kompetizzjoni ma’ xulxin.

(9)

Il-lista tal-Unjoni tinkludi proġetti fi stadji differenti tal-iżvilupp tagħhom, li jinkludu l-prefattibbiltà, il-fattibilità, l-għoti tal-permessi u l-kostruzzjoni. Għall-PCIs fi stadju ta’ żvilupp bikri, jistgħu jkunu meħtieġa studji biex juru l-vijabbiltà teknika u ekonomika kif ukoll il-konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, inkluża l-leġiżlazzjoni ambjentali. F’dan il-kuntest, għandhom jiġu identifikati, ivvalutati u evitati jew imtaffija b’mod xieraq, l-impatti negattivi potenzjali fuq l-ambjent.

(10)

L-inklużjoni ta’ proġetti fil-lista tal-Unjoni hija bla preġudizzju għall-eżitu tal-valutazzjoni ambjentali relevanti u għall-proċedura tal-permessi. Skont l-Artikolu 5(8) tar-Regolament (UE) Nru 347/2013, proġett li ma jikkonformax mal-liġi tal-Unjoni jista’ jitneħħa mil-lista tal-Unjoni. L-implimentazzjoni tal-PCIs, u l-konformità tagħhom mal-leġiżlazzjoni relevanti, għandhom jiġu mmonitorjati f’konformità mal-Artikolu 5 ta’ dak ir-Regolament.

(11)

Għaldaqstant, ir-Regolament (UE) Nru 347/2013 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 347/2013 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Ottubru 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 115, 25.4.2013, p. 39.


ANNESS

L-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 347/2013 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“ANNESS VII

LISTA TAL-UNJONI TA’ PROĠETTI TA’ INTERESS KOMUNI (“IL-LISTA TAL-UNJONI”),

imsemmija fl-Artikolu 3(4)

A.   IL-PRINĊIPJI APPLIKATI FIT-TFASSIL TAL-LISTA TAL-UNJONI

(1)   Raggruppamenti ta’ PCIs

Ċerti PCIs jagħmlu parti minn raggruppament minħabba n-natura interdipendenti tagħhom, u minħabba li jikkompetu, jew potenzjalment jikkompetu, ma’ xulxin. Dawn it-tipi ta’ raggruppament ta’ PCIs huma stabbiliti kif ġej:

(a)

raggruppament ta’ PCIs interdipendenti huwa ddefinit bħala “Raggruppament X, inkluż il-PCIs li ġejjin:”. Dan it-tip ta’ raggruppament ġie fformat biex jidentifika l-PCIs li huma kollha meħtieġa biex jiġi indirizzat l-istess ostaklu transfruntiera, u biex jinħolqu sinerġiji jekk il-proġetti jiġu implimentati flimkien. F’dan il-każ, il-PCIs kollha għandhom jiġu implimentati biex jinkisbu l-benefiċċji mal-UE kollha;

(b)

raggruppament ta’ PCIs li potenzjalment jikkompetu huwa ddefinit bħala “Raggruppament X, inkluż PCI wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:”. Dan it-tip ta’ raggruppament jirrifletti inċertezza dwar il-kobor tal-ostakli transfruntiera. F’dan il-każ, mhux il-PCIs kollha inklużi fir-raggruppament iridu jiġu implimentati. Huwa f’idejn is-suq li jiddetermina jekk PCI wieħed, diversi PCIs jew il-PCIs kollha għandhomx jiġu implimentati, soġġetti għall-approvazzjonijiet regolatorji, għall-permessi u għall-ippjanar meħtieġa. Il-ħtieġa għall-PCIs għandha tiġi vvalutata mill-ġdid fil-proċess sussegwenti tal-identifikazzjoni tal-PCIs, inkluż f’dak li għandu x’jaqsam mal-ħtiġijiet ta’ kapaċità; kif ukoll

(c)

raggruppament ta’ PCIs li jikkompetu huwa ddefinit bħala “Raggruppament X, inkluż wieħed mill-PCIs li ġejjin:”. Dan it-tip ta’ raggruppament jindirizza l-istess punt diffiċli. Madankollu, il-kobor tal-ostaklu huwa aktar ċert milli fil-każ ta’ raggruppament ta’ PCIs li potenzjalment jikkompetu, u għalhekk għandu jiġi implimentat PCI wieħed biss. Huwa f’idejn is-suq li jiddetermina liema PCI għandu jiġi implimentat, soġġett għall-approvazzjonijiet regolatorji, għall-permessi u għall-ippjanar meħtieġa. Fejn meħtieġ, il-bżonn ta’ PCIs għandu jiġi vvalutat mill-ġdid fi proċess sussegwenti ta’ identifikazzjoni ta’ PCI.

Il-PCIs kollha huma soġġetti għall-istess drittijiet u obbligi stabbiliti skont ir-Regolament (UE) Nru 347/2013.

(2)   It-trattament ta’ substazzjonijiet u stazzjonijiet tal-kompressuri

Substazzjonijiet u stazzjonijiet tal-elettriku back-to-back u stazzjonijiet tal-kompressuri tal-gass jitqiesu bħala partijiet tal-PCIs jekk ikunu jinsabu ġeografikament fuq il-linji tat-trażmissjoni. Is-substazzjonijiet, l-istazzjonijiet back-to-back u l-istazzjonijiet tal-kompressuri jitqiesu bħala PCIs awtonomi u huma espliċitament elenkati fil-lista tal-Unjoni jekk il-pożizzjoni ġeografika tagħhom tkun differenti mil-linji tat-trażmissjoni. Dawn huma soġġetti għad-drittijiet u għall-obbligi stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 347/2013.

(3)   Proġetti li ma għadhomx meqjusa PCIs u proġetti li saru parti minn PCIs oħra

(a)

Għadd ta’ proġetti inklużi fil-listi tal-Unjoni stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 1391/2013 u bir-Regolament (UE) 2016/89 ma għadhomx jitqiesu PCIs għal raġuni waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:

il-proġett diġà ġie kkummissjonat jew irid jiġi kkummissjonat sa tmiem l-2019, u għalhekk ma jkunx jibbenefika mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 347/2013;

skont data ġdida, il-proġett ma jissodisfax il-kriterji ġenerali;

promotur ma jkunx ressaq mill-ġdid il-proġett fil-proċess tal-għażla għal din il-lista tal-Unjoni; jew

il-proġett ġie kklassifikat f’pożizzjoni aktar baxxa minn PCIs kandidati oħrajn fil-proċess tal-għażla.

Dawn il-proġetti (bl-eċċezzjoni tal-proġetti kkummissjonati jew li se jiġu kkummissjonati sa tmiem l-2019) jistgħu jitqiesu għall-inklużjoni fil-lista tal-Unjoni li jmiss jekk ir-raġunijiet għan-nuqqas ta’ inklużjoni fil-lista tal-Unjoni attwali ma jibqgħux japplikaw.

