5.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 315/313


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/2024

tal-1 ta’ Ottubru 2019

li jistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn għall-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett skont id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta’ rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija (1), u b’mod partikolari l-punt 1 tal-Artikolu 15 tagħha,

Billi:

(1)

Skont id-Direttiva 2009/125/KE, jenħtieġ li l-Kummissjoni tistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn għall-prodotti relatati mal-enerġija li jirrappreżentaw ammonti sinifikanti ta’ bejgħ u ta’ kummerċ fl-Unjoni u li għandhom impatt ambjentali sinifikanti u li jippreżentaw potenzjal sinifikanti għal titjib f’termini tal-impatt ambjentali tagħhom, mingħajr ma jinvolvu kostijiet eċċessivi.

(2)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM(2016)773 final (2) (pjan ta’ ħidma dwar l-ekodisinn) stabbilita mill-Kummissjoni b’applikazzjoni tal-punt 1 tal-Artikolu 16 tad-Direttiva 2009/125/KE tistabbilixxi l-prijoritajiet ta’ ħidma skont il-qafas tal-ekodisinn u t-tikkettar tal-enerġija għall-perjodu 2016-2019. L-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett huwa fost il-gruppi ta’ prodotti relatati mal-enerġija li għandhom jitqiesu bħala prijoritajiet għat-twettiq ta’ studji preparatorji u għall-adozzjoni eventwali ta’ miżuri.

(3)

Il-miżuri tal-pjan ta’ ħidma dwar l-ekodisinn għandhom potenzjal stmat li jwasslu għal total ta’ aktar minn 260 Twh ta’ ffrankar annwali finali tal-enerġija fl-2030, li huwa ekwivalenti għal tnaqqis ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ta’ madwar 100 miljun tunnellata fis-sena fl-2030. L-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett huwa wieħed mill-gruppi ta’ prodotti elenkati fil-Pjan ta’ Ħidma, u huwa stmat li jista’ jwassal għal 48 Twh ta’ ffrankar annwali finali tal-enerġija fl-2030.

(4)

Il-Kummissjoni wettqet żewġ studji preparatorji li koprew l-karatteristiċi tekniċi, ambjentali u ekonomiċi tal-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett li tipikament jintuża fl-Unjoni. L-istudji saru b’kooperazzjoni mill-qrib mal-partijiet ikkonċernati u mal-partijiet interessati mill-Unjoni u minn pajjiżi terzi. Ir-riżultati tal-istudji ġew ippubblikati u ppreżentati fil-Forum ta’ Konsultazzjoni stabbilit bl-Artikolu 18 tad-Direttiva 2009/125/KE.

(5)

Jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika għall-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett li ġej: kabinetti refriġeranti (freezers jew friġġijiet) tas-supermarkets, coolers tax-xarbiet, freezers tal-ġelat, kabinetti għall-wiri u l-bejgħ tal-ġelat u magni tal-bejgħ awtomatiċi refriġerati.

(6)

L-aspett ambjentali tal-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett li ġie identifikat bħala l-iktar sinifikanti għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament huwa l-konsum tal-enerġija fil-fażi tal-użu. Dan il-konsum tal-enerġija jista’ jitnaqqas, mingħajr ma jiżdiedu l-kostijiet ikkombinati tax-xiri u tat-tħaddim ta’ dawn il-prodotti, billi jintużaw teknoloġiji mhux esklussivi kosteffettivi. L-emissjonijiet diretti mir-refriġeranti u d-disponibbiltà tal-ispare parts ġew identifikati wkoll bħala rilevanti.

(7)

Billi r-refriġeranti huma soġġetti għar-Regolament (UE) Nru 517/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), f’dan ir-Regolament ma huma stabbiliti ebda rekwiżiti speċifiċi dwar ir-refriġeranti. Barra minn hekk, l-użu dejjem akbar ta’ refriġeranti b’potenzjal baxx ta’ tisħin globali f’dawn l-aħħar għaxar snin fis-suq tal-Unjoni jindika li l-manifatturi diġà bdew sostituzzjoni gradwali lejn refriġeranti b’impatt imnaqqas fuq l-ambjent, mingħajr il-ħtieġa ta’ intervent ta’ politika addizzjonali permezz tal-ekodisinn.

(8)

Il-konsum annwali tal-enerġija ta’ prodotti soġġetti għal dan ir-Regolament fl-Unjoni ġie stmat għal 65 Twh fl-2015, li jikkorrispondi għal 26 miljun tunnellata ta’ ekwivalenti għad-diossidu tal-karbonju. Il-konsum ta’ enerġija tal-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett f’xenarju ta’ żamma tal-istatus quo huwa mistenni jonqos sal-2030. Madankollu, dan it-tnaqqis huwa mistenni jbatti sakemm ma jiġux stabbiliti rekwiżiti dwar l-ekodisinn.

(9)

Il-minibars u l-apparat għall-ħżin tal-inbid b’funzjonijiet ta’ bejgħ ma għandhomx jitqiesu bħala apparat refriġeranti b’funzjonijiet ta’ bejgħ dirett, u għalhekk għandhom jiġu esklużi minn dan ir-Regolament, billi dawn jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/2019 (4).

(10)

Il-kabinetti vertikali tal-arja statika huma apparat refriġeranti professjonali u huma definiti fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1095 (5). Għalhekk, dawn għandhom jiġu esklużi minn dan ir-Regolament.

(11)

Dan ir-Regolament japplika għal prodotti b’karatteristiċi u funzjonalitajiet tekniċi differenti. Għal din ir-raġuni, ir-rekwiżiti tal-effiċjenza enerġetika huma stabbiliti skont il-funzjonalità tal-apparat. F’dan l-approċċ ibbażat fuq il-funzjonalità, huwa propost tqassim minimu tal-kategoriji ta’ apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett. Dan se jwassal sinjali ċari lis-swieq rigward tipi ta’ apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett bl-istess funzjoni li huma aktar/inqas effiċjenti fl-użu tal-enerġija. Apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett mhux effiċjenti se jkollu aktar diffikultajiet biex jilħaq ċertu klassi ta’ tikkettar tal-enerġija, jew jista’ saħansitra ma jissodisfax ir-rekwiżiti minimi tal-enerġija.

(12)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni COM(2015)0614 final (6) (pjan ta’ azzjoni għal ekonomija ċirkolari) u l-pjan ta’ ħidma dwar l-ekodisinn jissottolinjaw l-importanza tal-użu tal-qafas tal-ekodisinn biex tiġi appoġġata l-bidla lejn ekonomija ċirkolari aktar effiċjenti fl-użu tar-riżorsi. Id-Direttiva 2012/19/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) tirreferi għad-Direttiva 2009/125/KE u tindika li r-rekwiżiti tal-ekodisinn jenħtieġ li jiffaċilitaw l-użu mill-ġdid, iż-żarmar u l-irkupru ta’ skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE) billi jittrattaw il-kwistjonijiet eqreb lejn is-sors. Għalhekk jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti xierqa għal dan.

(13)

Il-parametri rilevanti tal-prodott jenħtieġ li jitkejlu permezz ta’ metodi affidabbli, akkurati u riproduċibbli. Dawn il-metodi jenħtieġ li jqisu l-metodi ta’ kejl tal-iktar teknoloġiji riċenti ġeneralment rikonoxxuti, inklużi, meta disponibbli, standards armonizzati adottati mill-korpi ta’ standardizzazzjoni Ewropej, kif elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8).

(14)

Skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2009/125/KE, jenħtieġ li dan ir-Regolament jispeċifika l-proċeduri applikabbli għall-valutazzjoni tal-konformità.

(15)

Sabiex jiffaċilitaw il-verifiki tal-konformità, fid-dokumentazzjoni teknika l-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati jenħtieġ li jipprovdu t-tagħrif imsemmi fl-Annessi IV u V tad-Direttiva 2009/125/KE, safejn dak it-tagħrif ikollu x’jaqsam mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament.

(16)

Għall-finijiet tas-sorveljanza tas-suq, jenħtieġ li l-manifatturi jingħataw il-possibbiltà li jirreferu għall-bażi tad-data tal-prodott jekk id-dokumentazzjoni teknika skont ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2018 (9) tinkludi l-istess tagħrif.

(17)

Biex titjieb l-effikaċja ta’ dan ir-Regolament u biex jiġu mħarsa l-konsumaturi, jenħtieġ li jiġu pprojbiti dawk il-prodotti li awtomatikament ibiddlu l-prestazzjoni tagħhom f’kundizzjonijiet ta’ ttestjar biex itejbu l-parametri ddikjarati.

(18)

Minbarra r-rekwiżiti legalment vinkolanti stabbiliti f’dan ir-Regolament, jenħtieġ li jiġu identifikati punti ta’ referenza għall-aħjar teknoloġiji disponibbli biex l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni ambjentali tal-prodotti tul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom soġġetta għal dan ir-Regolament tkun disponibbli b’mod wiesgħa u tkun faċilment aċċessibbli, skont il-punt 3(2) tal-Anness I tad-Direttiva 2009/125/KE.

