23.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 353/8


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ (PESK) 2020/1541

tat-13 ta’ Ottubru 2020

dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS) (EUPOL COPPS/1/2020)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/354/PESK tat-3 ta’ Lulju 2013 dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 9(1) tad-Deċiżjoni 2013/354/PESK, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) huwa awtorizzat, f’konformità mat-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tat-Trattat, li jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti bil-għan li jeżerċita l-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS), inkluż id-deċiżjoni li jinħatar Kap tal-Missjoni.

(2)

Fit-28 ta’ Settembru 2017 il-KPS adotta d-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2017/1802 (2), li taħtar is-Sur Kauko AALTOMAA bħala Kap tal-Missjoni EUPOL COPPS mill-1 ta’ Ottubru 2017 sat-30 ta’ Ġunju 2018.

(3)

Il-mandat tas-Sur Kauko AALTOMAA bħala Kap tal-Missjoni ta’ EUPOL COPPS ġie estiż regolarment, l-aktar reċenti sat-30 ta’ Settembru 2020 permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/902 (3), li emendat ukoll id-Deċiżjoni 2013/354/PESK u estendiet id-durata ta’ EUPOL COPPS sat-30 ta’ Ġunju 2021.

(4)

Fis-7 ta’ Ottubru 2020 ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà ppropona l-ħatra tas-Sa Nataliya APOSTOLOVA bħala Kap tal-Missjoni ta’ EUPOL COPPS,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sa Nataliya APOSTOLOVA hija b’dan maħtura Kap tal-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS) mill-15 ta’ Novembru 2020 sat-30 ta’ Ġunju 2021.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Għandha tapplika mill-15 ta’ Novembru 2020.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Ottubru 2020.

Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà

Il-President

S. FROM-EMMESBERGER


(1)  ĠU L 185, 4.7.2013, p. 12.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2017/1802 tat-28 ta’ Settembru 2017 dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea fit-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS) (EUPOL COPPS/1/2017) (ĠU L 259, 7.10.2017, p. 20).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/902 tad-29 ta’ Ġunju 2020 li temenda d-Deċiżjoni 2013/354/PESK dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS) (ĠU L 207, 30.6.2020, p. 30).