20.4.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 121/4


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/542

tas-16 ta’ April 2020

li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1616 fir-rigward tal-apparat tas-sikurezza għall-protezzjoni mill-pressjoni eċċessiva, it-tubi tal-azzar iwweldjati għal skopijiet ta’ pressjoni, ir-reċipjenti ta’ pressjoni mhux esposti għan-nar, u l-pajpijiet industrijali metalliċi

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(6) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 12 tad-Direttiva 2014/68/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), l-apparat jew l-assemblaġġi ta’ pressjoni msemmija fl-Artikolu 4(1) u (2) ta’ dik id-Direttiva li jkunu konformi ma’ standards armonizzati jew ma’ partijiet minnhom, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, iridu jkunu preżunti konformi mar-rekwiżiti tas-sikurezza essenzjali koperti minn dawk l-istandards jew partijiet minnhom, imsemmija fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva.

(2)

Bl-ittra M/071 tal-1 ta’ Awwissu 1994, il-Kummissjoni talbet lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN) biex fir-rigward tal-apparat ta’ pressjoni jfassal l-istandards relatati mal-prodotti u l-istandards ta’ natura orizzontali b’appoġġ għad-Direttiva 97/23/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). Dik id-Direttiva ġiet sostitwita bid-Direttiva 2014/68/UE mingħajr ma nbidlu r-rekwiżiti tas-sikurezza essenzjali msemmija fl-Anness I tad-Direttiva 97/23/KE.

(3)

Abbażi tat-talba M/071, biex ikun jirrifletti l-aħħar avvanzi, is-CEN emenda u rreveda wħud mill-istandards eżistenti. B’mod speċifiku, is-CEN emenda l-istandards EN ISO 4126-1:2013 għall-apparat tas-sikurezza għall-protezzjoni mill-pressjoni eċċessiva, EN 13445-3:2014 għar-reċipjenti ta’ pressjoni mhux esposti għan-nar, EN 13480-1:2017 u EN 13480-6:2017 għall-pajpijiet industrijali metalliċi. Is-CEN irreveda wkoll is-serje tal-istandards EN 10217, il-partijiet 1 sa 6 għat-tubi tal-azzar iwweldjati għal skopijiet ta’ pressjoni.

(4)

Il-Kummissjoni, flimkien mas-CEN, ivvalutat jekk dawk l-istandards tal-apparat ta’ pressjoni kif emendati jew riveduti mis-CEN humiex konformi mat-talba M/071.

(5)

L-istandards tal-apparat ta’ pressjoni kif emendati jew riveduti mis-CEN jissodisfaw ir-rekwiżiti li għandhom l-għan ikopru u li jissemmew fl-Anness I tad-Direttiva 2014/68/UE. Għalhekk jixraq li r-referenzi għal dawk l-istandards jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(6)

Ir-referenzi tal-verżjonijiet emendati jew riveduti tal-istandards iridu jiġu ppubblikati għall-istandards: EN ISO 4126-1:2013, EN 10217-1:2002, EN 10217-1:2002/A1:2005, EN 10217-2:2002, EN 10217-2:2002/A1:2005, EN 10217-3:2002, EN 10217-3:2002/A1:2005, EN 10217-4:2002, EN 10217-4:2002/A1:2005, EN 10217-5:2002, EN 10217-5:2002/A1:2005, EN 10217-6:2002,EN 10217-6:2002/A1:2005, EN 13445-3:2014, EN 13445-3:2014/A1:2015, EN 13445-3:2014/A2:2016, EN 13445-3:2014/A3:2017, EN 13445-3:2014/A4:2018, EN 13445-3:2014/A5:2018, EN 13445-3:2014/A6:2019, EN 13480-1:2017, EN 13480-6:2017.

(7)

Għaldaqstant, minn Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (4) jeħtieġ jitneħħew ir-referenzi tal-istandards EN 10217-1:2002, EN 10217-1:2002/A1:2005, EN 10217-2:2002, EN 10217-2:2002/A1:2005, EN 10217-3:2002, EN 10217-3:2002/A1:2005, EN 10217-4:2002, EN 10217-4:2002/A1:2005, EN 10217-5:2002, EN 10217-5:2002/A1:2005, EN 10217-6:2002, EN 10217-6:2002/A1:2005, EN 13480-1:2017, EN 13480-6:2017, EN ISO 4126-1:2013.

(8)

Biex il-manifatturi jingħataw biżżejjed żmien biex jadattaw il-prodotti tagħhom għall-istandards riveduti EN 10217, il-partijiet 1 sa 6 għat-tubi tal-azzar iwweldjati għal skopijiet ta’ pressjoni, jeħtieġ jiġi pospost l-irtirar tar-referenzi għal dawk l-istandards.