Tali proġetti mhumiex PCIs, iżda huma elenkati għal raġunijiet ta’ trasparenza u ċarezza bin-numri ta’ PCI oriġinali tagħhom fl-Anness VII(C) bħala “Proġetti li ma għadhomx meqjusa PCIs”.

(b)

Barra minn hekk, ċerti proġetti inklużi fil-listi tal-Unjoni stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 1391/2013 u bir-Regolament (UE) 2016/89 saru parti integrali minn (raggrupamenti ta’) PCIs oħra waqt li l-proċess ta’ implimentazzjoni kien għaddej.

Tali proġetti ma għadhomx jitqiesu PCIs indipendenti, iżda huma elenkati għal raġunijiet ta’ trasparenza u ċarezza bin-numri ta’ PCI oriġinali tagħhom fl-Anness VII(C) bħala “Proġetti li issa huma parti integrali minn PCIs oħra”.

(4)   Definizzjoni ta’ “PCIs b’tikkettar doppju bħala awtostradi tal-elettriku”

“PCIs b’tikkettar doppju bħala awtostradi tal-elettriku” tfisser PCIs li jappartienu għal wieħed mill-kurituri tal-elettriku ta’ prijorità u għaż-żona tematika ta’ prijorità għall-awtostradi tal-elettriku.

B.   IL-LISTA TAL-UNJONI TA’ PROĠETTI TA’ INTERESS KOMUNI

(1)   Il-Kuritur ta’ Prijorità “Grilja lil hinn mill-Kosta tal-Pajjiżi tal-Baħar tat-Tramuntana” (“NSOG”)

Nru.

Definizzjoni

1.3

Raggruppament id-Danimarka — il-Ġermanja, inkluż il-PCIs li ġejjin:

1.3.1

Interkonnessjoni bejn Endrup (DK) u Klixbüll (DE)

1.6

L-interkonnessjoni bejn Franza u l-Irlanda bejn La Martyre (FR) u Great Island jew Knockraha (IE) [attwalment magħrufa bħala “Interkonnettur Ċeltiku”]

1.7

Ir-raggruppament ta’ interkonnessjonijiet bejn Franza u r-Renju Unit, inklużi wieħed jew aktar mill-PCIs li ġejjin:

1.7.1

Interkonnessjoni bejn Cotentin (FR) u l-akkwati ta’ Exeter (UK) [attwalment magħrufa bħala “FAB”]

1.7.3

Interkonnessjoni bejn Coquelles (FR) u Folkestone (UK) [attwalment magħrufa bħala “ElecLink”]

1.7.5

Interkonnessjoni bejn l-akkwati ta’ Dunkerque (FR) u l-akkwati ta’ Kingsnorth (UK) [attwalment magħrufa bħala “Gridlink”]

1.8

Raggruppament il-Ġermanja — in-Norveġja [attwalment magħruf bħala “NordLink”]

1.8.1

Interkonnessjoni bejn Wilster (DE) u Tonstad (NO)

1.9

1.9.1

Interkonnessjoni l-Irlanda — ir-Renju Unit bejn Wexford (IE) u Pembroke, Wales (UK) [attwalment magħrufa bħala “Greenlink”]

1.10

Raggruppament tal-interkonnessjonijiet ir-Renju Unit — in-Norveġja, inkluż PCI wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:

1.10.1

Interkonnessjoni bejn Blythe (UK) u Kvilldal (NO) [attwalment magħrufa bħala “North Sea Link”]

1.10.2

Interkonnessjoni bejn Peterhead (UK) u Simadalen (NO) [attwalment magħrufa bħala “NorthConnect”]

1.12

Raggruppament ta’ faċilitajiet ta’ ħżin tal-elettriku fir-Renju Unit, inkluż PCI wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:

1.12.3

Ħażna ta’ enerġija f’arja kkompressata f’Middelwich [attwalment magħrufa bħala “CARES”]

1.12.4

Ħażna tal-elettriku ppumpjat bl-ilma fi Cruachan II

1.14

L-interkonnessjoni bejn Revsing (DK) u Bicker Fen (UK) [attwalment magħrufa bħala “Viking Link”]

1.15

Interkonnessjoni bejn iż-żona ta’ Antwerp (BE) u l-akkwati ta’ Kemsley (UK) [attwalment magħrufa bħala “Nautilus”]

1.16

Interkonnessjoni bejn in-Netherlands u r-Renju Unit

1.17

Ħażna ta’ enerġija f’arja kkompressata fi Zuidwending (NL)

1.18

Faċilità ta’ ħażna tal-elettriku ppumpjat bl-ilma lil hinn mill-kosta fil-Belġju [attwalment magħrufa bħala “iLand”]

1.19

Ċentru wieħed jew aktar fil-Baħar tat-Tramuntana b’interkonnetturi ma’ pajjiżi ġirien tal-Baħar tat-Tramuntana (id-Danimarka, il-Ġermanja, in-Netherlands) [attwalment magħrufa bħala “North Sea Wind Power Hub”]

1.20

L-interkonnessjoni bejn il-Ġermanja u r-Renju Unit [attwalment magħrufa bħala “NeuConnect”]

(2)   Il-Kuritur ta’ Prijorità “Interkonnessjonijiet tal-Elettriku bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar fil-Punent tal-Ewropa” (“NSI West Electricity”)

Nru.

Definizzjoni

2.4

Interkonnessjoni bejn Codrongianos (IT), Lucciana (Korsika, FR) u Suvereto (IT) [attwalment magħrufa bħala “SACOI 3”]

2.7

Interkonnessjoni bejn Aquitaine (FR) u l-Pajjiż Bask (ES) [attwalment magħrufa bħala “Biscay Gulf”]

2.9

Linja interna bejn Osterath u Philippsburg (DE) biex tiżdied il-kapaċità tul il-fruntieri tal-Punent [attwalment magħrufa bħala “Ultranet”]

2.10

Linja interna bejn Brunsbüttel/Wilster u Grοβgartach/Bergrheinfeld-West (DE) biex tiżdied il-kapaċità tul il-fruntieri tat-Tramuntana u tan-Nofsinhar [attwalment magħrufa bħala “Suedlink”]

2.13

Raggruppament tal-interkonnessjonijiet bej l-Irlanda u r-Renju Unit, inkluż il-PCIs li ġejjin:

2.13.1

L-interkonnessjoni bejn Woodland (IE) u Turleenan (UK) [attwalment magħrufa bħala “North-South interconnector”]

2.13.2

Interkonnessjoni bejn Srananagh (IE) u Turleenan (UK) [attwalment magħrufa bħala “RIDP1”]

2.14

Interkonnessjon bejn Thusis/Sils (CH) u Verderio Inferiore (IT) [attwalment magħrufa bħala “Greenconnector”]

2.16

Raggruppament ta’ linji interni, inkluż il-PCIs li ġejjin:

2.16.1

Linja interna bejn Pedralva u Sobrado (PT), li qabel kienu ddeżinjati bħala Pedralva u Alfena (PT)

2.16.3

Linja interna bejn Vieira do Minho, Ribeira de Pena u Feira (PT), li qabel kienu ddeżinjati bħala Frades B, Ribeira de Pena u Feira (PT)

2.17

L-interkonnessjoni bejn il-Portugall u Spanja bejn Beariz — Fontefría (ES), Fontefría (ES) — Ponte de Lima (PT) (li qabel kienet Vila Fría/Viana do Castelo) u Ponte de Lima — Vila Nova de Famalicão (PT) (li qabel kienet Vila do Conde) (PT), inklużi substazzjonijiet fi Beariz (ES), Fontefría (ES) u Ponte de Lima (PT)

2.18

Żieda fil-kapaċità tal-ħażna tal-elettriku ppumpjat bl-ilma f’Kaunertal, Tyrol (AT)

2.23

Linji interni fil-fruntiera tat-Tramuntana tal-Belġju bejn Zandvliet u Lillo-Liefkenshoek (BE), u bejn Liefkenshoek u Mercator, inkluż substazzjoni f’Lillo (BE) [attwalment magħrufin bħala “BRABO II + III”]

2.27

2.27.1

Interkonnessjoni bejn Aragona (ES) u l-Pirenej Atlantiċi (FR) [attwalment magħrufa bħala “Pyrenean crossing 2”]

2.27.2

Interkonnessjoni bejn Navarra (ES) u Landes (FR) [attwalment magħrufa bħala “Pyrenean crossing 1”]

2.28

2.28.2

Ħażna tal-elettriku ppumpjat bl-ilma f’Navaleo (ES)

2.28.3

Ħażna tal-elettriku ppumpjat bl-ilma f’Girones & Raïmats (ES)

2.28.4

Ħażna tal-elettriku ppumpjat bl-ilma f’Cúa (ES)

2.29

Impjant tal-Idroenerġija Elettrika f’Silvermines (IE)

2.30

Ħażna tal-elettriku ppumpjat bl-ilma f’Riedl (DE)

(3)   Il-Kuritur ta’ Prijorità “Interkonnessjonijiet tal-Elettriku bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar fil-Lvant Ċentrali u fin-Nofsinhar tal-Ewropa” (“NSI East Electricity”)

Nru.

Definizzjoni

3.1

Raggruppament l-Awstrija — il-Ġermanja, inkluż il-PCIs li ġejjin:

3.1.1

Interkonnessjoni bejn St. Peter (AT) u Isar (DE)

3.1.2

Linja interna bejn St. Peter u Tauern (AT)

3.1.4

Linja interna bejn Westtirol u Zell-Ziller (AT)

3.4

Interkonnessjoni bejn Wurmlach (AT) u Somplago (IT)

3.7

Raggruppament il-Bulgarija — il-Greċja bejn Maritsa East 1 u N. Santa u t-tisħiħ intern meħtieġ fil-Bulgarija, inkluż il-PCIs li ġejjin:

3.7.1

Interkonnessjoni bejn Maritsa East 1 (BG) u N. Santa (EL)

3.7.2

Linja interna bejn Maritsa East 1 u Plovdiv (BG)

3.7.3

Linja interna bejn Maritsa East 1 u Maritsa East 3 (BG)

3.7.4

Linja interna bejn Maritsa East 1 u Burgas (BG)

3.8

Iż-żieda tal-kapaċità tar-raggruppament tal-Bulgarija u tar-Rumanija [attwalment magħrufa bħala l-“Kuritur tal-Baħar l-Iswed”], inklużi l-PCIs li ġejjin:

3.8.1

Linja interna bejn Dobrudja u Burgas (BG)

3.8.4

Linja interna bejn Cernavoda u Stalpu (RO)

3.8.5

Linja interna bejn Gutinas u Smardan (RO)

3.9

3.9.1

Interkonnessjoni bejn Žerjavenec (HR)/Hévíz (HU) u Cirkovce (SI)

3.10

Raggruppament Iżrael — Ċipru — il-Greċja [attwalment magħruf bħala “EUROASIA Interconnector”], inkluż il-PCIs li ġejjin:

3.10.1

Interkonnessjoni bejn Hadera (IL) u Kofinou (CY)

3.10.2

Interkonnessjoni bejn Kofinou (CY) u Korakia, Kreta (EL)

3.11

Raggruppament ta’ linji interni, inkluż il-PCIs li ġejjin:

3.11.1

Linja interna bejn Vernerov u Vitkov (CZ)

3.11.2

Linja interna bejn Vitkov u Prestice (CZ)

3.11.3

Linja interna bejn Prestice u Kocin (CZ)

3.11.4

Linja interna bejn Kocin u Mirovka (CZ)

3.11.5

Linja interna bejn Mirovka u l-linja V413 (CZ)

3.12

Linja interna fil-Ġermanja bejn Wolmirstedt u Isarto żżid il-kapaċità ta’ trażmissjoni interna bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar [attwalment magħrufa bħala SuedOstLink]

3.14

Tisħiħ intern fil-Polonja [parti mir-raggruppament attwalment magħruf bħala “GerPol Power Bridge”], inkluż il-PCIs li ġejjin:

3.14.2

Linja interna bejn Krajnik u Baczyna (PL)

3.14.3

Linja interna bejn Mikułowa u Świebodzice (PL)

3.14.4

Linja interna bejn Baczyna u Plewiska (PL)

3.16

3.16.1

Interkonnessjoni l-Ungerija – is-Slovakkja bejn Gabčikovo (SK) u Gönyű (HU) u Veľký Ďur (SK)

3.17

Interkonnessjoni l-Ungerija – is-Slovakkja bejn Sajóvánka (HU) u Rimavská Sobota (SK)

3.21

Interkonnessjoni bejn Salgareda (IT) u Divača — ir-reġjun ta’ Bericevo (SI)

3.22

Raggruppament ir-Rumanija — is-Serbja [attwalment magħruf bħala “Mid Continental East Corridor”], inkluż il-PCIs li ġejjin:

3.22.1

Interkonnessjoni bejn Resita (RO) u Pancevo (RS)

3.22.2

Linja interna bejn Portile de Fier u Resita (RO)

3.22.3

Linja interna bejn Resita u Timisoara/Sacalaz (RO)

3.22.4

Linja interna bejn Arad u Timisoara/Sacalaz (RO)

3.23

Ħażna tal-elettriku ppumpjat bl-ilma f’Yadenitsa (BG)

3.24

Ħażna tal-elettriku ppumpjat bl-ilma f’Amfilochia (EL)

3.27

Interkonnessjoni bejn Sqallija (IT) u t-Tuneżija (TU) [attwalment magħrufa bħala “ELMED”]

(4)   Il-Kuritur ta’ Prijorità “Pjan ta’ Interkonnessjoni tas-Suq Baltiku tal-Enerġija” (“BEMIP Electricity”)

Nru.

