23.1.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 18/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/94

tad-22 ta ’Jannar 2020

li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2078 rigward il-kwoti tariffarji għal-laħam tat-tjur li joriġina mill-Ukrajna u li jidderoga minn dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni għas-sena tal-kwoti 2020

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikolari l-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 187 tiegħu,

Billi:

(1)

Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/2145 (2), il-Kunsill, f’isem l-Unjoni Ewropea, approva ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukrajna li jemenda l-preferenzi kummerċjali għal-laħam tat-tjur u għall-preparati tal-laħam tat-tjur previsti fil-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”).

(2)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2078 (3) jipprevedi l-ftuħ u l-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji għall-importazzjoni fl-Unjoni tal-laħam tat-tjur li joriġina mill-Ukrajna.

(3)

Bi qbil mal-Ftehim, l-Unjoni se żżid b’50 000 tunnellata l-kwota tariffarja fuq il-laħam u l-ġewwieni li jittiekel tat-tjur li jkun frisk, imkessaħ jew iffriżat, u għal laħam ippreparat jew ippreżervat ieħor tad-dundjani u tat-tjur tal-ispeċi Gallus domestikus li jikkonċerna il-kodiċijiet tan-NM li jikkorrispondu man-numru tal-ordni 09.4273 stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2078.

(4)

Għaldaqstant jixraq li jiġi emendat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 2015/2078 biex ikun iqis il-kwantitajiet tal-kwoti tar-rata tariffarja li se jkunu disponibbli skont il-Ftehim.

(5)

Il-Ftehim se jidħol fis-seħħ mill-1 ta’ Frar 2020. Għas-sena tal-kwoti 2020, il-kwantitajiet addizzjonali ta’ prodotti tal-laħam tat-tjur bi kwota tariffarja li se jkunu disponibbli skont il-Ftehim iridu jiġu kkalkulati fuq bażi prorata u titqies id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim. Jenħtieġ li mill-perjodu tal-kwota li jibda fl-1 ta’ Jannar 2021, ikunu disponibbli l-kwantitajiet annwali kollha tal-prodotti tal-laħam tat-tjur.

(6)

Il-kwantità addizzjonali tal-kwota għall-prodotti tal-laħam tat-tjur allokata lill-Ukrajna skont il-Ftehim jenħtieġ li tkun disponibbli sa mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim, li hi l-1 ta’ Frar 2020. Skont l-Artikolu 2 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2078, il-kwota għall-prodotti tal-laħam tat-tjur allokata għall-Ukrajna tiġi amministrata fuq bażi ta’ kull tliet xhur.

(7)

Skont l-Artikolu 3(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2078, il-perjodu tal-applikazzjoni għad-drittijiet tal-importazzjoni huwa l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta’ qabel il-bidu ta’ kull tliet xhur. B’hekk, għas-subperjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Marzu 2020, il-perjodu tal-applikazzjoni jkun diġà skada fid-data li jibda jseħħ il-Ftehim. Għaldaqstant jenħtieġ li l-ewwel sebat ijiem ta’ Frar 2020 jiġu ffissati bħala perjodu addizzjonali għall-applikazzjoni tad-drittijiet tal-importazzjoni li jikkorrispondi mal-kwantità tal-kwota addizzjonali skont il-Ftehim għall-perjodu mill-1 ta’ Frar sal-31 ta’ Marzu 2020.

(8)