(9)

Ir-referenzi tal-istandards armonizzati abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2014/68/UE huma ppubblikati fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1616 (5). Biex ikun żgurat li r-referenzi tal-istandards armonizzati abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2014/68/UE jkunu elenkati f’att wieħed, jenħtieġ li r-referenzi tal-istandards EN ISO 4126-1:2013, EN ISO 4126-1:2013/A2:2019; EN 10217-1:2019, EN 10217-2:2019, EN 10217-3:2019, EN 10217-4:2019, EN 10217-5:2019, EN 10217-6:2019, EN 13480-1:2017, EN 13480-1:2017/A1:2019, EN 13480-6:2017, EN 13480-6:2017/A1:2019 jiġu inklużi fl-Anness I ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni, u jenħtieġ li r-referenzi tal-istandards EN 10217-1:2002, EN 10217-1:2002/A1:2005, EN 10217-2:2002, EN 10217-2:2002/A1:2005, EN 10217-3:2002, EN 10217-3:2002/A1:2005, EN 10217-4:2002, EN 10217-4:2002/A1:2005, EN 10217-5:2002, EN 10217-5:2002/A1:2005, EN 10217-6:2002, EN 10217-6:2002/A1:2005, EN 13480-1:2017, EN 13480-6:2017, EN ISO 4126-1:2013 jiġu inklużi fl-Anness II ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni.

(10)

Ir-referenza tal-istandard EN 13445-3:2014 u r-referenzi tal-emendi tiegħu EN 13445-3:2014/A1:2015, EN 13445-3:2014/A2:2016, EN 13445-3:2014/A3:2017, 13445-3:2014/A4:2018, EN 13445-3:2014/A5:2018, EN 13445-3:2014/A6:2019 huma inklużi fl-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1616. Saru żewġ emendi oħra għall-istandard EN 13445-3:2014. Jixraq tinbidel l-entrata rilevanti f’dak l-Anness, biex jiżdiedu r-referenzi tal-emendi EN 13445-3:2014/A7:2019 u EN 13445-3:2014/A8:2019.

(11)

Għaldaqstant, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1616 jenħtieġ tiġi emendata skont dan.

(12)

Il-konformità ma’ standard armonizzat tikkonferixxi preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti essenzjali korrispondenti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni mid-data tal-pubblikazzjoni tar-referenza ta’ tali standard f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni jenħtieġ tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1616 hu emendat skont l-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

L-Anness II tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1616 hu emendat skont l-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ April 2020.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12.

(2)  Id-Direttiva 2014/68/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mat-tqegħid fis-suq ta’ apparat ta’ pressjoni (ĠU L 189, 27.6.2014, p. 164).

(3)  Id-Direttiva 97/23/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ Mejju 1997 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ apparat ta’ pressjoni (ĠU L 181, 9.7.1997, p. 1).

(4)  ĠU C 326,14.9.2018, p. 94.

(5)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1616 tas-27 ta’ Settembru 2019 dwar l-istandards armonizzati għall-apparat ta’ pressjoni abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2014/68/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 250, 30.9.2019, p. 95).


ANNESS I

L-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1616 huwa emendat kif ġej:

(1)

l-entrata 8 hija sostitwita b’dan li ġej:

“8.

EN 13445-3:2014

Reċipjenti taħt pressjoni mhux esposti għan-nar — Parti 3: Disinn

EN 13445-3:2014/A1:2015

EN 13445-3:2014/A2:2016

EN 13445-3:2014/A3:2017

EN 13445-3:2014/A4:2018

EN 13445-3:2014/A5:2018

EN 13445-3:2014/A6:2019

EN 13445-3:2014/A7:2019

EN 13445-3:2014/A8:2019”

(2)

jiżdiedu l-entrati li ġejjin:

Nru

Referenza tal-istandard

“15.

EN ISO 4126-1:2013

Apparat tas-sikurezza għall-protezzjoni mill-pressjoni eċċessiva — Parti 1: Valvijiet tas-sikurezza (ISO 4126-1:2013)

EN ISO 4126-1:2013/A2:2019

16.

EN 10217-1:2019

Tubi tal-azzar iwweldjati għal skopijiet ta’ pressjoni — Kundizzjonijiet tekniċi ta’ forniment — Parti 1: Tubi tal-azzar mhux illigat, iwweldjati b’mod elettriku u wweldjati bl-ark mgħaddas, bi propjetajiet speċifikati ta’ temperatura ambjentali

17.

EN 10217-2:2019

Tubi tal-azzar iwweldjati għal skopijiet ta’ pressjoni — Kundizzjonijiet tekniċi ta’ forniment — Parti 2: Tubi tal-azzar illigat u tal-azzar mhux illigat, iwweldjati b’mod elettriku, bi propjetajiet speċifikati ta’ temperatura elevata

18.