(19)

Jenħtieġ li r-rieżami ta’ dan ir-Regolament jivvaluta l-adegwatezza u l-effikaċja tad-dispożizzjonijiet tiegħu biex jintlaħqu l-miri tiegħu. Jenħtieġ li r-rieżami jsir meta d-dispożizzjonijiet kollha jkunu implimentati.

(20)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bil-punt 1 tal-Artikolu 19 tad-Direttiva 2009/125/KE.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti tal-ekodisinn għat-tqegħid fis-suq jew it-tqegħid fis-servizz ta’ apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett li jaħdem bil-mejns tal-elettriku, inkluż ukoll apparat li jinbiegħ għar-refriġerazzjoni ta’ oġġetti oħra għajr l-ikel.

2.   Dan ir-Regolament ma japplikax għal:

(a)

apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett li jaħdem biss b’sorsi ta’ enerġija oħra għajr l-elettriku;

(b)

il-komponenti remoti, bħall-unità ta’ kondensazzjoni, il-kumpressuri jew l-unità ta’ kondensazzjoni tal-ilma, li biex jiffunzjonaw għandu jitqabbad magħhom kabinett remot;

(c)

apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett li jwettaq l-ipproċessar ta’ ikel;

(d)

apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett ittestjat u approvat b’mod speċifiku għall-ħżin ta’ mediċini jew ta’ kampjuni xjentifiċi;

(e)

apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett mingħajr l-ebda sistema integrata għall-produzzjoni tat-tkessiħ, u li jaħdem billi jiċċirkola l-arja mkessħa prodotta minn unità esterna tat-tkessiħ tal-arja; dan ma jinkludix il-kabinetti remoti u lanqas ma jinkludi magni tal-bejgħ awtomatiċi refriġerati tal-kategorija 6, kif definit fit-Tabella 5 tal-Anness III;

(f)

kabinetti tal-ħżin refriġeranti professjonali, kabinetti ta’ refriġerazzjoni rapida, unitajiet ta’ kondensazzjoni u chillers tal-proċess kif definiti fir-Regolament (UE) 2015/1095;

(g)

apparat għall-ħżin tal-inbid u minibars.

3.   Ir-rekwiżiti fil-punt 1 u fil-punt 3(k) tal-Anness II ma japplikawx għal:

(a)

apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett li ma jużax ċiklu tar-refriġerazzjoni bil-kompressjoni tal-fwar;

(b)

apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett għall-bejgħ u l-wiri ta’ oġġetti tal-ikel ħajjin, bħal pereżempju apparat refriġeranti għall-bejgħ u l-wiri ta’ ħut u frott tal-baħar ħaj, u akkwarji u tankijiet refriġerati;

(c)

friġġijiet għall-insalata (saladettes);

(d)

kabinetti orizzontali b’bank biex jisserva l-ikel (horizontal serve-over counters) bi ħżin integrat, iddisinjati biex jaħdmu f’temperaturi operattivi mkessħa;

(e)

kabinetti għall-irkejjen;

(f)

magni tal-bejgħ maħsuba biex jaħdmu f’temperaturi tal-friża operattivi;

(g)

kabinetti orizzontali b’bank biex jisserva l-ħut, bil-frak tas-silġ.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

1.

“apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett” tfisser kabinett iżolat, b’kompartiment wieħed jew aktar li huma kkontrollati f’temperaturi speċifiċi, imkessaħ bil-konvezzjoni naturali jew sfurzata b’mezz wieħed jew aktar ta’ konsum tal-enerġija u li huwa maħsub għall-wiri u l-bejgħ lill-klijenti ta’ oġġetti tal-ikel u oġġetti oħra, bi jew mingħajr servizz assistit, b’temperaturi speċifiċi aktar baxxi mit-temperatura ambjentali, aċċessibbli direttament permezz ta’ ġnub miftuħa jew permezz ta’ bieba waħda jew aktar, jew it-tnejn, u/jew kxaxen, inkluż apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett b’partijiet użati għall-ħżin ta’ oġġetti tal-ikel u oġġetti oħra mhux aċċessibbli mill-klijienti, bl-esklużjoni tal-minibars u tal-apparat għall-ħżin tal-inbid;

2.

“oġġetti tal-ikel” tfisser ikel, ingredjenti, xorb inkluż inbid u oġġetti oħra użati primarjament għall-konsum li jirrikjedu refriġerazzjoni f’temperaturi speċifikati;

3.

“unità ta’ kondensazzjoni” tfisser prodott li jinkludi tal-anqas kompressur wieħed li jaħdem bl-elettriku u kondensatur wieħed li kapaċi jkessaħ u b’mod kontinwu jżomm temperatura baxxa jew medja f’apparat jew sistema ta’ refriġerazzjoni, li juża ċiklu ta’ kompressjoni tal-fwar ladarba jkun imqabbad ma’ evaporatur u ma’ tagħmir ta’ espansjoni, kif definit fir-Regolament (UE) 2015/1095;

4.

“kabinett remot” tfisser apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett li jikkonsisti minn assemblaġġ ta’ komponenti tal-fabbrika li sabiex jiffunzjona bħala apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett irid ikun imqabbad ukoll ma’ komponenti remoti (unità ta’ kondensazzjoni u/jew kumpressur u/jew unità ta’ kondensazzjoni tal-ilma) li mhumiex parti integrali mill-kabinett;

5.

“apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett li jwettaq l-ipproċessar ta’ ikel” tfisser apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett li huwa ttestjat b’mod speċifiku u approvat għat-twettiq ta’ pproċessar tal-ikel, bħall-magni tal-ġelat, magni tal-bejgħ awtomatiċi refriġerati mgħammra b’microwave, jew magni li jipproduċu s-silġ; dan ma jinkludix apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett mgħammar b’kompartiment wieħed iddisinjat b’mod speċifiku għat-twettiq ta’ pproċessar tal-ikel, li jkun ekwivalenti għal inqas minn 20 % tal-volum nett totali tal-apparat;

6.

“volum nett” tfisser il-parti tal-volum gross ta’ kwalunkwe kompartiment li jkun baqa’ wara li jitnaqqas il-volum tal-komponenti u tal-ispazji li ma jistgħux jintużaw għall-ħżin jew il-wiri ta’ oġġetti tal-ikel u oġġetti oħra, f’deċimetri kubi (dm3) jew f’litri (L);

7.

“volum gross” tfisser il-volum ġewwa l-kisjiet interni tal-kompartiment, mingħajr aċċessorji interni u bil-bibien jew l-għotjien magħluqa, f’deċimetri kubi (dm3) jew f’litri (L);

8.

“ittestjat u approvat b’mod speċifiku” tfisser li l-prodott huwa konformi mar-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(a)

ġie ddisinjat u ttestjat b’mod speċifiku għall-kundizzjoni jew l-applikazzjoni operattiva msemmija, skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni msemmija jew l-atti relatati, skont il-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Istati Membri, u/jew skont l-istandards Ewropej jew internazzjonali rilevanti;

(b)

huwa akkumpanjat minn evidenza, li trid tiġi inkluża fid-dokumentazzjoni teknika, fil-forma ta’ ċertifikat, marka ta’ approvazzjoni tat-tip jew rapport tat-test, li turi li l-prodott ġie approvat b’mod speċifiku għall-kundizzjoni jew l-applikazzjoni operattiva msemmija;

(c)

jitqiegħed fis-suq b’mod speċifiku għall-kundizzjoni jew l-applikazzjoni operattiva msemmija, kif evidenzjat tal-anqas mid-dokumentazzjoni teknika, mill-informazzjoni pprovduta għall-prodott u minn kwalunkwe materjal ta’ reklamar, ta’ informazzjoni jew ta’ kummerċjalizzazzjoni;

9.

“apparat għall-ħżin tal-inbid” tfisser apparat refriġeranti b’tip wieħed biss ta’ kompartiment għall-ħżin tal-inbid, b’kontroll preċiż tat-temperatura għall-kundizzjonijiet ta’ ħżin u tat-temperatura mira, u mgħammar b’mezzi kontra l-vibrazzjonijiet kif definit fir-Regolament (UE) 2019/2019;

10.

“kompartiment” tfisser spazju magħluq f’apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett, li jkun direttament aċċessibbli minn bieba esterna waħda jew aktar u li jkun diviż minn subkompartiment ieħor/subkompartimenti oħra permezz ta’ diviżjoni, kontenitur jew kostruzzjoni simili, u li hu stess jista’ jkun diviż f’subkompartimenti. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor, “kompartiment” tirreferi kemm għall-kompartimenti kif ukoll għas-subkompartimenti;

11.

“bieba esterna” hija l-parti tal-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett li tista’ tiġi spostjata jew titneħħa biex tal-inqas tippermetti li t-tagħbija tiddaħħal minn barra għal ġewwa jew li t-tagħbija tinħareġ minn ġewwa għal barra tal-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett;

12.

