14.10.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 261/37 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1715
tat-30 ta’ Settembru 2019
li jistabbilixxi r-regoli għat-tħaddim tas-sistema ta’ ġestjoni tal-informazzjoni għall-kontrolli uffiċjali u l-komponenti tas-sistema tagħha (“ir-Regolament IMSOC”)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta’ Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(1) tagħha,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 51 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (3) (“il-Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”), u b’mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 23 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2016 dwar il-miżuri protettivi kontra pesti tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 652/2014 u (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 69/464/KEE, 74/647/KEE, 93/85/KEE, 98/57/KE, 2000/29/KE, 2006/91/KE u 2007/33/KE (4), u b’mod partikolari l-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 104 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (5) (“ir-Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali”), b’mod partikolari l-punt (a) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58, il-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 75(2), il-punt (f) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 90, il-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 102(6), l-Artikolu 103(6) u l-punti (a) sa (g) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 134 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2017/625 fost l-oħrajn jistabbilixxi r-regoli biex l-Istati Membri jwettqu l-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra fuq l-annimali u l-oġġetti li jidħlu fl-Unjoni sabiex jiżguraw l-applikazzjoni korretta tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-katina agroalimentari. |
(2) |
Dan jirrikjedi li l-Kummissjoni, b’kollaborazzjoni mal-Istati Membri, tistabbilixxi u tiġġestixxi sistema kompjuterizzata ta’ ġestjoni tal-informazzjoni għall-kontrolli uffiċjali (IMSOC) biex timmaniġġja, tittratta u tiskambja d-data, l-informazzjoni u d-dokumenti b’mod awtomatiku fir-rigward tal-kontrolli uffiċjali. Jenħtieġ li l-IMSOC tintegra u taġġorna ċerti sistemi ta’ informazzjoni ġestiti mill-Kummissjoni skont il-ħtieġa u taġixxi bħala sistema ta’ interoperabbiltà li tikkollegahom ma’ xulxin u, f’ċerti każijiet, tikkollegahom anki ma’ sistemi nazzjonali eżistenti tal-Istati Membri u ma’ sistemi ta’ informazzjoni ta’ pajjiżi terzi u ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali (“sistemi oħra”). |
(3) |
Is-sistemi ta’ informazzjoni ġestiti mill-Kummissjoni u li se jiġu integrati fl-IMSOC jinkludu s-Sistema ta’ Twissija Rapida għall-Ikel u l-Għalf (RASFF) li tinnotifika r-riskji diretti jew indiretti għas-saħħa tal-bniedem li jkun ġej minn ikel, minn materjali li jkunu f’kuntatt mal-ikel jew mill-għalf, kif stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 178/2002 u elaborat bir-Regolament (KE) Nru 183/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), is-sistema ta’ notifika u ta’ rapportar ta’ informazzjoni dwar mard tal-annimali (ADIS), li għandha tiġi stabbilita skont ir-Regolament (UE) 2016/429, is-sistema ta’ notifika u rapportar tal-preżenza ta’ pesti fil-pjanti u fil-prodotti tal-pjanti (EUROPHYT), li għandhom jiġu stabbiliti skont ir-Regolament (UE) 2016/2031, l-għodod tekniċi għall-assistenza u l-kooperazzjoni amministrattiva (AAC) u s-sistema TRACES imsemmija fir-Regolament (UE) 2017/625. |
(4) |
Is-sistemi ta’ informazzjoni ġestiti mill-Kummissjoni kienu stabbiliti fi żminijiet diversi u minn dak iż-żmien ġew modifikati għal raġunijiet legali u operattivi. Għalhekk, sabiex jiġu aġġornati u integrati kif meħtieġ mir-Regolament (UE) 2017/625, jixraq li fl-istess att jinġabru d-dispożizzjonijiet kollha relatati mat-tħaddim tal-IMSOC u l-komponenti tas-sistema tagħha, u li jiġu stabbiliti regoli għall-iskambju tad-data, tal-informazzjoni u ta’ dokumenti ma’ sistemi oħra abbażi tas-setgħat mogħtija lill-Kummissjoni bir-Regolamenti (KE) Nru 178/2002, (UE) 2016/429, (UE) 2016/2031 u (UE) 2017/625 u li jitħassru l-atti ta’ implimentazzjoni eżistenti. |
(5) |
Ir-Regolament (UE) 2017/625 jipprevedi li jenħtieġ li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jipproċessaw id-data personali permezz tal-IMSOC u ta’ kwalunkwe wieħed mill-komponenti tagħha għall-finijiet tal-kontrolli uffiċjali u għal attivitajiet uffiċjali oħra li jitwettqu biss biex tiġi vverifikata l-konformità mar-regoli rilevanti tal-Unjoni fl-oqsma msemmija fl-Artikolu 1(2) ta’ dak ir-Regolament, inklużi r-rekords tal-passat tal-operaturi fir-rigward tal-konformità ma’ dawk ir-regoli. |
(6) |
Għandhom jitwettqu l-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra fuq l-operaturi għat-tul ta’ żmien kollu tal-attivitajiet tagħhom, u f’ċerti każijiet bħall-kontrolli tal-benessri tal-annimali jew kontrolli uffiċjali fuq il-prodotti li għandhom ħajja twila fuq l-ixkaffa, eż. l-ikel fil-laned jew il-materjali li jiġu f’kuntatt mal-ikel, fuq l-istess annimali u oġġetti f’ħinijiet diversi. Għalhekk, sabiex ikunu jistgħu jiġu traċċati tajjeb ir-rekords dwar il-passat tal-operaturi, jixraq li jiġi stabbilit perjodu massimu ta’ ħżin tad-data personali ta’ għaxar snin, u dan għandu jippermetti t-traċċabbiltà f’każ ta’ tifqigħat b’oriġini alimentari, ta’ tifqigħat ta’ mard tal-annimali, ta’ kontrolli tal-benessri tal-annimali u ta’ tifqigħat ta’ pesti tal-pjanti. |
(7) |
Sabiex jiġu implimentati miżuri li jirrispettaw il-prinċipju tal-“protezzjoni tad-data mid-disinn” stabbilit fir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) u r-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8), jenħtieġ li l-komponenti tal-IMSOC jingħataw kapaċità limitata biex idaħħlu informazzjoni mhux strutturata. Jenħtieġ li din il-kapaċità tintuża biss meta tkun meħtieġa t-tali informazzjoni u ma tkunx tista’ tingħata b’mod effiċjenti u strutturat. Barra minn hekk, anki fin-nuqqas ta’ referenzi espliċiti għalihom, il-prinċipji tal-protezzjoni tad-data personali huma inkorporati f’kull dispożizzjoni ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari fir-rigward tal-identifikazzjoni tal-kontrolluri tad-data, tal-perjodi ta’ ħżin tad-data personali, tal-aċċess għad-data personali, tat-trażmissjoni u tat-trasferiment tad-data personali u tas-sigurtà tad-data. |
(8) |
Jeħtieġ li l-Kummissjoni, b’kollaborazzjoni mal-Istati Membri, tirregola l-IMSOC f’diversi livelli biex ikun żgurat li l-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet ġenerali li japplikaw għall-IMSOC jitmexxew b’mod uniformi u li l-komponenti tas-sistema jiġu żviluppati u jintużaw b’mod koerenti, sabiex jiġi limitat il-piż amministrattiv u fejn dan ma jkunx strettament meħtieġ jiġu stabbiliti proċeduri differenti. |
(9) |
Għal dan il-għan, jixraq li jiġi stabbilit netwerk ta’ membri, fosthom il-Kummissjoni u, fejn jixraq, l-aġenziji tal-UE, għal kull komponent tas-sistema IMSOC, u li l-Kummissjoni tistabbilixxi strutturi ta’ governanza biex jinġabar feedback kontinwu mill-Istati Membri dwar il-bidliet ippjanati u l-karatteristiċi l-ġodda biex imexxu l-iżvilupp tal-IMSOC u l-komponenti tagħha. |
(10) |
Għalkemm kull komponent tal-IMSOC għandu l-ispeċifiċitajiet tiegħu, jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali li jridu jikkonformaw magħhom il-komponenti kollha, fir-rigward tas-sjieda u r-responsabbiltà għad-data, l-informazzjoni u d-dokumenti u l-iskambji ma’ sistemi oħra. Jenħtieġ li jistabbilixxi wkoll l-obbligi u d-drittijiet tal-Kummissjoni rigward id-dispożizzjonijiet tal-IMSOC u tal-protezzjoni tad-data personali fir-Regolament (UE) 2016/679, fid-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) u fir-Regolament (UE) 2018/1725. |
(11) |
Peress li r-Regolament (UE) 2017/625 jistipula li l-IMSOC trid tintegra l-RASFF, jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi l-miżuri ta’ implimentazzjoni għat-tħaddim effiċjenti tal-RASFF fi ħdan l-IMSOC abbażi tal-kundizzjonijiet u l-proċeduri li japplikaw għat-trażmissjoni tan-notifiki, kif stabbilit attwalment mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 16/2011 (10), inkluża d-definizzjoni tat-tipi differenti ta’ notifika kklassifikati skont ir-riskji. |
(12) |
Billi d-dispożizzjonijiet dwar l-assistenza u l-kooperazzjoni amministrattiva tat-Titolu IV tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11) u l-miżuri ta’ implimentazzjoni fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1918 (12) li tistabbilixxi s-Sistema ta’ Assistenza u Kooperazzjoni Amministrattiva (is-sistema AAC) issa huma inklużi fit-Titolu IV tar-Regolament (UE) 2017/625, jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli operazzjonali u format standard għall-iskambju ta’ informazzjoni dwar każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità transfruntiera fi ħdan l-IMSOC f’konformità mas-setgħa mogħtija lill-Kummissjoni permezz tar-Regolament (UE) 2017/625. |
(13) |
Minħabba n-natura kumplessa ta’ ċerti każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità fejn ir-riskji jistgħu ma jiġux identifikati minnufih u sabiex tiġi żgurata koordinazzjoni rapida u xierqa bejn l-awtoritajiet kompetenti differenti permezz tal-proċedura korretta, jenħtieġ li dan ir-Regolament jinkludi r-regoli għad-distinzjoni ċara bejn in-nuqqasijiet ta’ konformità li jiġġeneraw ir-riskji u nuqqasijiet ta’ konformità oħrajn, sabiex tiġi ssimplifikata u ffaċilitata l-għażla bejn il-proċedura RASFF jew AAC skont kif ikun xieraq. |
(14) |
Barra minn hekk, jenħtieġ li dan ir-Regolament jarmonizza wkoll, kemm jista’ jkun, it-tip ta’ informazzjoni li tiġi skambjata permezz tal-proċeduri RASFF jew AAC biex tkun tista’ ssir bidla rapida tal-proċedura f’każ li l-evidenza fattwali turi l-preżenza jew in-nuqqas ta’ riskju. |
(15) |
Fil-Konferenza Ministerjali tas-26 ta’ Settembru 2017 (13), wara inċident ta’ kontaminazzjoni bil-fipronil, il-Kummissjoni u l-Istati Membri qablu dwar miżuri konkreti u azzjoni kkoordinata biex jintensifikaw il-ġlieda kontra l-frodi alimentari. Huma identifikaw it-tneħħija tad-distakk bejn is-sistema RASFF u s-sistema AAC permezz ta’ pjattaforma kkombinata bħala miżura biex jiġi żgurat li l-informazzjoni tiġi skambjata bl-aktar mod effiċjenti possibbli. Għal dan il-għan, jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi għodda kompjuterizzata komuni (iRASFF) li tiġi integrata fl-IMSOC u li tiġbor flimkien l-RASFF u s-sistema AAC, għall-iskambju tal-informazzjoni meħtieġ mir-Regolament (KE) Nru 178/2002 u r-Regolament (UE) 2017/625. |
(16) |
Biex jiġi żgurat li l-iRASFF taħdem b’mod korrett u effiċjenti, jenħtieġ li l-punti ta’ kuntatt tal-Istati Membri tan-netwerks RASFF u AAC jiġu rrappreżentati f’entità msejħa l-punt uniku ta’ kuntatt. Jenħtieġ li din tal-aħħar tikkonsisti minn persuni li jimmaniġġjaw iż-żewġ netwerks, kemm jekk jinsabu fiżikament fl-istess unità amministrattiva kif ukoll jekk ma jkunux, li jittrażmettu l-informazzjoni lill-awtorità kompetenti xierqa fil-pajjiż u jkunu sistematikament l-ewwel punt ta’ kuntatt għall-Kummissjoni. |
(17) |
Barra minn hekk, meta wieħed iqis l-okkorrenza ta’ attivitajiet kriminali tul il-katina tal-ikel u tal-għalf u r-rilevanza konkorrenti ta’ dawk l-attivitajiet għall-awtoritajiet kompetenti u l-pulizija jew il-korpi ġudizzjarji, jenħtieġ li l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) tieħu sehem fin-netwerk tal-frodi alimentari, u meta jkun rilevanti, tinforma lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust). |
(18) |
Jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi wkoll ir-regoli komuni għall-punti ta’ kuntatt tal-iRASFF u għar-rwol ta’ koordinazzjoni tal-Kummissjoni fil-verifikar tan-notifiki u fil-kontribut tagħha biex jiġu identifikati kemm ir-riskji rikorrenti kif ukoll l-operaturi rrappurtati li jinsabu f’dawn ir-riskji. |
(19) |
Barra minn hekk, billi r-Regolament (KE) Nru 178/2002 jirrikjedi li l-awtoritajiet pubbliċi jinfurmaw lill-pubbliku dwar ir-riskji għas-saħħa tal-bniedem fost l-oħrajn, u jinfurmaw lill-pajjiżi terzi dwar ċerti notifiki, jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli biex jinforma lill-pubbliku u lill-pajjiżi terzi, filwaqt li jibbilanċja l-ħtieġa li jagħti l-informazzjoni mal-ħtieġa li ma jagħmilx ħsara lill-operaturi kummerċjali. |
(20) |
Ir-Regolament (UE) 2016/429 jistabbilixxi r-regoli dwar il-mard tal-annimali jiġi trażmess lill-annimali jew lill-bnedmin, inkluż ir-rekwiżiti għan-notifika u għar-rappurtar tal-mard. Dan jirrikjedi li l-Kummissjoni tistabbilixxi u tiġġestixxi sistema ta’ informazzjoni kompjuterizzata għat-tħaddim tal-mekkaniżmi u l-għodod għal dawk ir-rekwiżiti (ADIS) li jenħtieġ li jiġu integrati fl-IMSOC. |
(21) |
Billi r-Regolament (UE) 2016/429 jibda japplika mill-21 ta’ April 2021, jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli differiti għall-istabbiliment tan-netwerk għat-tħaddim tal-ADIS. |
(22) |
Ir-Regolament (UE) 2016/2031 jistabbilixxi l-miżuri għall-prevenzjoni tad-dħul jew tat-tixrid ta’ pesti tal-pjanti fit-territorju tal-UE, inklużi r-rekwiżiti ta’ notifika dwar il-preżenza ta’ pesti u l-miżuri fitosanitarji li jkunu ttieħdu. Dan jirrikjedi li l-Kummissjoni tistabbilixxi sistema elettronika li permezz tagħha l-Istati Membri jridu jibagħtu notifiki u li jenħtieġ li tkun konnessa u kompatibbli mal-IMSOC. |
(23) |
Għal dak il-għan, dak ir-Regolament jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi r-regoli speċifiċi dwar in-notifiki, b’mod partikolari dwar l-elementi li jridu jiġu inklużi, dwar il-formola u dwar kif din trid timtela u dwar l-iskadenzi għall-preżentazzjoni ta’ punti partikolari. |
(24) |
Is-sistema ta’ notifika EUROPHYT-Interċezzjonijiet, ibbażata fuq il-web, hija sistema żviluppata (14) mill-Kummissjoni mal-Istati Membri, għan-notifika tal-interċezzjoni ta’ kunsinni ta’ pjanti u prodotti tal-pjanti li jkunu ġejjin minn Stati Membri oħra jew minn pajjiżi terzi, u li jistgħu jkunu ta’ periklu imminenti li jintroduċu jew li jxerrdu l-pesti. Il-proċedura u l-formola standard li jridu jintużaw għan-notifika ta’ interċezzjoni ta’ kunsinni bħal dawn minn pajjiż terz huma stabbiliti fid-Direttiva tal-Kummissjoni 94/3/KE (15). |
(25) |
Ġiet żviluppata sistema parallela ta’ notifika bbażata fuq il-web, il-EUROPHYT-Tifqigħat, bil-ħsieb li tgħin lill-Istati Membri jinnotifikaw konferma uffiċjali tal-preżenza tal-pesti fit-territorju tagħhom, u l-miżuri li ttieħdu biex tinqered jew biex tiġi evitata l-firxa tal-pesti, kemm jekk dawn jitqiesu ta’ ħsara fil-livell tal-UE kif ukoll jekk le. Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/917/UE (16) tistabbilixxi l-informazzjoni li għandha tiġi inkluża f’dawn in-notifiki u l-iskadenza għas-sottomissjoni tagħhom. Din teħtieġ ukoll li l-Istat Membru li jinnotifika jipprovdi aġġornamenti malajr kemm jista’ jkun fil-każ li jirċievi informazzjoni ġdida rilevanti jew jieħu miżuri ġodda rilevanti. |
(26) |
Sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jinnotifikaw l-interċezzjonijiet u t-tifqigħat kif meħtieġ skont ir-Regolament (UE) 2016/2031, jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli dwar in-notifika tal-interċezzjonijiet u t-tifqigħat li jsegwu proċeduri simili għal dawk li jintużaw għall-interċezzjonijiet skont id-Direttiva 94/3/KE u għat-tifqigħat skont id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/917/UE. |
(27) |
Minħabba li n-notifiki mressqa lill-EUROPHYT — Interċezzjonijiet huma simili għad-data u l-informazzjoni dwar l-importazzjonijiet u l-kummerċ fl-Unjoni ta’ annimali u prodotti li joriġinaw mill-annimali mdaħħlin fis-sistema TRACES, il-funzjonalitajiet tal-EUROPHYT — -Interċezzjonijiet għall-prodotti interċettati fil-fruntiera u fl-Unjoni jenħtieġ li jiġu pprovduti fit-TRACES u mhux fil-EUROPHYT. |
(28) |
Ir-Regolament (UE) 2017/625 jipprevedi wkoll li jenħtieġ li l-IMSOC tippermetti l-produzzjoni, l-immaniġġjar u t-trażmissjoni ta’ dokument sanitarju komuni tad-dħul (CHEDs) u ċertifikati uffiċjali, u tagħti s-setgħa lill-Kummissjoni li tistabbilixxi r-regoli dwar il-format taċ-CHEDs, l-istruzzjoni għall-preżentazzjoni u l-użu tagħhom, u r-regoli għall-ħruġ ta’ ċertifikati elettroniċi u għall-użu ta’ firem elettroniċi. |
(29) |
Biex jiġi stabbilit livell adegwat ta’ sigurtà ta’ mezzi elettroniċi ta’ identifikazzjoni u ċertifikazzjoni elettronika, diġitalizzazzjoni u armonizzazzjoni tal-proċess ta’ ċertifikazzjoni, jenħtieġ li l-ħruġ ta’ ċertifikati uffiċjali elettroniċi u CHEDs jissodisfa l-istandards għall-firem elettroniċi, għas-siġilli elettroniċi u l-kronogrammi elettroniċi fil-livelli differenti tagħhom ta’ assigurazzjoni tal-identità stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17) u d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1506 (18) adottati skont dak ir-Regolament, u jintużaw bħala bażi, id-dispożizzjonijiet eżistenti dwar iċ-ċertifikazzjoni fitosanitarja elettronika fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1553 (19). |
(30) |
Madankollu, billi r-Regolament (UE) 2016/2031 jipprevedi li ċ-ċertifikati fitosanitarji elettroniċi għall-introduzzjoni fit-territorju tal-Unjoni ta’ pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra għandhom jiġu aċċettati biss meta jiġu pprovduti permezz tal-IMSOC, jew permezz ta’ skambju elettroniku mal-IMSOC, jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli għall-ħruġ ta’ dawn iċ-ċertifikati f’konformità ma’ dawk id-dispożizzjonijiet. |