EN 10217-3:2019

Tubi tal-azzar iwweldjati għal skopijiet ta’ pressjoni — Kundizzjonijiet tekniċi ta’ forniment — Parti 3: Tubi tal-azzar illigat u b’partikoli fini, iwweldjati b’mod elettriku u wweldjati bl-ark mgħaddas, bi propjetajiet speċifikati ta’ temperatura ambjentali, elevata u baxxa

19.

EN 10217-4:2019

Tubi tal-azzar iwweldjati għal skopijiet ta’ pressjoni — Kundizzjonijiet tekniċi ta’ forniment — Parti 4: Tubi tal-azzar mhux illigat, bi propjetajiet speċifiċi ta’ temperatura baxxa

20.

EN 10217-5:2019

Tubi tal-azzar iwweldjati għal skopijiet ta’ pressjoni — Kundizzjonijiet tekniċi ta’ forniment — Parti 5: Tubi tal-azzar illigat u tal-azzar mhux illigat, iwweldjati bl-ark mgħaddas, bi propjetajiet speċifikati ta’ temperatura elevata

21.

EN 10217-6:2019

Tubi tal-azzar iwweldjati għal skopijiet ta’ pressjoni — Kundizzjonijiet tekniċi ta’ forniment — Parti 6: Tubi tal-azzar mhux illigat, iwweldjati bl-ark mgħaddas, bi propjetajiet speċifikati ta’ temperatura baxxa

22.

EN 13480-1:2017

Pajpijiet industrijali metalliċi — Parti 1: Ġenerali

EN 13480-1:2017/A1:2019

23.

EN 13480-6:2017

Pajpijiet industrijali metalliċi — Parti 6: Rekwiżiti addizzjonali għall-pajpijiet mirdumin

EN 13480-6:2017/A1:2019”.


ANNESS II

Fl-Anness II tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1616, jiżdiedu l-entrati li ġejjin:

Nru

Referenza tal-istandard

Data tal-irtirar

“13.

EN 10217-1:2002

Tubi tal-azzar iwweldjati għal skopijiet ta’ pressjoni — Kundizzjonijiet tekniċi ta’ forniment — Parti 1: Tubi tal-azzar mhux illigat, bi propjetajiet speċifikati ta’ temperatura ambjentali

EN 10217-1:2002/A1:2005

l-20 ta’ April 2021

14.

EN 10217-2:2002

Tubi tal-azzar iwweldjati għal skopijiet ta’ pressjoni — Kundizzjonijiet tekniċi ta’ forniment — Parti 2: Tubi tal-azzar illigat u tal-azzar mhux illigat, iwweldjati b’mod elettriku, bi propjetajiet speċifikati ta’ temperatura elevata

EN 10217-2:2002/A1:2005

l-20 ta’ April 2021

15.

EN 10217-3:2002

Tubi tal-azzar iwweldjati għal skopijiet ta’ pressjoni — Kundizzjonijiet tekniċi ta’ forniment — Parti 3: Tubi tal-azzar illigat u b’partikoli fini

EN 10217-3:2002/A1:2005

l-20 ta’ April 2021

16.

EN 10217-4:2002

Tubi tal-azzar iwweldjati għal skopijiet ta’ pressjoni — Kundizzjonijiet tekniċi ta’ forniment — Parti 4: Tubi tal-azzar mhux illigat, bi propjetajiet speċifiċi ta’ temperatura baxxa

EN 10217-4:2002/A1:2005

l-20 ta’ April 2021

17.

EN 10217-5:2002

Tubi tal-azzar iwweldjati għal skopijiet ta’ pressjoni — Kundizzjonijiet tekniċi ta’ forniment — Parti 5: Tubi tal-azzar illigat u tal-azzar mhux illigat, iwweldjati bl-ark mgħaddas, bi propjetajiet speċifikati ta’ temperatura elevata

EN 10217-5:2002/A1:2005

l-20 ta’ April 2021

18.

EN 10217-6:2002

Tubi tal-azzar iwweldjati għal skopijiet ta’ pressjoni — Kundizzjonijiet tekniċi ta’ forniment — Parti 6: Tubi tal-azzar mhux illigat, iwweldjati bl-ark mgħaddas, bi propjetajiet speċifikati ta’ temperatura baxxa

EN 10217-6:2002/A1:2005

l-20 ta’ April 2021

19.

EN 13480-1:2017

Pajpijiet industrijali metalliċi — Parti 1: Ġenerali

l-20 ta’ April 2020

20.

EN 13480-6:2017

Pajpijiet industrijali metalliċi — Parti 6: Rekwiżiti addizzjonali għall-pajpijiet mirdumin

l-20 ta’ April 2020

21.

EN ISO 4126-1:2013

Apparat tas-sikurezza għall-protezzjoni mill-pressjoni eċċessiva — Parti 1: Valvijiet tas-sikurezza (ISO 4126-1:2013)

l-20 ta’ April 2020”