Definizzjoni

4.2

Raggruppament l-Estonja — il-Latvja bejn Kilingi-Nõmme u Riga [attwalment magħrufa bħala “Third interconnection”], inkluż il-PCIs li ġejjin:

4.2.1

L-interkonnessjonijiet bejn Kilingi-Nõmme (EE) u s-substazzjon CHP2 ta’ Riga (LV)

4.2.2

Linja interna bejn Harku u Sindi (EE)

4.2.3

Linja interna bejn Riga CHP 2 u Riga HPP (LV)

4.4

4.4.2

Linja interna bejn Ekhyddan u Nyboro/Hemsjö (SE)

4.5

4.5.2

Linja interna bejn Stanisławów u Ostrołęka (PL)

4.6

Ħażna tal-elettriku ppumpjat bl-ilma fl-Estonja

4.7

Żieda fil-kapaċità tal-ħażna tal-elettriku ppumpjat bl-ilma fi Kruonis (LT)

4.8

Integrazzjoni u sinkronizzazzjoni tas-sistema tal-elettriku tal-Istati Baltiċi man-netwerks Ewropej, inkluż il-PCIs li ġejjin:

4.8.1

Interkonnessjoni bejn Tartu (EE) u Valmiera (LV)

4.8.2

Linja interna bejn Balti u Tartu (EE)

4.8.3

Interkonnessjoni bejn Tsirguliina (EE) u Valmiera (LV)

4.8.4

Linja interna bejn Eesti u Tsirguliina (EE)

4.8.7

Linja interna bejn Paide u Sindi (EE)

4.8.8

Linja interna bejn Vilnius u Neris (LT)

4.8.9

Aktar aspetti ta’ infrastruttura relatati mal-implimentazzjoni tas-sinkronizzazzjoni tas-sistema tal-Istati Baltiċi man-netwerk Ewropew kontinentali

4.8.10

Interkonnessjoni bejn il-Litwanja u l-Polonja [attwalment magħrufa bħala “Harmony Link”]

4.8.11

Ameljoramenti fis-substazzjon ta’ Alytus (LT)

4.8.12

Rikostruzzjonijiet fin-North-Eastern Lithuania (LT)

4.8.13

Substazzjon ġdid ta’ 330 kV f’Mūša (LT)

4.8.14

Linja interna bejn Bitenai u KHAE (LT)

4.8.15

Substazzjon ġdid ta’ 330 kV f’Darbėnai (LT)

4.8.16

Linja interna bejn Darbenai u Bitenai (LT)

4.8.17

Linja interna bejn LE u Vilnius (LT)

4.8.18

Linja interna bejn Dunwo u Żydowo Kierzkowo (PL)

4.8.19

Linja interna bejn Piła Krzewina u Żydowo Kierzkowo (PL)

4.8.20

Linja interna bejn Krajnik u Morzyczyn (PL)

4.8.21

Linja interna bejn Morzyczyn-Dunowco-Słupsk-Żarnowiec (PL)

4.8.22

Linja interna bejn Żarnowiec-Gdańsk/Gdańsk Przyjaźńska Gdańsk Błonia (PL)

4.8.23

Kondensaturi tas-sinkronizzazzjoni, li jipprovdu inerzja, stabbiltà tal-vultaġġ, stabbiltà tal-frekwenza u enerġija f’ċirkwit kort fil-Litwanja, fil-Latvja u fl-Estonja

4.10

Raggruppament il-Finlandja – l-Iżvezja [attwalment magħruf bħala “Third interconnection Finland – Sweden”], inkluż il-PCIs li ġejjin:

4.10.1

Interkonnessjoni bejn it-Tramuntana tal-Finlandja u t-Tramuntana tal-Iżvezja

4.10.2

Linja interna bejn Keminmaa u Pyhänselkä (FI)

(5)   Il-Kuritur ta’ Prijorità “Interkonnessjonijiet tal-Gass Tramuntana-Nofsinhar fil-Punent tal-Ewropa” (“NSI West Gas”)

Nru.

Definizzjoni

5.3

Terminal tal-LNG ta’ Shannon u l-pipeline ta’ konnessjoni (IE)

5.19

Konnessjoni bejn Malta u n-netwerk tal-gass Ewropew — interkonnessjoni tal-pipeline mal-Italja f’Gela

5.21

Adattament mill-gass kalorifiku baxx għal għoli fi Franza u l-Belġju

(6)   Il-Kuritur ta’ Prijorità “Interkonnessjonijiet tal-Gass Tramuntana-Nofsinhar fl-Ewropa tal-Lvant Ċentrali u fl-Ewropa tax-Xlokk” (“NSI East Gas”)

Nru.

Definizzjoni

6.2

Interkonnessjoni bejn il-Polonja, is-Slovvakja u l-Ungerija bit-tisħiħ intern relatat, inklużi l-PCIs li ġejjin:

6.2.1

L-interkonnessjoni bejn il-Polonja u s-Slovakkja

6.2.2

Kuritur tal-Gass Tramuntana – Nofsinhar fil-Lvant tal-Polonja

kif ukoll

6.2.13

Żvilupp u titjib tal-kapaċità ta’ trażmissjoni ta’ interkonnettur bejn is-Slovakkja u l-Ungerija

6.5

Raggruppament tat-terminal tal-LNG ta’ Krk u l-pipelines ta’ konnessjoni u evakwazzjoni lejn l-Ungerija u lil hinn minnha, inkluż il-PCIs li ġejjin:

6.5.1

Żvilupp ta’ terminal tal-LNG f’Krk (HR) sa 2,6 bcm/a – Fażi I u l-pipeline ta’ konnessjoni Omišalj – Zlobin (HR)

6.5.5

“Compressor station 1” fis-sistema tat-trażmissjoni tal-gass tal-Kroazja

6.8

Raggruppament ta’ żvilupp u tisħiħ tal-infrastruttura li jinforzaw il-Balkan Gas Hub, inklużi l-PCIs li ġejjin:

6.8.1

Interkonnessjoni il-Greċja — il-Bulgarija [attwalment magħrufa bħala “IGB”] bejn Komotini (EL) u Stara Zagora (BG) u l-istazzjon tal-kompressur f’Kipi (EL)

6.8.2

Riabilitazzjoni, modernizzazzjoni u espansjoni tas-sistema tat-trażmissjoni Bulgara

6.8.3

Interkonnessjoni ta’ gass il-Bulgarija — is-Serbja [attwalment magħrufa bħala “IBS”] (6.10 dwar it-tielet (3) lista tal-PCIs)

6.9

6.9.1

Terminal tal-LNG fit-Tramuntana tal-Greċja

6.20

Żieda fil-kapaċità tal-ħżin tar-raggruppament fix-Xlokk tal-Ewropa, inklużi wieħed jew aktar minn dawn il-PCIs li ġejjin:

6.20.2

Espansjoni tal-UGS f’Chiren (BG)

6.20.3

Faċilità tal-UGS fin-Nofsinhar ta’ Kavala u stazzjon tal-kejl u tar-regolazzjoni (EL)

u wieħed mill-PCIs li ġejjin:

6.20.4

Ħażna tal-gass ta’ Depomures fir-Rumanija

6.20.6

Ħażna tal-gass taħt l-art ta’ Sarmasel fir-Rumanija

6.23

L-interkonnessjoni bejn l-Ungerija, is-Slovenja u l-Italja (Nagykanizsa (HU) — Tornyiszentmiklós (HU) — Lendava (SI) — Kidričevo (SI) — Ajdovščina (SI) — Šempeter (SI) — Gorizia (IT))

6.24

Raggruppament taż-żieda gradwali fil-kapaċità tul il-kuritur ta’ trażmissjoni bidirezzjonali l-(Bulgarija — ir-Rumanija — l-Ungerija — (l-Awstrija) (attwalment magħruf bħala “ROHUAT/BRUA”) biex tippermetti kapaċità fl-interkonnessjoni bejn ir-Rumanija u l-Ungerija ta’ 1,75 bcm/a fl-ewwel (1) fażi, 4,4 bcm/a fit-tieni (2) fażi, u bl-inklużjoni ta’ riżorsi ġodda mill-Baħar l-Iswed fit-tieni (2) fażi:

6.24.1

ROHU(AT)/BRUA – l-ewwel (1) fażi, inkluż:

Żvilupp tal-kapaċità tat-trażmissjoni fir-Rumanija minn Podișor sa Recas, inkluż pipeline ġdida, stazzjon tal-kejl, u tliet stazzjonijiet tal-kompressuri ġodda f’Podisor, Bibesti u Jupa

6.24.4

ROHU (AT)/BRUA — it-tieni (2) fażi, inkluż:

Stazzjon tal-kompressur Városföld (HU)

Espansjoni tal-kapaċità tat-trażmissjoni fir-Rumanija minn Recas sa Horia lejn l-Ungerija sa 4,4 bcm/a u espansjoni tal-istazzjonijiet tal-kompressuri f’Podisor, Bibesti u Jupa

Pipeline tal-kosta tal-Baħar l-Iswed — Podișor (RO) għall-akkwiżizzjoni tal-gass tal-Baħar l-Iswed

Fluss fid-direzzjoni opposta bejn ir-Rumanija u l-Ungerija: Sezzjoni Ungeriża, it-tieni (2) stazzjon tal-kompressur f’Csanádpalota (HU)

6.26

6.26.1

Raggruppament il-Kroazja — is-Slovenja — l-Awstrija f’Rogatec, inkluż:

Interkonnessjoni l-Kroazja — is-Slovenja (Lučko — Zabok — Rogatec)

Stazzjon tal-kompressur ta’ Kidričevo, it-tieni fażi tal-ammeljorament (SI)

Stazzjonijiet tal-kompressuri 2 u 3 fis-sistema tat-trażmissjoni tal-gass Kroata

GCA 2015/08: Dħul/Ħruġ Murfeld (AT)

Ammeljorament tal-interkonnessjoni Murfeld/Ceršak (AT-SI)

Ammeljorament tal-interkonnessjoni ta’ Rogatec

6.27

LNG Gdansk (PL)

(7)   Il-Kuritur ta’ Prijorità “Kuritur tal-Gass tan-Nofsinhar” (“SGC”)

Nru.

Definizzjoni

7.1

Raggruppament ta’ PCIs ta’ infrastruttura tat-trasport integrata, iddedikata u li tista’ tlaħħaq ma’ domanda akbar, u tagħmir assoċjat għat-trasport b’minimu ta’ 10 bcm/a ta’ sorsi ġodda ta’ gass mir-Reġjun tal-Kaspju, li jgħaddi mill-Ażerbajġan, mill-Georgia u mit-Turkija u li jilħaq is-swieq tal-UE fil-Greċja u fl-Italja, u li jinkludi l-PCIs li ġejjin:

7.1.1

Pipeline tal-gass lejn l-UE mit-Turkmenistan u mill-Ażerbajġan, li jgħaddi mill-Georgia u mit-Turkija [attwalment magħruf bħala l-kombinazzjoni “Trans-Caspian Gas Pipeline” (TCP), “South-Caucasus Pipeline FutureExpansion”)]

7.1.3

Pipeline tal-gass mill-Greċja sal-Italja li jgħaddi mill-Albanija u mill-Baħar Adrijatiku [attwalment magħruf bħala “Trans-Adriatic Pipeline” (TAP)], inkluż stazzjon tal-kejl u tar-regolazzjoni u stazzjon tal-kompressur f’Nea Missimvria, kif ukoll l-Interkonnessjoni tat-TAP.

7.3

Raggruppament ta’ PCIs tal-infrastruttura biex tittrasporta gass ġdid mir-riżervi tal-gass tal-Lvant tal-Mediterran, inkluż:

7.3.1

Pipeline mir-riżervi tal-gass tal-Lvant tal-Mediterran lejn il-Greċja kontinentali li jgħaddi minn Kreta [attwalment magħrufa bħala “EastMed Pipeline”], bi stazzjon tal-kejl u tar-regolazzjoni f’Megalopoli

u l-PCIs li ġejjin dipendenti minnha:

7.3.3

Pipeline tal-gass mill-Greċja sal-Italja [attwalment magħruf bħala “Poseidon Pipeline”]

7.3.4

Tisħiħ tal-kapaċitajiet ta’ trażmissjoni interna fl-Italja, inkluż it-tisħiħ tal-kapaċitajiet ta’ trażmissjoni interna Nofsinhar-Tramuntana [attwalment magħrufa bħala “Adriatica Line”] u tisħiħ tal-kapaċitajiet ta’ trażmissjoni interna fir-reġjun tal-Puglia [Matagiola — Massafra pipeline]

7.5

Żvilupp tal-infrastruttura tal-gass f’Ċipru [attwalment magħruf bħala “Cyprus Gas2EU”]

(8)   Il-Kuritur ta’ Prijorità, Pjan ta’ Interkonnessjoni tas-Suq Baltiku tal-Enerġija fil-gass (“BEMIP Gas”)

Nru.

Definizzjoni

8.2

L-ammeljorament tal-infrastruttura ta’ raggruppament fir-reġjun tal-Lvant tal-Baħar Baltiku, inklużi l-PCIs li ġejjin:

8.2.1

Titjib tal-interkonnessjoni l-Latvja — il-Litwanja

8.2.4

Titjib tal-Ħażna tal-Gass Taħt l-Art ta’ Inčukalns (LV)

8.3

Raggruppament ta’ infrastruttura, inkluż il-PCIs li ġejjin:

8.3.1

Tisħiħ tal-interkonnessjoni Nybro — il-Polonja/id-Danimarka

8.3.2

Interkonnessjoni l-Polonja — id-Danimarka [attwalment magħrufa bħala “Baltic Pipe”]

8.5

L-interkonnessjoni bejn il-Polonja u l-Litwanja [attwalment magħrufa bħala “GIPL”]

(9)   Il-Kuritur ta’ Prijorità “Konnessjonijiet tal-Provvista taż-Żejt fil-Lvant Ċentrali tal-Ewropa” (“OSC”)

Nru.