(31) |
Barra minn hekk, biex tinżamm il-kontinwità mal-prattika tat-tħaddim attwali, l-entrati tad-dokument veterinarju komuni għad-dħul (CVED) għall-prodotti stabbilit bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 136/2004 (20), is-CVED għall-annimali stabbilit bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 282/2004 (21) u d-dokument komuni tad-dħul stabbilit bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 669/2009 (22) jenħtieġ li jservu bħala bażi biex jiġu stabbiliti f’dan ir-Regolament l-entrati għaċ-CHEDs għall-kategoriji rispettivi ta’ annimali u oġġetti. |
(32) |
Għal kunsinni ta’ pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra introdotti minn pajjiżi terzi li għalihom huwa meħtieġ ċertifikat fitosanitarju, jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi wkoll mudell għal CHED b’entrati li jkunu rilevanti għall-pjanti, għall-prodotti mill-pjanti u għal oġġetti oħra, kif imsemmi fl-Artikolu 47(1)(c) sa (f) tar-Regolament (UE) 2017/625 u fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/66 (23). Barra minn hekk, jenħtieġ li dawk l-entrati jiġu allinjati mal-oġġetti li jridu jiddaħħlu fin-notifiki EUROPHYT-Interċezzjonijiet. |
(33) |
Billi jenħtieġ li ċ-CHEDs jintużaw mill-operaturi biex jinnotifikaw minn qabel il-wasla ta’ kunsinna lill-awtoritajiet kompetenti u jintużaw minn dawk l-awtoritajiet biex jirreġistraw l-eżitu tal-kontrolli uffiċjali u d-deċiżjoni dwar il-kunsinna, jenħtieġ li ċ-CHEDs jinqasmu fi tliet partijiet: waħda li trid timtela mill-persuna responsabbli għall-kunsinna; waħda li trid timtela mill-awtorità kompetenti li tieħu deċiżjoni dwar il-kunsinna u waħda li trid timtela mill-awtorità kompetenti li twettaq azzjonijiet ta’ segwitu fuq il-kunsinna. Jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi l-istruzzjonijiet biex timtela kull parti taċ-CHED, inklużi r-rekwiżiti lingwistiċi. |
(34) |
Id-Deċiżjoni Nru 70/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (24) teżiġi li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jistabbilixxu sistemi doganali elettroniċi sikuri, integrati, interoperabbli u aċċessibbli sabiex jipprovdu servizzi ta’ punt ta’ kuntatt uniku għal fluss bla xkiel ta’ data bejn l-operaturi ekonomiċi u l-awtoritajiet doganali, bejn l-awtoritajiet doganali u l-Kummissjoni, u bejn l-awtoritajiet doganali u amministrazzjonijiet jew aġenziji oħra. Peress li dawn l-objettivi huma simili għal dawk tar-Regolament (UE) 2017/625, jenħtieġ li dan ir-Regolament jipprevedi arranġamenti simili ta’ kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet li jittrattaw l-annimali u l-oġġetti li jidħlu fl-Unjoni u li jaħdmu fit-TRACES. |
(35) |
Sabiex jiġi żgurat il-ġbir konsistenti tal-informazzjoni u jiġi evitat it-tniġġis tal-bażijiet tad-data tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni, l-iskambji tad-data bejn it-TRACES u s-sistemi nazzjonali tal-Istati Membri jenħtieġ li jużaw id-data ta’ referenza pprovduta mill-Kummissjoni fit-TRACES. |
(36) |
Għal dan il-għan, jenħtieġ li l-Istati Membri jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa lill-Kummissjoni għat-tħaddim tat-TRACES bħal-listi ta’ postijiet ta’ kontroll fil-fruntiera u l-punti ta’ kontroll magħżula f’konformità mar-Regolament (UE) 2017/625, il-listi ta’ unitajiet ta’ kontroll magħżula għall-fini tat-TRACES, il-listi ta’ stabbilimenti tan-negozju tal-ikel approvati f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (25) u l-listi ta’ stabbilimenti, impjanti u operaturi li jittrattaw prodotti sekondarji tal-annimali jew prodotti dderivati, approvati jew irreġistrati f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (26). |
(37) |
Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 94/3/KE, tar-Regolament (UE) Nru 16/2011, u tad-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni 2014/917/UE, (UE) 2015/1918 u (UE) 2018/1553 ġew riveduti u issa huma inkorporati f’dan ir-Regolament. Għal raġunijiet ta’ ċarezza u konsistenza, jenħtieġ li dawk l-atti jitħassru b’effett mid-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2017/625. |
(38) |
Id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 92/486/KEE (27), 2003/24/KE (28), 2003/623/KE (29), 2004/292/KE (30), 2004/675/KE (31) u 2005/123/KE (32), adottati b’relazzjoni mas-sistema TRACES skont id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE (33) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (34), saru obsoleti. Għal raġunijiet ta’ ċarezza u konsistenza, jenħtieġ li dawk id-Deċiżjonijiet jitħassru wkoll b’effett mid-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2017/625. |
(39) |
Dan ir-Regolament ġie diskuss mal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data. |
(40) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Kapitolu 1
Suġġett, kamp ta’ applikazzjoni u definizzjonijiet
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi:
(a) |
il-kundizzjonijiet u l-proċeduri speċifiċi li japplikaw għat-trażmissjoni ta’ notifiki u informazzjoni supplimentari għas-Sistema ta’ Twissija Rapida għall-Ikel u l-Għalf (RASFF) li jridu jiġu stabbiliti skont ir-Regolament (KE) Nru 178/2002; |
(b) |
il-proċeduri għall-istabbiliment u għall-użu tas-sistema kompjuterizzata biex l-Unjoni tinnotifika u tirrapporta l-mard li jridu jiġu stabbiliti u ġestiti mill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) 2016/429; |
(c) |
ir-regoli speċifiċi, inklużi l-iskadenzi, għas-sottomissjoni tan-notifiki, li se jiġu stabbiliti skont ir-Regolament (UE) 2016/2031; |
(d) |
ir-regoli għat-trattar u l-iskambju kkompjuterizzati ta’ informazzjoni, data u dokumenti fis-sistema ta’ ġestjoni tal-informazzjoni għall-kontrolli uffiċjali (IMSOC) meħtieġa għat-twettiq tal-kontrolli uffiċjali previsti fir-Regolament (UE) 2017/625, fir-rigward ta’:
|
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) |
“komponent” tfisser sistema elettronika integrata fl-IMSOC; |
(2) |
“netwerk” tfisser grupp ta’ membri li għandhom aċċess għal komponent speċifiku; |
(3) |
“membru tan-netwerk” tfisser l-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru, il-Kummissjoni, aġenzija tal-UE, awtorità kompetenti ta’ pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali li għandha aċċess għal mill-inqas komponent wieħed; |
(4) |
“punt ta’ kuntatt” tfisser il-punt ta’ kuntatt magħżul mill-membru tan-netwerk biex jirrappreżentah; |
(5) |
“sistema nazzjonali ta’ Stat Membru” tfisser sistema ta’ informazzjoni kompjuterizzata li tkun proprjetà ta’ Stat Membru u stabbilita minnu qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) 2017/625 għall-finijiet tal-ġestjoni, tal-ittrattar u tal-iskambju ta’ data, informazzjoni u dokumenti dwar il-kontrolli uffiċjali, u li tkun kapaċi tiskambja d-data b’mod elettroniku mal-komponent rilevanti; |
(6) |
“organizzazzjoni internazzjonali” tfisser kwalunkwe wieħed mill-korpi rikonoxxuti internazzjonalment elenkati fil-punt (g) tal-Artikolu 121 tar-Regolament (UE) 2017/625, jew organizzazzjonijiet intergovernattivi simili; |
(7) |
“iRASFF” tfisser is-sistema elettronika li timplimenta l-proċeduri tal-RASFF u tal-AAC deskritti fl-Artikolu 50 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 u fl-Artikoli 102 sa 108 tar-Regolament (UE) 2017/625 rispettivament; |
(8) |
“riskju” tfisser kwalunkwe riskju dirett jew indirett għas-saħħa tal-bniedem b’rabta mal-ikel, mal-materjal li jiġi f’kuntatt mal-ikel jew mal-għalf f’konformità mal-Artikolu 50 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, jew riskju serju għas-saħħa tal-annimali jew għall-ambjent b’rabta mal-għalf, inkluż l-għalf għall-annimali li ma jinżammux għall-produzzjoni tal-ikel, f’konformità mal-Artikolu 29 tar-Regolament (KE) Nru 183/2005; |
(9) |
“in-netwerk RASFF” tfisser is-Sistema ta’ Twissija Rapida għan-notifika tar-riskji ddefiniti fil-punt 8, stabbilita bħala netwerk permezz tal-Artikolu 50 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002; |
(10) |
“in-netwerk AAC” tfisser in-netwerk magħmul mill-Kummissjoni u mill-korpi ta’ kollegament magħżula mill-Istati Membri f’konformità mal-Artikolu 103(1) tar-Regolament (UE) 2017/625 bil-għan li tiġi ffaċilitata l-komunikazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti; |
(11) |
“in-netwerk kontra l-frodi alimentari” tfisser in-netwerk magħmul mill-Kummissjoni, mill-Europol u mill-korpi ta’ kollegament maħtura mill-Istati Membri f’konformità mal-Artikolu 103(1) tar-Regolament (UE) 2017/625 bil-għan speċifiku li jiġi ffaċilitat l-iskambju ta’ informazzjoni dwar notifiki ta’ frodi alimentari kif iddefinit fil-punt (21); |
(12) |
“in-netwerk ta’ twissija u ta’ kooperazzjoni” tfisser netwerk kompost mill-RASFF, mill-AAC u min-netwerks kontra l- frodi alimentari; |
(13) |
“punt uniku ta’ kuntatt” tfisser punt ta’ kuntatt magħmul mill-punti ta’ kuntatt tal-RASFF u tal-AAC f’kull Stat Membru, kemm jekk jinsab fiżikament fl-istess unità amministrattiva kif ukoll jekk le; |
(14) |
“notifika dwar nuqqas ta’ konformità” tfisser notifika fl-iRASFF ta’ nuqqas ta’ konformità li ma jippreżentax riskju skont it-tifsira tal-Artikolu 50 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 u tal-Artikolu 106(1) tar-Regolament (UE) 2017/625, iżda jirrappreżenta riskji mhux serji għas-saħħa tal-annimali u riskji għas-saħħa tal-pjanti jew għat-trattament xieraq tal-annimali; |
(15) |
“notifika ta’ twissija” tfisser notifika fl-iRASFF ta’ riskju serju dirett jew indirett li jkun ġej mill-ikel, mill-materjal li jiġi f’kuntatt mal-ikel jew mill-għalf skont it-tifsira tal-Artikolu 50 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 u tal-Artikolu 29 tar-Regolament (KE) Nru 183/2005, li jirrikjedi jew jista’ jirrikjedi azzjoni rapida minn membru ieħor tan-netwerk tal-RASFF; |
(16) |
“notifika ta’ informazzjoni” tfisser notifika fl-iRASFF ta’ riskju dirett jew indirett li jkun ġej mill-ikel, mill-materjal li jiġi f’kuntatt mal-ikel jew mill-għalf f’konformità mal-Artikolu 50 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 u mal-Artikolu 29 tar-Regolament (KE) Nru 183/2005, li ma jeħtieġx azzjoni rapida minn membru ieħor tan-netwerk tal-RASFF; |
(17) |
“notifika ta’ informazzjoni għas-segwitu” tfisser notifika ta’ informazzjoni relatata ma’ prodott li jinsab jew jista’ jitqiegħed fis-suq f’pajjiż membru ieħor tan-network tal-RASFF; |
(18) |
“notifika ta’ informazzjoni għall-attenzjoni” tfisser notifika ta’ informazzjoni relatata ma’ prodott li:
|
(19) |
“notifika ta’ aħbar” tfisser notifika fl-iRASFF dwar riskju li jkun ġej mill-ikel, mill-materjal li jiġi f’kuntatt mal-ikel jew mill-għalf skont it-tifsira tal-Artikolu 50 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 u tal-Artikolu 29 tar-Regolament (KE) Nru 183/2005, li jkollha sors informali, li jkun fiha informazzjoni mhux ivverifikata jew li tikkonċerna prodott li attwalment ma jkunx għadu ġie identifikat; |
(20) |
“notifika ta’ rifjut fil-fruntiera” tfisser notifika fl-iRASFF ta’ rifjut minħabba riskju kif, iddefinit fil-punt 8, ta’ lott, ta’ kontejner jew ta’ merkanzija ta’ ikel, ta’ materjal li jiġi f’kuntatt mal-ikel, jew ta’ għalf, kif imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 50(3) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002; |
(21) |
“notifika ta’ frodi alimentari” tfisser notifika fl-iRASFF ta’ nuqqas ta’ konformità dwar suspett li azzjoni kienet intenzjonata minn negozji jew minn individwi bil-fini li jqarrqu bix-xerrejja u b’hekk jiksbu vantaġġ żejjed, bi ksur tar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) 2017/625; |
(22) |
“notifika oriġinali” tfisser notifika ta’ nuqqas ta’ konformità, notifika ta’ twissija, notifika ta’ informazzjoni, notifika ta’ aħbar, notifika ta’ frodi alimentari jew notifika ta’ rifjut fil-fruntiera; |
(23) |
“notifika ta’ segwitu” tfisser notifika fl-iRASFF li jkun fiha informazzjoni addizzjonali relatata ma’ notifika oriġinali; |
(24) |
“talba” tfisser talba fl-iRASFF għall-assistenza amministrattiva bbażata fuq notifika oriġinali jew fuq notifika ta’ segwitu u li tippermetti l-iskambju ta’ informazzjoni skont l-Artikoli 104 sa 108 tar-Regolament (UE) 2017/625; |
(25) |
“reazzjoni” tfisser reazzjoni għal talba għall-assistenza amministrattiva fl-iRASFF ibbażata fuq notifika oriġinali jew fuq notifika ta’ segwitu u li tippermetti l-iskambju ta’ informazzjoni skont l-Artikoli 104 sa 108 tar-Regolament (UE) 2017/625; |
(26) |
“membru tan-netwerk jew punt ta’ kuntatt li jinnotifika” tfisser membru tan-netwerk jew punt ta’ kuntatt li jindirizza notifika lil membru tan-netwerk ieħor jew lil punt ta’ kuntatt ieħor; |
(27) |
“membru jew punt ta’ kuntatt tan-netwerk notifikat” tfisser il-membru tan-netwerk jew il-punt ta’ kuntatt li lilu tiġi indirizzata notifika minn membru tan-netwerk ieħor jew minn punt ta’ kuntatt ieħor; |
(28) |
“membru jew punt ta’ kuntatt tan-netwerk mitlub” tfisser il-membru tan-netwerk jew il-punt ta’ kuntatt li lilu tiġi indirizzata notifika minn membru ieħor tan-netwerk jew minn punt ta’ kuntatt ieħor, bl-iskop li jirċievi tweġiba; |
(29) |
“ADIS” tfisser is-sistema ta’ informazzjoni kompjuterizzata għan-notifika u għar-rapportar ta’ mard, li għandha tiġi stabbilita u ġestita mill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) 2016/429; |
(30) |
“in-netwerk ADIS” tfisser in-netwerk magħmul mill-awtoritajiet kompetenti tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri għat-tħaddim tal-ADIS; |
(31) |
“EUROPHYT” tfisser is-sistema ta’ notifika elettronika li għandha tiġi stabbilita mill-Kummissjoni u li għandha tkun konnessa mal-IMSOC u tkun kompatibbli magħha, għat-tressiq ta’ notifiki fil-EUROPHYT dwar tifqigħat f’konformità mal-Artikolu 103 tar-Regolament (UE) 2016/2031; |
(32) |
“notifika fil-EUROPHYT dwar tifqigħa” tfisser notifika li għandha tiġi sottomessa fil-EUROPHYT dwar kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:
|
(33) |
“notifika ta’ interċezzjoni fil-EUROPHYT” tfisser notifika li għandha tiġi sottomessa fi TRACES fil-każ ta’ xi waħda mis-sitwazzjonijiet deskritti fil-punt (c) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 11, fl-Artikolu 40(4), fl-Artikolu 41(4), fl-Artikolu 46(4), fit-tieni, fit-tielet u fir-raba’ subparagrafi tal-Artikolu 49(6), fl-Artikolu 53(4), fl-Artikolu 54(4), fl-Artikolu 77(2) u fl-Artikolu 95(5) tar-Regolament (UE) 2016/2031; |
(34) |
“in-netwerk tal-EUROPHYT-interċezzjoni” tfisser in-netwerk magħmul mill-Kummissjoni u mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għan-notifiki ta’ interċezzjoni tal-EUROPHYT; |
(35) |
“in-netwerk tal-EUROPHYT għat-tifqigħat” tfisser in-netwerk magħmul mill-Kummissjoni u mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għat-tħaddim tal-EUROPHYT; |
(36) |
“TRACES” tfisser is-sistema kompjuterizzata msemmija fl-Artikolu 133(4) tar-Regolament (UE) 2017/625 għall-finijiet ta’ skambju ta’ data, informazzjoni u dokumenti; |
(37) |
“in-netwerk tat-TRACES” tfisser in-netwerk magħmul mill-Kummissjoni u mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għat-tħaddim tas-sistema TRACES; |
(38) |
“firma elettronika” tfisser firma elettronika kif iddefinita fil-punt (10) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 910/2014; |
(39) |
“firma elettronika avvanzata” tfisser firma elettronika li tikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stipulati fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1506; |
(40) |
“firma elettronika kkwalifikata” tfisser firma elettronika kif iddefinita fil-punt (12) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 910/2014; |
(41) |
“siġill elettroniku avvanzat” tfisser siġill elettroniku li jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stipulati fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1506; |
(42) |
“siġill elettroniku kkwalifikat” tfisser siġill elettroniku kif iddefinit fil-punt (27) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 910/2014; |
(43) |
“kronogramma elettronika kwalifikata” tfisser kronogramma elettronika kif definit fil-punt (34) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 910/2014; |
(44) |
“punt ta’ kontroll” tfisser punt ta’ kontroll kif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) 2017/625; |
(45) |
“unità ta’ kontroll” tfisser unità li għandha t-teknoloġija u t-tagħmir meħtieġa għat-tħaddim effiċjenti tal-komponent ikkonċernat u msejħa kif ġej għal dak il-għan:
|
Kapitolu 2
Prinċipji ġenerali u protezzjoni tad-data
Artikolu 3
Komponenti IMSOC
1. L-IMSOC għandu jkun kompost mill-komponenti li ġejjin:
(a) |
l-iRASFF; |
(b) |
l-ADIS; |
(c) |
il-EUROPHYT; |
(d) |
it-TRACES. |
2. Il-komponenti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jaħdmu f’konformità mal-prinċipji ġenerali u mar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data stabbiliti f’dan il-Kapitolu.
Artikolu 4
Komponenti, netwerks, u punti ta’ kuntatt
1. Kull komponent għandu jkollu netwerk li l-Kummissjoni għandha tagħmel parti minnu.
2. Kull membru tan-netwerk għandu jagħżel mill-inqas punt ta’ kuntatt wieħed u jikkomunika dik l-għażla u d-dettalji ta’ kuntatt tiegħu lill-punt ta’ kuntatt tal-Kummissjoni. Għandu jgħarraf minnufih lill-punt ta’ kuntatt tal-Kummissjoni dwar kull tibdil f’dan ir-rigward.
3. Il-punt ta’ kuntatt tal-Kummissjoni għandu jżomm u jaġġorna lista tal-punti ta’ kuntatt u jagħmilha disponibbli għall-membri kollha tan-netwerk.
4. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi struttura ta’ governanza biex tidderieġi l-iżvilupp, tidentifika l-prijoritajiet u timmonitorja l-implimentazzjoni korretta tal-IMSOC. L-istruttura ta’ governanza għandha tkun magħmula minn:
(a) |
bord ta’ ġestjoni tal-ħidmiet, b’kollaborazzjoni mal-Istati Membri, biex mill-inqas darba fis-sena jiddiskuti l-prijoritajiet għal kull komponent u l-iżvilupp ta’ kull komponent; |
(b) |
sottogruppi fi ħdan il-bord ta’ ġestjoni tal-operazzjonijiet li jiddiskutu b’mod regolari l-prijoritajiet għall-kull komponent u l-iżvilupp tal-funzjonalitajiet speċifiċi ta’ kull komponent. |
Artikolu 5
Sjieda u responsabbiltajiet għad-data, għall-informazzjoni u għad-dokumenti
1. Kull membru tan-netwerk għandu jkun il-proprjetarju u jkun responsabbli għad-data, għall-informazzjoni u għad-dokumenti li l-punt ta’ kuntatt jew l-utenti li jaġixxu taħt ir-responsabbiltà tiegħu jkunu daħħlu jew ipproduċew fil-komponent ikkonċernat.
2. Kull firmatarju, awtorità kompetenti li għaliha jappartjeni firmatarju jew awtorità kompetenti li toħloq siġill elettroniku għandhom ikunu l-proprjetarji tal-parti mid-dokument li jiffirmaw jew jissiġillaw fit-TRACES u jkunu responsabbli minnha.
3. Meta aktar minn firmatarju wieħed jiffirma dokument fit-TRACES, kull firmatarju għandu jkun il-proprjetarju tal-parti tad-dokument li jiffirma u jkun responsabbli minnha.
Artikolu 6
Links bejn il-komponenti
1. Il-links bejn il-komponenti għandhom jimmiraw biex:
(a) |
jikkompletaw id-data, l-informazzjoni jew id-dokumenti f’komponent wieħed jew aktar b’data, informazzjoni jew dokumenti diġà preżenti f’komponent ieħor; kif ukoll |
(b) |
jipprovdu l-informazzjoni rilevanti u aġġornata lil kull membru tan-netwerk għat-twettiq tal-kompiti tiegħu f’konformità mar-regoli stabbiliti għal kull komponent f’dan ir-Regolament; kif ukoll |
(c) |
jappoġġjaw u jħaddmu l-proċeduri
|
2. Il-links imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jikkonsistu minn links bejn:
(a) |
l-iRASFF u t-TRACES, li jippermettu l-iskambju ta’ data dwar notifiki ta’ rifjut mal-fruntiera u dokumenti sanitarji komuni tad-dħul; |
(b) |
il-EUROPHYT u t-TRACES, li jippermettu l-iskambju tad-data dwar in-notifiki ta’ tifqigħat u ta’ interċezzjoni EUROPHYT; |
(c) |
l-iRASFF, il-EUROPHYT u t-TRACES, li jippermettu l-iskambju ta’ data dwar ir-rekords tal-passat tal-operaturi fir-rigward tal-konformità mar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) 2017/625. |
Artikolu 7
Skambju ta’ data elettronika bejn il-komponenti u sistemi elettroniċi oħrajn
1. L-iskambji tad-data bejn is-sistemi IMSOC u sistemi elettroniċi oħra, inklużi s-sistemi nazzjonali tal-Istati Membri, għandhom:
(a) |
ikunu bbażati fuq standards internazzjonali li jkunu rilevanti għall-formati XML, CMS jew PDF; |
(b) |
jużaw dizzjunarji tad-data u r-regoli tan-negozju speċifiċi previsti fil-komponent rilevanti. |
2. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika lill-Istati Membri:
(a) |
il-frekwenza tal-verifiki tal-identità u l-verifiki fiżiċi msemmija fil-punt (c)(i) tal-Artikolu 6(1); |
(b) |
ir-rati tal-frekwenza u l-eżitu tal-implimentazzjoni kkoordinata mill-awtoritajiet kompetenti tal-kontrolli uffiċjali intensifikati msemmija fil-punt (c)(iii) tal-Artikolu 6(1); |
(c) |
id-dizzjunarji tad-data u r-regoli tan-negozju msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1. |
3. B’kollaborazzjoni mal-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tfassal ftehim dwar il-livell ta’ servizz li jirregola l-ġestjoni tal-iskambju tad-data elettronika bejn il-komponent ikkonċernat u sistemi elettroniċi oħra, inklużi s-sistemi nazzjonali tal-Istati Membri.
Artikolu 8
Obbligi u drittijiet tal-Kummissjoni
1. Il-Kummissjoni għandha tiżgura t-tħaddim, il-manutenzjoni, l-appoġġ u kull aġġornament jew żvilupp meħtieġ tas-softwer u tal-infrastruttura tal-IT tal-komponenti.
2. Il-Kummissjoni għandu jkollha aċċess għad-data, l-informazzjoni u d-dokumenti kollha f’kull komponent sabiex timmonitorja l-iskambju tad-data, l-informazzjoni u d-dokumenti mdaħħla jew prodotti fihom għall-identifikazzjoni tal-attivitajiet li huma, jew li jidhru li huma, mhux konformi mar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) 2017/625, u
(a) |
jew ikollhom, jew jista’ jkollhom, ramifikazzjonijiet f’aktar minn Stat Membru wieħed; jew |
(b) |
ikunu qed iseħħu, jew ikunu jidhru li qed iseħħu, f’aktar minn Stat Membru wieħed. |
Artikolu 9
Kundizzjonijiet għall-għoti ta’ aċċess parzjali għall-IMSOC lil pajjiżi terzi u lil organizzazzjonijiet internazzjonali
1. Malli tirċievi applikazzjoni debitament ġustifikata, il-Kummissjoni, b’kollaborazzjoni mal-Istati Membri, tista’ tagħti lill-awtorità kompetenti ta’ pajjiż terz jew lil organizzazzjoni internazzjonali l-aċċess parzjali għall-funzjonalitajiet ta’ komponent wieħed jew aktar, u għal data, informazzjoni u dokumenti speċifiċi mdaħħlin jew prodotti fihom, sakemm l-applikant juri, fir-rigward tal-komponent(i) inkwistjoni, li jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:
(a) |
ikollu l-kapaċità legali u operattiva li jipprovdi, mingħajr dewmien żejjed, l-assistenza meħtieġa biex jippermetti t-tħaddim tajjeb tal-komponent li għalih jintalab l-aċċess parzjali; |
(b) |
ikun għażel punt ta’ kuntatt għal dak il-għan; |
2. L-aċċess parzjali msemmi fil-paragrafu 1 ma għandux jinkludi l-aċċess għad-data personali pproċessata fil-komponent(i) li għalih/għalihom jingħata l-aċċess parzjali.
3. B’deroga mill-paragrafu 2, l-aċċess parzjali jista’ jinkludi aċċess għal data personali meta l-kundizzjonijiet għal trasferimenti legali ta’ data personali stabbiliti permezz tar-Regolamenti (UE) 2016/679 u (UE) 2018/1725 jiġu ssodisfati mill-pajjiż terz jew mill-organizzazzjoni internazzjonali applikanti.
Artikolu 10
Ipproċessar tad-data personali
1. Id-data personali għandha tiġi pproċessata f’kull komponent bl-iskop li jitwettqu l-verifiki uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra. B’mod partikolari, id-data personali għandha tappartjeni għal waħda mill-kategoriji li ġejjin:
(a) |
punti ta’ kuntatt, operaturi, importaturi, esportaturi, trasportaturi u persunal tekniku tal-laboratorji meta d-data personali tkun meħtieġa mil-liġi tal-Unjoni; |
(b) |
utenti ta’ kull kompenent. |
2. Huma u jipproċessaw id-data personali skont dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jikkonformaw mar-Regolament (UE) 2016/679 u mad-Direttiva (UE) 2016/680 u l-Kummissjoni għandha tikkonforma mar-Regolament (UE) 2018/1725.
Artikolu 11
Kontrolluri tad-data u l-kontroll konġunt
1. Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom ikunu kontrolluri konġunti ta’ operazzjonijiet tal-ipproċessar tad-data f’kull wieħed mill-komponenti.
2. Il-Kummissjoni hija responsabbli milli:
(a) |
tiddetermina u timplimenta l-mezzi tekniċi biex tippermetti lis-suġġetti tad-data jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom, u tiżgura li dawk id-drittijiet qed jiġu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725; |
(b) |
tiżgura s-sigurtà tal-ipproċessar f’kull komponent skont l-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) 2018/1725; |
(c) |
tiddetermina l-kategoriji tal-persunal tagħha u tal-fornituri esterni li jistgħu jingħataw aċċess għall-komponenti; |
(d) |
tinnotifika u tikkomunika kull ksur ta’ data personali tal-komponenti lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data skont l-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) 2018/1725 u lis-suġġett tad-data skont l-Artikolu 35 ta’ dak ir-Regolament rispettivament; |
(e) |
tiżgura li l-persunal u l-fornituri esterni tagħha jkunu mħarrġa b’mod adegwat biex iwettqu l-kompiti tagħhom f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725. |
3. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli milli:
(a) |
jiżguraw li d-drittijiet tas-suġġett tad-data jiġu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/679 u ma’ dan ir-Regolament; |
(b) |
jiżguraw is-sigurtà u l-kunfidenzjalità tad-data personali skont it-Taqsima 2 tal-Kapitolu IV tar-Regolament (UE) 2016/679; |
(c) |
jaħtru l-persunal li jkun se jkollu aċċess għal kull komponent; |
(d) |
jiżguraw li l-persunal li jaċċessa kull komponent huwa mħarreġ b’mod adegwat biex iwettaq il-kompiti tiegħu f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/679 u, meta rilevanti, mad-Direttiva (UE) 2016/680. |
4. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jagħżlu kontrolluri konġunti differenti fl-istess Stat Membru bil-għan li jissodisfaw wieħed jew aktar mill-obbligi msemmija fil-paragrafu 3.
Kapitolu 3
Komponenti, netwerks, u punti ta’ kuntatt
Taqsima 1
iRASFF
Artikolu 12
Korpi ta’ kollegament responsabbli mill-iskambju ta’ ċerti tipi ta’ informazzjoni
L-Istati Membri għandhom jindikaw liema mill-korpi ta’ kollegament magħżula f’konformità mal-Artikolu 103(1) tar-Regolament (UE) 2017/625 huma responsabbli mill-iskambju ta’ informazzjoni dwar notifiki ta’ frodi alimentari.
Artikolu 13
Punt uniku ta’ kuntatt
1. Il-punt uniku ta’ kuntatt f’kull Stat Membru għandu jkun responsabbli milli:
(a) |
jistabbilixxi arranġamenti effettivi għall-iskambju bla xkiel tal-informazzjoni rilevanti mal-awtoritajiet kompetenti rilevanti kollha fil-ġurisdizzjoni tiegħu, li jippermettu t-trażmissjoni immedjata ta’ notifiki, talbiet jew tweġibiet lill-awtoritajiet kompetenti biex dawn jieħdu l-azzjoni xierqa, u jarkivja b’mod korrett dawn in-notifiki, it-talbiet jew it-tweġibiet; |
(b) |
jiddetermina r-rwoli u r-responsabbiltajiet tiegħu u dawk tal-awtoritajiet kompetenti rilevanti fi ħdan il-ġurisdizzjoni tiegħu fir-rigward tat-tħejjija u tat-trażmissjoni ta’ notifiki, talbiet u tweġibiet, u jivvaluta u jiddistribwixxi in-notifiki, it-talbiet u t-tweġibiet minn membri oħra tan-netwerk ta’ twissija u ta’ kooperazzjoni. |
2. L-Istati Membri jistgħu jinkludu l-punt ta’ kuntatt tan-netwerk kontra l-frodi alimentari tagħhom fil-punt uniku ta’ kuntatt tagħhom.
3. Il-komunikazzjoni fi ħdan in-netwerk tal-RASFF għandha ssir permezz tal-punt uniku ta’ kuntatt.
Artikolu 14
Dmirijiet tal-membri tan-network ta’ twissija u ta’ kooperazzjoni
1. Il-membri tan-netwerk ta’ twissija u ta’ kooperazzjoni għandhom jiżguraw it-tħaddim effiċjenti tan-netwerks tagħhom fil-ġurisdizzjoni tagħhom.
2. Kull punt ta’ kuntatt magħżul tan-netwerk ta’ twissija u ta’ kooperazzjoni għandu jikkomunika informazzjoni dettaljata dwar il-persuni li qed joperawh u d-dettalji ta’ kuntatt tagħhom lill-punt ta’ kuntatt tal-Kummissjoni. It-tali informazzjoni għandha tintbagħat permezz tal-użu ta’ mudell ta’ informazzjoni tal-punti ta’ kuntatt ipprovdut mill-Kummissjoni.
3. Il-punti ta’ kuntatt tan-netwerk RASFF għandhom jiżguraw li dejjem, jiġifieri 24 siegħa tas-sebat ijiem kollha tal-ġimgħa, ikun hemm disponibbli uffiċjal fuq ix-xogħol għall-komunikazzjonijiet ta’ emerġenza.
Artikolu 15
Informazzjoni skambjata fl-iRASFF
1. Għandhom isiru skambji ta’ informazzjoni bejn il-punti ta’ kuntatt tan-netwerk ta’ twissija u kooperazzjoni għall-finijiet tal-Artikolu 50 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 u tat-Titolu IV tar-Regolament (UE) 2017/625 fl-iRASFF biss u fil-forma ta’ notifiki, talbiet u tweġibiet.
2. Il-punti ta’ kuntatt tan-netwerk ta’ twissija u ta’ kooperazzjoni għandhom jimlew l-partijiet rilevanti minn notifika sabiex jippermettu l-identifikazzjoni ċara tal-prodott, tar-riskju/i, tal-każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità u tas-suspett ta’ frodi kkonċernat, jipprovdu l-informazzjoni dwar it-traċċabilità meta possibbli u jidentifikaw il-punti ta’ kuntatt responsabbli għal kwalunkwe segwitu għal notifika jew tweġiba għal talba.
3. In-notifiki jistgħu jiġu trażmessi fil-forma ta’ notifiki oriġinali jew notifiki ta’ segwitu.
4. It-talbiet u t-tweġibiet għandhom jindikaw il-punt(i) ta’ kuntatt ta’ netwerk ta’ twissija u kooperazzjoni li lilu/lilhom hija indirizzata t-talba jew it-tweġiba.
Artikolu 16
Notifiki ta’ nuqqas ta’ konformità
1. Il-punti ta’ kuntatt tan-netwerk ta’ twissija u ta’ kooperazzjoni għandhom jiskambjaw, mingħajr dewmien żejjed, notifiki ta’ nuqqas ta’ konformità inklużi mill-inqas dawn li ġejjin:
(a) |
l-isem tal-awtorità kompetenti li qed tittratta n-notifika, jekk tkun differenti mill-punt ta’ kuntatt; |
(b) |
deskrizzjoni ta’ nuqqas ta’ konformità possibbli; |
(c) |
l-identifikazzjoni, meta possibbli, tal-operaturi assoċjati man-nuqqas ta’ konformità possibbli; |
(d) |
dettalji dwar l-annimali jew l-oġġetti involuti; |
(e) |
kull informazzjoni disponibbli dwar ir-riskji suspettati; |
(f) |
indikazzjoni dwar jekk in-notifika tkunx relatata ma’ każ possibbli ta’ nuqqas ta’ konformità mwettaq permezz ta’ prattiki frodulenti. |
2. Il-punt ta’ kuntatt tal-Kummissjoni għandu jivverifika kull notifika ta’ nuqqas ta’ konformità wara li tkun ġiet skambjata, mingħajr dewmien żejjed.
Artikolu 17
Notifiki ta’ twissija
1. Il-punti ta’ kuntatt tan-netwerk RASFF għandhom jibagħtu n-notifiki ta’ twissija lill-punt ta’ kuntatt tal-Kummissjoni mingħajr dewmien żejjed u fi kwalunkwe każ fi żmien 48 siegħa minn meta jkun ġie rrapurtat ir-riskju lilhom.
2. In-notifiki ta’ twissija għandhom jinkludu l-informazzjoni kollha disponibbli meħtieġa mill-Artikolu 16(1) u kwalunkwe informazzjoni dwar ir-riskju u l-prodott li minnu jkun ġej it-tali riskju. Madankollu, il-fatt li ma tkunx inġabret l-informazzjoni rilevanti kollha ma għandux idewwem wisq it-trażmissjoni tan-notifiki ta’ twissija.
3. Il-punt ta’ kuntatt tal-Kummissjoni għandu jivverifika n-notifiki ta’ twissija u jibgħathom lill-punti ta’ kuntatt tan-netwerk ta’ twissija u ta’ kooperazzjoni fi żmien 24 siegħa minn meta jirċevihom.
4. Barra l-ħinijiet tal-uffiċċju tal-Kummissjoni, il-punti ta’ kuntatt tan-netwerk tal-RASFF għandhom iħabbru t-trażmissjoni ta’ notifika ta’ twissija jew ta’ segwitu għal notifika ta’ twissija permezz ta’ telefonata lin-numru tat-telefon ta’ emerġenza tal-punt ta’ kuntatt tal-Kummissjoni u jispeċifikaw liema huma l-pajjiżi tal-membru tan-netwerk RASFF ikkonċernati. Il-punt ta’ kuntatt tal-Kummissjoni għandu jinforma lill-kuntatti tan-netwerk tal-RASFF ikkonċernati permezz ta’ telefonata lin-numri ta’ emerġenza tagħhom.
Artikolu 18
Notifiki ta’ informazzjoni
1. Il-punti ta’ kuntatt tan-netwerk RASFF għandhom jibagħtu n-notifiki ta’ informazzjoni lill-punt ta’ kuntatt tal-Kummissjoni mingħajr dewmien żejjed.
2. In-notifiki ta’ informazzjoni għandhom jinkludu l-informazzjoni kollha disponibbli meħtieġa mill-Artikolu 16(1) u kwalunkwe informazzjoni dwar ir-riskju u l-prodott li minnu jkun ġej it-tali riskju.
3. Il-punt ta’ kuntatt tal-Kummissjoni għandu jivverifika n-notifiki ta’ informazzjoni u jibgħathom mingħajr dewmien żejjed hekk kif jirċevihom, lill-punti ta’ kuntatt tan-netwerk ta’ twissija u ta’ kooperazzjoni.
Artikolu 19
Notifiki ta’ aħbarijiet
1. Il-punti ta’ kuntatt tan-netwerk ta’ twissija u ta’ kooperazzjoni jistgħu jippreżentaw in-notifiki ta’ aħbarijiet lill-punt ta’ kuntatt tal-Kummissjoni.
2. In-notifiki tal-aħbargħandhom jinkludu l-informazzjoni kollha meħtieġa skont l-Artikolu 16(1), meta din tkun disponibbli.
3. Il-punt ta’ kuntatt tal-Kummissjoni għandu jivverifika n-notifiki tal-aħbarijiet u hekk kif jirċevihom jibgħathom mingħajr dewmien żejjed lill-punti ta’ kuntatt tan-netwerk ta’ twissija u ta’ kooperazzjoni.
Artikolu 20
Notifiki ta’ rifjut fil-fruntiera
1. Il-punti ta’ kuntatt tan-netwerk RASFF għandhom jittrażmettu n-notifiki ta’ rifjut fil-fruntiera lill-punti ta’ kuntatt tan-netwerk ta’ twissija u ta’ kooperazzjoni mingħajr dewmien żejjed.
2. In-notifiki ta’ rifjut fil-fruntiera għandhom jinkludu l-informazzjoni kollha meħtieġa mill-Artikolu 16(1) u kull informazzjoni disponibbli dwar ir-riskju u l-prodott li minnu jkun ġej it-tali riskju.
3. L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandha tiġi trażmessa permezz tas-sistema TRACES lill-postijiet kollha ta’ kontroll fil-fruntiera.
4. Il-punt ta’ kuntatt tal-Kummissjoni għandu jivverifika kull notifika ta’ rifjut fil-fruntiera wara li tkun ġiet trażmessa.
Artikolu 21
Notifiki ta’ frodi alimentari
1. Il-punti ta’ kuntatt tan-netwerk kontra l-frodi alimentari għandhom jiskambjaw in-notifiki dwar il-frodi alimentari li jinkludu mill-inqas dawn li ġejjin:
(a) |
l-informazzjoni kollha meħtieġa mill-Artikolu 16(1); |
(b) |
deskrizzjoni tal-prattika ta’ frodi suspettata; |
(c) |
l-identifikazzjoni, meta possibbli, tal-operaturi involuti; |
(d) |
informazzjoni dwar jekk hemmx investigazzjonijiet tal-pulizija jew ġudizzjarji għaddejjin dwar il-prattika ta’ frodi suspettata; |
(e) |
informazzjoni dwar kwalunkwe istruzzjoni mill-pulizija jew mill-awtorità ġudizzjarja hekk kif tkun disponibbli u tista’ tiġi żvelata. |
2. Il-punti ta’ kuntatt tan-netwerk kontra l-frodi alimentari għandhom jikkomunikaw kull informazzjoni li jkollhom dwar ir-riskji għas-saħħa lill-punt ta’ kuntatt tan-netwerk RASFF tagħhom mingħajr dewmien żejjed.
