8.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 289/32


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1869

tas-7 ta’ Novembru 2019

li jemenda u jikkoreġi l-Anness I tad-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ ċerti sustanzi mhux mixtieqa fl-għalf tal-annimali

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Mejju 2002 dwar sustanzi mhux mixtieqa fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 8(1) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2002/32/KE tipprevedi l-projbizzjoni tal-użu tal-prodotti maħsubin għall-għalf tal-annimali li jkun fihom is-sustanzi mhux mixtieqa f’livelli li jaqbżu l-livelli massimi stabbiliti fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva.

(2)

L-awtoritajiet kompetenti u l-operaturi tan-negozju tal-għalf ikkonċernati rċevew data li tindika li l-livell massimu ġenerali ta’ 2 mg/kg għall-arseniku fil-materjali tal-għalf li joriġinaw mill-pjanti ma jistax jintlaħaq fil-materjali speċifiċi tal-għalf leonardit u l-pit. Għalhekk huwa xieraq li jiżdied il-livell massimu għall-arseniku totali f’dawn il-materjali tal-għalf biex tiġi żgurata l-provvista. Din iż-żieda ma tħallix effett ħażin fuq is-saħħa tal-annimali jew dik pubblika billi l-livell massimu stabbilit għall-arseniku fl-għalf kumplimentari u fl-għalf komplut baqa’ l-istess.

(3)

L-operaturi tan-negozju tal-għalf ikkonċernati bagħtu data li tindika li għall-mikroelement it-triidrossiklorur tad-dimanganiż mhux possibbli li jintlaħaq il-livell massimu ġenerali ta’ 30 mg/kg għall-arseniku fl-addittivi tal-għalf li jappartjenu għall-grupp funzjonali tal-komposti tal-mikroelementi. Għalhekk huwa xieraq li jiżdied il-livell massimu għall-arseniku fit-triidrossiklorur tad-dimanganiż, abbażi tad-data miksuba permezz tal-metodu analitiku tal-iSpettrometrija tal-Massa bil-Plażma b’Akkoppjament Induttiv (ICP-MS). Il-Laboratorju Ewropew ta’ Referenza għall-metalli u għall-komposti nitroġeniċi kkonferma li dan il-metodu jipprovdi r-riżultati korretti fir-rigward tal-preżenza tal-arseniku fil-mikroelementi. Din iż-żieda ma tħallix effett ħażin fuq is-saħħa tal-annimali jew dik pubblika minħabba li l-livell massimu stabbilit għall-arseniku fl-għalf kumplimentari u fl-għalf komplut baqa’ l-istess.

(4)

B’kooperazzjoni mal-partijiet ikkonċernati, iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni Ewropea eżamina ċerti sejbiet dwar il-fluworu fl-alki kalkarji tal-baħar. Dak l-eżami stabbilixxa li l-preżenza ta’ sfond ta’ fluworu fl-alki kalkarji tal-baħar f’xi każijiet taqbeż il-livell massimu stipulat għall-fluworu fl-alki kalkarji tal-baħar. Għalhekk huwa xieraq li l-livell massimu għall-fluworu fl-alki kalkarji tal-baħar jiżdied minn 1 000 mg/kg sa 1 250 mg/kg. Din iż-żieda ma għandhiex effett ħażin fuq is-saħħa tal-annimali jew dik pubblika minħabba li l-livell massimu stabbilit għall-arseniku fl-għalf kumplimentari u fl-għalf komplut baqa’ l-istess.

(5)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/2229 (2) emenda l-Anness I tad-Direttiva 2002/32/KE fir-rigward, fost l-oħrajn, taċ-ċomb. Għal raġunijiet ta’ ċarezza, ġiet sostitwita l-entrata sħiħa għaċ-ċomb. F’din is-sostituzzjoni, fil-lista tal-materjali tal-għalf li għaliha japplika l-livell massimu ta’ 15 mg/kg, b’mod żbaljat, tħalla barra l-materjal tal-għalf l-arzell kalkaruż tal-baħar. Ir-Regolament (UE) 2017/2229 stabbilixxa wkoll livell massimu ġdid għaċ-ċomb fl-ossidu tad-diram. Madankollu, l-isem IUPAC (L-Unjoni Internazzjonali tal-Kimika Pura u Applikata) tal-addittiv huwa ossidu tar-ram(I). F’konformità mar-rakkomandazzjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (l- “EFSA”) fl-opinjoni tagħha dwar l-ossidu kupriku (3), jenħtieġ li l-addittiv jissejjaħ ossidu tar-ram (I), u dan ma sarx fil-verżjonijiet lingwistiċi bl-Ingliż, bit-Taljan u bis-Slovakk tar-Regolament. Jenħtieġ li dawn l-iżbalji jiġu kkoreġuti.