“subkompartiment” tfisser spazju magħluq f’kompartiment, li jkollu medda tat-temperatura operattiva differenti minn dik tal-kompartiment li jifforma parti minnu;

13.

“minibar” tfisser apparat refriġeranti b’volum totali ta’ mhux aktar minn 60 litru, maħsub primarjament għall-ħżin u l-bejgħ ta’ oġġetti tal-ikel fi kmamar ta’ lukandi u ta’ stabbilimenti simili, kif definit fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/2019;

14.

“magna tal-bejgħ awtomatika b’unitajiet tal-wiri ċilindriċi refriġerati” tfisser magna tal-bejgħ awtomatika refriġerata b’ċilindri li jduru, kull wieħed minnhom maqsum f’diviżjonijiet, li fihom l-oġġetti tal-ikel u oġġetti oħra jitqiegħdu fuq superfiċje orizzontali, u li minnhom il-prodotti jittieħdu minn bibien individwali għall-konsenja;

15.

“magna tal-bejgħ awtomatika refriġerata” tfisser apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett iddisinjat biex jaċċetta ħlas jew tokens mill-konsumaturi u li jiddistribwixxi oġġetti tal-ikel jew oġġetti oħra mkessħin mingħajr intervent fuq il-post;

16.

“saladette” tfisser apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett b’bieba waħda jew aktar jew b’kexxun wieħed jew aktar vertikali b’fetħiet fil-wiċċ ta’ fuq li minnhom jistgħu jiddaħħlu temporanjament kontenituri għall-ħżin b’aċċess faċli ta’ oġġetti tal-ikel bħal ingredjenti għall-mili tal-pizez jew oġġetti tal-ikel għal mal-insalata;

17.

“kabinett orizzontali b’bank għall-qadi bi ħżin integrat” (horizontal serve-over counter with integrated storage) tfisser kabinett orizzontali għal servizz b’assistenza, li jinkludi ħżin refriġerat ta’ mill-inqas 100 litru (L) għal kull metru (m) ta’ tul u li normalment jitqiegħed fil-bażi tal-bank għall-qadi;

18.

“kabinett orizzontali” tfisser apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett b’żona orizzontali għall-wiri, li jinfetaħ minn fuq u huwa aċċessibbli min-naħa ta’ fuq;

19.

“temperatura operattiva mkessħa” tfisser temperatura bejn -3,5 gradi Celsius (°C) u 15-il grad Celsius (°C) għal apparat mgħammar b’sistemi ta’ ġestjoni tal-enerġija għall-iffrankar tal-enerġija u bejn -3,5 gradi Celsius (°C) u 10 gradi Celsius (°C) għal apparat mhux mgħammar b’sistemi ta’ ġestjoni tal-enerġija għall-iffrankar tal-enerġija;

20.

“temperatura tat-tħaddim” tfisser it-temperatura ta’ referenza ġewwa l-kompartiment waqt l-ittestjar;

21.

“kabinett għar-rokna” tfisser apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett li jintuża biex tinkiseb kontinwità ġeometrika bejn żewġ kabinetti lineari li jinsabu f’angolu ma’ xulxin u/jew li jiffurmaw kurva. Kabinett għar-rokna ma għandux assi lonġitudinali jew tul rikonoxxibbli peress li jikkonsisti biss minn forma ta’ mili (feles jew simili) u mhuwiex iddisinjat biex jiffunzjona bħala unità refriġerata awtonoma. Iż-żewġt itruf tal-kabinett għar-rokna huma inklinati f’angolu ta’ bejn 30 ° u 90 °;

22.

“temperatura tal-friża operattiva” tfisser temperatura taħt -12-il grad Celsius (°C);

23.

“kabinett orizzontali b’bank biex jisserva l-ħut, bil-frak tas-silġ” tfisser kabinett orizzontali għal servizz b’assistenza, iddisinjat u kkummerċjalizzat b’mod speċifiku għall-wiri ta’ ħut frisk. Huwa kkaratterizzat mill-preżenza, fuq il-wiċċ ta’ fuq tiegħu, ta’ saff frak tas-silġ li jintuża biex it-temperatura tal-ħut tinżamm kostanti, u mill-preżenza ta’ fetħa għall-iskular;

24.

“mudell ekwivalenti” tfisser mudell bl-istess karatteristiċi tekniċi rilevanti għall-informazzjoni teknika li trid tingħata, iżda li jitqiegħed fis-suq jew jitqiegħed fis-servizz mill-istess manifattur, importatur jew rappreżentant awtorizzat bħal mudell ieħor b’identifikatur differenti tal-mudell;

25.

“identifikatur tal-mudell” tfisser il-kodiċi, ġeneralment alfanumeriku, li jiddistingwi mudell speċifiku ta’ prodott minn mudelli oħrajn bl-istess trademark jew bl-istess isem tal-manifattur, tal-importatur jew tar-rappreżentant awtorizzat;

26.

“bażi tad-data tal-prodotti” tfisser ġabra ta’ data li tikkonċerna l-prodotti, li tkun organizzata b’mod sistematiku u li tikkonsisti minn parti pubblika orjentata lejn il-konsumaturi, fejn l-informazzjoni li tikkonċerna l-parametri tal-prodotti individwali tkun aċċessibbli b’mezzi elettroniċi, portal online għall-aċċessibbiltà u parti dwar il-konformità, b’rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà u ta’ sigurtà speċifikati b’mod ċar, kif imsemmi fir-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10);

27.

“cooler tax-xarbiet” tfisser apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett iddisinjat biex ikessaħ, b’veloċità speċifika, xarbiet ippakkjati li ma jiskadux mgħobbija f’temperatura ambjentali, għall-bejgħ f’temperaturi speċifikati taħt it-temperatura ambjentali. Cooler tax-xarbiet jippermetti aċċess għax-xarbiet direttament permezz ta’ ġnub miftuħa jew permezz ta’ bieba, kexxun wieħed jew aktar jew it-tnejn. It-temperatura ġewwa l-cooler tista’ togħla matul perjodi ta’ nuqqas ta’ domanda, għall-fini ta’ ffrankar tal-enerġija, minħabba n-natura tax-xarbiet li ma jiskadux;

28.

“indiċi tal-effiċjenza enerġetika” (EEI) tfisser numru tal-indiċi għall-effiċjenza enerġetika relattiva ta’ apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett espress bħala perċentwali, ikkalkulat skont il-punt 2 tal-Anness III.

Fl-Anness I qed jingħataw iktar definizzjonijiet għall-finijiet tal-Annessi.

Artikolu 3

Rekwiżiti tal-ekodisinn

Ir-rekwiżiti tal-ekodisinn stabbiliti fl-Anness II għandhom japplikaw mid-dati indikati fih.

Artikolu 4

Valutazzjoni tal-konformità

1.   Il-proċedura tal-valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2009/125/KE għandha tkun is-sistema tal-kontroll intern tad-disinn stabbilita fl-Anness IV ta’ dik id-Direttiva jew is-sistema tal-ġestjoni stabbilita fl-Anness V ta’ dik id-Direttiva.

2.   Għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-konformità skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2009/125/KE, id-dokumentazzjoni teknika għandha tinkludi kopja tal-informazzjoni dwar il-prodott ipprovduta skont il-punt 3 tal-Anness II, u d-dettalji u r-riżultati tal-kalkoli stipulati fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament.

3.   Meta l-informazzjoni inkluża fid-dokumentazzjoni teknika għal mudell partikolari tkun inkisbet:

(a)

minn mudell li jkollu l-istess karatteristiċi tekniċi rilevanti għall-informazzjoni teknika li għandha tiġi pprovduta iżda huwa mudell prodott minn manifattur differenti; jew

(b)

permezz ta’ kalkolu abbażi ta’ disinn jew estrapolazzjoni minn mudell ieħor tal-istess manifattur jew ta’ manifattur differenti; jew it-tnejn li huma,

id-dokumentazzjoni teknika għandha tinkludi d-dettalji ta’ tali kalkolu, il-valutazzjoni mwettqa mill-manifattur biex tiġi vverifikata l-preċiżjoni tal-kalkolu u, fejn xieraq, id-dikjarazzjoni ta’ identità bejn il-mudelli ta’ manifatturi differenti.

Id-dokumentazzjoni teknika għandha tinkludi lista tal-mudelli ekwivalenti kollha, inkluż l-identifikaturi tal-mudell.

4.   Id-dokumentazzjoni teknika għandha tinkludi l-informazzjoni fl-ordni u kif stabbilit fl-Anness VI tar-Regolament (UE) 2019/2018. Bl-eċċezzjoni tal-prodotti msemmija fil-punt 3 tal-Artikolu 1, għall-finijiet tas-sorveljanza tas-suq, il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati jistgħu, mingħajr preġudizzju għall-punt 2(g) tal-Anness IV tad-Direttiva 2009/125/KE, jirreferu għad-dokumentazzjoni teknika mtella’ fil-bażi tad-data tal-prodotti li fiha l-istess tagħrif stipulat fir-Regolament (UE) 2019/2018.