L-Artikolu 3(3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2078 jipprevedi li meta l-applikanti għad-drittijiet tal-importazzjoni jkunu qed iressqu l-ewwel applikazzjoni tagħhom għal sena tal-kwoti speċifika, iridu jippreżentaw il-provi li kwantità tal-prodotti tat-tjur li jidħlu fil-kodiċijiet tan-NM 0207, 0210 99 39, 160 231, 1602 32 jew 1602 39 21 ġiet importata minnhom skont id-dispożizzjonijiet doganali rilevanti (“il-kwantità ta’ referenza”) u li dawn il-provi jridu jkunu marbuta mal-perjodu ta’ 12-il xahar li jintemm xahar wieħed qabel l-ewwel applikazzjoni tagħhom. Fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, dawn il-provi tal-importazzjonijiet preċedenti jkunu diġà tressqu mill-applikanti li ppreżentaw l-applikazzjonijiet għad-drittijiet tal-importazzjoni f’Diċembru tal-2019 rigward kwart tal-kwantità oriġinali ta’ 19 200 tunnellata li saru disponibbli f’Diċembru tal-2019. Madankollu, il-kwantità annwali għas-sena tal-kwoti 2020 prevista fil-Ftehim hija ta’ 65 033 tunnellata. Għaldaqstant jeżisti r-riskju li l-provi li jressqu l-applikanti dwar id-drittijiet tal-importazzjonijiet preċedenti li kellhom f’Diċembru tal-2019 ma jkunux iqisu ż-żieda fil-kwantitajiet tal-kwoti previsti fil-Ftehim. Għalhekk jixraq li għal dawk l-applikanti li ppreżentaw il-provi tal-importazzjonijiet preċedenti f’Diċembru tal-2019, jinfetaħ perjodu addizzjonali għall-preżentazzjoni ta’ provi addizzjonali ta’ importazzjonijiet preċedenti.

(9)

L-Artikolu 3(4) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2078 jistabbilixxi l-kwantità totali ta’ prodotti li tista’ tkopri applikazzjoni għad-drittijiet tal-importazzjoni għal 25 % tal-kwantitajiet ta’ referenza tal-applikant f’kull wieħed mis-subperjodi previsti fl-Artikolu 2 ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni. Biex jintuża qafas konsistenti għall-perjodu tal-applikazzjoni addizzjonali li nfetaħ b’dan ir-Regolament, jenħtieġ li dan il-limitu jkun japplika wkoll għall-perjodu ta’ applikazzjoni addizzjonali għad-drittijiet tal-importazzjoni li jikkorrispondu mal-kwantità addizzjonali tal-kwoti skont il-Ftehim għall-perjodu mill-1 ta’ Frar sal-31 ta’ Marzu 2020.

(10)

Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2078 jiġi emendat skont dan.

(11)

Jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim. Għaldaqstant jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis seħħ b’urġenza.

(12)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emenda għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2078

L-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2078 huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Derogi mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2078 għas-sena tal-kwoti 2020

1.   B’deroga mill-Artikolu 2 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2078, rigward il-kwota taħt in-numru tal-ordni 09.4273 stabbilita fl-Anness I ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni kif emendat mill-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament, il-kwantità addizzjonali ta’ 8 333 tunnellati għandha ssir disponibbli matul il-perjodu mill-1 ta’ Frar sal-31 ta’ Marzu 2020.

2.   B’deroga mill-Artikolu 3(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2078, rigward il-kwota taħt in-numru tal-ordni 09.4273 stabbilita fl-Anness I ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni kif emendat mill-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament, għall-perjodu mill-1 ta’ Frar sal-31 ta’ Marzu 2020, l-applikazzjonijiet għad-drittijiet tal-importazzjoni li jkopru l-kwantità addizzjonali msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jitressqu fl-ewwel sebat ijiem ta’ Frar 2020.

3.   B’deroga mill-Artikolu 3(3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2078, dawk li applikaw għad-drittijiet tal-importazzjoni f’Diċembru tal-2019 jistgħu jippreżentaw provi addizzjonali tal-kwantità ta’ prodotti tat-tjur li jidħlu fil-kodiċijiet tan-NM 0207, 0210 99 39, 160 231, 160 232 jew 1602 39 21 li importaw huma jew li ġew importati f’isimhom skont id-dispożizzjonijiet doganali rilevanti waqt il-perjodu tal-1 ta’ Novembru 2018 sal-31 ta’ Ottubru 2019, b’dawk id-dati inklużi. Dawn il-provi addizzjonali tal-importazzjonijiet preċedenti għandhom jitressqu fl-ewwel sebat ijiem ta’ Frar tal-2020.