3. Il-punt ta’ kuntatt tal-Kummissjoni għandu jivverifika kull notifika ta’ frodi tal-ikel wara li tkun ġiet skambjata, mingħajr dewmien żejjed.
Artikolu 22
Notifiki ta’ segwitu
1. Meta membru tan-netwerk ta’ twissija u kooperazzjoni jkollu xi informazzjoni addizzjonali relatata ma’ notifika oriġinali, il-punt(i) ta’ kuntatt ikkonċernat(i) għandu(hom) jittrażmetti(u) minnufih notifika ta’ segwitu lil dak in-netwerk.
2. Meta punt ta’ kuntatt imsemmi fil-paragrafu 1 ikun talab informazzjoni ta’ segwitu relatata ma’ notifika oriġinali, in-netwerk ta’ twissija u ta’ kooperazzjoni għandu jiġi pprovdut b’tali informazzjoni sa fejn ikun possibbli u mingħajr dewmien żejjed.
3. Meta membru tan-netwerk tal-RASFF jieħu azzjoni mal-wasla ta’ notifika oriġinali f’konformità mal-Artikolu 50(5) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, il-punt ta’ kuntatt tiegħu għandu jittrażmetti immedjatament notifika dettaljata ta’ segwitu lin-netwerk ta’ twissija u ta’ kooperazzjoni.
4. Meta l-azzjoni msemmija fil-paragrafu 3 tikkonsisti mid-detenzjoni ta’ prodott li jintbagħat lura lejn dispaċer fil-pajjiż ta’ membru ieħor tan-netwerk tal-RASFF,
(a) |
il-membru tan-netwerk li qiegħed jieħu l-azzjoni għandu jipprovdi l-informazzjoni rilevanti dwar il-prodott li ntbagħat lura permezz ta’ notifika ta’ segwitu ħlief jekk dik l-informazzjoni tkun diġà ddaħħlet kollha fin-notifika oriġinali; |
(b) |
il-membru tan-netwerk l-ieħor għandu jipprovdi l-informazzjoni f’notifika ta’ segwitu dwar l-azzjoni li tkun ittieħdet fuq il-prodott irritornat. |
5. B’deroga mill-paragrafu 1, meta notifika ta’ segwitu tibdel il-klassifikazzjoni ta’ notifika oriġinali għal notifika ta’ twissija jew ta’ informazzjoni, il-membru tan-netwerk ta’ twissija u ta’ kooperazzjoni għandu jippreżentaha lill-punt ta’ kuntatt tal-Kummissjoni biex tiġi vverifikata u trażmessa lill-punti ta’ kuntatt tan-netwerk ta’ twissija u ta’ kooperazzjoni fil-limitu ta’ żmien stabbilit fl-Artikolu 17 jew fl-Artikolu 18.
Artikolu 23
Aċċess għan-notifiki tal-iRASFF
1. Il-membri kollha tan-netwerk ta’ twissija u ta’ kooperazzjoni għandu jkollhom aċċess għall-avviżi ta’ twissija, ta’ informazzjoni, ta’ aħbar jew ta’ rifjut fil-fruntiera.
2. Mingħajr preġudizzju għad-dritt ta’ aċċess tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 8(2), il-membri tan-netwerk ta’ twissija u ta’ kooperazzjoni li jinnotifikaw, li jkunu ġew innotifikati jew li jkunu ntalbu biss għandu jkollhom aċċess għan-notifiki ta’ nuqqas ta’ konformità. Madankollu, membri oħra tan-netwerk għandu jkollhom l-aċċess għall-informazzjoni msemmija fil-punti (a), (b) u (e) tal-Artikolu 16(1).
3. Mingħajr preġudizzju għad-dritt ta’ aċċess tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 8(2), il-punti ta’ kuntatt tan-netwerk kontra l-frodi alimentari li nnotifikaw, li ġew innotifikati jew li ntalbu biss għandu jkollhom aċċess għan-notifiki ta’ frodi alimentari.
Artikolu 24
Verifika u pubblikazzjoni ta’ notifiki
1. Il-verifika tan-notifiki ta’ punt ta’ kuntatt tal-Kummissjoni għandha tkopri:
(a) |
il-kompletezza u l-leġibbiltà tan-notifika; |
(b) |
il-korrettezza tal-bażi ġuridika li tappoġġja n-notifika; madankollu bażi ġuridika żbaljata ma għandhiex tipprevjeni t-trażmissjoni tan-notifika jekk ikun ġie identifikat riskju; |
(c) |
jekk in-notifika taqax fl-ambitu tan-netwerk tal-RASFF; |
(d) |
jekk l-informazzjoni essenzjali fin-notifika tkunx ingħatat b’lingwa li l-punt ta’ kuntatt tan-netwerk ta’ twissija u ta’ kooperazzjoni jista’ jifhem faċilment; |
(e) |
il-konformità ma’ dan ir-Regolament; |
(f) |
rikorrenzi possibbli tal-istess operatur u/jew perikolu u/jew pajjiż ta’ oriġini. |
2. B’deroga mill-paragrafu 1, il-verifiki għan-nuqqas ta’ konformità, għall-frodi alimentari u tan-notifiki ta’ rifjut fil-fruntiera għandhom ikopru l-punti (b), (c) u (e) ta’ dak il-paragrafu.
3. Ladarba tiġi vverifikata notifika f’konformità mal-paragrafu 1 jew 2, il-punt ta’ kuntatt tal-Kummissjoni jista’ jippubblika sommarju tan-notifiki ta’ twissija, ta’ informazzjoni, ta’ rifjut fil-fruntiera u ta’ nuqqas ta’ konformità, b’informazzjoni dwar il-klassifikazzjoni u l-istatus tan-notifika, il-prodott u r-riskju(i) identifikat(i), il-pajjiż ta’ oriġini, il-pajjiżi fejn ikun tqassam il-prodott, il-membru tan-netwerk li jinnotifika, il-bażi għan-notifika u l-miżuri li jkunu ttieħdu.
4. Il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport annwali dwar in-notifiki trażmessi fl-iRASFF.
Artikolu 25
Irtirar u modifika ta’ notifika
1. Meta l-azzjoni li għandha tittieħed tidher li tkun ibbażata fuq informazzjoni mingħajr bażi jew in-notifika tkun ġiet trażmessa bi żball, kwalunkwe punt ta’ kuntatt tan-netwerk ta’ twissija u ta’ kooperazzjoni jista’ jitlob:
(a) |
lill-punt ta’ kuntatt ta’ notifika biex jirtira notifika ta’ nuqqas ta’ konformità, notifika ta’ frodi alimentari jew notifika ta’ segwitu; |
(b) |
lill-punt ta’ kuntatt tal-Kummissjoni, bi qbil mal-punt ta’ kuntatt notifikanti, biex jirtira notifika ta’ twissija, notifika ta’ informazzjoni, notifika ta’ rifjut fil-fruntiera jew notifika ta’ aħbar. |
2. Kwalunkwe punt ta’ kuntatt tan-netwerk ta’ twissija u ta’ kooperazzjoni jista’ jitlob li jsiru emendi għal notifika bi ftehim mal-punt ta’ kuntatt li jinnotifika.
3. Notifika ta’ segwitu ma għandhiex titqies bħala emenda għal notifika u għalhekk tista’ tiġi trażmessa mingħajr il-qbil ta’ kwalunkwe membru tan-netwerk ieħor, sakemm tali notifika ta’ segwitu ma tibdilx il-klassifikazzjoni tan-notifika.
Artikolu 26
Għeluq ta’ notifika u perjodu ta’ ħżin tad-data personali
1. Notifika tingħalaq awtomatikament f’iRASFF jekk
(a) |
ma jkunx hemm talbiet ta’ segwitu pendenti; jew |
(b) |
it-talbiet kollha jkunu rċevew risposta; jew |
(c) |
ma tingħata l-ebda tweġiba għall-aħħar talba fi żmien 6 xhur mit-trażmissjoni tagħha. |
2. Id-data personali minn notifiki magħluqa għandha tinħażen għal mhux aktar minn 10 snin.
Artikolu 27
Skambju ta’ informazzjoni ma’ pajjiżi terzi
1. Meta notifika ta’ twissija, ta’ informazzjoni jew ta’ rifjut fil-fruntiera tikkonċerna prodott li joriġina minn pajjiż terz jew jitqassam lil pajjiż terz li ma jkollux aċċess għall-iRASFF jew għat-TRACES, il-Kummissjoni għandha tinforma lil dak il-pajjiż terz mingħajr dewmien żejjed.
2. Meta notifika dwar nuqqas ta’ konformità jew ta’ frodi tal-ikel tikkonċerna prodott li joriġina minn pajjiż terz jew jitqassam lil pajjiż terz li ma jkollux aċċess għall-iRASFF jew għat-TRACES, il-Kummissjoni tista’ tinforma lil dak il-pajjiż terz.
Artikolu 28
Arranġamenti ta’ kontinġenza għall-iRASFF
1. Meta l-iRASFF ma jkunx disponibbli:
(a) |
il-punti ta’ kuntatt tan-netwerk RASFF għandhom iħabbru t-trażmissjoni ta’ notifika ta’ twissija jew jagħtu segwitu għal notifika ta’ twissija permezz ta’ telefonata lin-numru ta’ emerġenza tal-punt ta’ kuntatt tal-Kummissjoni. Il-punt ta’ kuntatt tal-Kummissjoni għandu jinforma lill-punti ta’ kuntatt tan-netwerk tal-RASFF li jkunu mmarkati għas-segwitu permezz ta’ telefonata lin-numri ta’ emerġenza tagħhom. |
(b) |
il-punti ta’ kuntatt tan-netwerk AAC għandhom jiskambjaw l-informazzjoni permezz tal-posta elettronika; |
(c) |
Il-punti ta’ kuntatt tan-netwerk kontra l-frodi alimentari għandhom jiskambjaw informazzjoni dwar in-notifiki ta’ frodi alimentari permezz ta’ email; |
(d) |
l-iskambji msemmija fil-punti (b) u (c) ma għandhomx jiskattaw il-mekkaniżmu tat-talba u r-reazzjoni. |
2. Ladarba l-iRASFF terġa’ ssir disponibbli, il-punti ta’ kuntatt tan-netwerk ta’ twissija u ta’ kooperazzjoni għandhom idaħħlu fiha l-informazzjoni skambjata barra mis-sistema.
Taqsima 2
ADIS
Artikolu 29
In-netwerk ADIS
1. Kull membru tan-netwerk tal-ADIS jista’ jagħzel aktar minn punt ta’ kuntatt wieħed għas-sottomissjoni fl-ADIS ta’
(a) |
notifiki ta’ tifqigħat skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) 2016/429; |
(b) |
rapporti kif previsti fl-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) 2016/429. |
2. Kull punt ta’ kuntatt tan-netwerk ADIS għandu jżomm u jaġġorna fl-ADIS il-lista ta’ reġjuni li jinnotifikaw u jirrapportaw stabbiliti mill-Istat Membru tiegħu għall-finijiet ta’ notifika u rapportar previsti fl-Artikolu 19 u l-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) 2016/429.
Taqsima 3
EUROPHYT
Artikolu 30
In-netwerk EUROPHYT
Kull membru tan-netwerk EUROPHYT għandu jaħtar:
(a) |
punt ta’ kuntatt responsabbli għas-sottomissjoni tan-notifiki ta’ tifqigħat EUROPHYT fin-netwerk ta’ tifqigħat EUROPHYT; |
(b) |
punt ta’ kuntatt responsabbli milli:
|
Artikolu 31
Aċċess għan-notifiki ta’ interċezzjoni u tat-tifqigħat EUROPHYT
Mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-aċċess tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 8(2), in-netwerk EUROPHYT ikkonċernat biss għandu jkollu aċċess għan-notifiki ta’ tifqigħ jew interċezzjoni EUROPHYT.
Artikolu 32
Sottomissjoni tan-notifiki tat-tifqigħat EUROPHYT lin-netwerk tat-tifqigħat EUROPHYT
1. Il-punti ta’ kuntatt tan-netwerk EUROPHYT għandhom jippreżentaw notifika ta’ tifqigħa fil-EUROPHYT, li jkun fiha tal-anqas l-informazzjoni indikata fil-punti 1.1, 1.3, 2.1, 2.2, 3.1, 4.1, 5.1, 5.2, 6.4 u 8 tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament, sa mhux aktar tard minn tmint ijiem tax-xogħol wara d-data li fiha l-korp uffiċjali responsabbli jkun ħareġ il-konferma uffiċjali tal-preżenza ta’ pest kif imsemmi fil-punti (a) u (b) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 11, l-Artikolu 29(1), l-Artikolu 30(1) u l-Artikolu 33(1) tar-Regolament (UE) 2016/2031.
2. Meta l-preżenza ta’ pest tkun ikkonfermata uffiċjalment skont il-paragrafu 1, in-notifika għandu jkun fiha wkoll l-informazzjoni indikata fil-punt 5.6 tal-Anness I.
3. Il-punti ta’ kuntatt tan-netwerk għandhom jippreżentaw notifika fil-EUROPHYT li jkun fiha l-informazzjoni indikata fil-punti 1.2, 3.2, 4.2, 4.3, 4.4, 5.3 sa 5.6, 6.1, 6.2, 6.3, 6.5, 6.6, 6.7, 7.1 sa 7.6, 9 u 10 tal-Anness I mhux aktar tard minn tletin jum wara d-data rilevanti msemmija fil-paragrafu 1.
4. Il-punti ta’ kuntatt tan-netwerk EUROPHYT għandhom jaġġornaw in-notifiki msemmija fil-paragrafi 1 u 3 malli jkunu vverifikaw kull informazzjoni ġdida rilevanti li tkun saret disponibbli għalihom jew malli l-awtorità kompetenti tkun ħadet miżuri ġodda.
Artikolu 33
L-użu ta’ TRACES għas-sottomissjoni ta’ notifiki ta’ interċezzjoni EUROPHYT lin-netwerk EUROPHYT-interċezzjonijiet
1. L-uffiċjal tas-saħħa tal-pjanti uffiċjali li jieħu d-deċiżjoni dwar kunsinni ta’ pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra li jidħlu fl-Unjoni f’konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 55(2) tar-Regolament (UE) 2017/625 għandu jippreżenta n-notifiki ta’ interċezzjoni EUROPHYT dwar dawk il-kunsinni fi TRACES fi żmien jumejn ta’ xogħol mill-interċezzjoni tagħhom.
2. In-notifiki msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu l-informazzjoni li ġejja:
(a) |
l-informazzjoni li trid tiġi rreġistrata fiċ-CHED imsemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 40(1); |
(b) |
informazzjoni addizzjonali dwar il-miżuri li jkunu ttieħdu dwar il-kunsinna; |
(c) |
informazzjoni dwar il-kwarantina imposta; |
(d) |
kull informazzjoni oħra dwar l-interċezzjoni meta tkun disponibbli. |
3. Meta jiġu interċettati kunsinni ta’ pjanti, ta’ prodotti mill-pjanti u ta’ oġġetti oħra li jkunu nnegozjati fl-Unjoni, il-punti ta’ kuntatt tan-netwerk EUROPHYT għandhom jibagħtu n-notifiki ta’ interċezzjoni EUROPHYT dwarhom fit-TRACES fi żmien jumejn tax-xogħol mill-interċezzjoni. Dawn in-notifiki għandhom jinkludu l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2.
Artikolu 34
Perjodu ta’ ħżin tad-data personali għan-notifiki ta’ tifqigħat EUROPHYT
Id-data personali li tkun ġiet min-notifiki ta’ tifqigħat EUROPHYT ma għandhiex tinħażen mill-EUROPHYT għal aktar minn 10 snin.
Taqsima 4
TRACES
Artikolu 35
In-netwerk TRACES
1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4(2), kull membru tan-netwerk tat-TRACES għandu jagħżel punt ta’ kuntatt wieħed jew aktar għall-funzjonalitajiet previsti fil-punt (d) tal-Artikolu 132 u fl-Artikolu 133 tar-Regolament (UE) 2017/625 jew f’leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni li tirreferi għat-TRACES.
2. Il-punti ta’ kuntatt magħżula għas-sottomissjoni tan-notifiki ta’ interċezzjoni EUROPHYT għandhom jitqiesu wkoll bħala punti ta’ kuntatt għal dik il-funzjonalità fit-TRACES.
Artikolu 36
Aċċess għad-data, għall-informazzjoni u għad-dokumenti fit-TRACES
1. Kull operatur għandu jkollu aċċess għad-data, għall-informazzjoni jew għad-dokumenti li jittratta, jipproduċi jew jittrażmetti fit-TRACES.
2. Kull awtorità kompetenti għandu jkollha aċċess għad-data, għall-informazzjoni jew għad-dokumenti ttrattati, prodotti jew trażmessi fil-qasam ta’ responsabbiltà tagħha fit-TRACES, kemm jekk dawn ikunu ġew ittrattati mill-persunal tagħhakif ukoll jekk ikunu ġew ittrattati mill-operaturi li timmaniġġja fit-TRACES.
3. Meta aktar minn awtorità kompetenti waħda tittratta, tipproduċi jew tittrażmetti d-data, l-informazzjoni jew id-dokumenti fit-TRACES, dawn għandu jkollhom l-aċċess għat-tali data, informazzjoni jew dokumenti kollha.
4. Mingħajr preġudizzju għad-dritt ta’ aċċess tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 8(2), l-entitajiet li ma jkunux ikkontribwixxew għat-trattament, għall-produzzjoni jew għat-trażmissjoni ta’ data, informazzjoni jew dokumenti fit-TRACES, jew li mhumiex involuti fit-tqegħid fis-suq jew fil-moviment ikkonċernat, ma għandux ikollhom aċċess għat-tali data, informazzjoni jew dokumenti.
5. B’deroga mill-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, l-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom aċċess għad-data, għall-informazzjoni u għad-dokumenti li jikkonċernaw deċiżjoni li jiġi rrifjutat id-dħul ta’ kunsinna jew ordni biex tittieħed azzjoni, irreġistrati fit-TRACES skont l-Artikolu 66(5) tar-Regolament (UE) 2017/625.
Artikolu 37
Skambji bejn it-TRACES u sistemi oħra elettroniċi
1. L-iskambji tad-data bejn it-TRACES u sistemi elettroniċi oħra, inklużi s-sistemi nazzjonali tal-Istati Membri, għandhom ikunu sinkroniċi, reċiproċi u bbażati fuq l-istandards tal-UN/CEFACT, l-IPPC u l-OIE.
2. L-iskambji tad-data bejn it-TRACES u s-sistemi nazzjonali tal-Istati Membri għandhom jużaw id-data ta’ referenza li tinsab fit-TRACES.
Artikolu 38
Kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet fl-Istati Membri marbuta mal-kunsinni li jidħlu fl-Unjoni
1. Għall-finijiet tal-kooperazzjoni prevista fl-Artikolu 75(1) tar-Regolament (UE) 2017/625, l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri għandu jkollhom aċċess għad-data, l-informazzjoni u d-dokumenti relatati mal-annimali u l-oġġetti li jidħlu fl-Unjoni minn pajjiżi terzi u għad-deċiżjonijiet li jkunu ttieħdu abbażi tal-kontrolli uffiċjali mwettqa f’konformità mal-Kapitolu V tat-Titolu II ta’ dak ir-Regolament, permezz ta’:
(a) |
it-TRACES jew is-sistemi nazzjonali tal-Istati Membri tagħhom; jew |
(b) |
l-ambjent tas-Sistema ta’ Punt Uniku ta’ Kuntatt tal-UE għad-dwana bbażat fuq is-sistemi doganali elettroniċi msemmija fid-Deċiżjoni 70/2008/KE u interkonness mat-TRACES. |
2. Meta l-aċċess imsemmi fil-paragrafu 1 ma jkunx disponibbli, l-Istati Membri għandhom jiżguraw mingħajr dewmien żejjed li l-awtoritajiet doganali u kompetenti tagħhom jiskambjaw b’mod tempestiv, id-data, l-informazzjoni u d-dokumenti rilevanti.