Artikolu 5

Proċedura ta’ verifika għall-finijiet tas-sorveljanza tas-suq

L-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċedura ta’ verifika stabbilita fl-Anness IV meta jwettqu l-kontrolli tas-sorveljanza tas-suq imsemmija fil-punt 2 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/125/KE.

Artikolu 6

Ċirkomvenzjoni u aġġornamenti tas-software

Il-manifattur, l-importatur jew ir-rappreżentant awtorizzat ma għandhomx iqiegħdu prodotti fis-suq li huma ddisinjati biex ikunu kapaċi jindunaw li qed jiġu ttestjati (eż. billi jagħrfu l-kundizzjonijiet tat-test jew taċ-ċiklu tat-test), u biex jirreaġixxu b’mod speċifiku billi jbiddlu awtomatikament il-prestazzjoni tagħhom matul it-test ħalli jintlaħaq livell aktar favorevoli għal kull wieħed mill-parametri ddikjarat mill-manifattur jew mill-importatur jew mir-rappreżentant awtorizzat fid-dokumentazzjoni teknika jew inkluż fi xi dokumentazzjoni pprovduta.

Il-konsum tal-enerġija tal-prodott u l-parametri ddikjarati l-oħra kollha ma għandhomx jiddeterjoraw wara aġġornament tas-software jew tal-firmware meta dan jitkejjel bl-istess standard tat-test użat oriġinarjament għad-dikjarazzjoni tal-konformità, ħlief bil-kunsens espliċitu tal-utent aħħari qabel l-aġġornament. Ma għandha sseħħ l-ebda bidla fil-prestazzjoni bħala riżultat ta’ rifjut ta’ aġġornament.

Aġġornament ta’ software qatt ma għandu jħalli l-effett li jbiddel il-prestazzjoni tal-prodott b’mod li ma jkunx konformi mar-rekwiżiti tal-ekodisinn applikabbli għad-dikjarazzjoni tal-konformità.

Artikolu 7

Parametri referenzjarji

Il-parametri referenzjarji għall-prodotti u teknoloġiji bl-aqwa prestazzjoni li jkunu disponibbli fis-suq fiż-żmien tal-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament huma stipulati fl-Anness V.

Artikolu 8

Rieżami

Il-Kummissjoni għandha twettaq rieżami ta’ dan ir-Regolament fid-dawl tal-progress teknoloġiku u tippreżenta r-riżultati ta’ din il-valutazzjoni, inkluż, jekk ikun xieraq, abbozz ta’ proposta għal reviżjoni lill-Forum Konsultattiv mhux aktar tard mill-25 ta' Diċembru 2023.

Dan ir-rieżami għandu, fost affarijiet oħra, jivvaluta:

(a)

il-livell tar-rekwiżiti tal-indiċi tal-effiċjenza enerġetika;

(b)

kemm hu adegwat li ssir modifika tal-formula tal-EEI, inklużi l-parametri ta’ mmudellar u l-fatturi ta’ korrezzjoni;

(c)

kemm hu adegwat li ssir segmentazzjoni ulterjuri tal-kategoriji tal-prodotti;

(d)

kemm hu adegwat li jiġu stabbiliti rekwiżiti addizzjonali dwar l-effiċjenza fir-riżorsi skont il-prinċipji tal-ekonomija ċirkolari, inkluż jekk għandhomx jiġu inklużi aktar spare parts;

(e)

kemm hu adegwat li jiġu stabbiliti rekwiżiti tal-effiċjenza enerġetika u rekwiżiti ta’ informazzjoni addizzjonali għal saladettes, kabinetti orizzontali b’bank biex jisserva l-ikel bi ħżin integrat li jaħdmu f’temperaturi operattivi mkessħa, kabinetti tal-kantuniera, magni tal-bejgħ awtomatiċi iddisinjati biex jaħdmu f’temperatura tal-friża operattiva u kabinetti orizzontali b’bank biex jisserva l-ħut bil-frak tas-silġ;

(f)

kemm hu adegwat li wieħed jibbaża [l-volum ekwivalenti] ta’ cooler tax-xarbiet fuq il-volum nett, minflok fuq il-volum gross;

(g)

kemm hu adegwat li tiġi introdotta formula tal-EEI għall-kabinetti tas-supermarkets abbażi tal-volum nett, minflok fuq l-erja totali tal-wiri;

(h)

il-livell tat-tolleranzi.

Artikolu 9

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Marzu 2021.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Ottubru 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10.

(2)  Komunikazzjoni tal-Kummissjoni. Pjan ta’ Ħidma dwar l-Ekodisinn 2016-2019, COM(2016)773 final tat-30.11.2016.

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 517/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 (ĠU L 150, 20.5.2014, p. 195).

(4)  Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/2019 tal-1 ta’ Ottubru 2019 li jistabbilixxi r-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-apparat refriġeranti skont id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 643/2009 (Ara paġna 187 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali)..

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1095 tal-5 ta’ Mejju 2015 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-kabinetti għall-ħżin refriġirat professjonali, kabinetti ta’ refriġerazzjoni rapida, unitajiet ta’ kondensazzjoni u chillers tal-proċess (ĠU L 177, 8.7.2015, p. 19).

(6)  Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni. L-għeluq taċ-Ċirku – Pjan ta’ Azzjoni tal-UE għal ekonomija ċirkolari, COM/2015/0614 final tat-2.12.2015.

(7)  Id-Direttiva 2012/19/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE) (ĠU L 197, 24.7.2012, p. 38).

(8)  Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12).

(9)  Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2018 tal-11 ta’ Marzu 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar tal-enerġija ta’ apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett (Ara paġna 155 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(10)  Ir-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2017 li jistabbilixxi qafas għat-tikkettar tal-enerġija u li jħassar id-Direttiva 2010/30/UE (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 1).


ANNESS I

Definizzjonijiet applikabbli għall-Annessi

Għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“spare part” tfisser parti separata li tista’ tissostitwixxi parti bl-istess funzjoni jew funzjoni simili fi prodott;

(2)

“sewwej professjonali” tfisser operatur jew impriża li tipprovdi servizzi professjonali ta’ tiswija u manutenzjoni ta’ apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett;

(3)

“gasket ta’ bieba” tfisser siġill mekkaniku li jimla l-ispazju bejn il-bieba u l-kabinett tal-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett biex tiġi evitata tnixxija mill-kabinett lejn l-arja esterna;

(4)

“pannell iżolanti bil-vakwu” (VIP) tfisser pannell iżolanti li jikkonsisti minn materjal sod u poruż ħafna miksi b’envelop irqiq estern li ma jippermettix li jidħlu gassijiet, li minnu jinġibdu ’l barra l-gassijiet u li jkun issiġillat biex il-gassijiet esterni ma jidħlux fil-pannell;

(5)

“freezer tal-ġelat” tfisser kabinett orizzontali maħsub għall-ħżin u/jew il-wiri u għall-bejgħ ta’ ġelat ippakkjat minn qabel, fejn l-aċċess mill-konsumatur għall-ġelat ippakkjat minn qabel jinkiseb billi jinfetaħ għatu mhux trasparenti jew trasparenti minn fuq, b’volum nett ta’ ≤ 600 litru (L) u, fil-każ biss ta’ freezers tal-ġelat b’għatu trasparenti, b’volum nett diviż bl-erja totali tal-wiri ≥ 0,35 metru (m);

(6)

“għatu trasparenti” tfisser bieba magħmula minn materjal trasparenti li jkopri mill-inqas 75 % tas-superfiċje tal-bieba, u li jippermetti lill-utent aħħari jara l-oġġetti minnu;

(7)

“erja totali tal-wiri (TDA)” tfisser l-erja viżibbli totali tal-oġġetti tal-ikel u ta’ oġġetti oħra, inkluża ż-żona viżibbli minn ġol-ħġieġ, definita mill-ammont totali tal-erji tas-superfiċje projettati tal-volum nett, espressa f’metri kwadri (m2);

(8)

“garanzija” tfisser kwalunkwe impenn li jagħmel il-bejjiegħ bl-imnut jew il-manifattur, l-importatur jew ir-rappreżentant awtorizzat lill-konsumatur biex:

(a)

jiġi rimborżat il-prezz imħallas; jew

(b)

jissostitwixxi, isewwi jew jimmaniġġja apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett fi kwalunkwe mod jekk dan ma jissodisfax l-ispeċifikazzjonijiet stipulati fid-dikjarazzjoni tal-garanzija jew fir-reklamar rilevanti;

(9)

“kabinett għall-wiri u l-bejgħ tal-ġelat” tfisser apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett li fih il-ġelat jista’ jinħażen, jintwera u jiġi servut f’porzjonijiet, fi ħdan limiti tat-temperatura preskritti, kif stabbilit fit-Tabella 5 tal-Anness III;

(10)

“konsum tal-enerġija annwali” (AE) tfisser il-konsum tal-enerġija kuljum medju mmultiplikat bi 365 (jiem fis-sena), espress bħala kilowatt-siegħa fis-sena (kWh/a), ikkalkulat skont il-punt 2(b) tal-Anness III;

