27.2.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
LI 56/1 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/274
tas-27 ta’ Frar 2020
li jimplimenta r-Regolament (UE) 2019/1890 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-attivitajiet ta’ tħaffir mhux awtorizzat tat-Turkija fil-Lvant tal-Mediterran
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2019/1890 tal-11 ta’ Novembru 2019 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-attivitajiet ta’ tħaffir mhux awtorizzat tat-Turkija fil-Lvant tal-Mediterran (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 12(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l‐Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fil-11 ta’ Novembru 2019, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2019/1890. |
(2) |
Fit-12 ta’ Diċembru 2019, il-Kunsill Ewropew fakkar fil-konklużjonijiet preċedenti tiegħu dwar it-Turkija tat-22 ta’ Marzu u l-20 ta’ Ġunju 2019. Huwa kkonferma mill-ġdid il-konklużjonijiet tiegħu tas-17 u t-18 ta’ Ottubru 2019 dwar l-attivitajiet ta’ tħaffir illegali tat-Turkija fiż-Żona Ekonomika Esklussiva ta’ Ċipru u b’mod inekwivoku afferma mill-ġdid is-solidarjetà tiegħu ma’ Ċipru. |
(3) |
F’dan il-kuntest, u billi t-Turkija kompliet bl-attivitajiet ta’ tħaffir mhux awtorizzati fil-Lvant tal-Mediterran, jenħtieġ li żewġ persuni jiġu inklużi fil-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi fl-Anness I għar-Regolament (UE) 2019/1890. |
(4) |
L-Anness I għar-Regolament (UE) 2019/1890 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I għar-Regolament (UE) 2019/1890 huwa emendat kif jinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jkun vinkolanti fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Frar 2020.
Għall-Kunsill
Il-President
D. HORVAT
ANNESS
Il-persuni li ġejjin jiżdiedu mal-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi li tinsab fl-Anness għad-Deċiżjoni (PESK) 2019/1894:
|
Isem |
Informazzjoni ta’ identifikazzjoni |
Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
||||||||
“1. |
Mehmet Ferruh AKALIN |
Data tat-twelid: 9.12. 1960 Numru tal-passaport jew dokument ta’ identità: 13571379758 Ċittadinanza: Turkija Sess: raġel |
Mehmet Ferruh Akalin huwa Viċi President (Assistant General Manager) u membru tal-Bord tad-Diretturi tat-Turkish Petroleum Corporation (TPAO). Huwa l-kap tad-Dipartimenti tat-TPAO għall-Esplorazzjoni, iċ-Ċentru għar-Riċerka u l-Iżvilupp u t-Teknoloġiji tal-Informazzjoni. Fil-kapaċità tiegħu bħala Viċi President tat-TPAO u kap tad-Dipartiment għall-Esplorazzjoni tagħha, Mehmet Ferruh Akalin huwa responsabbli għall-ippjanar, id-direzzjoni u l-implimentazzjoni tal-attivitajiet tat-TPAO għall-esplorazzjoni għall-idrokarburi fil-baħar. Dawn jinkludu l-attivitajiet ta’ tħaffir tat-TPAO li ma ġewx awtorizzati mir-Repubblika ta’ Ċipru, kif jidher hawn taħt. Dawk l-attivitajiet ta’ tħaffir mhux awtorizzat twettqu minn:
It-TPAO ħabbret ukoll aktar attivitajiet ta’ tħaffir ippjanati li ser jitwettqu, mingħajr l-awtorizzazzjoni tar-Repubblika ta’ Ċipru, mill-bastiment tat-TPAO għat-tħaffir Yavuz f’parti miż-żona ekonomika esklussiva tar-Repubblika ta’ Ċipru nnotifikata minnha lin-Nazzjonijiet Uniti u delimitata fi ftehimiet mal-Eġittu u l-Iżrael, bejn Jannar u Mejju 2020. |
27.2.2020 |
||||||||
2. |
Ali Coscun NAMOGLU |
Data tat-twelid: 27.11.1956 Numru tal-passaport jew dokument ta’ identità: 11096919534 Ċittadinanza: Turkija Sess: raġel |
Ali Coscun Namoglu huwa l-Viċi Direttur tad-Dipartiment għall-Esplorazzjoni tat-Turkish Petroleum Corporation (TPAO). F’din il-kapaċità, Ali Coscun Namoglu huwa involut fl-ippjanar, id-direzzjoni u l-implimentazzjoni tal-attivitajiet tat-TPAO għall-esplorazzjoni għall-idrokarburi fil-baħar. Dawn jinkludu l-attivitajiet ta’ tħaffir tat-TPAO li ma ġewx awtorizzati mir-Repubblika ta’ Ċipru, kif jidher hawn taħt. Dawk l-attivitajiet ta’ tħaffir mhux awtorizzat twettqu minn:
It-TPAO ħabbret ukoll aktar attivitajiet ta’ tħaffir ippjanati li ser jitwettqu, mingħajr l-awtorizzazzjoni tar-Repubblika ta’ Ċipru, mill-bastiment tat-TPAO għat-tħaffir Yavuz f’parti miż-żona ekonomika esklussiva tar-Repubblika ta’ Ċipru nnotifikata minnha lin-Nazzjonijiet Uniti u delimitata fi ftehimiet mal-Eġittu u l-Iżrael, bejn Jannar u Mejju 2020. |
27.2.2020” |