Artikolu 39
Ħruġ ta’ ċertifikati uffiċjali elettroniċi u l-użu ta’ firem elettroniċi
1. Iċ-ċertifikati uffiċjali elettroniċi għall-kunsinni ta’ annimali u oġġetti li jidħlu fl-Unjoni għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha li ġejjin:
(a) |
għandhom jinħarġu f’waħda mis-sistemi li ġejjin:
|
(b) |
għandhom ikunu ffirmati minn uffiċjal awtorizzat b’firma elettronika avvanzata jew kwalifikata; |
(c) |
għandu jkollhom is-siġill elettroniku avvanzat jew kwalifikat tal-awtorità kompetenti emittenti, jew il-firma elettronika avvanzata jew kwalifikata tar-rappreżentant legali tagħha; |
(d) |
għandha tintuża għalihom kronogramma elettronika kwalifikata. |
2. Meta jinħarġu ċertifikati elettroniċi uffiċjali f’konformità mal-punt (a) (iii) jew (iv) tal-paragrafu 1, it-TRACES jew is-sistema nazzjonali tal-Istat Membru għandha tirrikonoxxi l-iskambju tad-data permezz tas-siġill elettroniku avvanzat jew kwalifikat tal-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz, jew il-firma elettronika avvanzata jew kwalifikata tar-rappreżentant legali tagħha.
F’każijiet bħal dawn, il-firma tal-uffiċjal awtorizzat imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1 mhijiex meħtieġa.
3. Il-Kummissjoni għandha tiġi nnotifikata bil-quddiem dwar il-ħruġ ta’ ċertifikati uffiċjali elettroniċi f’konformità mal-punt (a)(iv) tal-paragrafu 1.
4. L-awtorità kompetenti għandha taċċetta ċ-ċertifikati fitosanitarji elettroniċi, kif meħtieġ għall-introduzzjoni ta’ pjanti, ta’ prodotti mill-pjanti u ta’ oġġetti oħra fit-territorju tal-Unjoni f’konformità mat-Taqsima 1 tal-Kapitolu VI tar-Regolament (UE) 2016/2031, biss meta dawn jinħarġu f’konformità mal-punt (a)(i) jew (iii) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.
Artikolu 40
Il-format taċ-CHED u l-istruzzjonijiet għall-preżentazzjoni u għall-użu tiegħu
1. Iċ-CHED għandu jkun fih l-entrati għall-informazzjoni stabbilita fil-Parti 1 tal-Anness II ta’ dan ir-Regolament u għandu jintuża mill-operatur u mill-awtoritajiet kompetenti f’konformità mal-Artikolu 56(3) tar-Regolament (UE) 2017/625 f’wieħed mill-formati li ġejjin, skont il-kategorija tal-kunsinna stabbilita fl-Artikolu 47(1) ta’ dak ir-Regolament:
(a) |
CHED-A mfassal f’konformità mal-mudell fit-Taqsima A tal-Parti 2 tal-Anness II ta’ dan ir-Regolament, għal kunsinni ta’ annimali li huma:
|
(b) |
CHED-P imfassal f’konformità mal-mudell fit-Taqsima B tal-Parti 2 tal-Anness II ta’ dan ir-Regolament, għall-kunsinni ta’ prodotti li huma:
|
(c) |
CHED-PP imfassal skont il-mudell fit-Taqsima C tal-Parti 2 tal-Anness II ta’ dan ir-Regolament, għal kunsinni ta’:
|
(d) |
CHED-D imfassal f’konformità mal-mudell fit-Taqsima D tal-Parti 2 tal-Anness II ta’ dan ir-Regolament, għal kunsinni ta’ għalf u ikel ta’ oriġini mhux mill-annimali soġġetti mad-dħul tagħhom fl-Unjoni għal kwalunkwe waħda mill-miżuri jew kundizzjonijiet previsti fil-punti (d), (e) jew (f) tal-Artikolu 47(1) tar-Regolament (UE) 2017/625. |
2. Iċ-CHED msemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun:
(a) |
imħejji b’mill-inqas waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru tad-dħul; |
(b) |
mimli kif meħtieġ b’mill-inqas waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru tad-dħul f’konformità man-noti ta’ spjegazzjoni previsti fil-Parti 1 tal-Anness II ta’ dan ir-Regolament, minn:
|
3. B’deroga mill-paragrafu 2(a), Stat Membru jista’ jaċċetta li CHED jitfassal b’lingwa uffiċjali tal-UE differenti minn dik tal-Istat Membru tad-dħul.
Artikolu 41
Użu ta’ CHED elettroniku
1. L-użu ta’ CHED f’format elettroniku min-naħa ta’ operatur jew ta’ awtorità kompetenti għandu jkun permezz ta’ waħda mis-sistemi li ġejjin:
(a) |
it-TRACES, dment li ċ-CHED jissodisfa r-rekwiżiti kollha li ġejjin:
|
(b) |
is-sistema nazzjonali ta’ Stat Membru, sakemm iċ-CHED jissodisfa r-rekwiżiti kollha li ġejjin:
|
2. It-TRACES għandha tirrikonoxxi t-trażmissjoni msemmija fil-punt (b)(iv) tal-paragrafu 1 bis-siġill elettroniku avvanzat jew kwalifikat tagħha.
3. Kull pass meħtieġ imsemmi fil-paragrafi 1 u 2 għandu jkun ikkronogrammat bi kronogramma elettronika kwalifikata.
Artikolu 42
Perjodi ta’ ħżin ta’ ċertifikati elettroniċi u CHEDs u data personali mid-data tal-kronogramma ’l quddiem
1. |
Sabiex tinżamm l-integrità taċ-ċertifikati u taċ-CHEDs maħruġa f’konformità mal-Artikolu 39 u mal-Artikolu 41 rispettivament, id-data rilevanti li tikkonċerna l-firem elettroniċi, is-siġilli elettroniċi, il-kronogrammi u l-iskambji elettroniċi għandha tinħażen minn TRACES u mis-sistemi nazzjonali tal-Istati Membri għal mill-inqas tliet (3) snin. |
2. |
Id-data personali miċ-ċertifikati u miċ-CHEDs imsemmija fil-paragrafu 1 għandha tinħażen minn TRACES u mis-sistemi nazzjonali tal-Istati Membri għal mhux aktar minn għaxar (10) snin. |
3. |
Id-data personali li tiġi min-notifiki ta’ interċezzjoni EUROPHYT imsemmija fl-Artikolu 33(2) għandha tinħażen minn TRACES għal mhux aktar minn għaxar (10) snin. |
Artikolu 43
Listi tal-unitajiet ta’ kontroll
Kull punt ta’ kuntatt tan-netwerk tat-TRACES għandu jżomm u jaġġorna fit-TRACES il-lista tal-unitajiet ta’ kontroll li l-Istat Membru tiegħu ikun għażel għall-finijiet tat-TRACES.
Artikolu 44
Listi tal-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera u tal-punti ta’ kontroll
1. Kull punt ta’ kuntatt tan-netwerk TRACES għandu jżomm u jaġġorna fi TRACES il-lista tal-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera u tal-punti ta’ kontroll li l-Istat Membru tiegħu jkun għażel skont l-Artikolu 59(1) u l-Artikolu 53(2), rispettivament, tar-Regolament (UE) 2017/625 għall-finijiet tat-twettiq ta’ kontrolli uffiċjali fuq waħda jew aktar mill-kategoriji ta’ annimali u oġġetti msemmija fl-Artikolu 47(1) ta’ dak ir-Regolament.
2. Il-punt ta’ kuntatt imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandu jdaħħal fi TRACES l-informazzjoni dwar kull post magħżul ta’ kontroll fuq il-fruntiera u kull punt ta’ kontroll billi juża
(a) |
il-format stabbilit fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1014 (35) biex jipprovdi l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 60(1) tar-Regolament (UE) 2017/625; |
(b) |
l-abbrevjazzjonijiet u l-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fl-Anness II ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni. |
Artikolu 45
Lista ta’ stabbilimenti
1. Kull punt ta’ kuntatt tan-netwerk TRACES għandu jżomm u jaġġorna l-listi ta’ stabbilimenti li ġejjin fi TRACES:
(a) |
stabbilimenti kummerċjali tal-ikel li l-Istat Membru tiegħu jkun approva f’konformità mal-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KE) Nru 852/2004; |
(b) |
stabbilimenti, impjanti u operaturi li jittrattaw il-prodotti sekondarji tal-annimali jew il-prodotti derivati mill-annimali li l-Istat Membru tiegħu jkun approva jew ikun irreġistra f’konformità mal-Artikolu 47 tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009. |
2. Il-punt ta’ kuntatt imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jdaħħal fi TRACES l-informazzjoni dwar kull stabbiliment imsemmi f’dak il-paragrafu billi juża l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-format tal-listi ta’ stabbilimenti pprovduti mill-Kummissjoni.
3. Il-Kummissjoni għandha tassisti lill-Istati Membri biex jippubblikaw il-listi msemmija fil-paragrafu 1 permezz tal-paġna tal-Internet tagħha jew permezz ta’ TRACES.
Artikolu 46
L-arranġamenti ta’ kontinġenza għas-sistema TRACES u għas-sistemi nazzjonali tal-Istati Membri fil-każ ta’ nuqqas ta’ disponibbiltà ppjanata jew mhux ippjanata
1. Il-punti ta’ kuntatt tan-netwerk ta’ TRACES għandhom iżommu repożitorju pubbliku fuq l-Internet li jkun fih mudell li jista’ jimtela tad-dokumenti kollha li jistgħu jinħarġu fi TRACES jew fis-sistema nazzjonali tal-Istat Membru f’konformità ma’ dan ir-Regolament.
2. Meta s-sistema nazzjonali ta’ Stat Membru, it-TRACES jew waħda mill-funzjonalitajiet tagħhom ma tkunx disponibbli għal aktar minn siegħa, l-utenti tagħhom jistgħu jużaw mudell stampat jew elettroniku li jista’ jimtela’, kif imsemmi fil-paragrafu 1, biex jirreġistraw u jiskambjaw l-informazzjoni.
3. Ladarba s-sistemi jew il-funzjonalitajiet imsemmija fil-paragrafu 2 jerġgħu jsiru disponibbli, l-utenti tagħhom għandhom jużaw l-informazzjoni rreġistrata f’konformità mal-paragrafu 2 biex jipproduċu elettronikament id-dokumenti meħtieġa skont dan ir-Regolament.
4. Meta t-TRACES, is-sistema nazzjonali ta’ Stat Membru jew waħda mill-funzjonalitajiet tagħhom ma tkunx disponibbli, l-Istati Membri jistgħu jipproduċu b’mod temporanju u jiskambjaw b’mod elettroniku d-dokumenti meħtieġa kollha fis-sistema disponibbli, u l-obbligi fir-rigward tal-funzjonalitajiet tat-TRACES ma għandhomx japplikaw. Il-Kummissjoni u s-sidien tas-sistemi nazzjonali għandhom iwettqu skambju massiv ad hoc ta’ dawk id-dokumenti hekk kif terġa’ tinkiseb id-disponibbiltà.
5. Id-okumenti prodotti f’konformità mal-paragrafi 2 u 4 għandu jkollhom fuqhom it-test “magħmul waqt kontinġenza”.
6. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-utenti permezz ta’ TRACES ġimagħtejn qabel kull nuqqas ta’ disponibbiltà ippjanat, kemm se jdum u r-raġuni għal dan in-nuqqas.
Kapitolu 4
Dispożizzjonijiet finali
Artikolu 47
Tħassir
1. Id-Direttiva 94/3/KE, id-Deċiżjonijiet 92/486/KEE, 2003/24/KE, 2003/623/KE, 2004/292/KE, 2004/675/KE u 2005/123/KE, ir-Regolament (UE) Nru 16/2011, u d-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni 2014/917/UE, (UE) 2015/1918 u (UE) 2018/1553 jitħassru mill-14 ta’ Diċembru 2019.
2. Ir-referenzi għal dawk l-atti mħassra għandhom ifissru referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella tal-korrelazzjoni fl-Anness III.
Artikolu 48
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-14 ta’ Diċembru 2019, minbarra t-Taqsima 2 tal-Kapitolu 3, li għandha tapplika mill-21 ta’ April 2021.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Settembru 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1.
(4) ĠU L 317, 23.11.2016, p. 4.
(6) Ir-Regolament (KE) Nru 183/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Jannar 2005 li jistabbilixxi l-ħtiġijiet għall-iġjene tal-għalf (ĠU L 35, 8.2.2005, p. 1).
(7) Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
(8) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
(9) Id-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 89).
(10) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 16/2011 tal-10 ta’ Jannar 2011 li jistabbilixxi miżuri ta’ implimentazzjoni għas-sistema ta’ twissija bikrija għall-ikel u l-għalf (ĠU L 6, 11.1.2011, p. 7).
(11) Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1).
(12) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1918 tat-22 ta’ Ottubru 2015 li tistabbilixxi sistema ta’ assistenza u koperazzjoni amministrattiva (“sistema AAC”) skont ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (ĠU L 280, 24.10.2015, p. 31).
(13) http://europa.eu/rapid/press-release_STATEMENT-17-3486_en.htm
(14) Is-sistema kienet oriġinarjament stabbilita bid-Direttiva tal-Kunsill 77/93/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1976 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni fl-Istati Membri ta’ organiżmi li jagħmlu l-ħsara tal-pjanti jew tal-prodotti tal-pjanti (ĠU L 26, 31.1.77, p. 20). Dik id-Direttiva tħassret bid-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta’ Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (ĠU L 169 L 10.7.2000, p. 1), li wkoll imbagħad tħassret bir-Regolament (UE) 2016/2031 sa mill-14 ta’ Diċembru 2019.
(15) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 94/3/KE tal-21 ta’ Jannar 1994 li tistabbilixxi proċedura għan-notifika ta’ interċettazzjoni ta’ kunsinna jew organiżmu jikkawżaw ħsara minn pajjiżi terzi u li jkun ta’ periklu fitosanitarju imminenti (ĠU L 32, 5.2.1994, p. 37).
(16) Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/917/UE tal-15 ta’ Diċembru 2014 li tistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE fir-rigward tan-notifika tal-preżenza ta’ organiżmi ta’ ħsara u ta’ miżuri li ttieħdu jew huma maħsuba li jittieħdu mill-Istati Membri (ĠU L 360, 17.12.2014, p. 59).
(17) Ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal transazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE, (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 73).
(18) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1506 tat-8 ta’ Settembru 2015 li tistabbilixxi speċifikazzjonijiet marbutin mal-formati tal-firem elettroniċi avvanzati u tas-siġilli avvanzati li għandhom jiġu rrikonoxxuti mill-entitajiet tas-settur pubbliku skont l-Artikoli 27(5) u 37(5) tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern (ĠU L 235, 9.9.2015, p. 37).
(19) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1553 tat-15 ta’ Ottubru 2018 dwar il-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent taċ-ċertifikati fitosanitarji elettroniċi maħruġa minn organizzazzjonijiet nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti ta’ pajjiżi terzi (ĠU L 260, 17.10.2018, p. 22).
(20) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 136/2004 tat-22 ta’ Jannar 2004 li jistabbilixxi proċeduri għal kontrolli veterinarji f’postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntieri tal-Komunità fuq prodotti importati minn pajjiżi terzi (ĠU L 21. 28.1.2004, p. 11).
(21) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 282/2004 tat-18 ta’ Frar 2004 li jintroduċi dokument għad-dikjarazzjoni, u kontroll veterinarju, fuq annimali minn pajjiżi terzi li deħlin fil-Komunità (ĠU L 49, 19.2.2004, p. 11).
(22) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 669/2009 tal-24 ta’ Lulju 2009 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż- żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali mwettqa fuq l-importazzjoni ta’ ċertu għalf u ikel ta’ oriġini mhux mill-annimali u li jemenda d-Deċiżjoni 2006/504/KE (ĠU L 194, 25.7.2009, p. 11).
(23) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/66 tas-16 ta’ Jannar 2019 rigward regoli dwar arranġamenti prattiċi uniformi għat-twettiq ta’ kontrolli uffiċjali fuq pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra sabiex tiġi vverifikata l-konformità mar-regoli tal-Unjoni dwar miżuri protettivi kontra l-pesti tal-pjanti applikabbli għal dik il-merkanzija (ĠU L 15, 17.1.2019, p. 1).
(24) Id-Deċiżjoni Nru 70/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2008 dwar ambjent mingħajr karti għad-dwana u l-kummerċ (ĠU L 23, 26.1.2008, p. 21).
(25) Ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1).
(26) Ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 1).
(27) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/486/KEE tal-25 ta’ Settembru 1992 li tistabbilixxi l-forma ta’ kooperazzjoni bejn iċ-ċentru ta’ ospitalità Animo u l-Istati Membri (ĠU L 291, 7.10.1992, p. 20).
(28) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/24/KE tat-30 ta’ Diċembru 2002 li tirrigwarda l-iżvilupp ta’ sistema veterinarja integrata u komputerizzata (ĠU L 8, 14.1.2003, p. 44).
(29) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/623/KE tad-19 ta’ Awwissu 2003 dwar l-iżvilupp ta’ sistema kompjuterizzata integrata magħrufa bħala Traces (ĠU L 216, 28.8.2003, p. 58).
(30) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/292/KE tat-30 ta’ Marzu 2004 dwar l-introduzzjoni tas-sistema Traces u li temenda d-Deċiżjoni 92/486/KEE (ĠU L 94, 31.3.2004, p. 63).
(31) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/675/KE tad-29 ta’ Settembru 2004 li tistabbilixxi appoġġ loġistiku għas-sistema Traces (ĠU L 309, 6.10.2004, p. 26).
(32) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/123/KE tad-9 ta’ Frar 2005 li temenda d-Deċiżjoni 2004/292/KE dwar l-applikazzjoni tas-sistema TRACES u li temenda d-Deċiżjoni 92/486/KEE (ĠU L 39, 11.2.2005, p. 53).
(33) Id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar, veterinarju u zootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Kommunitarju ta’ ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29).
(34) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE tat-13 ta’ Lulju 1992 dwar il-kompjuterizzazzjoni tal-proċeduri veterinarji rigward l-importazzjoni (il-Proġett Shift), li temenda d-Direttivi 90/675/KEE, 91/496/KEE, 91/628/KEE u d-Deċiżjoni 90/424/KEE, u li tħassar id-Deċiżjoni 88/192/KEE (ĠU L 243, 25.8.1992, p. 27).
(35) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1014 tat-12 ta’ Ġunju 2019 li jistabbilixxi regoli ddettaljati dwar rekwiżiti minimi għall-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera, inklużi ċ-ċentri ta’ spezzjoni, u għall-format, il-kategoriji u l-abbrevjazzjonijiet li għandhom jintużaw għall-elenkar ta’ postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera u ta’ punti ta’ kontroll (ĠU L 165, 21.6.2019, p. 10).
ANNESS I
Kontenut tan-notifiki msemmija fl-Artikolu 32
1.
Tagħrif ġenerali
1.1. |
Titolu — daħħal l-isem xjentifiku tal-pest ikkonċernat, kif imsemmi fil-punti (a) u (b) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 11, fl-Artikolu 29(1), fl-Artikolu 30(1) u fl-Artikolu 33(1) tar-Regolament (UE) 2016/2031, ikteb isem il-post, u jekk din hijiex l-ewwel preżenza tal-pest hemmhekk jew le. L-isem xjentifiku jrid ikun wieħed minn dawn li ġejjin:
|
Jekk trid, tista’ tippreżenta noti ta’ spjegazzjoni.
1.2. |
Sommarju eżekuttiv — sommarju tal-informazzjoni fil-punti 3 sa 7. |
1.3. |
Daħħal waħda mill-opzjonijiet li ġejjin:
|
2.