(6)

Ċerti materjali tal-għalf li jappartjenu għall-kategorija “il-ħut, l-annimali akkwatiċi l-oħrajn u l-prodotti derivati minnhom” jitqiegħdu fis-suq bħala materjal tal-għalf imxarrab fil-laned għat-tagħlif dirett tal-klieb u l-qtates. Għalhekk, billi dan il-materjal tal-għalf imxarrab fil-laned jissostitwixxi l-għalf kompost, huwa xieraq li jiġi applikat l-istess livell massimu ta’ merkurju għal dan il-materjal tal-għalf imxarrab fil-laned bħala l-livell massimu applikabbli għall-għalf kompost peress li din il-bidla ma taffettwax b’mod ħażin is-saħħa tal-annimali.

(7)

L-EFSA adottat dikjarazzjoni xjentifika dwar il-preżenza ta’ gossipol ħieles fiż-żerriegħa tal-qoton sħiħa (4). Hija kkonkludiet li ma kienx hemm bżonn ta’ aġġornament għall-opinjoni xjentifika fir-rigward tar-riskji għas-saħħa tal-annimali mill-preżenza tal-gossipol bħala sustanza mhux mixtieqa fl-għalf tal-annimali. Filwaqt li titqies id-data ta’ okkorrenza msemmija f’dik id-dikjarazzjoni, huwa xieraq li jiġi stabbilit livell massimu ogħla għall-gossipol ħieles fil-materjal tal-għalf taż-żerriegħa tal-qoton. Din iż-żieda ma taffettwax b’mod ħażin is-saħħa tal-annimali minħabba li l-livell massimu stabbilit għall-gossipol ħieles fl-għalf komplet baqa’ l-istess.

(8)

Id-Direttiva 2002/32/KE tistabbilixxi livell massimu għad-diossini, is-somma ta’ diossini u PCB simili għad-diossini u PCB mhux simili għad-diossini biss f’ċerti addittivi tal-għalf li jappartjenu għall-gruppi funzjonali tal-aġenti li jgħaqqdu u l-antiagglomeranti. Madankollu, is-sejbiet riċenti nnotifikati permezz tas-Sistema ta’ Twissija Rapida għall-Ikel u l-Għalf juru livelli għoljin ta’ diossini u PCBs simili għad-diossini f’addittivi oħra tal-għalf li jappartjenu għal dak il-grupp funzjonali. Għalhekk huwa xieraq li jiġi stabbilit il-livell massimu għad-diossini u l-PCBs fl-addittivi kollha tal-għalf li jappartjenu għall-gruppi funzjonali tal-aġenti li jgħaqqdu u l-antiagglomeranti. Barra minn hekk, jenħtieġ li dawk il-livelli massimi japplikaw ukoll fejn l-istess addittivi tal-għalf huma awtorizzati fil-gruppi funzjonali “Sustanzi għall-kontroll tal-kontaminazzjoni radjonuklida” u “Sustanzi għat-tnaqqis tal-kontaminazzjoni tal-għalf mill-mikotossini”

(9)

Għalhekk jenħtieġ li d-Direttiva 2002/32/KE tiġi emendata skont dan.

(10)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tad-Direttiva 2002/32/KE qed jiġi emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Novembru 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 140, 30.5.2002, p. 10.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/2229 tal-4 ta’ Diċembru 2017 li jemenda l-Anness I tad-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-livelli massimi taċ-ċomb, tal-merkurju, tal-melamina u tad-dekokinat (ĠU L 319, 5.12.2017, p. 6).

(3)  EFSA Journal 2015;13(4):4057.

