7.4.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

LI 109/1


DEĊIŻJONI (UE) 2020/506 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-7 ta’ April 2020

li temenda l-Linja Gwida (UE) 2015/510 dwar l-implimentazzjoni tal-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema u l-Linja Gwida (UE) 2016/65 dwar il-haircuts fil-valutazzjoni applikati fl-implimentazzjoni tal-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema (BĊE/2020/20)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 127(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 12.1 flimkien mal-ewwel inċiż tal-Artikolu 3.1 u l-Artikolu 18 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 18.1 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (iktar 'il quddiem l-“Istatut tas-SEBĊ”), il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (iktar 'il quddiem il-“BĊNi”) jistgħu jwettqu operazzjonijiet ta’ kreditu ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u parteċipanti oħrajn fis-suq, bis-self ikun ibbażat fuq kollateral adegwat. Il-kundizzjonijiet ġenerali li taħthom il-BĊE u l-BĊNi jinsabu lesti biex jidħlu f’operazzjonijiet ta’ kreditu, inklużi l-kriterji li jiddeterminaw l-eliġibbiltà ta’ kollateral għall-finijiet ta’ operazzjonijiet ta’ kreditu tal-Eurosistema, huma stabbiliti fil-Linja Gwida (UE) 2015/510 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/60) (1).

(2)

Il-marda tal-coronavirus 2019 (COVID-19) ġiet ikkaratterizzata mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa bħala pandemija u hija l-kawża ta’ emerġenza kollettiva għas-saħħa pubblika mingħajr preċedent fl-istorja riċenti. Hija pproduċiet xokk ekonomiku estrem li jeħtieġ reazzjoni ambizzjuża, ikkoordinata u urġenti minn kull aspett ta’ politika biex jiġu appoġġjati n-negozji u l-ħaddiema f’riskju. Bħala konsegwenza tal-pandemija, l-attività ekonomika fiż-żona tal-euro qiegħda tonqos u inevitabbilment ser tbati minn reċessjoni konsiderevoli, speċjalment minħabba li aktar pajjiżi qed jiffaċċjaw il-ħtieġa li jintensifikaw il-miżuri ta’ trażżin. Dawn il-miżuri jpoġġu piżijiet kbar fuq il-flussi tal-flus tan-negozji u tal-ħaddiema u jpoġġu s-sopravivenza tan-negozji u tal-impjiegi f’riskju. Huwa ċar ukoll li din is-sitwazzjoni tfixkel it-trażmissjoni tal-impulsi tal-politika monetarja u żżid riskji ta’ tnaqqis qawwi fil-prospetti ta’ inflazzjoni rilevanti.

(3)

Fl-7 ta’ April 2020, il-Kunsill Governattiv adotta sett ta’ deċiżjonijiet ulterjuri bħala reazzjoni għall-pandemija tal-COVID-19, li tista’ tippreġudika l-objettiv ta’ stabbiltà tal-prezzijiet u l-funzjonament xieraq tal-mekkaniżmu ta’ trasmissjoni għall-politika monetarja. Dawn jinkludu miżuri ta’ faċilitazzjoni tal-kollateral biex jiffaċilitaw lill-kontropartijiet tal-Eurosistema fiż-żamma ta’ kollateral eliġibbli suffiċjenti sabiex ikunu jistgħu jipparteċipaw fl-operazzjonijiet kollha li jipprovdu likwidità. Dawn il-miżuri huma proporzjonati biex jilqgħu kontra r-riskji serji għall-istabbiltà tal-prezzijiet, il-mekkaniżmu ta’ trażmissjoni tal-politika monetarja u l-prospett ekonomiku fiż-żona tal-euro maħluqa mit-tifrix u t-tixrid li qed jiżdied tal-COVID-19. Dawn il-miżuri għandhom japplikaw temporanjament, sakemm il-Kunsill Governattiv iqis li r-riskji msemmija hawn fuq naqsu.

(4)

Għalhekk, il-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60) għandha tiġi emendata kif meħtieġ.

(5)

Barra minn hekk, il-Kunsill Governattiv iddeċieda li jżid b’mod temporanju r-rieda tiegħu li jieħu riskji biex jappoġġa l-għoti ta’ kreditu permezz tal-operazzjonijiet tiegħu ta’ rifinanzjament. B’mod partikolari, il-haircuts fil-valutazzjoni applikati għall-kollaterali se jitnaqqsu b’fattur fiss.

(6)

Għaldaqstant il-Linja Gwida (UE) 2016/65 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2015/35) (2) għandha tiġi emendata kif meħtieġ.