Awtorità unika u persuni responsabbli
2.1. |
Isem l-awtorità unika li tippreżenta n-notifika — daħħal il-kliem “Notifika mingħand”, segwit bl-isem tal-awtorità unika u l-Istat Membru tagħha. |
2.2. |
Kuntatt uffiċjali mal-awtorità unika — daħħal l-isem, in-numru tat-telefon u l-indirizz tal-email tal-persuna msemmija mill-awtorità unika bħala l-kuntatt uffiċjali għan-notifika. Meta tissemma aktar minn persuna waħda, agħti r-raġunijiet. |
3.
Lokalizzazzjoni taż-żona fejn jinsab il-pest
3.1. |
Indika, bl-aktar mod preċiż possibbli, il-lokalizzazzjoni taż-żona fejn jinsab il-pest, b’referenza tal-inqas għal reġjun amministrattiv (eż. muniċipalità, belt, provinċja). |
3.2. |
Ehmeż mappa waħda jew iktar tal-post |
4.
Raġuni għan-notifika, l-istatus tal-pest fiż-żona u fl-Istat Membru kkonċernat
4.1. |
Daħħal waħda mill-opzjonijiet li ġejjin:
|
4.2. |
L-istatus fitosanitarju taż-żona (1) li fiha jkun instab il-pest, wara konferma uffiċjali — daħħal, b’nota ta’ spjegazzjoni, waħda jew aktar mill-opzjonijiet li ġejjin:
|
4.3. |
L-istatus tal-pesti fl-Istat Membru kkonċernat qabel il-konferma uffiċjali tal-preżenza, jew tal-preżenza suspettata, tal-pest — daħħal nota ta’ spjegazzjoni, waħda jew aktar mill-opzjonijiet li ġejjin:
|
4.4. |
L-istatus tal-pest fl-Istat Membru kkonċernat wara l-konferma uffiċjali tal-preżenza tiegħu — daħħal, b’nota ta’ spjegazzjoni, waħda jew aktar mill-opzjonijiet li ġejjin:
|
5.
Sejba, kampjunar, ittestjar u konferma tal-pest
5.1. |
Kif instabet il-preżenza tal-pest jew kif oriġina s-suspett tal-preżenza tal-pest — daħħal waħda mill-opzjonijiet li ġejjin:
|
Tista’ tikteb aktar kummenti fil-forma ta’ test liberu jew dokumenti mehmuża.
Jekk iddaħħal l-opzjoni (8), indika speċifikazzjoni.
Għall-ispezzjonijiet, indika d-data/dati, id-deskrizzjoni tal-metodu (inklużi dettalji dwar verifiki viżwali jew oħrajn), iddeskrivi fil-qosor is-sit tal-ispezzjoni u s-sejbiet, u pprovdi r-ritratt(i).
Jekk iddaħħal l-opzjoni (3) jew (4), indika d-data tal-ispezzjoni(jiet) u ddeskrivi l-metodu ta’ spezzjoni (inklużi d-dettalji tal-verifiki viżwali jew verifiki oħrajn). Jekk trid, tista’ tiddeskrivi fil-qosor is-sit tal-ispezzjoni u s-sejbiet, u tehmeż xi ritratt(i).
5.2. |
Id-data tas-sejba — daħħal id-data li fiha l-korp uffiċjali responsabbli stabbilixxa l-preżenza tal-pest, beda jissuspetta jew ġie infurmat għall-ewwel darba bis-sejba tiegħu. Jekk il-pest instab minn persuna oħra għajr il-korp uffiċjali responsabbli, daħħal id-data li fiha nstab u d-data li fiha dik il-persuna nfurmat lill-korp uffiċjali responsabbli. |
5.3. |
Il-kampjunar għall-analiżi fil-laboratorju — fejn japplika, ipprovdi l-informazzjoni dwar il-proċedura tal-kampjunar għall-analiżi fil-laboratorju, inkluż id-data, il-metodu u d-daqs tal-kampjun. Jekk trid, tista’ tehmeż xi ritratti. |
5.4. |
Il-laboratorju — fejn japplika, daħħal l-isem u l-indirizz tal-laboratorju/laboratorji involut(i) fl-identifikazzjoni tal-pest. |
5.5. |
Metodu dijanjostiku — daħħal waħda minn dawn li ġejjin:
|
5.6. |
Data tal-konferma uffiċjali tal-identità tal-pest. |
6.
Informazzjoni dwar iż-żona infestata u s-severità u s-sors tat-tifqigħa
6.1. |
Id-daqs u d-delimitazzjoni taż-żona infestata — daħħal waħda jew aktar mill-opzjonijiet li ġejjin (tista’ tagħti ċifri approssimattivi, iżda spjega għaliex mhux possibbli li tkun preċiż):
|
6.2. |
Karatteristiċi taż-żona infestata u tal-viċinanzi tagħha — daħħal waħda jew aktar mill-opzjonijiet li ġejjin:
|
Għal kull opzjoni, indika jekk l-infestazzjoni tikkonċernax waħda jew aktar mill-opzjonijiet li ġejjin:
— |
pjanti għat-tħawwil; |
— |
pjanti oħra; |
— |
prodotti mill-pjanti; jew |
— |
oġġetti oħra. |
6.3. |
Il-pjanti ospitanti fiż-żona infestata u fil-viċinanzi tagħha — agħti l-isem xjentifiku tal-pjanti ospitanti f’dik iż-żona, f’konformità mal-punt 6.4. Jekk trid, tista’ tipprovdi informazzjoni addizzjonali dwar id-densità tal-pjanti ospitanti, b’referenza għall-prattiki ta’ kultivazzjoni karatteristiċi speċifiċi tal-ħabitats, jew dwar prodotti mill-pjanti suxxettibbli prodotti fiż-żona. |
6.4. |
Pjant(i) infestat(i), prodott(i) mill-pjanti u oġġett(i) ieħor/oħrajn — agħti l-isem xjentifiku tal-pjant(i) ospitanti infestat(i). Jekk trid, tista’ tindika l-varjetà u, għall-prodotti mill-pjanti, it-tip tal-prodott bażiku, skont il-każ. |
6.5. |
Il-vetturi preżenti fiż-żona — fejn japplika, daħħal waħda mill-opzjonijiet li ġejjin:
|
6.6. |
Is-severità tat-tifqigħa — iddeskrivi l-firxa attwali tal-infestazzjoni, is-sintomi u l-ħsara. Meta xieraq, inkludi l-previżjonijiet hekk kif ikunu disponibbli. |
6.7. |
Is-sors tat-tifqigħa — indika r-rotta kkonfermata tal-pest ġewwa ż-żona jew jekk il-konferma tkun għadha pendenti, ir-rotta suspettata, skont kif japplika. Jekk trid, tista’ tipprovdi aktar informazzjoni dwar l-oriġini kkonfermata jew potenzjali tal-pest. |
7.
Miżuri fitosanitarji uffiċjali
7.1. |
Adozzjoni ta’ miżuri fitosanitarji uffiċjali — daħħal waħda mill-opzjonijiet li ġejjin u pprovdi n-noti ta’ spjegazzjoni:
|
Fil-każ li tkun ġiet stabbilita żona demarkata, indika taħt l-opzjonijiet (1), (2) u (3) jekk il-miżuri ttieħdu jew se jittieħdu ġewwa jew barra dik iż-żona.
7.2. |
Id-data tal-adozzjoni tal-miżuri fitosanitarji uffiċjali (jekk ikun hemm xi miżuri temporanji indika d-durata mistennija tagħhom). |
7.3. |
L-identifikazzjoni taż-żona koperta mill-miżuri fitosanitarji uffiċjali — indika l-metodu li ntuża biex ġiet identifikata ż-żona koperta mill-miżuri fitosanitarji uffiċjali. Ipprovdi r-riżultati tal-istħarriġ li jkun sar. |
7.4. |
L-objettiv tal-miżuri fitosanitarji uffiċjali — daħħal waħda minn dawn l-opzjonijiet li ġejjin:
|
7.5.
Miżuri li jaffettwaw il-moviment tal-oġġetti — daħħal waħda mill-opzjonijiet li ġejjin:
(1) |
il-miżuri jaffettwaw l-importazzjoni ta’ oġġetti fl-Unjoni jew il-moviment ta’ oġġetti fi ħdan l-Unjoni (tista’, jekk jogħġbok, tiddeskrivi l-miżuri?); |
(2) |
il-miżuri ma jaffettwawx l-importazzjoni ta’ oġġetti fl-Unjoni jew il-moviment ta’ oġġetti fi ħdan l-Unjoni.
|
8.
Il-valutazzjoni tar-riskju fitosanitarjuDaħħal waħda mill-opzjonijiet li ġejjin:
(1) |
Mhijiex meħtieġa valutazzjoni tar-riskju fitosanitarju (għal dawk il-pesti msemmija fil-punti (a) u (b) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 11, jew soġġetti għall-miżuri msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 30(1), tar-Regolament (UE) 2016/2031); |
(2) |
Valutazzjoni tar-riskju tal-pest, jew valutazzjoni tar-riskju preliminari tal-pest, li tkun qed tiġi żviluppata; |
(3) |
Jekk diġà teżisti valutazzjoni tar-riskju preliminari tal-pest — iddeskrivi s-sejbiet ewlenin, u ehmeż il-valutazzjoni tar-riskju preliminari tal-pest jew indika fejn tinstab; |
(4) |
Jekk diġà teżisti valutazzjoni tar-riskju tal-pest — iddeskrivi fil-qosor is-sejbiet ewlenin, u ehmeż il-valutazzjoni tar-riskju tal-pest jew indika fejn tinstab. |
9.
Żid il-links għas-siti web rilevanti u sorsi oħra ta’ informazzjoni.
10.
Indika jekk xi ftit mill-informazzjoni jew l-informazzjoni kollha taħt il-punti 1.1 , 1.3 , 3.1 , 4.1 sa 4.4 , 5.1 sa 5.6 , 6.1 sa 6.7 , 7.1 sa 7.6 u 8 tridx tiġi trażmessa lill-Organizzazzjoni Ewropea u Mediterranja għall-Protezzjoni tal-Pjanti.
(1) F’konformità mal-kunċett stabbilit fl-International Standards for Phytosanitary Measures, ISPM 8 (1998): Determination of pest status in an area. Ruma, IPPC, FAO (https://www.ippc.int/sites/default/files/documents//1323945129_ISPM_08_1998_En_2011-11-29_Refor.pdf)
ANNESS II
Dokument sanitarju komuni tad-dħul (CHEDs)
PARTI 1
Entrati fiċ-CHED u noti ta’ spjegazzjoni
Ġenerali
L-entrati speċifikati fil-Parti I jikkostitwixxu d-dizzjunarji tad-data għall-verżjoni elettronika taċ-CHED.
Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, jew ma jkunx stabbilit b’mod ieħor mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, l-entrati jew il-kaxxi kollha japplikaw għall-mudelli taċ-CHED fil-Parti 2.
Il-kopji stampati ta’ CHED elettroniku jeħtieġ li jkollhom tikketta unika ottika li tinqara mill-magni u li twassal għall-verżjoni elettronika permezz ta’ iperlink.
Għandek tagħżel kaxxa waħda mill-kaxxi I.20 sa I.26 u mill-kaxxi II.9 sa II.16; għal kull kaxxa, agħżel opzjoni waħda.
Meta kaxxa tippermettilek tagħżel opzjoni waħda jew aktar, l-opzjoni(jiet) li tagħżel biss tintwera/jintwerew fil-verżjoni elettronika taċ-CHED.
Meta kaxxa ma tridx timtela bilfors, il-kontenut tagħha jiġi jidher bħala tipa ingassata.
Is-sekwenza tal-kaxxi fil-mudell taċ-CHED fil-Parti 2 u d-daqs u l-forma ta’ dawk il-kaxxi huma indikattivi.
Meta jkun meħtieġ timbru, l-ekwivalenti elettroniku tiegħu jkun siġill elettroniku.
Waqt l-ipproċessar tad-data personali inkluża fiċ-CHEDs, l-Istati Membri għandhom jikkonformaw mar-Regolament (UE) 2016/679 u mad-Direttiva (UE) 2016/680 u l-Kummissjoni għandha tikkonforma mar-Regolament (UE) 2018/1725.
PARTI I — DESKRIZZJONI TAL-KUNSINNA |
|||||||||||
Kaxxa |
Deskrizzjoni |
||||||||||
I.1. |
Speditur/Esportatur |
||||||||||
|
Indika l-isem u l-indirizz, il-pajjiż u l-kodiċi ISO tal-pajjiż (1) tal-persuna fiżika jew ġuridika li qed tibgħat il-kunsinna. Din il-persuna għandha tkun stabbilita f’pajjiż terz, għajr f’ċerti każijiet previsti fil-liġi tal-Unjoni, fejn tista’ tkun stabbilita fi Stat Membru. |
||||||||||
I.2 |
Referenza taċ-CHED |
||||||||||
|
Dan huwa l-kodiċi alfanumeriku uniku assenjat mill-IMSOC (ripetut fil-kaxxi II.2 u III.2). |
||||||||||
I.3 |
Referenza lokali |
||||||||||
|
Indika l-kodiċi alfanumeriku uniku assenjat mill-awtorità kompetenti. |
||||||||||
I.4 |
Post ta’ kontroll fuq il-fruntiera/punt ta’ kontroll/unità ta’ kontroll mal-fruntiera |
||||||||||
|
Agħżel l-isem tal-BCP jew il-punt ta’ kontroll, skont il-każ. Indika l-post tal-ispezzjoni jekk jixraq. Fil-każ ta’ CHED-P sussegwenti għal kunsinna li ma tikkonformax, indika l-isem tal-unità ta’ kontroll responsabbli mis-superviżjoni taż-żona ħielsa jew tal-maħżen doganali approvat għat-tali skop. |
||||||||||
I.5 |
Kodiċi tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera/punt ta’ kontroll/unità ta’ kontroll |
||||||||||
|
Dan huwa l-kodiċi alfanumeriku uniku assenjat mill-IMSOC lill-BCP, lill-punt ta’ kontroll jew lill-unità ta’ kontroll. |
||||||||||
I.6 |
Destinatarju/Importatur |
||||||||||
|
Indika l-isem u l-indirizz, il-kodiċi tal-pajjiż u l-kodiċi ISO tal-pajjiż tal-persuna fiżika jew ġuridika li għaliha tkun iddestinata l-kunsinna, u li tidher pereżempju fuq iċ-ċertifikati uffiċjali, l-attestazzjonijiet uffiċjali jew dokumenti oħra, fosthom dokumenti ta’ natura kummerċjali maħruġa fil-pajjiż terz. Jekk din il-persuna tkun l-istess waħda indikata fil-kaxxa I.8, din il-kaxxa timtela awtomatikament mill-IMSOC abbażi tal-informazzjoni pprovduta f’dik il-kaxxa. Din il-kaxxa hija fakultattiva fil-każ ta’ trasbord jew tranżitu. |
||||||||||
I.7 |
Post tad-destinazzjoni |
||||||||||
|
Indika l-isem u l-indirizz, il-kodiċi tal-pajjiż u l-kodiċi ISO tal-pajjiż, tal-post fejn qed titwassal il-kunsinna għall-ħatt finali. Jekk dan l-indirizz ikun l-istess bħal dak indikat fil-kaxxa I.6, din il-kaxxa timtela awtomatikament mill-IMSOC abbażi tal-informazzjoni pprovduta f’dik il-kaxxa. Dan il-post għandu jkun fi Stat Membru, anki fil-każ ta’ tranżitu, kif iddefinit fil-punt (44) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2017/625, li jinkludi l-ħażna tal-oġġetti. Fil-każ ta’ tranżitu li ma jinkludix il-ħażna tal-oġġetti, il-pajjiż terz tad-destinazzjoni jiġi indikat fil-kaxxa I.22. Meta japplika, indika wkoll in-numru tar-reġistrazzjoni jew tal-approvazzjoni tal-istabbiliment ta’ destinazzjoni. Għall-kunsinni li jridu jinqasmu fil-BCP, indika l-BCP bħala l-post tad-destinazzjoni fl-ewwel CHED. F’CHEDs sussegwenti indika l-post tad-destinazzjoni għal kull parti tal-kunsinna maqsuma. Għall-kunsinni li jridu jiġu ttrasferiti għal punt ta’ kontroll, indika l-punt ta’ kontroll bħala l-post tad-destinazzjoni. Din il-kaxxa tista’ timtela awtomatikament mill-IMSOC abbażi tal-informazzjoni pprovduta fil-kaxxa I.20. Meta l-kunsinni jintbagħtu lejn faċilità ta’ trasport suċċessiv, il-post tad-destinazzjoni jkun meħtieġ biss jekk ikun differenti mill-faċilità ta’ trasport suċċessiv. |
||||||||||
I.8 |
Operatur responsabbli mill-kunsinna |
||||||||||
|
Indika l-isem u l-indirizz, il-kodiċi tal-pajjiż u l-kodiċi ISO tal-pajjiż tal-persuna fiżika jew ġuridika fl-Istat Membru li tkun inkarigata mill-kunsinna meta din tiġi ppreżentata fil-BCP u li tagħmel id-dikjarazzjonijiet meħtieġa lill-awtoritajiet kompetenti bħala l-importatur jew f’isem l-importatur. Dan l-operatur jista’ jkun l-istess wieħed indikat fil-kaxxa I.6 u għandu jkun l-istess wieħed indikat fil-kaxxa I.35. Din il-kaxxa tista’ timtela awtomatikament mill-IMSOC. F’każ ta’ CHED sussegwenti, indika l-isem u l-indirizz tal-persuna li tkun responsabbli mill-preżentazzjoni tal-kunsinna għal aktar kontrolli uffiċjali fil-post sussegwenti. Fil-każ ta’ CHED-P sussegwenti għal kunsinni li ma jikkonformawx, indika l-isem u l-indirizz tal-persuna li tkun inkarigata mill-proċeduri wara l-ħażna. |
||||||||||
I.9 |
Dokumenti ta’ akkumpanjament |
||||||||||
|
Agħżel it-tip ta’ dokumenti ta’ akkumpanjament meħtieġa: eż. ċertifikati uffiċjali, attestazzjonijiet uffiċjali, permessi, dikjarazzjonijiet jew dokumenti oħra, inklużi d-dokumenti ta’ natura kummerċjali. Indika l-kodiċi uniku tad-dokumenti ta’ akkumpanjament u l-pajjiż tal-ħruġ. Madankollu, id-data tal-ħruġ hija fakultattiva. Jekk iċ-ċertifikat uffiċjali jkun ġie ġġenerat fl-IMSOC, indika l-kodiċi alfanumeriku uniku fil-kaxxa I.2a taċ-ċertifikat uffiċjali. Referenzi tad-dokumenti kummerċjali: pereżempju indika n-numru tal-polza tal-ajru, in-numru tal-polza tat-tagħbija jew in-numru kummerċjali tal-ferrovija jew tal-vettura tat-triq. |
||||||||||
I.10 |
Notifika minn qabel |
||||||||||
|
Indika d-data u l-ħin stmati tal-wasla fil-punt tad-dħul fejn jinsab il-BCP. CHED-D/CHED-PP Indika d-data u l-ħin stmati tal-wasla fil-punt ta’ kontroll fil-każ ta’ CHED sussegwenti għat-trasferiment lejn punt ta’ kontroll. |
||||||||||
I.11 |
Pajjiż tal-oriġini |
||||||||||
|
Din il-kaxxa tista’ timtela awtomatikament mill-IMSOC abbażi tal-informazzjoni pprovduta fil-kaxxa I.31. CHED-A Indika l-pajjiż ta’ residenza matul il-perjodu ta’ residenza meħtieġ indikat fiċ-ċertifikat uffiċjali mehmuż. Għaż-żwiemel irreġistrati li jerġgħu jidħlu fl-Unjoni wara esportazzjoni temporanja għal perjodu ta’ inqas minn 30, 60 jew 90 jum għal tiġrijiet, kompetizzjonijiet u avvenimenti kulturali f’ċerti pajjiżi terzi, indika l-aħħar pajjiż minn fejn intbagħtu. CHED-P Indika l-pajjiż fejn ġew prodotti, immanifatturati jew ippakkjati l-prodotti(immarkati bil-marka ta’ identifikazzjoni). Fil-każ ta’ prodotti li jerġgħu jidħlu fl-Unjoni kif imsemmi fl-Artikolu 77(1)(h) tar-Regolament (UE) 2017/625 jew prodotti li jerġgħu jidħlu fl-Unjoni wara tranżitu minn pajjiżi terzi (kif iddefinit fil-punt 44(b) tal-Artikolu 3 ta’ dak ir-Regolament), indika l-Istat Membru ta’ oriġini. CHED-PP Indika l-pajjiż(i) ta’ oriġini fejn tkabbru, ġew prodotti, inħażnu jew ġew ipproċessati l-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew l-oġġetti l-oħra, kif imsemmi fiċ-ċertifikat fitosanitarju. CHED-D Indika l-pajjiż tal-oriġini tal-oġġetti jew dak li tkabbru, inħasdu jew ġew prodotti fih. |
