9.3.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 72/3 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/383
tas-6 ta’ Marzu 2020
li jiffissa d-dazji tal-importazzjoni għal ċerti tipi ta’ ross meħluf, applikabbli mid-9 ta’ Marzu 2020
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikolari l-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 183 tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerka dwar il-metodu ta’ kalkolu tad-dazji applikati għar-ross meħluf, approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/476/KE (2), jistabbilixxi metodu għall-kalkolu tad-dazji applikati għall-importazzjonijiet tar-ross meħluf. |
(2) |
Abbażi tal-informazzjoni mibgħuta mill-awtoritajiet kompetenti, il-Kummissjoni tinnota li l-liċenzji ta’ importazzjoni għar-ross meħluf tal-Kodiċi NM 1006 20, għajr il-liċenzji tal-importazzjoni tar-ross Basmati, inħarġu għal kwantità ta’ 235 233 tunnellata għall-perjodu mill-1 ta’ Settembru 2019 sad-29 ta’ Frar 2020. Għalhekk id-dazju tal-importazzjoni għar-ross meħluf tal-kodiċi NM 1006 20, għajr ir-ross Basmati, iffissat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/371 (3) jenħtieġ li jiġi emendat. |
(3) |
Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/371 jitħassar. |
(4) |
Id-dazju applikabbli għandu jiġi ffissat fi żmien għaxart ijiem minn tmiem il-perjodu ta’ referenza. Għalhekk jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ minnufih, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Għal kull tunnellata ta’ ross meħluf tal-kodiċi NM 1006 20, għajr ir-ross Basmati, id-dazju tal-importazzjoni għandu jkun 42,50 EUR kull tunnellata.
Artikolu 2
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/371 jitħassar.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Marzu 2020.
Għall-Kummissjoni,
f’isem il-President,
María Ángeles BENÍTEZ SALAS
Aġent Direttur Ġenerali
Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/476/KE tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerka dwar il-metodu ta’ kalkolu tad-dazji applikati għal ross meħluf u li temenda d-Deċiżjonijiet 2004/617/KE, 2004/618/KE u 2004/619/KE (ĠU L 170, 1.7.2005, p. 67).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/371 tas-7 ta’ Marzu 2019 li jiffissa d-dazji tal-importazzjoni għal ċerti tipi ta' ross meħluf applikabbli mit-8 ta' Marzu 2019 (ĠU L 68, 8.3.2019, p. 3).