Artikolu 3

Applikazzjonijiet għad-drittijiet tal-importazzjoni li jitressqu fi Frar tal-2020

Il-kwantità totali tal-prodotti koperti mill-applikazzjoni għad-drittijiet tal-importazzjoni li jitressqu fi Frar tal-2020 skont l-Artikolu 2(2) ma għandhiex taqbeż il-25 % tal-kwantità ta’ referenza tal-applikant. Għall-applikanti li ressqu l-provi addizzjonali f’konformità mal-Artikolu 2(3), il-kwantità ta’ referenza għandha tiġi ddeterminata billi jitqiesu dawk il-provi addizzjonali.

Artikolu 4

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu jibda japplika mill-1 ta’ Frar 2020.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-22 ta ’Jannar 2020.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/2145 tal-5 ta’ Diċembru 2019 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukrajna li jemenda l-preferenzi kummerċjali għal-laħam tat-tjur u preparati tal-laħam tat-tjur previsti fil-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra (ĠU L 325, 16.12.2019, p. 41).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2078 tat-18 ta’ Novembru 2015 li jiftaħ u fiħ previst għall-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji tal-importazzjoni tal-Unjoni għal-laħam tat-tjur li joriġina fl-Ukrajna (ĠU L 302, 19.11.2015, p. 63).


ANNESS

Minkejja r-regoli għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, il-kliem tad-deskrizzjoni tal-prodotti għandu jitqies bħala ta’ valur indikattiv biss, peress li l-applikabbiltà tal-arranġamenti preferenzjali hija ddeterminata, fil-kuntest ta’ dan l-Anness, mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-kodiċijiet tan-NM. Meta jiġu indikati l-kodiċijiet tan-NM li kienu jintużaw qabel (il-kodiċijiet NM “ex”), l-użu tal-iskema preferenzjali jeħtieġ li jiġi ddeterminat abbażi tal-kodiċi tan-NM u tad-deskrizzjoni korrispondenti, meħudin flimkien.

Numru tal-ordni

Kodiċijiet tan-NM

Deskrizzjoni

Perjodu tal-importazzjoni

Kwantità f’tunnellati (piż nett)

Dazju applikabbli

(f’EUR/t)

09.4273

0207 11 30

0207 11 90

0207 12

0207 13 10

0207 13 20

0207 13 30

0207 13 50

0207 13 60

0207 13 70

0207 13 99

0207 14 10

0207 14 20

0207 14 30

0207 14 50

0207 14 60

0207 14 70

0207 14 99

0207 24

0207 25

0207 26 10

0207 26 20

0207 26 30

0207 26 50

0207 26 60

0207 26 70

0207 26 80

0207 26 99

0207 27 10

0207 27 20

0207 27 30

0207 27 50

0207 27 60

0207 27 70

0207 27 80

0207 27 99

0207 41 30

0207 41 80

0207 42

0207 44 10

0207 44 21

0207 44 31

0207 44 41

0207 44 51

0207 44 61

0207 44 71

0207 44 81

0207 44 99

0207 45 10

0207 45 21

0207 45 31

0207 45 41

0207 45 51

0207 45 61

0207 45 81

0207 45 99

0207 51 10

0207 51 90

0207 52 90

0207 54 10

0207 54 21

0207 54 31

0207 54 41

0207 54 51

0207 54 61

0207 54 71

0207 54 81

0207 54 99

0207 55 10

0207 55 21

0207 55 31

0207 55 41

0207 55 51

0207 55 61

0207 55 81

0207 55 99

0207 60 05

0207 60 10

ex -020760 21  (1)

0207 60 31

0207 60 41

0207 60 51

0207 60 61

0207 60 81

0207 60 99

0210 99 39

1602 31

1602 32

1602 39 21

Laħam u ġewwieni li jittiekel tat-tjur, frisk, imkessaħ jew iffriżat; laħam ieħor, ippreparat jew ippreservat, tad-dundjan u ta’ tjur tal-ispeċi Gallus domesticus

Sena 2020

Mill-2021

65 033

70 000

0

09.4274

0207 12

Il-laħam u l-ġewwieni li jittiekel tat-tjur, mhux imqatta’ f’biċċiet, iffriżat

 

20 000

0


(1)  Nofsijiet jew kwartijiet ta’ farawni friski jew imkessħa.