||||||||||
I.12 |
Reġjun tal-oriġini |
||||||||||
|
Fil-każ li annimali jew oġġetti jiġu affettwati minn miżuri ta’ reġjonalizzazzjoni f’konformità mal-liġi tal-Unjoni, indika l-kodiċi tar-reġjuni, taż-żoni jew tal-kompartimenti approvati. Din il-kaxxa tista’ timtela awtomatikament mill-IMSOC abbażi tal-informazzjoni pprovduta fil-kaxxa I.31. CHED-PP Meta l-pajjiż tal-oriġini jkun iddikjara b’mod uffiċjali ċerti żoni bħala ħielsa minn pest speċifikat, indika ż-żona tal-oriġini tal-pjanta, tal-prodott mill-pjanti jew tal-oġġetti l-oħra. |
||||||||||
I.13 |
Mezz tat-trasport |
||||||||||
|
Agħżel wieħed mill-mezzi ta’ trasport li ġejjin għall-annimali li jaslu fil-BCP, u indika l-identifikazzjoni tiegħu:
Fil-każ ta’ trasport b’bastiment, għażel “bastiment” u identifika l-vettura(i) tat-triq permezz tan-numru tar-reġistrazzjoni (flimkien man-numru ta’ reġistrazzjoni tat-trejler, meta japplika), u l-isem tal-bastiment skedat. CHED-PP Mhix meħtieġa l-identifikazzjoni tal-mezzi tat-trasport. |
||||||||||
I.14 |
Pajjiż tad-dispaċċ |
||||||||||
|
CHED-P/CHED-PP/CHED-D Indika l-pajjiż fejn tqiegħdu l-oġġetti abbord il-mezz tat-trasport finali għall-vjaġġ lejn l-Unjoni. F’xi każijiet, meta l-moviment jinvolvi aktar minn pajjiż wieħed qabel ma jidħol fl-Unjoni (moviment triangolari), dan jista’ jkun il-pajjiż terz li fih inħareġ iċ-ċertifikat uffiċjali. Din il-kaxxa ma tapplikax għaċ-CHED-A. |
||||||||||
I.15 |
Stabbiliment ta’ oriġini |
||||||||||
|
Meta meħtieġ mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, indika l-isem u l-indirizz, il-kodiċi tal-pajjiż u l-kodiċi ISO tal-pajjiż tal-istabbiliment(i) tal-oriġini. Meta meħtieġ mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, indika n-numru tar-reġistrazzjoni jew tal-approvazzjoni. Din il-kaxxa tista’ timtela awtomatikament mill-IMSOC abbażi tal-informazzjoni pprovduta fil-kaxxa I.31. |
||||||||||
I.16 |
Kundizzjonijiet tat-trasport |
||||||||||
|
CHED-P/CHED-D Indika l-kategorija tat-temperatura meħtieġa matul it-trasport (ambjentali, imkessaħ, iffriżat), jekk japplika. Tista’ tintgħażel kategorija waħda biss. Din il-kaxxa ma tapplikax għaċ-CHED-A u għaċ-CHED-PP. |
||||||||||
I.17 |
Numru tal-kontejner/Numru tas-siġill |
||||||||||
|
Fejn japplika, indika n-numru tal-kontejner u n-numru tas-siġill (tista’ tindika iktar minn numru wieħed). Għas-siġill uffiċjali, indika n-numru uffiċjali tas-siġill kif indikat fiċ-ċertifikat uffiċjali u immarka “siġill uffiċjali” jew indika kwalunkwe siġill ieħor li jkun imsemmi fid-dokumenti ta’ akkumpanjament. |
||||||||||
I.18 |
Ċertifikat bħala jew għal |
||||||||||
|
Agħżel l-iskop tal-moviment tal-annimali, l-użu maħsub tal-oġġetti jew il-kategorija kif speċifikat fiċ-ċertifikat uffiċjali (fejn meħtieġ) jew fid-dokument kummerċjali: CHED-A: Tnissil/produzzjoni, tismin, stabbilimenti konfinati, klieb/qtates/inmsa (jew f’każ li jkunu qed jinġarru aktar minn ħamest iklieb/qtates/inmsa għal skopijiet mhux kummerċjali), annimali akkwatiċi ornamentali, biċċerija, kwarantina, equidae rreġistrati, ripożizzjoni (għal annimali tal-akkwakultura biss), ċirklu li jivvjaġġa/eżibizzjoni tal-annimali, wirjiet, stokkjar mill-ġdid jew oħrajn. CHED-P: Konsum uman, għalf, użu farmaċewtiku, użu tekniku, kampjun kummerċjali, aktar ipproċessar jew oħrajn. CHED-D: Konsum mill-bniedem, konsum mill-bniedem wara aktar trattament, għalf, kampjun jew oġġett ta’ wirja, jew oħrajn. Din il-kaxxa ma tapplikax għaċ-CHED-PP. |
||||||||||
I.19 |
Konformità tal-oġġetti |
||||||||||
|
Din il-kaxxa tapplika biss għaċ-CHED-P. Immarka “konformi” meta l-oġġetti jikkonformaw mar-regoli msemmija fil-punti (a) u (d) tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) 2017/625. Immarka “mhux konformi” meta l-oġġetti:
|
||||||||||
I.20 |
Għal trasbord/trasferiment/trasport suċċessiv lejn |
||||||||||
|
CHED-A (trasport suċċessiv) Indika l-isem u l-kodiċi ISO tal-pajjiż terz tad-destinazzjoni meta l-annimali jibqgħu fl-istess bastiment jew ajruplan u jkun ippjanat li se jintbagħtu direttament lejn pajjiż terz mingħajr ma jinżlu f’port jew f’ajruport ieħor tal-Unjoni. Indika l-isem tal-BCP li jmiss fl-Unjoni li l-annimali qed ikomplu l-vjaġġ tagħhom lejh fuq l-istess bastiment jew ajruplan għal aktar kontrolli uffiċjali. CHED-P (trasbord) Indika l-isem u l-kodiċi ISO tal-pajjiż terz tad-destinazzjoni meta il-prodotti jiġu ttrasbordati għal bastiment jew ajruplan ieħor u huma ppjanati biex jintbagħtu direttament lejn pajjiż terz mingħajr ma jinżlu f’port jew f’ajruport ieħor tal-Unjoni. Indika l-isem tal-BCP li jmiss fl-Unjoni fejn il-prodotti jridu jiġu ttrasbordati għal aktar kontrolli uffiċjali. CHED-PP (trasbord/trasferiment) Indika l-isem tal-BCP jew tal-punt tal-kontroll li jmiss fl-Unjoni fejn l-oġġetti se jiġu ttrasbordati jew trasferiti, rispettivament, għal aktar kontrolli uffiċjali. CHED-D (trasferiment) Indika l-isem tal-punt ta’ kontroll fl-Unjoni li fih iridu jiġu ttrasferiti l-oġġetti għal aktar kontrolli uffiċjali jekk il-kunsinna tintgħażel għall-verifiki fiżiċi u tal-identità. |
||||||||||
I.21 |
Għal trasport suċċessiv |
||||||||||
|
CHED-PP/CHED-D Indika l-faċilità ta’ trasport suċċessiv fejn trid tittieħed il-kunsinna wara li tkun intgħażlet għall-kontrolli fiżiċi u tal-identità fil-BCP. |
||||||||||
I.22 |
Għal tranżitu lejn |
||||||||||
|
Indika l-isem u l-kodiċi ISO tal-pajjiż terz ta’ destinazzjoni. Indika l-isem tal-BCP tal-ħruġ għall-kunsinni li ma jikkonformawx li qed jaqsmu t-territorju tal-Unjoni bit-triq, bil-ferrovija jew fuq l-ilma (tranżitu estern). Din il-kaxxa ma tapplikax għaċ-CHED-D. |
||||||||||
I.23 |
Għas-suq intern |
||||||||||
|
Immarka din il-kaxxa meta jkun hemm l-intenzjoni li l-kunsinni jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni. |
||||||||||
I.24 |
Għall-oġġetti li ma jikkonformawx |
||||||||||
|
Din il-kaxxa tapplika biss għaċ-CHED-P. Agħżel it-tip ta’ destinazzjoni fejn se tintbagħat il-kunsinna, u n-numru tar-reġistrazzjoni fejn japplika: maħżen doganali, żona ħielsa jew bastiment approvati għat-tali skop, (inkluż l-isem u l-port tal-kunsinna). |
||||||||||
I.25 |
Għad-dħul mill-ġdid |
||||||||||
|
CHED-A: Immarka l-kaxxa fil-każ tad-dħul mill-ġdid ta’ żwiemel irreġistrati fl-Unjoni wara l-esportazzjoni temporanja għal perjodu ta’ inqas minn 30, 60 jew 90 jum għal tiġrijiet, kompetizzjonijiet u avvenimenti kulturali f’ċerti pajjiżi terzi. Immarka l-kaxxa fil-każ ta’ dħul mill-ġdid ta’ annimali li joriġinaw fl-Unjoni u li jirritornaw lejha wara li ma jitħallewx jidħlu f’pajjiż terz. CHED-P/CHED-PP Immarka l-kaxxa fil-każ ta’ dħul mill-ġdid ta’ prodotti li joriġinaw fl-Unjoni u li jirritornaw lejha wara li ma jitħallewx jidħlu f’pajjiż terz. Din il-kaxxa ma tapplikax għaċ-CHED-D. |
||||||||||
I.26 |
Għad-dħul temporanju |
||||||||||
|
Din il-kaxxa tapplika biss għaċ-CHED-A u għaż-żwiemel irreġistrati biss. Punt tal-ħruġ — indika l-BCP tal-ħruġ. Data tal-ħruġ — indika d-data tal-ħruġ (din trid tkun inqas minn 90 jum wara l-ammissjoni). |
||||||||||
I.27 |
Mezz ta’ trasport wara l-BCP/il-ħażna |
||||||||||
|
Din il-kaxxa tista’ timtela wara notifika minn qabel u hija obbligatorja għal:
Agħżel wieħed minn dawn il-mezzi ta’ trasport li ġejjin: ajruplan, bastiment, ferrovija jew vettura tat-triq (ara n-nota ta’ gwida fil-kaxxa I.13). CHED-PP Jekk in-numru tal-kontejner ikun indikat fil-kaxxa I.17, mhix meħtieġa l-indikazzjoni tal-mezzi tat-trasport. |
||||||||||
I.28 |
Trasportatur |
||||||||||
|
Din il-kaxxa hija obbligatorja biss għal CHED-A meta tintuża l-kaxxa I.27. Indika l-isem u l-indirizz, il-pajjiż u l-kodiċi ISO tal-pajjiż tal-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli mit-trasport. Indika n-numru tar-reġistrazzjoni jew tal-approvazzjoni fejn japplika. |
||||||||||
I.29 |
Data tat-tluq |
||||||||||
|
Din il-kaxxa hija obbligatorja biss għal CHED-A meta tintuża l-kaxxa I.27. Indika d-data stmata u l-ħin tat-tluq mill-BCP. |
||||||||||
I.30 |
Ġurnal tal-vjaġġ |
||||||||||
|
Din il-kaxxa tapplika biss għal CHED-A u tirreferi għar-rekwiżiti fir-Regolament (KE) Nru 1/2005. |
||||||||||
I.31 |
Deskrizzjoni tal-kunsinna: |
||||||||||
|
Pereżempju, imla abbażi ta’ ċertifikati uffiċjali, attestazzjonijiet uffiċjali, dikjarazzjonijiet jew dokumenti oħra,fosthom dokumenti ta’ natura kummerċjali, sabiex tipprovdi deskrizzjoni tajba biżżejjed tal-oġġetti, li tippermetti l-identifikazzjoni tagħhom u l-kalkolu tat-tariffi, pereżempju l-kodiċi u t-titolu tan-Nomenklatura Magħquda (NM), il-kodiċi TARIC, il-kodiċi EPPO, l-ispeċi (informazzjoni tassonomika), jew il-piż nett (kg). Indika l-għadd ta’ tubi straw ta’ semen, ova u embrijuni, Indika, skont il-ħtieġa, in-natura u l-għadd ta’ imballaġġi, it-tip ta’ imballaġġ (skont l-istandards tal-UN/CEFACT), in-numru tal-lott, in-numru ta’ identifikazzjoni individwali, in-numru tal-passaport, jew it-tip ta’ prodott. Fil-każ ta’ CHED sussegwenti, daħħal il-kwantità ta’ oġġetti li tinsab fiċ-CHED preċedenti. CHED-P: Immarka “konsumatur finali” meta l-prodotti jiġu ppakkjati għall-konsumaturi finali. |
||||||||||
I.32 |
Għadd totali ta’ imballaġġi |
||||||||||
|
Indika l-għadd totali ta’ imballaġġi fil-kunsinna, fejn xieraq. |
||||||||||
I.33 |
Kwantità totali |
||||||||||
|
CHED-A: Indika l-għadd totali ta’ annimali, fejn xieraq. CHED-P: Indika l-għadd totali ta’ tubi straw ta’ semen, ova u embrijuni, fejn xieraq. CHED-PP/CHED-D: Indika n-numru ta’ biċċiet jew il-volum, fejn xieraq. |
||||||||||
I.34 |
Piż totali nett (kg)/Piż gross totali (kg) |
||||||||||
|
Dan huwa l-piż nett totali (jiġifieri l-massa tal-annimali jew tal-oġġetti waħedhom, mingħajr kontenituri immedjati u mingħajr ebda imballaġġ) ikkalkulat awtomatikament mill-IMSOC abbażi tal-informazzjoni mdaħħla fil-kaxxa I.31. Indika l-piż gross totali (jiġifieri l-massa aggregata tal-annimali jew tal-prodotti, flimkien mal-kontenituri immedjati u l-imballaġġ kollu, iżda mingħajr il-kontejners tat-trasport u tagħmir ieħor tat-trasport). Din l-informazzjoni mhijiex meħtieġa għaċ-CHED-PP. |
||||||||||
I.35 |
Dikjarazzjoni |
||||||||||
|
Id-dikjarazzjoni trid tkun iffirmata mill-persuna fiżika responsabbli mill-kunsinna u tista’ tiġi adattata skont iċ-CHED li jintuża: Jiena, l-operatur sottoskritt responsabbli mill-kunsinna deskritta hawn fuq, niċċertifika li fl-aħjar għarfien u twemmin tiegħi, id-dikjarazzjonijiet li saru fil-Parti I ta’ dan id-dokument huma veri u sħaħ, u naċċetta li nikkonforma mar-rekwiżiti tar-Regolament (UE) 2017/625 dwar il-kontrolli uffiċjali, inkluż li nħallas tal-kontrolli uffiċjali, talli jintbagħtu lura l-kunsinni, inħallas għall-kwarantina jew għall-iżolament tal-annimali, jew l-ispejjeż tal-ewtanażja u tar-rimi, fejn meħtieġ. Firma (il-firmatarju jintrabat li jaċċetta lura l-kunsinni fi tranżitu li ma jitħallewx jidħlu f’pajjiż terz). |
||||||||||
PARTI II – KONTROLLI |
|||||||||||
Kaxxa |
Deskrizzjoni |
||||||||||
II.1. |
CHED preċedenti |
||||||||||
|
Dan huwa l-kodiċi alfanumeriku uniku assenjat mill-IMSOC għaċ-CHED li jintuża qabel ma tinqasam kunsinna jew qabel it-trasbord (meta jitwettqu l-kontrolli uffiċjali), is-sostituzzjoni, il-kanċellazzjoni jew it-trasferiment għal punt ta’ kontroll. |
||||||||||
II.2 |
Referenza taċ-CHED |
||||||||||
|
Dan huwa l-kodiċi alfanumeriku uniku indikat fil-kaxxa I.2. |
||||||||||
II.3 |
Verifika tad-dokumenti |
||||||||||
|
Dawn jinkludu verifiki għall-konformità mar-rekwiżiti nazzjonali għall-annimali u għall-oġġetti li l-kundizzjonijiet għad-dħul fl-Unjoni tagħhom mhumiex kollha rregolati mil-liġi tal-Unjoni. |
||||||||||
II.4 |
Verifika tal-identità |
||||||||||
|
Immarka “Iva” jew “Le” skont il-każ. CHED-A Immarka “Le”, fil-każ li l-annimali jridu jkomplu l-vjaġġ tagħhom bil-baħar jew bl-ajru fuq l-istess bastiment jew inġenju tal-ajru biex ikomplu jivvjaġġaw minn BCP għal ieħor u l-kontrolli uffiċjali jridu jitlestew fil-BCP li jmiss. CHED-P Immarka “Le”, fil-każ li l-oġġetti jiġu ttrasbordati minn BCP għal ieħor. CHED-PP Immarka “Le”, fil-każ li l-oġġetti jiġu ttrasferiti f’punt ta’ kontroll jew jiġu trasbordati minn BCP għal ieħor. Immarka “Le” fejn hemm il-bżonn ta’ verifika mnaqqsa jew m’hemm bżonn l-ebda verifika tal-identità. CHED-D Immarka “Le” meta l-oġġetti jiġu ttrasferiti f’punt ta’ kontroll. |
||||||||||
II.5 |
Verifika fiżika |
||||||||||
|
Immarka “Iva” jew “Le” skont il-każ. CHED-A Dan jinkludi l-eżitu tal-eżami kliniku, u l-mortalità u l-morbidità tal-annimali. Immarka “Le”, fil-każ li l-annimali jridu jkomplu l-vjaġġ tagħhom bil-baħar jew bl-ajru fuq l-istess bastiment jew inġenju tal-ajru biex ikomplu jivvjaġġaw minn BCP għal ieħor f’konformità mal-liġi rilevanti tal-Unjoni, u l-kontrolli uffiċjali jridu jitlestew fil-BCP li jmiss. CHED-P Immarka “Verifika mnaqqsa” meta, f’konformità mar-regoli li jridu jiġu adottati skont l-Artikolu 54(3) tar-Regolament (UE) 2017/625, il-kunsinna ma tkunx intagħżlet għal verifika fiżika iżda titqies li ġiet ivverifikata b’mod sodisfaċenti bil-verifiki tad-dokumenti u tal-identità biss. Immarka “Oħrajn” fejn hemm referenza għall-proċeduri ta’ dħul mill-ġdid, ta’ monitoraġġ jew ta’ tranżitu. Dan jirreferi wkoll għall-annimali u għall-oġġetti li jiġu trasbordati minn BCP għal ieħor f’konformità mar-regoli li jridu jiġu adottati skont il-punt (b) tal-Artikolu 51(1) tar-Regolament (UE) 2017/625. CHED-PP Immarka “Verifika mnaqqsa” meta, f’konformità mar-regoli li għandhom jiġu adottati skont l-Artikolu 54(3) tar-Regolament (UE) 2017/625, il-kunsinna ma tkunx intgħażlet għal verifiki tal-identità u dawk fiżiċi, iżda titqies li ġiet ivverifikata b’mod sodisfaċenti b’verifika tad-dokumenti biss. Immarka “Oħrajn” fejn hemm referenza għall-proċeduri ta’ dħul mill-ġdid, ta’ monitoraġġ jew ta’ tranżitu. Dan jirreferi wkoll għall-oġġetti li jiġu ttrasbordati minn BCP għal ieħor f’konformità mar-regoli li jridu jiġu adottati skont il-punt (b) tal-Artikolu 51(1) tar-Regolament (UE) 2017/625. CHED-D Immarka“ Le” meta l-oġġetti jiġu ttrasferiti f’punt ta’ kontroll. |
||||||||||
II.6 |
Testijiet fil-laboratorju |
||||||||||
|
Immarka “Iva” jekk ikun sar test. It-test: agħżel il-kategorija tas-sustanza jew tal-patoġenu li għalih ikun sar test tal-laboratorju.