Definizzjoni

9.1

Il-pipeline ta’ Adamowo - Brody: il-pipeline li jgħaqqad is-sit ta’ mmaniġġar ta’ JSC Uktransnafta fi Brody (l-Ukraina) mal-Park tat-Tankijiet ta’ Adamowo (il-Polonja)

9.2

Il-pipeline ta’ Bratislava - Schwechat: il-pipeline li jgħaqqad lil Schwechat (l-Awstrija) ma’ Bratislava (ir-Repubblika Slovakka)

9.4

Pipeline ta’ Litvinov (iċ-Ċekja) — Spergau (il-Ġermanja): il-proġett ta’ estensjoni tal-pipeline taż-żejt grezz ta’ Druzhba lejn ir-raffinerija TRM Spergau

9.5

Raggruppament tal-pipeline ta’ Pomorze (il-Polonja), inklużi l-PCIs li ġejjin:

9.5.1

Kostruzzjoni ta’ terminal taż-żejt fi Gdańsk (fażi II)

9.5.2

L-espansjoni tal-pipeline ta’ Pomorze: it-tieni linja tal-pipeline

9.6

TAL Plus: l-espansjoni tal-kapaċità tal-pipeline TAL bejn Trieste (l-Italja) u Ingolstadt (il-Ġermanja)

(10)   Iż-Żona Tematika ta’ Prijorità “Implimentazzjoni tal-Grilji Intelliġenti”

Nru.

Definizzjoni

10.3

SINCRO.GRID (is-Slovenja, il-Kroazja) - Integrazzjoni innovattiva ta’ soluzzjonijiet sinerġetiċi u maturi bbażati fuq it-teknoloġija, sabiex tiżdied is-sigurtà tal-operati tas-sistemi tal-elettriku Sloven u Kroat b’mod simultanju

10.4

ACON (iċ-Ċekja, is-Slovakkja) - L-għan ewlieni tal-ACON (Again COnnected Networks) huwa li jrawwem l-integrazzjoni tas-swieq tal-elettriku Ċek u Slovakk

10.6

Inizjattiva ta’ Fruntieri Intelliġenti (Franza, il-Ġermanja) - L-Inizjattiva ta’ Fruntieri Intelliġenti se tgħaqqad politiki mfassla minn Franza u mill-Ġermanja sabiex tappoġġja l-bliet u t-territorji tagħhom fl-istrateġiji ta’ tranżizzjoni tal-enerġija u fl-integrazzjoni tas-swieq Ewropej

10.7

Danube Ingrid (l-Ungerija, is-Slovakkja) — il-proġett itejjeb il-koordinazzjoni transfruntiera tal-ġestjoni tan-netwerk tal-elettriku, b’enfasi fuq il-ġbir u l-iskambju ta’ data aktar intelliġenti

10.8

Data Bridge (l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, id-Danimarka, il-Finlandja, Franza) — għandu l-għan li jibni Pjattaforma Komuni Ewropea għal Pont tad-Data, li tippermetti l-integrazzjoni ta’ tipi differenti ta’ data (data dwar il-metraġġ intelliġenti, data operattiva tan-netwerk, data dwar is-suq), bil-ħsieb li jiġu żviluppati soluzzjonijiet li jistgħu jiġu estiżi u replikabbli għall-UE

10.9

Il-proġett ta’ flessibbiltà transfruntiera (l-Estonja, il-Finlandja) — għandu l-għan li jappoġġa l-integrazzjoni tas-SER u jżid is-sigurtà tal-provvista permezz tal-forniment transfruntier ta’ servizzi ta’ flessibbiltà lill-Estonja, il-Finlandja u u li jiġi pprovdut minn ġenerazzjoni distribwita.

(11)   Iż-Żona Tematika ta’ Prijorità “Awtostradi tal-Elettriku”

Lista ta’ PCIs b’tikkettar doppju bħala awtostradi tal-elettriku

Nru.

Definizzjoni

Il-Kuritur ta’ Prijorità “Grilja lil hinn mill-Kosta tal-Pajjiżi tal-Baħar tat-Tramuntana” (“NSOG”)

1.3

Raggruppament id-Danimarka — il-Ġermanja, inkluż il-PCIs li ġejjin:

1.3.1

Interkonnessjoni bejn Endrup (DK) u Klixbüll (DE)

1.6

L-interkonnessjoni bejn Franza u l-Irlanda bejn La Martyre (FR) u Great Island jew Knockraha (IE) [attwalment magħrufa bħala “Interkonnettur Ċeltiku”]

1.7

Ir-raggruppament ta’ interknonnessjonijiet bejn Franza u r-Renju Unit, inklużi wieħed jew aktar mill-PCIs li ġejjin:

1.7.1

Interkonnessjoni bejn Cotentin (FR) u l-akkwati ta’ Exeter (UK) [attwalment magħrufa bħala “FAB”]

1.7.3

Interkonnessjoni bejn Coquelles (FR) u Folkestone (UK) [attwalment magħrufa bħala “ElecLink”]

1.7.5

Interkonnessjoni bejn l-akkwati ta’ Dunkerque (FR) u l-akkwati ta’ Kingsnorth (UK) [attwalment magħrufa bħala “Gridlink”]

1.8

Raggruppament il-Ġermanja — in-Norveġja [attwalment magħruf bħala “NordLink”]

1.8.1

Interkonnessjoni bejn Wilster (DE) u Tonstad (NO)

1.10

Raggruppament tal-interkonnessjonijiet ir-Renju Unit — in-Norveġja, inkluż PCI wieħed jew aktar minn dawk li ġejjin:

1.10.1

Interkonnessjoni bejn Blythe (UK) u Kvilldal (NO) [attwalment magħrufa bħala “North Sea Link”]

1.10.2

Interkonnessjoni bejn Peterhead (UK) u Simadalen (NO) [attwalment magħrufa bħala “NorthConnect”]

1.14

L-interkonnessjoni bejn Revsing (DK) u Bicker Fen (UK) [attwalment magħrufa bħala “Viking Link”]

1.15

L-interkonnessjoni bejn iż-żona ta’ Antwerp (BE) u l-akkwati ta’ Kemsley (UK) [attwalment magħrufa bħala “Nautilus”]

1.16

L-interkonnessjoni bejn in-Netherlands u r-Renju Unit

1.19

Ċentru wieħed jew aktar fil-Baħar tat-Tramuntana b’interkonnetturi ma’ pajjiżi ġirien tal-Baħar tat-Tramuntana (id-Danimarka, il-Ġermanja, in-Netherlands) [attwalment magħruf bħala “North Sea Wind Power Hub”]