(4)  https://efsa.onlinelibrary.wiley.com/doi/epdf/10.2903/j.efsa.2017.4850


ANNESS

L-Anness I tad-Direttiva 2002/32/KE huwa emendat kif ġej:

(1)

Fit-Taqsima I, ir-Ringiela numru 1, Arseniku, hija sostitwita b’dan li ġej:

Sustanza mhux mixtieqa

Prodotti maħsuba għall-għalf tal-annimali

Livelli massimi f’mg/kg (ppm) relatati ma’ għalf b’kontenut tal-ilma ta’ 12 %

“1. Arseniku (1)

Materjali tal-għalf

2

 

bl-eċċezzjoni ta’:

magħlef magħmul minn ħaxix, minn xnien imnixxef u minn silla mnixxfa, u polpa mnixxfa tal-pitravi zokkrija u molassa mnixxfa tal-polpa tal-pitravi zokkrija;

4

 

espellent tal-qalba tal-palm;

4 (2)

 

pit; leonardit;

5 (2)

 

fosfati, algi kalkarji tal-baħar;

10

 

karbonat tal-kalċju; karbonat tal-kalċju u tal-manjeżju (10); arzell kalkaruż tal-baħar;

15

 

ossidu tal-manjeżju; karbonat tal-manjeżju;

20

 

ħut, annimali akkwatiċi oħrajn u prodotti derivati minnhom;

25 (2)

 

magħlef tal-alka u materjali tal-għalf li ġejjin mill-alka.

40 (2)

 

Partikuli tal-ħadid użati bħala traċċatur.

50

 

Addittivi tal-għalf li jappartjenu għall-grupp funzjonali ta’ komposti ta’ mikroelementi

30

 

bl-eċċezzjoni ta’:

pentaidrat tas-sulfat kupriku; karbonat kupriku; triidrossiklorur tad-diram; karbonat ferruż; triidrossiklorur tad-dimanganiż

50

 

ossidu taż-żingu; ossidu manganuż; ossidu kupriku.

100

 

Għalf komplimentari

4

 

bl-eċċezzjoni ta’:

għalf minerali;

12

 

għalf komplimentari, għal annimali domestiċi, li fih ħut, annimali oħra akkwatiċi u prodotti derivati minnhom u/jew magħlef tal-alka u materjali tal-għalf derivati mill-alka;

10 (2)

 

il-formulazzjonijiet ta’ forniment fit-tul tal-għalf għal għanijiet partikolari tan-nutriment b’konċentrazzjoni ta’ mikroelementi aktar minn 100 darba l-kontenut massimu stabbilit fl-għalf komplet;

30

 

Għalf komplet

2

 

bl-eċċezzjoni ta’:

għalf komplet għall-ħut u annimali pilużi;

10 (2)

 

għalf komplet, għal annimali domestiċi, li fih ħut, annimali oħra akkwatiċi u prodotti derivati minnhom u/jew magħlef tal-alka u materjali tal-għalf derivati mill-alka.

10 (2)”

(2)

Fit-Taqsima I, ir-Ringiela numru 3, Fluworu, fil-kolonna “Livelli massimi f’mg/kg (ppm) relatati ma’ għalf b’kontenut tal-ilma ta’ 12 %”, iċ-ċifra għal-livell massimu għall-alki kalkarji tal-baħar hija sostitwita b’“1 250”;

(3)

Fit-Taqsima I, ir-Ringiela numru 4, Ċomb, hija sostitwita b’dan li ġej:

Sustanza mhux mixtieqa

Prodotti maħsuba għall-għalf tal-annimali

Livelli massimi f’mg/kg (ppm) relatati ma’ għalf b’kontenut tal-ilma ta’ 12 %

“4. Ċomb (12)

Materjali tal-għalf

10

 

bl-eċċezzjoni ta’:

magħlef (3);

30

 

fosfati, algi kalkarji tal-baħar u arzell kalkaruż tal-baħar;

15

 

karbonat tal-kalċju; karbonat tal-kalċju u tal-manjeżju (10);

20

 

ħmejjer.

