10.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 318/6 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/2102
tas-27 ta’ Novembru 2019
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2452 fir-rigward tad-divulgazzjoni tal-informazzjoni użata fil-kalkolu tal-aġġustament tal-kapaċità ta’ assorbiment ta’ telf tat-taxxi differiti
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 56 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/981 (2) emenda r-Regolament (UE) 2015/35 (3) biex jiġu introdotti aktar prinċipji dwar it-taxxi differiti li jiżguraw kundizzjonijiet ekwi fl-Unjoni. Ċerti mudelli li huma stipulati fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2452 (4) jenħtieġ li jiġu adattati b’kunsiderazzjoni għal dawk l-emendi. |
(2) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2452 jiġi emendat skont dan. |
(3) |
L-emendi għar-Regolament Delegat (UE) 2015/35 fir-rigward tad-divulgazzjoni tal-informazzjoni użata fil-kalkolu tal-aġġustament għall-kapaċità ta’ assorbiment tat-telf tat-taxxi differiti jibdew japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2020. L-emendi previsti f’dan ir-Regolament saru b’mod li jinkorpora dawn ir-rekwiżiti fil-mudelli rilevanti stipulati fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2452. Għaldaqstant, dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika mill-istess data. |
(4) |
Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni ppreżentat mill-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol lill-Kummissjoni. |
(5) |
L-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi ta’ implementazzjoni li dan ir-Regolament huwa bbażat fuqu, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Ikkonċernati tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni stabbilit mill-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2452 huwa emendat kif ġej:
(1) |
L-Anness I huwa emendat b’konformità mal-Anness I ta’ dan ir-Regolament; |
(2) |
L-Anness II huwa emendat b’konformità mal-Anness II ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2020.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Novembru 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1.
(2) Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/981 tat-8 ta’ Marzu 2019 li jemenda r-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/35, li jissupplimenta d-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u r-Riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (ĠU L 161, 18.6.2019, p. 1).
(3) Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/35 tal-10 ta’ Ottubru 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u r-Riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (ĠU L 12, 17.1.2015, p. 1).
(4) Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2452 tat-2 ta’ Diċembru 2015 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni fir-rigward tal-proċeduri, il-formati u l-formuli tar-rapport dwar is-solvenza u l-kondizzjoni finanzjarja skont id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 347, 31.12.2015, p. 1285).
(5) Ir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/79/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48).
ANNESS I
L-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2452 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Fil-mudell S.25.01.21 — Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza — għal impriżi bil-Formola Standard, qegħdin jiżdiedu t-tabelli li ġejjin:
|
(2) |
fil-mudell S.25.02.21 — Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza — għal impriżi li jużaw formola standard u mudell intern parzjali qegħdin jiżdiedu t-tabelli li ġejjin:
|
(3) |
fil-mudell S.25.03.21 — Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza — għal impriżi bil-Mudelli Interni Sħaħ qegħdin jiżdiedu t-tabelli li ġejjin:
|
ANNESS II
L-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2452 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Fit-taqsima “S.25.01 — Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza — għal impriżi bil-formola standard”, ir-ringieli li ġejjin qegħdin jiżdiedu fit-tabella:
|
(2) |
Fit-taqsima “S.25.02 — Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza — għal impriżi li jużaw formola standard u mudell intern parzjali”, ir-ringieli li ġejjin jiżdiedu fit-tabella:
|
(3) |
fit-taqsima “S.25.03 — Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza — għal gruppi li jużaw mudell intern sħiħ”, ir-ringieli li ġejjin qegħdin jiżdiedu fit-tabella:
|
(*1) Il-Linji gwida EIOPA-BoS-14/177 tat-2 ta’ Frar 2015 dwar il-kapaċità ta’ assorbiment tat-telf tal-provvedimenti tekniċi u t-taxxi differiti (https://eiopa.europa.eu/publications/eiopa-guidelines/guidelines-on-the-loss-absorbing-capacity-of-technical-provisions-and-deferred-taxes).”;