(7)

Sabiex ikun hemm reazzjoni fil-pront għas-sitwazzjoni pandemika attwali, dawn l-emendi għandhom isiru permezz ta’ deċiżjoni li tidħol fis-seħħ fil-jum tan-notifika tagħha lill-BĊNi u għandha tiġi ppubblikata mingħajr dewmien f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sabiex dawk l-emendi jiġu applikati direttament mill-BĊNi fid-dati speċifikati,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Emendi għal Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60)

Il-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60) hija emendata kif ġej:

1.

L-Artikolu 93 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 93

Daqs minimu tal-pretensjonijiet ta' kreditu

Għall-użu domestiku, il-pretensjonijiet ta' kreditu għandhom, fil-ħin tal-preżentazzjoni tagħhom bħala kollateral mill-kontroparti, jilħqu limitu tad-daqs minimu ta' EUR 0, jew kwalunkwe ammont ogħla li jista' jiġi stabbilit mill-BĊN domestiku. Għal użu transkonfinali, għandu japplika limitu tad-daqs minimu ta’ EUR 500 000.”;

2.

fl-Artikolu 141, fil-paragrafu 1, il-valur perċentwali “2,5%” huwa ssostitwit bil-valur perċentwali “10%”.

Artikolu 2

Emendi għal Linja Gwida (UE) 2016/65 (BĊE/2015/35)

Il-Linja Gwida (UE) 2016/65 (BĊE/2015/35) hija emendata kif ġej:

1.

L-Artikolu 4 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 4

Haircuts fil-valutazzjoni addizzjonali applikati għal tipi speċifiċi ta' assi negozjabbli

Minbarra l-haircuts fil-valutazzjoni stipulati fl-Artikolu 3 ta' din il-Linja Gwida, il-haircuts fil-valutazzjoni addizzjonali li ġejjin għandhom japplikaw għal tipi speċifiċi ta' assi negozjabbli:

(a)

titoli ggarantiti minn assi, bonds koperti u strumenti tad-dejn mhux garantiti maħruġa minn istituzzjonijiet ta' kreditu li huma teoretikament vvalutati skont ir-regoli li jinsabu fl-Artikolu 134 tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60) għandhom ikunu soġġetti għal haircut fil-valutazzjoni addizzjonali fil-forma ta' tnaqqis fil-valutazzjoni ta' 4%;

(b)

bonds koperti għall-użu proprju għandhom ikunu soġġetti għal haircut fil-valutazzjoni addizzjonali ta' (i) 6,4% applikata għall-valur tal-istrumenti tad-dejn allokati għall-passi tal-kwalità tal-kreditu 1 u 2, u (ii) 9,6% applikata għall-valur tal-istrumenti tad-dejn allokati għall-pass tal-kwalità tal-kreditu 3;

(c)

għall-finijiet tal-paragrafu (b), ‘użu proprju’ għandha tfisser is-sottomissjoni jew l-użu minn kontroparti ta' bonds koperti li jkunu maħruġa jew iggarantiti mill-kontroparti nfisha jew minn xi entità oħra li magħha dik il-kontroparti jkollha rabtiet mill-qrib kif iddeterminat skont l-Artikolu 138 tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60);

(d)

jekk il-haircut fil-valutazzjoni addizzjonali msemmija fil-paragrafu (b) ma tkunx tista' tiġi applikata fir-rigward ta’ sistema ta' ġestjoni ta' kollateral ta' BĊN, aġent tripartit, jew TARGET2-Securities għal awtokollateralizzazzjoni, il-haircut fil-valutazzjoni addizzjonali għandha tiġi applikata f'dawk is-sistemi jew pjattaforma għall-valur tal-ħruġ sħiħ tal-bonds koperti li jistgħu jintużaw għal użu proprju.”;

2.

fl-Artiklu 5, il-paragrafu 5 huwa mibdul b’li ġej:

“5.

Strumenti ta' dejn iggarantiti b'ipoteki bl-imnut mhux negozjabbli għandhom ikunu soġġetti għal haircut fil-valutazzjoni ta’ 25,2 %.”;

3.

fl-Anness, it-Tabelli 2, 2a u 3 huma ssostitwiti b'dan li ġej.