1.20

L-interkonnessjoni bejn il-Ġermanja u r-Renju Unit [attwalment magħrufa bħala “NeuConnect”]

Il-Kuritur ta’ Prijorità “Interkonnessjonijiet tal-Elettriku bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar fil-Punent tal-Ewropa” (“NSI West Electricity”)

2.7

L-interkonnessjoni bejn Aquitaine (FR) u l-Pajjiż Bask (ES) [attwalment magħrufa bħala “Biscay Gulf”]

2.9

Linja interna bejn Osterath u Philippsburg (DE) biex tiżdied il-kapaċità tul il-fruntieri tal-Punent [attwalment magħrufa bħala “Ultranet”]

2.10

Linja interna bejn Brunsbüttel/Wilster and Grοβgartach/Bergrheinfeld-West (DE) biex tiżdied il-kapaċità tul il-fruntieri tat-Tramuntana u tan-Nofsinhar [attwalment magħrufa bħala “Suedlink”]

2.13

Raggruppament tal-interkonnessjonijiet l-Irlanda — ir-Renju Unit, inkluż il-PCIs li ġejjin:

2.13.1

Interkonnessjoni bejn Woodland (IE) u Turleenan (UK)

2.13.2

Interkonnessjoni bejn Srananagh (IE) u Turleenan (UK)

Il-Kuritur ta’ Prijorità “Interkonnessjonijiet tal-Elettriku bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar fil-Lvant Ċentrali u fin-Nofsinhar tal-Ewropa” (“NSI East Electricity”)

3.10

Raggruppament Iżrael — Ċipru — il-Greċja [attwalment magħruf bħala “EUROASIA Interconnector”], inkluż il-PCIs li ġejjin:

3.10.1

Interkonnessjoni bejn Hadera (IL) u Kofinou (CY)

3.10.2

Interkonnessjoni bejn Kofinou (CY) u Korakia, Kreta (EL)

3.12

Linja interna fil-Ġermanja bejn Wolmirstedt u Isar biex tiżdied il-kapaċità ta’ trażmissjoni interna bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar [attwalment magħrufa bħala SuedOstLink]

(12)   Netwerk transfruntiera għad-dijossidu tal-karbonju

Nru.

Definizzjoni

12.2

Is-CO2-Sapling Project huwa l-komponent tal-infrastruttura tat-trasport tal-proġett Acorn tal-katina sħiħa tas-CCS (ir-Renju Unit, f’fażijiet ulterjuri n-Netherlands, in-Norveġja)

12.3

TransPorts CO2 għandu l-għan li jistabbilixxi infrastruttura li tiffaċilita l-qbid, it-trasport u l-ħżin fuq skala kbira ta’ CO2 minn Rotterdam, f’Antwerp u fil-Port tal-Baħar tat-Tramuntana

12.4

Il-proġett Northern Lights — proġett kummerċjali ta’ konnessjoni ta’ trasport transkonfinali tad-CO2 bejn diversi inizjattivi ta’ qbid Ewropej (ir-Renju Unit, l-Irlanda, il-Belġju, in-Netherlands, Franza, l-Iżvezja) u t-trasport tad-CO2 maqbud bil-vapur għal sit ta’ ħżin fuq il-blata kontinentali Norveġiża

12.5

Il-proġett Athos jipproponi infrastruttura għat-trasport tad-CO2 minn żoni industrijali fin-Netherlands u huwa miftuħ għall-idea li jirċievi CO2 addizzjonali minn oħrajn, bħall-Irlanda u l-Ġermanja li qed jiżviluppaw struttura ta’ trasport ta’ volum għoli interoperabbli transfruntiera interoperabbli.

12.6

Il-proġett Ervia Cork huwa maħsub li jimmira mill-ġdid il-pipelines tal-gass naturali eżistenti fuq l-art u dawk lil hinn mill-kosta u li jinbena pipeline apposta ġdid tad-CO2 għat-trasport tad-CO2 maqbud minn CCUS tal-industrija peżanti u ċ-ċiklu tal-GTs sal-faċilità ta’ ħżin.

C.   LISTI TAL-“PROĠETTI LI M’GĦADHOMX IKKUNSIDRATI PCIS” U L-“PROĠETTI LI SARU PARTI INTEGRALI TA’ PCIS OĦRA FIT-TIENI U/JEW IT-TIELET LISTA TA’ PCIS”

(1)   Il-Kuritur ta’ Prijorità “Grilja lil hinn mill-Kosta tal-Pajjiżi tal-Baħar tat-Tramuntana” (“NSOG”)

Numri tal-PCI tal-proġetti li ma għadhomx jitqiesu PCIs

1.1.1

1.1.2

1.1.3

1.2

1.3.2

1.4

1.5

1.7.4

1.8.2

1.9.2

1.9.3

1.9.4

1.9.5

1.9.6

1.11.1

1.11.2

1.11.3

1.11.4

1.12.1

1.12.2

1.12.5

(2)   Il-Kuritur ta’ Prijorità “Interkonnessjonijiet tal-Elettriku bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar fil-Punent tal-Ewropa” (“NSI West Electricity”)

Numri tal-PCI tal-proġetti li ma għadhomx jitqiesu PCIs

2.2.1

2.2.2

2.2.3

2.2.4

2.3.1

2.3.2

2.5.1

2.5.2

2.6

2.8

2.11.1

2.11.2

2.11.3

2.12

2.15.1

2.15.2

2.15.3

2.15.4

2.16.2

2.19

2.20

2.21

2.22

2.24

2.25.1

2.25.2

2.26

2.28.1


Proġetti li saru partijiet integrali ta’ PCIs oħra fit-tieni u/jew it-tielet lista ta’ PCIs

Numru tal-PCI oriġinali tal-proġett

Numru tal-PCI li fih il-proġett ġie integrat

2.1

3.1.4

(3)   Il-Kuritur ta’ Prijorità “Interkonnessjonijiet tal-Elettriku bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar fil-Lvant Ċentrali u fin-Nofsinhar tal-Ewropa” (“NSI East Electricity”)

Numri tal-PCI tal-proġetti li ma għadhomx jitqiesu PCIs

3.1.3

3.2.1

3.2.2

3.2.3

3.3

3.5.1

3.5.2

3.6.1

3.6.2

3.8.2

3.8.3

3.8.6

3.9.2

3.9.3

3.9.4

3.10.3

3.13

3.14.1

3.15.1

3.15.2

3.16.2

3.16.3

3.18.1

3.18.2

3.19.2

3.19.3

3.20.1

3.20.2

3.22.5

3.25

3.26


Proġetti li saru partijiet integrali ta’ PCIs oħra fit-tieni u/jew it-tielet lista ta’ PCIs