(11)

“konsum tal-enerġija kuljum” (Edaily ) tfisser l-elettriku li jintuża minn apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett f’24 siegħa fil-kundizzjonijiet ta’ referenza, espress f’kilowatt-siegħa kull jum (kWh/24h);

(12)

“konsum tal-enerġija annwali standard” (SAE) tfisser il-konsum tal-enerġija annwali ta’ referenza ta’ apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett espress bħala kilowatt-siegħa fis-sena (kWh/a), ikkalkulat skont il-punt 2(c) tal-Anness III;

(13)

“M” u “N” ifissru parametri ta’ mmudellar li jqisu l-erja totali tal-wiri jew id-dipendenza tal-konsum tal-enerġija fuq il-volum, bil-valuri kif stabbilit fit-Tabella 4 tal-Anness III;

(14)

“koeffiċjent tat-temperatura” (C) tfisser fattur ta’ korrezzjoni li jirrappreżenta d-differenza fit-temperatura operattiva;

(15)

“fattur tal-klassi klimatika” (CC) tfisser fattur ta’ korrezzjoni li jirrappreżenta d-differenza fil-kundizzjonijiet ambjentali li għalihom huwa ddisinjat l-apparat refriġeranti;

(16)

“P” tfisser fattur ta’ korrezzjoni li jirrappreżenta d-differenzi bejn kabinetti integrali u remoti;

(17)

“kabinett integrali” tfisser apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett li għandu sistema ta’ refriġerazzjoni integrata li tinkorpora kumpressur u unità ta’ kondensazzjoni;

(18)

“friġġ” tfisser apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett li jżomm it-temperatura tal-prodotti maħżuna fil-kabinett f’temperatura operattiva mkessħa fuq bażi kontinwa;

(19)

“freezer” tfisser apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett li jżomm it-temperatura tal-prodotti maħżuna fil-kabinett f’temperatura tal-friża operattiva fuq bażi kontinwa;

(20)

“kabinett vertikali” tfisser apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett b’żona ta’ wiri vertikali jew inklinata li tinfetaħ minn quddiem;

(21)

“kabinett ikkombinat” tfisser apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett li jgħaqqad flimkien id-direzzjonijiet tal-wiri u tal-ftuħ minn kabinett vertikali u kabinett orizzontali;

(22)

“kabinett tas-supermarket” tfisser apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett maħsub għall-bejgħ u l-wiri ta’ oġġetti tal-ikel u ta’ oġġetti oħra f’applikazzjonijiet ta’ bejgħ bl-imnut, bħal fis-supermarkets. Coolers tax-xarbiet, magni tal-bejgħ awtomatiċi refriġerati, kabinetti għall-wiri u l-bejgħ tal-ġelat u freezers tal-ġelat mhumiex ikkunsidrati kabinetti tas-supermarket;

(23)

“kabinett roll-in” tfisser kabinett tas-supermarket li jippermetti li l-oġġetti fih jintwerew direttament fuq il-palits jew ir-rombli tagħhom stess, fejn dawn jistgħu jiddaħħlu ġewwa billi wieħed jgħolli, imexxi jew ineħħi l-parti ta’ quddiem tan-naħa t’isfel, fejn din tkun installata;

(24)

“pakkett-M” tfisser pakkett ta’ ttestjar mgħammar b’apparat għall-kejl tat-temperatura;

(25)

“magna tal-bejgħ awtomatika b’diversi temperaturi” tfisser magna tal-bejgħ awtomatika refriġerata li tkun tinkludi mill-inqas żewġ kompartimenti b’temperaturi operattivi differenti.


ANNESS II

Rekwiżiti tal-ekodisinn

1.   Rekwiżiti tal-effiċjenza enerġetika:

(a)

Mill-1 ta’ Marzu 2021, l-EEI tal-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett ma għandux ikun ogħla mill-valuri stabbiliti fit-Tabella 1.

Tabella 1

EEI massimu għall-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett, espress f’%

 

EEI

Freezers tal-ġelat

80

L-apparat refriġeranti kollu l-ieħor b’funzjoni ta’ bejgħ dirett

100

(b)

Mill-1 ta’ Settembru 2023, l-EEI tal-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett ma għandux ikun ogħla mill-valuri stabbiliti fit-Tabella 2, ħlief għall-magni tal-bejgħ awtomatiċi b’unitajiet tal-wiri ċilindriċi refriġerati.

Tabella 2

EEI massimu għall-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett, espress f’%

 

EEI

Freezers tal-ġelat

50

L-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett l-ieħor kollu, ħlief magni tal-bejgħ awtomatiċi b’unitajiet tal-wiri ċilindriċi refriġerati

80

2.   Rekwiżiti tal-effiċjenza fir-riżorsi:

Mill-1 ta’ Marzu 2021, l-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett għandu jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

Id-disponibbiltà tal-ispare parts

(1)

Il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati ta’ apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett għandhom jagħmlu disponibbli mill-inqas dawn l-ispare parts għas-sewwejja professjonali:

termostati;

relays tal-istartjar;

reżisters għat-tisħin għall-prevenzjoni tal-ġlata;

sensuri tat-temperatura;

software u firmware, inkluż software għar-risettjar;

ċirkwiti stampati; u

sorsi tad-dawl;

għal perjodu minimu ta’ tmien snin wara t-tqegħid fis-suq tal-aħħar unità tal-mudell.

(2)

Il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati ta’ apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett għandhom jagħmlu disponibbli mill-inqas dawn l-ispare parts għas-sewwejja professjonali u għall-utenti finali:

manki tal-bibien u ċpiepet tal-bibien;

knobs, dials u buttuni;

gaskits tal-bibien; u

trejs, qfief u xkafef periferali għall-ħżin;

għal perjodu minimu ta’ tmien snin wara t-tqegħid fis-suq tal-aħħar unità tal-mudell.

(3)

Il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati ta’ apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett għandhom jiżguraw li l-ispare parts imsemmija fil-punti (1) u (2) ikunu jistgħu jinbidlu bl-użu ta’ għodod faċilment disponibbli, u mingħajr ma ssir ħsara permanenti lill-apparat.

(4)

Il-lista tal-ispare parts ikkonċernati mill-punt (1) u l-proċedura biex dawn jiġu ordnati għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit web tal-aċċess liberu tal-manifattur, tal-importatur jew tar-rappreżentant awtorizzat, minn tal-anqas sentejn wara t-tqegħid fis-suq tal-ewwel unità ta’ mudell u sa tmiem il-perjodu ta’ disponibbiltà ta’ dawn l-ispare parts.

(5)

Il-lista tal-ispare parts ikkonċernati mill-punt (2), u l-proċedura għall-ordni tagħhom u l-istruzzjonijiet għat-tiswija għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit web b’aċċess bla ħlas tal-manifattur, l-importatur jew ir-rappreżentant awtorizzat, fil-ħin tat-tqegħid fis-suq tal-ewwel unità ta’ mudell u sat-tmiem tal-perjodu ta’ disponibbiltà ta’ dawn l-ispare parts.

(b)

Żmien massimu għall-konsenja tal-ispare parts

Matul il-perjodu msemmi fil-punt (a), il-manifattur, l-importatur jew ir-rappreżentant awtorizzat għandu jiżgura l-konsenja tal-ispare parts għall-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett fi żmien 15-il jum tax-xogħol wara l-wasla tal-ordni.

Fil-każ tal-ispare parts disponibbli ikkonċernati mill-punt a(1), id-disponibbiltà tal-ispare parts tista’ tkun limitata għal sewwejja professjonali reġistrati skont il-punt c(1) u (2).

(c)

L-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni

Wara perjodu ta’ sentejn wara t-tqegħid fis-suq tal-ewwel unità ta’ mudell jew ta’ mudell ekwivalenti, u sa tmiem il-perjodu msemmi f’(a), il-manifattur, l-importatur jew ir-rappreżentant awtorizzat għandu jipprovdi aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-apparat lis-sewwejja professjonali fil-kundizzjonijiet li ġejjin:

(1)

is-sit web tal-manifattur, l-importatur jew ir-rappreżentant awtorizzat għandu jindika l-proċess li jridu segwu s-sewwejja professjonali biex jirreġistraw għall-aċċess għall-informazzjoni; biex jaċċettaw tali talba, il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati jistgħu jitolbu lis-sewwej professjonali juri li:

(i)

is-sewwej professjonali għandu l-kompetenza teknika biex isewwi l-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett u li dan huwa konformi mar-regolamenti applikabbli għas-sewwejja tat-tagħmir elettriku fl-Istati Membri fejn jopera. Referenza għal sistema ta’ reġistrazzjoni uffiċjali bħala sewwej professjonali, fejn sistema bħal din tkun teżisti fl-Istati Membri kkonċernati, għandha tiġi aċċettata bħala prova ta’ konformità ma’ dan il-punt;

(ii)

is-sewwej professjonali huwa kopert minn assigurazzjoni li tkopri r-responsabbiltajiet li jirriżultaw mill-attività tiegħu, irrispettivament minn jekk dan huwiex meħtieġ jew le mill-Istat Membru.