“Tabella 2

Livelli ta' haircuts fil-valutazzjoni (f’%) applikati għal assi negozjabbli eliġibbli fil-kategoriji ta' haircuts I sa IV

 

Kategoriji ta' haircuts

Kwalità tal-kreditu

Maturità residwa (snin) (*1)

Kategorija I

Kategorija II

Kategorija III

Kategorija IV

kupun fiss

kupun żero

kupun varjabbli

kupun fiss

kupun żero

kupun varjabbli

kupun fiss

kupun żero

kupun varjabbli

kupun fiss

kupun żero

kupun varjabbli

Passi 1 u 2

[0,1)

0,4

0,4

0,4

0,8

0,8

0,8

0,8

0,8

0,8

6,0

6,0

6,0

[1,3)

0,8

1,6

0,4

1,2

2,0

0,8

1,6

2,4

0,8

8,0

8,4

6,0

[3,5)

1,2

2,0

0,4

2,0

2,8

0,8

2,4

3,6

0,8

10,4

10,8

6,0

[5,7)

1,6

2,4

0,8

2,8

3,6

1,2

3,6

4,8

1,6

11,6

12,4

8,0

[7,10)

2,4

3,2

1,2

3,6

5,2

2,0

4,8

6,4

2,4

13,2

14,4

10,4

[10, ∞)

4,0

5,6

1,6

6,4

8,4

2,8

7,2

10,4

3,6

16,0

20,4

11,6

Pass 3

[0,1)

4,8

4,8

4,8

5,6

5,6

5,6

6,4

6,4

6,4

10,4

10,4

10,4

[1,3)

5,6

6,4

4,8

7,6

10,8

5,6

9,6

12,0

6,4

18,0

20,0

10,4

[3,5)

7,2

8,0

4,8

10,8

14,8

5,6

13,2

17,6

6,4

22,4

26,0

10,4

[5,7)

8,0

9,2

5,6

11,2

16,0

7,6

14,8

20,8

9,6

24,4

28,0

18,0

[7,10)

9,2

10,4

7,2

12,8

19,6

10,8

15,2

22,4

13,2

24,8

29,6

22,4

[10, ∞)

10,4

12,8

8,0

15,2

23,6

11,2

15,6

24,0

14,8

25,2

30,4

24,4


Tabella 2a

Livelli ta' haircut fil-valutazzjoni (f’%) applikati għal assi negozjabbli eliġibbli fil-kategorija ta' haircut V

 

 

Kategorija V

Kwalità tal-kreditu

Ħajja Medja Ppeżata  (*2)

Haircut fil-valutazzjoni

Passi 1 u 2

[0,1)

3,2

[1,3)

3,6

[3,5)

4,0

[5,7)

7,2

[7,10)

10,4

[10, ∞)

16,0


Tabella 3

Livelli ta' haircut fil-valutazzjoni (f’%) applikati għal pretensjonijiet ta' kreditu eliġibbli

Kwalità tal-kreditu

Maturità residwa (snin) (*3)

Pagament ta' imgħax fiss

Pagament ta' imgħax varjabbli

Passi 1 u 2

[0,1)

6,4

6,4

[1,3)

9,6

6,4

[3,5)

12,8

6,4

[5,7)

14,8

9,6

[7,10)

19,2

12,8

[10, ∞)

28

14,8

Pass 3

[0,1)

12

12

[1,3)

22,4

12

[3,5)

29,2

12

[5,7)

34,4

22,4

[7,10)

36

29,2

[10, ∞)

38,4

34,4

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

1.   Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tan-notifika tagħha lill-BĊNi. Għandha tiġi nnotifikata minnufih wara l-adozzjoni, u għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mingħajr dewmien.

2.   L-Artikolu 1 għandu japplika mit-8 ta’ April 2020, u l-Artikolu 2 għandu japplika mill-20 ta’ April 2020.

Artikolu 4

Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-BĊNi.

Magħmul fi Frankfurt am Main, is-7 ta’ April 2020.

Il-President tal-BĊE

Christine LAGARDE


(1)  Linja Gwida (UE) 2015/510 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta' Diċembru 2014 dwar l-implimentazzjoni tal-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema (BĊE/2014/60) (ĠU L 91, 2.4.2015, p. 3).

(2)  Linja Gwida (UE) 2016/65 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-18 ta' Novembru 2015 dwar il-haircuts fil-valutazzjoni applikati fl-implimentazzjoni tal-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema (BĊE/2015/35) (ĠU L 14, 21.1.2016, p. 30).

(*1)  jiġifieri [0,1) maturità residwa ta' inqas minn sena, [1,3) maturità residwa ta' sena jew aktar u inqas minn tliet snin, eċċ.

(*2)  jiġifieri [0,1) WAL (weighted average life) ta' inqas minn sena, [1,3) WAL ta' sena jew aktar u inqas minn tliet snin, eċċ.

(*3)  jiġifieri [0,1) maturità residwa ta' inqas minn sena, [1,3) maturità residwa ta' sena jew aktar u inqas minn tliet snin, eċċ.”.