5

 

Addittivi tal-għalf li jappartjenu għall-grupp funzjonali ta’ komposti ta’ mikroelementi

100

 

bl-eċċezzjoni ta’:

ossidu taż-żingu;

400

 

ossidu manganuż, karbonat ferruż, karbonat kupriku, ossidu tar-ram (I).

200

 

Addittivi tal-għalf li jappartjenu għall-gruppi funzjonali tal-aġenti li jgħaqqdu u tal-aġenti antiagglomeranti

30

 

bl-eċċezzjoni ta’:

klinoptilolit ta’ oriġini vulkanika; natrolit-fonolit.

60

 

Pretaħlitiet (6)

200

 

Għalf komplimentari

10

 

bl-eċċezzjoni ta’:

għalf minerali;

15

 

formulazzjonijiet ta’ forniment fit-tul ta’ għalf għal għanijiet partikolari ta’ nutriment b’konċentrazzjoni ta’ mikroelementi aktar minn 100 darba l-kontenut massimu stabbilit f’għalf komplet.

60

 

Għalf komplet.

5”

(4)

Fit-Taqsima I, ir-Ringiela numru 5, Merkurju, hija sostitwita b’dan li ġej:

Sustanza mhux mixtieqa

Prodotti maħsuba għall-għalf tal-annimali

Livelli massimi f’mg/kg (ppm) relatati ma’ għalf b’kontenut tal-ilma ta’ 12 %

“5. Merkurju (4)

Materjali tal-għalf

0,1

 

bl-eċċezzjoni ta’:

ħut, annimali akkwatiċi oħrajn u prodotti derivati minnhom maħsubin għall-produzzjoni ta’ għalf kompost għall-annimali li jipproduċu l-ikel;

0,5

 

ħut, annimali akkwatiċi oħrajn u prodotti derivati minnhom maħsubin għall-produzzjoni ta’ għalf kompost għall-klieb, għall-qtates, għall-ħut ornamentali u għall-annimali pilużi;

1,0 (13)

 

ħut, annimali akkwatiċi oħrajn u prodotti derivati minnhom bħala materjal tal-għalf imxarrab fil-laned għat-tagħlif tal-klieb u l-qtates

0,3

 

karbonat tal-kalċju; karbonat tal-kalċju u tal-manjeżju (10).

0,3

 

Għalf compost

0,1

 

bl-eċċezzjoni ta’:

għalf minerali;

0,2

 

għalf kompost għall-ħut;

0,2

 

għalf kompost għall-klieb, għall-qtates, għall-ħut ornamentali u għall-annimali pilużi.

0,3”

(5)

Fit-Taqsima III, ir-Ringiela numru 1, Gossipol ħieles, fil-kolonna “Livelli massimi f’mg/kg (ppm) relatati ma’ għalf b’kontenut tal-ilma ta’ 12 %”, iċ-ċifra għal-livell massimu taż-żerriegħa tal-qoton hija sostitwita b’“6 000”;

(6)

Fit-Taqsima V, ir-Ringiela numru 1, Diossini, fil-kolonna “Prodotti maħsuba għall-għalf tal-annimali”, ir-raba’ entrata, li tikkonċerna l-addittivi tal-għalf tat-tafal tal-kawlina, il-vermikulit, in-natrolit-fonolit, l-aluminati tal-kalċju sintetiċi u l-klinoptilolit ta’ oriġini sedimentarja li jappartjenu għall-gruppi funzjonali tal-aġenti li jgħaqqdu u tal-aġenti antiagglomeranti, hija sostitwita b’dan li ġej:

 

“Addittivi tal-għalf li jappartjenu għall-gruppi funzjonali tal-aġenti li jgħaqqdu u tal-aġenti antiagglomeranti (*1).

(*1)  Il-livell massimu huwa applikabbli wkoll għall-addittivi tal-għalf li jappartjenu għall-gruppi funzjonali ta’ sustanzi għall-kontroll tal-kontaminazzjoni bir-radjonuklidi u s-sustanzi għat-tnaqqis tal-kontaminazzjoni tal-għalf permezz tal-mikotossini li jappartjenu wkoll għall-gruppi funzjonali tal-aġenti li jgħaqqdu u tal-aġenti antiagglomeranti.”."