(2)

il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jaċċettaw jew jirrifjutaw ir-reġistrazzjoni fi żmien 5 ijiem tax-xogħol mid-data tat-talba;

(3)

il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati jistgħu jitolbu ħlas raġonevoli u proporzjonat għall-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni jew biex jibgħatu aġġornamenti regolari. Ħlas jitqies raġonevoli jekk ma jiskoraġġixxix l-aċċess billi jonqos milli jqis il-punt safejn is-sewwej professjonali jagħmel użu mill-informazzjoni.

Ladarba jiġi rreġistrat, sewwej professjonali għandu jkollu aċċess, fi żmien jum wieħed tax-xogħol wara li jkun talabha, għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni. L-informazzjoni tista’ tiġi pprovduta għal mudell ekwivalenti jew għal mudell tal-istess familja, jekk rilevanti.

L-informazzjoni disponibbli dwar it-tiswija u l-manutenzjoni għandha tinkludi:

l-identifikazzjoni mhux ekwivoka tal-apparat;

mappa taż-żarmar jew dijagramma kompożittiva;

il-manwal tekniku tal-istruzzjonijiet għat-tiswija;

lista tat-tagħmir meħtieġ għat-tiswija u l-ittestjar;

l-informazzjoni dwar il-komponenti u informazzjoni dijanjostika (bħal valuri teoretiċi minimi u massimi tal-kejl);

dijagrammi deskrittivi tas-sistema tal-wajers u tas-sistema ta’ konnessjoni;

kodiċijiet dijanjostiċi tal-ħsara u tal-errur (inklużi kodiċijiet speċifiċi tal-manifattur, fejn applikabbli);

struzzjonijiet għall-installazzjoni tas-software u tal-firmware rilevanti, inkluż is-software għar-risettjar; u

informazzjoni dwar kif wieħed jaċċessa r-rekords tad-data ta’ inċidenti rrappurtati ta’ ħsara maħżuna fl-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett (fejn applikabbli).

(d)

Rekwiżiti għaż-żarmar għall-irkupru u r-riċiklaġġ tal-materjali filwaqt li jiġi evitat it-tniġġis

(1)

Il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jiżguraw li l-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett ikun iddisinjat b’tali mod li l-materjali u l-komponenti msemmija fl-Anness VII tad-Direttiva 2012/19/UE jkunu jistgħu jiġu żarmati bl-użu ta’ għodod faċilment disponibbli.

(2)

Il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jissodisfaw l-obbligi stabbiliti fil-punt 1 tal-Artikolu 15 tad-Direttiva 2012/19/UE.

(3)

Jekk l-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett ikun fih pannelli iżolanti bil-vakwu, l-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett għandu jkun immarkat bl-ittri “VIP”.

3.   Rekwiżiti ta’ informazzjoni:

Mill-1 ta’ Marzu 2021, il-manwali tal-istruzzjonijiet għall-installaturi u għall-utenti aħħarin, u s-siti web bla ħlas tal-manifatturi, tal-importaturi u tar-rappreżentanti awtorizzati għandhom jinkludu t-tagħrif li ġej:

(a)

l-issettjar tat-temperaturi rrakkomandat f’kull kompartiment għall-preservazzjoni ottimali tal-ikel;

(b)

stima tal-impatt tal-issettjar tat-temperatura fuq il-ħela tal-ikel;

(c)

għal coolers tax-xarbiet: “Dan l-apparat huwa maħsub biex jopera f’ambjenti klimatiċi fejn it-temperatura massima u l-umdità huma [indika l-iktar temperatura sħuna applikabbli tal-cooler tax-xarbiet u l-umdità relattiva applikabbli tal-cooler tax-xarbiet tat-Tabella 7] rispettivament.”;

(d)

għal freezers tal-ġelat: “Dan l-apparat huwa maħsub biex jopera f’ambjenti klimatiċi fejn it-temperatura u l-umdità jvarjaw minn [indika t-temperatura minima applikabbli tat-Tabella 9] sa [indika t-temperatura massima applikabbli tat-Tabella 9] u minn [indika l-umdità minima u relattiva applikabbli tat-Tabella 9] sa [indika l-umdità massima u relattiva applikabbli tat-Tabella 9] rispettivament.”;

(e)

l-istruzzjonijiet għall-installazzjoni u l-manutenzjoni korretti, inkluż it-tindif, tal-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett mill-utent aħħari;

(f)

għal kabinetti integrali: “Jekk il-kojl tal-kondensatur ma jiġix imnaddaf [il-frekwenza rakkomandata għat-tindif tal-kojl tal-kondensatur, espressa fi drabi kull sena], l-effiċjenza tal-apparat tonqos b’mod sinifikanti.”;

(g)

aċċess għat-tiswija professjonali bħal siti web, indirizzi, dettalji ta’ kuntatt;

(h)

tagħrif rilevanti għall-ordni ta’ spare parts, direttament jew permezz ta’ kanali oħra pprovduti mill-manifattur, l-importatur jew ir-rappreżentant awtorizzat bħal siti web, indirizzi, dettalji ta’ kuntatt;

(i)

il-perjodu minimu li matulu l-ispare parts, neċessarji għat-tiswija tal-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett, ikunu disponibbli;

(j)

id-durata minima tal-garanzija tal-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett offruta mill-manifattur, l-importatur jew ir-rappreżentant awtorizzat;

(k)

struzzjonijiet dwar kif tinstab l-informazzjoni dwar il-mudell fil-bażi tad-data tal-prodotti, kif stabbilit fir-Regolament (UE) 2019/2018 permezz ta’ link elettronika li tirreferi għat-tagħrif dwar il-mudell kif irreġistrat fil-bażi tad-data tal-prodotti jew link elettronika li twassal għall-bażi tad-data tal-prodotti u għal informazzjoni dwar kif wieħed isib l-identifikatur tal-mudell fuq il-prodott.


ANNESS III

Metodi tal-kejl u kalkoli

Għall-għanijiet tal-konformità u tal-verifika tal-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, il-kejl u l-kalkoli għandhom isiru billi jintużaw standards armonizzati, jew billi jintużaw metodi oħrajn li jkunu affidabbli, akkurati u riproduċibbli, li jqisu l-metodi l-aktar avvanzati ġeneralment rikonoxxuti u jkunu konformi mad-dispożizzjonijiet li ġejjin stabbiliti hawn taħt. In-numri ta’ referenza ta’ dawn l-istandards armonizzati ġew ippubblikati għal dan il-għan f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

1.   Kundizzjonijiet ġenerali għall-ittestjar:

(a)

il-kundizzjonijiet ambjentali għandhom jikkorrispondu għas-Sett 1, ħlief għall-freezers tal-ġelat u għall-kabinetti għall-wiri u l-bejgħ tal-ġelat, li għandhom jiġu ttestjati f’kundizzjonijiet ambjentali li jikkorrispondu għas-Sett 2, kif stabbilit fit-Tabella 3;

(b)

meta kompartiment jista’ jiġi ssettjat għal temperaturi differenti, għandu jiġi ttestjat fl-aktar temperatura operattiva baxxa;

(c)

magni tal-bejgħ awtomatiċi refriġerati b’kompartimenti b’volumi varjabbli għandhom jiġu ttestjati bil-volum nett tal-kompartiment bl-ogħla temperatura operattiva aġġustata għall-volum nett minimu tiegħu;

(d)

għal coolers tax-xarbiet, il-veloċità speċifika tat-tkessiħ għandha tkun skont nofs il-ħin ta’ rkupru wara tagħbija mill-ġdid.

Tabella 3

Kundizzjonijiet ambjentali

 

Temperatura b’termometru niexef, °C

Umdità relattiva, %

Punt tan-nida, °C

Massa tal-fwar fl-arja niexfa, g/kg

Sett 1

25

60

16,7

12,0

Sett 2

30

55

20,0

14,8

2.   Determinazzjoni tal-EEI:

(a)

Għall-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett, l-EEI, espress f’% u mqarreb sal-ewwel pożizzjoni deċimali, huwa l-proporzjon tal-AE (f’kWh/a) u l-SAE ta’ referenza (f’kWh/a) u huwa kkalkulat kif ġej:

EEI = AE/SAE.

(b)

L-AE, espress f’kWh/a, u mqarreb sa żewġ pożizzjonijiet deċimali, jiġi kkalkulat kif ġej:

AE = 365 × Edaily ;

fejn:

Edaily huwa l-konsum tal-enerġija tal-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett fuq perjodu ta’ 24 siegħa, espress f’kWh/24h u mqarreb sat-tielet pożizzjoni deċimali.

(c)

L-SAE huwa espress f’kWh/a u mqarreb sa żewġ pożizzjonijiet deċimali. Għall-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett bil-kompartimenti kollha tiegħu bl-istess klassi ta’ temperatura, u għall-magni tal-bejgħ awtomatiċi refriġerati, l-SAE jiġi kkalkulat kif ġej:

SAE = 365 × P × (M + N × Y) × C.