Riżultat tat-testijiet:
CHED-P Immarka “Meħtieġ” fejn hemm bżonn ta’ kampjunar f’konformità mal-liġi tal-Unjoni u l-kunsinna mhix qed tinżamm fil-BCP waqt li tistenna r-riżultati tat-testijiet. Immarka “Kontrolli intensifikati” meta l-annimali u l-oġġetti jkunu soġġetti għar-regoli dwar il-proċeduri ta’ kontrolli intensifikati li jridu jiġu adottati skont l-Artikolu 65(6) tar-Regolament (UE) 2017/625, u qed jinżammu fil-BCP waqt li jistennew ir-riżultati tat-testijiet. CHED-PP Immarka “Kampjunar tal-infezzjoni latenti” meta jkun meħtieġ li jittieħdu l-kampjuni f’konformità mal-liġi tal-Unjoni u l-kunsinna ma tinżammx fil-BCP waqt li qed tistenna r-riżultati tat-testijiet. CHED-D Immarka “Żieda temporanja tal-kontrolli” meta l-oġġetti jkunu soġġetti għal miżuri li jeħtieġu żieda temporanja tal-kontrolli (il-punt (b) tal-Artikolu 47(2) tar-Regolament (UE) 2017/625) u qed jinżammu fil-BCP waqt li jistennew ir-riżultati tat-testijiet, sakemm ma jiġix awtorizzat it-trasport suċċessiv. |
||||||||||
II.7 |
Verifika tat-trattament xieraq |
||||||||||
|
Din il-kaxxa tapplika biss għaċ-CHED-A. Immarka “Le” meta l-annimali ħajjin ma jitħattux fil-BCP indikat fil-kaxxa I.4 u jiġu ttrasbordati f’BCP ieħor, u ma jkunux għaddew minn verifika tat-trattament xieraq. Immarka l-kaxxa “sodisfaċenti” jew “mhux sodisfaċenti” meta jkunu disponibbli r-riżultati tal-verifiki fuq l-annimali u fuq il-kundizzjonijiet tat-trasport. |
||||||||||
II.8 |
Impatt tat-trasport fuq l-annimali |
||||||||||
|
Din il-kaxxa tapplika biss għaċ-CHED-A. Indika kemm mietu annimali, l-għadd ta’ annimali li mhumiex fi stat li jivvjaġġaw u l-għadd ta’ wildiet jew aborti (jiġifieri l-għadd ta’ annimali nisa li welldu jew li korrew waqt it-trasport). Fil-każ ta’ annimali li jintbagħtu f’għadd kbir (eż. flieles ta’ jum, ħut jew molluski), agħti stima tal-għadd ta’ annimali mejta jew li mhumiex fi stat tajjeb, skont il-każ. |
||||||||||
II.9 |
Aċċettabbli għat-trasbord/għat-trasferiment/għat-trasport suċċessiv lejn |
||||||||||
|
Immarka din il-kaxxa jekk il-kunsinna hija aċċettabbli għat-trasbord/trasferiment/trasport suċċessiv. It-trasbord ma japplikax għaċ-CHED-A u għaċ-CHED-D. |
||||||||||
II.10 |
Aċċettabbli għat-trasport suċċessiv |
||||||||||
|
CHED-PP/CHED-D Immarka din il-kaxxa jekk il-kunsinna hija aċċettabbli għat-trasport suċċessiv. |
||||||||||
II.11 |
Aċċettabbli għat-tranżitu |
||||||||||
|
Immarka din il-kaxxa jekk il-kunsinna hija aċċettabbli għat-tranżitu. Din il-kaxxa ma tapplikax għaċ-CHED-D. |
||||||||||
II.12 |
Aċċettabbli għas-Suq Intern |
||||||||||
|
Immarka din il-kaxxa meta l-kontrolli uffiċjali jkunu favorevoli, irrispettivament minn jekk dawn jitqegħdux taħt il-proċedura doganali “rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera” fil-fruntiera jew fi stadju ulterjuri tal-proċedura doganali fi ħdan l-Unjoni. CHED-A Meta jkun awtorizzat it-tqegħid fis-suq tal-annimali taħt kundizzjonijiet speċjali (kif previst mil-liġi tal-Unjoni jew mil-liġi nazzjonali), indika d-destinazzjoni fejn se jsiru l-kontrolli: biċċerija, stabbiliment konfinat, kwarantina jew użu lokali. CHED-P Immarka l-użu tal-prodott. Għall-prodotti sekondarji tal-annimali li jridu jkomplu jiġu pproċessati, iżda li mhumiex taħt kundizzjonijiet ta’ monitoraġġ tat-trasport li jridu jiġu adottati skont l-Artikolu 77(2) tar-Regolament (UE) 2017/625, imla l-kaxxa II.18. CHED-D Immarka l-użu tal-prodott: konsum mill-bniedem, għalf jew materjal ieħor. |
||||||||||
II.13 |
Aċċettabbli għall-monitoraġġ |
||||||||||
|
Din il-kaxxa tapplika biss għaċ-CHED-A u għaċ-CHED-P, u tirreferi għal kunsinna li tkun ġiet immonitorjata f’konformità mal-kundizzjonijiet li jridu jiġu adottati skont l-Artikolu 77(2) tar-Regolament (UE) 2017/625. |
||||||||||
II.14 |
Aċċettabbli għall-oġġetti li ma jikkonformawx |
||||||||||
|
Din il-kaxxa tapplika biss għaċ-CHED-P. Agħżel id-destinazzjoni fejn se jsiru l-kontrolli: il-maħżen doganali, iż-żona ħielsa jew il-bastiment li jkunu ġew approvati għat-tali skop. |
||||||||||
II.15 |
Aċċettabbli għall-ammissjoni temporanja |
||||||||||
|
Din il-kaxxa tapplika biss għaċ-CHED-A u għaż-żwiemel reġistrati biss. Immarka din il-kaxxa biex tawtorizza d-dħul tal-annimali fit-territorju tal-Unjoni sad-data fil-kaxxa I.26. |
||||||||||
II.16 |
Mhux aċċettabbli |
||||||||||
|
Dan jirreferi għal kunsinni li r-riżultat tal-kontrolli uffiċjali tagħhom mhuwiex favorevoli u d-dħul fl-Unjoni huwa rrifjutat. Indika d-data sa meta għandha tittieħed l-azzjoni. CHED-A Immarka “Ewtanażja” meta l-laħam mill-annimali ma jistax jitħalla jintuża għall-konsum mill-bniedem. Immarka “Ridispaċċ” meta jintbagħtu lura l-annimali. Immarka “Qatla” meta l-laħam mill-annimali jista’ jintuża għall-konsum mill-bniedem wara spezzjoni favorevoli. Immarka “Qerda” meta l-annimali jkunu mejtin meta jaslu fil-BCP. CHED-P/CHED-D Immarka qerda, ridispaċċ, trattament speċjali jew użu għal skopijiet oħra. CHED-PP Immarka trattament xieraq, rifjut ta’ dħul, kwarantina imposta, qerda, ipproċessar mill-ġdid, ipproċessar industrijali jew oħrajn. |
||||||||||
II.17 |
Raġuni għar-rifjut |
||||||||||
|
CHED-A Immarka “Dokumenti” fil-każ ta’ ċertifikat nieqes, nuqqas ta’ ċertifikat oriġinali, mudell żbaljat, ċertifikat frodulenti, dati invalidi, firma jew timbru nieqes, awtorità invalida, rapport tal-laboratorju nieqes, nuqqas ta’ garanziji addizzjonali jew nuqqas ta’ rekwiżit nazzjonali. Immarka “Oriġini” fil-każ ta’ pajjiż mhux awtorizzat, żona mhux awtorizzata jew stabbiliment mhux approvat. Immarka “Identità” fil-każ ta’ diskrepanza fl-identifikazzjoni, fid-dokumenti, jew fir-rigward tal-mezz ta’ trasport, ta’ identifikazzjoni individwali nieqsa, ta’ diskrepanza fin-numru ta’ identifikazzjoni individwali jew ta’ diskrepanza tal-ispeċi. Immarka “Fiżiku” fil-każ tal-preżenza ta’ annimal(i) suspettat(i), annimal(i) li mhumiex fi stat li jivvjaġġaw jew annimal(i) mejjet/mejta. Immarka “Laboratorju” fil-każ ta’ riżultat tat-test mhux sodisfaċenti. Immarka “Trattament Xieraq tal-Annimali” fil-każ ta’ mezzi ta’ trasport mhux xierqa. Immarka “IAS” fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità mar-regoli li japplikaw għall-ispeċijiet aljeni invażivi li huma sors ta’ tħassib għall-Unjoni. Immarka “Oħrajn” fejn l-ebda waħda mir-raġunijiet imsemmija qabel ma tapplika. CHED-P Immarka “Dokumenti” fil-każ ta’ ċertifikat nieqes, nuqqas ta’ ċertifikat oriġinali, mudell żbaljat, ċertifikat frodulenti, dati invalidi, firma jew timbru nieqes, awtorità invalida, rapport tal-laboratorju nieqes jew dikjarazzjoni addizzjonali nieqsa. Immarka “Oriġini” fil-każ ta’ pajjiż jew reġjun mhux awtorizzat, jew stabbiliment mhux approvat Immarka “Identità” fil-każ ta’ tikketta nieqsa, ta’ diskrepanza fit-tikketta jew fid-dokument, ta’ tikketta mhux kompleta, ta’ diskrepanza fir-rigward tal-mezz tat-trasport, ta’ diskrepanza fin-numru ta’ siġill ta’ identifikazzjoni, ta’ diskrepanza fil-marka ta’ identifikazzjoni jew ta’ diskrepanza tal-ispeċi. Immarka “Fiżiku” fil-każ ta’ nuqqas qawwi ta’ iġjene, ta’ interruzzjoni tal-katina tal-kesħa, ta’ nuqqas ta’ konformità fiż-żamma tat-temperatura, ta’ defiċjenza fil-verifika organolettika, jew ta’ preżenza tal-parassiti. Immarka “Laboratorju” fil-każ ta’ kontaminazzjoni kimika, ta’ kontaminazzjoni mikrobijoloġika, ta’ residwi ta’ prodotti mediċinali veterinarji, ta’ esponiment għar-radjazzjoni, ta’ addittivi mhux konformi jew ta’ organiżmi ġenetikament modifikati (OĠM). Immarka “IAS” fil-każ ta’ speċijiet aljeni invażivi li huma sors ta’ tħassib għall-Unjoni Immarka “Oħrajn”3 fejn ma tapplika l-ebda waħda mir-raġunijiet imsemmija hawn fuq. CHED-PP Immarka “Dokumenti” fil-każ ta’ ċertifikat jew passaport tal-pjanti nieqes jew invalidu jew xi dokument ieħor li jipprovdi l-garanziji f’konformità mal-liġi tal-Unjoni. Immarka “Oriġini” fil-każ li n-numru tar-reġistrazzjoni ta’ kumpanija ma jkunx magħruf, meta dan jintalab li jiġi indikat. Immarka “Identità” fil-każ ta’ diskrepanza mad-dokumenti li jakkumpanjaw il-kunsinna. Immarka “Fiżiku” f’każ ta’ preżenza ta’ pesti, pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra pprojbiti. Immarka “Oħrajn” fil-każ li d-destinatarju ma jkunx elenkat fir-reġistru uffiċjali tal-produtturi/importaturi. Immarka “IAS” fil-każ ta’ speċijiet aljeni invażivi li huma sors ta’ tħassib għall-Unjoni. CHED-D Immarka “Dokumenti” fil-każ ta’ ċertifikat jew ta’ dokumenti oħra ta’ akkumpanjament meħtieġa nieqsa jew mhux validi. Immarka “Identità” f’każ ta’ diskrepanza mad-dokumenti ta’ akkumpanjament. Immarka “Laboratorju” fil-każ ta’ kontaminazzjoni kimika jew ta’ kontaminazzjoni mikrobijoloġika. Immarka “Fiżiku” fil-każ ta’ nuqqas ta’ iġjene fiżika. Immarka “Oħrajn” fejn ma tapplika l-ebda waħda mir-raġunijiet imsemmija hawn fuq. |
||||||||||
II.18 |
Dettalji tad-destinazzjonijiet fejn saru l-kontrolli |
||||||||||
|
Indika l-isem, l-indirizz u n-numru tar-reġistrazzjoni/tal-approvazzjoni tad-destinazzjonijiet kollha fejn ikunu saru l-kontrolli msemmija fil-kaxxi II.9 sa II.16. CHED-A Għall-istabbilimenti li dwarhom l-awtorità kompetenti titlob li jibqgħu anonimi, indika biss in-numru tar-reġistrazzjoni/tal-approvazzjoni assenjat. CHED-PP/CHED-D Fil-każ ta’ trasport suċċessiv, indika l-isem, l-indirizz u, fejn japplika, in-numru tar-reġistrazzjoni tal-faċilità tat-trasport suċċessiv. F’każ ta’ trasferiment għal punt ta’ kontroll, indika d-dettalji ta’ kuntatt u l-kodiċi alfanumeriku uniku assenjat mill-IMSOC lill-punt ta’ kontroll. |
||||||||||
II.19 |
Siġillar mill-ġdid tal-kunsinna |
||||||||||
|
Indika n-numru tas-siġill mehmuż wara l-kontrolli uffiċjali fil-BCP jew wara l-ħżin f’maħżen doganali approvat għat-tali skop u f’każijiet meta l-liġi tal-Unjoni teħtieġ siġill uffiċjali. |
||||||||||
II.20 |
Identifikazzjoni tal-BCP |
||||||||||
|
Applika t-timbru uffiċjali tal-BCP jew tal-punt ta’ kontroll skont il-każ. Fil-każ ta’ CHED-P sussegwenti għal kunsinna li ma tikkonformax, indika l-isem tal-unità ta’ kontroll responsabbli mis-superviżjoni taż-żona ħielsa jew tal-maħżen doganali approvat għat-tali skop. |
||||||||||
II.21 |
Uffiċjal li jiċċertifika |
||||||||||
|
Din il-kaxxa tirreferi għad-dikjarazzjoni li trid tiġi ffirmata mill-uffiċjal li jiċċertifika intitolat li jiffirma ċ-CHED: Jiena, l-uffiċjal li jiċċertifika sottoskritt, niċċertifika li twettqu l-verifiki fuq il-kunsinna f’konformità mar-rekwiżiti tal-Unjoni u fejn japplika f’konformità mar-rekwiżiti nazzjonali tal-Istat Membru tad-destinazzjoni. |
||||||||||
II.22 |
Tariffi tal-ispezzjoni |
||||||||||
|
Din il-kaxxa tista’ tintuża biex tindika l-tariffi ta’ spezzjoni. |
||||||||||
II.23 |
Referenza tad-dokument doganali |
||||||||||
|
Din il-kaxxa tista’ tintuża mill-awtorità doganali, jew wara komunikazzjoni mill-awtorità doganali, mill-persuna responsabbli għall-kunsinna biex tiżdied l-informazzjoni rilevanti (eż. ir-referenza tad-dokument T1) fil-każ li l-kunsinni jibqgħu taħt is-superviżjoni doganali għal ċertu perjodu. |
||||||||||
II.24 |
CHED sussegwenti |
||||||||||
|
Indika l-kodiċi alfanumeriku ta’ CHED wieħed jew aktar maħruġa fil-każijiet li jridu jiġu stabbiliti skont l-Artikolu 51 u l-punt (a) tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) 2017/625 jew wara li jinqasmu fil-BCP. |
PARTI III – MIŻURI ADDIZZJONALI |
|
Kaxxa |
Deskrizzjoni |
III.1 |
CHED preċedenti |
Dan huwa l-kodiċi alfanumeriku uniku indikat fil-kaxxa II.1. |
|
III.2 |
Referenza taċ-CHED |
Dan huwa l-kodiċi alfanumeriku uniku indikat fil-kaxxa I.2. |
|
III.3 |
CHED sussegwenti |
Indika l-kodiċi alfanumeriku ta’ CHED wieħed jew aktar indikati fil-kaxxa II.24. |
|
III.4 |
Dettalji dwar ir-ridispaċċ |
Indika l-mezz tat-trasport li ntuża u l-identifikazzjoni tiegħu, il-pajjiż u l-kodiċi ISO tal-pajjiż. Indika d-data tar-ridispaċċ u l-isem tal-BCP tal-ħruġ, hekk kif din l-informazzjoni tkun magħrufa. Id-data tar-ridispaċċ m’għandhiex tkun aktar minn 60 jum mid-data tal-validazzjoni taċ-CHED għal deċiżjonijiet ta’ rifjut. |
|
III.5 |
Miżuri addizzjonali meħuda minn |
Indika l-awtorità responsabbli li tiċċertifika l-wasla u l-konformità tal-kunsinna koperta biċ-CHED: il-BCP tal-ħruġ, il-BCP tad-destinazzjoni finali jew l-unità ta’ kontroll. CHED-A Indika d-destinazzjoni ulterjuri u/jew ir-raġunijiet għan-nuqqas ta’ konformità jew għat-tibdil fl-istatus tal-annimali (eż. destinazzjoni invalida, ċertifikat invalidu jew nieqes, diskrepanza bejn id-dokumenti, identifikazzjoni nieqsa jew mhux valida, testijiet mhux sodisfaċenti, annimal(i) suspettat(i), annimal(i) mejjet/mejta, annimal(i) mitluf(a) jew konverżjoni għal dħul permanenti). CHED-P Indika d-destinazzjoni ulterjuri u/jew ir-raġunijiet għan-nuqqas ta’ konformità (eż. ċertifikat invalidu, ċertifikat nieqes jew mhux validu, diskrepanza bejn id-dokumenti, identifikazzjoni nieqsa jew mhux valida, kontrolli mhux sodisfaċenti, jew siġill uffiċjali nieqes, miksur jew li ma jikkorrispondix...). CHED-PP Fil-każ ta’ oġġetti li bħalissa jkunu fi trasport suċċessiv jew fi trasferiment lejn punt ta’ kontroll, immarka “iva” jew “le” biex tindika jekk il-kunsinna waslitx jew le. CHED-D Fil-każ ta’ oġġetti li bħalissa jkunu fi trasport suċċessiv jew fi trasferiment lejn punt ta’ kontroll, immarka “iva” jew “le” biex tindika jekk il-kunsinna waslitx jew le. |
|
III.6 |
Uffiċjal li jiċċertifika |
Dan jirreferi għall-firma tal-uffiċjal li jiċċertifika tal-awtorità kompetenti f’każ ta’ ridispaċċ u ta’ miżuri addizzjonali meħuda fir-rigward tal-kunsinni. |
PARTI 2
Dokument Sanitarju Komuni tad-Dħul (mudelli taċ-CHED)
Taqsima A
CHED-A
(għall-annimali msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 47(1) tar-Regolament (UE) 2017/625)
Taqsima B
CHED-P
(għall-prodotti li ma jikkonformawx mar-regoli msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 47(1) tar-Regolament (UE) 2017/625)
Taqsima C
CHED-PP
(għall-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħrajn imsemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 47(1) tar-Regolament (UE) 2017/625)
Taqsima D
CHED-D
(għall-għalf u għall-ikel ta’ oriġini mhux mill-annimali msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 47(1) tar-Regolament (UE) 2017/625)
(1) Il-kodiċi internazzjonali standard b’żewġ ittri għal pajjiż f’konformità mal-istandard internazzjonali ISO 3166 alpha-2; http://www.iso.org/iso/country_codes/iso-3166-1_decoding_table.htm
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 tat-22 ta’ Diċembru 2004 dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport u operazzjonijiet relatati u li temenda d-Direttivi 64/432/KEE u 93/119/KE u r-Regolament (KE) Nru 1255/97, (ĠU L 3, 5.1.2005, p. 1).
ANNESS III
Tabella ta’ korrelazzjoni msemmija fl-Artikolu 47(2)
1. |
id-Direttiva 94/3/KE
|
2. |
ir-Regolament (UE) Nru 16/2011
|
3. |
Id-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni 2014/917/UE
|
4. |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1918
|
5. |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1553
|