(7)

Fit-Taqsima V, ir-Ringiela numru 2, L-ammont ta’ diossini u ta’ PCBs simili għad-diossini, fil-kolonna “Prodotti maħsuba għall-għalf tal-annimali”, ir-raba’ entrata, li tikkonċerna l-addittivi tal-għalf tat-tafal tal-kawlina, il-vermikulit, in-natrolit-fonolit, l-aluminati tal-kalċju sintetiċi u l-klinoptilolit ta’ oriġini sedimentarja li jappartjenu għall-gruppi funzjonali tal-aġenti li jgħaqqdu u tal-aġenti antiagglomeranti, hija sostitwita b’dan li ġej:

 

“Addittivi tal-għalf li jappartjenu għall-gruppi funzjonali tal-aġenti li jgħaqqdu u tal-aġenti antiagglomeranti (*2).

(*2)  Il-livell massimu huwa applikabbli wkoll għall-addittivi tal-għalf li jappartjenu għall-gruppi funzjonali ta’ sustanzi għall-kontroll tal-kontaminazzjoni bir-radjonuklidi u s-sustanzi għat-tnaqqis tal-kontaminazzjoni tal-għalf permezz tal-mikotossini li jappartjenu wkoll għall-gruppi funzjonali tal-aġenti li jgħaqqdu u tal-aġenti antiagglomeranti.”."

(8)

Fit-Taqsima V, ir-Ringiela numru 3, PCBs mhux simili għad-diossini, fil-kolonna “Prodotti maħsuba għall-għalf tal-annimali”, ir-raba’ entrata, li tikkonċerna l-addittivi tal-għalf tat-tafal tal-kawlina, il-vermikulit, in-natrolit-fonolit, l-aluminati tal-kalċju sintetiċi u l-klinoptilolit ta’ oriġini sedimentarja li jappartjenu għall-gruppi funzjonali tal-aġenti li jgħaqqdu u tal-aġenti antiagglomeranti, hija sostitwita b’dan li ġej:

 

“Addittivi tal-għalf li jappartjenu għall-gruppi funzjonali tal-aġenti li jgħaqqdu u tal-aġenti antiagglomeranti (*3).

(*3)  Il-livell massimu huwa applikabbli wkoll għall-addittivi tal-għalf li jappartjenu għall-gruppi funzjonali ta’ sustanzi għall-kontroll tal-kontaminazzjoni bir-radjonuklidi u s-sustanzi għat-tnaqqis tal-kontaminazzjoni tal-għalf permezz tal-mikotossini li jappartjenu wkoll għall-gruppi funzjonali tal-aġenti li jgħaqqdu u tal-aġenti antiagglomeranti.”."


(*1)  Il-livell massimu huwa applikabbli wkoll għall-addittivi tal-għalf li jappartjenu għall-gruppi funzjonali ta’ sustanzi għall-kontroll tal-kontaminazzjoni bir-radjonuklidi u s-sustanzi għat-tnaqqis tal-kontaminazzjoni tal-għalf permezz tal-mikotossini li jappartjenu wkoll għall-gruppi funzjonali tal-aġenti li jgħaqqdu u tal-aġenti antiagglomeranti.”.

(*2)  Il-livell massimu huwa applikabbli wkoll għall-addittivi tal-għalf li jappartjenu għall-gruppi funzjonali ta’ sustanzi għall-kontroll tal-kontaminazzjoni bir-radjonuklidi u s-sustanzi għat-tnaqqis tal-kontaminazzjoni tal-għalf permezz tal-mikotossini li jappartjenu wkoll għall-gruppi funzjonali tal-aġenti li jgħaqqdu u tal-aġenti antiagglomeranti.”.

(*3)  Il-livell massimu huwa applikabbli wkoll għall-addittivi tal-għalf li jappartjenu għall-gruppi funzjonali ta’ sustanzi għall-kontroll tal-kontaminazzjoni bir-radjonuklidi u s-sustanzi għat-tnaqqis tal-kontaminazzjoni tal-għalf permezz tal-mikotossini li jappartjenu wkoll għall-gruppi funzjonali tal-aġenti li jgħaqqdu u tal-aġenti antiagglomeranti.”.”