Għall-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett b’aktar minn kompartiment wieħed bi klassijiet ta’ temperatura differenti, bl-eċċezzjoni ta’ magni tal-bejgħ awtomatiċi refriġerati, l-SAE jiġi kkalkulat kif ġej:

Formula;

fejn:

(1)

“c” huwa n-numru tal-indiċi għal tip ta’ kompartiment u li jvarja minn 1 sa “n”, fejn “n” huwa n-numru totali ta’ tipi ta’ kompartimenti.

(2)

Il-valuri ta’ M u N huma mogħtija fit-Tabella 4.

Tabella 4

Valuri M u N

Kategorija

Valur għal M

Valur għal N

Coolers tax-xarbiet

2,1

0,006

Freezers tal-ġelat

2,0

0,009

Magni tal-bejgħ awtomatiċi refriġerati

4,1

0,004

Kabinetti għall-wiri u l-bejgħ tal-ġelat

25,0

30,400

Kabinetti refriġeranti vertikali u kkombinati tas-supermarkets

9,1

9,100

Kabinetti refriġeranti orizzontali tas-supermarkets

3,7

3,500

Kabinetti freezers vertikali u kkombinati tas-supermarkets

7,5

19,300

Kabinetti freezers orizzontali tas-supermarkets

4,0

10,300

Kabinetti roll-in (mill-1 ta’ Marzu 2021)

9,2

11,600

Kabinetti roll-in (mill-1 ta’ Settembru 2023)

9,1

9,100

(3)

Il-valuri ta’ C, il-koeffiċjent tat-temperatura, jingħataw fit-Tabella 5.

Tabella 5

Il-kundizzjonijiet tat-temperatura u l-valuri tal-koeffiċjent tat-temperatura korrispondenti, C

m.a. = mhux applikabbli

(a)

Kabinetti tas-supermarkets

Kategorija

Klassi tat-temperatura

L-ogħla temperatura tal-aktar pakkett-M sħun (°C)

L-aktar temperatura baxxa tal-aktar pakkett-M kiesaħ (°C)

L-ogħla temperatura minima tal-pakketti-M kollha (°C)

Valur għal C

Kabinetti refriġeranti vertikali u kkombinati tas-supermarkets

M2

≤ +7

≥ –1

m.a.

1,00

H1 u H2

≤ +10

≥ –1

m.a.

0,82

M1

≤ +5

≥ –1

m.a.

1,15

Kabinetti refriġeranti orizzontali tas-supermarkets

M2

≤ +7

≥ –1

m.a.

1,00

H1 u H2

≤ +10

≥ –1

m.a.

0,92

M1

≤ +5

≥ –1

m.a.

1,08

Kabinetti freezers vertikali u kkombinati tas-supermarkets

L1

≤ –15

m.a.

≤ –18

1,00

L2

≤ –12

m.a.

≤ –18

0,90

L3

≤ –12

m.a.

≤ –15

0,90

Kabinetti freezers orizzontali tas-supermarkets

L1

≤ –15

m.a.

≤ –18

1,00

L2

≤ –12

m.a.

≤ –18

0,92

L3

≤ –12

m.a.

≤ –15

0,92


(b)

Kabinetti għall-wiri u l-bejgħ tal-ġelat

Klassi tat-temperatura

L-ogħla temperatura tal-aktar pakkett-M sħun (°C)

L-aktar temperatura baxxa tal-aktar pakkett-M kiesaħ (°C)

L-ogħla temperatura minima tal-pakketti-M kollha (°C)

Valur għal C

G1

-10

-14

m.a.

1,00

G2

-10

-16

m.a.

1,00

G3

-10

-18

m.a.

1,00

L1

-15

m.a.

-18

1,00

L2

-12

m.a.

-18

1,00

L3

-12

m.a.

-15

1,00

S

Klassifikazzjoni speċjali

1,00


(c)

Magni tal-bejgħ awtomatiċi refriġerati

Klassi tat-temperatura (*2)

Temperatura massima mkejla tal-prodott (TV ) (°C)

Valur għal C

Kategorija 1

7

1+(12-TV)/25

Kategorija 2

12

Kategorija 3

3

Kategorija 4

(TV1+TV2)/2 (*1)

Kategorija 6

(TV1+TV2)/2 (*1)


(d)

l-apparat refriġeranti kollu l-ieħor b’funzjoni ta’ bejgħ dirett

Kategorija

Valur għal C

Apparat ieħor

1,00

(4)

Il-koeffiċjent Y jiġi kkalkulat kif ġej:

(a)

għal coolers tax-xarbiet:

Yc huwa l-volum ekwivalenti tal-kompartimenti tal-cooler tax-xarbiet b’temperatura mira, Tc, (Veqc ), ikkalkulat kif ġej:

Yc = Veq c = GrossVolumec × ((25 – Tc)/20) × CC;

fejn Tc hija t-temperatura medja tal-kompartiment u CC huwa l-fattur tal-klassi klimatika. Il-valuri għal Tc huma stabbiliti fit-Tabella 6. Il-valuri għal CC huma stabbiliti fit-Tabella 7.

Tabella 6

Klassijiet tat-temperatura u temperaturi medji tal-kompartimenti korrispondenti (Tc) għall-coolers tax-xarbiet

Klassi tat-temperatura (*)

Tc (°C)

K1

+ 3,5

K2

+ 2,5

K3

– 1,0

K4

+ 5,0


Tabella 7

Kundizzjonijiet operattivi u valuri CC korrispondenti għal coolers tax-xarbiet

L-ogħla temperatura ambjentali (°C)

Umdità ambjentali relattiva (%)

CC

+25

60

1,00

+32

65

1,05

+ 40

75

1,10

(b)

għal freezers tal-ġelat:

Yc huwa l-volum ekwivalenti tal-kompartimenti tal-freezer tal-ġelat b’temperatura mira Tc, (Veqc ), ikkalkulat kif ġej:

Yc = Veq c = NetVolumec × ((12 – Tc)/30) × CC;

fejn Tc hija t-temperatura medja tal-kompartiment u CC huwa l-fattur tal-klassi klimatika. Il-valuri għal Tc huma stabbiliti fit-Tabella 8. Il-valuri għal CC huma stabbiliti fit-Tabella 9.

Tabella 8

Klassijiet tat-temperatura u temperaturi medji tal-kompartimenti korrispondenti (Tc) għall-freezers tal-ġelat

Klassi tat-temperatura

Tc (°C)

L-aktar temperatura sħuna tal-pakkett-M hija aktar kiesħa jew ugwali fit-testijiet kollha (ħlief fit-test tal-ftuħ tal-għatu) (°C)

Iż-żieda massima permessa fit-temperatura tal-pakkett-M l-aktar sħun waqt it-test tal-ftuħ tal-għatu (°C)

-18

2

-18,0

-7

2

-7,0


Tabella 9

Kundizzjonijiet operattivi u valuri CC korrispondenti għal freezers tal-ġelat

 

Minimu

Massimu

CC

Temperatura ambjentali (°C)

Umdità ambjentali relattiva (%)

Temperatura ambjentali (°C)

Umdità ambjentali relattiva (%)

Freezer tal-ġelat b’għatu trasparenti

16

80

30

55

1,00

35

75

1,10

40

40

1,20

Freezer tal-ġelat b’għatu mhux trasparenti

16

80

30

55

1,00

35

75

1,04

40

40

1,10

(c)

għal magni tal-bejgħ awtomatiċi refriġerati:

Y huwa l-volum nett tal-magna tal-bejgħ awtomatika refriġerata, li huwa l-ammont totali tal-volumi tal-kompartimenti kollha li fihom jinsabu l-prodotti disponibbli direttament għall-bejgħ u l-volum li minnu jgħaddu l-prodotti matul il-proċess tad-distribuzzjoni, espress f’litri (L) u mqarreb għall-eqreb numru sħiħ.

(d)

għall-apparat refriġeranti kollu l-ieħor b’funzjoni ta’ bejgħ dirett:

Yc huwa l-ammont totali tat-TDA tal-kompartimenti kollha tal-istess klassi tat-temperatura tal-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett, espress f’metri kwadri (m2), u mqarreb sa żewġ pożizzjonijiet deċimali.

(5)

Il-valuri għal P huma stabbiliti fit-Tabella 10.

Tabella 10

Valuri P

Tip ta’ kabinett

P

Kabinetti integrali tas-supermarkets

1,10

Apparat refriġeranti ieħor b’funzjoni ta’ bejgħ dirett

1,00


(*1)  Għall-magni tal-bejgħ awtomatiċi b’diversi temperaturi, TV għandha tkun il-medja ta’ TV1 (it-temperatura massima mkejla tal-prodott fl-aktar kompartiment sħun) u TV2 (it-temperatura massima mkejla tal-prodott fl-aktar kompartiment kiesaħ).

