4.9.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 290/14 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ (PESK) 2020/1250
tal-1 ta’ Settembru 2020
dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni ta’ Taħriġ Militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana, u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2019/1113 (EUTM RCA/2/2020)
IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 38 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/610 tad-19 ta’ April 2016 dwar Missjoni ta’ Taħriġ Militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUTM RCA) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(1) tagħha,
Billi:
(1) |
Il-Kunsill awtorizza, taħt id-Deċiżjoni (PESK) 2016/610, lill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS), f’konformità mal-Artikolu 38 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, biex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti dwar il-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-Missjoni ta’ Taħriġ Militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUTM RCA), inklużi d-deċiżjonijiet dwar il-ħatra ta’ Kmandanti sussegwenti tal-Forza tal-Missjoni tal-UE. |
(2) |
Fid-19 ta’ Ġunju 2019, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2019/1113 (2) biex ħatar lill-Brigadier Ġeneral Éric PELTIER bħala l-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE għall-EUTM RCA. |
(3) |
Fis-6 ta’ Lulju 2020, id-Direttur tal-Kapaċità Militari tal-Ippjanar u t-Tmexxija ppropona l-ħatra tal-Kurunell Paulo Manuel SIMÕES DAS NEVES DE ABREU biex jieħu post il-Brigadier Ġeneral Éric PELTIER bħala l-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE għall-EUTM RCA mid-19 ta’ Settembru 2020. |
(4) |
Fl-10 ta’ Lulju 2020, il-Kumitat Militari tal-UE qabel li jirrakkomanda li l-KPS japprova din il-proposta. |
(5) |
Il-Portugall indika li l-Kurunell Paulo Manuel SIMÕES DAS NEVES DE ABREU ser jiġi promoss għal Brigadier Ġeneral mal-ħatra tiegħu bħala l-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE għall-EUTM RCA. |
(6) |
Jenħtieġ li tittieħed deċiżjoni dwar il-ħatra tal-Brigadier Ġeneral Paulo Manuel SIMÕES DAS NEVES DE ABREU. Barra minn hekk, jenħtieġ li titħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2019/1113. |
(7) |
F’konformità mal-Artikolu 5 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tiħux sehem fl-elaborazzjoni u fl-implimentazzjoni ta’ deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni li għandhom implikazzjonijiet ta’ difiża, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Brigadier Ġeneral Paulo Manuel SIMÕES DAS NEVES DE ABREU huwa b’dan maħtur bħala l-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni ta’ Taħriġ Militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUTM RCA) mid-19 ta’ Settembru 2020.
Artikolu 2
Id-Deċiżjoni (PESK) 2019/1113 b’dan titħassar mid-19 ta’ Settembru 2020.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Settembru 2020.
Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà
Il-President
S. FROM-EMMESBERGER
(1) ĠU L 104, 20.4.2016, p. 21.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2019/1113 tad-19 ta’ Ġunju 2019 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni ta’ Taħriġ Militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUTM RCA) (EUTM RCA/1/2019) (ĠU L 176, 1.7.2019, p. 4).