Numru tal-PCI oriġinali tal-proġett

Numru tal-PCI li fih il-proġett ġie integrat

3.19.1

3.22.5

(4)   Il-Kuritur ta’ Prijorità “Pjan ta’ Interkonnessjoni tas-Suq Baltiku tal-Enerġija” (“BEMIP Electricity”)

Numri tal-PCI tal-proġetti li ma għadhomx jitqiesu PCIs

4.1

4.4.1

4.5.1

4.5.3

4.5.4

4.5.5

4.8.5

4.8.6


Proġetti li saru partijiet integrali ta’ PCIs oħra fit-tieni u/jew it-tielet lista ta’ PCIs

Numru tal-PCI oriġinali tal-proġett

Numru tal-PCI li fih il-proġett ġie integrat

4.3

4.8.9

4.9

4.8.9

(5)   Il-Kuritur ta’ Prijorità “Interkonnessjonijiet tal-Gass Tramuntana-Nofsinhar fil-Punent tal-Ewropa” (“NSI West Gas”)

Numri tal-PCI tal-proġetti li ma għadhomx jitqiesu PCIs

5.1.1

5.1.2

5.1.3

5.2

5.4.1

5.4.2

5.5.1

5.5.2

5.6

5.7.1

5.7.2

5.9

5.10

5.11

5.12

5.13

5.14

5.15.1

5.15.2

5.15.3

5.15.4

5.15.5

5.16

5.17.1

5.17.2

5.18

5.20


Proġetti li saru partijiet integrali ta’ PCIs oħra fit-tieni u/jew it-tielet lista ta’ PCIs

Numru tal-PCI oriġinali tal-proġett

Numru tal-PCI li fih il-proġett ġie integrat

5.8.1

5.5.2

5.8.2

5.5.2

(6)   Il-Kuritur ta’ Prijorità “Interkonnessjonijiet tal-Gass Tramuntana-Nofsinhar fl-Ewropa tal-Lvant Ċentrali u fl-Ewropa tax-Xlokk” (“NSI East Gas”)

Numri tal-PCI tal-proġetti li ma għadhomx jitqiesu PCIs

6.2.10

6.2.11

6.2.12

6.2.14

6.3

6.4

6.5.3

6.5.4

6.5.6

6.7

6.8.3

6.9.2

6.9.3

6.11

6.12

6.16

6.17

6.19

6.20.1

6.20.5

6.21

6.22.1

6.22.2

6.24.1

Oġġett imneħħi: Il-fluss fid-direzzjoni opposta bejn ir-Rumanija u l-Ungerija: Sezzjoni Ungeriża, stazzjon tal-kompressur tal-ewwel fażi fi Csanádpalota

Oġġett imneħħi: Stazzjon ta’ kompressur GCA Mosonmagyarovar (żvilupp fuq in-naħa Awstrijaka)

6.24.4

Oġġett imneħħi: pipeline Ercsi-Százhalombatta (HU)

Oġġett imneħħi: Il-fluss fid-direzzjoni opposta bejn ir-Rumanija u l-Ungerija: Sezzjoni Ungeriża, stazzjon tal-kompressur tal-ewwel fażi fi Csanádpalota;

6.24.10

6.25.1

6.25.2

6.25.4


Proġetti li saru partijiet integrali ta’ PCIs oħra fit-tieni u/jew it-tielet lista ta’ PCIs

Numru tal-PCI oriġinali tal-proġett

Numru tal-PCI li fih il-proġett ġie integrat

6.1.1

6.2.10

6.1.2

6.2.11

6.1.3

6.2.11

6.1.4

6.2.11

6.1.5

6.2.11

6.1.6

6.2.11

6.1.7

6.2.11

6.1.8

6.2.2

6.1.9

6.2.11

6.1.10

6.2.2

6.1.11

6.2.2

6.1.12

6.2.12

6.2.3

6.2.2

6.2.4

6.2.2

6.2.5

6.2.2

6.2.6

6.2.2

6.2.7

6.2.2

6.2.8

6.2.2

6.2.9

6.2.2

6.5.2

6.5.6

6.6

6.26.1

6.8.4

6.25.4

6.13.1

6.24.4

6.13.2

6.24.4

6.13.3

6.24.4

6.14

6.24.1

6.15.1

6.24.10

6.15.2

6.24.10

6.18

7.3.4

6.24.2

6.24.1

6.24.3

6.24.1

6.24.5

6.24.4

6.24.6

6.24.4

6.24.7

6.24.4

6.24.8

6.24.4

6.24.9

6.24.4

6.25.3

6.24.10

6.26.2

6.26.1

6.26.3

6.26.1

6.26.4

6.26.1

6.26.5

6.26.1

6.26.6

6.26.1

(7)   Il-Kuritur ta’ Prijorità “Kuritur tal-Gass tan-Nofsinhar” (“SGC”)

Numri tal-PCI tal-proġetti li ma għadhomx jitqiesu PCIs

7.1.1

Oġġett imneħħi: Pipeline Trans-Anatoljan

7.1.2

7.1.5

7.1.7

7.2.1

7.2.2

7.2.3

7.4.1

7.4.2


Proġetti li saru partijiet integrali ta’ PCIs oħra fit-tieni u/jew it-tielet lista ta’ PCIs

Numru tal-PCI oriġinali tal-proġett

Numru tal-PCI li fih il-proġett ġie integrat

7.1.6

7.1.3

7.1.4

7.3.3

7.3.2

7.5

(8)   Il-Kuritur ta’ Prijorità “Pjan ta’ Interkonnessjoni tas-Suq Baltiku tal-Enerġija fil-Gass” (“BEMIP Gas”)

Numri tal-PCI tal-proġetti li ma għadhomx jitqiesu PCIs

8.1.1

8.1.2.1

8.1.2.2

8.1.2.3

8.1.2.4

8.2.2

8.2.3

8.4

8.6

8.7

8.8

(9)   Il-Kuritur ta’ Prijorità “Konnessjonijiet tal-Provvista taż-Żejt fil-Lvant Ċentrali tal-Ewropa” (“OSC”)

Numri tal-PCI tal-proġetti li ma għadhomx jitqiesu PCIs

9.3

(10)   Iż-Żona Tematika ta’ Prijorità “Implimentazzjoni tal-Grilji Intelliġenti”

Numri tal-PCI tal-proġetti li ma għadhomx jitqiesu PCIs

10.1

10.2

10.5

(11)   Iż-Żona Tematika ta’ Prijorità “Awtostradi tal-Elettriku”

Numri tal-PCI tal-proġetti li ma għadhomx jitqiesu PCIs

1.5

1.7.4

2.2

2.4

2.5.1

3.1.3

4.1

(12)   Żona Tematika ta’ Prijorità tan-Netwerk Transfruntier tad-Dijossidu tal-Karbonju

Numri tal-PCI tal-proġetti li ma għadhomx jitqiesu PCIs

12.1