(*2)  kategorija 1 = magni refriġerati b’quddiem magħluq, għal-laned u għall-fliexken, li fihom il-prodotti jinżammu maħżuna fuq xulxin, kategorija 2 = magni refriġerati b’quddiem tal-ħġieġ, għal-laned u għall-fliexken, ħelu u snacks, kategorija 3 = magni refriġerati b’quddiem tal-ħġieġ li jintużaw biss għal oġġetti tal-ikel li jitħassru, kategorija 4 = magni refriġerati b’quddiem tal-ħġieġ b’diversi temperaturi, kategorija 6 = magni kkombinati li jikkonsistu minn kategoriji differenti ta’ magni fl-istess struttura, li jaħdmu b’unità tat-tkessiħ waħda.

m.a. = mhux applikabbli


ANNESS IV

Proċedura ta’ verifika għall-finijiet tas-sorveljanza tas-suq

It-tolleranzi tal-verifika definiti f’dan l-Anness huma marbutin biss mal-verifika tal-parametri ddikjarati mill-awtoritajiet tal-Istati Membri u ma għandhomx jintużaw mill-manifattur, l-importatur jew ir-rappreżentant awtorizzat bħala tolleranza permessa biex jiġu stabbiliti l-valuri inklużi fid-dokumentazzjoni teknika jew għall-interpretazzjoni ta’ dawn il-valuri bl-għan li tinkiseb il-konformità jew biex tiġi kkomunikata prestazzjoni aħjar bi kwalunkwe mezz.

Meta mudell ikun ġie ddisinjat biex ikun kapaċi jinduna li qed jiġi ttestjat (eż. billi jirrikonoxxi l-kundizzjonijiet tat-test jew iċ-ċiklu tat-test), u biex jirreaġixxi b’mod speċifiku billi jbiddel awtomatikament il-prestazzjoni tiegħu matul it-test bl-objettiv li jintlaħaq livell aktar favorevoli għal kull wieħed mill-parametri speċifikati f’dan ir-Regolament jew inklużi fid-dokumentazzjoni teknika jew f’xi dokumentazzjoni pprovduta, il-mudell u l-mudelli ekwivalenti kollha għandhom jitqiesu li mhumiex konformi.

Meta tkun qed tiġi vverifikata l-konformità ta’ mudell tal-prodott mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament skont il-punt 2 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/125/KE, għar-rekwiżiti msemmija f’dan l-Anness, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw din il-proċedura li ġejja:

1.

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jivverifikaw unità waħda tal-mudell.

2.

Il-mudell għandu jitqies bħala konformi mar-rekwiżiti applikabbli, jekk:

(a)

il-valuri mogħtija fid-dokumentazzjoni teknika skont il-punt 2 tal-Anness IV tad-Direttiva 2009/125/KE (il-valuri dikjarati) u, meta applikabbli, il-valuri użati għall-kalkolu ta’ dawn il-valuri, ma jkunux aktar favorevoli għall-manifattur, l-importatur jew ir-rappreżentant awtorizzat milli jkunu r-riżultati tal-kejl korrispondenti mwettaq skont il-paragrafu (g) tiegħu; u

(b)

il-valuri dikjarati jkunu jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament, u kull informazzjoni meħtieġa dwar il-prodott li jippubblikaw il-manifattur, l-importatur jew ir-rappreżentant awtorizzat ma jkunx fiha valuri aktar favorevoli għall-manifattur, l-importatur jew ir-rappreżentant awtorizzat mill-valuri dikjarati; u

(c)

meta l-awtoritajiet tal-Istati Membri jiċċekkjaw l-unità tal-mudell, huma jsibu li l-manifattur, l-importatur jew ir-rappreżentant awtorizzat ikun implimenta sistema li tikkonforma mar-rekwiżiti tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 6; u

(d)

meta l-awtoritajiet tal-Istati Membri jiċċekkjaw l-unità tal-mudell, din tikkonforma mar-rekwiżiti tat-tielet paragrafu tal-Artikolu 6 u mar-rekwiżiti dwar l-aspetti ta’ effiċjenza fir-riżorsi tal-punt 2 tal-Anness II; u

(e)

meta l-awtoritajiet tal-Istati Membri jittestjaw l-unità tal-mudell, il-valuri ddeterminati (il-valuri tal-parametri rilevanti kif imkejla waqt it-testijiet u l-valuri kkalkolati minn dan il-kejl) ikunu konformi mat-tolleranzi tal-verifika rispettivi mogħtija fit-Tabella 11.

3.

Jekk ma jinkisbux ir-riżultati msemmija fil-punti (2)(a), (b), (c) jew (d), il-mudell u l-mudelli ekwivalenti kollha għandhom jitqiesu li mhumiex konformi ma’ dan ir-Regolament.

4.

Jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt 2(e), l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jagħżlu tliet unitajiet oħra tal-istess mudell biex jiġu ttestjati. B’mod alternattiv, it-tliet unitajiet l-oħra magħżula jistgħu jkunu ta’ mudell(i) ekwivalenti.

5.

Il-mudell għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk, għal dawn it-tliet unitajiet, il-medja aritmetika tal-valuri ddeterminati tkun fi ħdan it-tolleranzi tal-verifika rispettivi mogħtija fit-Tabella 11.

6.

Jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt 5, il-mudell u l-mudelli ekwivalenti kollha għandhom jitqiesu li mhumiex konformi ma’ dan ir-Regolament.

7.

Meta tittieħed id-deċiżjoni tan-nuqqas ta’ konformità tal-mudell skont il-punti 3 jew 6, l-awtoritajiet tal-Istat Membru għandhom jipprovdu kull informazzjoni rilevanti lill-awtoritajiet tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni mingħajr dewmien.

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jużaw il-metodi tal-kejl u tal-kalkolu mogħtija fl-Anness III.

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw biss it-tolleranzi tal-verifika stabbiliti fit-Tabella 11 u għandhom jużaw biss il-proċedura deskritta fil-punti 1 sa 7 għar-rekwiżiti msemmija f’dan l-Anness. Għall-parametri tat-Tabella 11, ma għandha tiġi applikata l-ebda tolleranza oħra, bħalma huma dawk stabbiliti fi standards armonizzati jew fi kwalunkwe metodu ieħor ta’ kejl.

Tabella 11

Tolleranzi tal-verifika

Parametri

Tolleranzi tal-verifika

Il-volum nett, u l-volum nett tal-kompartiment fejn applikabbli

Il-valur iddeterminat (1) m’għandux ikun baxx aktar minn 3 % jew minn litru wieħed [1] – jintuża l-ogħla valur – mill-valur iddikjarat.

Il-volum gross, u l-volum gross tal-kompartiment fejn applikabbli

Il-valur iddeterminat (1) m’għandux ikun baxx aktar minn 3 % jew minn litru wieħed [1] – jintuża l-ogħla valur – mill-valur iddikjarat

It-TDA, u t-TDA tal-kompartiment fejn applikabbli

Il-valur iddeterminat (1) m’għandux ikun ogħla mill-valur iddikjarat b’iktar minn 3 %.

Edaily

Il-valur iddeterminat (1) m’għandux ikun ogħla mill-valur iddikjarat b’iktar minn 10 %

AE

Il-valur iddeterminat (1) m’għandux ikun ogħla mill-valur iddikjarat b’iktar minn 10 %.


(1)  fil-każ ta’ tliet unitajiet addizzjonali ttestjati kif preskritt fil-punt 4, il-valur iddeterminat ifisser il-medja aritmetika tal-valuri ddikjarati għal dawn it-tliet unitajiet addizzjonali.


ANNESS V

Parametri referenzjarji

Fiż-żmien id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, l-aħjar teknoloġija disponibbli fis-suq għall-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett f’termini tal-EEI tagħhom ġiet identifikata kif deskritt hawn taħt.

 

TDA (m2), volum nett (L) jew volum gross (L) kif applikabbli

T1 jew TV

AE (kWh/a)

Kabinetti tas-supermarkets

(Friġġ vertikali tas-supermarkets)

3,3

 

4526

(= 12,4 kWh/24 h)

Kabinetti tas-supermarkets

(Friġġ orizzontali tas-supermarkets)

2,2

 

2044

(= 5,6 kWh/24 h)

Kabinetti tas-supermarkets

(Freezer vertikali tas-supermarkets)

3

 

9709

(= 26,6 kWh/24 h)

Kabinetti tas-supermarkets

(Freezer orizzontali tas-supermarkets)

1,4

 

1621

(= 4,4 kWh/24 h)

2,76

 

6424

(= 17,6 kWh/24 h)

Magni tal-bejgħ awtomatiċi refriġerati għal-laned u għall-fliexken

548

7 °C

1547

(= 4,24 kWh/24 h)

Magna tal-bejgħ awtomatika refriġerata spirali

472

3 °C

2070

(= 5,67 kWh/24 h)

Cooler tax-xarbiet

506

 

475

(= 1,3 kWh/24 h)

Freezer tal-ġelat

302

 

329

(= 0,9 kWh/24 h)

Kabinett għall-wiri u l-bejgħ tal-ġelat

1,43

 

10862

(= 29,76 kWh/24 h)